3 minute read

Għaliex nassoċjaw il-praspar ma’

Ġaħan ... u wara kollox min kien?

Naħseb fil-biċċa ‘l kbira taqblu miegħi meta ngħid li xi darba jew oħra, l-aktar u l-aktar jekk fi ċkunitkom, bħali għamiltu xi praspura, li ġeneralment ġieli jfissruha li nkunu għamilna “waħda tinkiteb”. Hemm ukoll espressjoni oħra li tispjega lil min jagħmilha li jkun għamel “waħda ta’ Ġaħan” U jekk il-praspar isiru regolari anke jsejjħulek “Ġaħan”

Advertisement

Imma dan Ġaħan, figura folkloristika flilsien Malti, li żgur li mhawnx persuna Maltija li ma tafx bih, min kien, u għaliex wieħed mimli bil-praspar iqabbluh miegħu?

Fi ċkunitna konna anke naqraw għadd ta’ ħrejjef dwaru f ’kotba tal-iskola bil-Malti Min ma jafx pereżempju dwar l-akbar prasparu tiegħu fl-istorja dwar “Ġaħan u l-Bieb”?. Hemm ħafna oħrajn, u għadna sal-lum noħolqu stejjer dwar il-praspar ta’

Ġaħan

Ġaħan kien biss ħlejqa, ipinġuh bħala żagħżugħ sempliċi, anke jekk imfarfar, li l-praspar kien joħloqhom, ġeneralment għax dak li jgħidulu “jieħdu Vanġelu” kif jgħidu, bla tant iħabbel moħħu jekk fil-fatt hemmx xi tifsira aħjar ta’ li jkunu ridu mingħandu

Jidher li kulħadd għandu l-Ġaħan tiegħu

Il-karattru tiegħu jafuh l-aktar fid-dinja

Għarbija, fejn x’aktarx li ġie maħluq

Hawnhekk jafuh bħala Guħa u jispjegawh bħala karattru komiku. Fit-Turkija u fi Sqallija wkoll jogħxew dwar stejjer dwar karattri li jixbħuh Fit-Turkija, l-isem komplut huwa Nasreddin Ħoġa, jew Kħoxa

Skont il-kittieb Gużé Cassar Pullicino li kien awtoritá fejn jidħlu d-drawwiet Maltin, il-karattru huwa l-istes tal-Għarbi, imma żdididlu biss l-ittra ‘n’ bħal ma ġieli jigri flilsien Malti għal xi klem ieħor barrani

Id-differenza bejn il-Ġaħan Malti u lkarattru ta’ dak Għarbi hi, li Ġuħa talGħarab, ma kienx tfajjel imma raġel bid-daqna, miżżewweġ, u f ’xi stejjer anke jpinġuh bħala xwejjaħ Ġaħan dejjem ġie mfisser bħala ta’ karattru sempliċi, fabbli u li fl-istess ħin ta’ ċertu ħażen, meta jsib lilu nnifsu b’dahru mal-ħajt għalkemm mhux dejjem Kemm jekk Ġaħan, inkella Ġuħa, kienu jafu juru l-inġenwità tagħhom

Generalment l-istejjer ta’ Ġaħan jiġu rrakkuntati lit-tfal, imma donnu li dażżmien ftit huma dwk li jafuhom, u jieħdu gost meta l-kbar jgħidulhom xi storja mnnhom Fost l-aktar popolari hemm ilħrafa ta’ meta omm Ġaħan marret il-knisja u qabel ħarġet mid-dar fakkret lil Ġaħan biex qabel joħrog hu wkoll “jiġbed il-bieb

warajh”

Iż-żagħżugħ ħatafha filkelma biex jobdiha, u qabel ħareg mid-dar, qala’ l-bieb miċ-ċaċċis u kaxkru warajh

Ara veru kien ubbidjenti ttifel! Imbagħad hemm l-istorja l-oħra ta’ Ġaħan u l-flieles Qabel ħarġet mid-dar, ommu qalet lil Ġaħan: Ara li tismod il-flieles. Hawnhekk riedet tfisser biex jitma s-smid lillflieles Imma Ġaħan qabad ilflieles u tefagħhom fl-ilma jagħli fil-borma biex jismothom

Studjuż ieħor tad-drawwiet Maltin (folklore) Ġorġ Mifsud Chircop isemmi lista ta’ sbataxil storja, bejn dawk tiegħu, ta’ Gużé Cassar Pullicino u Anton F. Attard li fihom il-protagonist ewlieni huwa Ġaħan Kien hemm ukoll folklorista Ġermaniż, Hans Stumme li wkoll ġabar xi stejjer dwar Ġaħan u ppubblikahom

F’waħda mill-isejjer irrakkontati dwar Ġuħa ingħad li kellu teżor u ried jaħbih, allura telaq lejn id-deżert fuq ħmar, sab post fir-ramel, ħaffer ħofra, ħeba t-teżor u rħielha lura lejn id-dar.

Ftit tax-xhur ward jidher li kellu bżonn it-teżor u għalhekk reġá rikeb fuq il-ħmar u mar lura fejn kien ħaseb li kellu l-moħba bit-teżor ħalli jġibu lura Imma minkejja li beda jħaffer fejn suppost kellu t-teżor, baqa’ ma sabux

Imnikket kif kien, poġġa bilqegħda jaħseb x’seta’ ġara sakemm kien għaddej bedwin u meta rah daqshekk ħosbien staqsih x’seta’ ġralu Ġuħa qallu li kien ħeba teżor u meta ġie għalih ma setax isibu Il-bedwin qallu li ken messu għamel xi sinjal sigriet biex meta jiġi lura jsibu.

“Hekk għamilt”, qallu Ġuħa “It-teżor dfintu fir-ramel eżatt taħt sħaba żgħira li kienet differenti mis-sħab ta’ madwarha li kien hemm fis-sema Għidt din is-sħaba niftkarha żgur Imma, issa din ma tidher imkien”.

Il-kttieb Morana jgħid li fuq siti tal-internet Sqallin sab mat-tletin ħrafa ta’ Ġaħan li wħud minnhom huma bħal dawk talMaltin kif ukoll min-nies ta’ kulturi oħra Isemmi li l-praspura ta’ Ġaħan, ‘Iġbed ilBieb Warajk’/Giufà Tirati la Porta hi laktar popolari fi Sqallija Hawn, Giufa huwa kif inhu magħruf Ġaħan fi Sqallija.

Morana jgħid li fi Trapani, Ġaħan hu

Ġaħan ikaxkar il-bieb warajh wara li qalgħu magħruf bħala Guċċà, u fil-komunità antika Albaniża barra minn Palermo jsejjħulu Giukkà Fi Sqallija l-isem Giufà hu deskritt bħala raġel ta’ età medja u jidher li kien ukoll miżżewweġ, imma jibqa’ dejjem magħruf bħala karattru mimli praspar u li jdaħħak għal kif jirnexxilu joħroġ minn xi basla

Gufra (Ġuħa l-Għarbi) fi Sqallija hu magħruf bħala Musulman u jirrakkuntaw li darba kien qed jiekol ma’ Nisrani u Lhudi Il-laħam li kellhom kien ftit wisq u ma’ setgħux jikluh it-tlieta, allura ftehmu li jmorru jorqdu u l-għada, min minnhom ikollu l-isbaħ ħolma jiekol dik il-laħma L-għada, meta qamu bdew jirrakkuntaw il-ħolm tagħhom In-Nisrani qal li ħolom li kien mal-Messija li beda jdawwru filġenna tas-smewwiet Il-Lhudi qal li ħolom li kien ma’ Mosé li beda jdawwru malMuntanja Sinaj. Skont Giufà ħolom li ra liż-żewġ sħabu, wieħed fis-sema u l-ieħor fuq il-muntanja f ’kumpanija daqshekk importanti. Issokta jgħid: “għedt dawk mhux ġejjin lura qabel għada, u qbadt l-ikel u kiltu jien qabel jiħżien’’ Fl-aħħarnett, xi wħud jaħsbu li l-karattru ta’ Ġaħan oriġina fil-Persja (illum l-Iran) minn fejn l-istejjer dwaru nfirxu fid-dinja Għarbija kif ukoll fil-Mediterran u bosta pajjiżi oħra

Charles Spiteri Charles Spiteri Mill-Gzira

Il-Professur Joseph Buhagiar waqt id-diskors tiegħu lill-mistiednin