1 minute read

Mill-Gzira Ghawdxija . -

Alexia Micallef tirbaħ ir-raba’

K a n t a m a g ħ n a

Advertisement

Alexia Micallef ingħażet bħala r-rebbieħa fuq kulħadd minn fost 24 kantant’kantanta fir-raba’ edizzjoni taltal-festival Kantamagħna li ttella’ fit-Teatru Astra fir-Rabat Għawdex

Il-ġurija ta’ dan il-festival li kien organizzat minn DCapitals Big Band u miftuħ għal kantanti ta’ bejn l-10 u l-35 sena mqassmin fi tliet kategoriji skont l-etá, ippremjat lil Alexia li kienet ukoll ir-rebbieħa tal-kategorija Ċ bl-interpretazzjoni tal-kanzunetta ‘Killing me softly’

Il-kantanti kollha kienu akkumpanjati live minn DCapitals Big Band taħt id-direzzjoni tas-surmast George Apap Il-festival ġie ppreżentat minn Morena Camilleri

Il-kantanta rebbieħa se tingħata sena kuntratt ma’ DCapitals fejn tkun tista’ tkanta f ’għadd ta’ avvenimenti li l-band ikollha kemm matul is-sena, kemm f ’Malta kif ukoll barra

L-avveniment Kantamagħna ġie mtella’ bil-kollaborazzjoni tad-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, il-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria, u Distinct Homes Ltd

Charles Spiteri Charles Spiteri

Is-solisti ta’ Schola Cantorum Jubilate f ’Mużika Sagra

Lejn tmiem ix-xahar li għadda, ilmagħrufa Schola Cantorum Jubilate organizzat kunċert ta’ mużika sagra fisSantwarju Nazzjonali tal-Madonna ta’ Pinu li fiha ħadu sehem is-solisti tagħha Dim l-okkażjoni tat bidu għall-Gozo Arts Weekend li din is-sena fakkar lill-artist Ġużeppi Briffa u d-diversi xogħlijiet li għandu madwar l-gżira Għawdxija.

Fil-kunċert, is-soprani Hannah Tong u Michaela Aguis, l-alto Elise Xuereb u lbaritonu James Agius kienu akkumpanjati mill-arpista Laetitia Troisi de Menville u l-pjanista Milica Lawrence Il-biċċiet mużikali li ndaqqu kienu tal-kompozituri magħrufa Mozart, Handel, Goodall, Shubert, Gabriel u Vivaldi.

Kull min attenda setgħa japprezza wkoll il-kompożizzjoni ta’ James Agius u l-arranġament il-ġdid minn Paul Portelli talinnu Riesaq il-Lejl Mulejja

Tul il-lejla f ’dan il-kunċert li kien imtella mill-Għaqda Ħbieb tal-Presepju Għajnsielem bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex, inqrat ukoll riflessjoni dwar l-arti u is-sbuħija miktub minn Silvana Sultana