2 minute read

IMMULTATA KOSTRUZZJONI ILLEGALI BILLEJL

Il-Kunsill ta’ San Ġiljan ħareġ permess mill-11:00 p.m. sal-5:00 a.m. għal attività li ħolqot inkonvenjenti lir-residenti

Attività ta’ kostruzzjoni illegali, li twettqet fil-lejl ta’ bejn nhar it-Tnejn u t-Tlieta li għaddew, bejn Triq l-Imrabat u Triq Birkirkara f’San Ġiljan, irriżultat wara li l-Kunsill Lokali rispettiv approva l-permess għal “depożitu ta’ krejn u makkinarju, li jinkludi lifters, high-ups u cherry pickers, fost oħrajn”.

Advertisement

Tagħrif f’idejn il-KullĦadd jindika li l-kuntrattur, li issa ġie mmultat mill-Awtorità għall-Kostruzzjoni u l-Bini (BCA) minħabba li kien qed jaħdem wara t-8:00 p.m. u qabel is-7:00 a.m., kien applika għal permess mal-Kunsill Nazzjonalista erbat ijiem qabel.

Filmati dwar xogħol li kien qed jitwettaq permezz ta’ krejn kbir wara nofsillejl u l-inkonvenjent li kien qed jinħoloq ittellgħu minn residenti fl-akkwati fuq il-midja soċjali.

Il-permess, li għalih tħallas il-Kunsill u nħareġ minnu, iġib in-numru STJ-2023-29222. Dan kopra l-ħinijiet ta’ attività relatata mal-kostruzzjoni bejn il-11:00 p.m. u l-5:00 a.m. Waqt li kienu riservati sitt spazji ta’ parkeġġ matul dan il-ħin, tqabbdu wkoll uffiċjali ta’ Transport Malta biex jikkontrollaw it-traffiku fiż-żona waqt li tingħalaq Triq l-Imrabat. Il-BCA fl-ebda istanza ma ntalbet xi parir minn qabel jew tat xi permess.

Okka Joni O Ra

Fejn Grech Ma

Ressaqx Emendi

Tkompli minn paġna 1

Iżda din il-ġimgħa stess l-Oppożizzjoni Nazzjonalista reġgħet uriet kemm mhijiex kredibbli meta tgħid li trid ilbidliet fil-qasam tal-kostruzzjoni hekk kif fit-tielet u fl-aħħar stadju tal-Kumitat Parlamentari ġie diskuss l-abbozz, li permezz tiegħu se tiġi emendata l-liġi tal-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA). Għal darb’oħra, il-Partit ta’ Grech ma ressaq l-ebda emenda, anzi r-rappreżentanti tiegħu vvotaw favur il-pożizzjoni kif ippreżentata mill-Gvern.

Ix-xahar l-ieħor, il-Kap Nazzjonalista kien iddikjara li mhux biżżejjed li jkollok il-liġi, avolja hi biss il-liġi li tista’ tirregola s-settur. Minbarra hekk, kien ta anke x’jifhem li, wara dak in-nuqqas, kien se jressaq il-proposti tiegħu.

“Aħna se nkomplu anke ngħidu x’naħsbu fl-istadji rispettivi ta’ dan il-Parlament u, filwaqt li nittama li l-Ministru jagħti kas dak li nkunu qed ngħidulu, mhux bħalma jagħmlu diversi drabi fil-kumitati, ngħidulhom u nissuġġerulhom biex jirranġaw partijiet mil-liġi u jinjoraw, għax dan hu Gvern li ma jismax,” kien iddikjara Grech fil-Parlament nhar l-24 t’April b’referenza għal-liġi proposta mressqa mill-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi.

Minflok, iżda, meta din ilġimgħa ġietu okkażjoni oħra biex jagħmel dak li wiegħed, permezz tal-Kumitat għallKunsiderazzjoni tal-Abbozzi talParlament, reġa’ effettivament m’għamel assolutament xejn.

F’April hu kien saħansitra rrikorra għad-drama f’diskorsu u waqt li indirizza l-kamera li kienet qed ixxandar it-trażmissjoni mill-Parlament, qal: “Int li qed issegwini, anzjana li tgħix f’darek u tisma’ l-magna ttektek mal-appoġġ tiegħek u ċċempel tagħmel irrapporti, għax qed tħoss il-bini tiegħek qed jitriegħed … int tħossok li għandek Gvern li lilek ma jagħtix kasek.”

It-tieni nuqqas tiegħu fi spazju ta’ ftit ġimgħat ta prova oħra ta’ Kap tal-Oppożizzjoni li jirriduċi temi ta’ importanza nazzjonali f’logħob partiġjan. Jirrikorri għar-retorika u jinfexx fl-attakki dwar kollox, filwaqt li jirkeb fuq ċirkostanzi sempliċiment għall-apparenza inkluż f’temi u dibattiti daqstant importanti.

Bil-maqlub, irid ikun Gvern Laburista li jirriforma u jwettaq tibdil fl-aħjar interess soċjali f’setturi li ilhom żmien twil staġnati.

Ta’ min isemmi li, permezz tal-istess abbozz legali, se jkun jista’ jingħata bidu għall-ħatra ta’ kumitati biex l-Awtorità tkun tista’ tevalwa talbiet għal ħruġ ta’ liċenzji fis-settur.

L-ewwel żewġ kumitati li mistennija jitwaqqfu huma dawk li jevalwaw it-talbiet għal ħruġ ta’ liċenzji tal-kuntratturi, li l-avviż legali dwarhom se jkun qed jiġi ppubblikat dalwaqt wara l-konsultazzjoni pubblika li saret u li l-Oppożizzjoni għażlet li ma tipparteċipax fih.

Minbarra hekk, il-ħruġ talliċenzji tal-bennejja se jgħaddi f’idejn il-BCA, minflok id-Direttur tax-Xogħlijiet Pubbliċi kif kien s’issa.

Meta, iżda, ġiet notifikata bix-xogħol barra l-ħin stipulat, il-BCA investigat il-każ u kkonkludiet li veru kienu qed isiru xi xogħlijiet illegali matul il-lejl, b’dannu għall-ġirien minħabba l-istorbju ġġenerat. B’riżultat t’hekk, l-Awtorità mmultat lill-kuntrattur.

Skont ir-regolamenti għall-immaniġġjar ta’ siti tal-kostruzzjoni, xogħol ta’ dan it-tip seta’ jseħħ biss bil-permessi relattivi fil-ħinijiet bejn is-7:00 a.m. u t-8:00 p.m., esklużi Ħdud u festi pubbliċi. Minbarra hekk, mill-15 ta’ Ġunju sal-aħħar ta’ Settembru li ġejjin, se jkunu projbiti wkoll xogħlijiet ta’ twaqqigħ u t-tħaffir f’żoni turistiċi.

This article is from: