1 minute read

I ieħeb

mal-Partit Laburista

Parti mill-binja li għaddejja minn ristrutturar qawwi biex tospita l-ewwel sptar ta’ kura paljattiva biex il-qraba jakkumpanjaw lill-pazjent meta jkun meħtieġ.

Advertisement

Il-pazjenti se jkunu qed jutilizzaw din it-taqsima għal soġġorni qosra, skont kriterji stabbiliti. St Michael Hospice se jinkludi wkoll ġonna u btieħi kbar fuq barra li qed jiġu mibdulin f’żoni ta’ rilassament għall-pazjenti biex jagħmlu użu minnhom.

Il-bini l-ġdid se jinkludi uffiċċji għattim ta’ Hospice, li jiġbor flimkien il-professjonisti, il-maniġment u l-membri kollha tat-tim taħt saqaf wieħed. Min- barra hekk, iċ-ċentru edukattiv se jkun qed ikompli jippermetti lil Hospice biex tospita konferenzi, kif ukoll sessjonijiet ta’ taħriġ edukattiv, hekk kif il-post se jkun mgħammar b’teknoloġija moderna u kapaċità li jospita sa 140 delegat.

L-organizzazzjoni qalet li ċ-ċentru se jkun disponibbli wkoll għall-użu minn organizzazzjonijiet oħrajn.

Waqt li s-servizzi kollha tagħha huma bla ħlas, Hospice Malta tfittex għajnuna minn individwi u negozji biex tkun tista’ tkompli bil-qadi tagħha b’risq dawk li l-aktar għandhom bżonnha. Persuni li jixtiequ jappoġġjaw il-proġett St Michael Hospice jistgħu jagħtu donazzjoni jew jagħmlu kuntatt biex jaraw kif jistgħu jagħmlu differenza.

L-organizzazzjoni rrapportat kif każ partikolari ta’ altruwiżmu ġeneruż mill-komunità, hu dak tas-Sinjura Linda Fryer minn Għawdex, li s-sena l-oħra ngħaqdet ma’ Hospice Malta għal kampanja bl-isem ‘Live it Now’ u rnexxielha tiġbor appoġġ mir-Renju Unit, l-Afrika t’Isfel u l-Istati Uniti, fost oħrajn, biex flimkien ma’ 400 persuna minn Għawdex u Malta fosthom tfal u staff minn żewġ skejjel, negozji lokali u artisti lokali u nġabru ftit aktar minn €16,500.

Din l-inizjattiva wkoll rebħitha nomina għall-ewwel edizzjoni tal-Pride of Gozo Awards, li jirrikonoxxu residenti Għawdxin li jagħmlu ħilithom biex jgħinu lill-komunità.

Kenneth Delia, Kap Eżekuttiv ta’ Hospice Malta, filwaqt li rringrazzja lis-Sinjura Fryer għall-appoġġ tagħha, qal li “l-fondi huma kritiċi fl-appoġġ talproġett il-ġdid ta’ Hospice, speċifikament għall-pazjenti u l-qraba li jakkumpanjawhom f’dawn il-mumenti diffiċli, fl-In-patient Unit.”

Is-Sinjura Fryer qasmet ukoll l-entużjażmu tagħha għall-proġett il-ġdid ta’ Hospice u qalet li “hu tassew inkoraġġanti li tara b’għajnejk stess li l-proġett ta’ St Michael Hospice jinsab ftit passi biss ’il bogħod milli jiftaħ il-bibien tiegħu u jibda jagħti servizz lill-komunità. Nixtieq inħeġġeġ lil oħrajn biex jingħaqdu u jorganizzaw avvenimenti ta’ ġbir ta’ fondi biex b’hekk jikkontribwixxu b’mod attiv u jappoġġjaw lill-NGO ħalli tkun tista’ tkompli taqdi lil dawk li l-aktar għandhom bżonnha.” www.partitlaburista.org

Għal aktar tagħrif dwar ħidmet Hospice Malta, wieħed jista’ jikkuntattja lill-organizzazzjoni fuq l-indirizz elettroniku info@hospicemalta.org jew iċempel fuq in-numru 21440085.

5160 2034 - €10

SMS fuq 50619275 - €11.65

(Niżżel isem, kunjom u ID tal-persuna)

This article is from: