1 minute read

MINGĦAJR IT-“TIBDIL” SAT-TMIEM

L-Oppożizzjoni xorta tibqa’ ma tressaq l-ebda emenda għal-liġi proposta dwar l-Awtorità għall-Kostruzzjoni u l-Bini li għaddiet mill-aħħar stadju tal-Parlament kif imressqa mill-Gvern … il-paroli kollu ta’

Advertisement

Bernard Grech kien biss għall-apparenza

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista reġgħet għal darb’oħra abdikat milli tressaq emendi filproċess tar-regolamentazzjoni tal-industrija tal-kostruzzjoni.

Minkejja l-ħafna diskorsi ripetuti u anke indikazzjonijiet li se jipproponi tibdiliet għal-liġi proposta, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech baqa’ m’għamel xejn minn dan f’okkażjoni oħra din il-ġimgħa.

Ix-xahar li għadda, fi tmiem perjodu ta’ sitt ġimgħat dwar il-liċenzjar tal-kuntratturi, l-Oppożizzjoni wkoll ma kinitx ressqet proposta waħda, anke jekk kien fid-dmir tagħha li tagħmel dan. Minfuq, Grech kien iddikjara fil-Parlament li l-Oppożizzjoni ma kellhiex għal xiex tesprimi ruħha fil-konsultazzjoni pubblika.

Dan kien saħansitra urta lil numru ta’ stakeholders fis-settur, li ssejħu biex jiddiskutu l-materja fid-Dar Ċentrali stess.

“Ħafna paroli li smajna u mhux biss fil-laqgħat magħhom (il-PN), biex imbagħad jiġu jgħidu li ma jħossux il-bżonn li jagħmlu xi proposti. Dmirhom dan! Jiddispjaċini, imma għalija kienet pudina sħiħa minn Grech u l-Oppożizzjoni,” kien qal dakinhar lill-KullĦadd wieħed mir-rappreżentanti diżillużi. Huma wrew dubji serji kemm il-PN kien ikkunsidra l-fehmiet li ressqulu fuq is-suġġett.

Tkompli f’paġna 6

“L-EWWEL DAWL” MILL-QORTIN

Ritratt tal-Univers (“first light”) miġbud mill-ewwel osservatorju astronomiku nazzjonali, li għadu kif ġie installat fil-Grigal t’Għawdex b’investiment ta’ aktar minn €145,000. Dan l-apparat sofistikat se jkun qed jgħin liż-żgħażagħ fl-istudji relatati tagħhom.

This article is from: