3 minute read

IL-MUMENT TAGĦNA

u intervisti li saru fil-passat ma’ xi personalitajiet li kienu hemm, kif ukoll intervisti ma’ persuni li kienu hemm u li llum għadhom magħna.

Dak kien il-mument tagħhom. Ħafna minn dawk li pparteċipaw fl-istrajk ġenerali tat-28 ta’ April tas-sena 1958 kienu żgħażagħ. Dan nistgħu narawh fil-fatt li ħafna minn dawk li ġew arrestati, b’uħud imħarrka l-Qorti, kienu żgħażagħ li wħud minnhom lanqas kien għad kellhom 20 sena.

Advertisement

Din is-sena qed niċċelebraw il-65 sena mill-istrajk ġenerali tat-28 ta’ April tas-sena 1958. Bħala Żgħażagħ Laburisti rajna li jkun xieraq li niċċelebraw dan l-anniversarju u l-memorja ta’ dawk kollha li taw sehemhom dakinhar b’dokumentarju.

Infatti, wara diversi xhur ta’ preparazzjoni u ħidma, nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ April, għamilna attività li fiha ntwera d-dokumentarju u saret diskussjoni. Bħala Uffiċċju Politiku, li kkoordinajna l-produzzjoni ta’ dan id-dokumentarju, xtaqna li dan id-dokumentarju jkun memorja kollettiva u punt ta’ referenza.

B’hekk, id-dokumentarju jinkludi filmati ta’ dakinhar,

Azzjoni tittieħed għaliex tinħass ċerta passjoni dwar il-kwistjoni li dwarha dak ilgrupp ta’ nies ikun qed jieħu dik l-istess azzjoni.

U x’kienet il-passjoni ta’ dawk iż-żgħażagħ li għaliha pprotestaw? Malta. Mingħajr dubju, mis-sehem tagħhom f’dik l-azzjoni, iż-żgħażagħ ma kienu se jieħdu xejn.

Anzi, ġew imsawta u arrestati, u mitfugħin il-ħabs. Imma għax emmnu li bl-azzjoni tagħhom kienu se jsemmgħu leħinhom dwar pajjiżhom, kienu se jibagħtu messaġġ ċar lill-ħakkiem, huma kienu hemm. Li kieku kienu indifferenti, ħsiebhom biss fl-interess personali, ma kinux se joqogħodu jinġabru fl-irħula u jieħdu l-azzjoni.

Dawk iż-żgħażagħ ħassew li dan kien il-mument tagħhom. Ħadu azzjoni għax ħassewhom jappartjenu għal Malta. Ċertament li bl-azzjoni li ħadu, id-differenza li xtaqu jaraw f’pajjiżna ma kinetx se tiġi mill-ewwel. Nistgħu nirrimarkaw li forsi l-aspirazzjoni tagħhom li jgħixu f’pajjiż bi struttura ta’ servizzi soċjali, edukazzjoni u saħħa b’xejn, u ħieles politikament u ekonomikament wasslet għat-tkomplija tal-ewwel stadju tagħha 20 sena wara. Madankollu, dakinhar iż-żgħażagħ ma qatgħux qalbhom, u fehmu li jekk ma jagħtux is-sehem tagħhom, kollox se jibqa’ l-istess.

Il-viżjoni għall-pajjiż. Fl-intervent li għamilt fid-diskussjoni li kellna fit-28 ta’ April, tkellimt dwar is-sinifikat ta’ din il-ġrajja u r-relevanza tagħha llum.

Irrimarkajt li dakinhar dawk iż-żgħażagħ emmnu f’pajjiżhom u emmnu li s-sehem tagħhom kien meħtieġ biex jintbagħat il-messaġġ, isseħħ id-differenza li xtaqu jaraw.

Fil-kuntest ta’ dak iż-żmien, l-użu tal-protesta bħala espressjoni demokratika kien l-aktar metodu adattat f’dawk iċ-ċirkostanzi biex jiġu eżerċi- tati d-drittijiet fundamentali tal-libertà tal-espressoni u ta’ assoċjazzjoni.

Dakinhar tkellimt dwar kif din il-ġrajja għandha r-relevanza tagħha llum. Illum m’għadx għandna ħakkiem li joppressana, u nistgħu neżerċitaw id-drittijiet fundamentali tal-libertà tal-espressoni u ta’ assoċjazzjoni b’mod miftuħ u bl-akbar libertà.

Imma llum xorta nistgħu nagħtu s-sehem tagħna, għax ċertament jeżistu kwistjonijiet, u nixtiequ naraw tibdiliet li fuqhom aħna ż-żgħażagħ nixtiequ nitkellmu u naħdmu fuqhom. U s-sehem ta’ kulħadd hu importanti, għax mingħajr il-kontribut ta’ xi ħadd, l-idea ma tkunx kompluta.

B’relevanza għal-lum, osservajt li l-viżjoni għal pajjiżna nibnuha fuq elementi li joħorġu minn din il-ġrajja. L-ewwel nett, Malta. Dakinhar, dawk iż-żgħażagħ ħadu sehem, mhux għax kienu se jakkwistaw xi ħaġa personali, imma biex jibdew it-triq tal-bini tal-pajjiż u s-soċjetà li riedu jgħixu fiha. It-triq ma kinetx se tkun faċli, u kienet se tkun twila. Imma l-fiduċja filpajjiż, f’Malta, mexxiethom ’il quddiem. Infatti, il-viżjoni talpajjiż nibbażawha fuq l-idea tagħna ta’ Malta: x’inhi Malta għalina, u x’nimmaġinaw li għandha tkun Malta għalina u għall-ġenerazzjoni li jmiss?

Fl-aħħar nett, nawgura li l-ħidma li qed nagħmlu b’ġenwinità, issevi biex intejbu iżjed is-servizzi tagħna li diġà noffru, noħolqu oħrajn ġodda u naraw li l-anzjani jkunu servuti bl-aqwa mod possibbli.

Din hija l-intenzjoni onesta tagħna. Determinat li flimkien mat-tim tiegħi, u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva nkomplu nsaħħu dan il-qasam biex din il-faxxa fis-soċjetà, tgawdi u tgħix blaqwa mod possibbli kif inhu xieraq.

Flimkien b’determinazzjoni u impenn, nagħmlu d-differenza!

It-tieni, is-sehem ta’ kull wieħed u waħda minna – l-impenn individwali, u fl-istess ħin kollettiv. Kulħadd għandu xi ħaġa x’joffri mit-talenti u l-ħiliet tiegħu. L-impenn hu neċessarju, għax inkella l-ideat jibqgħu fuq l-ixkaffa.

Dan hu l-mument tagħna. Aħna, llum, ukoll nistgħu nagħtu s-sehem tagħna. Bħalma qal il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela dakinhar tad-diskussjoni, aħna ż-żgħażagħ, aħna l-mexxejja tal-lum u ta’ għada. Fi ftit kliem qal li dan hu l-mument tagħna. Huwa għamel sejħa ċara ħafna biex is-sena d-dieħla, fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, li se jiddeterminaw min imexxi l-lokalitajiet tagħna għaż-żmien li ġej, ikun hemm kandidatura żagħżugħa b’saħħitha.

Min-naħa tagħna bħala Żgħażagħ Laburisti, diġà ninsabu ffukati fuq dan, u bdejna bil-ħidma ma’ dawk li esprimew ix-xewqa tagħhom. Aħna se nkunu hemm ta’ għajnuna liż-żgħażagħ kollha biex jibdew dan il-vjaġġ politiku tagħhom, li bih jistgħu jagħtu s-sehem tagħhom.

This article is from: