1 minute read

L-NSO JIRREĠISTRA

TITJIB KBIR FL-2022

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) indika li s-sena l-oħra esperjenza żviluppi importanti fil-ħidma tiegħu. Dan joħroġ mir-rapport annwali tiegħu, li għadu kemm ġie ppubblikat, u jkopri perjodu meta d-dinja kienet qed tirkupra gradwalment mill-pandemija COVID-19, li kellha effett sinifikanti fuq il-qagħda ekonomika u soċjali tal-pajjiżi kollha, daqskemm fi sfidi fuq din l-entità governattiva.

Advertisement

Il-kisbiet irreġistrati jindikaw xejriet importanti li l-NSO mistenni jkompli fuqhom bħala parti mill-viżjoni tiegħu għas-snin li ġejjin. Fuq quddiem, il-bidla maġġuri għallmod kif tinġabar l-istatistika, bidla għal mezzi elettroniċi li bdiet b’mod speċjali bl-użu ta’ tagħmir elettroniku fiċ-Ċensiment tal-Agrikoltura tal-2020, u wara, fl-2021, fiċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar.

L-NSO qal li fost l-innovazzjonijiet importanti li kienu ilhom jinħassu kien hemm ġbir ta’ informazzjoni permezz ta’ kwestjonarji online u l-użu ta’ laptops u tablets waqt intervisti li għenu mhux ftit fl-effiċjenza tal-uffiċjali tiegħu.

Fl-2022 kien hemm ukoll investiment konsiderevoli fir- riżorsi umani, tant li, minn 140 impjegat sa ftit ilu, issa l-ħaddiema tal-NSO jgħoddu 200, f’firxa wiesgħa ta’ gradi u rwoli professjonali. Fl-istess ħin ingħatat spinta wkoll fit-taħriġ tal-ħaddiema.

Ir-rapport għall-2022 jgħid ukoll li kien hemm tisħiħ filkollaborazzjoni tal-entità mad-direttorat ġenerali talistatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, permezz ta’ task forces u gruppi ta’ ħidma li ffokaw fuq temi partikolari.

Fl-aħħar ġimgħat u wara 20 sena mit-twaqqif tiegħu, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika Malti biddel ukoll id-dehra korporattiva u proċeduri ta’ xogħol tiegħu. Permezz tagħha, mhux biss inbidel il-logo, iżda beda jopera sit elettroniku ġdid aktar aġġornat u tħabbar li se tibda tiġi ppubblikata aktar statistika bl-ilsien Malti. Minbarra hekk se jissaħħu r-rabtiet mal-mezzi tax-xandir u l-pubbliku, u se jingħata aktar tagħlim tal-istatistika fost iż-żgħażagħbiex jitkabbar l-għarfien għal karrieri f’dan il-mestier.

Xogħol ieħor importanti li qed isir hu dak biex tinbidel il-liġi li tirregola l-NSO biex illiġi tirrifletti iżjed il-bżonnijiet tal-lum.

This article is from: