1 minute read

Aktar stejjer ta’ Karamellu

L-emigranti l-aktar dawk li ħadu gost bl-ewwel ktieb ta’ “Karamellu tarRaħal t’Isfel” , issa għandhom it-tieni ktieb li għadu kif ġie ppublikat mill-istess awtur, b’10 stejjer oħra u b’illustrazzjonijiet li jżidu jagħtu tifsira lill-istess stejjer

Advertisement

Il-ktieb, fuq l-istess stil tal-ewwel wieħed jinkludi stejjer oħra ispirati minn ġrajjiet li seħħew tassew u li huma familjari ma’ dak li l-awtur stess għadda minnhom fi tfulitu fir-raħal t’isfel fejn kien jgħix

Fl- ewwel tliet stejjer naqraw dwar dak li seħħ meta f ’nofs ta’ lejl Karamellu jiġi wiċċ ma’ wiċċ ma’ kokka (barbaġann), u jirrakkonta l-praspar li jgħaddi minnhom ħabibu Bertu l-Imqareb Jispjega wkoll x’jiġri minn bettiegħa waqt żjara li jagħmel f ’Għawdex

Fit-tieni parti mbagħad hemm tliet stejjer oħra dwar affarijiet li seħħew bla ma wieħed kien jistennihom waqt il-Fiera talKappillan, u kemm Karamellu kien kuntent meta mar Marsaxlokk u ġie mogħti rikba bla mistenni fuq luzzu Isemmi wkoll ilħasda li ħa wieħed min-nanniet tiegħu meta kien qed iqaxxar il-leħja

Saint Nicholas Festa Committee

Sunday 19th March 2023

Good Shepherd Parish Hall 130-136

Hyatts Road, Plumpton Sydney NSW (Opposite the shopping centre)

THE BIG FETE – FIERA TAL – FNIEK

At 1.30pm

Music & Entertainment by:

CHARLIE MUSCAT

ENTRY IS FREE AND PLENTY OF PARKING

So come along, bring your family and friends!

The President – Emanuel Vella on 0405 677 064 Or

L-istejjer l-oħra huma dwar l-imġieba bla mistennija tal-kelb li kellu z-zijuh meta kien qed jgħum u x’jiġri bejn il-bejjiegħ talħalib Nikol u mara li kienet tiffittah; kif werżieq telliflu raqda, u minn xiex wieħed jista’ jgħaddi minħabba s-sħana, l-għomma u lgħakar

Din id-darba wkoll, ilpubblikazzjoni talktieb ta’ 100 paġna ta’ Buttiġieġ ġie mitbugħ bil-għajnuna tal-Aġenzija Letterarja Nazzjonali (National Literacy Agency), filwaqt li d- disinjaturi u dawk li ppjanaw il-ktieb huma

CN Creative Designs

L-għan tal-istejjer ta’ Karamellu hu li joffri lill-ġenerazzjnijiet il-ġodda mod faċli ta’ qari u aneddoti li jistgħu jgħinuhom mhux ftit li jsiru jafu u jifhem aħjar il-ħajja u lambjent li t-tfal fis-snin mgħoddija għexu u trabbew. Fl-istss waqt l-istejjer joffru qari nostalġiku lill-aduti, l-aktar lil dawk li jħobbu, kemm li jaqraw, kif ukoll jirrakkuntaw l-istejjer lit-tfal dwar iż-żmien ta’ meta huma stess kienu tamparhom Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jikkuntattja lil Ms Rita Micallef (rmicallef@erremme com mt; Tel: 79093467)