KullĦadd_14.05.2023

Page 1

YALE: MALTA BL-AKBAR

TITJIB AMBJENTALI

F’GĦAXAR SNIN

MINGĦAJR IT-“TIBDIL” SAT-TMIEM

L-Oppożizzjoni xorta tibqa’ ma tressaq

l-ebda emenda għal-liġi proposta dwar

l-Awtorità għall-Kostruzzjoni u l-Bini li għaddiet mill-aħħar stadju tal-Parlament

kif imressqa mill-Gvern … il-paroli kollu ta’

Bernard Grech kien biss għall-apparenza

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista reġgħet għal darb’oħra abdikat milli tressaq emendi filproċess tar-regolamentazzjoni tal-industrija tal-kostruzzjoni.

Minkejja l-ħafna diskorsi ripetuti u anke indikazzjonijiet li se jipproponi tibdiliet għal-liġi proposta, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech baqa’ m’għamel xejn minn dan f’okkażjoni oħra din il-ġimgħa.

Ix-xahar li għadda, fi tmiem perjodu ta’ sitt ġimgħat dwar il-liċenzjar tal-kuntratturi, l-Oppożizzjoni wkoll ma kinitx ressqet proposta waħda, anke jekk kien fid-dmir tagħha li tagħmel dan. Minfuq, Grech kien iddikjara fil-Parlament li l-Oppożizzjoni ma kellhiex għal

xiex tesprimi ruħha fil-konsultazzjoni pubblika.

Dan kien saħansitra urta lil numru ta’ stakeholders fis-settur, li ssejħu biex jiddiskutu l-materja fid-Dar Ċentrali stess.

“Ħafna paroli li smajna u mhux biss fil-laqgħat magħhom (il-PN), biex imbagħad jiġu jgħidu li ma jħossux il-bżonn li jagħmlu xi proposti. Dmirhom dan! Jiddispjaċini, imma għalija kienet pudina sħiħa minn Grech u l-Oppożizzjoni,” kien qal dakinhar lill-KullĦadd wieħed mir-rappreżentanti diżillużi. Huma wrew dubji serji kemm il-PN kien ikkunsidra l-fehmiet li ressqulu fuq is-suġġett.

Tkompli f’paġna 6

“L-EWWEL DAWL” MILL-QORTIN

Ritratt tal-Univers (“first light”) miġbud mill-ewwel osservatorju astronomiku nazzjonali, li għadu kif ġie installat fil-Grigal t’Għawdex b’investiment ta’ aktar minn €145,000. Dan l-apparat sofistikat se jkun qed jgħin liż-żgħażagħ fl-istudji relatati tagħhom.

Ħarġa Nru 1,557 Prezz €1 Il-Ħadd, 14 ta’ Mejju, 2023
Rapport f’paġna 3
Ritratt: JOSEPH CARUANA (ISSA)
Rapport f’paġni 4 u 5

DETTALJI

EDITUR

RONALD VASSALLO

email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

KIMBERLY CEFAI

email: sales@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

DISINN TAL-PAĠNI

KIMBERLY CEFAI

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

KUNTATT ĠENERALI

KullĦadd

email: editorial@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate

Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU

www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI

www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT

Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI

Emerġenza Covid 19 - 111

Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112

Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 24°C

L-Inqas Temperatura: 18°C

L-Indiċi UV: 10

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Ċirkolazzjoni ta’ pressjoni

baxxa minn fuq l-Alġerija li qed testendi sa fuq iċ-ċentru

tal-Mediterran ser tersaq lejn il-Libja

It-Temp: Imsaħħab li jsir b’xi ftit xita

Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Grigal li jdur mill-Majjistral

it-Tramuntana sa filgħaxija

Il-Viżibilità: Ġeneralment tajba

Il-Baħar: Moderat għal qawwi li jsir moderat

L-Imbatt: Baxx għal moderat mix-Xlokk

It-Temperatura tal-Baħar: 18°C

It-Tlieta

22°C 15°C UV 8

Il-Ġimgħa

24°C 17°C UV 9

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355

San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Il-Marsa – 21221118

De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128

St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 21492151

Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Il-Gżira – 21332080

Potter Chemists Ltd, Triq Wilġa, Paceville – 21363244

Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102

Whites Pharmacy, No. 3, E.M. Bajada Building, Vjal il-Labour, In-Naxxar – 21412454

M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531

El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308

St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848

White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671

Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Marsaskala – 27023322

Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, Iż-Żejtun – 21693723

Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, Il-Qrendi – 21680828

Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex, L-Imsida – 21331732

Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957

Għawdex

Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970

Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Ta’ Sannat – 21564447

L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

14.05.2023 02
It-Tnejn 22°C 25°C 24°C 24°C 18°C 17°C 15°C 16°C UV 9 UV 9 UV 9 UV 9 Il-Ħamis L-Erbgħa Is-Sibt

Waqt iż-żjara tal-Prim Ministru fl-ewwel osservatorju ottiku astronomiku nazzjonali

INAWGURAT L-EWWEL

OSSERVATORJU OTTIKU NAZZJONALI FIN-NADUR

Robert Abela: Għawdex jibqa’ fiċ-ċentru ta’ bosta proġetti f’setturi differenti, inkluż f’dan il-każ li qiegħed iwieġeb għall-ħtiġijiet edukattivi tal-lum il-ġurnata

Pajjiżna beda jgawdi mill-investiment fl-ewwel osservatorju astronomiku li ġie installat fil-Qortin t’Isopu, fil-limiti tan-Nadur. Minn dan il-proġett fil-forma ta’ ballun, li għadu kemm ġie installat f’waħda mill-aktar partijiet mudlama f’pajjiżna, kapaċi ssir l-aħjar osservazzjoni ottika tal-univers b’teknoloġija moderna li se sservi għall-istudenti lokali.

Minbarra hekk jistgħu jittieħdu ritratti impressjonanti ta’ dak li jiċċirkonda d-dinja, magħrufin bħala “first light”, kif qed jidhru f’din il-ħarġa. Dawn se jservu fl-istudji bir-reqqa tal-Istitut taxXjenza Spazjali u l-Astronomija (ISSA) fi ħdan l-Università ta’ Malta.

Wara studju dwar it-tniġġis tad-dawl mill-istess Università ġie stabbilit li l-Grigal ta’ Għawdex, qrib il-park tal-familja Ta’ Sopu, hu adegwat biex jospita

dan il-proġett wara li ssodisfa numru ta’ kriterji, partikolarment għax minn hawn jista’ jiġi osservat sema mdallam lejn it-Tramuntana.

L-osservatorju se jibda jintuża għal skop ta’ riċerka u faċilità ta’ taħriġ għal studenti tal-fiżika u astrofiżika, waqt li jikkontribwixxi għal riżultati xjentifiċi. Se jkun qed iservi wkoll bħala faċilità ta’ taħriġ biex bosta studenti minn istituzzjonijiet edukattivi lokali jsaħħu l-kapaċitajiet tagħhom b’rabta mas-suġġetti li jkunu qegħdin jistudjaw u jimirħu fihom.

Minbarra hekk mistenni jservi biex iqajjem aktar kuxjenza xjentifika fost il-pubbliku inġenerali permezz ta’ attivitajiet varji, bħall-osservazzjoni tal-istilel u l-asterojdi.

L-osservatorju, ballun ta’ tliet metri wisa’, hu mgħammar internament

b’teleskopju tat-tip Ritchey-Chrètien u b’kamera ta’ 16.8 megapixel u 9 micron pixel, waqt li jinkludi sensors tat-temp u kapaċità ta’ traċċar. Is-sistema kollha tista’ titħaddem ukoll b’mod remot.

It-tagħmir u l-faċilità nxtaraw wara tender pubbliku mingħand il-kumpanija Taljana Officina Stellare, li wkoll ħadet ħsieb l-installazzjoni.

Meta wieġeb mistoqsija Parlamentari fl-aħħar jiem, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li l-osservatorju astronomiku wasal mill-Italja u ġie installat fuq il-kmamar eżistenti li hemm fil-Qortin T’Isopu. L-osservatorju hu proġett konġunt bejn id-Direttorat EkoGħawdex u ISSA fi ħdan l-Università.

“Wara li ġie installat sarulu t-testijiet u l-kalibrazzjoni li kien hemm bżonn, fosthom fuq it-telescope tracking, dome tracking, focuser, adaptive op-

tics, auto image guider, filter wheel u l-camera, u ttieħdu ukoll l-ewwel ritratti magħrufa bħala ‘first light’,” spjega Camilleri, waqt li indirizza mistoqsija mid-Deputat Chris Said.

Hu informah ukoll li “mill-Università ta’ Malta diġà hemm studenti li se jkunu qed jużaw dan l-ewwel Osservatorju Astronomiku Nazzjonali fir-riċerka tagħhom.”

Sadanittant, fost is-sensiela ta’ żjarat li l-Prim Ministru Robert Abela qed jagħmel fuq proġetti madwar Malta u Għawdex, hu żar dan l-osservatorju nazzjonali nhar il-Ġimgħa. Hu sema’ kif, wara studju kkummissjonat mill-Università, ġie stabbilit li l-kosta Għawdxija hi l-iżjed sit adegwat biex tospita dan l-ewwel proġett tax-xorta tiegħu f’pajjiżna.

Il-Prim Ministru kellu l-opportunità jiltaqa’ mal-Professur Joseph Caruana, astrofiżiku u kordinatur tal-proġett, fejn spjega iżjed fid-dettall l-importanza ta’ proġett bħal dan għall-qasam xjentifiku, ir-riċerka u l-innovazzjoni.

Tkellem ukoll ma’ numru ta’ studenti li kienu preżenti waqt iż-żjara u li qasmu l-ħsibijiet tagħhom fuq il-proġett. Hawn innota kif proġett bħal dan qed iwieġeb għall-ħtiġijiet edukattivi tallum u li permezz tiegħu se tissaħħaħ l-esperjenza edukattiva għal dawk li jitħarrġu fis-suġġetti tax-xjenza, il-fiżika, l-astronomija u oħrajn relatati. Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Ministru għal Għawdex u mis-Segretajru Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni  Keith Azzopardi Tanti.

14.05.2023 03
Ritratt: JOSEPH CARUANA (ISSA)

INDIĊI INTERNAZZJONALI JIPPREMJA

Indiċi xjentifiku li sar minn ċentru tal-istudji ambjentali flUniversità ta’ Yale fl-Istati Uniti tal-Amerka jpoġġi lil Malta fost l-aktar pajjiżi fid-dinja li qed jaħdmu favur it-tibdil fil-klima, waqt li jippremjana għall-akbar avvanzi relatati li twettqu fl-aħħar għaxar snin fost 180 pajjiż taħt skrutinju.

Dan anke qabel biss bdew jitwettqu proġetti bla preċedent imwegħdin u li għandhom għan simili, waqt li jtejbu l-għajxien f’pajjiżna. Il-politika nazzjonali tal-Gvern għal din il-leġiżlatura hi ffokata primarjament fuq dan, bl-aħħar manifest elettorali Laburista approvat mill-poplu jagħti l-akbar prijorità lill-ambjent li ngħixu fih.

Dan l-aħħar ċertifikat internazzjonali għal pajjiżna millYale Center for Environment Law & Policy (YCELP) jirrikonoxxi fost l-aħjar riżultati għal Malta f’diversi oqsma speċifiċi relatati mal-ambjent bejn l-2012 u s-sena l-oħra, li waslu b’riżultat ta’ ħidma, miżuri, liġijiet u anke mentalità differenti minn Gvernijiet Laburisti wara l-bidla amministrattiva fl-2013.

L-indiċi jikklassifika lil Malta fit-tielet post fost il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, wara d-Danimarka u l-Finlandja, waqt li millpajjiżi kollha madwar id-dinja li ġew studjati, ninsabu fir-raba’ post maqbużin biss ukoll mir-Renju Unit.

L-Environmental Perfor-

mance Index (EPI) għall-2022 jipprovdi bażi kwantitattiva għat-tqabbil, l-analiżi u l-fehim tal-prestazzjoni ambjentali, b’analiżi dettaljata li tikkunsidra kif dawn il-punteġġi nbidlu matul l-għaxar snin preċedenti.

Dan juża 40 indikatur fi 11il kategorija dwar l-impenn fit-tibdil tal-klima, is-saħħa ambjentali u l-vitalità tal-ekosistema. Tali indikaturi jipprovdu kejl adegwat fuq skala nazzjonali dwar kemm il-pajjiżi huma qrib ta’ miri ambjentali stabbiliti, bħal dawk tal-Ġnus Magħquda. Fl-istess ħin joffru gwida lill-gvernijiet konċernati dwar kif jaspiraw lejn futur aktar sostenibbli billi jagħrfu l-aħjar prattiċi li għandhom jintużaw u anke jindirizzaw nuqqasijiet fejn jeżistu.

Fir-rapport tagħhom dwar Malta, l-esperti fl-Università ta’ Yale tawna l-punteġġ ġenerali ta’ 75.2, b’qabża ta’ 25.4 punti fuq għaxar snin ilu. Din kienet l-akbar żieda rreġistrata minn fost il-180 pajjiż, inklużi dawk ferm akbar minna u li huma rinomati għall-ambjent tagħhom, bħall-Awstrija u l-Iżvizzera, li spiċċaw fit-tmien u d-disa’ post rispettivament fil-klassifika globali.

F’kategorija ġdida li ddaħħlet f’dan l-indiċi, dik dwar Servizzi tal-Ekosistemi, Malta mal-ewwel tinsab fl-ewwel post flim-

kien ma’ tmien pajjiżi oħrajn, b’punteġġ massimu ta’ 100, b’titjib ta’ 91.60 punt fuq l-2012 taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista.

Din il-kategorija tħares lejn is-servizzi importanti li l-ekosistemi jipprovdu għall-ġid tal-bniedem u tal-ambjent, bħall-użu tal-karbonju, il-protezzjoni tal-kosta u l-abitat tal-bijodiversità. Għal dawn jittieħdu inkonsiderazzjoni tliet fatturi, bħall-ammont ta’ art flistat naturali, u, minkejja kull kritika li ssir, f’dan l-indiċi Malta ġabet il-massimu tal-punti, b’titjib ukoll sinifikanti ta’ 91.6 punti fl-aħħar għaxar snin.

Ir-riżultati mistennija

jitjiebu fis-snin li ġejjin, inkluż bl-investiment ta’ €700 miljun fl-ambjent

Dan qabel jibdew jitwettqu l-ewwel proġetti bla preċedent ta’ reklamazzjoni urbana, b’investiment ta’ €700 miljun, fejn artijiet żviluppati jinħattu u jingħataw lura lill-poplu fi spazji miftuħa li jkunu jistgħu jitgawdew minn kulħadd. Interessanti wkoll li, fejn jidħol l-indikatur dwar telf ta’ afforestazzjoni jew siġar imkejjel fuq ħames snin, Malta

wkoll għandha punti massimi, filwaqt li pajjiżi oħrajn b’art vasta, bħall-Awstralja u l-Portugall, jinsabu fl-aħħar postijiet.

Fil-ħidma speċifika dwar it-tibdil tal-klima, li pajjiżna wkoll qed jagħtiha importanza kbira anke fil-livell tal-Ġnus Magħquda fejn attwalment jokkupa siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà, kellna riżultati sodisfaċenti.

F’din il-kategorija, li tkejjel il-progress fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, Malta ġiet fir-raba’ post bi 82.3 punti, b’titjib f’dawn l-aħħar għaxar snin ta’ 35.7 punti. Fl-ewwel tliet postijiet hemm id-Danimarka (92.40), ir-Renju Unit (91.5) u l-Finlandja (83.6).

Hawn ġiet analizzata l-ħidma f’disa’ fatturi, fosthom kontra t-tniġġis tal-karbonju, li jiġi prodott, fost oħrajn, minn impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam u sorsi oħrajn li jaħarqu l-fossil fuels.

L-indiċi internazzjonali jikkunsidra wkoll it-tniġġis proġettat sal-2050 minn gassijiet serra u r-rata ta’ żieda fid-dijossidu tal-karbonju (CO2), skont id-daqs tal-pajjiż.

L-aktar pajjiż fl-UE li jinsab ’l isfel fl-indiċi hu l-Portugall, li qed jokkupa l-100 post. Dan wara li, mhux talli ma mexiex ’il quddiem fl-aħħar għaxar snin, iżda ħidmietu naqset bil-punteġġ ta’ 10.9.

L-istudju elaborat tal-Univer-

sità ta’ Yale wkoll ipoġġi lil Malta fl-ewwel post fit-tnaqqis tal-intensità tal-gassijiet serra meta ħares lejn is-sinjal talprogress tal-pajjiż fit-tkabbir ekonomiku.

Malta wkoll għandha punti massimi fejn jidħol l-ilma taxxorb u fl-Indiċi Trofiku talBaħar (Marine Trophic Index), li jkejjel kemm pajjiżi għandhom qabdiet ta’ ħut sostenibbli, mingħajr ma tinqered il-katina naturali tal-ħajja marittima, waqt li bħala settur sħiħ fejn jidħol is-sajd, Malta kklassifikat fl-għaxar post minn 180 pajjiż. Hemm setturi fejn hu meħtieġ iżjed titjib, bħall-immaniġġjar tal-iskart u r-riċiklaġġ fejn Malta tinsab fit-23 post globali, anke jekk l-indiċi ma setax jikkunsidra l-investiment ta’ €50 miljun li qed isir bħalissa bis-sistema nazzjonali ECOHIVE. Madanakollu, ir-rapport juri li fejn jidħol tniġġis filbaħar mill-plastik, Malta wkoll għamlet progress mill-2012 u llum tinsab fit-13-il post b’mod globali.

Minn analiżi fid-dettall tarrapport li għamlet il-KullĦadd joħroġ li, b’mod globali, l-aktar żewġ pajjiżi, wara Malta, li kellhom titjib fil-punteġġi flaħħar għaxar snin kienu l-Afganistan (+23.9) u r-Renju Unit (+23.0). It-titjib fl-Afganistan kien attribwit partikolarment għall-progress kbir (+83.9) firrata medja annwali ta’ tniġġis tad-dijossidu tal-karbonju,

14.05.2023 04
Studju xjentifiku mill-Università ta’ Yale, li analizza l-progress jew ir-rigress fl-aħħar snin f’180 pajjiż, jagħti

L-PROGRESS AMBJENTALI F’PAJJIŻNA

l-aħjar ċertifikati lil Malta, inkluż fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima … anke qabel l-akbar proġetti mwegħdin

waqt li dak Brittaniku hu marbut mal-protezzjoni marittima.

Għalkemm l-indiċi hu kkonċentrat fuq l-ambjent, l-istudju tal-Yale Center for Environment Law & Policy jidħol ukoll f’setturi relatat mal-amministrazzjoni pubblika rispettiva filpajjiżi. Hawnhekk Malta wkoll irreġistrat titjib sostanzjali.

Fil-fatt, ir-rapport ipoġġi lil pajjiżna fl-ewwel post fejn jidħol titjib fl-effettività tal-Gvern, fis-saltna tad-dritt, fil-kontroll tal-korruzzjoni u fil-kwalità regolatorja, waqt li fil-kategoriji ta’ stabbiltà politika u n-nuqqas ta’ vjolenza fil-pajjiż ġejna kklassifikati fit-tielet post, millġdid wara d-Danimarka u l-Finlandja.

Dawn ir-riżultati huma wkoll mera tal-ħidma li twettqet s’issa u għadha titwettaq f’dawn l-oqsma mill-Gvern Laburista, inċitati fost l-oħrajn reċentement waqt laqgħa li l-Prim Ministru Robert Abela kellu filBerġa ta’ Kastilja mal-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Didier Reynders.

F’dik il-laqgħa kien diskuss kif il-Gvern Malti jikkonsulta bis-sħiħ u l-ħin kollu mal-Kummissjoni Ewropea, fost oħrajn, dwar l-implimentazzjoni ta’ għadd ta’ riformi favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt, il-ġustizzja u l-governanza f’pajjiżna.

Fost l-għadd kbir ta’ riformi li twettqu minn din l-amministrazzjoni hemm il-metodu ġdid ta’ ħatriet f’diversi karigi im-

portanti, bħal dik tal-President tar-Repubblika, il-Kummissarju tal-Pulizija u fil-ġudikatura,

inkluż tal-Prim Imħallef, fejn il-Gvern reħa kull poter minn idejh.

*titjib fl-2022 fuq ir-riżultati tal-2012

14.05.2023 05
PAJJIŻ # SKOR BIDLA* Id-Danimarka 1 77.90 14.90 Ir-Renju Unit 2 77.70 23.00 Il-Finlandja 3 76.50 21.00 MALTA 4 75.20 25.40 L-Iżvezja 5 72.70 15.80 Il-Lussemburgu 6 72.30 13.50 Is-Slovenja 67.30 L-Awstrija 8 66.50 7.20 L-Iżvizzera 65.90 L-Iżlanda 10 62.80 4.40 MALTA # SKOR BIDLA* Politika klimatika (tibdil fil-klima) 4 82.30 35.70 Vitalità tal-ekosistema (bijodiversità, servizzi ta’ ekosistema, sajd, agrikoltura, riżorsi tal-ilma, aċidità) 5 68.20 24.50 Saħħa ambjentali (kwalità tal-arja u l-ilma tax-xorb, immaniġġjar tal-iskart, preżenza ta’ heavy metals) 24 76.50 7.60

IMMULTATA KOSTRUZZJONI ILLEGALI BILLEJL

Il-Kunsill ta’ San Ġiljan ħareġ permess mill-11:00 p.m. sal-5:00 a.m. għal attività li ħolqot inkonvenjenti lir-residenti

Attività ta’ kostruzzjoni illegali, li twettqet fil-lejl ta’ bejn nhar it-Tnejn u t-Tlieta li għaddew, bejn Triq l-Imrabat u Triq Birkirkara f’San Ġiljan, irriżultat wara li l-Kunsill Lokali rispettiv approva l-permess għal “depożitu ta’ krejn u makkinarju, li jinkludi lifters, high-ups u cherry pickers, fost oħrajn”.

Tagħrif f’idejn il-KullĦadd jindika li l-kuntrattur, li issa ġie mmultat mill-Awtorità għall-Kostruzzjoni u l-Bini (BCA) minħabba li kien qed jaħdem wara t-8:00 p.m. u qabel is-7:00 a.m., kien applika għal permess mal-Kunsill Nazzjonalista erbat ijiem qabel.

Filmati dwar xogħol li kien qed jitwettaq permezz ta’ krejn kbir wara nofsillejl u l-inkonvenjent li kien qed jinħoloq ittellgħu minn residenti fl-akkwati fuq il-midja soċjali.

Il-permess, li għalih tħallas il-Kunsill u nħareġ minnu, iġib in-numru STJ-2023-29222. Dan kopra l-ħinijiet ta’ attività relatata mal-kostruzzjoni bejn il-11:00 p.m. u l-5:00 a.m. Waqt li kienu riservati sitt spazji ta’ parkeġġ matul dan il-ħin, tqabbdu wkoll uffiċjali ta’ Transport Malta biex jikkontrollaw it-traffiku fiż-żona waqt li tingħalaq Triq l-Imrabat. Il-BCA fl-ebda istanza ma ntalbet xi parir minn qabel jew tat xi permess.

OKKAŻJONI OĦRA

FEJN GRECH MA

RESSAQX EMENDI

Tkompli minn paġna 1

Iżda din il-ġimgħa stess l-Oppożizzjoni Nazzjonalista reġgħet uriet kemm mhijiex kredibbli meta tgħid li trid ilbidliet fil-qasam tal-kostruzzjoni hekk kif fit-tielet u fl-aħħar stadju tal-Kumitat Parlamentari ġie diskuss l-abbozz, li permezz tiegħu se tiġi emendata l-liġi tal-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA). Għal darb’oħra, il-Partit ta’ Grech ma ressaq l-ebda emenda, anzi r-rappreżentanti tiegħu vvotaw favur il-pożizzjoni kif ippreżentata mill-Gvern.

Ix-xahar l-ieħor, il-Kap Nazzjonalista kien iddikjara li mhux biżżejjed li jkollok il-liġi, avolja hi biss il-liġi li tista’ tirregola s-settur. Minbarra hekk, kien ta anke x’jifhem li, wara dak in-nuqqas, kien se jressaq il-proposti tiegħu.

“Aħna se nkomplu anke ngħidu x’naħsbu fl-istadji rispettivi ta’ dan il-Parlament u, filwaqt li nittama li l-Ministru jagħti kas dak li nkunu qed ngħidulu, mhux bħalma jagħmlu diversi drabi fil-kumitati, ngħidulhom u nissuġġerulhom biex jirranġaw partijiet mil-liġi u jinjoraw, għax dan hu Gvern li ma jismax,” kien iddikjara Grech fil-Parlament nhar l-24 t’April b’referenza għal-liġi proposta mressqa mill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi.

Minflok, iżda, meta din ilġimgħa ġietu okkażjoni oħra biex jagħmel dak li wiegħed, permezz tal-Kumitat għallKunsiderazzjoni tal-Abbozzi talParlament, reġa’ effettivament m’għamel assolutament xejn.

F’April hu kien saħansitra rrikorra għad-drama f’diskorsu u waqt li indirizza l-kamera li kienet qed ixxandar it-trażmissjoni mill-Parlament, qal: “Int li qed issegwini, anzjana li tgħix f’darek u tisma’ l-magna ttektek mal-appoġġ tiegħek u ċċempel tagħmel irrapporti, għax qed tħoss il-bini tiegħek qed jitriegħed … int tħossok li għandek Gvern li lilek ma jagħtix kasek.”

It-tieni nuqqas tiegħu fi spazju ta’ ftit ġimgħat ta prova oħra ta’ Kap tal-Oppożizzjoni li jirriduċi temi ta’ importanza nazzjonali f’logħob partiġjan. Jirrikorri għar-retorika u jinfexx fl-attakki dwar kollox, filwaqt li jirkeb fuq ċirkostanzi sempliċiment għall-apparenza inkluż f’temi u dibattiti daqstant importanti.

Bil-maqlub, irid ikun Gvern Laburista li jirriforma u jwettaq tibdil fl-aħjar interess soċjali f’setturi li ilhom żmien twil staġnati.

Ta’ min isemmi li, permezz tal-istess abbozz legali, se jkun jista’ jingħata bidu għall-ħatra ta’ kumitati biex l-Awtorità tkun tista’ tevalwa talbiet għal ħruġ ta’ liċenzji fis-settur.

L-ewwel żewġ kumitati li mistennija jitwaqqfu huma dawk li jevalwaw it-talbiet għal ħruġ ta’ liċenzji tal-kuntratturi, li l-avviż legali dwarhom se jkun qed jiġi ppubblikat dalwaqt wara l-konsultazzjoni pubblika li saret u li l-Oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax fih.

Minbarra hekk, il-ħruġ talliċenzji tal-bennejja se jgħaddi f’idejn il-BCA, minflok id-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi kif kien s’issa.

Meta, iżda, ġiet notifikata bix-xogħol barra l-ħin stipulat, il-BCA investigat il-każ u kkonkludiet li veru kienu qed isiru xi xogħlijiet illegali matul il-lejl, b’dannu għall-ġirien minħabba l-istorbju ġġenerat. B’riżultat t’hekk, l-Awtorità mmultat lill-kuntrattur.

Skont ir-regolamenti għall-immaniġġjar ta’ siti tal-kostruzzjoni, xogħol ta’ dan it-tip seta’ jseħħ biss bil-permessi relattivi fil-ħinijiet bejn is-7:00 a.m. u t-8:00 p.m., esklużi Ħdud u festi pubbliċi. Minbarra hekk, mill-15 ta’ Ġunju sal-aħħar ta’ Settembru li ġejjin, se jkunu projbiti wkoll xogħlijiet ta’ twaqqigħ u t-tħaffir f’żoni turistiċi.

JIPPROVA JINGĦOĠOB MAL-ESTABLISHMENT FORSI JĦALLUH KWIET

Id-Deputat Nazzjonalista Joe Giglio jiġi magħfus internament għal spjegazzjoni wara li ħarab mistoqsijiet minn ONE News

Sorsi, li jafu sew x’qed jiġri fil-Partit Nazzjonalista u li tkellmu malKullĦadd, spjegaw kif id-Deputat Joe Giglio ( il-logħba magħrufa sew fl-istrutturi tad-Dar Ċentrali li jippro va jingħoġob ma’ dawk tal-establishment bit-tama li ma jerġax jispiċċa fil-mira tal-attakki tagħhom. Dan ħareġ l-aktar ċar nhar il-Ġimgħa filgħodu waqt li, flim kien mad-Deputat tal-establishment Karol Aquilina, indirizza konferenza tal-aħbarijiet. Matul din il-konferenza, Giglio rrepeta l-politika fqira ta’ Bernard Grech u l-establishment Nazzjonalista li jridu jibagħtu lill-Prim Ministru Robert Abela l-ħabs. Fl-istess konferenza, ġurnalist ta’ ONE News staqsa lill-Avu Giglio biex jikkonferma jekk fl-inkjesta maġisterjali dwar l-ispta rijiet hux qed jidher għal xi partijiet involuti. Viżibbilment skom du, Giglio pprova jaħrab milli jwieġeb billi rrefera għas-sigriet professjonali. Aquilina, bilqiegħda maġenbu, ukoll deher skom du quddiem din is-sitwazzjoni.

Is-sorsi fil-PN qalulna li m’hemm l-ebda sitwazz joni tajba bejn Giglio u Aquilina, simili għal qabel l-elezzjoni ġenerali fejn tal-estab lishment ħassewhom mheddin bil-kan didatura tal-avukat. Fil-fatt, attakkawh kemm-il darba, anke jekk indiretta ment, dwar is-sehem tieghu f’każi, bħal dawk tal-Bank Pilatus. Fost dawk li kontinwament jitfgħu l-bot ti lejn Giglio hemm l-Eks Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, li hu qrib ħafna tal-establishment.

L-istess sorsi komplew jgħidu li “Giglio qed jipprova jingħoġob (mal-establishment) bit-ta ma li ma jattakkawhx … jar ralu għax dawn m’għandhom l-ebda simpatija lejh”, waqt li indikaw li, jagħmel x’jagħmel, l-ebda tentattiv mhu se jirnexxilu jiskansa li jkun fil-mira tagħhom.

Sorsi oħrajn spjegaw li Giglio “għandu ambizzjonijiet politiċi kbar, imma tal-establishment deċiżi li ma jħalluhx javvanza pass”.

14.05.2023 06

IT-TURIŻMU LURA GĦAR-REKORDS

Fl-ewwel kwart tal-2023 jinqabżu ċ-ċifri ta’ erba’ snin ilu qabel il-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 meta s-settur kien għaddej fl-aqwa tiegħu … il-prospetti għall-bqija ta’ din is-sena huma tajbin ħafna

Il-perjodu ta’ bejn Jannar u Marzu li għaddew kien l-aqwa wieħed fl-istorja tat-turiżmu Malti, jixhdu l-istatistiċi uffiċjali. Il-wasliet, l-iljieli u anke l-infiq tat-turisti li żaruna kienu jaqbżu l-istess perjodu fl-2019 meta kien irreġistrat laħħar rekord.

Jirriżulta li fl-ewwel kwart ta’ din is-sena waslu f’pajjiżna 443,191 turist, żieda ta’ 4.1% meta mqabbel mal-istess perjodu fl-aħħar sena qabel faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19 f’pajjiżna wkoll.

Din il-kriżi tas-saħħa, għalkemm ma kellhiex effetti devastanti fostna daqs f’diversi pajjiżi oħrajn grazzi għal amministrazzjoni bil-għaqal, xorta imponiet għadd ta’ restrizzjonijiet drastiċi, inkluż l-għeluq tal-Ajruport u l-portijiet kollha u allura bibien kollha magħluqin għas-settur li jimpjega eluf kbar.

Il-fatt li l-Istat evita

s-sensji fl-industrija tal-ospitalità u offra saħansitra l-pagi ta’ dawk fejn ix-xogħol tagħhom waqaf ħesrem, wassal biex wara t-tneħħija tar-restrizzjonijiet il-pajjiż kien diġà mħejji biex jerġa’ jitlaq jiġri anke b’vantaġġ fuq kompetituri oħrajn tagħna.

L-aktar riżultati sinifikanti anke ħdejn pajjiżi

Tixhed proprju dan l-aħħar statistika fit-turiżmu mħabbra din il-ġimgħa f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA). Il-fatt li pajjiżi oħrajn fil-kontinent mhumiex mistennija jilħqu l-istess ċifri tal-2019 qabel is-sena d-dieħla jkompli jagħmel ir-riżultati ta’ pajjiżna aktar sinifikanti.

Minbarra l-ammont sħiħ ta’ turisti li żaruna, anke n-numru ta’ ljieli li dawn qattgħu fostna u n-nefqa tagħhom żdiedu mqabblin ma’ erba’ snin ilu.

Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena dawk li żaruna qattgħu total ta’ 2,905,527 lejl bejniethom, żieda ta’ 3.8% fuq ir-rekord tal-2019, waqt li l-ġid li ħallew hawn tela’ għal €312-il miljun, żieda impressjonanti ta’ 14.7% fuq l-istess perjodu. Anke lispiża ta’ kull turist b’mod individwali rreġistrat ukoll żieda. Filwaqt li fl-2019 kull turist nefaq mas-€640 f’pajjiżna, din is-sena t-turisti nefqu €705, 10% aktar.

Għal kull lejl f’pajjiżna fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, kull turist nefaq medja ta’ €110, żieda ta’ 10.5% fuq l-istess

F’April ukoll il-passiġġieri li għaddew mill-Ajruport qabżu bi 8.4% l-istess perjodu tal-2019

qet il-ġurnalista f’kollegament dirett mal-Ministru Malti, li wieġeb li l-Gvern Malti għandu kull intenzjoni li jibqa’ jaħdem biex jassigura li s-sostenibilità u t-turiżmu mhumiex kompetituri, imma msieħba li jmorru id f’id.

Fi tmiem l-intervista, Giokos tenniet li anke hi issa tħajret li tiġi fostna fil-futur qrib. “Għalkemm ikolli nammetti li qatt ma żort il-pajjiż, imma issa żgur li jinsab fuq il-lista tiegħi,” temmet tgħid il-ġurnalista Amerikana.

Is-sena li għaddiet, Malta wkoll kienet saret l-ewwel destinazzjoni Ewropea li ġiet iċċertifikata minn Forbes Travel Guide, wara li wkoll sar l-ewwel pajjiż fid-dinja li qed jieħu sehem fil-programm “Star Journey”. Taħt il-kappa tas-sit rinomat Forbes, dan jirrakkomanda u jippremja lukandi, restoranti u spas minn fost aktar minn 70 pajjiż madwar id-dinja.

perjodu fl-2019 meta l-medja kienet €97.

Imqabbel mat-turiżmu qabel il-pandemija, fl-ewwel kwart ukoll kien hemm żidiet notevoli minn swieq ġodda, partikolarment mill-Polonja, mill-Italja, minn Franza, mill-Awstrija, mill-Iżvizzera, mill-Ungerija u mill-Irlanda.

Wara investimenti u kampanji li saru mill-MTA fil-Polonja, mill-bidu tas-sena sa Marzu żaruna 36,521 persuna minn dan il-pajjiż, qabża ta’ 74.7% meta mqabbel mal-ammont ta’ turisti Pollakki li ġew f’Malta fl-ewwel kwart tal-2019.

Mingħajr dubju, l-uffiċċju l-ġdid tal-MTA f’Varsavja, li nfetaħ f’Novembru li għadda, serva ta’ għajnuna kbira biex jiġbed aktar turiżmu minn dan il-pajjiż u r-ritmu jidher li se jkompli jitjieb fiż-żmien li ġej, qalu lill-KullĦadd sorsi mill-industrija lokali.

Ma’ dan waslu fostna 73,114il Taljan bejn Jannar u Marzu li għaddew, żieda ta’ 11.3% meta mqabbel ma’ dawk mill-istess pajjiż u perjodu fl-2019.

Iż-żieda f’dan is-suq tradizzjonali kompliet tieħu spinta, inkluż bir-reklamar b’saħħtu li għaddej fl-Italja, fosthom bil-brand ta’ VisitMalta li għadu kemm sar sponsor uffiċjali tal-Giro D’Italia, wieħed mill-aktar avvenimenti sportivi rinomati u segwiti f’dan il-

pajjiż u madwar id-dinja.

Pajjiżna wkoll esperjenza żieda importanti mis-suq Franċiż, tant li fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena żaruna 40,113-il Franċiż. Fl-2019 f’dan il-perjodu kienu waslu 32.6% inqas turisti minn dan il-pajjiż. Fl-aħħar ġimgħat tnediet kampanja pubbliċitarja ġdida f’dan il-pajjiż bil-għan li tkompli żżid l-għarfien dwar is-sbuħija ta’ dan il-ġojjell fil-Mediterran.

Il-kampanja, b’filmati ta’ għaxar sekondi fis-sistemi tal-ivvjaġġar ewlenin, hi mifruxa madwar sebat ibliet ewlenin Franċiżi li huma l-kapitali Pariġi, Marseille, Lyon, Bordeaux, Nantes, Toulouse u Nizza. Dawn ġew magħżulin apposta minħabba l-konnessjonijiet diretti li pajjiżna għandu magħhom.

Riżultati sinifikati oħrajn ġew minn swieq li b’mod kontinwu qed naraw żieda fl-interess tagħhom f’pajjiżna.

Pereżempju, bejn Jannar u Marzu tal-2019, mill-Awstrija kienu ġew 3,276 turist. Din is-sena dawn żdiedu bi kważi 69% għal 8,152 turist. Mill-pajjiż ġar tagħhom, l-Iżvizzera, ukoll kien hemm żieda ta’ 8.4% fuq l-2019. Minn hawn fl-ewwel kwart ta’ din is-sena waslu f’pajjiżna 6,220 turist.

B’7,845 wasla mill-Ungerija (+67.3% fuq l-2019) u 9,600 Irlandiż (+47.3%) ikomplu jirreġistraw żidiet interessanti wkoll ma’ dawk diġà elenkati. Minkejja dan, l-akbar suq

għal pajjiżna anke fl-ewwel tliet xhur tas-sena baqa’ dak Brittaniku, fejn waslu 81,804 turisti. Minkejja li, f’dan il-każ, għadna ma qbiżniex il-volumi li kellna fl-istess perjodu qabel il-COVID-19, l-awtorità turistika tinsab determinata li tkompli ttejjeb il-konnettività bl-ajru mar-Renju Unit. L-istess mal-Ġermanja u l-pajjiżi Skandinavi.

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo f’konferenza aktar kmieni din il-ġimgħa tenna: “M’hemmx dubju li dawn iċ-ċifri jikkonfermaw li l-ħidma fil-qasam miexja fid-direzzjoni t-tajba f’pajjiżna u dan kollu se jkun pjattaforma għall-bqija tas-sena biex naraw li jkollna aktar titjib u sena tajba ħafna. B’hekk inkomplu nagħtu sostenn lil din l-industrija u nkomplu nagħtu iżjed opportunitajiet għall-futur.”

Dan is-suċċess ukoll attira l-għajn tal-midja internazzjonali fl-aħħar jiem.

Fil-fatt, waqt li nhar il-Ħamis il-Ministru Bartolo, kien qed jiġi intervistat mill-istazzjon televiżiv Amerikan CNN, il-ġurnalista rinomata Eleni Giokos esprimiet l-istagħġib tagħha kif Malta qed jirnexxilha tikseb dan is-suċċess u taqbeż iċ-ċifri rekord tal-2019.

“It-turiżmu jlaħħaq għal 15% tal-Prodott Gross Domestiku tagħkom. Hu tassew astronomiku u affaxxinanti li tara kif qegħdin jirnexxilkom tipproġettaw lilkom infuskom,” saħ-

Riżultati sinifikanti wkoll mill-MIA f’April

Sadanittant, f’aħbar oħra pożittiva relatata, tħabbar mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) li fix-xahar li għadda dan laqa’ s-700,000 passiġġier tiegħu aktar kmieni mis-soltu. It-traffiku f’April ammonta għal xejn inqas minn 708,388 passiġġier, li fisser żieda ta’ 8.4% fuq il-livelli tal-2019, grazzi għat-tnedija tal-iskeda l-ġdida tas-sajf u matul il-vaganzi tal-Għid li taw spinta lill-moviment tal-passiġġieri.

Jirriżulta li l-aktar jiem impenjattivi kienu fi tmiem ilġimgħa tal-Għid, bejn is-7 u l-10 t’April, meta għaddew millMIA xejn inqas minn 98,449 passiġġier.

Ir-riżultat pożittiv għal April kien irreġistrat fl-istess perjodu li fih l-Ajruport esperjenza żieda ta’ 6.8% fuq l-2019 fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet minn u lejn Malta u anke seat load factor b’saħħtu ta’ 84.6%.

Fl-istess xahar, is-suq li xpruna l-akbar moviment ta’ passiġġieri kien dak Taljan, segwit mir-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja. Wara nuqqas ta’ sitt xhur, Spanja reġgħet sabet postha bħala l-ħames l-aktar suq importanti għall-MIA.

Dan it-titjib minn Spanja seħħ wara li reġgħu ġew introdotti r-rotot ta’ Seville u Valencia u żdiedet il-frekwenza tattitjiriet lejn Barċellona bħala parti mill-iskeda tal-ajruport għas-sajf.

14.05.2023 07
oħrajn

L-NSO JIRREĠISTRA

TITJIB KBIR FL-2022

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) indika li s-sena l-oħra esperjenza żviluppi importanti fil-ħidma tiegħu. Dan joħroġ mir-rapport annwali tiegħu, li għadu kemm ġie ppubblikat, u jkopri perjodu meta d-dinja kienet qed tirkupra gradwalment mill-pandemija COVID-19, li kellha effett sinifikanti fuq il-qagħda ekonomika u soċjali tal-pajjiżi kollha, daqskemm fi sfidi fuq din l-entità governattiva.

Il-kisbiet irreġistrati jindikaw xejriet importanti li l-NSO mistenni jkompli fuqhom bħala parti mill-viżjoni tiegħu għas-snin li ġejjin. Fuq quddiem, il-bidla maġġuri għallmod kif tinġabar l-istatistika, bidla għal mezzi elettroniċi li bdiet b’mod speċjali bl-użu ta’ tagħmir elettroniku fiċ-Ċensiment tal-Agrikoltura tal-2020, u wara, fl-2021, fiċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar.

L-NSO qal li fost l-innovazzjonijiet importanti li kienu ilhom jinħassu kien hemm ġbir ta’ informazzjoni permezz ta’ kwestjonarji online u l-użu ta’ laptops u tablets waqt intervisti li għenu mhux ftit fl-effiċjenza tal-uffiċjali tiegħu.

Fl-2022 kien hemm ukoll investiment konsiderevoli fir-

riżorsi umani, tant li, minn 140 impjegat sa ftit ilu, issa l-ħaddiema tal-NSO jgħoddu 200, f’firxa wiesgħa ta’ gradi u rwoli professjonali. Fl-istess ħin ingħatat spinta wkoll fit-taħriġ tal-ħaddiema.

Ir-rapport għall-2022 jgħid ukoll li kien hemm tisħiħ filkollaborazzjoni tal-entità mad-direttorat ġenerali talistatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, permezz ta’ task forces u gruppi ta’ ħidma li ffokaw fuq temi partikolari.

Fl-aħħar ġimgħat u wara 20 sena mit-twaqqif tiegħu, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika Malti biddel ukoll id-dehra korporattiva u proċeduri ta’ xogħol tiegħu. Permezz tagħha, mhux biss inbidel il-logo, iżda beda jopera sit elettroniku ġdid aktar aġġornat u tħabbar li se tibda tiġi ppubblikata aktar statistika bl-ilsien Malti. Minbarra hekk se jissaħħu r-rabtiet mal-mezzi tax-xandir u l-pubbliku, u se jingħata aktar tagħlim tal-istatistika fost iż-żgħażagħbiex jitkabbar l-għarfien għal karrieri f’dan il-mestier.

Xogħol ieħor importanti li qed isir hu dak biex tinbidel il-liġi li tirregola l-NSO biex illiġi tirrifletti iżjed il-bżonnijiet tal-lum.

RIKONOXXIMENTI FIS-SERVIZZ PUBBLIKU

Il-Ġimgħa filgħaxija s-Servizz Pubbliku rrikonoxxa l-ħidma tal-uffiċjali pubbliċi li spikkaw f’ħidmiethom is-sena li għaddiet. Iċ-ċerimonja, li saret taħt il-patroċinju tal-President tarRepubblika George Vella, ġabet fi tmiemha l-ewwel edizzjoni tal-Public Service Expo.

F’diskors tal-okkażjoni, ilKap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana ddeskriva l-uffiċjal pubbliku bħala l-akbar riżorsa li għandu ċ-Ċivil u stqarr li okkażjonijiet simili jippremjaw ilmotivazzjoni, l-innovazzjoni u s-sens ta’ appartenenza.

Din is-sena, il-maġġoranza assoluta tal-premjijiet kienu miftuħin għan-nominazzjonijiet tal-uffiċjali pubbliċi stess, b’bord imwaqqaf apposta jirċievi kważi 300 nominazzjoni.

Fost il-ħidma li ġiet ippremjata kien hemm il-Best Green Initiative, unur li mar għand l-Inġinier Ramon Tabone mill-Isptar Mater Dei, grazzi għall-ħidma fuq proġett fejn naqqas il-ħela ta’ sħana mill-inġenji taċ-chillers tal-isptar, billi jutilizza din l-istess enerġija biex issaħħan is-swali u l-ilma. Hu stmat li dan wassal biex jiġu

ffrankati miljun litru ta’ fuel u aktar minn tliet miljun kilo ta’ tniġġis tal-karbonju.

L-unur tal-Best Digital Solution ingħata lill-Information Management Unit tal-Ministeru għall-Politika Soċjali, wara li żviluppa l-pjattaforma mySocialSecurity. Din l-għodda toffri servizzi soċjali personalizzati, b’faċilità ta’ stimi ta’ benefiċċji li applikant ikun intitolat għalihom.

L-Inclusion Award ingħata lit-tim tal-Community Policing fil-Marsa, li stabbilixxa diversi attivitajiet li qed iwasslu għal aktar inklużjoni kif ukoll qed iservu ta’ pont bejn gruppi ta’ minoranza u l-awtoritajiet.

L-Inspiring Social Responsibility Award ingħata lill-Malta Food Agency, għat-tqassim ta’ frott, ħaxix u ħut frisk lil soup kitchens u food banks, waqt li l-Project of the Year ingħata lid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità għal Dar Padova, klinika b’numru ta’ servizzi taħt saqaf wieħed għall-anzjani f’Għawdex.

It-Team Recognition Award ingħata lit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Industrijali fid-Diviżjoni tan-Nies u l-Istandards, grazzi għax-xogħol tagħha fuq kundizzjonijiet tal-ħaddiema b’ħiliet ta’ negozjar u abbiltà li tnaqqas il-konflitti fix-xogħol.

Ma’ dawn, il-Quality Award ingħata lil Business First, il-Quality Label ingħata lillUffiċċju tal-Passaport u taleID ta’ Identity Malta, l-Uffiċċju għas-Servizzi Konsulari, il-One-Stop-Shop għall-Uffiċjali Pubbliċi u l-Health Care Funding.

Il-Best Practice in Good Governance Award ingħata lill-Awtorità tal-Istandards għall-Kura Soċjali, ir-Role Model Award ingħata lill-Kuntistabbli tal-Pulizija Aiden Brignone Carachi u l-Outstanding Effort Award littim tal-Protezzjoni Ċivili.

14.05.2023 08
Il-President u l-Kap tas-Servizz Pubbliku ma’ dawk ippremjati għas-servizzi tagħhom

1,650 JITĦALLSU TALLI QED IDURU BI QRABATHOM

Is-sena li għaddiet ġew allokati €12.5 miljun

għall-Allowance għal Carers u l-Allowance

Miżjuda għal Carers, skemi li ddaħħlu fl-2017

L-iskema, li fl-aħħar sitt snin bdiet tinċentiva finanzjarjament lil dawk li jieħdu ħsieb persuni vulnerabbli fil-familja tagħhom, illum tara 1,650 persuna jibbenefikaw minnha.

L-għajnuna finanzjarja bi skop soċjali qawwi mhux biss iżżomm lill-membri tal-familji iżjed magħqudin, iżda wkoll ittaffi l-piż minn fuq l-Istat li, kieku, irid jalloka iżjed postijiet ta’ akkomodazzjoni alternattiva biex dawn il-vulnerabbli jkunu indokrati u jingħataw ilkura meħtieġa, bħal fil-każ ta’ anzjani.

Tagħrif, li ppreżenta fil-Parlament il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, juri li hemm 368 benefiċjarju tal-Allowance tal-Carers u 1,282 oħrajn li jitħallsu l-Allowance Miżjuda għal Carers.

Id-differenza bejn iż-żewġ benefiċċji hi determinata minn kejl mediku, fiżiku u mentali, tal-qraba li jkunu jeħtieġu l-indokrar u kura.

L-Allowance Miżjuda għal Carers, li ssarraf f’€160.97 fil-ġimgħa, jistgħu jgawdu minnha dawk li se jieħdu ħsieb lil xi ħadd fil-familja b’dipendenza għolja. Fil-każ tal-Allowance għal Carers, li għaliha l-Gvern joħroġ il-ħlas ta’ €107.87 filġimgħa, din hi għal każi fejn id-dipendenza hi medja.

Allokazzjoni simili fl-2012 kienet sitt darbiet inqas minn dik li hemm illum

Minn tagħrif li rnexxielha tikseb il-KullĦadd, jirriżulta li dawn il-benefiċċji, li ġew introdotti fl-2017 u jitħallsu b’erba’ ġimgħat bil-quddiem, fissru total ta’ madwar €12.5 miljun is-sena li għaddiet.

L-Allowance għal Carers u l-Allowance Miżjuda għal Carers kienu ħadu post il-Pensjoni tal-Wens u l-Assistenza Soċjali tal-Carers, bid-differenza li waqt li dawn tal-aħħar il-persuni vulnerabbli kienu suxxettibbli għal test tal-mezzi u allura mhux kulħadd kien eliġibbli,

fiż-żewġ benefiċċji attwali dan mhux rikjest.

Iżjed minn hekk, jirriżulta li fl-2012 il-Gvern kien jalloka biss €1.9 miljun għall-Pensjoni tal-Wens u l-Assistenza Soċjali tal-Carers, sitt darbiet inqas mill-allokazzjoni tal-lum. Meta kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari tad-Deputata Graziella Galea, il-Ministru qal li dawn l-għajnuniet wasslu biex aktar anzjani baqgħu jgħixu fil-komunità. Dan ifisser li baqgħu jgawdu l-kumdità tarresidenza tagħhom u ma sarux piż fuq is-sistema nazzjonali biex jinstabilhom post f’xi dar tal-anzjani.

Mill-istess informazzjoni mill-Parlament, jirriżulta wkoll li attwalment hemm 434 persuna mill-benefiċjarji li għandhom ’il fuq minn 60 sena, iżda inqas minn 65 sena, li qegħdin jieħdu ħsieb lill-qraba tagħhom.

14.05.2023 09

ĦAMES PILASTRI FL-ISTRATEĠIJA

GĦAT-TISĦIĦ TAL-GVERN LOKALI

Wara 30 sena li ilhom jaħdmu qrib iċċittadini, bl-isfidi kollha li ġew mażżmien, il-kunsilli lokali issa għandhom strateġija nazzjonali ġdida biex, flimkien mal-kunsilli reġjonali li jagħmlu parti minnhom, ikomplu jaġġornaw mażżminijiet u jibqgħu jġibu tibdiliet meħtieġa fil-lokalitajiet bl-aħjar servizzi possibbli.

L-evoluzzjoni fil-mod kif il-kunsilli jtejbu l-prattiċi tagħhom kienet ilha żmien twil tinħass, għalhekk issa tfasslet il-Viżjoni Strateġika Nazzjonali għall-Gvern Lokali msejsa fuq ħames pilastri ewlenin. Dawn ġew identifikati u stabbiliti wara sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni flimkien ma’ dawk kollha interessati u li għandhom għal qalbhom it-tmexxija tal-ibliet u l-irħula lokali.

Il-pilastri identifikati se jkunu qed jagħtu viżjoni aktar ċara ’l fejn il-pajjiż irid iwassal lill-kunsilli lokali u reġjonali biex jibqgħu jservu u jkunu l-vuċi tarresidenti. Il-ħames pilastri prinċipali huma: 1) Governanza tajba u effettiva;

2) Riżorsa reġjonali għall-kunsilli lokali;

3) Lokalitajiet b’ambjent aktar nadif; 4) Kunsilli lokali viċin in-nies; u 5) Prijorità diġitali fil-Gvern Lokali.

Mil-laqgħat ta’ konsultazzjoni ħarġet ċara l-importanza li l-kunsilli jkunu dejjem aktar trasparenti u responsabbli għad-deċiżjonijiet li jieħdu f’isem iċċittadini rispettivi tagħhom.

Il-viżjoni strateġika turi li l-kunsilli lokali u reġjonali għandhom jimmiraw biex jilħqu livell ogħla ta’ governanza tajba u effettiva, permezz ta’ diversi miżuri li jsaħħu l-istrutturi interni tagħhom. Miżuri oħrajn jinkludu taħriġ ħolistiku li mistenni jingħata biex titjieb il-governanza tal-membri eletti u membri amministrattivi tal-kunsilli.

Minbarra hekk, hu essenzjali li jinħolqu linji gwida dettaljati u jingħata appoġġ professjonali lill-kunsilli lokali u reġjonali biex tissaħħaħ il-kontabilità. Kunsilli lokali li jilħqu livell għoli ta’ eċċellenza se jkunu qed jiġu mħeġġa u assistiti biex japplikaw għattimbru European Label of Governance Exellence jew ELoGE.

Finalment, il-governanza tajba u effettiva mistennija tissaħħaħ ukoll bil-preżenża ta’ mekkaniżmi li jwittu t-triq għal aktar rappreżentanza filkunsilli lokali, waqt li tissokta l-ħidma biex kandidati eliġibbli jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tal-kariga qabel l-età ta’ 18-il sena.

Il-kunsilli reġjonali huma pedina importanti għall-kunsilli lokali li jħaddnu u jistgħu jkunu ta’ kontribut ferm akbar fl-impenn tagħhom biex iqarrbu lill-Gvern Lokali lejn ir-residenti.

Waqt li s-servizzi offruti mill-kunsilli baqgħu jiżdiedu, inħasset iżjed il-ħtieġa ta’ entità li b’mod kollettiv u b’sinerġija waħda mal-istess entitajiet dawn isibu s-sostenn biex anke jindirizzaw ilħtiġijiet b’mod effiċjenti u effikaċi.

Għal dan il-għan, il-viżjoni strateġika l-ġdida se tkompli ssaħħaħ il-valur talkunsilli reġjonali bħala punt ta’ referenza għas-settur tal-Gvern Lokali. B’hekk il-

kunsilli reġjonali se jibqgħu strumentali biex iqassmu r-riżorsi b’mod aktar effiċjenti bil-kollaborazzjoni kontinwa u ħidma professjonali bejn il-lokalitajiet.

Ma’ dan se jkun hemm impenn biex prattiċi tajbin jinqasmu ma’ reġjuni oħrajn, filwaqt li jinħolqu mekkaniżmi biex jiġu ppremjati r-reġjun jew reġjuni li effettivament ħadmu b’risq ilkomunitajiet.

Il-kunsilli reġjonali huma pedina biex jiffaċilitaw kif diversi msieħba jistgħu jaqsmu l-informazzjoni u l-ideat

F’kummenti lill-KullĦadd, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, tenniet li “qed naraw kif il-Gvern jagħmel sforzi u investimenti kbar fil-qasam ambjentali. Għaldaqstant, din il-viżjoni se tkun qed toffri linji gwida biex inkomplu fuq dawn l-isforzi. Qed tiġi implimentata sistema tal-ġbir tal-iskart biex din tibqa’ tħares il-bżonnijiet ta’ kull lokalità f’kuntest reġjonali u b’hekk jonqos ilpiż amministrattiv minn fuq il-kunsilli lokali.”

Il-viżjoni strateġika għandha l-għan li twassal lill-kunsilli lokali u reġjonali biex jilħqu livelli ogħla

“Il-viżjoni tal-Gvern Lokali titlaq millpunt li s-servizzi tal-entitajiet governattivi jkunu eqreb lejn ir-resident billi tiġi ffaċilitata l-aċċessibilità mill-uffiċini tal-kunsilli. Se jiġu wkoll identifikati proġetti li jindirizzaw il-ħtiġijiet tar-residenti, b’ħidma kollaborattiva bejn ilkunsill lokali u dak reġjonali rispettiv. Bħala Gvern Lokali, għandna nibqgħu nsostnu l-funzjoni ewlenija li nipprovdu inizjattivi u proġetti li jtejbu l-kwalità talħajja tar-residenti, filwaqt li niżguraw li dawn il-proġetti jkunu inklużivi għal kulħadd,” hi qaltilna.

Hi realtà li l-qasam tal-Gvern Lokali jeħtieġlu li jkompli jevolvi u jimxi mażżminijiet biex jibqa’ relevanti. Għaldaqstant, il-viżjoni strateġika tħaddan fiha pilastru li jipproponi numru ta’ miżuri biex, filwaqt li l-kunsilli lokali u reġjonali jkunu aktar aċċessibbli, jagħmlu użu mit-teknoloġija diġitali għat-titjib fil-kwantità u l-kwalità tasservizzi li jiġu offruti lill-komunitajiet.

għal ippjanar u komunikazzjoni aħjar. Finalment il-kunsilli reġjonali jibqgħu jsostnu l-ħidma intensiva ħalli jitħarsu d-drittijiet tal-kunsilli fl-iżvilupp talpolitika nazzjonali.

Il-poplu qed isir aktar konxju dwar l-importanza tal-ambjent u kif il-lokalitajiet tagħna għandhom ikunu aktar nodfa. Il-viżjoni strateġika relatata ma’ din it-tema hi li jiżdiedu r-riżorsi blaħjar mod possibbli, filwaqt li tiżdied l-effiċjenza għal ambjent aktar nadif, inkluża l-arja li ttejjeb il-kwalità talħajja tar-residenti.

Ma’ dan hi spjegat li qiegħda ssir ħidma ħalli jiġu introdotti inċentivi u miżuri li jnaqqsu l-emissjonijiet u anke jiġu implimentati metodi aktar effiċjenti għat-tindif tat-toroq fil-lokalitajiet.

“Għal dawn l-aħħar 30 sena, ilkunsilli lokali servew bl-iskop aħħari li jirrappreżentaw liċ-ċittadini lokali u għalhekk hu siewi li din il-viżjoni strateġika ssaħħaħ il-funzjoni talimsieħba tal-Gvern Lokali biex ikunu viċin in-nies, fl-analiżi u fit-twettiq tal-ħtiġijiet u l-aspettazzjonijiet talkomunitajiet,” kompliet Zerafa Civelli.

Il-viżjoni strateġika wkoll tindirizza lill-kunsilli lokali għall-introduzzjoni ta’ pjattaforma komuni online, flimkien ma’ pjan biex titnieda mobile app ħolistika li minnha r-residenti kollha jkollhom aċċess għas-servizzi offruti millkunsilli lokali u l-faċilità għal attivitajiet u taħrig aċċessibbli b’mod virtwali.

Il-kunsilli lokali u reġjonali issa qed jingħataw viżjoni biex jibqgħu jaqdu r-rwoli kruċjali tagħhom fil-komunità. Għaldaqstant, it-tnedija tal-Viżjoni Strateġika Nazzjonali għall-Gvern Lokali qed titqies bħala għodda ħajja biex illokalitajiet jibnu fuqha u jtejbu l-ideat li jiġu identifikati fiha.

14.05.2023 10
Is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli waqt it-tnedija tal-istrateġija l-ġdida għall-Gvern Lokali din il-ġimgħa

INĊENTIVI GĦAL IKTAR INVESTIMENT F’ENERĠIJA ĦADRA

Il-Gvern jinsab għaddej b’diversi kampanji bil-għan li l-ekonomija Maltija u l-poplu inġenerali ma jibqgħux dipendenti fuq enerġija li toriġina minn sorsi mhux rinnovabbli bħalma huma dawk li ġejjin mill-fossili.

Xhieda ta’ dan huma d-diversi skemi li tnedew tul dawn l-aħħar snin biex jgħinu lill-imprendituri fis-settur privat ħalli jilħqu dan il-għan.

Dawn l-iskemi u inċentivi ntlaqgħu tajjeb ħafna mis-settur industrijali u dan kollu jinkoraġġixxi għal inizjattivi oħrajn biex il-pajjiż ikompli jilħaq il-miri tiegħu ta’ żvilupp sostenibbli mfasslin mill-Unjoni Ewropea u l-viżjoni talGvern għal ekonomija dekarbonizzata sas-sena 2050.

Għaldaqstant, il-Ministeru għallAmbjent, l-Enerġija u l-Intrapriża għal darb’oħra qed joffri skema oħra biex investituri privati jitfgħu l-offerti tagħhom ħalli jiżviluppaw installazzjonijiet kbar ta’ enerġija li tiġġedded, bħal pannelli fotovoltajċi u turbini tar-

riħ.

L-allokazzjoni massima ta’ din l-iskema hi ta’ 19-il Megawatt, filwaqt li l-kapaċità tal-installazzjoni f’kull offerta mitfugħa trid tkun ta’ mill-inqas 1 Megawatt. Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) se jkun qed jamministra din l-iskema. Investituri privati li qed ifittxu li jinvestu f’enerġija li tiġġedded se jkunu jistgħu jissottomettu l-offerti tagħhom minn nofsinhar tat-22 ta’ Mejju sa nofsinhar tat-30 ta’ Mejju li ġejjin.

Applikanti prospettivi jistgħu jiksbu aktar tagħrif mis-sit tar-REWS (https:// www.rews.org.mt/?ts=1663151046916#/ mt/a/512-call-for-bids) jew mill-Gazzetta tal-Gvern tas-17 ta’ Frar 2023 (https:// www.gov.mt/en/Government/DOI/ Government%20Gazette/tenders/Pages/2023/02/Tenders1702.aspx).

Jistgħu wkoll jibagħtu email fuq enquiry@rews.com.mt jew iċemplu  fuq in-numru 22955000 għal aktar għajnuna.

Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa

*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa

Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com

14.05.2023 11

STRATEĠIJA ANTI-BULLYING

lema kbira għall-benesseri tal-istudenti, u bil-ġeneralizzazzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u n-netwerks tal-midja soċjali, dawn l-attakki nfirxu b’mod allarmanti u saru aktar kumplessi.

jonijiet fejn nipproteġu liżżgħażagħ tagħna meta jkunu waħedhom, fejn ma nistgħux inkunu magħhom fid-dinja virtwali.

Il-bullying mhuwiex fenomenu reċenti, iżda wieħed li ilu jeżisti għal ġenerazzjonijiet f’diversi forom. Il-fatt li persuna tkun qed tiġi esposta ripetutament għal azzjonijiet negattivi li jsiru intenzjonalment u li jikkawżaw skumdità, qatt m’għandu jkun aċċettabbli. Il-ħsara kbira li ssir b’dawn l-azzjonijiet hija ta’ dannu kbir għall-individwi affettwati, iżda wkoll għas-soċjetà u sfortunatament naraw kif il-bullying għadu meqjus bħala waħda mill-problemi ewlenin li ż-żgħażagħ tagħna jiffaċċjaw matul it-tfulija tagħhom, fiż-żmien li qed jiffurmaw il-karattru u l-personalità tagħhom.

Il-bullying fl-ambjent tal-iskola minn dejjem kien prob-

Il-bullying ċibernetiku, jew l-użu ta’ teknoloġiji elettroniċi sabiex persuna oħra tiġi bbuljata permezz tal-internet, qed isir ħafna aktar komuni fost it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, u s-sitwazzjoni kompliet tiggrava matul il-pandemija, meta ħajjitna saret aktar online, l-istess ġara bil-bullying li issa m’għadux limitat għall-klassijiet fl-iskejjel.

L-isfida ewlenija tal-bullying ċibernetiku hija l-fatt li jieħu ħafna forom differenti. Eżempji jinkludu messaġġi kattivi maħsuba li jweġġgħu lil dak li jkun permezz ta’ mezzi elettroniċi b’bosta għodod li nsibu online jew fuq l-ismartphones, xnigħat mibgħuta bil-posta elettronika jew imqiegħda fuq siti ta’ midja soċjali, u ritratti, filmati jew siti imbarazzanti.

Studju jurina li wieħed minn kull ħamest itfal qed jiġi espost għal bullying ċibernetiku u skont it-tfal stess, il-bullying ċibernetiku huwa wieħed mill-aktar riskji li jassoċjaw mal-internet. Għaldaqstant, irridu naħsbu għal soluzz-

Fil-Parlament Ewropew, b’mod rikorrenti wassalt it-tħassib tiegħi dwar din il-problema tal-bullying u l-bullying ċibernetiku li jħabbtu wiċċhom magħhom ħafna żgħażagħ.

Nemmen li permezz ta’ sforzi aktar konġunti fuq livell Ewropew, hemm lok għal azzjoni aktar ikkoordinata biex tiġi miġġielda din il-problema. Ċertament mhix problema li nistgħu ninjoraw jew niħduha b’leġġerezza, aktar u aktar meta qed narawha tkompli tikber quddiem għajnejna u tħalli impatt ferm aktar negattiv fuq uliedna.

Tkellimt b’mod attiv ħafna dwar din il-kwistjoni fil-gruppi ta’ ħidma li nipparteċipa fihom fil-Parlament Ewropew, u din il-ġimgħa ddeċidejt ukoll, fl-okkażjoni tal-jum internazzjonali kontra l-bullying, li nressaq mistoqsija ta’ prijorità lill-Kummissjoni Ewropea biex nimbottaha ħalli tagħmel aktar sforzi dwar din il-problema.

Fost il-punti li qajjimt, staqsejt b’mod dirett dwar l-azzjonijiet li l-Kummissjoni biħsiebha tieħu biex timpli-

menta u ttejjeb il-ġbir tad-data dwar il-bullying u l-bullying ċibernetiku fl-Unjoni Ewropea għaliex bħalissa, għajr għal xi studji akkademiċi, m’għandniex stampa ċara dwar il-gravità ta’ din il-problema.

Ħadt ukoll l-okkażjoni biex nistaqsi lill-Kummissjoni jekk hux biħsiebha tfassal strateġija Ewropea kontra l-bullying u l-bullying ċibernetiku fl-iskejjel għaliex nemmen li permezz ta’ hekk, tista’ tipproponi s-soluzzjonijiet meħtieġa għal din il-problema f’kooperazzjoni mal-Istati Membri kollha u nkunu qed noffru protezzjoni wiesgħa.

Issuġġerejt ukoll li l-Kummissjoni tikkunsidra l-istabbiliment ta’ pakkett ta’ miżuri, inklużi rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri, fiż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u l-kisba tagħha sal-2025 biex permezz t’hekk ikollna miri konkreti li l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jsegwu u jimmiraw li jilħqu.

Fil-Plenarja tal-Parlament Ewropew, matul din il-ġimgħa ħadt ukoll l-opportunità li nwassal messaġġ dwar din il-problema, fejn sħaqt li ma nistgħux nibqgħu nittratienu u ndawru wiċċna n-naħa l-oħra.

It-tfal għandhom jgħixu ħielsa minn kull forma ta’

EKONOMIJA MA’ STABILITÀ

ru Clyde Caruana, ħabbarna li bid-diversi riformi li wet-

taqna f’dawn l-aħħar snin, l-ekonomija ngħatat spinta tant kbira li r-rata tat-tkabbir

ekonomiku fis-sena telgħet

għal kważi 7% fis-sena 2022, filwaqt li Malta llum għandha

l-ħames l-ogħla rata fl-Unjoni

Ewropea ta’ nies li jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol.

Taħt amministrazzjoni

Nazzjonalista fil-klassifika tal-għadd ta’ nies jaħdmu fil-pajjiżi oħra tal-Unjoni

Ewropeja, Malta kienet fis16-il post u r-rata tat-tkabbir

f’dak iż-żmien tant diffiċli billi ta iktar minn €1.6 biljun f’għajnuniet, iżda rnexxielu wkoll jagħti spinta enormi fl-ekonomija ta’ pajjiżna.

Il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema minn dejjem kienu ferm għal qalb dan il-Gvern. Dan jidher biċ-ċar fid-diversi inizjattivi u miżuri li qed nieħdu sabiex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema.

diskriminazzjoni u intimidazzjoni u ma nistgħux naċċettaw li jħossuhom barranin, ikunu neqsin jew jitilqu mill-iskola, jew saħansitra jkollhom ħsibijiet suwiċidali minħabba dawn il-kwistjonijiet.

Il-konsegwenzi tal-vjolenza u l-bullying, inkluż il-bullying ċibernetiku, għandhom effetti kbar, profondi u dejjiema fuq l-iżvilupp fiżiku, psikoloġiku u emozzjonali tat-tfal u rridu nimmiraw li neradikaw din l-imġiba.

Jekk irridu li ż-żgħażagħ isiru ċittadini diġitali kunfidenti, kompetenti u attivi, jeħtieġ li jkollhom il-libertà li jikbru f’ambjent diġitali sikur fejn jistgħu jirnexxu mingħajr ma jibżgħu.

Għal dan il-għan, jeħtieġ ukoll li nassiguraw li wliedna jkunu mgħammra b’ħiliet u kompetenzi diġitali, u bilħsieb kritiku meħtieġ għatteħid ta’ deċiżjonijiet responsabbli online biex ikunu kapaċi jindirizzaw firxa wiesgħa ta’ riskji li jiffaċċjaw fuq l-internet. Il-prevenzjoni u l-qerda tal-bullying u l-bullying ċibernetiku jirrikjedu impenn profond li jrid jibda fil-komunitajiet, fl-iskejjel u fid-djar tagħna, iżda jeħtieġ li dan iseħħ flimkien bi strateġija ħolistika tal-Unjoni kollha għall-ġlieda li għandha tibda fl-iskejjel.

Lura fl-2013, meta l-Partit Laburista tela’ fil-Gvern sab, li d-dejn tal-pajjiż bħala perċentwal tal-PGD, li ħalla Gvern Nazzjonalista, kien kważi jlaħħaq is-70%. Illum il-ġurnata, wara li kellna pandemija u għadha għaddejja wkoll il-gwerra fl-Ukrajna, dan il-Gvern xorta waħda rnexxielu jniżżel id-dejn għal 54% tal-PGD.

Din il-ġimgħa flimkien mal-kollega tiegħi l-Minist-

ekonomiku ma kinitx taqbeż it-2% fis-sena.

Ta’ min li wieħed jiftakar ukoll li meta l-kumplament tal-pajjiżi Ewropej kienu għaddejjin minn turbulenza

kbira minħabba l-pandemija u l-pressjoni li l-istess pandemija tefgħet fuq l-impjieg tan-nies u n-nuqqas ta sigurtà li ffaċċjaw in-negozji, dan il-Gvern mhux talli kien kapaċi jagħti serħan il-moħħ lin-negozji u lill-ħaddiema

L-għan tagħna hu li nirriformaw il-pajjiż kemm billi nkomplu nagħtu l-għajnuniet u l-benefiċċji meħtieġa, kif ukoll billi nkomplu nsaħħu d-drittijiet tal-ħaddiema

f’Malta u f’Għawdex. Qegħdin fil-fatt f’ħidma kontinwa sabiex insaħħu l-liġijiet li diġà hemm u ndaħħlu fis-seħħ iżjed liġijiet ġodda li jagħtu aktar bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol.

Biex insemmi xi ftit eżempji hemm l-10 ijiem leave mħallas li tajna lill-missirijiet, introduċejna carers leave ta’ ħamest ijiem għal dawk

li jridu jieħdu ħsieb il-qraba tagħhom kif ukoll leave ta’ erba’ xhur liż-żewġ ġenituri.

Dawn l-inizjattivi huma kruċjali biex jingħata l-appoġġ meħtieġ lill-ħaddiem u għalhekk aħna se nkomplu naħdmu flimkien mal-imsieħba soċjali f’dan ir-rigward u flimkien ċert li se nkomplu ninvestu sabiex il-viżjoni tagħna tibqa’ sseħħ u dejjem nagħtu kwalità ta’ ħajja aħjar.

Tajjeb li nfakkar ukoll li l-Gvern ħatar kumitat ta’ esperti biex jiddeterminaw liema liġijiet antikwati dwar il-pagi u x-xogħol iridu jiġu aġġornati skont ir-rekwiżiti Ewropej u għaddejjin ukoll diskussjonijiet mal-aġenziji tat-temping kif ukoll il-kumpaniji tal-outsourcing filwaqt li pprojbixxejna ż-zero hour contracts ħlief għal ċerti eċċezzjonijiet.

Bħala s-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, l-impenn tiegħi jibqa’ għaddej fost l-oħrajn billi nibqa’

niltaqa’ mal-imsieħba soċjali, mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u x-Xogħol (DIER), u ma’ diversi entitajiet oħra kkonċernati sabiex flimkien inkomplu nindirizzaw u negħlbu l-isfidi li wieħed isib f’ċerti setturi tax-xogħol.

Kburi ngħid li d-DIER is-sena l-oħra rnexxielu jgħin tal-anqas 3,500 ħaddiem Malti u barrani. F’dan ir-rigward nixtieq ukoll nieħu din l-okkażjoni sabiex inħeġġeġ lill-pubbliku jimxi id f’id malGvern u jirrapporta l-abbużi li wieħed jiltaqa’ magħhom fuq il-post tax-xogħol u mbagħad iħalli f’idejn l-Awtoritajiet biex iwettqu l-investigazzjonijiet neċessarji.

Dan kollu huwa xhieda ta’ kemm dan il-Gvern minkejja l-isfidi li jsib quddiemu jibqa’ jwassal it-tama, flok il-qtigħ ta’ qalb, ikompli jkabbar l-għajnuniet mingħajr ma jżid il-piż, iwettaq it-tkabbir minflok id-disprament u qed ikompli jiggarantixxi l-impjieg flok il-qgħad.

14.05.2023 12
Membru Parlamentari Ewropew ALEX AGIUS SALIBA Segretarju Parlamentari u Whip għall-Gvern ANDY ELLUL

LEĠIŻLAZZJONI LI TKOMPLI SSAĦĦAĦ

IL-VIŻJONI

U L-IMPENN TAL-GVERN

hi responsabbli mis-servizzi offruti lill-etajiet kollha: minn żgħar sa anzjani.

Dan il-Ministeru fehem li wasal iż-żmien li dan ix-xogħol jinqasam bejn żewġ awtoritajiet. Waħda minnhom tkun speċifikalment iffukata fuq l-istandards tal-ħarsien u s-servizzi kollha immirati għall-anzjani filwaqt li awtorità separata tieħu ħsieb l-istandards fejn jidħlu servizzi għat-tfal. Din tkun taħt ir-responsabilità tal-Ministeru li taħtu jaqgħu d-drittijiet tat-tfal.

sibbli ngħollu din l-istess kwalità. Wara kollox, din hi l-qofol tal-Istrateġija għall-Anzjanità Attiva 20232030 li għadna kif ippubblikajna u ser tixprunana fissnin li ġejjin.

Il-leġiżlazzjoni li qed nipproponu tkompli ssaħħaħ il-viżjoni u l-impenn talGvern lejn l-implimentazzjoni ta’ servizzi tal-ogħla kwalità fejn jidħlu servizzi ta’ kura u għajnuna soċjali għall-anzjani.

sejjaħ l-Att dwar l-Awtorità tal-Istandards Għall-Persuni

Anzjani, ser titwaqqaf Awtorità li jkollha l-poter legali li tagħti liċenzji, tistabbilixxi tariffi, toħloq u tirrevedi l-qafas regolatorju kif ukoll tinforza dawn l-istandards.

fejn b’dinjità kif mistħoqqa, l-anzjani jgħixu din il-fażi ta’ ħajjithom f’paċi, serenità u kuntentizza. Dan ikunu qed jagħmluh wara snin kbar ta’ ħidma u qadi ta’ dmirijiet lejn pajjiżna.

L-obbligu tal-Gvern huwa li jassigura servizzi ta’ saħħa u ħarsien soċjali lill-anzjani f’pajjżna. Dawn is-servizzi għandhom ikunu siguri, effettivi, kompassjonanti u ta’ livell għoli.

Bħalissa, taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Anzjanità Attiva, hemm is-Social Care Standards Authority li

B’din il-miżura, l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA) ser tagħti l-opportunità lill-professjonisti jkunu jistgħu jispeċjalizzaw u jiffukaw aktar fuq dan il-qasam.

L-għan aħħari hu li nilħqu l-miri ta’ servizz ta’ kwalità li nixtiequ nkomplu noffru lill-anzjani u fejn hu pos-

F’dawn l-aħħar xhur, il-Ministeru ddiskuta ma’ bosta professjonisti f’kull livell li jaħdmu f’dan il-qasam. Kien hemm ukoll bdil ta’ ideat ma’ persuni li jgħixu fi djar tal-anzjani, il-qraba tagħhom kif ukoll operaturi ekonomiċi f’dan is-settur. Issa jmiss il-pass li nwessgħu din id-diskussjoni għal konsultazzjoni pubblika.

Permezz tal-abbozz im-

L-Att jipproponi li l-Awtorità għandha żżomm reġistru li fih jitniżżlu l-ismijiet ta’ dawk ikkundannati mill-Qorti għal reati marbuta mal-abbuż tal-anzjani. Kopja awtentika ta’ kull sentenza jew digriet għandha tiġi miżmuma fir-reġistru.

Bla dubju, dan kollu jkompli jikkonferma l-ħidma sfiqa tagħna favur l-anzjani f’pajjiżna.

Kif wieħed jinnota, il-ħidma f’dan is-settur ma tiqafx. Il-Gvern jinsab kommess bl-akbar serjetà u responsabbiltà sabiex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani. Hekk huwa sewwa u xieraq

IL-MUMENT TAGĦNA

u intervisti li saru fil-passat ma’ xi personalitajiet li kienu hemm, kif ukoll intervisti ma’ persuni li kienu hemm u li llum għadhom magħna.

Dak kien il-mument tagħhom. Ħafna minn dawk li pparteċipaw fl-istrajk ġenerali tat-28 ta’ April tas-sena 1958 kienu żgħażagħ. Dan nistgħu narawh fil-fatt li ħafna minn dawk li ġew arrestati, b’uħud imħarrka l-Qorti, kienu żgħażagħ li wħud minnhom lanqas kien għad kellhom 20 sena.

Din is-sena qed niċċelebraw il-65 sena mill-istrajk ġenerali tat-28 ta’ April tas-sena 1958. Bħala Żgħażagħ Laburisti rajna li jkun xieraq li niċċelebraw dan l-anniversarju u l-memorja ta’ dawk kollha li taw sehemhom dakinhar b’dokumentarju.

Infatti, wara diversi xhur ta’ preparazzjoni u ħidma, nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ April, għamilna attività li fiha ntwera d-dokumentarju u saret diskussjoni. Bħala Uffiċċju Politiku, li kkoordinajna l-produzzjoni ta’ dan id-dokumentarju, xtaqna li dan id-dokumentarju jkun memorja kollettiva u punt ta’ referenza.

B’hekk, id-dokumentarju jinkludi filmati ta’ dakinhar,

Azzjoni tittieħed għaliex tinħass ċerta passjoni dwar il-kwistjoni li dwarha dak ilgrupp ta’ nies ikun qed jieħu dik l-istess azzjoni.

U x’kienet il-passjoni ta’ dawk iż-żgħażagħ li għaliha pprotestaw? Malta. Mingħajr dubju, mis-sehem tagħhom f’dik l-azzjoni, iż-żgħażagħ ma kienu se jieħdu xejn.

Anzi, ġew imsawta u arrestati, u mitfugħin il-ħabs. Imma għax emmnu li bl-azzjoni tagħhom kienu se jsemmgħu leħinhom dwar pajjiżhom, kienu se jibagħtu messaġġ ċar lill-ħakkiem, huma kienu hemm. Li kieku kienu indifferenti, ħsiebhom biss fl-interess personali, ma kinux se joqogħodu jinġabru fl-irħula u jieħdu l-azzjoni.

Dawk iż-żgħażagħ ħassew li dan kien il-mument tagħhom. Ħadu azzjoni għax ħassewhom jappartjenu għal Malta. Ċertament li bl-azzjoni li ħadu, id-differenza li xtaqu jaraw f’pajjiżna ma kinetx se tiġi mill-ewwel. Nistgħu nirrimarkaw li forsi l-aspirazzjoni tagħhom li jgħixu f’pajjiż bi struttura ta’ servizzi soċjali, edukazzjoni u saħħa b’xejn, u ħieles politikament u ekonomikament wasslet għat-tkomplija tal-ewwel stadju tagħha 20 sena wara. Madankollu, dakinhar iż-żgħażagħ ma qatgħux qalbhom, u fehmu li jekk ma jagħtux is-sehem tagħhom, kollox se jibqa’ l-istess.

Il-viżjoni għall-pajjiż. Fl-intervent li għamilt fid-diskussjoni li kellna fit-28 ta’ April, tkellimt dwar is-sinifikat ta’ din il-ġrajja u r-relevanza tagħha llum.

Irrimarkajt li dakinhar dawk iż-żgħażagħ emmnu f’pajjiżhom u emmnu li s-sehem tagħhom kien meħtieġ biex jintbagħat il-messaġġ, isseħħ id-differenza li xtaqu jaraw.

Fil-kuntest ta’ dak iż-żmien, l-użu tal-protesta bħala espressjoni demokratika kien l-aktar metodu adattat f’dawk iċ-ċirkostanzi biex jiġu eżerċi-

tati d-drittijiet fundamentali tal-libertà tal-espressoni u ta’ assoċjazzjoni.

Dakinhar tkellimt dwar kif din il-ġrajja għandha r-relevanza tagħha llum. Illum m’għadx għandna ħakkiem li joppressana, u nistgħu neżerċitaw id-drittijiet fundamentali tal-libertà tal-espressoni u ta’ assoċjazzjoni b’mod miftuħ u bl-akbar libertà.

Imma llum xorta nistgħu nagħtu s-sehem tagħna, għax ċertament jeżistu kwistjonijiet, u nixtiequ naraw tibdiliet li fuqhom aħna ż-żgħażagħ nixtiequ nitkellmu u naħdmu fuqhom. U s-sehem ta’ kulħadd hu importanti, għax mingħajr il-kontribut ta’ xi ħadd, l-idea ma tkunx kompluta.

B’relevanza għal-lum, osservajt li l-viżjoni għal pajjiżna nibnuha fuq elementi li joħorġu minn din il-ġrajja. L-ewwel nett, Malta. Dakinhar, dawk iż-żgħażagħ ħadu sehem, mhux għax kienu se jakkwistaw xi ħaġa personali, imma biex jibdew it-triq tal-bini tal-pajjiż u s-soċjetà li riedu jgħixu fiha. It-triq ma kinetx se tkun faċli, u kienet se tkun twila. Imma l-fiduċja filpajjiż, f’Malta, mexxiethom ’il quddiem. Infatti, il-viżjoni talpajjiż nibbażawha fuq l-idea

Fl-aħħar nett, nawgura li l-ħidma li qed nagħmlu b’ġenwinità, issevi biex intejbu iżjed is-servizzi tagħna li diġà noffru, noħolqu oħrajn ġodda u naraw li l-anzjani jkunu servuti bl-aqwa mod possibbli.

Din hija l-intenzjoni onesta tagħna. Determinat li flimkien mat-tim tiegħi, u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva nkomplu nsaħħu dan il-qasam biex din il-faxxa fis-soċjetà, tgawdi u tgħix blaqwa mod possibbli kif inhu xieraq.

Flimkien b’determinazzjoni u impenn, nagħmlu d-differenza!

tagħna ta’ Malta: x’inhi Malta għalina, u x’nimmaġinaw li għandha tkun Malta għalina u għall-ġenerazzjoni li jmiss?

It-tieni, is-sehem ta’ kull wieħed u waħda minna – l-impenn individwali, u fl-istess ħin kollettiv. Kulħadd għandu xi ħaġa x’joffri mit-talenti u l-ħiliet tiegħu. L-impenn hu neċessarju, għax inkella l-ideat jibqgħu fuq l-ixkaffa.

Dan hu l-mument tagħna. Aħna, llum, ukoll nistgħu nagħtu s-sehem tagħna. Bħalma qal il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela dakinhar tad-diskussjoni, aħna ż-żgħażagħ, aħna l-mexxejja tal-lum u ta’ għada. Fi ftit kliem qal li dan hu l-mument tagħna. Huwa għamel sejħa ċara ħafna biex is-sena d-dieħla, fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, li se jiddeterminaw min imexxi l-lokalitajiet tagħna għaż-żmien li ġej, ikun hemm kandidatura żagħżugħa b’saħħitha.

Min-naħa tagħna bħala Żgħażagħ Laburisti, diġà ninsabu ffukati fuq dan, u bdejna bil-ħidma ma’ dawk li esprimew ix-xewqa tagħhom. Aħna se nkunu hemm ta’ għajnuna liż-żgħażagħ kollha biex jibdew dan il-vjaġġ politiku tagħhom, li bih jistgħu jagħtu s-sehem tagħhom.

14.05.2023 13
Uffiċjal Politiku, ŻL MIGUEL CAUCHI JO ETIENNE ABELA Ministru

L-ARAZZI FIL-KONKATIDRAL: WAĦDA

L-arazzi ta’ aktar minn 300 sena, li bħalissa jinsabu esibiti fil-Konkatidral ta’ San Ġwann wara restawr li dam 16-il sena u sewa mal€1.3 miljun mill-Fondazzjoni tal-istess Katidral, immexxi mill-Istat u mill-Knisja, huma patrimonju nazzjonali li diffiċli jingħatalhom prezz, anke għax huma uniċi fid-dinja fis-sbuħija u l-kobor tagħhom.

Din li ġejja hi parti mill-istorja ta’ dan il-kapulavur, li kien ġie kkummissjonat mill-Gran Mastru tal-Ordni Ramon Perellos Y Roccaful (1697-1720), bħala rigal lill-Konkatidral. Tul il-ħakma tiegħu f’pajjiżna, dan l-Ispanjol mil-Lingwa ta’ Aragon kien wettaq ħafna iżjed opri kbar.

L-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann ġie f’Malta fl-1530 wara li tkeċċa minn Rodi u l-Imperatur Karlu V kien tah il-Gżejjer Maltin, flimkien ma’ Tripli. Dam imexxi lil pajjiżna sal-1798 meta tkeċċew millFranċiżi.

F’dan iż-żmien kollu ta’ kważi minn 270 sena, Malta ħarġet mill-Medjuevu u daħlet fl-Era Moderna. L-Ordni bidel lil Malta f’ħafna oqsma, l-aktar fl-arkitettura u l-arti. Minn gżejjer vojta u bla ebda interess, ħlief għal ħafna attakki mill-furbani, l-Ordni ġab f’Malta ħafna nies ta’ livell għoli fl-arkitettura u l-arti, fost l-oħrajn, fejn ħallew marka kbira ta’ prestiġju.

Waħda mill-binjiet, bħala eżempju ċar ta’ tali prestiġju, hi proprju dik tal-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Dan it-tempju, li nbena mill-Gran

Mastru Jean de la Cassiere (1572-1581) bejn l-1572 u l-1577 hu l-aqwa eżempju ta’ arti kemm f’pajjiżna kif ukoll fid-dinja kollha.

Għalkemm minn barra

l-Katidral għandu għamla sempliċi u aktar jixbah lil xi post militari bl-istil

Manarista tiegħu, kif inhuma

l-Palazz tal-President u l-Berġa

ta’ Aragona u kif kienet l-ewwel

Berġa ta’ Kastilja, minn ġewwa hi storja

oħra u x-xenarju hu totalment differenti.

L-intern tal-Katidral hu teżor artistiku

Barokk uniku b’ħafna aspetti u minbarra

l-arazzi, igawdi minn skultura mill-isbaħ u l-art li hi magħmula kollha minn lapidi dekorattivi li jfakkru persunaġġi li ndifnu hemmhekk. Insibu wkoll pitturi famużi, bla dubju l-aktar waħda magħrufa tkun dik tal-qtugħ ir-ras ta’ San Ġwann, xogħol iċċelebri Caravaggio.

Il-Gran Mastru Perellos

Il-famużi arazzi kienu rigal tal-Gran Mastru Perellos, bħala parti minn konswetudni li kull kavallier li jilħaq f’din l-ogħla kariga jew f’xi kariga għolja oħra fl-Ordni, kien obbli-

gat li jagħti lill-Konkatidral ta’ San Ġwann, li kien il-knisja konventwali tal-Ordni. L-għotja kienet magħrufa bħala l-gioia jew il-bijou Iżda dan il-Gran Mastru ma baqax marbut biss mal-arazzi stupendi ta’ San Ġwann. Fil-fatt, waqt li xi arazzi oħrajn fil-Palazz tal-President huma attribwiti lilu wkoll, matul il-maġisteru tiegħu kien twaqqaf il-Konsolat tal-Baħar fl-1697, inbdew relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u r-Russja fl-1698, issaħħu d-difiżi madwar il-kosta ta’ pajjiżna, tnediet ġlieda kontra l-abbużi fi ħdan l-Ordni, issaħħet il-flotta navali tal-Ordni, ġiet intensifikata l-ġlieda kontra l-furbani Ottomani u nbnew imħażen fix-Xatt tal-Belt.

Fl-1707 kien ukoll qabbad lill-arkittet Taljan Romano Carapecchia biex jorganizza mill-ġdid is-sistema tad-drenaġġ fil-Belt Valletta. Hu kien ukoll bena żewġ residenzi fil-kampanja, waħda fl-inħawi ta’ Raħal Ġdid u oħra fiż-Żejtun.

Is-sinifikat tal-arazzi ta’ San Ġwann

Dawn l-arazzi jikkonsistu f’29 biċċa, b’sebgħa minnhom li jirrappreżentaw partijiet mill-ħajja ta’ Ġesù Kristu u sebgħa oħrajn jissimbolizzaw lill-Knisja Kattolika u l-fidi

Kristjana b’dawn is-suġġetti:

1) Il-Lunzjata

2) It-Twelid ta’ Ġesù

3) L-Adorazzjoni tal-Maġi

4) Id-Dħul f’Ġerusalemm

5) L-Aħħar Ċena (ritratt fuq lemin)

6) Il-Kruċifissjoni

7) Il-Qawmien

8) L-Erba’ Evanġelisti

9) It-Twaqqif tal-Festa ta’ Corpus Christi

10) Ir-Rebħa tal-Karità

11) Ir-Rebħa tal-Knisja Kattolika

12) Ir-Rebħa tal-Fidi

13) Ir-Rebħa tas-Sewwa

14) Il-Qerda tal-Ereżija

Erbatax oħrajn jikkonsistu f’figuri tas-Salvatur, il-Madonna, San Pawl u l-Appostli.

L-aħħar wieħed hu dak tal-Gran Mastru Perellos innifsu fejn jidher bilqiegħda fuq it-tron. Fuq ġenb minnhom għandu anġlu qed jindirizza lill-foqra bħala simbolu talkarità u fuq in-naħa l-oħra figura fl-armatura militari bix-xabla f’idejh jissimbolizza l-vittorja, waqt li qed iżomm Mislem b’ka-

tina, b’simbolu tal-missjoni bħala dover ta’ ospitalieri L-arazzi kienu nħietu u l-ħarir fi Brussell, il-Bel jodu Barokk mill-kumpanija Vos, li kienet tinseġ Wiġi XIV ta’ Franza, li r-“Re Xemx”. Ħafna minnhom kienu Peter Paul Rubens filminga kienet fl-aqwa minn dan tal-aħħar. iddisinjati minn Mattia u hu maħsub li kien probabbilment għal ura ta’ Perellos.

Jirriżulta li Preti (inset biex jiddiskuti personalment ħol artistiku u l-Gran ħallaslu personalment vjaġġ.

Minkejja dan, Preti ma rax dan il-kapulavur mum, għax kien laħaq Ix-xogħol elaboruż ġie jiswa mhux inqas 40,000 Skud Ruman mat-tliet snin biex

14.05.2023 14
Kitba u riċerka ta’ DAVID BARTOLO L-arazzi huma xogħol uniku llum b’disinn ta’ Mattea Preti, li baqa’ qatt ma rahom jitlestew

WAĦDA BISS MILL-OPRI TA’ PERELLOS

tal-missjoni tal-Kavallieri ospitalieri u tal-kruċjati. nħietu bis-suf tan-nagħaġ il-Belġju, fi żmien il-Permill-kumpanija ta’ Judcos de uffiċjalment għar-Re kien magħruf bħala

kienu ddisinjati minn fil-ħabta li l-arti Fjamtagħha u ddominata

L-arazzi l-oħrajn ġew Mattia Preti (1613-1699) kien responsabbli wkoll dik fejn hemm il-fig-

inset) kien mar Brussell personalment dan ix-xogl-Gran Mastru kien personalment għallPreti xorta il-kapulavur mitlaħaq miet.

elaboruż kien inqas minn u ħadu tlestew. Il-

proċess kien jinkludi li diversi persuni jinsġu partijiet żgħar kull wieħed u wara dawn jingħaqdu flimkien. Kull wieħed mill-arazzi għandu fuqu l-inizjali “J.D.S” għal De Vos u għandhom ukoll il-marka ta’ Brussell u l-arma tal-Gran Mastru Perellos. Fit-total tagħhom dawn ilaħħqu d-daqs ta’ 715-il metru kwadru.

Jirriżulta li waslu f’Malta fi Frar tal-1702, probabbilment fis-7 ta’ dak ix-xahar, u kien ħa ħsieb l-arranġamenti neċessarji l-Kappillan Konventwali Dun Jean-Baptiste Brix.

Għal ħafna żmien dawn l-arazzi kienu mitluqin u bdew iġarrbu diversi ħsarat. Fl-1878 kien sar l-ewwel restawr tagħhom mill-ispeċjalista tal-insiġ Luigi Palmieri minn Napli, li kien jgħix f’pajjiżna, u kien

ħ mel dan ix-xogħol fil-Konkatidral stess, anke jekk il-proċess kien ħoloq xi kontroversji u kritika.

F’Jannar tal-1957 il-UNESCO bagħtet tim ta’ esperti biex jaraw l-istat ta’ dawn l-arazzi u kien sar rapport dwarhom u dwar l-arazzi fil-Palazz tal-President. Kien ġie konkluż li x-xogħol li sar minn Palmieri

kien salva dan it-teżor artistiku. Sentejn wara, tnejn mill-arazzi ttieħdu għal restawr ġdid u kienu ngħażlu dawk l-aktar li kellhom ħsarat.

Fil-passat l-arazzi kienu jiddendlu tliet darbiet fis-sena, għall-Għid, matul Ġunju għall-festi ta’ San Ġwann, l-Imnarja, Pentecoste u Korpus, u għal żmien il-Milied. Kienu jiddendlu wkoll waqt xi ċelebrazzjoni partikolari, bħal xi ġublew tal-Papa jew ta’ xi rjali. L-aħħar darba qabel illum li kienu ddendlu kien waqt iż-żjara tal-Papa Ġwanni II f’Mejju tal-1990.

Ta’ min jgħid li, bejn l-1977 u l-1980, ilPosta ta’ Malta kienet ħarġet erba’ set tijiet ta’ bolol bl-arazzi tal-Konkatidral.

Arazzi oħrajn

Meta l-Kavallieri ġew Malta, għamlu l-Birgu l-bażi tagħhom u l-Knisja ta’ San Lawrenz bħala l-Knisja Konventwali. Fiha dendlu l-arazzi li kienu ġabu magħhom minn Rodi, rigal tal-Gran Mastru Peter d’Aubusson (1476-1503).

Sfortunatament dawn kienu nqerdu kom pletament meta din il-knisja nħarqet flGħid tal-1532.

Sett ieħor ta’ arazzi li ġie kkummissjonat minn Perellos jinsab fil-Palazz tal-President. Dawn saru fl-1708 u nħolqu mill-famuża fabbrika tal-Gobelin f’Pariġi. Dawn jikkonsistu f’xeni tan-natura eżotika tal-Punent tal-Indi. Għal żmien twil bejn l-1921 u l-1976 fis-sala fejn jinsabu l-arazzi kien jitlaqqa’ l-Parlament Malti (taħt).

14.05.2023 15
Ritratti: CLODAGH O’NEILL

L-IMPORTANZA FL-IŻVILUPP

permezz ta’ leġiżlazzjoni u qafas regolatorju jinħoloq ambjent fuq livell lokali li jwassal lill-Kunsilli Lokali jgawdu minn livell sodisfaċenti ta’ awtonomija fl-eżerċitazzjoni tad-dmirijiet u tar-responsabbiltajiet permezz ta’ riżorsi professjonali ikbar u aħjar. Il-kwalità fil-governanza lokali toħroġ ukoll fir-relazzjonijiet u fil-komunikazzjoni ma’ entitajiet oħra pubbliċi, mal-komunità kummerċjali u mar-residenti, li bosta drabi huma dipendenti fuq riżorsi għad-dispożizzjoni tal-Kunsill Lokali.

Sur Editur, Wisq drabi l-fomm ifut il-qalb, Sur Editur! Hekk kienet tgħid nannti, Alla jagħtiha l-glorja tal-ġenna. U ma jistax ikun hemm qawl li jiddeskrivi aħjar lil dawn tal-partit tagħhom. Ħafna eloġji u dlik bixxemgħa, qaddisin u santi, imma l-ħdura li għandhom f’qalbhom, Alla għad irid joħloq.

Il-parteċipazzjoni tar-residenti fid-deċiżjonijiet li jolqtu b’mod dirett u indirett il-kwalità talħajja tagħhom hija fundamentali għall-iżvilupp sostenibbli.

Dan il-bżonn huwa partikolarment importanti u rilevanti fuq livell lokali, fejn ir-resident joqgħod u jaħdem, fejn servizzi bażiċi jiġu offruti u fejn l-intrapriżi jinbtu u jissaħħu.

Ir-residenti allura għandhom interess komuni biex jiġu stabbiliti miri u biex isir xogħol konġunt sabiex jinstabu soluzzjonijiet, partikolarment għal servizzi aħjar u aktar effiċjenti, għal tqassim ta’ riżorsi aktar bilanċjati, għal integrazzjoni soċjali iktar bilanċjata, għal aktar akkontabbiltà u trasparenza f’entitajiet pubbliċi, inklużi mekkaniżmi ta’ responsabbiltà u akkontabbiltà.

Bil-vantaġġ li huwa konstantement viċin ir-resident, il-Kunsill Lokali iktar minn kull istituzzjoni oħra għandu jkollu r-responsabbiltà u l-obbligu li jitkellem f’isem ir-resident, li jimmobilizza s-soċjetajiet ċivili u fuq kollox ikun katalist tal-bidla.

Dan speċjamnet f’kuntest ta’ effiċjenza ikbar fl-amministrazzjoni pubblika, fl-iżvilupp aktar inklużiv, fir-relazzjonijiet ta’ għaqdiet tarraħal, għaqdiet mhux governattivi u organizzazzjonijiet oħra u għal soluzzjonijiet u għajnuna għal sfidi urġenti li jiffaċċjaw il-komunitajiet lokali. Dawn l-isfidi jinkludu l-esklużjoni soċjali, l-immigrazzjoni, il-faqar, nuqqas ta’ infrastruttura bażika u aċċess, urbanizzazzjoni mgħaġġla, sigurtà pubblika u problemi relatati ma’ vjolenza, abbuż, u nuqqas ta’ infurzar. Dan biex ma nsemmux l-effetti negattivi tat-tibdil tal-klima.

Governanza Lokali ta’ kwalità hija neċessarja biex jiġi assigurat żvilupp sostenibbli ekwu, b’ġid li jitqassam ma’ kulħadd, u tassigura wkoll proċess ta’ żvilupp effettiv u inklużiv.

Il-kwalità ta’ governanza tajba hija primarjament riżultat ta’ rieda politika mill-Gvern Ċentrali sabiex

It-tisħiħ tas-servizz pubbliku fuq livell lokali, permezz ta’ estensjoni tal-istess servizzi permezz tal-Kunsill Lokali, għandhom jiġu akkumpanjati b’tisħiħ fl-istrutturi governattivi lokali u investiment ikbar fl-amministrazzjoni u fil-kapaċitajiet tar-riżorsi umani.

Bl-istess mod għandhom jiġu msaħħa l-entitajiet l-oħra lokali li għandhom il-kapaċità u s-saħħa li jitolbu l-ikbar trasparenza u responsabbiltà. Għandu jiġi assigurat ukoll li l-Kunsilli Lokali jkollhom l-għodda u l-inċentivi meħtieġa biex jagħtu rendikont tal-ħidma tagħhom filħin u bl-akbar trasparenza possibbli lir-residenti tagħhom.

Dan għax f’kuntest ta’ prinċipju ta’ sussidjarjetà il-Gvern Ċentrali għandu jippromwovi r-rwol attiv tal-Kunsilli Lokali bħala awtorità governattiva li għandha sehem importanti u attiv fit-tfassil ta’ policies għal żvilupp nazzjonali u awtorità li tista’ tieħu deċiżjonijiet tagħha f’kuntest lokali bl-akbar livell ta’ trasparenza u akkontabbiltà għall-aqwa servizz ta’ kwalità fil-komunità.

Dan it-tisħiħ iwassal għal kontribuzzjoni u żvilupp lokali akbar f’oqsma bħall-ġustizzja soċjali, drittijiet umani u ugwaljanza, komunitajiet attivi, sehem ikbar tan-nisa, żgħażagħ u anzjani fil-komunità.

Il-parteċipazzjoni tagħhom fuq livell soċjali u politiku, il-ħarsien ambjentali, il-pjan urban lokali, l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni tat-teknoloġija favur immaniġġjar aħjar u iktar effiċjenti, immaniġġjar ta’ mobbiltà sostenibbli, ħarsien u żvilupp ta’ assi pubbliċi jagħtu sens qawwi ta’ parteċipazzjoni u appartenenza. Dan kollu jrid isir bi trasparenza u akkontabbiltà, flimkien mal-entitajiet, mas-soċjetajiet u mal-assoċjazzjonijiet pubbliċi.

Dan huwa qafas ta’ żvilupp territorjali li huwa kkaratterizzat minn approċċ li jibda minn isfel u bi proċess fit-tul. Dan sabiex jifforma parti minn strateġija ta’ implimentazzjoni nazzjonali tal-Gvern Ċentrali. Gwidata mill-Kunsilli Lokali, din is-sistema territorjali għandha twassal għal titjib fil-kwalità tal-ħajja tar-residenti u tas-saħħa tagħhom.

Issa għalfejn qed ngħid hekk, Sur Editur? Ħa ngħidlek jien. Hemm skoss tagħhom li fetħu għajnejhom u qed jaraw li l-partit tagħhom spiċċa fix-xejn. Mhux biss għax għandu politika tal-kakka, imma għax hemm ponn nies li ħakmuh u jmexxuh huma. U ġabuh mandra. Irmied. U għalhekk ma jridux jafu aktar b’dan il-partit.

Skont l-Istilla ta’ Simon il-Busuttil, Salvu l-Mallia, dawk li jivvutaw għalina għandhom jiġu interdettjati miċ-ċittadinanza. U magħhom, allura skont dan il-ħsieb intelliġenti u mirqum anki dawk li telqu lillpartit tagħhom u qed jaħdmu għal pajjiżna.

Fosthom Ian l-Ispiteri, li kien Sindku tal-partit tagħhom ta’ Ħal Balzan u kien irreżenjalhom u telaqhom. U Anne Marie l-Muscat Fenech Adami li pprovaw iwarrbuha ’l barra mill-partit tagħhom u lil Ray ilBondin li kien kandidat tal-partit tagħhom. Issa għax dawn ingħataw xi inkarigu, u aċċettaw li jaħdmu għal pajjiżna, balleċ, tathom ġewwa sew. Indannaw.

Dawk li jaħsbu li huma l-krema tal-ġurnaliżmu, tax-Shit News, fetħu l-kanuni fuqhom. Għax dawn hekk, Sur Editur. Kontra kull min imiss mal-Gvern jew mal-partit tagħna. U attakkawhom xi ħaġa ta! Biex iħammġuhom. Għax se jaħdmu għal pajjiżna.

Ara naqra kif inhuma dawn il-qatta ħodor, Sur Editur. Aħseb u ara, bħalma ngħid dejjem, x’jagħmlu lilna l-Laburisti. Imma nsomma.

Taf kif iridu jirbħu dawn, Sur Editur? Billi jipprovaw jimminaw lil tagħna. U minkejja l-verità, ikomplu jegħrqu fil-gideb. Deħlin u ħerġin fil-qorti u għand il-Kummissarju biex jordnawlhom jinvestigaw lillpolitiċi tagħna. L-aħħar waħda kien fiha farsa sħiħa. Marru flimkien Bernard il-Grech u Adrian id-Delia, jordnaw lill-Kummissarju biex jinvestiga lill-Prim tagħna. O Ġesù!

Kien fihom għaxqa, deħlin u ħerġin mid-Depot tal-Pulizija e! Apparti li huma u deħlin kienu qishom wiċċ laskri! Marru jitkarrbu għand dak li jgħidu li m’għandhomx fiduċja fih u ma tgħaddix ġurnata li hija ġurnata li ma jirredikolawhx. Imbagħad marru għandu u ordnawlu jinvestiga lil Bertu tagħna. U morru sibu passatemp sura, x’kull waħda!

Sewwa qalulu tagħna, li t-talba li għamel dan Bernard il-Grech dwar il-Prim Ministru, biex jitressaq quddiem il-Qrati Kriminali u jintbagħat il-ħabs, mhi xejn għajr talba ta’ Kap tal-Oppożizzjoni li jaf li kulma jmur qed isir iktar irrelevanti.

X’kull waħda wkoll. Hekk iridu jirbħu l-gvern dawn il-qatta intamati. Issa biex tisma’ lil Melda tiegħi tiżbroffa, ci vuole ta! Għamlet waħda bħalhom din il-ġimgħa. Ħa nispjegalek, Sur Editur. Mela Melda tiegħi waħda minn dawk li kull filgħodu tisma’ l-quddiesa fuq it-televixin, f’nofsinhar tgedwed l-Angelus, qabel torqod tirreċta xi posta rużarju, għandha xi nofs tużżana qlub ta’ Ġesù u ta’ Marija bix-xemgħa quddiemhom, u anki waħda ta’ Ġuża Bugeja għandha. Id-dar tagħna qisha kappella ġabitha.

Mela din il-ġimgħa qiegħed nagħlef lill-kanarin fil-bitħa u smajt dulluvju ta’ kliem ħażin. Ikolli ngħid ġibdet xi waħda, għax ix-xemgħat ta’ quddiem is-santi ta’ fuq il-pożaplatti biswit il-bieb tal-bitħa rajthom inemnmu.

“X’ġara Meld?” staqsejtha.

“U mhux dan il-mitruħ minn gerżumtu! Skont l-għaref xejn mhu qed nagħmlu tajjeb aħna. Maqdar ir-riforma tal-kunsilli, qal li fallejna filLiġi tal-Pjattaforma, li aħna m’aħna qed nagħmlu xejn għall-ħaddiema, li ttraskurajna lil Għawdex, li liż-żgħażagħ mhux qed nagħtuhom opportunitajiet, li l-pensjonanti abbandunajniehom. Imbagħad ħareġ b’waħda mimlija għerf, għax qed jgħid li l-Gvern ma jafx kemm hawn bżonn latrini pubbliċi f’Malta. Ara kemm huma mesħa vojta dawn l-imbeċilli!”

Ma tatnix nifs.

Għad-dieħla!

14.05.2023 16
President Sezzjoni Kunsilliera PL MARIO FAVA

ST MICHAEL HOSPICE QRIB

L-AĦĦAR STADJU TIEGĦU

Hospice Malta ħabbret li l-proġett tagħha ta’ St Michael Hospice qed joqrob lejn l-aħħar stadji tat-tlestija tiegħu. Il-binja l-ġdida, li se ssir il-post ewlieni għall-istess organizzazzjoni, se tkompli ssaħħaħ is-servizzi paljattivi tal-komunità diġà stabbiliti biż-żieda ta’ servizzi in-patient u servizzi mtejba ta’ terapija ta’ matul il-jum, biex tingħata kura paljattiva aktar komprensiva. Il-parti edukattiva ta’ Hospice se tissaħħaħ ukoll, u fil-fatt se tiftaħ ħafna opportunitajiet għall-bdil ta’ għarfien ma’ Hospices oħrajn madwar l-Ewropa u lil hinn.

Sentejn ilu, il-Prim Ministru Robert Abela kien ħabbar il-finanzjament ta’ €8 miljun mill-Istat għal dan ilproġett nazzjonali f’Santa Venera, li hu amministrat minn Hospice Malta.

Din il-binja ngħatat lil Hospice Malta mill-Knisja biex tinbidel fi sptar tal-ewwel xorta tiegħu li, fost l-oħrajn, jilqa’ fih pazjenti li jeħtieġu kura paljattiva.

F’diskors eżatt qabel ġie ffirmat ilftehim ta’ finanzjament multimiljunarju, il-Prim Ministru Robert Abela kien qal li “b’dak li qed isir illum, il-Gvern qed ikompli jinvesti fin-nies, anke biex f’mumenti diffiċli, il-pazjenti u qrabathom jkunu fl-aqwa ambjent jagħtu s-sostenn lil xulxin.”

Hu kien innota kif, bl-investiment li ġej mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali (NDSF), il-Gvern qed jipprova jtaffi ftit mill-piż ta’ Hospice Malta li f’kull sena tgħin 1,300 familja. Semma kif f’Malta hawn qasam tas-saħħa li joffri l-aqwa servizzi u din il-binja l-ġdida se tkompli żżid dawn is-suċċessi f’wieħed mill-aktar setturi kruċjali tal-pajjiż. “Dan ilproġett se jbiddel kompletament il-kura paljattiva f’Malta minn dak kif nafuha sal-lum,” kien iddikjara l-Prim Ministru fl-indirizz tiegħu.

Il-proġett, li ngħata €8 miljun mill-Istat, se jbiddel għalkollox il-kura paljattiva minn kif nafuha

Il-manifest elettorali Laburista wkoll wiegħed li l-Gvern ikompli jaħdem id f’id ma’ NGOs simili biex tingħata kura paljattiva tal-ogħla livell, inkluż bix-xiri ta’ aktar apparat mediku u spejjeż relatati ma’ ħaddiema, fost oħrajn.

Fi stqarrija din il-ġimgħa, Hospice Malta qalet li, fil-parti tal-in-patient, ilkmamar qed jiġu ddisinjati biex jipprovdu l-kura medika kollha meħtieġa f’ambjent kalm u paċifiku, spazju adegwat

I ieħeb

mal-Partit Laburista

Parti mill-binja li għaddejja minn ristrutturar qawwi biex tospita l-ewwel sptar ta’ kura paljattiva

biex il-qraba jakkumpanjaw lill-pazjent meta jkun meħtieġ.

Il-pazjenti se jkunu qed jutilizzaw din it-taqsima għal soġġorni qosra, skont kriterji stabbiliti. St Michael Hospice se jinkludi wkoll ġonna u btieħi kbar fuq barra li qed jiġu mibdulin f’żoni ta’ rilassament għall-pazjenti biex jagħmlu użu minnhom.

Il-bini l-ġdid se jinkludi uffiċċji għattim ta’ Hospice, li jiġbor flimkien il-professjonisti, il-maniġment u l-membri kollha tat-tim taħt saqaf wieħed. Min-

barra hekk, iċ-ċentru edukattiv se jkun qed ikompli jippermetti lil Hospice biex tospita konferenzi, kif ukoll sessjonijiet ta’ taħriġ edukattiv, hekk kif il-post se jkun mgħammar b’teknoloġija moderna u kapaċità li jospita sa 140 delegat.

L-organizzazzjoni qalet li ċ-ċentru se jkun disponibbli wkoll għall-użu minn organizzazzjonijiet oħrajn.

Waqt li s-servizzi kollha tagħha huma bla ħlas, Hospice Malta tfittex għajnuna minn individwi u negozji biex tkun tista’ tkompli bil-qadi tagħha b’risq dawk li l-aktar għandhom bżonnha. Persuni li jixtiequ jappoġġjaw il-proġett St Michael Hospice jistgħu jagħtu donazzjoni jew jagħmlu kuntatt biex jaraw kif jistgħu jagħmlu differenza.

L-organizzazzjoni rrapportat kif każ partikolari ta’ altruwiżmu ġeneruż mill-komunità, hu dak tas-Sinjura Linda Fryer minn Għawdex, li s-sena l-oħra ngħaqdet ma’ Hospice Malta għal kampanja bl-isem ‘Live it Now’ u rnexxielha tiġbor appoġġ mir-Renju Unit, l-Afrika t’Isfel u l-Istati Uniti, fost oħrajn, biex flimkien ma’ 400 persuna minn Għawdex u Malta fosthom tfal u staff minn żewġ skejjel, negozji lokali u artisti lokali u nġabru ftit aktar minn €16,500.

Din l-inizjattiva wkoll rebħitha nomina għall-ewwel edizzjoni tal-Pride of Gozo Awards, li jirrikonoxxu residenti Għawdxin li jagħmlu ħilithom biex jgħinu lill-komunità.

Kenneth Delia, Kap Eżekuttiv ta’ Hospice Malta, filwaqt li rringrazzja lis-Sinjura Fryer għall-appoġġ tagħha, qal li “l-fondi huma kritiċi fl-appoġġ talproġett il-ġdid ta’ Hospice, speċifikament għall-pazjenti u l-qraba li jakkumpanjawhom f’dawn il-mumenti diffiċli, fl-In-patient Unit.”

Is-Sinjura Fryer qasmet ukoll l-entużjażmu tagħha għall-proġett il-ġdid ta’ Hospice u qalet li “hu tassew inkoraġġanti li tara b’għajnejk stess li l-proġett ta’ St Michael Hospice jinsab ftit passi biss ’il bogħod milli jiftaħ il-bibien tiegħu u jibda jagħti servizz lill-komunità. Nixtieq inħeġġeġ lil oħrajn biex jingħaqdu u jorganizzaw avvenimenti ta’ ġbir ta’ fondi biex b’hekk jikkontribwixxu b’mod attiv u jappoġġjaw lill-NGO ħalli tkun tista’ tkompli taqdi lil dawk li l-aktar għandhom bżonnha.”

Għal aktar tagħrif dwar ħidmet Hospice Malta, wieħed jista’ jikkuntattja lill-organizzazzjoni fuq l-indirizz elettroniku info@hospicemalta.org jew iċempel fuq in-numru 21440085.

www.partitlaburista.org

5160 2034 - €10

SMS fuq 50619275 - €11.65

(Niżżel isem, kunjom u ID tal-persuna)

14.05.2023 17

IL-MUMMJI EĠIZZJANI

Meta llum il-ġurnata nitkellmu fuq il-mummji, insibu lil min jiskanta, l-aktar għax din kienet sengħa ta’ preservazzjoni tal-katavri u kienet imħaddma mill-qassisin. Il-mummifikazzjoni tmur lura għal madwar 3,000 sena. Għall-ewwel kienu l-kbarat u l-mexxejja Eġizzjani li jagħmluhom f’mummji u magħhom kienu jidfnu bosta oġġetti li setgħu jużaw fil-Ħajja ta’ wara. Din id-drawwa nqatgħet meta r-Rumani rebħu lill-Eġittu u aktar tard meta qabad l-art il-Kristjaneżmu.

Minn CHARLES B. SPITERI

Il-mummifikazzjoni hu l-isem li ngħata għall-metodi ta’ bbalzmar jew trattament talġisem mejjet, li użaw l-Eġizzjani tal-qedem. Bl-użu ta’ proċessi speċjali, l-Eġizzjani neħħew l-umdità kollha mill-ġisem, u ħallew biss forma mnixxfa li ma titmermirx faċilment. Għar-reliġjon tagħhom kien importanti li jippreservaw il-ġisem mejjet bl-aktar mod possibbli. Tant kellhom suċċess, li sal-lum nistgħu naraw il-ġisem mummifikat ta’ Eġizzjan u jkollna idea tajba ta’ kif kien jidher fil-ħajja, 3,000 sena ilu.

Mummifikazzjoni aċċidentali

Il-mummifikazzjoni kienet ipprattikata matul il-biċċa l-kbira tal-istorja Eġizzjana bikrija. L-ewwel mummji minn żminijiet preistoriċi probabbilment kienu aċċidentali. B’kumbinazzjoni, ramel niexef u arja (billi l-Eġittu kważi m’għandu l-ebda xita li tista’ titkejjel) ippreservaw xi iġsma midfunin f’ħofor baxxi mħaffra fir-ramel.

Madwar is-sena 2600 qabel Kristu, matul ir-Raba’ u l-Ħames Dinastiji, l-Eġizzjani x’aktarx bdew jimmummifikaw lill-mejtin intenzjonalment. Il-prattika kompliet u żviluppat għal aktar minn

2,000 sena, fil-Perjodu Ruman, madwar is-sena 30 qabel Kristu, sa 364 wara Kristu. Fi kwalunkwe perjodu, il-kwalità tal-mummifikazzjoni varjat, skont il-prezz imħallas għaliha. L-aħjar mummji mħejjija u ppreservati huma mit-18 sal20 Dinastiji tar-Renju u jinkludu dawk ta’ Tutankhamun u faragħuni oħrajn magħrufin. U hawn se nittrattaw il-proċess ġenerali ta’ dan il-perjodu.

Il-proċess tal-mummifikazzjoni kien jieħu 70 jum. Qassisin b’ħiliet speċjali kienu jaħdmu bħala balzmaturi, jittrattaw u jgeżwru l-ġisem. Lil hinn mill-għarfien tar-ritwali u t-talb marbut magħhom, li kellhom isiru f’diversi stadji, il-qassisin kellhom bżonn ukoll għarfien dettaljat tal-anatomija tal-bniedem.

Tneħħija tal-intern

L-ewwel pass fil-proċess kien it-tneħħija tal-partijiet interni kollha li jistgħu jitmermru f’ħin qasir. Il-moħħ kien jitneħħa billi bir-reqqa kollha kienu jiddaħħlu strumenti speċjali, fosthom ganċ ’il fuq mill-imnifsejn sabiex jinġibdu l-biċċiet tat-tessut tal-moħħ.

Kienet tkun operazzjoni delikata, waħda li faċilment setgħet tisfigura lill-wiċċ.

L-ibbalzmaturi mbagħad

ineħħu l-organi taż-żaqq u tas-sider permezz ta’ qatgħa li ġeneralment issir fuq in-naħa tax-xellug taż-żaqq. F’postha kienu jħallu biss il-qalb, u dan minħabba li kienu jemmnu li hi ċ-ċentru tal-essri u tal-intelliġenza tal-persuna.

L-organi l-oħra kienu jkunu ppreservati separatament, bl-istonku, il-fwied, il-pulmun, u l-imsaren jitqiegħdu f’kaxxi jew vażetti speċjali llum imsejħa vażetti kanopiċi. Dawn kienu jispiċċaw midfunin mal-mummja. Aktar tard, dawn l-interjuri kienu jkunu trattati, imgeżwra u mqegħdin lura fil-ġisem tal-mummja li tkun. B’riżultat ta’ dan, vażetti kanopiċi mhux użati baqgħu jagħmlu parti mir-ritwali taddfin.

Tneħħija tal-umdità

Minn dan il-proċess, il-balzmaturi kienu jneħħu l-umdità kollha mill-ġisem. Dan jagħmluh billi jiksu l-ġisem b’tip ta’ melħ li għandu proprjetajiet kbar ta’ tnixxif, u billi jqiegħdu pakketti minnu addizzjonali fil-ġisem.

Meta l-ġisem ikun nixef għalkollox, il-balzmaturi jneħħu l-pakketti interni u jaħslu b’mod ħafif fuq il-ġisem. Ir-riżultat kien jispiċċa jkun il-forma umana niexfa ħaf-

na iżda rikonoxxibbli. Biex il-mummja tidher aktar ħajja, partijiet mgħarrqin tal-ġisem kienu jimtlew bi bjankerija u materjali oħrajn u jiġu inseriti għajnejn foloz.

Imbagħad jibda t-tgeżwir. Kull mummja kien ikollha bżonn mijiet ta’ jardi ta’ għażel. Il-ġisem kien jiddawwar birreqqa bi strixxi twal mill-istess għażel. Dan ix-xogħol kienu jagħmluh ukoll is-saċerdoti.

Xi drabi kienu saħansitra jgeżwru kull saba’ u sieq separatament qabel ma jgeżwru l-id jew is-sieq kollha. Sabiex il-mejtin ikunu protetti minn inċidenti, fost it-tgeżwir, talb u kliem maġiku miktub fuq xi strixxi tal-għażel, kienu jitqiegħdu l-amuleti. Ħafna drabi l-qassisin kienu jqiegħdu maskra tal-wiċċ tal-persuna bejn is-saffi ta’ faxex tar-ras.

F’diversi stadji l-forma ġiet miksija b’reżina sħuna u t-tgeżwir reġa’ beda għal darb’oħra. Fl-aħħar, il-qassisin igeżwru wkoll is-sodda bid-drapp u jqiegħdu l-katavru fuqha.

Ħtiġiet għall-ħajja ta’ wara

B’hekk, il-mummja kienet tkun kompluta. Is-saċerdoti li jippreparawha ma kinux l-uniċi impenjati matul dan iżżmien kollu. Għalkemm ġen-

eralment it-tħejjija tal-qabar kienet tkun inbdiet ħafna qabel il-mewt attwali tal-persuna, mal-mewt ried isir kollox ta’ malajr u l-artiġjani, il-ħaddiema u l-artisti kellhom jaħdmu f’ħin limitat. Kien hemm ħafna ħwejjeġ x’jitqiegħdu fil-qabar, għax kienu jemmnu li l-persuna mejta seta’ jkollha bżonnhom fil-ħajja ta’ wara.

Kienu jitlestew ta’ malajr l-għamara u statwetti kif ukoll pitturi ta’ xeni reliġjużi jew ta’ kuljum mal-ħitan; u listi ta’ ikel jew talb. Permezz ta’ proċess maġiku, dawn il-mudelli, stampi u listi jsiru l-ħaġa reali meta meħtieġa fil-ħajja ta’ wara. B’hekk kollox kien ikun lest għall-funeral.

Bħala parti minn din iċ-ċelebrazzjoni, il-qassisin kienu jagħmlu riti reliġjużi speċjali fid-daħla tal-qabar. L-aktar parti importanti taċ-ċerimonja kienet imsejħa l-‘Ftuħ tal-Ħalq’. Qassis kien imiss diversi partijiet tal-mummja bi strument speċjali għax kienu jsostnu li dawk il-partijiet talġisem ‘jinfetħu’ għas-sensi li jitgawdew fil-ħajja u meħtieġa fil-ħajja ta’ wara.

Kienu tal-fehma li billi jintmess l-istrument mal-ħalq, il-persuna mejta setgħet terġa’ tibda titkellem u tiekol. Meta jitlesta dan ir-rit, il-mummja kienet tkun lesta għall-vjaġġ

14.05.2023 18
Mummja fl-għażel

tagħha lejn il-ħajja ta’ wara. Hi titqiegħed fit-tebut tagħha, jew it-twiebet, fil-kamra taddfin u l-entratura kienet tiġi ssiġillata.

Imħabba għall-ħajja

Prattiċi ta’ dfin elaborati bħal dawn jistgħu jissuġġerixxu li l-Eġizzjani kienu mħassba ferm mill-ħsibijiet li tikkaġuna l-mewt. Għall-kuntrarju, minn kmieni, huma kienu jibdew jagħmlu pjani għall-mewt tagħhom, minħabba l-imħabba kbira li kellhom għall-ħajja. Ma setgħu jaħsbu fl-ebda ħajja aħjar mill-preżent, u riedu jkunu ċerti li din se titkomplielhom wara l-mewt fuq din l-art.

Imma għaliex kienu jippreservaw il-ġisem? L-Eġizzjani kienu jemmnu li l-ġisem mummifikat kien id-dar għal din ir-ruħ jew l-ispirtu. Jekk il-ġisem kien jispiċċa jinqered, l-ispirtu jista’ jintilef. L-idea ta’ ‘spirtu’ kienet kumplessa u tinvolvi verament tliet spirti: il-ka, ba, u akh.

Il-ka, ‘doppju’ tal-persuna, kien jibqa’ fil-qabar u kellu bżonn l-offerti u l-oġġetti hemmhekk. Il-ba, jew

‘ruħ’, kienet ħielsa li tittajjar mill-qabar u terġa’ lura lejh. U kien l-akh, forsi tradott bħala ‘l-ispirtu’, li kellu jivvjaġġa minn taħt id-dinja għall-ġudizzju finali u d-dħul għall-ħajja ta’ wara. Għall-Eġizzjani, it-tlieta kienu essenzjali.

Ġeneralment wara l-mewt, il-faragħuni tal-Eġittu kienu jispiċċaw imummifikati u midfunin f’oqbra elaborati. Ta’ spiss, kemm il-membri tan-nobbli u l-uffiċjali kienu jirċievu l-istess trattament. Magħhom kienu jiżdiedu wkoll numru ta’ nies komuni. Madanakollu, il-proċess kien wieħed li jiswa l-flus, lil hinn mill-mezzi ta’ ħafna.

Annimali mmummifikati

Għal raġunijiet reliġjużi, xi annimali wkoll kienu jispiċċaw mummifikati. Il-barrin sagri mid-dinastiji bikrija kellhom iċ-ċimiterju tagħhom f’Sakkara. Il-babuni, il-qtates, l-għasafar, u l-kukkudrilli, li wkoll kellhom sinifikat reliġjuż kbir, ġieli kienu jkunu mummifikati, speċjalment fid-dinastiji ta’ wara.

Kittieba tal-qedem, xjenzjati moderni, u l-mummji nfus-

hom, ilkoll jgħinuna nifhmu aħjar il-proċess tal-mummifikazzjoni Eġizzjana u l-kultura li kienet teżisti fiha. Ħafna minn dak li nafu dwar il-proċess attwali hu bbażat fuq il-kitbiet ta’ storiċi tal-bidu, bħal Erodotu, li rreġistra bir-reqqa l-proċess matul il-vjaġġi tiegħu lejn l-Eġittu f’madwar l-450 qabel Kristu. L-arkeologi tal-lum u speċjalisti oħrajn qed iżidu dan l-għarfien. L-iżvilupp tarraġġi-X issa jagħmilha possibbli li l-mummji jitteħdilhom X-ray mingħajr il-ħtieġa li jinqered it-tgeżwir elaborat ta’ barra.

Billi jistudjaw ir-raġġi-X jew jagħmlu awtopsji fuq iġsma mhux imgeżwra, l-esperti qed jitgħallmu aktar fuq il-mard li kienu jbatu bih l-Eġizzjani u l-kura medika li kienet tingħatalhom u li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom. Idea aħjar tat-tul medju u tal-ħajja li għadddew, tinkiseb mill-istudju tal-għadam. Permezz tas-sejba tal-età tagħhom mal-mewt, l-ordni u d-dati tar-rejiet Eġizzjani jsiru ftit aktar ċari.

Anke rabtiet ta’ parentela fil-linja rjali jistgħu jiġu

Il-proċess tal-mummifikazzjoni kien jieħu 70 jum.

Qassisin b’ħiliet speċjali kienu jaħdmu bħala balzmaturi, jittrattaw u jgeżwru l-ġisem. Lil hinn mill-għarfien tar-ritwali u t-talb marbut magħhom, li kellhom isiru f’diversi stadji, il-qassisin kellhom bżonn ukoll għarfien dettaljat tal-anatomija tal-bniedem

ssuġġeriti mix-xebh impressjonanti jew min-nuqqas ta’ xebh fil-kranji tal-faragħun li ġew wara xulxin. Minkejja li għaddew eluf ta’ snin, il-mummji għadhom ikellmuna.

Tmiem tal-mummifikazzjoni

Insibu li l-mummifikazzjoni

Eġizzjana spiċċat gradwalment fir-raba’ seklu, meta Ruma ħakmet l-Eġittu. Imbagħad bil-miġja tal-Kristjaneżmu, il-proċess ta’ mummifikazzjoni waqaf.

Forsi l-ebda mummja mhi famuża aktar minn dik tarre tifel, ir-Re Tut. Il-faragħun żagħżugħ miet aktar minn 3,000 sena ilu, fl-età ta’ 19-il sena.

Insibu li l-aktar mummja qadima għandha 4,300 sena. Kienet ta’ raġel sinjur u importanti ta’ 35 sena, imsejjaħ Djed Sepsh, Zahi Hawass, l-eks ministru tal-antikitajiet tal-Eġittu, lil CNN. “Hi l-eqdem mummja, kompluta u miksija bid-deheb, li qatt instabet fl-Eġittu,” qal, u żied li din kienet “l-aktar sejba talgħaġeb.”

Wara li l-laħam tnixxef, ilġisem tgeżwer f’saffi fuq saffi ta’ għażel, li bejniethom il-qassisin poġġew amuleti biex jgħinu lill-mejjet fil-ħajja ta’ wara. Kienet applikata kisja ta’ fuq tar-reżina biex tiżgura protezzjoni mill-umdità, u mbagħad il-ġisem mummifikat tqiegħed f’tebut u spiċċa ssiġillat f’qabar.

Esibiti barra l-Eġittu

Id-Dipartiment tal-Eġittu tal-Qadem hu dipartiment li jifforma parti storika talMużew Brittaniku, b’aktar minn 100,000 esebit, li jagħmilha l-akbar u l-aktar kollezzjoni komprensiva ta’ antikitajiet Eġizzjani barra l-Mużew Eġizzjan fil-Kajr. L-antikitajiet Eġizzjani ffurmaw parti mill-kollezzjoni tal-Mużew Brittaniku sa mittwaqqif tiegħu fl-1753, wara li rċieva 160 oġġett Eġizzjan mingħand Sir Hans Sloane. Wara t-telfa tal-forzi Franċiżi taħt Napuljun, fil-Battalja tanNil fl-1798, l-antikitajiet Eġizzjani miġburin kienu kkonfiskati mill-armata Ingliża u ppreżentati lill-Mużew Brittaniku fl-1803.

Dawn l-oġġetti, li kienu jinkludu l-famuża Rosetta Stone, kienu l-ewwel għotja. Minn hemm ’il quddiem, ir-Renju Unit ħatar lil Henry Salt bħala konslu fl-Eġittu. Dan ġabar ġabra kbira ta’ antikitajiet, li wħud minnhom kienu ttrasportati b’ħila kbira mill-esploratur famuż Taljan Giovanni Belzoni. Ħafna mill-antikitajiet li ġabar Henry Salt, inxtraw mill-Mużew Brittaniku u mill-Mużew tal-Louvre.

Aktar għotjiet Sal-1866 il-kollezzjoni kienet tikkonsisti f’xi 10,000 oġġett. L-antikitajiet mill-iskavi bdew jaslu fil-mużew fl-aħħar parti tas-seklu 19 bħala riżultat tal-ħidma tal-Fond ta’ Esplorazzjoni tal-Eġittu taħt l-isforzi ta’ E.A. Wallis Budge. Matul is-snin, minn dan is-sors inġabru aktar minn 11,000 oġġett, inklużi biċċiet minn Amarna, Bubastis u Deir el-Bahari. Organizzazzjonijiet u individwi oħrajn ukoll skavaw u taw oġġetti lill-Mużew Brittaniku, fosthom Flinders Petrie u l-Iskola Brittanika tal-Arkeoloġija fl-Eġittu, kif ukoll l-Oxford University Expedition għal Kawa u Faras fis-Sudan.

L-appoġġ attiv mill-mużew għall-iskavi fl-Eġittu kompla jirriżulta f’akkwisti importanti matul is-seklu 20, sakemm bidliet fil-liġijiet għall-antikitajiet fl-Eġittu wasslu għas-sospensjoni tal-politika li tippermetti li sejbiet ikunu esportati.

Il-Mużew Brittaniku wettaq l-iskavi tiegħu stess fl-Eġittu fejn irċieva partijiet mis-sejbiet, inklużi f’Asyut, f’Mostagedda, f’Matmar f’Ashmunein u siti fis-Sudan bħal Soba, Kawa u Northern Dongola Reach. Id-daqs tal-kollezzjonijiet Eġizzjani issa hu ta’ aktar minn 110,000 oġġett.

Fil-ħarifa tal-2001 it-tmien miljun oġġett li jiffurmaw il-kollezzjoni permanenti tal-Mużew ġew estiżi aktar biż-żieda ta’ sitt miljun oġġett mill-Kollezzjoni Wendorf tal-Preistorja Eġizzjana u Sudaniża.

Dawn ingħataw mill-Professur Fred Wendorf tas-Southern Methodist University f’Texas, u jinkludu l-kollezzjoni sħiħa ta’ artefatti u fdalijiet ambjentali mill-iskavi tiegħu f’siti preistoriċi fid-Deżert tas-Saħara bejn l-1963 u l-1997.

Kollezzjonijiet oħra ta’ xogħol fil-post, reċentement ingħataw minn Dietrich u Rosemarie Klemm (Università ta’ Munich) u William Adams (Università ta’ Kentucky).

Is-seba’ galleriji Eġizzjani permanenti fil-Mużew Brittaniku, li jinkludu l-akbar spazju għall-wirjiet, Kamra 4, għall-iskultura monumentali, tista’ turi biss 4% tal-oġġetti Eġizzjani li għandu l-Mużew. Il-galleriji tat-tieni sular għandhom għażla tal-kollezzjoni ta’ 140 mummja u tebut; l-akbar barra l-Kajr.

Proporzjon qawwi tal-kollezzjoni ġej minn oqbra jew kuntesti marbutin mal-kult tal-mejtin, u huma dawn il-bċejjeċ, b’mod partikulari l-mummji, li jibqgħu fost l-aktar esibiti mfittxija mill-viżitaturi.

14.05.2023 19
It-tebut ta’ mummja li kien imqiegħed f’sarkofagu, ġeneralment tal-ġebel u mnaqqax

DYLAN DE BONO L-IMĦABBA GĦALL-MUŻIKA

Dan l-aħħar sirt naf b’kantant Malti li qed idur xi pajjiżi madwar id-dinja, tant li telaq xogħlu ta’ tabib, sabiex ikun jista’ jiffoka aktar fuq il-mużika tiegħu. Qed nirreferi għal Dylan De Bono. Għandu 32 sena, oriġinarjament minn Marsaskala, imma jgħix l-Imsida. Kwalifikat bħala tabib u l-mużika hija wisq importanti għalih biex isejħilha biss passatemp. Il-passatemp favorit tiegħu huwa s-safar, fejn iħobb jagħmel ħbiberiji ma’ nies minn pajjiżi differenti. Iqatta’ ħafna ħin mal-ħbieb tiegħu. Iħobb jiddeverti. Ħafna mill-attivitajiet li jieħdu l-maġġoranza tal-ħin tiegħu huma relatati mal-mużika. Iħobb ukoll imur jissapportja lil sħabu mużiċisti għall-kunċerti tagħhom. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem avventuruż, spontanju u jħobb jiddeverti. Iħoss li huwa persuna b’karattru easy going u jaħseb li n-nies iħossuhom komdi fil-kumpanija tiegħu. Ħafna nies jgħidulu li hu simpatiku u dħuli, imma fil-verità ma jafux li huwa mistħi, u jbati ħafna minn ansjetà. Però din ma jħallihiex twaqqfu mill-affarijiet li jixtieq nagħmel. Wara kollox għandu sens ta’ entużjażmu kbir għall-ħajja u dejjem jipprova jara s-sabiħ fl-affarijiet sempliċi.

Tabib, mużiċist, kantant, u kompożitur

Dylan huwa mużiċist, kantant, u kompożitur tad-diski tal-ġeneru pop. Huwa wkoll tabib, kwalifikat fil-Mediċina u fl-isptar Mater Dei, jaħdem fid-Dipartiment tal-Ġinekoloġija. Mistoqsi kif iħoss li hi ħajtu bil-mediċina u l-mużika, weġibni: “Tul ħajti kollha pruvajt insib bilanċ bejn l-imħabba tiegħi għax-xjenza u l-mediċina, u l-passjoni għall-mużika.

Għamilt tmien snin naħdem bħala tabib s’issa, speċjalment fil-qasam tal-kirurġija u fil-ġinekoloġija. Xogħli ta’ tabib dejjem għamiltu bi mħabba u b’sens ta’ dedikazzjoni. Sibt ħafna sodisfazzjon naħdem f’tim l-isptar, nieħu ħsieb il-pazjenti u nitgħallem interventi ġodda. Nixtieq nieħu l-opportunità sabiex ngħid

kemm inħobb lill-kollegi u lis-superjuri tiegħi li jaħdmu l-isptar. Vera m’hawnx bħalhom dawk in-nies u nixtieq nirringrazzjahom ta’ dawn is-snin sbieħ li qattajt Mater Dei”.

Kompla jgħidli li l-mużika wkoll tirrikjedi ħafna ħin biex tagħmilha karriera. “Trid il-ħin għall-kitba u għall-produzzjoni fl-istudio, rehearsals, kunċerti kif ukoll għall-promozzjoni. Dan kollu jieħu ħafna ħin u enerġija. Għal żmien twil kien qed jirnexxili nsib il-bilanċ bejn iżżewġ passjonijiet tiegħi.

Sakemm ġietni opportunità li ma stajtx nitlef, u waslet il-possibbiltà li niddependi finanzjarjament fuq il-mużika. Għalhekk, iddeċidejt li nisma’ minn qalbi u niddedika l-enerġija tiegħi biss lejn il-mużika, għall-inqas għalissa. Madanakollu, għadni nżomm aġġornat mal-ġinekoloġija u għadni ngħallem studenti tal-mediċina barranin u lokali fuq bażi part-time permezz tal-online teaching u għaldaqstant m’iniex marbut li naħdem minn pajjiż partikolari.

Nammetti li kienet deċiżjoni iebsa, imma l-imħabba tiegħi għall-mużika ma ħallitnix bi kwieti, sakemm ma kellix għażla ħlief li nisma’ minn din is-sejħa, u kieku ma smajtx minnha kienet tkun rimors li żgur jibqa’ f’moħħi u ma nkunx nista’ ngħix bija nnifsi,” stqarr miegħi. Dwar x’sodisfazzjon tagħtih il-mużika, Dylan weġibni li l-mużika hija kollox għalih. “Inqum kull filgħodu naħseb fil-mużika, kważi kważi bħala l-ewwel ħsieb, u mmur fis-sodda filgħaxija noħlom fuq il-mużika. Is-sodisfazzjon li nħoss meta nikteb u nipproduċi diska huwa wisq kbir biex niddeskrivih. Imbagħad, meta nara li nies oħra qed jisimgħu u jintlaqtu mill-mużika tiegħi nħoss emozzjoni indeskrivibbli. Speċjalment meta ninterpreta d-diski live waqt il-kunċerti u nħoss konnessjoni mal-udjenza.”

Wara li ħa sehem fl-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta, iffoka fuq l-ewwel album tiegħu

Fil-fatt, wara li kien ħa sehem

Inqum kull filgħodu naħseb fil-mużika, kważi kważi bħala l-ewwel ħsieb, u mmur fis-sodda filgħaxija noħlom fuq ilmużika. Is-sodisfazzjon li nħoss meta nikteb u nipproduċi diska huwa wisq kbir biex niddeskrivih. Imbagħad, meta nara li nies oħra qed jisimgħu u jintlaqtu mill-mużika tiegħi nħoss emozzjoni indeskrivibbli. Speċjalment meta ninterpreta d-diski live waqt il-kunċerti u nħoss konnessjoni mal-udjenza

fl-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta, Dylan iffoka fuq l-ewwel album tiegħu, Loose Wire bl-għajnuna tal-producer David Vella. Kien ispirat minn tfajla li kienet għadha kemm għaddiet minn separazzjoni.

“Kif għedt int, wara li ħadt sehem f’X Factor Malta, bdejt naħdem fuq l-ewwel album tiegħi Loose Wire mal-famuż

produttur u kompożitur David Vella. Flimkien ħloqna proġett iffukat fuq il-mużika Pop, jew speċifikament electro-pop. Konna ispirati ħafna mill-mużika pop u disco tas-sebgħinijiet u tat-tmeninijiet, minn artisti bħal David Bowie, Tears for Fears, Marvin Gaye u Michael Jackson. Wieħed jista’ jis -

ma’ dawn l-influwenzi kollha fl-album.”

Ta’ min jgħid li l-lirika tal-album kienet ispirata mid-dispjaċir u mill-konfużjoni li ħass wara li ħassar minn mat-tfajla tiegħu dak iż-żmien.

“Din it-tema kienet magħġuna ma’ dak kollu li għaddejt minnu u mal-isfor -

14.05.2023 20
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

zi tiegħi biex nipprova ninsa lill-eks maħbuba tiegħi. Fl-aħħar biċċiet tal-album, tinduna li sibt it-trankwillità tar-ruħ u s-serħan tal-moħħ, hekk kif sibt il-paċi miegħi nnifsi u sibt imħabba ġdida. Aċċettajt il-fatt, li bħal kull persuna oħra m’iniex perfett. Ilkoll kemm aħna għandna d-difetti u l-preġji tagħna. Indunajt, li jiġri x’jiġri, ilħajja trid tkompli. Il-kitba ta’ dan l-album tatni mezz kif nesprimi dawn l-emozzjonijiet kollha u kienet parti essenzjali u terapewtika biex inbiddel din l-esperjenza f’esperjenza sabiħa u noħloq l-arti minnha.”

Il-mużika ta’ Dylan indaqqet f’pajjiżi barra minn xtutna bħall-Italja, il-Maċedonja ta’ Fuq, ir-Rumanija, Spanja, u l-Iżvizzera. Ħallejt f’idejh sabiex jikkummenta dwar dan. “Iva, il-mużika tiegħi ndaqqet diversi drabi barra minn xtutna, primarjament permezz tal-internet.

Kienet fil-fatt id-diska Feeling S*** Right Now li attirat widnejn barra minn pajjiżna. Id-diska ħarġet f’Marzu 2020, waqt il-lockdown tal-pandemija tal-

COVID-19. Diversi nies filfatt ħasbu li d-diska kellha x’taqsam mad-dwejjaq ta’ din is-sitwazzjoni. Din l-interpretazzjoni fil-fatt ħadmet favur id-diska.

Ħafna nies ukoll għoġbithom id-diska minħabba l-kuntrast bejn il-lirika ta’ dwejjaq u l-mużika li hija fuq ruħha u żeffiena. Dan innormalizza l-fatt li kulħadd ikollu ġranet ta’ dwejjaq, mela ejjew ma nistħux nammettu dan u niċċelebraw li aħna kollha umani tad-demm u l-laħam. Allura l-music video tad-diska li ppubblikajt fuq YouTube, beda jiġri u jiġri ma’ eluf u eluf ta’ nies. Minħabba dan diversi preżentaturi tar-radju sabu d-diska u daqqewha fuq il-programmi tagħhom.

Imbagħad kienet l-aħħar single mill-album bit-titlu I Can’t Say No (When You Go Down) li reġgħet sabet attenzjoni ġdida internazzjonali. Id-diska miktuba dwar żeffiena minn Moska li kelli relazzjoni magħha, indaqqet ħafna fuq Spotify, kif ukoll fuq TikTok, fejn bosta influencers u żeffiena bdew jużaw id-diska fil-videos tagħhom,

u b’hekk id-diska reġgħet ġabet attenzjoni mill-barranin.

Fil-fatt, dik id-diska indaqqet fuq stazzjonijiet tar-radju indipendenti fl-Amerka ta’ Fuq, fl-Ingilterra, kif ukoll fl-Awstralja. Nibqa’ naffaxxina ruħi kif diski miktuba minn persuna minn din il-blata ċkejkna li ħadd ma jaf biha, tista’ tasal għand nies li jsiru jħobbuha min-naħa l-oħra tad-dinja permezz tal-internet u s-siti soċjali.”

Ta’ min jgħid li bħalissa, Dylan qiegħed jikkonċentra fuq il-kitba u l-produzzjoni ta’ album ġdid mal-partner tiegħu David Vella u l-awtur u kitarrista mill-Maċedonja Kristijan Volchev, kif ukoll waqaf temporanjament mill-karriera medika tiegħu biex jagħmel tour ta’ kunċerti madwar id-dinja bil-għan li jippromwovi l-album tiegħu.

“It-tour tiegħi għandu jdum sas-sena 2024. Beda minn diversi kunċerti fir-Rumanija. Bħalissa qiegħed Budapest fl-Ungerija, u minn hawn sejjer ir-Repubblika Ċeka, il-Polonja, l-Ingilterra, il-Maċedonja u l-Italja.

Fis-sajf immur lejn l-Amerka ta’ Fuq, Los Angeles, San Diego u Virginia, kif ukoll il-Messiku. Imbagħad f’Settembru mmur lejn il-Korea t’Isfel. Għandi sena ppakkjata nipromwovi l-album madwar id-dinja. Pruvajt ukoll norganizza kunċert fl-Afrika t’Isfel għaliex hemm bosta semmiegħa tad-diski tiegħi minn hemm, iżda s’issa ma rnexxilix norganizza dan. Forsi fil-futur! Però, waqt li qed indur dejjem qed jiġu opportunitajiet u stediniet biex indoqq f’pajjiżi oħra, jiġifieri l-lista dejjem qed tikber.”

Miegħu ddiskutejt ukoll b’liema modi eżattament qed jippromwovi l-album tiegħu, u x’kuntatti kellu bżonn jagħmel qabel ma beda fuq dan il-vjaġġ tiegħu tat-tour. “Bħala kuntatti kelli għajnuna mill-programm tar-radju li għenu d-diski tiegħi. Iffirmajt kuntratt ma’ dar tad-diski fil-Korea t’Isfel fejn il-mużika pop hija popolari ħafna.

L-Amerka għamilt kuntatt ma’ persuna li sab id-diski tiegħi fuq YouTube u jaħdem bħala A&R, isib talent ġdid u ġejt mistieden l-Amerka,

allura ser nieħu din l-okkażjoni fis-sajf.” Xogħol ta’ promozzjoni nagħmel ħafna minnu jien, speċjalment bil-midja soċjali u l-kunċerti. Imma l-iktar nies li għenuni nagħmel din l-avventura possibbli huma l-ħbieb tiegħi kemm Maltin kif ukoll barranin li ssapportjawni u għamlu li setgħu biex jgħinuni norganizza l-kunċerti.”

Fl-aħħar nett, Dylan ħalla messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Il-messaġġ tiegħi huwa dejjem li l-ħajja hija qasira. Iż-żmien jgħaddi malajr u għalkemm l-uġigħ u d-dispjaċir huma parti mill-esperjenza umana, m’għandniex naqtgħu qalbna imma niffukaw fuq issabiħ ta’ madwarna.

Ejjew nippruvaw nittrattaw lil kulħadd b’rispett u b’ġenerożità għax kulħadd qiegħed f’keffa waħda. Nemmen li jekk ngħixu b’dawn il-valuri f’qalbna, ngħixu b’umiltà u jekk l-intenzjonijiet tagħna huma ġenwini nistgħu naħfru lilna nfusna kull żball u kollox huwa possibbli,” temm jgħid f’din l-intervista.

Sena Ewropea tal-Ħiliet: 9 ta’ Mejju 2023 – 8 ta’ Mejju 2024

Il-Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet ġie stabbilit bħala entità eżekuttiva fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

Nibdlu l-mentalità - it-titjib u t-tiġdid tal-ħiliet huma l-unika assigurazzjoni għall-impjiegi ta’ kwalità

Titqajjem kuxjenza dwar il-ħiliet meħtieġa għat-tranżizzjonijiet diġitali u ħadra

Tissaħħaħ il-kompetittività billi ninvestu fit-taħriġ dwar il-ħiliet meħtieġa għall-futur

L-għan ewlieni tagħna huwa li niżguraw li l-ħiliet ikunu fil-qalba tad-dibattitu tal-politika lokali.

Viżjoni

Li titrawwem kultura ta' tagħlim tul il-ħajja fost kulħadd, sabiex l-individwi jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom fid-dinja dinamika tax-xogħol.

Missjoni

Li nmexxu aġenda tal-ħiliet ibbażata fuq l-evidenza u ffukata fuq l-impjegabbiltà, l-inklużjoni soċjali u l-benessri.

NSCMalta Ibqa' aġġornat dwar l-aħħar żviluppi marbuta mal-ħiliet billi ssegwi l-Fb Page tal-NSCMalta llum!

14.05.2023 21
It-tqegħid tal-ħiliet fiċ-ċentru tal-ħidma tagħna

SUMMER LUST – FESTIVAL MUŻIKALI F’ĦAL GĦAXAQ

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Għaxaq Music Events għadhom kemm ħabbru d-dettalji tal-Festival Mużikali Summer Lust li se jittella’ fir-raħal ta’ Ħal Għaxaq nhar il-Ġimgħa 19 u s-Sibt 20 ta’ Mejju. Għal sena oħra, Għaxaq Music Events ser joffru spettaklu mużikali fuq jumejn li matulhom ser jippruvaw jilħqu gosti mużikali differenti biex kulħadd ikun jista’ jmur igawdi l-mużika li togħġbu.

Dan il-festival bħal dejjem, ser ikun qiegħed jiftaħ l-istaġun tas-sajf u proprju minn hemm nibtet l-idea tal-isem għaliex xi ftit jew wisq, kulħadd huwa għatxan u ħerqan għal dak kollu li jġib miegħu s-sajf Malti.

Daħal sew fil-kalendarju kulturali mhux biss dak Għaxqi imma wkoll fuq livell akbar, fejn ħmistax qabel tiġi ċċelebrata l-festa ad unur San Ġużepp, fir-raħal pittoresk ta’ Ħal Għaxaq, Għaxaq Music Events jieħdu ħsieb li jorganizzaw dawn il-jumejn ta’ spettaklu. Dan kollu jsir bl-għajnuna ta’ ammont sabiħ ta’ volontiera mill-istess għaqda. Xhur qabel, l-organizzaturi jorganizzaw laqgħat magħhom sabiex jitqassam ix-xogħol u jibdew il-preparamenti neċessarji.

Din is-sena, Summer Lust ser ikun qed jippreżenta numru ta’ artisti ta’ fama internazzjonali kif ukoll talent Malti. Bħalma sar tul dawn l-aħħar 22 sena, dan l-ispettaklu annwali ser jittella’ fil-Grounds ta’ Ħal Għaxaq li jinsabu eżattament fiċ-ċentru tal-lokalità. L-organizzaturi ħadu ħsieb biex bħas-snin imgħoddija, dan il-festival ikun offrut b’xejn għal dawk kollha li jattendu. Madanakollu, tiġi mitluba donazzjoni fl-entratura li din is-sena l-għotjiet kollha ser imorru b’risq id-Dar tal-Providenza. Hawnhekk tajjeb insemmu li fl-aħħar sentejn li ttella’ dan il-festival, mid-donazzjonijiet fl-entratura, ingħataw kważi €35,000 lil ALSMalta biex ikunu jistgħu jkomplu jaħdmu fuq il-proġetti tagħhom.

Hija ħaġa ferm mill-isbaħ li fi spettakli bħal dawn igawdu wkoll nies li jkunu għaddejjin minn xi tbatijiet differenti.

Summer Lust ser jiftaħ is-separju tiegħu nhar ilĠimgħa 19 ta’ Mejju bi spettaklu sħiħ mis-snin 90. F’din il-ġurnata ser ikollna esibizzjoni minn talent internazzjonali mżewwaq b’talent lokali.

Fis-serata ser jieħdu sehem l-aqwa personalitajiet barranin rinomati mis-snin 90, fosthom Dj Sash, bil-produzzjonijiet kbar tiegħu fosthom Ecuador , Stay u Mysterious times ; Sonique b’ It feels so good , Alive u Sky Magħhom jingħaqdu l-kantanti Maria Nayler bil-kanzunetti tagħha; One is One u Naked & Sacred u Kirsty Hawkshaw bil-produzzjonijiet tagħha Just Be u Fine day Ma’ dawn l-artisti internazzjonali se jkun hemm ukoll id-DJs Maltin Ryan Spiteri u Tenishia.

L-għada, is-Sibt 20 ta’ Mejju, l-ispettaklu jkompli bil-grupp Scandinavian Pink Floyd. Dan il-grupp mużikali ser jagħmel ir-ritorn tiegħu wara li 13-il sena ilu ta spettaklu impekkabbli fl-istess post. Żgur se jkun hemm xalata ta’ mużika tal-grupp Pink Floyd li se tinżel għasel ma’ dawk kollha li għandhom għal qalbhom lil dan il-grupp li tant kiseb suċċess matul is-snin.

L-organizzaturi ser jieħdu ħsieb jarmaw dawl bi spettaklu li huwa sinonimu ma’ dan il-grupp u jkunu jistgħu jitgawdew aħjar siltiet bħal Comfortably Numb , Another Brick in the wall , Gig in the sky, Money , High hopes , Run like hell u Shine on you crazy diamond . Dan il-kunċert ser jittella’ fil-50 anniversarju minn meta l-grupp Pink Floyd ħareġ l-album The Dark Side of the Moon

Qabel dan il-grupp, se jagħti spettaklu Matthew James waqt li l-għeluq ser jitħalla

f’idejn Ziggy li jagħlaq il-festival Summer Lust.

Bħal dejjem, dan il-festival ser ikun qed jiġi offrut b’xejn

lil kulħadd minħabba li l-interess tal-organizzaturi dejjem kien li jferrħu u joħolqu memorji lil dawk kollha li jattendu.

Però, għal dawk li jixtiequ jakkwistaw biljetti VIP, għandhom jagħmlu dan billi

jżuru s-sit www.showshappening.com. Iktar informazzjoni għandha tingħata fil-ġimgħat li ġejjin fuq issit soċjali Facebook, fil-paġna Għaxaq Music Events.

Tajjeb insemmu wkoll li ser ikun hemm żoni apposta

għall-parkeġġ u b’hekk dan m’għandux ikun ta’ problema.

Żgur li festival bħal dan mhux biss ser joffri spettaklu ta’ mużika, iżda wkoll spettakli ta’ dwal u effetti oħra fosthom spettaklu ta’

14.05.2023 22

Din is-sena, Summer Lust ser ikun qed jippreżenta numru ta’ artisti ta’ fama internazzjonali kif ukoll talent Malti. Bħalma sar tul dawn l-aħħar 22 sena, dan l-ispettaklu annwali ser jittella’ fil-Grounds ta’ Ħal Għaxaq li jinsabu eżattament fiċ-ċentru tal-lokalità. L-organizzaturi ħadu ħsieb biex bħas-snin imgħoddija, dan il-festival ikun offrut b’xejn għal dawk kollha li jattendu

nar mill-kamra tan-Nar San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq u briju fost dawk preżenti. Dan kollu ser jingħaqad flimkien sabiex verament tinħoloq serata memorabbli għal dawk kollha li jinġabru flimkien f’dawn l-iljieli maġiċi.

Dan il-festival qiegħed isir b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jattendi għal dawn l-attivitajiet mużikali li joffru spettakli mill-isbaħ ta’ kull sena, immirati lejn il-pubbliku inġenerali.

SKEDA ONE

08.11.2020 14.05.2023 23
06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 Żona Sport 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:15 Indhouse 11:15 Popcorn 11:50 Pink Panther 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 13:15 L-Interdett 15:30 One News 15:40 F’Idejna 15:45 Prime Time 16:10 Sabiħa l-Ħajja 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Empowerment 17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE News 20:05 Ir-Rapport tat-Temp 20:10 Prime Time 20:35 Liquorish 22:40 Reboot Podcast 23:30 ONE News 06:30 ONE News 06:45 Mal-Moll 07:10 L-Interdett 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 Dak li Jgħodd 09:35 Natura Maltija 10:00 Aroma Kitchen 11:00 Popcorn 11:25 Empowerment 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:40 Brillanti 15:30 ONE News 15:35 F’idejna 16:05 Flimkien ma’ Nancy 17:15 Sabiħa l-Ħajja 17:45 Ondroad 18:15 Pink Panther 19:00 Primetime 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Arani Issa 23:30 ONE News 15-05 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Country Jamboree 07:35 Natura Maltija 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Aroma Kitchen 11:10 Empowerment 11:40 L-Interdett 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 F’idejna 15:45 Prime Time 16:10 Mal-Moll 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Investigaturi tal-Mużika 17:15 Pink Panther 17:55 What’s Cooking 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:35 Reboot Podcast 21:15 Pultruna 21:30 The Local Traveller 22:00 Il-Willy 23:00 Popcorn 23:30 ONE News 17-05 ERBGĦA 06:30 ONE News 06:50 Prime Time 07:05 The Local Traveller 07:35 Natura Maltija 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:40 Paperscan 10:00 Żona Sport 10:30 Attività Politika 11:25 What’s Cooking 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:40 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Liquorish 16:05 Mal-Moll 16:40 PrimeTime 17:00 Ieqaf 20 Minuta 17:30 Indhouse 18:30 Country Jamboree 19:05 Pultruna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Diskors tal-Prim Ministru 20:50 Il-Willy 22:00 Madwar Mejda 23:30 ONE News 21-05 ĦADD 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Popcorn 07:30 Mal-Moll 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Flimkien ma Nancy 11:10 Ieqaf 20 Minuta 11:35 Reboot Podcast 12:10 Pultruna 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Prime Time 16:10 Ondroad 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Sittin+ 17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:35 Natura Maltija 21:00 L-Interdett 21:50 Country Jamboree 22:25 Żona Sport 23:05 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News TLIETA 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Reboot Podcast 07:30 Empowerment 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Dak Li Jgħodd 11:10 Ieqaf 20 Minuta 11:30 Country Jamboree 12:05 Natura Maltija 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Prime Time 16:15 Sittin+ 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Żona Sport 17:30 Aroma Kitchen 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Mal-Moll 21:00 Madwar Mejda 22:30 L-Interdett 23:30 ONE News ĦAMIS SIBT TNEJN 06:30 ONE News 06:45 Teftif 06:50 Liquorish 07:00 Sittin+ 07:30 The Local Traveller 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:35 F’idejna 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Liquorish 10:10 Espressjoni 11:25 Pultruna 11:40 Pink Panther 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Liquorish 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 F’idejna 15:45 Prime Time 16:10 Reboot Podcast 16:45 Teftif 16:50 Liquorish 17:00 Popcorn 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:15 F’idejna 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Prime Time 20:30 Brillanti 23:15 Pultruna 23:30 ONE News 19-05 ĠIMGĦA 18-05 16-05 20-05

reċensjoni tal-ktieb

MADAME ORTENSJA PASKWALINA DE ROHAN

Picture book ġdid ta’ Clare Azzopardi dejjem aħbar sabiħa, għax kif taf tfassal l-istejjer għaż-żgħar hi u bl-istampi bellezza ta’ Moira Scicluna Zahra, ir-riżultat ma jistax ma jkunx ktieb stupend!

Dan il-ktieb ilaqqagħna ma’ Madame Ortensja Paskwalina de Rohan u man-neputija tagħha, Perla.

Għal min iħobb il-karnival, waħda mill-isbaħ partijiet ta’ din il-festa hi li tippjana x’kostum ġdid se ddandan. U jekk wieħed irid kostum speċjali, għand ħajjata waħda biss seta’ jmur: għand Madame Ortensja Paskwalina de Rohan.

Fil-karriera twila tagħha, Madame Ortensja, jew kif kien jafha kulħadd Madame, ħietet biżibilju kostumi. U kienet tħobbu ħafna l-karnival. Imma issa li kibret, l-istorbju u l-folol saru jdejquha u għalhekk il-karnival issegwih mill-gallarija flimkien ma’ Perla.

Iżda darba waħda Perla staqsiet liz-zija biex tħitilhom kostum kull wieħed u jinżlu jgawdu l-karnival. Madame ma riditx … u ftit ftit nibdew nifhmu li mhux il-folol li jżommuha ’l bogħod lil Madame, iżda tifkiriet oħra ta’ karnivali mgħoddija, wisq u wisq personali għaliha … Iżda n-neputija rasha iebsa u ma taqtax qalbha, u

r-riżultat hu Karnival maġiku u speċjali għat-tnejn li huma.

Il-picture books ta’ Clare Azzopardi dejjem ikollhom żvolta partikolari. U dan mhux inqas. Apparti li dan il-ktieb huwa ċelebrazzjoni tat-tradizzjoni sabiħa tal-karnival, anke bil-kuluri festużi u l-istampi brijużi ta’ Scicluna Zahra, ifakkarna wkoll li mhux kulħadd iħobb il-briju u l-ġenn ta’ dawn il-jiem ta’ bluha. Hemm min iħossu waħdu u maqtugħ għalih.

Madame hija storja ħelwa immens li tqawwi l-qalb u tgħinna nirriflettu dwar kif nistgħu nkunu viċin u sensittivi mal-oħrajn.

Fost il-picture books ta’ Clare Azzopardi – li ħafna minnhom rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb apparti li huma kollha bestsellers – hemm Mingu, Il-Qtates ta’ max-Xatt, Is-Sinjura Klaws u Il-Ħanut tal-Ħelu Li Mar Dawra. Dan il-ktieb ġdid huwa l-ewwel kollaborazzjoni tagħha mal-illustratriċi u awtriċi Moira Scicluna Zahra, li wkoll rebħet bosta premjijiet għall-illustrazzjonijiet tagħha.

Madame Ortensja Paskwalina de Rohan huwa pubblikazzjoni ta’ Merlin Publishers u jinsab fil-ħwienet tal-kotba kollha kif ukoll fuq is-sit merlinpublishers.com.

Mistoqsija:

X’jisimha n-neputija ta’ Madame Ortensja Paskwalina de Rohan?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb MADAME ORTENSJA PASKWALINA DE ROHAN. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 21 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi.

Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb ĠOMINA - ĦABEL TAT-TAJJAR hija:

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Kemm waslu turisti f’pajjiżna fl-ewwel kwart ta’ din is-sena?

Isem:

Numru tat-telefown:

Tweġiba:

Indirizz:

14.05.2023 24
02
J. CUTAJAR - RABAT

IL-QTIL TAL-FAMILJA LAWSON

Charles Lawson joqtol lil martu u sitta mis-seba’ wlied

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Il-familja Lawson, li kienet tgħix f’Germanton, fl-istat Amerikan ta’ North Carolina, kienet magħmula minn Charles Davis Lawson, martu Fannie u tmint itfal, fejn wieħed minnhom miet meta kellu biss sitt snin. Il-qtil tal-familja Lawson seħħ f’jum il-Milied tal-1929 hekk kif il-missier qatel lil martu u sitta mis-seba’ wlied li kellhom. L-uniku wieħed li ħelisha kien it-tifel il-kbir, Arthur ta’ 19-il sena, li Charles kien bagħtu jagħmel xi qadi qabel ma wettaq id-delitti.

Il-familja Lawson

Fl-1911, Charles Lawson iżżewweġ lil Fannie Manring u flimkien kellhom tmint itfal. It-tielet wild, William, miet bil-pulmonite fl-1920 meta kellu biss sitt snin. Il-familja Lawson kienu jaħdmu bħala bdiewa li jkabbru t-tabakk f’għelieqi mikrijin. Hekk kif warrbu ftit flus, huma xtraw razzett fi Brook Cove Road. Kien għalhekk li fl-1918, il-familja Lawson marret tgħix f’Germanton.

Il-qtil tal-familja Lawson

Ftit jiem qabel il-Milied tal-1929, Charles Lawson ħa lil martu u lis-seba’ wliedu - Arthur ta’ 19-il sena, Marie ta’ 16-il sena, Carrie ta’ 12-il sena, Maybell ta’ seba’ snin, James ta’ erba’ snin, Raymond ta’ sentejn u Mary Lou ta’ erba’ xhur, fiċ-ċentru biex jixtrilhom ħwejjeġ puliti ħalli jieħdu ritratt tal-familja. Din ma kinitx xi ħaġa komuni li ssir minn familja tal-klassi talbdiewa u ’l quddiem tqajjem suspett li l-qtil kien premeditat.

Dakinhar tal-25 ta’ Diċembru tal1929, Lawson l-ewwel qatel lil Carrie u Maybell hekk kif kienu sejrin għand iz-zijiet tagħhom. Hu sparalhom tiri b’senter u wara tahom daqqiet b’oġġett tqil biex ikun ċert li kienu mietu. Wara, hu poġġa l-katavri tagħhom fejn kien jaħżen it-tabakk. Kif ħeles minnhom, Lawson mexa lejn id-dar u spara lil martu, li kienet qiegħda quddiem id-dar. Ġewwa kien hemm Marie, James u Raymond li semgħu t-tir u s-subien marru jipprovaw isibu fejn jistaħbew minn missierhom. Kif daħal, Charles spara lil Marie u sab lis-subien u qatilhom ukoll. L-aħħar vittma kienet it-tarbija, Mary Lou, li nqatlet b’daqqiet b’oġġett tqil. Wara li qatel lil martu u sitta minn uliedu, Charles ħareġ mid-dar u għamel diversi sigħat idur u jagħqad sakemm iddeċieda li jneħħi ruħu b’idejh. L-uniku membru tal-familja li baqa’ ħaj kien Arthur hekk kif dan mar qadja li qabbdu jagħmel missieru. In-nies semgħu l-aħħar tir u ssejħet il-pulizija. Arthur wasal flimkien ma’ uffiċjal tal-pulizija u dan tal-aħħar sab il-katavru ta’ Charles Lawson, flimkien ma’ ittri miktuba għall-ġenituri tiegħu. Il-katavri l-oħrajn instabu b’idejhom fuq xulxin u b’ġebel impoġġija taħt rashom.

Teoriji fuq il-qtil

Ir-raġuni għall-qtil tal-membri ta’ familtu mhix magħrufa iżda hemm żewġ teoriji li setgħu wassluh iwettaq dan l-att makabru. L-ewwel teorija hi li Charles Lawson kien weġġa’ rasu ftit xhur qabel li wettaq id-delitti, u li din setgħet biddlitlu l-istat mentali tiegħu. Minkejja dan, mill-awtopsja ma rriżultax li kien hemm xi abnormalitajiet f’moħħu.

It-tieni teorija kienet li Charles taqqal lil bintu Marie. Dan sar magħruf minn xi membri tal-familja

fejn qalu li l-omm kienet fetħet qalbha magħhom u qaltilhom li bintha Marie kellha relazzjoni sesswali ma’ missierha. Kien hemm ukoll ħabiba ta’ Marie li qalet li din tal-aħħar kienet qaltilha li missierha taqqalha u li l-ġenituri tagħha kienu jafu b’dan. Ħafna jaħsbu li dan seta’ kien il-motiv wara l-qtil tal-familja biex ħadd ma jsir jaf b’dan l-iskandlu. Il-membri ndifnu f’ċimiterju tal-familja, li kien oriġinarjament użat mill-familja W.D. Browder, xi ħbieb u qraba. Illum, dan iċ-ċimiterju jintuża biss mid-dixxendenti

tal-familja Browder biss. X’ġara wara

Ftit wara l-omiċidji, ħu Charles, Marion Lawson, fetaħ id-dar bħala attrazzjoni turistika. Il-viżitaturi setgħu jaraw id-dar u t-torta li ħmiet Marie filgħodu qabel inqatlet, fejn dawn kienu qed jieħdu ż-żbib minnha bħala tifkira. Kien għalhekk li din it-torta tqiegħdet f’kontenitur tal-ħġieġ biex in-nies ma jkomplux ibagħbsuha u baqgħet fih għal snin sħaħ.

14.05.2023 25
Id-dar tal-familja Lawson u fejn seħħu d-delitti Waqt il-funeral

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

14.05.2023 26
1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Isem:

Indirizz:

W. AXIAQ - ŻEJTUN

TISLIBA 486

MIMDUDIN:

1. Kompli l-qawl: Ħadd ma jaħsillek wiċċek biex tkun isbaħ ........ (5)

4 11. Post (6)

7,19. Ma baqgħux

WEQFIN:

1. Bla dawl (6)

2. L-aħħar parti tal-pinta (3)

3,21W Iffastidjati (6)

5. Isem (3)

6. Avolja twil tilef

ibsin (5)

9,13. Tikteb il-ġrajjiet ta’ kuljum fih (6

10. Jafu jkunu prezzjużi (6)

12. Qatta’? (6)

16. Malta Employers’ Association (1,1,1)

saqajh (3)

8. Theżżiżiet (9)

11. Ara 4

12,22. Isem (5)

13. Ara 9

14. Belt (6)

15. Kien ilaqqa’

18,17. L-ewwel persuna singular (5)

19. Ara 7

20. Kanċer? (5)

21. Alex Agius Refalo (1,1,1)

23. It-tifel tiegħi (4)

24. Imur mal-kaċċa (5)

t-tfajliet u l-ġuvintur (6)

17. Ara 18

21. Ara 3

22. Ara 12 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA

MIMDUDIN: 1.Żaqqu, 4.Ġewż, 7,23.Tpoġġi, 9.Min, 10.Dabbar, 12.Trapan, 19,21M Irtokk, 20.Pagun, 24.Labra

WEQFIN: 1.Żammit, 2,16.Qantar, 3.Utd, 5.EBB. 6.Żar, 8.Pappagall, 11,18.Erġa, 12,17. Trakk, 13.Aġa, 14.Ninsab, 15.Statwa, 21.Oxo, 22.Kuġ

14.05.2023 27
Bi 3 NUMRI 073 128 198 415 515 608 718 758 791 951 B’4 NUMRI 0711 1264 1392 1660 1758 3758 3979 4001 4069 6226 6759 7072 7396 7736 9174 9837 B’5 NUMRI 01597 04605 07963 11376 11692 15271 18111 19096 21631 25167 28277 33564 36691 41351 45275 48177 53143 60011 60161 62439 64630 81232 84512 86232 87809 91719 96451 99961 B’6 NUMRI 317105 631169 721286 751108 769445 780717 890135 897898 B’7 NUMRI 0303790 1091510 5791381 7950223 B’9 NUMRI 057810695 098171016 234586797 308668640 619046528 652750521 B’10 NUMRI 7600860056 8372199767

OPPOŻIZZJONI LI TIBQA’ TEGĦREQ

Editorjal

Meta taħseb li l-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech mess ilqiegħ, tinduna li kapaċi jħaffer iktar. Meta taħseb li l-Kap talOppożizzjoni, magħruf għal kemm hu politiku cheap, wera l-faqar kollu tiegħu, tinduna li hemm aktar minn hekk. Tinduna li, biex jipprova jsalva hu, lest jivvinta minn kollox. Tinduna li, biex jibqa’ marbut mas-siġġu tal-poter, lest juża kollox. Din hi strateġija ta’ politiku fqir li jaf li qiegħed isir irrelevanti.

Dan iddikjarawh f’konferenza tal-aħbarijiet din il-ġimgħa, id-Deputati Laburisti Randolph De Battista u Glenn Bedingfield. U balleċ, ma setax ikollhom aktar raġun.

L-Oppożizzjoni, li għadha ma tistax issib saqajha, tirrikorri għal azzjonijiet li jmorru lil hinn mil-loġika biex toħloq instabilità fil-pajjiż u tipprova tikseb xi forma ta’ relevanza

Għalkemm kienu qed jirreaġixxu għall-aħħar żviluppi politiċi wara li Bernard Grech ressaq denunzja biex jittieħdu passi kriminali anke kontra lPrim Ministru Robert Abela, din hi fil-fatt is-sitwazzjoni inġenerali li tinsab fiha l-Oppożizzjoni llum il-ġurnata.

U l-kredibbiltà tagħha tkompli tegħreq meta tinqabad li bejn il-paroli kollu li tgħid jew il-mod kif tirkeb anke fuq traġedji umani biex tipprova tirbaħ punti politiċi hemm l-

oċeani jifirdu.

Il-fatt waħdu li l-Partit ta’ Grech reġa’ għal darb’oħra ma ressaq l-ebda emendi għal-liġi proposta fil-qasam tal-bini u l-kostruzzjoni huwa mill-iżjed sinifikanti, aktar u aktar meta tqis il-mod kif anke ppolitiċizza traġedja li fiha tilef ħajtu żżagħżugħ Jean Paul Sofia.

Ix-xahar li għadda Grech kien qal li ma jħossx li għandu għal xiex jieħu sehem fil-konsultazzjoni pubblika relatata, fejn taw sehemhom mijiet ta’ organizzazzjonijiet, inkluż il-Partit Laburista. Minkejja li wkoll iddandan b’laqgħat fidDar Ċentrali ma’ stakeholders fis-settur u indika l-intenzjoni li jressaq il-proposti fl-ogħla istituzzjoni Parlamentari, din ilġimgħa skoprejna li naqas anke hemmhekk.

Bil-ħafna akkużi tiegħu kontra l-Gvern u t-theżżiż tas-snien quddiem il-kameras li jxandru t-trażmissjonijiet Parlamentari, kif ġie fl-istadju ta’ kumitat fejn jistgħu jitressqu l-emendi, reġa’ m’għamel xejn.

Dan jgħid ħafna u anke żżejjed dwar il-validità tal-politika Nazzjonalista. Jikxef ukoll iżjed ir-raġuni għal xiex il-Partit

iddominat mill-establishment u Bernard Grech innifsu jirrikorru għal azzjonijiet li jmorru lil hinn mil-loġika, bħal fil-każ tad-denunzja kriminali kontra l-Prim Ministru, biex juru xi forma ta’ relevanza. Għax, kif jgħidu, sitwazzjoni drastika teħtieġ azzjoni drastika.

Minkejja dan, kif ġie enfasizzat ukoll minn De Battista u Bedingfield din il-ġimgħa, “jekk Bernard Grech mingħalih li lest iniżżel il-politika f’dawn il-livelli se jsib lilna niqfulu”.

Għax jekk l-Oppożizzjoni tixtieq li tkompli tegħreq politikament, tista’ tagħmel dan liberalment, iżda mhux billi tipperikola s-sistema demokratika, sempliċiment għax din għażlet bl-akbar maġġoranza li tafda lil Robert Abela biex imexxiha.

Din mhix l-ewwel darba li sar attakk viljakk bħal dan fil-konfront tal-Prim Ministru.

Fl-eqqel tal-pandemija, fl-eqqel ta’ kriżi tal-immigrazzjoni, fleqqel ta’ pressjonijiet enormi bil-portijiet magħluqin, il-PN kien mar jagħmel kwerela biex Robert Abela u numru ta’ suldati mill-Forzi Armati jintbagħtu għomorhom il-ħabs wara li akkużahom bi qtil volontarju ta’

immigranti.

Tajjeb ukoll li din il-ġimgħa tfakkar li l-Kap Nazzjonalista kien jagħmel biċċa xogħol aħjar li kieku talab lill-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga lilu stess dwar meta ddikjara li lest jagħti maħfra presidenzjali lill-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia inkella dwar meta ħallas it-taxxa biss appena daħal fil-politika.

Seta’ wkoll talbu aġġornament dwar fiex waslet l-investigazzjoni fuq Adrian Delia, wara li sħabu stess xlewh li xxaħħam. Id-Deputati Laburisti bir-raġun staqsew: “Jew illum il-Kap Nazzjonalista m’għadhiex tinteressah il-verità u l-aqwa li uża l-każ biex laħaq flok ta’ qablu?”.

Din hi l-politika tal-PN maħkum mill-estremiżmu, li jogħxa fil-gimmicks u li jħaddan biss politika rħisa tat-tkissir.

L-Oppożizzoni, li tibqa’ ma tistax issib saqajha, trid biss li toħloq instabilità fil-pajjiż. Minkejja dan, ma rnexxilhiex toħloqha s’issa u lanqas se nippermettulha toħloqha llum.

Pajjiżna se jkompli miexi ’l quddiem bil-politika tal-ideat, b’liġijiet ġodda u b’bidla pożittiva fil-ħajja tan-nies.

14.05.2023 28

Articles inside

IL-QTIL TAL-FAMILJA LAWSON

2min
page 25

MADAME ORTENSJA PASKWALINA DE ROHAN

1min
page 24

SUMMER LUST – FESTIVAL MUŻIKALI F’ĦAL GĦAXAQ

3min
pages 22-23

DYLAN DE BONO L-IMĦABBA GĦALL-MUŻIKA

6min
pages 20-21

IL-MUMMJI EĠIZZJANI

7min
pages 18-19

I ieħeb

1min
page 17

ST MICHAEL HOSPICE QRIB L-AĦĦAR STADJU TIEGĦU

1min
page 17

L-IMPORTANZA FL-IŻVILUPP

4min
page 16

WAĦDA BISS MILL-OPRI TA’ PERELLOS

1min
page 15

L-ARAZZI FIL-KONKATIDRAL: WAĦDA

2min
page 14

IL-MUMENT TAGĦNA

3min
page 13

U L-IMPENN TAL-GVERN

1min
page 13

EKONOMIJA MA’ STABILITÀ

2min
page 12

STRATEĠIJA ANTI-BULLYING

2min
page 12

INĊENTIVI GĦAL IKTAR INVESTIMENT F’ENERĠIJA ĦADRA

1min
page 11

ĦAMES PILASTRI FL-ISTRATEĠIJA

3min
page 10

1,650 JITĦALLSU TALLI QED IDURU BI QRABATHOM

1min
page 9

RIKONOXXIMENTI FIS-SERVIZZ PUBBLIKU

1min
page 8

L-NSO JIRREĠISTRA

1min
page 8

IT-TURIŻMU LURA GĦAR-REKORDS

4min
page 7

JIPPROVA JINGĦOĠOB MAL-ESTABLISHMENT FORSI JĦALLUH KWIET

1min
page 6

IMMULTATA KOSTRUZZJONI ILLEGALI BILLEJL

2min
page 6

L-PROGRESS AMBJENTALI F’PAJJIŻNA

1min
page 5

INDIĊI INTERNAZZJONALI JIPPREMJA

3min
page 4

INAWGURAT L-EWWEL OSSERVATORJU OTTIKU NAZZJONALI FIN-NADUR

2min
page 3

MINGĦAJR IT-“TIBDIL” SAT-TMIEM

1min
page 1
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.