2 minute read

EKONOMIJA MA’ STABILITÀ

ru Clyde Caruana, ħabbarna li bid-diversi riformi li wet- taqna f’dawn l-aħħar snin, l-ekonomija ngħatat spinta tant kbira li r-rata tat-tkabbir ekonomiku fis-sena telgħet għal kważi 7% fis-sena 2022, filwaqt li Malta llum għandha l-ħames l-ogħla rata fl-Unjoni

Ewropea ta’ nies li jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol.

Advertisement

Taħt amministrazzjoni

Nazzjonalista fil-klassifika tal-għadd ta’ nies jaħdmu fil-pajjiżi oħra tal-Unjoni

Ewropeja, Malta kienet fis16-il post u r-rata tat-tkabbir f’dak iż-żmien tant diffiċli billi ta iktar minn €1.6 biljun f’għajnuniet, iżda rnexxielu wkoll jagħti spinta enormi fl-ekonomija ta’ pajjiżna. diskriminazzjoni u intimidazzjoni u ma nistgħux naċċettaw li jħossuhom barranin, ikunu neqsin jew jitilqu mill-iskola, jew saħansitra jkollhom ħsibijiet suwiċidali minħabba dawn il-kwistjonijiet.

Il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema minn dejjem kienu ferm għal qalb dan il-Gvern. Dan jidher biċ-ċar fid-diversi inizjattivi u miżuri li qed nieħdu sabiex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-ħaddiema.

Il-konsegwenzi tal-vjolenza u l-bullying, inkluż il-bullying ċibernetiku, għandhom effetti kbar, profondi u dejjiema fuq l-iżvilupp fiżiku, psikoloġiku u emozzjonali tat-tfal u rridu nimmiraw li neradikaw din l-imġiba.

Jekk irridu li ż-żgħażagħ isiru ċittadini diġitali kunfidenti, kompetenti u attivi, jeħtieġ li jkollhom il-libertà li jikbru f’ambjent diġitali sikur fejn jistgħu jirnexxu mingħajr ma jibżgħu.

Għal dan il-għan, jeħtieġ ukoll li nassiguraw li wliedna jkunu mgħammra b’ħiliet u kompetenzi diġitali, u bilħsieb kritiku meħtieġ għatteħid ta’ deċiżjonijiet responsabbli online biex ikunu kapaċi jindirizzaw firxa wiesgħa ta’ riskji li jiffaċċjaw fuq l-internet. Il-prevenzjoni u l-qerda tal-bullying u l-bullying ċibernetiku jirrikjedu impenn profond li jrid jibda fil-komunitajiet, fl-iskejjel u fid-djar tagħna, iżda jeħtieġ li dan iseħħ flimkien bi strateġija ħolistika tal-Unjoni kollha għall-ġlieda li għandha tibda fl-iskejjel.

Lura fl-2013, meta l-Partit Laburista tela’ fil-Gvern sab, li d-dejn tal-pajjiż bħala perċentwal tal-PGD, li ħalla Gvern Nazzjonalista, kien kważi jlaħħaq is-70%. Illum il-ġurnata, wara li kellna pandemija u għadha għaddejja wkoll il-gwerra fl-Ukrajna, dan il-Gvern xorta waħda rnexxielu jniżżel id-dejn għal 54% tal-PGD.

Din il-ġimgħa flimkien mal-kollega tiegħi l-Minist- ekonomiku ma kinitx taqbeż it-2% fis-sena.

Ta’ min li wieħed jiftakar ukoll li meta l-kumplament tal-pajjiżi Ewropej kienu għaddejjin minn turbulenza kbira minħabba l-pandemija u l-pressjoni li l-istess pandemija tefgħet fuq l-impjieg tan-nies u n-nuqqas ta sigurtà li ffaċċjaw in-negozji, dan il-Gvern mhux talli kien kapaċi jagħti serħan il-moħħ lin-negozji u lill-ħaddiema

L-għan tagħna hu li nirriformaw il-pajjiż kemm billi nkomplu nagħtu l-għajnuniet u l-benefiċċji meħtieġa, kif ukoll billi nkomplu nsaħħu d-drittijiet tal-ħaddiema f’Malta u f’Għawdex. Qegħdin fil-fatt f’ħidma kontinwa sabiex insaħħu l-liġijiet li diġà hemm u ndaħħlu fis-seħħ iżjed liġijiet ġodda li jagħtu aktar bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol.

Biex insemmi xi ftit eżempji hemm l-10 ijiem leave mħallas li tajna lill-missirijiet, introduċejna carers leave ta’ ħamest ijiem għal dawk li jridu jieħdu ħsieb il-qraba tagħhom kif ukoll leave ta’ erba’ xhur liż-żewġ ġenituri.

Dawn l-inizjattivi huma kruċjali biex jingħata l-appoġġ meħtieġ lill-ħaddiem u għalhekk aħna se nkomplu naħdmu flimkien mal-imsieħba soċjali f’dan ir-rigward u flimkien ċert li se nkomplu ninvestu sabiex il-viżjoni tagħna tibqa’ sseħħ u dejjem nagħtu kwalità ta’ ħajja aħjar.

Tajjeb li nfakkar ukoll li l-Gvern ħatar kumitat ta’ esperti biex jiddeterminaw liema liġijiet antikwati dwar il-pagi u x-xogħol iridu jiġu aġġornati skont ir-rekwiżiti Ewropej u għaddejjin ukoll diskussjonijiet mal-aġenziji tat-temping kif ukoll il-kumpaniji tal-outsourcing filwaqt li pprojbixxejna ż-zero hour contracts ħlief għal ċerti eċċezzjonijiet.

Bħala s-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, l-impenn tiegħi jibqa’ għaddej fost l-oħrajn billi nibqa’ niltaqa’ mal-imsieħba soċjali, mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u x-Xogħol (DIER), u ma’ diversi entitajiet oħra kkonċernati sabiex flimkien inkomplu nindirizzaw u negħlbu l-isfidi li wieħed isib f’ċerti setturi tax-xogħol.

Kburi ngħid li d-DIER is-sena l-oħra rnexxielu jgħin tal-anqas 3,500 ħaddiem Malti u barrani. F’dan ir-rigward nixtieq ukoll nieħu din l-okkażjoni sabiex inħeġġeġ lill-pubbliku jimxi id f’id malGvern u jirrapporta l-abbużi li wieħed jiltaqa’ magħhom fuq il-post tax-xogħol u mbagħad iħalli f’idejn l-Awtoritajiet biex iwettqu l-investigazzjonijiet neċessarji.

Dan kollu huwa xhieda ta’ kemm dan il-Gvern minkejja l-isfidi li jsib quddiemu jibqa’ jwassal it-tama, flok il-qtigħ ta’ qalb, ikompli jkabbar l-għajnuniet mingħajr ma jżid il-piż, iwettaq it-tkabbir minflok id-disprament u qed ikompli jiggarantixxi l-impjieg flok il-qgħad.

This article is from: