3 minute read

INDIĊI INTERNAZZJONALI JIPPREMJA

Indiċi xjentifiku li sar minn ċentru tal-istudji ambjentali flUniversità ta’ Yale fl-Istati Uniti tal-Amerka jpoġġi lil Malta fost l-aktar pajjiżi fid-dinja li qed jaħdmu favur it-tibdil fil-klima, waqt li jippremjana għall-akbar avvanzi relatati li twettqu fl-aħħar għaxar snin fost 180 pajjiż taħt skrutinju.

Dan anke qabel biss bdew jitwettqu proġetti bla preċedent imwegħdin u li għandhom għan simili, waqt li jtejbu l-għajxien f’pajjiżna. Il-politika nazzjonali tal-Gvern għal din il-leġiżlatura hi ffokata primarjament fuq dan, bl-aħħar manifest elettorali Laburista approvat mill-poplu jagħti l-akbar prijorità lill-ambjent li ngħixu fih.

Advertisement

Dan l-aħħar ċertifikat internazzjonali għal pajjiżna millYale Center for Environment Law & Policy (YCELP) jirrikonoxxi fost l-aħjar riżultati għal Malta f’diversi oqsma speċifiċi relatati mal-ambjent bejn l-2012 u s-sena l-oħra, li waslu b’riżultat ta’ ħidma, miżuri, liġijiet u anke mentalità differenti minn Gvernijiet Laburisti wara l-bidla amministrattiva fl-2013.

L-indiċi jikklassifika lil Malta fit-tielet post fost il-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, wara d-Danimarka u l-Finlandja, waqt li millpajjiżi kollha madwar id-dinja li ġew studjati, ninsabu fir-raba’ post maqbużin biss ukoll mir-Renju Unit.

L-Environmental Perfor- mance Index (EPI) għall-2022 jipprovdi bażi kwantitattiva għat-tqabbil, l-analiżi u l-fehim tal-prestazzjoni ambjentali, b’analiżi dettaljata li tikkunsidra kif dawn il-punteġġi nbidlu matul l-għaxar snin preċedenti.

Dan juża 40 indikatur fi 11il kategorija dwar l-impenn fit-tibdil tal-klima, is-saħħa ambjentali u l-vitalità tal-ekosistema. Tali indikaturi jipprovdu kejl adegwat fuq skala nazzjonali dwar kemm il-pajjiżi huma qrib ta’ miri ambjentali stabbiliti, bħal dawk tal-Ġnus Magħquda. Fl-istess ħin joffru gwida lill-gvernijiet konċernati dwar kif jaspiraw lejn futur aktar sostenibbli billi jagħrfu l-aħjar prattiċi li għandhom jintużaw u anke jindirizzaw nuqqasijiet fejn jeżistu.

Fir-rapport tagħhom dwar Malta, l-esperti fl-Università ta’ Yale tawna l-punteġġ ġenerali ta’ 75.2, b’qabża ta’ 25.4 punti fuq għaxar snin ilu. Din kienet l-akbar żieda rreġistrata minn fost il-180 pajjiż, inklużi dawk ferm akbar minna u li huma rinomati għall-ambjent tagħhom, bħall-Awstrija u l-Iżvizzera, li spiċċaw fit-tmien u d-disa’ post rispettivament fil-klassifika globali.

F’kategorija ġdida li ddaħħlet f’dan l-indiċi, dik dwar Servizzi tal-Ekosistemi, Malta mal-ewwel tinsab fl-ewwel post flim- kien ma’ tmien pajjiżi oħrajn, b’punteġġ massimu ta’ 100, b’titjib ta’ 91.60 punt fuq l-2012 taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista.

Din il-kategorija tħares lejn is-servizzi importanti li l-ekosistemi jipprovdu għall-ġid tal-bniedem u tal-ambjent, bħall-użu tal-karbonju, il-protezzjoni tal-kosta u l-abitat tal-bijodiversità. Għal dawn jittieħdu inkonsiderazzjoni tliet fatturi, bħall-ammont ta’ art flistat naturali, u, minkejja kull kritika li ssir, f’dan l-indiċi Malta ġabet il-massimu tal-punti, b’titjib ukoll sinifikanti ta’ 91.6 punti fl-aħħar għaxar snin.

Ir-riżultati mistennija jitjiebu fis-snin li ġejjin, inkluż bl-investiment ta’ €700 miljun fl-ambjent

Dan qabel jibdew jitwettqu l-ewwel proġetti bla preċedent ta’ reklamazzjoni urbana, b’investiment ta’ €700 miljun, fejn artijiet żviluppati jinħattu u jingħataw lura lill-poplu fi spazji miftuħa li jkunu jistgħu jitgawdew minn kulħadd. Interessanti wkoll li, fejn jidħol l-indikatur dwar telf ta’ afforestazzjoni jew siġar imkejjel fuq ħames snin, Malta wkoll għandha punti massimi, filwaqt li pajjiżi oħrajn b’art vasta, bħall-Awstralja u l-Portugall, jinsabu fl-aħħar postijiet.

Fil-ħidma speċifika dwar it-tibdil tal-klima, li pajjiżna wkoll qed jagħtiha importanza kbira anke fil-livell tal-Ġnus Magħquda fejn attwalment jokkupa siġġu fil-Kunsill tas-Sigurtà, kellna riżultati sodisfaċenti.

F’din il-kategorija, li tkejjel il-progress fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, Malta ġiet fir-raba’ post bi 82.3 punti, b’titjib f’dawn l-aħħar għaxar snin ta’ 35.7 punti. Fl-ewwel tliet postijiet hemm id-Danimarka (92.40), ir-Renju Unit (91.5) u l-Finlandja (83.6).

Hawn ġiet analizzata l-ħidma f’disa’ fatturi, fosthom kontra t-tniġġis tal-karbonju, li jiġi prodott, fost oħrajn, minn impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam u sorsi oħrajn li jaħarqu l-fossil fuels.

L-indiċi internazzjonali jikkunsidra wkoll it-tniġġis proġettat sal-2050 minn gassijiet serra u r-rata ta’ żieda fid-dijossidu tal-karbonju (CO2), skont id-daqs tal-pajjiż.

L-aktar pajjiż fl-UE li jinsab ’l isfel fl-indiċi hu l-Portugall, li qed jokkupa l-100 post. Dan wara li, mhux talli ma mexiex ’il quddiem fl-aħħar għaxar snin, iżda ħidmietu naqset bil-punteġġ ta’ 10.9.

L-istudju elaborat tal-Univer- sità ta’ Yale wkoll ipoġġi lil Malta fl-ewwel post fit-tnaqqis tal-intensità tal-gassijiet serra meta ħares lejn is-sinjal talprogress tal-pajjiż fit-tkabbir ekonomiku.

Malta wkoll għandha punti massimi fejn jidħol l-ilma taxxorb u fl-Indiċi Trofiku talBaħar (Marine Trophic Index), li jkejjel kemm pajjiżi għandhom qabdiet ta’ ħut sostenibbli, mingħajr ma tinqered il-katina naturali tal-ħajja marittima, waqt li bħala settur sħiħ fejn jidħol is-sajd, Malta kklassifikat fl-għaxar post minn 180 pajjiż. Hemm setturi fejn hu meħtieġ iżjed titjib, bħall-immaniġġjar tal-iskart u r-riċiklaġġ fejn Malta tinsab fit-23 post globali, anke jekk l-indiċi ma setax jikkunsidra l-investiment ta’ €50 miljun li qed isir bħalissa bis-sistema nazzjonali ECOHIVE. Madanakollu, ir-rapport juri li fejn jidħol tniġġis filbaħar mill-plastik, Malta wkoll għamlet progress mill-2012 u llum tinsab fit-13-il post b’mod globali.

Minn analiżi fid-dettall tarrapport li għamlet il-KullĦadd joħroġ li, b’mod globali, l-aktar żewġ pajjiżi, wara Malta, li kellhom titjib fil-punteġġi flaħħar għaxar snin kienu l-Afganistan (+23.9) u r-Renju Unit (+23.0). It-titjib fl-Afganistan kien attribwit partikolarment għall-progress kbir (+83.9) firrata medja annwali ta’ tniġġis tad-dijossidu tal-karbonju,

This article is from: