1 minute read

Il-proġett SiMaSeed Plus

Il-Ministeru għal Għawdex ospita’ lewwel preżentazzjoni pubblika talproġett SiMaSeed Plus li hu ffinanzjat mill-programm Interreg V-A Italia-Malta talUnjoni Ewropea

Advertisement

Dan il-programm għandu l-għan li jgħin itterritorji ta’ Sqallija u Malta jikbru b’mod sostenibbli, smart u inklussiv

Il-proġett, li hu kontinwazzjoni ta’ ieħor iffinanzjat mill-istess programm, SiMaSeed jinvolvi finanzjament ta’ € 471,000. Permezz tiegħu f ’Għawdex inħolqu faċilitajiet ta’ laboratorji ġodda li jservu għall-ġbir, ipproċessar u ħażna ta’ żrieragħ (Seed Bank), xjenza tal-ħamrija u faċilitajiet għat-tagħlim

B’mod partikolari l-proġett SiMaSeed Plus jibni fuq ir-riżultati tal-ewwel wieħed, u għandu l-għan li jiffaċilitá studji dwar irreżiljenza tal-pjanti fir-rigward tal-kambjament tal-klima bl-użu ta’ teknoloġija avvanzata.

Hu wkoll maħsub li għandu jgħin it-tkabbir ta’ kollezzjonijiet ta’ żrieragħ f ’Seed Banks f ’Malta u fi Sqallija, l-implimentazzjoni ta azzjonijiet ta’ konservazzjoni in situ permezz ta’ eradikazzjoni ta speċi aljeni, ir-rinfurzar ta’ popolazzjonijiet delikati, it-tkabbir tal-għarfien fil-komunitá dwar is-sbuħija u l-importanza tal-flora lokali

Għan ieħor hu t-tkabbir tal-għarfien fost innegozji dwar il-potenzjal tal-uzu ta’ speċi lokali fil-landscaping, il-produzzjoni tal-fjuri u attivitajiet ekonomiċi oħrajn Waqt din l-attivita, li saret fil-Mitħna taxXewkija l-mistiedna ġew indirizzati minn Anthony Zammit, li jmexxi l-proġett minnaħa tal-Ministeru għal Għawdex, il-Professur Antonia Cristaudo u l-Professur Giuseppina Alongi tal-Universitá ta’ Katanja. Dawn imexxu l-progett, u mill-Professur Joseph Buhagiar tal-Universitá ta’ Malta