Enterprise leaflet - Maltese

Page 1

X’inhu l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà?

Kif tapplika:

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà huwa inizjattiva tal-Unjoni Ewropea li toffri liż-żgħażagħ Ewropej (18–30 sena) il-possibbiltà li jivvolontarjaw jew jaħdmu fi proġetti barra minn pajjiżhom li jkunu ta’ benefiċċju għall-komunitajiet u għan-nies madwar l-Ewropa għal perjodu li jvarja minn 2 sa 12-il xahar.

Tista’ tibgħat l-offerti tiegħek għal esperjenza prattika ta’ xogħol lill-konsorzju tal-proġett billi timla l-formola fuq is-sit web tal-proġett: https://escorps.eu/en/formulaire-entreprises

Il-missjoni tiegħu huwa li tinbena soċjetà aktar inklużiva, li jingħata appoġġ lil persuni vulnerabbli u li jiġu indirizzati l-bidliet fis-soċjetà. Huwa joffri esperjenza li tista’ tispira u tagħti s-setgħa liż-żgħażagħ li jridu jgħinu, jitgħallmu u jiżviluppaw. Din hija esperjenza li tarrikkixxi l-impjegaturi li jħossuhom ikkonċernati u li jridu jikkontribwixxu. L-objettiv tal-fergħa okkupazzjonali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea huwa li toffri 6,000 esperjenza prattika ta’ xogħol fiss lil żgħażagħ Ewropej madwar l-Unjoni f’impjiegi b’ dimensjoni ta’ solidarjetà. L-esperjenzi prattiċi ta’ xogħol jistgħu jkunu f’forma ta’ impjieg, traineeship, jew apprendistat.

Skopri aktar fis-sit web tagħna:

www.escorps.eu

Il-konsulent responsabbli tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà se jagħmel kuntatt miegħek u jkun ta’ pjaċir għalih li jkun ta’ għajnuna għalik.

Dan il-proġett huwa kkofinanzjat mill-Unjoni Ewropea. Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà: Dan id-dokument ġie prodott bl-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea. Il-kontenut ta’ dan id-dokument huwa r-responsabbiltà unika ta’ Pôle emploi u s-sħab fil-konsorzju tiegħu. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għal kwalunkwe użu li jista’ jsir mill-informazzjoni li fih.

GĦALL-IMPJEGATURI Mal-Korp ta’ Solidarjetà tal-UE, L-ingaġġar mhux diffiċli!


Disa’ (9) raġunijiet tajbin għaliex għandek tieħu sehem: 1. Il-ħtiġijiet tal-impjieg tiegħek huma kkunsidrati 2. Għandek aċċess għal żgħażagħ b’talent li jkunu operattivi malajr 3. Għandek l-appoġġ ta’ konsulenti dedikati dwar l-impjiegi matul il-proċess kollu 4. Tista’ tibbenefika minn appoġġ finanzjarju għall-integrazzjoni taż-żgħażagħ fit-tim tiegħek 5. Tagħti bidu jew ittejjeb id-dimensjoni multikulturali tiegħek 6. Iġġib perspettivi ġodda lit-tim tiegħek 7. Tesplora prospetti ta’ negozju barra pajjiżek 8. Is-CSR tmur lil hinn mill-kliem għalik u l-fattur uman jiswa. 9. Inti tinvesti fiż-żgħażagħ tal-Ewropa, u tikkontribwixxi biex tissawwar soċjetà aħjar għall-ġenerazzjoni li jmiss

Mal-Korp ta’ Solidarjetà tal-UE, L-ingaġġar mhux diffiċli! Min jista’ jieħu sehem? Kwalunkwe tip ta’ organizzazzjoni, ikun xi jkun l-għadd ta’ impjegati u minn kull settur ekonomiku jista’ jimpjega taħt il-programm.

X’tip ta’ esperjenza prattika ta’ xogħol tista’ toffri? L-esperjenza prattika ta’ xogħol għandu: • Jkollha dimensjoni ta’ solidarjetà • Tkun inkwadrata f’kuntratt ta’ xogħol, traineeship jew apprendistat • Toffri ħlas • Iddum minn 2 sa 12-il xahar

L-organizzazzjoni tiegħek trid: • Tkun stabbilita legalment (ikollhom identità legali) fl-Unjoni Ewropea • Toffri impjieg, traineeship jew apprendistat ta’ terminu fiss imħallas b’dimensjoni ta’ solidarjetà • Tkun konformi mal-liġijiet tax-xogħol u dawk fiskali applikabbli fil-pajjiż fejn int stabbilit u fejn qed isir l-Esperjenza prattika ta’ xogħol

• Tkun fuq bażi full-time jew part-time (mhux inqas minn 50% ekwivalenti ta’ full time) • Tkun konformi mal-liġijiet nazzjonali dwar ix-xogħol u l-protezzjoni soċjali u tiżgura protezzjoni adegwata għalik u l-ħaddiem żagħżugħ (eż. is-sigurtà soċjali, assigurazzjoni tas-saħħa u għall-inċidenti, eċċ.) • L-esperjenza prattika ta’ xogħol f’forma ta’ traineeship u apprendistat għandhom jikkonformaw mal-oqfsa regolatorji nazzjonali applikabbli u, fil-każ ta’ traineeship, għandhom jikkonformaw kemm jista’ jkun mal-Qafas Ewropew ta’ Kwalità għalTraineeships (QKT)

www.escorps.eu Dan id-dokument ġie żviluppat

immexxi b’kooperazzjoni ma’

fil-qafas tal-proġett “Korp Ewropew ta’ Solidarjetà”

minn konsorzju


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.