2 minute read

L-ARAZZI FIL-KONKATIDRAL: WAĦDA

L-arazzi ta’ aktar minn 300 sena, li bħalissa jinsabu esibiti fil-Konkatidral ta’ San Ġwann wara restawr li dam 16-il sena u sewa mal€1.3 miljun mill-Fondazzjoni tal-istess Katidral, immexxi mill-Istat u mill-Knisja, huma patrimonju nazzjonali li diffiċli jingħatalhom prezz, anke għax huma uniċi fid-dinja fis-sbuħija u l-kobor tagħhom.

Din li ġejja hi parti mill-istorja ta’ dan il-kapulavur, li kien ġie kkummissjonat mill-Gran Mastru tal-Ordni Ramon Perellos Y Roccaful (1697-1720), bħala rigal lill-Konkatidral. Tul il-ħakma tiegħu f’pajjiżna, dan l-Ispanjol mil-Lingwa ta’ Aragon kien wettaq ħafna iżjed opri kbar.

Advertisement

L-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann ġie f’Malta fl-1530 wara li tkeċċa minn Rodi u l-Imperatur Karlu V kien tah il-Gżejjer Maltin, flimkien ma’ Tripli. Dam imexxi lil pajjiżna sal-1798 meta tkeċċew millFranċiżi.

F’dan iż-żmien kollu ta’ kważi minn 270 sena, Malta ħarġet mill-Medjuevu u daħlet fl-Era Moderna. L-Ordni bidel lil Malta f’ħafna oqsma, l-aktar fl-arkitettura u l-arti. Minn gżejjer vojta u bla ebda interess, ħlief għal ħafna attakki mill-furbani, l-Ordni ġab f’Malta ħafna nies ta’ livell għoli fl-arkitettura u l-arti, fost l-oħrajn, fejn ħallew marka kbira ta’ prestiġju.

Waħda mill-binjiet, bħala eżempju ċar ta’ tali prestiġju, hi proprju dik tal-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. Dan it-tempju, li nbena mill-Gran

Mastru Jean de la Cassiere (1572-1581) bejn l-1572 u l-1577 hu l-aqwa eżempju ta’ arti kemm f’pajjiżna kif ukoll fid-dinja kollha.

Għalkemm minn barra l-Katidral għandu għamla sempliċi u aktar jixbah lil xi post militari bl-istil

Manarista tiegħu, kif inhuma l-Palazz tal-President u l-Berġa ta’ Aragona u kif kienet l-ewwel

Berġa ta’ Kastilja, minn ġewwa hi storja oħra u x-xenarju hu totalment differenti.

L-intern tal-Katidral hu teżor artistiku

Barokk uniku b’ħafna aspetti u minbarra l-arazzi, igawdi minn skultura mill-isbaħ u l-art li hi magħmula kollha minn lapidi dekorattivi li jfakkru persunaġġi li ndifnu hemmhekk. Insibu wkoll pitturi famużi, bla dubju l-aktar waħda magħrufa tkun dik tal-qtugħ ir-ras ta’ San Ġwann, xogħol iċċelebri Caravaggio.

Il-Gran Mastru Perellos

Il-famużi arazzi kienu rigal tal-Gran Mastru Perellos, bħala parti minn konswetudni li kull kavallier li jilħaq f’din l-ogħla kariga jew f’xi kariga għolja oħra fl-Ordni, kien obbli- gat li jagħti lill-Konkatidral ta’ San Ġwann, li kien il-knisja konventwali tal-Ordni. L-għotja kienet magħrufa bħala l-gioia jew il-bijou Iżda dan il-Gran Mastru ma baqax marbut biss mal-arazzi stupendi ta’ San Ġwann. Fil-fatt, waqt li xi arazzi oħrajn fil-Palazz tal-President huma attribwiti lilu wkoll, matul il-maġisteru tiegħu kien twaqqaf il-Konsolat tal-Baħar fl-1697, inbdew relazzjonijiet diplomatiċi bejn Malta u r-Russja fl-1698, issaħħu d-difiżi madwar il-kosta ta’ pajjiżna, tnediet ġlieda kontra l-abbużi fi ħdan l-Ordni, issaħħet il-flotta navali tal-Ordni, ġiet intensifikata l-ġlieda kontra l-furbani Ottomani u nbnew imħażen fix-Xatt tal-Belt.

Fl-1707 kien ukoll qabbad lill-arkittet Taljan Romano Carapecchia biex jorganizza mill-ġdid is-sistema tad-drenaġġ fil-Belt Valletta. Hu kien ukoll bena żewġ residenzi fil-kampanja, waħda fl-inħawi ta’ Raħal Ġdid u oħra fiż-Żejtun.

Is-sinifikat tal-arazzi ta’ San Ġwann

Dawn l-arazzi jikkonsistu f’29 biċċa, b’sebgħa minnhom li jirrappreżentaw partijiet mill-ħajja ta’ Ġesù Kristu u sebgħa oħrajn jissimbolizzaw lill-Knisja Kattolika u l-fidi

Kristjana b’dawn is-suġġetti:

1) Il-Lunzjata

2) It-Twelid ta’ Ġesù

3) L-Adorazzjoni tal-Maġi

4) Id-Dħul f’Ġerusalemm

5) L-Aħħar Ċena (ritratt fuq lemin)

6) Il-Kruċifissjoni

7) Il-Qawmien

8) L-Erba’ Evanġelisti

9) It-Twaqqif tal-Festa ta’ Corpus Christi

10) Ir-Rebħa tal-Karità

11) Ir-Rebħa tal-Knisja Kattolika

12) Ir-Rebħa tal-Fidi

13) Ir-Rebħa tas-Sewwa

14) Il-Qerda tal-Ereżija

Erbatax oħrajn jikkonsistu f’figuri tas-Salvatur, il-Madonna, San Pawl u l-Appostli.

L-aħħar wieħed hu dak tal-Gran Mastru Perellos innifsu fejn jidher bilqiegħda fuq it-tron. Fuq ġenb minnhom għandu anġlu qed jindirizza lill-foqra bħala simbolu talkarità u fuq in-naħa l-oħra figura fl-armatura militari bix-xabla f’idejh jissimbolizza l-vittorja, waqt li qed iżomm Mislem b’ka- tina, b’simbolu tal-missjoni bħala dover ta’ ospitalieri L-arazzi kienu nħietu u l-ħarir fi Brussell, il-Bel jodu Barokk mill-kumpanija Vos, li kienet tinseġ Wiġi XIV ta’ Franza, li r-“Re Xemx”. Ħafna minnhom kienu Peter Paul Rubens filminga kienet fl-aqwa minn dan tal-aħħar. iddisinjati minn Mattia u hu maħsub li kien probabbilment għal ura ta’ Perellos.

Jirriżulta li Preti (inset biex jiddiskuti personalment ħol artistiku u l-Gran ħallaslu personalment vjaġġ.

Minkejja dan, Preti ma rax dan il-kapulavur mum, għax kien laħaq Ix-xogħol elaboruż ġie jiswa mhux inqas 40,000 Skud Ruman mat-tliet snin biex

This article is from: