1 minute read

ST MICHAEL HOSPICE QRIB L-AĦĦAR STADJU TIEGĦU

Hospice Malta ħabbret li l-proġett tagħha ta’ St Michael Hospice qed joqrob lejn l-aħħar stadji tat-tlestija tiegħu. Il-binja l-ġdida, li se ssir il-post ewlieni għall-istess organizzazzjoni, se tkompli ssaħħaħ is-servizzi paljattivi tal-komunità diġà stabbiliti biż-żieda ta’ servizzi in-patient u servizzi mtejba ta’ terapija ta’ matul il-jum, biex tingħata kura paljattiva aktar komprensiva. Il-parti edukattiva ta’ Hospice se tissaħħaħ ukoll, u fil-fatt se tiftaħ ħafna opportunitajiet għall-bdil ta’ għarfien ma’ Hospices oħrajn madwar l-Ewropa u lil hinn.

Sentejn ilu, il-Prim Ministru Robert Abela kien ħabbar il-finanzjament ta’ €8 miljun mill-Istat għal dan ilproġett nazzjonali f’Santa Venera, li hu amministrat minn Hospice Malta.

Advertisement

Din il-binja ngħatat lil Hospice Malta mill-Knisja biex tinbidel fi sptar tal-ewwel xorta tiegħu li, fost l-oħrajn, jilqa’ fih pazjenti li jeħtieġu kura paljattiva.

F’diskors eżatt qabel ġie ffirmat ilftehim ta’ finanzjament multimiljunarju, il-Prim Ministru Robert Abela kien qal li “b’dak li qed isir illum, il-Gvern qed ikompli jinvesti fin-nies, anke biex f’mumenti diffiċli, il-pazjenti u qrabathom jkunu fl-aqwa ambjent jagħtu s-sostenn lil xulxin.”

Hu kien innota kif, bl-investiment li ġej mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali (NDSF), il-Gvern qed jipprova jtaffi ftit mill-piż ta’ Hospice Malta li f’kull sena tgħin 1,300 familja. Semma kif f’Malta hawn qasam tas-saħħa li joffri l-aqwa servizzi u din il-binja l-ġdida se tkompli żżid dawn is-suċċessi f’wieħed mill-aktar setturi kruċjali tal-pajjiż. “Dan ilproġett se jbiddel kompletament il-kura paljattiva f’Malta minn dak kif nafuha sal-lum,” kien iddikjara l-Prim Ministru fl-indirizz tiegħu.

Il-proġett, li ngħata €8 miljun mill-Istat, se jbiddel għalkollox il-kura paljattiva minn kif nafuha

Il-manifest elettorali Laburista wkoll wiegħed li l-Gvern ikompli jaħdem id f’id ma’ NGOs simili biex tingħata kura paljattiva tal-ogħla livell, inkluż bix-xiri ta’ aktar apparat mediku u spejjeż relatati ma’ ħaddiema, fost oħrajn.

Fi stqarrija din il-ġimgħa, Hospice Malta qalet li, fil-parti tal-in-patient, ilkmamar qed jiġu ddisinjati biex jipprovdu l-kura medika kollha meħtieġa f’ambjent kalm u paċifiku, spazju adegwat

This article is from: