4 minute read

IT-TURIŻMU LURA GĦAR-REKORDS

Fl-ewwel kwart tal-2023 jinqabżu ċ-ċifri ta’ erba’ snin ilu qabel il-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 meta s-settur kien għaddej fl-aqwa tiegħu … il-prospetti għall-bqija ta’ din is-sena huma tajbin ħafna

Il-perjodu ta’ bejn Jannar u Marzu li għaddew kien l-aqwa wieħed fl-istorja tat-turiżmu Malti, jixhdu l-istatistiċi uffiċjali. Il-wasliet, l-iljieli u anke l-infiq tat-turisti li żaruna kienu jaqbżu l-istess perjodu fl-2019 meta kien irreġistrat laħħar rekord.

Advertisement

Jirriżulta li fl-ewwel kwart ta’ din is-sena waslu f’pajjiżna 443,191 turist, żieda ta’ 4.1% meta mqabbel mal-istess perjodu fl-aħħar sena qabel faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19 f’pajjiżna wkoll.

Din il-kriżi tas-saħħa, għalkemm ma kellhiex effetti devastanti fostna daqs f’diversi pajjiżi oħrajn grazzi għal amministrazzjoni bil-għaqal, xorta imponiet għadd ta’ restrizzjonijiet drastiċi, inkluż l-għeluq tal-Ajruport u l-portijiet kollha u allura bibien kollha magħluqin għas-settur li jimpjega eluf kbar.

Il-fatt li l-Istat evita s-sensji fl-industrija tal-ospitalità u offra saħansitra l-pagi ta’ dawk fejn ix-xogħol tagħhom waqaf ħesrem, wassal biex wara t-tneħħija tar-restrizzjonijiet il-pajjiż kien diġà mħejji biex jerġa’ jitlaq jiġri anke b’vantaġġ fuq kompetituri oħrajn tagħna.

L-aktar riżultati sinifikanti anke ħdejn pajjiżi

Tixhed proprju dan l-aħħar statistika fit-turiżmu mħabbra din il-ġimgħa f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA). Il-fatt li pajjiżi oħrajn fil-kontinent mhumiex mistennija jilħqu l-istess ċifri tal-2019 qabel is-sena d-dieħla jkompli jagħmel ir-riżultati ta’ pajjiżna aktar sinifikanti.

Minbarra l-ammont sħiħ ta’ turisti li żaruna, anke n-numru ta’ ljieli li dawn qattgħu fostna u n-nefqa tagħhom żdiedu mqabblin ma’ erba’ snin ilu.

Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena dawk li żaruna qattgħu total ta’ 2,905,527 lejl bejniethom, żieda ta’ 3.8% fuq ir-rekord tal-2019, waqt li l-ġid li ħallew hawn tela’ għal €312-il miljun, żieda impressjonanti ta’ 14.7% fuq l-istess perjodu. Anke lispiża ta’ kull turist b’mod individwali rreġistrat ukoll żieda. Filwaqt li fl-2019 kull turist nefaq mas-€640 f’pajjiżna, din is-sena t-turisti nefqu €705, 10% aktar.

Għal kull lejl f’pajjiżna fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, kull turist nefaq medja ta’ €110, żieda ta’ 10.5% fuq l-istess

F’April ukoll il-passiġġieri li għaddew mill-Ajruport qabżu bi 8.4% l-istess perjodu tal-2019 qet il-ġurnalista f’kollegament dirett mal-Ministru Malti, li wieġeb li l-Gvern Malti għandu kull intenzjoni li jibqa’ jaħdem biex jassigura li s-sostenibilità u t-turiżmu mhumiex kompetituri, imma msieħba li jmorru id f’id. perjodu fl-2019 meta l-medja kienet €97.

Fi tmiem l-intervista, Giokos tenniet li anke hi issa tħajret li tiġi fostna fil-futur qrib. “Għalkemm ikolli nammetti li qatt ma żort il-pajjiż, imma issa żgur li jinsab fuq il-lista tiegħi,” temmet tgħid il-ġurnalista Amerikana.

Is-sena li għaddiet, Malta wkoll kienet saret l-ewwel destinazzjoni Ewropea li ġiet iċċertifikata minn Forbes Travel Guide, wara li wkoll sar l-ewwel pajjiż fid-dinja li qed jieħu sehem fil-programm “Star Journey”. Taħt il-kappa tas-sit rinomat Forbes, dan jirrakkomanda u jippremja lukandi, restoranti u spas minn fost aktar minn 70 pajjiż madwar id-dinja.

Imqabbel mat-turiżmu qabel il-pandemija, fl-ewwel kwart ukoll kien hemm żidiet notevoli minn swieq ġodda, partikolarment mill-Polonja, mill-Italja, minn Franza, mill-Awstrija, mill-Iżvizzera, mill-Ungerija u mill-Irlanda.

Wara investimenti u kampanji li saru mill-MTA fil-Polonja, mill-bidu tas-sena sa Marzu żaruna 36,521 persuna minn dan il-pajjiż, qabża ta’ 74.7% meta mqabbel mal-ammont ta’ turisti Pollakki li ġew f’Malta fl-ewwel kwart tal-2019.

Mingħajr dubju, l-uffiċċju l-ġdid tal-MTA f’Varsavja, li nfetaħ f’Novembru li għadda, serva ta’ għajnuna kbira biex jiġbed aktar turiżmu minn dan il-pajjiż u r-ritmu jidher li se jkompli jitjieb fiż-żmien li ġej, qalu lill-KullĦadd sorsi mill-industrija lokali.

Ma’ dan waslu fostna 73,114il Taljan bejn Jannar u Marzu li għaddew, żieda ta’ 11.3% meta mqabbel ma’ dawk mill-istess pajjiż u perjodu fl-2019.

Iż-żieda f’dan is-suq tradizzjonali kompliet tieħu spinta, inkluż bir-reklamar b’saħħtu li għaddej fl-Italja, fosthom bil-brand ta’ VisitMalta li għadu kemm sar sponsor uffiċjali tal-Giro D’Italia, wieħed mill-aktar avvenimenti sportivi rinomati u segwiti f’dan il- pajjiż u madwar id-dinja.

Pajjiżna wkoll esperjenza żieda importanti mis-suq Franċiż, tant li fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena żaruna 40,113-il Franċiż. Fl-2019 f’dan il-perjodu kienu waslu 32.6% inqas turisti minn dan il-pajjiż. Fl-aħħar ġimgħat tnediet kampanja pubbliċitarja ġdida f’dan il-pajjiż bil-għan li tkompli żżid l-għarfien dwar is-sbuħija ta’ dan il-ġojjell fil-Mediterran.

Il-kampanja, b’filmati ta’ għaxar sekondi fis-sistemi tal-ivvjaġġar ewlenin, hi mifruxa madwar sebat ibliet ewlenin Franċiżi li huma l-kapitali Pariġi, Marseille, Lyon, Bordeaux, Nantes, Toulouse u Nizza. Dawn ġew magħżulin apposta minħabba l-konnessjonijiet diretti li pajjiżna għandu magħhom.

Riżultati sinifikati oħrajn ġew minn swieq li b’mod kontinwu qed naraw żieda fl-interess tagħhom f’pajjiżna.

Pereżempju, bejn Jannar u Marzu tal-2019, mill-Awstrija kienu ġew 3,276 turist. Din is-sena dawn żdiedu bi kważi 69% għal 8,152 turist. Mill-pajjiż ġar tagħhom, l-Iżvizzera, ukoll kien hemm żieda ta’ 8.4% fuq l-2019. Minn hawn fl-ewwel kwart ta’ din is-sena waslu f’pajjiżna 6,220 turist.

B’7,845 wasla mill-Ungerija (+67.3% fuq l-2019) u 9,600 Irlandiż (+47.3%) ikomplu jirreġistraw żidiet interessanti wkoll ma’ dawk diġà elenkati. Minkejja dan, l-akbar suq għal pajjiżna anke fl-ewwel tliet xhur tas-sena baqa’ dak Brittaniku, fejn waslu 81,804 turisti. Minkejja li, f’dan il-każ, għadna ma qbiżniex il-volumi li kellna fl-istess perjodu qabel il-COVID-19, l-awtorità turistika tinsab determinata li tkompli ttejjeb il-konnettività bl-ajru mar-Renju Unit. L-istess mal-Ġermanja u l-pajjiżi Skandinavi.

Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo f’konferenza aktar kmieni din il-ġimgħa tenna: “M’hemmx dubju li dawn iċ-ċifri jikkonfermaw li l-ħidma fil-qasam miexja fid-direzzjoni t-tajba f’pajjiżna u dan kollu se jkun pjattaforma għall-bqija tas-sena biex naraw li jkollna aktar titjib u sena tajba ħafna. B’hekk inkomplu nagħtu sostenn lil din l-industrija u nkomplu nagħtu iżjed opportunitajiet għall-futur.”

Dan is-suċċess ukoll attira l-għajn tal-midja internazzjonali fl-aħħar jiem.

Fil-fatt, waqt li nhar il-Ħamis il-Ministru Bartolo, kien qed jiġi intervistat mill-istazzjon televiżiv Amerikan CNN, il-ġurnalista rinomata Eleni Giokos esprimiet l-istagħġib tagħha kif Malta qed jirnexxilha tikseb dan is-suċċess u taqbeż iċ-ċifri rekord tal-2019.

“It-turiżmu jlaħħaq għal 15% tal-Prodott Gross Domestiku tagħkom. Hu tassew astronomiku u affaxxinanti li tara kif qegħdin jirnexxilkom tipproġettaw lilkom infuskom,” saħ-

Riżultati sinifikanti wkoll mill-MIA f’April

Sadanittant, f’aħbar oħra pożittiva relatata, tħabbar mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) li fix-xahar li għadda dan laqa’ s-700,000 passiġġier tiegħu aktar kmieni mis-soltu. It-traffiku f’April ammonta għal xejn inqas minn 708,388 passiġġier, li fisser żieda ta’ 8.4% fuq il-livelli tal-2019, grazzi għat-tnedija tal-iskeda l-ġdida tas-sajf u matul il-vaganzi tal-Għid li taw spinta lill-moviment tal-passiġġieri.

Jirriżulta li l-aktar jiem impenjattivi kienu fi tmiem ilġimgħa tal-Għid, bejn is-7 u l-10 t’April, meta għaddew millMIA xejn inqas minn 98,449 passiġġier.

Ir-riżultat pożittiv għal April kien irreġistrat fl-istess perjodu li fih l-Ajruport esperjenza żieda ta’ 6.8% fuq l-2019 fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet minn u lejn Malta u anke seat load factor b’saħħtu ta’ 84.6%.

Fl-istess xahar, is-suq li xpruna l-akbar moviment ta’ passiġġieri kien dak Taljan, segwit mir-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja. Wara nuqqas ta’ sitt xhur, Spanja reġgħet sabet postha bħala l-ħames l-aktar suq importanti għall-MIA.

Dan it-titjib minn Spanja seħħ wara li reġgħu ġew introdotti r-rotot ta’ Seville u Valencia u żdiedet il-frekwenza tattitjiriet lejn Barċellona bħala parti mill-iskeda tal-ajruport għas-sajf.

This article is from: