1 minute read

WAĦDA BISS MILL-OPRI TA’ PERELLOS

tal-missjoni tal-Kavallieri ospitalieri u tal-kruċjati. nħietu bis-suf tan-nagħaġ il-Belġju, fi żmien il-Permill-kumpanija ta’ Judcos de uffiċjalment għar-Re kien magħruf bħala kienu ddisinjati minn fil-ħabta li l-arti Fjamtagħha u ddominata

L-arazzi l-oħrajn ġew Mattia Preti (1613-1699) kien responsabbli wkoll dik fejn hemm il-fig- inset) kien mar Brussell personalment dan ix-xogl-Gran Mastru kien personalment għallPreti xorta il-kapulavur mitlaħaq miet. elaboruż kien inqas minn u ħadu tlestew. Il- proċess kien jinkludi li diversi persuni jinsġu partijiet żgħar kull wieħed u wara dawn jingħaqdu flimkien. Kull wieħed mill-arazzi għandu fuqu l-inizjali “J.D.S” għal De Vos u għandhom ukoll il-marka ta’ Brussell u l-arma tal-Gran Mastru Perellos. Fit-total tagħhom dawn ilaħħqu d-daqs ta’ 715-il metru kwadru.

Advertisement

Jirriżulta li waslu f’Malta fi Frar tal-1702, probabbilment fis-7 ta’ dak ix-xahar, u kien ħa ħsieb l-arranġamenti neċessarji l-Kappillan Konventwali Dun Jean-Baptiste Brix.

Għal ħafna żmien dawn l-arazzi kienu mitluqin u bdew iġarrbu diversi ħsarat. Fl-1878 kien sar l-ewwel restawr tagħhom mill-ispeċjalista tal-insiġ Luigi Palmieri minn Napli, li kien jgħix f’pajjiżna, u kien ħ mel dan ix-xogħol fil-Konkatidral stess, anke jekk il-proċess kien ħoloq xi kontroversji u kritika.

F’Jannar tal-1957 il-UNESCO bagħtet tim ta’ esperti biex jaraw l-istat ta’ dawn l-arazzi u kien sar rapport dwarhom u dwar l-arazzi fil-Palazz tal-President. Kien ġie konkluż li x-xogħol li sar minn Palmieri kien salva dan it-teżor artistiku. Sentejn wara, tnejn mill-arazzi ttieħdu għal restawr ġdid u kienu ngħażlu dawk l-aktar li kellhom ħsarat.

Fil-passat l-arazzi kienu jiddendlu tliet darbiet fis-sena, għall-Għid, matul Ġunju għall-festi ta’ San Ġwann, l-Imnarja, Pentecoste u Korpus, u għal żmien il-Milied. Kienu jiddendlu wkoll waqt xi ċelebrazzjoni partikolari, bħal xi ġublew tal-Papa jew ta’ xi rjali. L-aħħar darba qabel illum li kienu ddendlu kien waqt iż-żjara tal-Papa Ġwanni II f’Mejju tal-1990.

Ta’ min jgħid li, bejn l-1977 u l-1980, ilPosta ta’ Malta kienet ħarġet erba’ set tijiet ta’ bolol bl-arazzi tal-Konkatidral.

Arazzi oħrajn

Meta l-Kavallieri ġew Malta, għamlu l-Birgu l-bażi tagħhom u l-Knisja ta’ San Lawrenz bħala l-Knisja Konventwali. Fiha dendlu l-arazzi li kienu ġabu magħhom minn Rodi, rigal tal-Gran Mastru Peter d’Aubusson (1476-1503).

Sfortunatament dawn kienu nqerdu kom pletament meta din il-knisja nħarqet flGħid tal-1532.

Sett ieħor ta’ arazzi li ġie kkummissjonat minn Perellos jinsab fil-Palazz tal-President. Dawn saru fl-1708 u nħolqu mill-famuża fabbrika tal-Gobelin f’Pariġi. Dawn jikkonsistu f’xeni tan-natura eżotika tal-Punent tal-Indi. Għal żmien twil bejn l-1921 u l-1976 fis-sala fejn jinsabu l-arazzi kien jitlaqqa’ l-Parlament Malti (taħt).

This article is from: