KullĦadd_27.02.2022

Page 1

MOĦĦHOM F’XAWWATHOM IL-ĦIN KOLLU Il-Ħadd, 27 ta’ Frar, 2022

Ħarġa Nru 1,494

Prezz €1

Rapport f’paġni 4 u 5

L-AQWA SENTIMENT EKONOMIKU FL-UE L-indiċi tal-Kummissjoni Ewropea għax-xahar ta’ Frar juri li l-Maltin l-iżjed ottimisti fost l-Ewropej kollha … kontra x-xejra fil-bqija tal-istati membri, il-maġġoranza tal-familji f’pajjiżna jaffordjaw spejjeż kbar u li jfaddlu iżjed, waqt li n-negozji qed jantiċipaw iżjed xogħol u l-ingaġġ ta’ iżjed ħaddiema

SENTIMENT EKONOMIKU FI FRAR 2022 L-aqwa ħamsa

Livell*

1. MALTA

116

2. IL-LUSSEMBURGU

115

3. IL-FINLANDJA

114

4. L-IŻVEZJA

114

5. IL-ĠERMANJA

114

L-istħarriġ, li l-Kummissjoni Ewropea twettaq ta’ kull xahar fost il-familji u n-negozji tal-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea, wera li llum iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin huma l-aktar ottimisti b’indiċi ta’ sentiment ekonomiku li laħaq il-livell ta’ 116. Dan hu l-aqwa livell ta’ sentiment ekonomiku fost il-pajjiżi kollha tal-UE u waqt li madwar l-Ewropa kien hemm titjib ta’ 1% bejn Jannar u Frar ta’ din is-sena, f’pajjiżna kien hemm qabża ’l fuq ta’ 13%. Imqabbel mal-bqija, is-sentiment lokali hu 26% aqwa minn dak talpajjiż bl-inqas livell ta’ ottimiżmu fl-Ewropa. Is-sentiment ekonomiku f’Malta f’dan ix-xahar, li ninsabu fih u li se ntemmu għada, hu 16% aħjar mill-medja storika u 31% aqwa mil-livell irreġistrat fi Frar tas-sena li għaddiet. Minbarra hekk, jirriżulta li dan hu 5% aktar mil-livell tas-sentiment ekonomiku espress fix-xahar ta’ Jannar tal-2019, jiġifieri qabel bdiet il-pandemija. Tkompli f’paġni 8 u 9

Ritratt: GARETH DEGIORGIO

*Medja storika – 100; Medja Ewropea – 113


02

27.02.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 14°C L-Inqas Temperatura: 9°C L-Indiċi UV: 4 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa minn fuq l-Italja li qed testendi fuq il-Gżejjer Maltin ser tersaq lejn il-Lvant It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Qawwi mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Qawwi L-Imbatt: Ftit li xejn li jsir baxx mill-Punent Majjistru It-Temperatura tal-Baħar: 15°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

14°C UV 4

8°C

Il-Ħamis

KUNTATT ĠENERALI

15°C UV 5

8°C

Il-Ġimgħa

14°C UV 2

9°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

15°C UV 2

10°C

15°C UV 2

10°C

15°C UV 4

10°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta – 21244813 Cosmed Pharmacy, Soccors, 7 Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21225991 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 21492151 Regional Pharmacy, Triq E. H. Furse, L-Imsida – 21312449 Balluta Pharmacy, 7, Pjazza Balluta, San Ġiljan – 21317888 Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531 Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku, Il-Mosta – 21411197 Promenade Pharmacy, Triq il-Korp tal-Pijunieri, Buġibba – 27441160 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Ħaż-Żabbar – 21826529 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consiglii, Iż-Żejtun – 21806009 Remedies Pharmacy, 5, Triq Santa Katerina, L-Imqabba – 21641133 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzopardi, Is-Siġġiewi – 21461681 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447 Għawdex Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat– 21557819 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Ix-Xagħra – 27551140 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

27.02.2022

WEGĦDA LI HI KWAŻI D-DOPPJU DIK TAL-2017 GĦALL-PENSJONANTI Fl-2016 Gvern Laburista neħħa l-pensjoni mill-friża, li kienet ilha fiha għal ġene­ raz­­zjoni sħiħa, biex, għall-ewwel darba, il-pensjonijiet żdiedu b’aktar milli biż-żieda tal-għoli tal-ħajja (Cost Of Living Adjustment - COLA) biss, li qabel ukoll kienet tiġi intaxxata. Fil-bidu ż-żidiet kienu ffukati fuq persuni li jieħdu l-pensjoni minima u tar-romol, biex imbagħad għall-kampanja elettorali tal-2017 il-Partit Laburista wiegħed li jżid il-pensjonijiet kollha bi €8 matul il-leġiżlatura l-ġdida. Minbarra hekk, ma baqax lanqas il-każ għall-pensjonanti li kienu jitilfu mill-inqas 15% ta’ kwalunkwe żieda li jingħataw u gradwalment anke d-dħul mill-impjiegi miksub mill-pensjonanti mhux se jiġi intaxxat. Fil-pandemija, kull pensjonant mhux biss ħa dak imwiegħed, iżda ngħata saħan­sit­ra aktar. Issa fil-manifest elettorali għall-ħames snin li ġejjin, il-Partit Laburista qed ikompli miexi ’l quddiem f’din it-triq. Fil-fatt, pensjonanti issa se jirċievu żieda ta’ €15 fil-ġimgħa, flimkien ma’ kull żieda ann­wali tal-COLA u ż-żieda mogħtija taħt il-mekkaniżmu l-ġdid li qed jiġi stab-

bilit b’miżura fil-Baġit għal din is-sena. Dan ifisser li sal-2027 kull pensjonant se jkun ingħata dħul addizzjonali ta’ €2,340. Investiment soċjali addizzjonali ta’ €240 miljun f’pensjonijiet. Din hi d-dopp­ ju taż-żieda li ġiet imwiegħda fil-manifest Laburista tal-2017. Iż-żieda fid-dħul hi biss parti waħda mill-istrateġija Laburista għall-pensjo­ nan­ti. Hu fatt magħruf li l-maġġoranza ta’ din il-faxxa soċ­jali tonfoq aktar minn oħrajn fuq mediċini, medja ta’ madwar €300 kull sena. Il-Prim Ministru Robert Abela wiegħed li se jalloka €120 miljun oħra biex dawn il-kontijiet iħallashom ilGvern, waqt li jiżdiedu aktar mediċini fuq il-formularju statali. Dawn iż-żewġ miżuri waħedhom se jfiss­ru li l-pensjonanti jkunu rċevew, bħala medja, appoġġ ta’ €3,840 fuq leġiżlatura. Fl-istess ħin il-Partit Laburista se jtej­jeb il-pensjoni tar-romol biex din tibqa’ sħiħa u mhux jintilef €1 minn kull €6 mill-pens­ joni oriġinali tal-persuna li tmut. B’din il-proposta r-romol se jirċievu, bħala medja, żieda ta’ €30 fil-ġimgħa. Dan ifisser appoġġ akbar ta’ €50 miljun.

Nagħtik kelmti li nibqa’ naħdem b’impenn, determinazzjoni u onestà għal Malta tagħna.

KANDIDAT FUQ L-GĦAXAR U T-TNAX-IL DISTRETT

Jekk tixtieq tagħmel kuntatt miegħi: 99035863 info@evaristbartolo.com

varist

BARTOLO


04

27.02.2022

ĠIMGĦA TWILA FIL-POLITIKA

IT-TNEJN: X’viltà ta’ nies (Laburisti)! IT-TLIETA: “Illum ġewwa Tas-Sliema ... eh, ġewwa San Ġiljan. Għamilna foul.” L-ERBGĦA: Daħlitli l-aħbar li l-Prim Mi­ nistru ħabbar li se jwaqqaf il-proċess tal-marina f’Marsaxlokk.; Jien kemm-il darba pparkjajt ħażin, għax inkun tard, għax ikolli diffikultà u ħallast. Eċċetra, eċċetra, eċċetra

MOĦĦHOM F’XAWWATHOM FILWAQT LI L-PN QED JIKKROLLA, IL-FIRDIET INTERNI JKOMPLU JISPIKKAW … MID-DAR ĊENTRALI SORSI JISĦQU LI, BIĊ-ĊAQLIQA DISTRETTWALI TA’ FENECH ADAMI, L-ESTABLISHMENT QED JIEĦU ĦSIEB L-INTERESSI TIEGĦU ANKE BILLI JIMMINA KANDIDATI OĦRAJN BĦAL GIGLIO U BARTOLO It-tluq mill-Partit Nazzjonalista ta’ iżjed kandidati għall-elezzjoni ġenerali ddomina l-aħbarijiet fl-ewwel ġimgħa tal-kampanja, għax kienet l-aħħar ħaġa li wieħed stenna, anke jekk is-sitwazzjoni prekarja li tinsab fiha l-Oppożizzjoni hi sigriet magħruf. Minkejja dan, tagħrif li għandha din il-gazzetta jixhed li hemm ferm iżjed intriċċi wara l-irtirar in-

stigat primarjament minn membri tal-establishment, li hu responsabbli għall-firdiet kollha interni u li flaħħar disa’ snin qatt m’abbandunaw lill-PN. Id-deċiżjoni tad-Deputati attwali Clyde Puli, Kristy Debono, Mario Galea u Claudio Grech, li jċedu l-armi fl-ewwel ġurnata tal-kampanja, ixxokkjat lil ħafna partitarji Nazzjonalisti, iżda tat lok għal maniġġi li jakkomodaw lill-iżjed fazzjoni dominanti biex tkompli tagħmel li trid. Sorsi mid-Dar Ċentrali, li tkellmu mal-KullĦadd, jisħqu li dak li segwa wara din l-aħħar emorraġija kompla jikxef l-intriċċi ta’ dawk l-hekk imsejħin “Blue Heroes” u l-establishment li jirrappreżentaw. Din il-forza, responsabbli m i l l- p e r s e k u z z joni makabra, kif deskritta minn wieħed minn dawk li nhar it-Tnejn ma kellhomx alternattiva għajr li jabbandunaw lill-Partit, spiċċat tapprofitta ruħha mill-okkażjoni biex anke timmina lil oħrajn li b’xi mod, direttament jew indirettament,

qed jheddu l-eżistenza tagħhom internament. U waqt li esponenti magħrufin bħal Jason Azzopardi, Karol Aquilina, Beppe Fenech Adami u l-fergħat Nazzjonalisti bħal Repubblika jippretendu li għandhom dritt jaħtfu lill-PN biex jiġbdu dejjem lejn xawwathom, flok l-interess tal-Partit, oħrajn li ġenwinament iridu jagħtu sehemhom se jkomplu jiġu urtati. Minkejja diffikultajiet biex jinstabu kandidati idonei, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech innifsu din il-ġimgħa m’eskludiex li jista’ jkun hemm oħrajn li, bħal Puli, Debono, Galea u Grech, jirtiraw il-kandidatura tagħhom sas-26 ta’ Marzu li ġej. L-argumenti ta’ Grech, li dawn il-kandidati qablu li jagħmlu spazju għal oħrajn ġodda, ġie redikolat minn Mario Galea, li stqarr li hu kien diġà beda l-kampanja tiegħu u ddeċieda li jwarrab wara li l-forzi dominanti fil-Partit għamlulu “ħajtu infern”, inkluż billi għajruh bi problemi ta’ saħħa mentali. Ta’ min ifakkar li fl-aħħar ġimgħat kien hemm oħrajn li ddeċidew li jabbandunaw lill-PN jew ma jkomplux bil-kandidatura tagħhom, fosthom deputati oħrajn, kunsillieri u kandidati, bħal Therese Comodini Cachia, Hermann Schiavone, Roselyn Borg Knight, Jonathan Dingli, Tiffany Abela Wadge, George Muscat u Andre Grech, fost oħrajn. Dan talaħħar saħansitra qal li ma jridx jibqa’ f’“Partit tal-haters”. Issa jirriżultalna li, partikolarment fid-Disa’ Distrett, tal-establishment iċċaqilqu malajr appena Kristy Debono ddeċi­diet

Bil-mossa biex jimminaw lil Giglio, se jkun qed jaqlagħha wkoll mill-ġdid Bartolo

li ċċedi għall-“pressjoni interna”. Debono kienet l-unika waħda eletta għall-PN fl-ewwel għadd fl-aħħar elezzjoni ġenerali b’iżjed minn 4,000 vot tal-ewwel preferenza favuriha. Għat-tliet siġġijiet mirbuħin millPN minn dan id-distrett, illum fadal biss il-Viċi Kap Robert Arrigo, wara li Marthese Portelli kienet ukoll irriżenjat f’Ottubru tal-2020. Flok din tal-aħħar kien ġie elett b’elezzjoni każwali Ivan J. Bartolo, iżda dan kien ċeda postu biex il-Kap attwali jkun jista’ jidħol fil-Parlament. Issa l-postijiet vakati se jkunu qed jikkontestawhom, fost oħrajn, Jason Azzopardi u Karol Aquilina, li jirrappreżentaw il-wiċċ tal-establishment, l-Avukat Joe Giglio u l-istess Bartolo, li sa ftit ilu ppretenda li jerġa’ jiddaħħal fil-Parlament wara li David Thake rriżenja kawża tat-€820,000 fi djun li nqabad li għan-


05

27.02.2022

JIFTAQRU MILL-EWWEL MINN KELLIEMA TAL-EKONOMIJA Fil-jum li ħabbar l-akbar proposta ekonomika tiegħu, Grech jitlef il-kelliema ewlenin tiegħu fuq is-suġġett

IL-ĦIN KOLLU du jagħti lid-Dipartiment tat-Taxxi. Wara li, floku, ġiet ippreferuta Graziella Galea għas-siġġu ta’ Thake, Bartolo żgur stenna li ma jkunx imfixkel almenu fid-distrett li jinkludi l-lokalitajiet ta’ Ħal Għargħur, l-Imsida, San Ġwann, is-Swieqi u Ta’ Xbiex. Minkejja dan, is-sorsi tagħna mid-Dar Ċentrali qalulna li l-probabbiltà se tkun li jerġa’ jkun hu li jlaqqatha fuq rasu mill-establishment. L-imkejjen qrib it-tmexxija jisħqu li ċ-ċaqliqa fil-kontestazzjoni ta’ Beppe Fenech Adami mis-Seba’ għad-Disa’ Distrett, kif imħabbra din il-ġimgħa wara laqgħa tal-Eżekuttiv Nazzjonalista, se tkun qed taffettwa ħażin lil Bartolo, anke jekk il-mossa hi intenzjonata speċifikament biex timmina ċ-ċansijiet li għandu l-kandidat il-ġdid Joe Giglio. Dan tal-aħħar jinżel tajjeb ħafna fost għadd ta’ Nazzjonalisti li huma mxebbgħin sal-ponta ta’ mneħirhom bl-intriċċi tal-establishment li wasslu lill-PN għall-“emorraġija tal-imħuħ” li jinsab fiha. B’reazzjoni għat-

tluq tal-erba’ kandidati fl-ewwel sigħat tal-kampanja elettorali, il-Partit Laburista qal li dan hu sinjal ieħor ta’ kif il-klikka li poġġiet lil Grech fit-tmexxija se tibqa’ tiddetta l-aġenda fil-PN u saħansitra tagħmilha diffiċli għal Nazzjonalisti stess biex jaħdmu fl-istess partit. “Bernard Grech u dawk li poġġewh hemm firdu Partit. Tħallihomx jifirdu pajjiż!” tenna l-PL.

Proprju fil-jum li fih ħabbar dik li hu jqis bħala l-proposta ekonomika tiegħu għall-kampanja elettorali, il-Kap Nazzjo­ na­lista Bernard Grech tilef l-esponenti kollha li qabel kienu kelliema fuq is-settur. Dan meta kemm Claudio Grech kif ukoll Kristy Debono spiċċaw iħabbru li mhumiex se jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu li ġej. Dan ifisser li mhux ċert min, mill-kandidati preżenti tal-Partit, jista’ jkun Ministru tal-Ekonomija jekk jirbaħ l-elezzjoni. Fi żmien meta pajjiżna se jkun għaddej minn proċess delikat ta’ rkupru mill-akbar sfida ekonomika li qatt kellu, dan in-nuqqas ta’ esperjenza u saħansitra ta’ persuna responsabbli għall-ekonomija, jinkwieta lil bosta. Fil-fatt kellu jkun Grech waħdu li ppre­ żenta l-proposta tal-Oppożizzjoni. Min­ kej­ja dan, il-Kap inqabad mhux ippreparat u, minbarra li evita l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti fuq dettalji speċifiċi, wera li ma jafx eżatt fuq xiex kien qed jitkellem. Ta’ min ifakkar li fl-aħħar ftit ġimgħat, Grech tilef lil David Thake, Kelliem fuq l-Eko­no­mija l-Ħadra, lil Hermann Schia-

vone, Kel­liem fuq l-Industrija tal-Kostruzzjoni, lil Clyde Puli, Kelliem fuq l-Edukazzjoni, lil Claudio Grech, Kelliem fuq ir-Riċerka u l-Innovazzjo­ni, lil Kristy Debono, Kelliema fuq is-Servizzi Finanzjarji, u lil Mario Galea, Kelliem fuq is-Saħħa Mentali. Dan filwaqt li pprova, iżda ma rnexxilux, ineħħi lil Joe Ellis, ilKelliem għad-Djalo­gu Soċjali. Sadanittant, Therese Comodini Cachia, il-Kelliema għall-Governanza, kienet ukoll ħabb­ret li mhux se tikkontesta. B’hekk minn Shadow Cabinet ta’ 27, Grech s’issa diġà tilef sebgħa, jew wieħed minn kull erbgħa. Issa jidher li l-unika persuna mix-Shadow Cabinet li tista’ tkopri l-qasam tal-ekonomija hu Jason Azzopardi, li m’għandu l-ebda esperjenza fis-suġġett u l-interventi li jagħmel jikxfu sew dan il-fatt. Sorsi indikawlna li dan qajjem tħassib internament fil-PN u qed jistaqsu kif persuna bla l-ebda interess fl-ekonomija tista’ tiġi fdata bl-irkupru ekonomiku tal-pajjiż u l-proċessi tat-trasformazzjoni diġitali u dekarbonizzazzjoni nazzjonali tal-ekonomija.

WEGĦDI MWETTQIN MILL-2008 L-idea l-“ġdida” ta’ Bernard Grech fl-edukazzjoni sportiva u kreattiva hi li jagħti l-possibili­tà lill-ġenituri li jnaqqsu middħul tagħhom għal skop ta’ taxxa l-miżati mħallsin lil uliedhom għal attivitajiet sportivi u kulturali. Iżda bħalma jaf kull min għandu t-tfal, u jħallas it-taxxa fuq id-dħul, il-possibbiltà li jsir dan it-tnaqqis ilha teżisti snin twal. Fil-fatt, fil-Baġit 2008 wieħed isib li l-Gvern kien introduċa skema ta’ tnaq­ qis mit-taxxa għal miżati rela­­tati ma’ attivitajiet sportivi. Imbagħad mill-bidu tal-2012 l-iskema ġiet estiża biex tkopri l-attendenza f’korsijiet kreattivi jew kulturali. Dan ifisser li l-PN illum qed iwiegħed dak li GonziPN introduċa 14-il sena ilu!

Li l-istrateġisti tal-PN ma ndunawx li dan it-tnaqqis tat-taxxa diġà jeżisti huwa xhieda oħra ta’ kemm huma maqtugħin mir-realtà. Ma tlum lill-ebda ċittadin li jibqa’ xxokkjat kif il-PN ma kellu lil ħadd jagħtih parir dwar dan u milli jidher lanqas ikkonsulta ma’ dak li sal-bidu ta’ din ilġimgħa kien il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni u l-Isport, Clyde Puli, qabel lebbet lil hemm. “L-istrateġisti (tal-PN) jew m’għandhomx tfal f’korsijiet kultu­rali u sportivi jew ma jindenjawx jimlew il-formoli tat-taxxa tagħhom!” qalulna sorsi fil-PN b’botta lill-Kap innifsu u oħrajn li għandhom jagħtu eluf kbar lid-Dipartiment tatTaxxa jew iddikjaraw li ma jaqilgħu xejn.

… U UFFIĊĊJU LI ILU MIFTUĦ 26 SENA Proposta oħra prinċipali ta’ Bernard Grech kienet dik li jiftaħ uffiċċju tal-Malta Enterprise f’Għawdex. Li ma kienx jaf Dr Grech kien li dan l-uffiċċju ilu jopera mill-1996. Mhux talli hekk, talli mill-2013, il-Malta Enterprise ġibdet ħafna proġetti lejn Għawdex, ibda mill-Iskola Medika ta’ Barts u l-kumpanija tal-informatika, RS2. Waqt li f’Marzu tal-2013 kien hemm 895 Għawdxi jaħdmu fil-manifattura f’Għawdex stess, f’Settembru li għadda kien hemm 1,138. Żieda ta’ 243 persuna, jew 27%, darbtejn iżjed ir-rata f’Malta fl-istess perjodu. Fl-informazzjoni u l-komunikazzjoni llum hemm 410 Għawdxin li jaħdmu full-time. Lura f’Marzu 2013 kien hemm

biss 168. Bis-saħħa tal-isforzi ta’ aġenziji bħall-Malta Enterprise, l-impjiegi f’dan is-settur f’Għawdex immul­tiplikaw b’iżjed mid-doppju. Għal darb’oħra Grech wera li ftit li xejn għandu ħjiel fuq dak li jitkellem dwaru. Il-fatt li tilef il-kelliema ekonomiċi kollha tiegħu qed jibda jispikka aktar. Tant li tul il-konferenza stampa fuq il-proposti għal Għawdex Dr Grech kellu warajh lil Claudio Grech li saħansitra kkore­ġieh numru ta’ drabi. Grech lanqas jista’ joqgħod fuq il-Kel­ liem għal Għawdex, Chris Said, li l-prijo­ rità tidher iżjed li jipproteġi l-voti tiegħu mill-kandidat “kollega” Alex Borg, li jir­ rappreżenta l-fazzjoni ta’ Adrian Delia.


06

27.02.2022

Wieħed mill-akbar proġetti ta’ reklamazzjoni ta’ żona urbana fil-Ħamrun minflok il-fabbrika tal-ħalib

PROĠETTI AMBJENTALI LI SE JBIDDLU WIĊĊ PAJJIŻNA B’€100 miljun fis-sena għal seba’ snin, il-Partit Laburista fil-Gvern se jkun qed iwettaq l-aktar proġett ambjentalment ambizzjuż li qatt raw Malta u Għawdex. Waqt li dan l-investiment massiċċ jingħaqad ma’ katina ta’ deċiżjonijiet favur l-ambjent li ttieħdu fl-aħħar disa’ snin, it-twettiq tiegħu litteralment għandu jbiddel wiċċ il-pajjiż. F’konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u l-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li l-prijorità ta’ Gvern Laburista tibqa’ l-kwalità ta’ ħajja aħjar, b’ambjent aħjar. “Gvern Laburista jidħol għall-iktar proġett ambjentali ambizzjuż fl-istorja ta’ pajjiżna,” saħaq il-Prim Ministru. Mistoqsi waqt attività f’Ħaż-Żebbuġ, il-Prim Ministru Robert Abela spjega kif fl-2013, Partit Laburista fil-Gvern telaq minn sitwazzjoni ta’ infrastruttura dgħajfa li kienet qed taffettwa l-investiment. Għalhekk, Gvern Laburista kien ta bidu għal programm ta’ €700 miljun fi proġett għat-toroq. “L-infrastruttura dgħajfa li kellu pajjiżna disa’ snin ilu kienet waħda mir-raġunijiet għalfejn l-ekonomija kienet staġnata. L-investituri ma kinux attirati lejn Malta u għalhekk li ttieħdet id-deċiżjoni li jkun hemm investiment qawwi fit-toroq. Issa wasal iż-żmien li nwett­ qu dan l-investiment ambizzjuż

Il-mini ta’ Santa Venera msaqqfin bi spazju miftuħ fuq fl-ambjent,” saħaq il-Prim Ministru. “Jekk tagħtuna l-fiduċja, tafu li dan il-proġett ambjentali nwett­quh.” Il-proposta tal-Partit Laburista tinkludi l-urban green reclamation, fejn il-Gvern jixtri art mingħand il-privat biex fejn huwa żviluppat jinbidel fi spazju miftuħ. Eżempju ta’ dan hija l-fabbrika tal-ħalib fil-Ħamrun fejn il-fabbrika se tkun qed tiġi rilokata u minflok jinbena parkeġġ taħt park bid-daqs ta’ 10 tomniet. Il-proposti fil-lokalitajiet diffe­ renti ġew ippreżentati mill-Ministri Miriam Dalli u Aaron Farrugia. Il-Ministru Dalli spjegat kif l-im-

portanza li qed tingħata lill-ambjent hija parti tant importanti mill-prinċipju ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar, fejn is-suċċess ta’ pajjiż ma jkunx ibbażat biss fuq is-suċċess ekonomiku imma wkoll fuq l-iżvilupp ambjentali. Il-proġetti huma mifruxa fuq proġetti maġġuri, proġetti ta’ afforestazzjoni u proġetti iżgħar biex żoni urbani jingħataw il-ħajja. “Fl-ebda ħin m’aħna se nnaqqsu l-ispazju għall-parkeġġ, anzi f’ċerti żoni l-parkeġġ se jiżdied. F’lokalità bħal San Ġwann, li għandha ċentru urbanizzat ħafna, se tkun qed tingħata prijorità totali lin-

nies biex ikollhom spazju miftuħ fejn jirrikreaw irwieħhom filwaqt li t-traffiku se jkun għaddej minn mina,” spjegat Miriam Dalli. Bil-parkeġġ taħt l-art, l-ispazju għall-karozzi f’San Ġwann hu mistenni li jirdoppja filwaqt illi l-ispażju taż-żona pubblika se jitt­ ripla. Fir-Rabat Għawdex, se jiġi estiż Park tal-Familja li jingħaqad mal-Ġnien ta’ Villa Rundle, bi grawnd tal-futbol u parkeġġ taħt l-art. Fil-lokalità ta’ Birkirkara, fejn wied naturali tul is-snin spiċċa żviluppat, se tkun qed tissaqqaf il-via tal-ilma biex l-ilma jibqa’ għaddej, filwaqt li jsir spazju aħdar. Il-Ministru Dalli qalet li l-Gvern se jkun qed irodd lura dak li darba kien wied naturali. “B’dawn il-proġetti qed naraw li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karozzi miċ-ċentri urbani kif ukoll ittniġġis mill-ħsejjes. Fl-istess waqt, se nkunu qed noħolqu green lungs fl-ibliet u l-irħula tagħna,” qalet Miriam Dalli. Proġetti oħrajn imsemmijin jinkludu l-Park tal-Familja ta’ Ben­ għajsa ta’ 60,000 metru kwadru u r-riġenerazzjoni tal-Pont tax-Shell f’Birżebbuġa, l-afforestazzjoni fil-Pa­rk Nazzjonali tal-Inwadar b’inves­timent ta’ €20 miljun u Park ġeoloġiku bejn Għar Lapsi u Wied iż-Żurrieq. Il-Ministru Aaron Farrugia ħab­ bar żewġ proġetti maġġuri ġewwa Santa Venera u l-Furjana li se jkunu qed jittrasformaw żewġ


07

27.02.2022

GĦOTJA TA’ €10,000 GĦAL MIN SE JIXTRI L-EWWEL RESIDENZA

toroq arterjali fi spazju aħdar. Permezz tal-fergħa ġdida fi ħdan WasteServ, GreenServ ħa tkun qed timplimenta dawn il-proġetti li se jkunu qed isebbħu dawn iż-żoni urbani. Ir-residenti ta’ Santa Venera ilhom għal żmien twil isofru minn dħaħen u storbju tal-karozzi minħabba traffik li jinġema’ għal sigħat twal ta’ kuljum. Kien għalhekk li ħabbarna proġett ġdid fejn se tkun qed tiġi msaqqfa biċċa mill-mina ta’ Santa Venera. Dan ilproġett se jkun qed jerġa’ jgħaqqad iż-żewġ naħat ta’ din il-lokalità u jkompli jsebbaħha bi ġnien ġdid. “Minbarra li se nkunu qed intejbu l-ambjent tal-madwar u nindirizzaw il-kwalità tal-arja għall-ġid tar-residenti, ħa nkunu qed nesploraw ukoll il-potenzjal għal spazju kummerċjali ġdid li għandu jgħin biex jinħolqu impjiegi ġodda. Se nkunu qed naraw li nżidu wkoll il-parkeġġ f’din iż-żona. Dan kollu se jkun qed isir mingħajr ma jintmess il-fluss tat-traffiku eżistenti li jgħaddi mit-triq arterjali hekk kif il-mini li hemm bħalissa se jkunu qed jiġu estiżi,” qal ilMinistru Farrugia. Proġett ieħor imħabbar millMinistru Farrugia hu dak ta’ Triq Sant’Anna fil-Furjana li se jkun qed jittrasforma t-triq eżistenti ta’ madwar 400 metru tul fi ġnien u spazju pubbliku miftuħ. Dan se jkun qed isir billi se tkun qed titħaffer mina taħt it-triq eżistenti għall-karozzi biex b’hekk din it-triq tinbidel f’żona pedonali u spazju aħdar. Minbarra li se tkun qed tnaqqas it-tniġġis tal-arja u l-istorbju minħabba l-konġestjoni tat-traffiku, dan il-proġett se jkun qed itejjeb ukoll il-prodott turistiku Malti. Permezz ta’ dan il-proġett se jinħoloq post rikreazzjonali ġdid biż-żona pedonali li ser tkompli sa Pjazza Kastilja biex b’hekk wieħed ikun jista’ jimxi lejn il-Belt mingħajr ma jaqsam mit-traffiku. “B’dan il-proġett, se nkunu qed

ninkoraġġixxu t-trasformazzjoni ta’ din it-triq biex mhux biss noħolqu opportunitajiet ġodda ta’ negozju u ta’ aktar kummerċ imma noħolqu wkoll spazju ta’ interazzjoni soċjali li jitgawda mill-membri kollha tal-komunità lokali, mill-pubbliku ġenerali u mitturist,” spjega l-Ministru Farrugia. Farrugia qal li dawn iż-żewġ proġetti ħa jiżdiedu ma’ proġetti oħrajn li bdew iktar kmieni s-sena l-oħra. Dawn il-proġetti kollha ġo żoni urbani kkaratterizzati minn spazji griżi u konġestjoni ta’ traffiku se jkunu qed jipprovdu lir-residenti post ta’ rikreazzjoni għall-pubbliku viċin fejn joqogħdu jew jaħdmu. Fil-fatt, b’dawn il-proġetti ġewwa l-Ħamrun, Ħal-Qormi, il-Mosta, l-Im­qabba u Ħaż-Żabbar Gvern Laburista se jkun qed jintroduċi kunċett ġdid ta’ tħaddir fl-urban bil-ħsieb li joffri kwalità ta’ saħħa u l-benesseri aħjar għar-residenti. Qed ikun ukoll ippjanat proġett ieħor ġewwa l-Birgu li ser jinvolvi t-tindif u riabilitazzjoni ta’ żona biswit l-Iskola Primarja tal-Birgu fejn ser ikun qed jiġi installat fence ta’ injam għas-sigurtà, tagħmir tal-injam għal-logħob tat-tfal, u mwejjed tal-pikniks.

L-importanza li qed tingħata lill-ambjent hi parti importanti mill-prinċipju ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar, fejn is-suċċess ta’ pajjiż ma jkunx ibbażat biss fuq l-ekonomija, imma wkoll fuq l-iżvilupp ambjentali

Il-Partit Laburista qed iwiegħed li jkompli jagħti sostenn qawwi fil-ħolqien ta’ familji ġodda, bl-istess mentalità li adotta fl-aħħar snin u biha taffa ħafna millpiż finanzjarju jew solva intoppi għax-xiri tal-ewwel residenza. Bil-wegħda l-ġdida li jħallas €10,000 mis-self mal-banek għal proprjetà simili fuq perjodu ta’ 10 snin, Gvern ġdid Laburista se jkun qed jaqta’ hu pagamenti tax-xahar li koppja żagħżugħa tiffaċċja fost spejjeż oħrajn tal-ħajja. Bħala eżempji, għal koppja bil-paga medja li tkun issellfet €280,000, din l-iskema tfisser li l-Gvern se jkun qed jirrifondi xahar ta’ ħlas fis-sena għall-ewwel 10 snin tas-self. Għal koppja bi dħul aktar baxx li tkun issellfet €150,000, din l-iskema tfisser li l-Gvern se jkun qed iħallas xahrejn ta’ ħlas fis-sena għall-ewwel 10 snin tas-self. Din l-iskema progressiva se tgħin lillfirst time buyers kollha, iżda b’mod relattiv se tagħti aktar sostenn lil dawk bi dħul baxx. Minbarra hekk, se tgħin liż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin jilħqu l-ħolma u l-aspirazzjoni tagħhom biex jibnu futur ġdid. Ta’ min ifakkar li, wara l-kriżi ekonomika tal-2008, is-suq tal-proprjetà f’Malta kien staġna għal diversi snin. Rata ta’ qgħad għoli u tkabbir ekonomiku baxx fissru li koppji żgħażagħ kienu sabuha diffiċli ħafna biex iwettqu l-ħolma tagħhom li jsiru sidien ta’ djarhom, tant li bejn l-2011 u l-2013 il-proporzjon ta’ Maltin sidien ta’ djarhom kien naqas minn 77% għal 76%. Ix-xejra nbidlet mindu ġie elett Gvern Laburista, tant li llum ir-rata ta’ sidien ta’ djarhom telgħet għal 80%, b’numru rekord ta’ persuni jiksbu l-ħolma ta’ proprjetà tagħhom. Dan seħħ kemm għax ilmovi­ment Laburista biddel l-ekonomija ta’ pajjiżna, imma wkoll għax daħħal ħemel ta’ skemi favur dawk li ġew magħrufa bħa-

la first time buyers. Kollox beda bl-iskema tal-first time buyers li ħafna ddeskrivewha bħala dota ta’ eluf ta’ ewro ffrankati b’eżenzjoni mittaxxa tal-boll fuq ammont dejjem jikber tal-proprjetà. Hu kkalkulat li sal-lum mat28,000 persuna bbenefikat mill-iskema, li tiffranka sa massimu ta’ €6,500 f’taxxa. Imbagħad daħlu skemi li bdew jgħinu lil dawk li setgħu jieħdu self biex jixtru proprjetà, iżda li kienu qed isibuha diffiċli biex ifadd­lu d-depożitu meħtieġ, partikolarment l-10% meħtieġa għall-konvenju għal proprjetà li l-valur tagħha ma jaqbiżx il-€175,000. Din l-iskema kienet u għadha qed tissaħħaħ, tant li issa hu mwiegħed li l-valur tal-proprjetà eliġibbli wkoll jogħla għal €225,000. Għal dawk li ma jifilħux jissellfu l-ammont sħiħ li tiswa proprjetà, il-Partit Labu­ rista introduċa l-iskema tal-equity sharing fejn l-Istat jidħol sieħeb max-xerrej billi jixtri nofs il-proprjetà hu. Fil-Baġit għal din is-sena l-Gvern introduċa inċentivi li jagħtu għexieren ta’ eluf ta’ ewro (sa massimu ta’ €30,000) lil dawk li jixtru proprjetajiet vakanti jew fil-qalba tal-irħula u tal-bliet u jirrinnovawhom. Waqt il-pandemija l-Gvern ukoll kien ta’ tarka biex jipproteġi lil ċittadini milli jitilfu djarhom għall-banek, kawża ta’ diffikultajiet li ġew fihom b’riżultat tal-kriżi globali. Fil-fatt, Gvern immexxi mill-Prim Minis­tru Robert Abela impona moratorju ħalli l-banek ma jitolbux ħlasijiet lura u mgħax fuq self ta’ djar (home loans), fost l-oħrajn. F’punt minnhom, wieħed minn kull għaxra li għandu home loan kien qed jibbe­nefika minn dan il-moratorju. Li kieku ma kienx għall-inizjattiva talGvern, dawn setgħu faċilment spiċċaw mingħajr ir-resi­denzi tagħhom.


08

27.02.2022

L-IŻJED OTTIMISTI FL-UE Tkompli minn paġna 1 Il-familji Maltin u Għawdxin kienu aktar pożittivi mill-medja storika, u s-sentiment kien ferm aħjar minn sena qabel. F’kull settur is-sentiment hu aħjar mill-medja storika. Maġġoranza ta’ 9% aktar jemmnu li l-ekonomija ta’ pajjiżna se tikber minn dawk li jemmnu li se tiċkien. Dan meta flUE maġġoranza ta’ 15% familji jistennew li l-ekonomija f’pajjiżhom se tkompli teħżien. F’pajjiżna maġġoranza ta’ 6% tal-familji stqarrew li jaffordjaw li jidħlu għal spejjeż kbar. Minkejja dan il-konsum akbar, maġġoranza lokali ta’ 9% ukoll temmen li se jirnexxielha tfaddal aktar. Bil-maqlub, maġġoranza tal-familji fl-Ewropa jgħidu li ma jistgħux jidħlu għal konsum kbir, partikolarment fid-dawl li jemmnu li l-qgħad se jirranka. Dan ukoll hu sentiment bil-kontra ta’ dak li jħossu l-familji Maltin u Għawdxin, li qed jistennew tnaqqis ulterjuri fir-rekord storiku li għandu pajjiżna. Stqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qalet li f’Jannar li għadda kien hemm 1,117-il persuna biss jirreġistraw għall-impjieg. Imqabbel ma’ sena qabel, kien hemm tnaqqis ta’ 1,558, li jfisser li f’sena l-ammont ta’ dawk jirreġistraw naqas bi kważi żewġ terzi. Anke fil-manifattura s-sentiment tal-Maltin u l-Għawdxin hu ferm aħjar minn dak ta’ Frar 2021. Maġġoranza ta’ 55% tal-fabbriki intervistati mill-Kummissjoni Ewropea jemmnu li l-produzzjoni tagħhom se tiżdied fix-xhur li ġejjin. Dawn il-kumpaniji sostnew li għandhom aktar minn tliet xhur ta’ produzzjoni garantita f’ordnijiet li diġà rċevew u biex ilaħħqu magħhom maġġoranża ta’ 16% qed jantiċipaw li se jkollhom iżidu l-ħaddiema fix-xhur li ġejjin. Fis-servizzi s-sentiment hu pożittiv ħafna u totalment bil-kontra ta’ dak li kien fl-istess xahar sena ilu. Kważi terz tal-operaturi tasservizzi qed jistennew tkabbir fl-attività fixxhur li ġejjin. Anke fis-settur tal-bejgħ, is-sentiment hu assolutament bil-maqlub ta’ dak fl-istess xahar sena qabel, meta kien jirrenja pessimiżmu kbir. Maġġoranza ta’ 15% fost il-kumpaniji rrapportaw titjib fl-operat fl-aħħar xhur. Iżjed minn hekk 25% qalu li qed jistennew aktar

Is-sentiment ekonomiku lokali mistenni jkompli jitjieb, inkluż bil-proposti Laburisti

tkab­bir fiż-żmien li ġej. Fil-qasam tal-kostruzzjoni jirriżulta li hemm maġġoranza ta’ 5% tal-azjendi li qed isostnu li għandhom bżonn aktar ħaddiema. Dan is-sentiment ferm pożittiv jittieħed f’kuntest li dawn l-operaturi, bħala medja, qalu li għandhom xogħol b’lura ta’ aktar minn sitt xhur, jew darbtejn il-medja storika. Tnaqqis fir-rata tat-taxxa fuq in-negozji Dan is-sentiment mistenni jkompli jitjieb filġimgħat li ġejjin, inkluż bil-proposti elettorali tal-Partit Laburista li, biex isaħħaħ l-irkupru tal-kumpaniji, qed jipproponi li jnaqqas ir-rata tat-taxxa fuq il-profitti tan-negozji għal 25% mir-rata attwali ta’ 35%. Biex tkun iffukata fuq negozji żgħar u ta’ daqs medju, din il-miżura se tapplika biss fuq l-ewwel €250,000 tal-profitti. F’każ ta’ lukanda żgħira b’20 full-timer u

li tagħmel profitt ta’ €250,000, l-iffrankar ta’ taxxi tagħha jkun ilaħħaq €25,000. B’dan l-ammont li l-lukanda tiffranka f’taxxi tkun tista’ tħallas il-pagi ta’ tnejn mill-ħaddiema tagħha. Jew wieħed jikkunsidra eżempju ieħor, dak ta’ kumpanija li timmanifattura għamara u timpjega 10 ħaddiema, bi profitt annwali ta’ €150,000, ir-riforma twassal għall-iffrankar ta’ €15,000 fit-taxxa. Dan l-iffrankar hu biżżejjed biex il-kumpanija tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali dovuti għall-ħaddiema kollha tagħha. Dawn l-eżempji juru kemm hi b’saħħitha din il-miżura, li se twassal għall-inqas piż ta’ taxxi fuq in-negozju f’aktar minn ġenerazzjoni. Din il-miżura tfisser injezzjoni ta’ €100 miljun direttament lill-kumpaniji, ukoll ferm aktar mill-ispinta li l-amministrazzjoni Laburista pprovditilhom meta naqqset il-kontijiet tad-dawl b’25%. Dakinhar dik il-miżura kienet iffrankat lill-kumpaniji mal-€50 miljun fi spejjeż operattivi.

IL-PN JIBQA’ JFALLI FIL-MATEMATIKA Meta fi stqarrija tal-Partit Nazzjonalista tkażaw u qalu li l-ewwel ħames proposti mill-manifest Laburista mhux veru jgħoddu flimkien għal €1.39 biljun, kif ingħad mill-Prim Ministru Robert Abela, inqabdu li jfallu fil-Matematika, kif ilhom jagħmlu s-snin. Il-Prim Ministru spjega kif, fil-leġiżlatura li jmiss, il-proposta ambjentali se tiswa €500 miljun (€700 miljun fuq seba’ snin), il-proposta tat-tnaqqis tal-Income Tax se tfisser injezzjoni ta’ €323 miljun, it-tnaqqis fir-rata tal-Corporate Tax se tkun sostenn ta’ €100 miljun, il-proposti għall-anzjani jfissru nifs ġdid ta’ €410 miljun u fejn jidħlu l-first time buyers l-appoġġ se jkun ta’ €57 miljun. Kulħadd kapaċi jasal għall-konkluż-

joni li, jekk tagħmel 500+323+100+410+57, dan jiġi 1,390. Issa din mhix l-ewwel darba li l-PN inqabad jagħmel żbalji Matematiċi bażiċi. Filfatt, fil-kampanja għall-Elezzjoni Ġenerali tal-2017 il-Kap ta’ dak iż-żmien, Dr Simon Busuttil, kien qal li se jżid il-pensjoni minima bi €22 fil-ġimgħa, li tfisser żieda ta’ €1,144. Skont hu din il-miżura kienet tiġi tiswa €8.5 miljun, meta dakinhar kien hemm 18,000 pensjonant fuq dak il-benefiċċju. B’sempliċi calculator, meta timmultiplika 18,000 b’1,144, ir-riżultat ma jiġix €8.5 miljun, imma €20.6 miljun. Għaddew ħames snin u tal-PN baqgħu mhumiex kapaċi jagħmlu somom bażiċi,

l-aqwa konferma ta’ kemm dawk wara Dr Bernard Grech huma l-istess li kienu wara Dr Simon Busuttil, u li qabel kienu l-konsulenti ta’ Dr Lawrence Gonzi. Dawn mhux biss kienu jfallu fil-Matematika, imma, kif jaf kulħadd, meta kienu fil-Gvern kienu għoddhom fallew pajjiż, bil-Kummissjoni Ewropea tpoġġi lil pajjiżna għal tliet darbiet taħt il-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv. L-elettorat Malti u Għawdxi għandu għażla ċara x’jagħmel fis-26 ta’ Marzu: li jkompli t-triq lejn prosperità ġdida bħala “Malta Flimkien”, jew li jerġa’ lura għaż-żminijiet ibsin ta’ GonziPN meta pajjiżna kien staġnat u l-familji u n-negozji kienu għotru taħt piżijiet eċċessivi.


09

27.02.2022

JONQSU D-DEFIĊIT U D-DEJN L-irkupru ekonomiku jkompli jirranka għal xahar ieħor L-irkupru ekonomiku ta’ pajjiżna kompla jirranka, skont l-istatistika uffiċjali dwar l-andament tal-Fond Konsolidat tal-Gvern f’Jannar. Id-dejn nazzjonali fi tmiem Jannar fil-fatt kien €29 miljun inqas milli kien f’Novembru li għadda. Dan b’kuntrast għat-tbassir tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista li l-finanzi talGvern mhumiex taħt kontroll. Dan it-tnaqqis fid-dejn nazzjonali hu rifless ukoll f’titjib sostanzjali fid-defiċit tal-Fond Konsolidat. Dan meta f’Jannar 2022 kien hemm defiċit ta’ €66 miljun. Dan kien l-inqas defiċit għax-xahar ta’ Jannar mill-2019 lil hawn. Biss biss f’Jannar 2021 id-defiċit kien tela’ għal €324 miljun, li jfisser li, imqabbel ma’ sena ilu, fix-xahar li għadda kien hemm titjib ta’ €258 miljun jew 80% fil-finanzi pubbliċi. Filwaqt li l-Gvern kompla jsostni l-ekonomija bi spiża rikurrenti u kapitali aktar għolja minn qabel bdiet il-pandemija, kien hemm żieda qawwija ferm fid-dħul. Dan b’kuntrast għat-tbassir tal-Kap tal-Oppożizzjoni li kien qal li jekk wieħed ibassar titjib fid-dħul tal-Gvern ikun qiegħed jagħmel tbassir tal-virtual reality. Fil-fatt, f’Jannar 2022 iddħul tal-Gvern laħaq il-figura rekord fl-istorja ta’ €352 miljun, jew kważi €50 miljun aktar mid-dħul ta’ qabel il-pandemija. L-aktar li żdied kien id-dħul mill-income tax, mill-bolla, mill-VAT kif ukoll mill-fondi Ewropej. Ir-riżultat ta’ Jannar li għadda jagħti indikazzjoni tajba li l-Gvern se jisboq il-miri fiskali li kien ħabbar fil-Baġit għal din is-sena wkoll.

Dan it-tnaqqis fid-dejn nazzjonali hu rifless ukoll f’titjib sostanzjali fid-defiċit tal-Fond Konsolidat

EŻEMPJI TAL-EFFETTI FUQ ĦADDIEMA B’INQAS TAT-TAXXA TAD-DĦUL Bil-proposta mħabbra din ilġimgħa mill-Prim Ministru Dr Robert Abela, il-ħaddiema Maltin u Għawdxin se jgawdu mill-akbar roħs li qatt ingħata fl-Income Tax fl-istorja ta’ pajjiżna. Permezz ta’ din il-bidla fil-faxex tat-taxxa taddħul, kif ukoll iċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni, kulħadd se jgawdi bħala parti minn injezzjoni ta’ €66 miljun. Fl-istess ħin se jibqa’ s-sostenn ta’ €24 miljun, li ddaħħal permezz talBaġit għal din is-sena, għal pakkett sħiħ ta’ €90 miljun. L-ammont li minnu tibda titħallas l-Income Tax se jitla’ b’€1,700. Dan id-dħul qabel kien jiġi intaxxat bir-rata ta’ 15%, li jfisser allura li, b’din il-miżura, kull persuna li tħallas it-Taxxa tad-Dħul se tiffranka minimu ta’ €255. Wara t-twessigħ tal-faxex, ġenitur irid jibda jaqla’ aktar minn €1,000 fix-xahar biex jiġi intaxxat.

Persuna li tagħżel komputazzjoni ta’ taxxa tal-miżżewġin trid taqbeż dħul fix-xahar ta’ €1,180, mentri dawk fuq rata tas-single iridu jaqilgħu aktar minn €900 fix-xahar biex jeħlu taxxa. Dan it-twessigħ hu l-akbar li qatt sar u hu tliet darbiet akbar minn dak li kien seħħ fl-2007, li sal-lum kien l-akbar fl-istorja ta’ pajjiżna. Minbarra dan l-effett pożittiv, se jkun hemm bidla anke fiċ-ċekkijiet tar-rifużjoni, li se jittejbu b’€25 biex b’hekk l-aktar ċekk ġeneruż se jitla’ għal €165 għall-miżżewġin, €160 għall-ġenituri u €150 għall-persuni single. Meta tqis dawn iż-żewġ effetti, hemm persuni li se jispiċċaw b’massimu ta’ €365 aktar fil-but, waqt li l-medja tat-titjib fuq il-faxex kollha se tkun ta’ €300. Dawk li għandhom dħul medju mistennija jibbenefikaw minn madwar €315.

EŻEMPJI PRATTIĊI TA’ TITJIB FID-DĦUL MARIO, PRACTICE NURSE, MARTU RITA TAĦDEM PART-TIME (DĦUL: €28,000) Fil-każ ta’ din il-koppja, bir-rati talIncome Tax tal-2012, kienu jħallsu €3,095. Bħalissa wara żewġ leġiżlaturi ta’ Gvernijiet Laburisti qed iħallsu lillIstat is-somma ta’ €2,865, jiġifieri titjib ta’ €230. Bil-proposta ta’ Dr Robert Abela, Mario u Rita jiġu jħallsu €2,545. B’hekk se jkollhom €320 aktar fil-but bil-proposta tat-taxxa l-ġdida u 20% inqas Income Tax milli kienu taħt GonziPN. CHARLENE, SINGLE PARENT TAĦDEM F’ĦANUT (DĦUL: €13,000) Bir-rati tal-Income Tax tal-2012, din kienet tħallas €555 f’taxxa. Bħalissa, anke għax tirċievi ċekk ta’ rifużjoni, il-piż naqas għal €240. Wara din ir-riforma fil-faxex tat-taxxi, Charlene mhux biss se tevita kull piż tat-taxxa, iżda issa se tibda tirċievi wkoll pagament mingħand il-Gvern ta’ €40. B’hekk wara li s’issa, bil-miżuri ta’ Gvern Laburista, kienet qed tħallas inqas minn nofs dak li kienet tħallas fi żmien GonziPN, din il-wegħda l-ġdida se tara lil Charlene tmur minn fuq b’€280 oħra jew żieda fix-xahar ekwivalenti għal paga ta’ ġimgħa.

RATI SINGLE Faxxa

Aktar fil-but

0 sa 10,800

0%

Sa €280

10,801 sa 14,500

15%

€280

14,501 sa 19,500

25%

Sa €315

19,501 sa 60,000

25%

Sa €350

60,001 u aktar

35%

€255

RATI MIŻŻEWĠIN Faxxa

Aktar fil-but

0 sa 14,200

0%

Sa €280

14,401 sa 21,200

15%

€280

21,201 sa 28,700

25%

Sa €320

28,701 sa 60,000

25%

Sa €365

60,001 u aktar

35%

€255

RATI ĠENITUR Faxxa

Aktar fil-but

0 sa 12,200

0%

Sa €280

12,201 sa 15,800

15%

€280

15,801 sa 21,200

25%

€315

21,201 sa 60,000

25%

Sa €360

60,001 u aktar

35%

€255

MELISSA, OMM LI TAĦDEM BĦALA LEARNING SUPPORT ASSISTANT (DĦUL: €20,000) JOSEPH, IR-RAĠEL TAGĦHA LI HU ASSISTANT HEAD FI SKOLA OĦRA (DĦUL: €31,000) Melissa kienet tinqatgħalha €2,025 Taxxa tad-Dħul, skont ir-rati tal-2012. Grazzi għall-miżuri li ddaħħlu mill-2013 lil hawn, il-piż tat-taxxa naqsilha għal €1,740, imma bil-miżura tal-manifest elettorali Laburista dan l-ammont se jerġa’ jonqos għal €1,425. B’hekk, waqt li sal-lum diġà gawdiet minn tnaqqis ta’ €285 fil-piż, mis-sena d-dieħla tista’ tiffranka €315 oħrajn u tħallas terz inqas minn dak li kienet tħallas taħt GonziPN. Fl-2012 żewġha kien iħallas €5,775 f’taxxa sa 10 snin ilu, imma issa dan il-piż naqaslu għal €4,640. Bil-proposta l-ġdida mill-Partit Laburis- ta se jkun qed jiffranka €300 oħra, għax f’taxxa se jiġi jeħel €3,840. B’hekk, bejniethom, Melissa u Joseph se jkunu qed jiffrankaw €615 bil-bidliet proposti, it-terz talpiż li kienu jħallsu taħt GonziPN.

ENZO, ĠUVNI LI JAĦDEM F’LUKANDA (DĦUL: €16,000) Skont ir-rati li kien hemm 10 snin ilu, Enzo kellu piż tat-taxxa ta’ €1,725. Bħalissa l-piż diġà naqaslu għal €1,095 u, wara din il-miżura l-ġdida, dak dovut minnu se jkun ta’ €775. B’hekk hu se jiġi jħallas terz inqas tat-taxxa li kien qed iħallas sal-lum u inqas minn nofs li kien iħallas taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista. Bl-iffrankar ta’ €315 f’Income Tax, Enzo se jkun qisu rċieva żieda fix-xahar ekwivalenti għal paga ta’ ġimgħa.


10

27.02.2022

L-EWWEL ELEZZJONI ĠENERALI BL-GĦADD ELETTRONIKU Din l-elezzjoni ġenerali se tkun l-ewwel elezzjoni ġenerali li fiha l-għadd tal-voti se jsir b’mod elettroniku u b’hekk il-Kummissjoni Elettorali tħaffef il-proċess biex ir-riżultat ikun magħruf aktar malajr. Sistema li fuqha hemm qbil bejn il-partiti politiċi u ntużat l-ewwel darba fl-elezzjonijiet talMEPs għall-Parlament Ewropew u dawk tal-Kunsilli Lokali tal-2019. Għalhekk, kif ġara f’dawn iżżewġ elezzjonijiet imsemmija, ir-riżultat se jsir magħruf ħafna aktar kmieni minn dak ta’ elezzjonijiet ġenerali ta’ qabel. Fir-rapport tagħha dwar l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew ta’ Mejju tal-2019, il-Kummissjoni Elettorali kienet qalet li fattur importanti f’din l-elezzjoni kien l-introduzzjoni tal-għadd tal-voti b’mod elettroniku. L-ewwel darba fl-istorja tal-elezzjonijiet f’Malta li l-għadd tal-voti sar b’dan il-mod. Din is-sistema diġitali toħroġ ir-riżultati elettorali fl-iqsar żmien possibbli, bl-aktar mod preċiż u bl-akbar trasparenza possibbli, biex kull min għandu interess filproċess ikun sodisfatt li r-riżultat jirrifletti bl-ikbar preċiżjoni l-vot tal-eletturi. B’din is-sistema, il-polza tal-vot tgħaddi minn scanners u bl-użu ta’ software jingħaddu l-voti u joħroġ ir-riżultat. Il-proċess iwarrab il-voti dubjużi u anke jqassam il-wirt tal-voti skont is-sistema tar-rappreżentanza proporzjonali. Ħidma tal-Kummissjoni Elettorali Intant kif nhar il-Ħadd li għadda waqt attività politika fil-Furjana l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar id-data tal-elezzjoni ġenerali għas-26 ta’ Marzu li ġej, eskala l-proċess elettorali, ħidma li ilha li bdiet diversi xhur. Wara li l-Prim Ministru mar għand il-President tar-Repubblika biex jagħtih parir ixolji l-Parlament u tissejjaħ elezzjoni ġenerali, ġie ffirmat ir-Writ biex formalment tiġi organizzata l-elezzjoni. Skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta, mar-Writ, fi żmien ħamest ijiem, jinħareġ reġistru tal-votanti rivedut li fih jiġu inklużi l-persuni eliġibbli li jivvutaw, li jkunu jinkludu dawk li se jagħlqu s-16-il sena sa lejlet jum il-votazzjoni, kull tibdil ta’ indirizz li kien hemm sas-Sibt qabel tħabbret id-data tal-elezzjoni u jitneħħew dawk il-persuni li mietu. Fil-fatt, ir-Reġistru Elettorali rivedut ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar ilĠimgħa. Fuq bażi ta’ dan ir-reġistru, il-Kummissjoni Elettorali issa tistampa d-dokumenti tal-votazzjoni u tibda tqassamhom

lill-votanti fl-indirizzi reġistrati fuqhom. Il-Kummissjoni Elettorali mbagħad tesegwixxi l-funzjonijiet organizzattivi u amministrattivi meħtieġa biex tiżgura li l-elezzjoni ssir kif suppost. Fil-fatt, fil-jiem li għaddew il-Kummissjoni bdiet tippubblika għadd ta’ avviżi marbutin malproċess elettorali. Mill-ewwel inħareġ avviż li l-Kummissjoni Elettorali kienet qed tilqa’ applikazzjonijiet mingħand persuni eliġibbli biex iservu bħala Assistenti Kummissjonarji Elettorali, Uffiċjali tal-Post tal-Votazzjoni u persuni għallGħadd tal-Voti. Dawn l-applikazzjonijiet intlaqgħu sas-Sibt 26 ta’ Frar. Minn għada jibdew jitqassmu d-dokumenti tal-voti permezz ta’ membri mill-Korp tal-Pulizija u rappreżentanti taż-żewġ partiti politiċi li jibdew iduru dar dar fi proċess li jibqa’ għaddej salĠimgħa, 11 ta’ Marzu. Il-Kummissjoni Elettorali avżat ukoll lill-votanti li huma rreġistrati Għawdex u li jixtiequ li jiġbru d-dokument/i għall-votazzjoni tagħhom minn Malta u, viċiversa, li għandhom jagħmlu t-talba bil-miktub tagħhom sa mhux aktar tard mis-6.00 ta’ filgħaxija talĦamis, 24 ta’ Marzu, 2022. Dwar dan trid issir talba fuq bażi personali jew permezz ta’ email fuq maltagozo.electoral@gov.mt jew permezz ta’ formola li tista’ tintbagħat jew b’mod personali jew permezz ta’ email. Id-dokumenti f’Malta jinġabru mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk f’Għawdex mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità fir-Rabat, Għawdex. Id-dati tal-ġbir huma mill-21 sal-24 ta’ Marzu, 2022 u dan isir b’mod personali mill-votant billi juri l-karta tal-identità jew tar-residenza tiegħu. Dawk il-votanti li jixtiequ jivvutaw ġimgħa qabel il-jum stabbilit għall-votazzjoni, minħabba każijiet ta’ safar jew sptar, jistgħu jmorru fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, fin-Naxxar jew Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex, minn għada biex jieħdu l-ġurament stipulat. Dan jista’ jsir sa nofsinhar tal-Ġimgħa, it-18 ta’ Marzu, 2022. Kull applikant irid jieħu l-Karta tal-Identità miegħu. Il-votanti li jikkwalifikaw biex jivvutaw fid-19 ta’ Marzu jrid ikollhom id-dokument tal-vot. Dawk irreġistrati Malta jivvotaw fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar u dawk irreġistrati fuq Għawdex jivvotaw fil-Farm Sperimentali talGvern, Triq l-Imġarr, ix-Xewkija. Dawk il-votanti li se jkunu barra minn Malta sat-18 ta’ Marzu 2022

u li minħabba mard jew safar mhux se jkunu jistgħu jivvotaw fis-26 ta’ Marzu 2022 jistgħu japplikaw bil-ġurament biex jivvotaw fid-19 ta’ Marzu, applikazzjoni li trid issir fl-eqreb Ambaxxata jew Kummissjoni Għolja u jittieħed il-ġurament quddiem Kummissarju għall-Ġuramenti hemmhekk. Il-Kummissjoni Elettorali avżat ukoll li se tirċievi n-nomini tal-kandidati għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ Membri tal-Kamra tad-Deputati minn nhar l-Erbgħa t-2, sal-Ħadd 6 ta’ Marzu, 2022. Il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom online jew personalment fl-Uffiċċju Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar. Sadanittant, id-Dipartiment tal-Informazzjoni ħabbar ukoll li qed isiru arranġamenti għall-ivjaġġar għal votanti eliġibbli li joqogħdu barra mill-pajjiż biex ikunu jistgħu jivvotaw f’Malta fl-Elezzjoni Ġenerali. L-Air Malta se tipprovdi biljett bir-ritorn fuq servizzi skedati regolari tagħha b’noll ta’ €90 – inklużi t-taxxi u spejjeż oħrajn – għal persuni li huma eliġibbli li jivvotaw f’Malta. Il-bookings jistgħu jsiru fil-call centre tal-Air Malta fuq in-numru speċifiku 21418118. Iċ-ċentru se jkun miftuħ kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd mit-8.00am sad-9.00pm mill-Ħamis 24 ta’ Frar 2022 fit-8.00 ta’ filgħodu. L-ivvjaġġar lejn Malta huwa possibbli mis-16 ta’ Marzu u s-26 ta’ Marzu 2022, u r-ritorn mis26 u t-30 ta’ Marzu 2022 (dati inklużi). Dawk il-persuni li jagħżlu li jivvutaw kmieni fid-19 ta’ Marzu 2022 jistgħu jivvjaġġaw lejn Malta mis-16 sat-18 ta’ Marzu biex ikunu jistgħu japplikaw l-Uffiċċju Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar sa mhux aktar tard minn 12.00pm tat-18 ta’ Marzu 2022. Huma jistgħu jivvjaġġaw lura mid-19 ta’ Marzu 2022, iżda mhux aktar tard mit-30 ta’ Marzu 2022. Dawn l-arranġamenti tal-ivvjaġġar huma disponibbli għall-votanti eliġibbli, inklużi dawk miżżewġa lil barranin, dawk li qed jistudjaw, li jaħdmu jew li għaddejjin minn trattament mediku barra mill-pajjiż; u dawk li huma dipendenti tal-persuni msemmija. Dawk il-persuni li tapplika għali-

hom din id-direttiva huma votanti li isimhom jidher fl-aħħar Reġistru Elettorali rivedut. Ħidma intensiva mill-Partit Laburista Mal-pubblikazzjoni tar-writ skalat ukoll ħidma intensiva u metikoluża mill-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista, immexxija minn Louis Gatt, il-Kap ta’ dan l-uffiċċju. Ħidma biex il-Partit Laburista jkompli fuq l-organizzazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-proċess elettorali. Waqt intervista li saritlu minn ONE News, Gatt spjega wkoll li mal-pubblikazzjoni tar-reġistru elettorali, wieħed jista’ jidħol jivverifika jekk huwiex imniżżel fuq dan ir-reġistru u b’hekk ikun eleġibbli li jivvota. Din il-verifika tista’ ssir kemm fuq il-website tal-Kummissjoni jew inkella partitlaburista.org. Fis-sit tal-Partit Laburista jidħol fil-paġna tal-uffiċju elettorali u hemm jara l-ID Card hux qiegħda hemmhekk. Min ikollu xi mistoqsija marbuta mal-proċess elettorali għandu jikkuntattja l-Partit Laburista fuq 20901531 jew 20901528. Tibdil f ’żewġ distretti elettorali F’din l-elezzjoni hemm tibdil żgħir mill-aħħar elezzjoni ġenerali. Hemm biċċa min-Naxxar, 1,200 vot, li mit-12 marru mal-10 distrett, minn Birguma sal-Parroċċa tan-Naxxar. Ħal Mula f’Ħaż-Żebbuġ mar mas-Sitt distrett, il-biċċa li tmiss ma’ Ħal Qormi. Mill-aħħar elezzjonijiet nazzjonali li saru, dawk tal-Parlament Ewropew fl-2019, in-numru ta’ votanti ġodda huwa ta’ madwar 25,000 persuna.


11

27.02.2022

JUMEJN IMPENJATTIVI GĦALL-PAPA F’MALTA

Is-Santa Sede ħarġet il-programm uffiċjali taż-żjara tal-Papa Franġisku bejn is-Sibt 2 u l-Ħadd 3 t’April li ġej, li tibda mal-wasla tal-Qdusija Tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fl-10:00 ta’ filgħodu. Fl-ewwel ġurnata taż-żjara tiegħu, li kienet ġiet posposta mis-sena 2020 kawża tal-pandemija talCOVID-19, il-Papa se jkun qed imur l-ewwel fil-Palazz tal-President filBelt Valletta biex jiltaqa’ mal-President tar-Repubblika George Vella u l-Prim Ministru Robert Abela. Hawnhekk il-Papa Franġisku wkoll se jkun qed jindirizza lill-awtoritajiet u lillkorp diplomatiku. Minn hemm se jmur lejn il-gżira

Għawdxija, permezz ta’ vjaġġ bilbaħar bil-katamaran wara li jiddawwar mal-Port il-Kbir. F’Għawdex hu se jkun qed jagħmel laqgħa ta’ talb quddiem is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pinu, qabel jirritorna lejn Malta permezz tal-Gozo Channel. Lura f ’Malta hu mistenni jivvjaġġa minn diversi bliet u rħula. Imbagħad il-Ħadd filgħodu, il-Papa se jmur fil-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat, waqt li fl-10:15 ta’ filgħodu jmexxi l-quddiesa tal-Ħadd minn fuq il-Fosos tal-Furjana fejn jgħid l-Anġelus. Il-Papa għandu wkoll laqgħa mal-immigranti fiċ-Ċentru tal-Laboratorju tal-Paċi f ’Ħal Far, li hu

mmexxi minn Patri Dijonisju Mintoff. Il-Papa se jkun qed iħalli pajjiżna l-Ħadd stess fis-6:15 ta’ filgħaxija. Din se tkun ir-raba’ żjara tal-Kap tal-Knisja Kattolika f ’pajjiżna, wara żewġ żjarat mill-Papa Ġwanni Pawlu t-Tieni fl-1990 u fl-2001 u s-suċċessur tiegħu l-Papa Benedittu XVI żar pajjiżna fl-2010. Din iż-żjara tal-Papa f ’pajjiżna kienet tħabbret waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-festa ta’ San Pawl fil-Belt min-Nunzju Appostoliku għal Malta Alessandro D’Errico. Dan wara li sentejn ilu, iż-żjara tal-Papa Franġisku ġiet posposta minħabba l-imxija.

€6M GĦAL IŻJED NEW WATER B’investiment ta’ €6 miljun, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) għaddejja b’ħidma fin-network tanNew Water f’Għawdex. Dan it-tkabbir qed isir f’diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex biex aktar bdiewa jibbenefikaw minn ilma msaffi li jkun jista’ jintuża fil-biedja lokali. Preżentement, in-network għaddej minn Għajnsielem sa Kerċem, filwaqt li għaddej xogħol biex ikompli jinfirex għal total ta’ disa’ kilometri. Grazzi għal dan l-investiment se jkun hemm 60 dispenser fil-gżira Għawdxija. Dan ġie mħabbar mil-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u l-Kap Eżekuttiv tal-WSC Ivan Falzon waqt żjara tax-xogħlijiet li qed isiru f’Santa Luċija, f’Kerċem. Il-Ministru Dalli spjegat kif il-korporazzjoni għaddejja b’ħidma biex tkompli ttejjeb il-kwalità tal-ilma, fejn diversi ġibjuni qed jiġu msaqqfa u b’hekk jiġi kontrollat in-network f’żoni rurali li se jkopri aktar minn 40km b’madwar 200 dispenser ta’ New Water f’Malta u f’Għawdex. Il-Ministru Camilleri fakkar li dan mhux l-uniku investiment li sar Għawdex f’dan ir-rigward hekk kif matul l-aħħar snin tnaddfu xi widien biex aktar ilma jiġi maħżun filwaqt li ġie inawgurat ġibjun għall-ħażna tal-ilma tax-xita, liema ilma ser ikun jista’ jintuża mill-bdiewa. “Id-WSC se tkompli tinvesti fl-infrastruttura tagħha biex tkompli tikkontribwixxi favur ekonomija ċirkolari, issaħħaħ l-ambjent ta’ madwarna u fl-istess ħin toffri sapport lill-industrija tal-biedja. Matul l-aħħar sentejn irdoppjajna l-ammont ta’ New Water li pproduċejna, imma l-miri tagħna huma ferm iżjed ambizzjużi. Dan l-investiment fin-networks li rajna llum jikkonferma l-impenn li għandna. Fondi Ewropej ma’ fondi nazzjonali li verament qed jagħmlu titjib għallġid komuni,” qal il-Kap Eżekuttiv Ivan Falzon.


12

27.02.2022

FLIMKIEN

GEORVIN BUGEJA President ŻL

Together. We Are. Din hija l-kampanja ta’ Żgħażagħ Laburisti. Aħna ż-żgħażagħ għandna l-ħolm u l-aspirazzjonijiet tagħna. Irridu dejjem nimxu ’l quddiem. F’ġimgħa ta’ kampanja elettorali, l-istampa hija ċara. Robert Abela se jmexxina ’l quddiem, Bernard Grech, jeħodna lura. F’ġimgħa waħda, il-Partit Laburista ħabbar sett ta’ miżuri importanti u interessanti li se jkomplu jgħinu liżżgħażagħ jimxu ’l quddiem. X’ġimgħa kienet din! Il-Partit Laburista ħabbar ħames proposti li bihom se jtejjeb il-kwalità tal-ħajja

tan-nies – żgħażagħ, familji u anzjani – se jagħtu l-opportunità lil kulħadd. Fuq perjodu ta’ seba’ snin, Gvern Laburista qed iwiegħed li se jinvesti €700 miljun fi spazji ħodor ġodda. Il-viżjoni tal-Partit Laburista hija li fil-qalba tal-ibliet u l-irħula tagħna jkollna aktar spazju fejn ingawdu lill-familji u lillħbieb u dan nagħmluh b’mod faċli mingħajr ma noqogħdu nivvjaġġaw biex immorru f’xi lokalità oħra. Għalhekk nemmen li b’investiment ta’ €700 miljun biex fl-ibliet u fl-irħula tagħna jkollna pul-

muni ħodor viċin fejn ngħixu permezz ta’ parks, ġonna, u kunċett ta’ urban green reclamation, tunnels għat-traffiku bi spazji ħodor fuqhom, proġetti ta’ urban greening u l-parkeġġi taħt l-art kollha se jkunu qed ibiddlu l-mentalità tagħna. Kulħadd jirrikonixxi li Gvern Laburista jwettaq dak li jwiegħed. Wettaq l-akbar proġetti infrastrutturali f’dan il-pajjiż, u żgur li ħadd ma jista’ jiddubita dwar il-kredibilità u l-potenzjal biex iwettaq dan il-proġett ambizzjuż biex isebbaħ il-bli-

et u l-irħula tagħna. Apparti minn hekk, miżura oħra li tħabbret u li laqtitni ħafna, kienet l-għotja li se tingħata lill-first time buyers. Meta l-Prim Ministru kien qed iħabbar dawn il-ħames miżuri, il-Ħadd li għadda, konna qed insegwu mill-Uffiċċju tagħna fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ħamrun. Magħna kellna first time buyers li għadhom kemm daħlu f’konvenju u f’kuntratt. Tara f’għajnejhom is-sodisfazzjon li hemm xi ħadd li qed jemmen fihom. Li jrid jagħtihom it-tama biex

ikunu jistgħu jilħqu l-aspirazzjoni tagħhom. €1,000 fis-sena, fuq 10 snin. Investiment globali ta’ €10,000 li se jinċentiva lill-first time buyers biex ma jaqtgħux qalbhom. Dan apparti miżuri oħra li ġew implimentati matul is-snin. It-tnaqqis ta’ taxxi u ż-żidiet lill-pensjonati żgur li kienu miżuri importanti wkoll biex ikomplu jgħinu lin-nies u jittaffew il-piżjiet. Malta flimkien għax meta nkunu magħqudin nistgħu niksbu ħafna. Malta flimkien għax aħna poplu wieħed. Malta flimkien għax il-firda mhux l-istil li aħna ż-żgħażagħ nabbraċċaw. Malta flimkien għax għandna l-ħolma li pajjiżna jibqa’ jeċċella. Jekk f’Malta nkunu flimkien, il-futur tassew hu sabiħ. Għalhekk fis-26 ta’ Marzu li ġej, pajjiżna għandu għażla importanti ħafna x’jagħmel. Għażla li se tiddeċiedi l-futur tagħna. Bernard Grech qalilna li l-Laburisti giddibin. Aħna nwieġbu bl-għaqda. Għax hekk nafu. Għax inħobbu verament lil pajjiżna.

LEJN SPORT MALTI TA’ SUĊĊESS

EDWARD CASSAR DELIA Kandidat fit-2 u t-3 Distrett

It-titjib li rajna fil-faċilitajiet sportivi kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex matul dawn l-aħħar ftit snin kien tabilħaqq impressjonanti. U m’iniex nitkellem biss fuq l-isport l-aktar popolari f’pajjiżna, il-futbol, iżda anki dixxiplini oħra li finalment bdew isibu l-appoġġ mhux bil-paroli tal-imgħoddi, iżda bil-fatti permezz ta’ fondi ferm akbar u inizjattivi li sa qabel l-2013 ma konniex noħolmu bihom. Dan il-proċess ta’ titjib fil-faċilitajiet u t-teknoloġija

għadu sejjer b’ritmu qawwi, tant li ħafna huma d-dilettanti Maltin u Għawdxin li qegħdin iħarsu b’ħeġġa u ottimiżmu lejn il-ġejjieni tal-isport favorit tagħhom. L-investiment li diġà sar u dak li se jkun qed isir, fosthom fit-trakka ta’ livell professjonali għat-tlielaq tal-karozzi f’Ħal Far, huwa garanzija li dawk li kienu joħolmu, illum jistgħu jgħaddu għar-realtà. Bħalhom dilettanti ta’ ħafna fergħat oħra tal-isport Malti. Wieħed mill-għanijiet ewlenin li għalihom għażilt li nidħol fl-arena politika ta’ pajjiżna huwa proprju biex ngħin fit-tisħiħ ta’ din il-ħidma kbira, fuq skala nazzjonali, b’risq l-isport Malti. Bl-appoġġ u l-fiduċja tan-nies nittama li nkun fuq ta’ quddiem ta’ dan il-proġett nazzjonali li jrid ipoġġi lil Malta sportiva f’livell ġdid ta’ professjonalità fejn jista’ jitkattar is-suċċess. M’għadx baqa’ lok għal dilettantiżmu li bih nibqgħu fejn aħna, aktar u aktar meta niġu għal sports varji li fihom pajjiżna sikwit

ikun rappreżentat f’kompetizzjonijiet u laqgħat internazzjonali. Irridu npoġġu isem Malta fuq il-mappa sportiva dinjija bla ma nkunu prużuntużi billi naħsbu li rridu niġru qabel nitgħallmu nimxu. L-istrateġija teħtieġ tkun mibnija fuq fażijiet ippjanati li jibdew mill-ewwel klassijiet tal-iskola sal-università u lil hinn minnha. Ngħid dan mingħajr ma nitfa’ l-iċken dell fuq sportivi Maltin u Għawdxin tal-imgħoddi li, bla dubju, għamlu ħilithom u xi wħud anki ġew lura fostna bl-unuri. Imma jibqa’ l-fatt li għad baqa’ diversi tarġiet x’nitilgħu qabel inkunu tabilħaqq kompetittivi biex saħansitra nisfidaw għal suċċessi li jissarrfu anki f’kisbiet ta’ tazzi u midalji. M’iniex nara kbir, anzi rrid nibqa’ prudenti u realistiku. Madankollu, jekk wieħed jara s-suċċess li kisbu ċerti pajjiżi żgħar, fosthom l-Iżlanda fil-futbol u l-atletika, San Marino, Ċipru u gżejjer żgħar fil-Karibew b’popolazzjoni

iżgħar minn tagħna u li isimhom bilkemm tiftakru, malajr jifhem li pjan ambizzjuż ta’ din ix-xejra li jista’ jkollha Malta f’dan il-qasam huwa sfida interessanti. Dik li rridu nimxu hija triq twila u li mhix nieqsa mill-intoppi, madanakollu bil-Gvern u l-għaqdiet sportivi jaħdmu spalla ma’ spalla, kif rajna tul dawn l-aħħar snin, l-isportiv Malti fl-aħħar jista’ jibda jemmen ferm aktar fih innifsu u r-riżultati li ġġib Malta joffru ferm aktar sodisfazzjon mis-sempliċi motto tal-imgħoddi li “l-aqwa li nipparteċipaw.” Tajjeb li nipparteċipaw, imma kemm ikun isbaħ li nipparteċipaw b’suċċess li jagħmel ġieħ lil Malta. Il-poplu Malti jixraqlu jkollu sportivi ottimisti u ħerqana li jtejbu l-prestazzjoni tagħhom, u huwa proprju għalhekk l-aċċenn li sar, u li bla dubju se jkun qed jitkompla, biex ikollhom l-aħjar faċilitajiet, l-aqwa taħriġ u iżjed investiment dirett fil-ħiliet tagħhom. Nafu, pereżempju, kemm

hu meħtieġ li jimtela l-vojt li hemm bejn il-livell ta’ sportivi tfal u adolexxenti u dak ta’ sportivi fl-aqwa età u saħħa fiżika tagħhom. Fil-qosor, il-qabża mil-livell tad-dilettanti għall-professjonalità li permezz tagħha biss nistgħu naspiraw li nidħlu fil-klassi ta’ pajjiżi żgħar bħalna u nikkompetu bl-unur. Dan hu parti mis-sehem li nixtieq nagħti fil-qasam politiku Malti. Mibni fuq esperjenza professjonali li, ma’ oħrajn fil-qasam u bi Gvern li jemmen fi proġett bħal dan, inkun nista’ nkun parti sħiħa mill-ħolma li lkoll għandna bħala nazzjon. Huwa impenn li, dejjem bl-appoġġ u l-fiduċja tal-poplu, nidħol għalih b’kuraġġ u b’rieda ġenwina. Is-suċċess ta’ Malta fil-qasam ekonomiku għandu jkun rifless fl-attivitajiet tagħha. Diġà rajnieh iseħħ f’setturi bħal dawk tas-servizzi finanzjarji, l-eGaming, l-industrija tal-films u diversi oħrajn fuq il-pjattaforma internazzjonali. Għaliex mhux ukoll fl-isport?


13

27.02.2022

INKOMPLU NINVESTU FL-ANZJANI TAGĦNA F’PAJJIŻNA

MICHAEL FARRUGIA Ministru

F’ħidma kontinwa mill-Gvern Malti biex l-anzjani f’pajjiżna jibqgħu jgħixu ħajja ta’ kwalità tajba, sigura u adattata, jien u t-tim tiegħi fil-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva qed nieħdu ħsieb nimplimentaw numru ta’ proġetti u sessjonijiet għall-adulti, kemm għal dawk fid-djar tal-anzjani kif ukoll għal dawk fil-komunità. Permezz ta’ proġett pilota li se jitħaddem f’numru ta’ djar tal-anzjani tal-gvern, se jiġu organizzati sessjonijiet dwar il-futbol mill-Malta Football Association. Dan grazzi għal ftehim li d-Dipartiment tal-Anzjanità

Attiva u Kura fil-Komunità u l-Malta Football Association għadhom kif iffirmaw. Ilproġett, #mytime, minbarra li qed jiffaċilita l-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ partijiet, se jkun qed jikkumplimenta numru ta’ attivitajiet li jiġu organizzati mid-dipartiment lill-anzjani biex l-anzjani jibqgħu jgħixu ħajja ta’ kwalità tajba. Għalissa għal dan il-proġett pilota ġew identifikati sebat idjar għall-anzjani, li huma tal-Mosta, tal-Imtarfa, tal-Furjana, tal-Mellieħa, ta’ Bormla, Dar Zammit Clapp u taż-Żejtun. Is-sessjonijiet se jkunu offruti mingħajr ħlas, għajr għal meta jkun hemm dħul għal logħob kompetittiv, fejn il-prezz se jkun wieħed sussidjat bit-trasport ipprovdut b’xejn mid-Dipartiment. Il-programm jinkludi: • Sessjoni ta’ introduzzjoni mal-Football Social Responsibility Department; • Żjara fl-istadium; • Żjara fil-mużew tal-futbol u laqgħa mal-plejers tat-tim nazzjonali; • Sessjoni ta’ walking football jew attivitajiet fiżiċi adattati skont il-bżonnijiet tal-parteċipanti;

• Dħul sussidjat għall-istadium biex l-anzjani jaraw logħob tal-futbol magħżula mill-parteċipanti. L-MFA se toffri s-sessjonijiet mal-anzjani u kull koordinazzjoni meħtieġa mal-kelliema, mat-tutors, l-istadium u l-mużew, materjal inkluż, filwaqt li tiżgura li kull attività fiżika kkoordinata għall-parteċipanti tkun sigura u adattata skont il-kapaċitajiet tal-istess parteċipanti. Nemmen li kull deċiżjoni li nieħdu li tolqot lill-anzjani, irridu nżommu f’moħħna kif nistgħu nkunu ta’ sapport għall-familji tagħhom. Huwa għalhekk li għamilna evalwazzjoni tas-servizzi eżistenti filwaqt li introduċejna oħrajn ġodda. Il-ġimgħa li għaddiet daħal fis-seħħ il-ftehim mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) li permezz tiegħu ġie żviluppat programm ta’ taħriġ imfassal biex jipprovdi edukazzjoni, taħriġ fil-ħiliet u appoġġ soċjali lil persuni li jieħdu ħsieb anzjani bid-dimensja, fosthom lill-qraba tagħhom. Dan il-programm ta’ taħriġ qed jingħata mingħajr ħlas. Malta hija l-ewwel pajjiż li qed timplimenta dan il-pro-

gramm ta’ taħriġ. Studji lokali jistmaw li bħalissa f’Malta madwar 7,000 familja għandhom membri tagħha bid-dimensja, u dan in-numru huwa mistenni li jiżdied fis-snin li ġejjin. Matul is-sena li għaddiet, tim ta’ esperti mid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ħadmu millqrib ma’ esperti tal-WHO biex jadattaw programm online ta’ edukazzjoni għall-kuntest u s-sitwazzjoni Maltija. Fil-ġranet li għaddew sar dan il-ftehim mal-WHO, magħruf bħala iSupport. Dan il-programm huwa dejjem disponibbli, konvenjenti, jippriserva l-privatezza u hu mfassal aktar għall-kapaċitajiet tal-persuna. Huwa programm edukattiv online li bħalissa huwa disponibbli fuq is-sit – www.activeageing.gov. mt. Il-programm iSupport għandu l-għan li jipprevjeni u/jew inaqqas l-isfidi ta’ saħħa mentali u fiżiċi assoċjati mal-kura, u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ dawk li jieħdu ħsieb lill-persuni bid-dimensja. Il-kors għandu ħames taqsimiet; introduzzjoni dwar id-dimensja, xi jfisser li tkun carer, kif tieħu

ħsieb tiegħek innifsek, il-kura ta’ kuljum, u bidliet fl-imġiba. Il-lezzjonijiet jikkonsistu f’qari qasir, eżempji deskrittivi u diversi eżerċizzji. Il-parteċipanti jingħataw ċertifikat fi tmiem il-kors. Il-kontenut oriġinali tal-verżjoni bl-Ingliż tal-iSupport ġie adattat għall-kuntest u l-ħtiġijiet talMaltin. Verżjoni bil-Malti se tkun offruta ukoll online fixxhur li ġejjin.

diversi aġenziji ta’ kreditu internazzjonali, anke matul il-pandemija. Pajjiż li l-Kummissjoni Ewropea ddeskrivietu bħala l-iktar pajjiż li ser ikollu ekonomija dinamika mill-pajjiżi Ewropej kemm din is-sena kif ukoll is-sena d-dieħla. Dan ukoll bħala pajjiż li ppreżenta l-aqwa pjan ta’ rkupru. Dan kollu jnissel tama u kuraġġ għall-futur, u dawn huma r-riżultati li bihom tirbaħ il-fiduċja tal-poplu Għawdxi u Malti. Hekk issir kredibbli: meta titkellem bl-azzjoni u bil-fatti. U għalhekk il-Prim Ministru huwa kredibbli u ħaddieħor mhuwiex u għalhekk in-nies temmen fil-proposti li ġew imħabbra għall-futur jekk ladarba jerġa’ jingħata l-fiduċja biex imexxi lil dan il-pajjiż. Proposti li għal darb’oħra jpoġġu bħala prijorità linnies, lill-familji, liż-żgħażagħ, u lill-pensjonanti. Proposti ta’

futur isbaħ u aħjar għalina u għal uliedna. Gvern b’viżjoni konkreta u li miegħu nafu fejn qegħdin. Gvern li qed jibbaża l-futur fuq ħames pilastri: il-kwalità ta’ ħajja aħjar, l-infrastruttura, l-edukazzjoni, l-ambjent u l-governanza xierqa. Ħames pilastri li meta tgħaqqadhom flimkien u l-proposti assoċjati magħhom jiġu mwettqa, ikollna pajjiż b’saħħtu mentalment, fiżikament u ekonomikament. Bħalma qal tajjeb il-Prim Ministru Robert Abela: “popolazzjoni b’saħħitha mentalment, fiżikament u ekonomikament twassal għal pajjiż aktar b’saħħtu, pajjiż li fih tgħix tajjeb.” Prim Ministru li fehem dak li jridu n-nies u qiegħed jipproponih. Gvern li wettaq u kommess li jibqa’ jwettaq bi mħabba u b’għaqal flimkien magħna. Gvern tal-għaqda, statista u fuq kollox gvern kredibbili.

Nemmen li kull deċiżjoni li nieħdu li tolqot lill-anzjani, irridu nżommu f’moħħna kif nistgħu nkunu ta’ sapport għall-familji tagħhom

IL-KREDIBILITÀ

ABIGAIL CAMILLERI Kandidata fit-13-il Distrett

Is-suċċess politiku jitkejjel b’ħafna modi però nemmen li l-kredibilità hija essenzjali, u dan għaliex inutli twiegħed l-ilma jiżfen, inutli titkellem dwar proposti jekk l-ewwel ma jirnexxilekx tirbaħ il-fiduċja ta’ dawk li jaħdmu spalla ma’ spalla miegħek u mal-poplu. U din hija d-differenza ewlenija bejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Op-

pożizzjoni Bernard Grech. Fuq naħa għandek Prim Ministru li malli ħa s-siġġu kien kapaċi jgħaqqad partit, u bit-tmexxija soda jmexxi l-pajjiż. Fuq in-naħa l-oħra għandek Kap tal-Oppożizzjoni li għadu sallum jipprova jgħaqqad il-partit aħseb u ara kemm wieħed jista’ jafdah biex imexxi l-pajjiż. Kulħadd jistà jkun kap però inutli tibqa’ kap u ma jirnexxilekx issir mexxej. U dan huwa l-pass li rnexxielu jagħmel il-Prim Ministru Robert Abela. Prim Ministru li malli ħa t-tmexxija tal-pajjiż f’idejh, sab quddiemu sfidi kbar speċjalment il-pandemija. Però minkejja dan kollu kien kapaċi jżomm bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija; isalva l-ħajjiet kif ukoll il-ħobża ta’ kuljum ta’ kull ħaddiem grazzi għall-vaċċin disponibbli għal kulħadd u għall-wage supplement. Iddeċieda b’mod għaqli u fil-ħin adattat. Ħad-

dieħor xtaq li mmorru għal lockdown, iżda ż-żmien tana parir u wriena biċ-ċar li d-deċiżjonijiet li ttieħdu kienu tajbin. Grazzi għall-injezzjoni tal-vouchers, l-ekonomija ma staġnatx u t-tilqim fiż-żmien adegwat wassal issa għarrilaxx gradwali tar-restrizzjonijiet. Il-pożittività, l-enerġija, l-għaqal, il-viżjoni u l-imħabba li dan il-Gvern għandu għal dan il-pajjiż kienu kruċjali biex Għawdex u Malta llum jinsabu ħafna aħjar mill-pajjiżi l-oħra tad-dinja. Gvern li investa finnies u ma applikax il-miżuri ta’ awsterità bħalma kien għamel ħaddieħor fi żminijiet inqas diffiċli minn dawn, aħseb u ara x’kien jagħmel issa. Illum ninsabu ngħixu f’pajjiż li sewa ta’ eżempju għall-pajjiżi l-oħra. Pajjiż li llum għandu l-inqas rata ta’ qgħad u li kemm-il darba ngħata ‘A’ rating minn


14

27.02.2022

27.02.2022

IL-PL KATALIST GĦAL BIDLA POŻITTIVA CHRISTIAN ZAMMIT KANDIDAT GĦAT-13-IL DISTRETT

MIN HU CHRISTIAN ZAMMIT? Twieled fl-1982 u għandu 39 sena. Wara l-Iskola Primarja fix-Xagħra, huwa kompla bl-istudji tiegħu fis-Seminarju Minuri u l-Iskola Sir M.A. Refalo, ilkoll fir-Rabat Għawdex. Christian eventwalment kiseb Dottorat fil-Liġi fl-Università ta’ Malta u pprattika għal xi snin bħala nutar. Mill-2007 ’l quddiem, huwa ġie elett għal erba’ elezzjonijiet konsekuttivi fil-Kunsill Lokali tax-Xagħra. Fl-2009, sar l-ewwel kandidat Laburista Għawdxi li qatt ikkontesta l-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. F’Lulju 2019, beda jokkupa l-kariga ta’ Sindku tax-Xagħra. Matul l-aħħar disa’ snin, kien il-Kap tas-Segretarjat tal-Ministri Godfrey Farrugia, Chris Fearne u Anton Refalo. Matul dawn l-aħħar snin, kien imbagħad konsulent tal-Ministri Justyne Caruana u Clint Camilleri.

STAT - Miżżewweġ LOKALITÀ FEJN TGĦIX - Ir-Rabat, Għawdex IKEL FAVORIT – Ikel Taljan, Grieg u Ġappuniż PASSATEMP – Qari, futbol u safar KTIEB FAVORIT – Kwalunke ktieb b’materja storika, u kotba li jittrattaw Melitensia MESSAĠĠ TA’ ISPIRAZZJONI – Is-suċċess mhuwiex finali, il-falliment mhux fatali: huwa l-kuraġġ li tkompli li jgħodd – Winston Churchill.

PROFESSJONI – Nutar

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Ilni attiv fil-Partit Laburista dawn l-aħħar 20 sena u kien ta’ pjaċir li naċċetta l-istedina li saritli ftit jiem ilu mill-Prim Ministru biex nikkontesta l-elezzjoni. Personalment, li tagħmel kampanja elettorali fi ftit ġimgħat mhix biċċa xogħol faċli, imma elezzjoni hi dejjem sforz ta’ tim u jeħtieġ li kulħadd jagħti daqqa

t’id f ’dan it-tim Laburista. U aċċettajt li nagħmel eżattament dan. Nemmen bis-sħiħ li dan huwa l-partit taż-żgħir, u l-partit li jġib riformi u riżultati għall-ġid ta’ kulħadd. Ideali li nibtu ftit aktar minn 100 sena ilu meta twaqqfet il-Camera del Lavoro, u llum għadhom validi u pertinenti. U konvint li l-Partit Laburista qed jippreżenta manifest elettorali brillanti ieħor, għall-ġid tagħna lkoll.

Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin? Naħseb li dak li kkaratterizza lill-Partit Laburista dawn l-aħħar snin huwa l-fatt li kien sinkronizzat ma’ dak li l-poplu ried u xtaq li l-Gvern jimplimenta. Kwistjonijiet li jvarjaw minn IVF sa unjonijiet ċivili. Riformi importanti oħra li qed isiru jvarjaw minn governanza tajba għal riformi fil-liġi tal-kirja. Dan mingħajr ma ninsew ilboom ekonomiku esperjenzat dawn l-aħħar snin, liema boom iffiltrat fi ħdan l-istrata kollha tas-soċjetà, filwaqt li kellna rata ta’ impjiegi rekord, anke waqt pandemija globali bla preċedent. Fil-gżira Għawdxija, dan il-Gvern għamel biċċa xogħol tajba ħafna fil-ġlieda kontra l-istaġjonalità fl-industrija tat-turiżmu, u rnexxielu jżid il-konnettività fiżika, bir-raba’ vapur u l-fast ferries, kif ukoll saħħaħ il-konnettività diġitali bit-tqegħid tat-tieni fibre optic cable. Punt ieħor importanti li wieħed ikollu bilfors isemmi huwa r-reverse osmosis ġdida f ’Ħondoq ir-Rummien. Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin? Il-Partit Laburista mhux biss ġedded lilu nnifsu f ’diversi strutturi u policies. Sar il-katalist għal bidla pożittiva fis-soċjetà Maltija. Huwa għalhekk li qed jattira eluf ta’ ċittadini Maltin lejn il-politika u l-programmi u l-manifesti elettorali tiegħu. Sar il-partit tal-preżent, u tal-futur. Il-Partit Nazzjonalista b’differenza mill-Partit Laburista, huwa mifni b’rivalità kerha interna, indifferenti għal dak li jixtiequ l-minoranzi, u b’mentalità tal-passat.

Il-Partit Laburista mhux biss ġedded lilu nnifsu f’diversi strutturi u policies. Sar il-katalist għal bidla pożittiva fis-soċjetà Maltija

X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? Onestament ħassejtni ħażin għalih, peress li għadda minn sentejn sħaħ ta’ sfidi terribbli. Madankollu, immatura malajr u wera li huwa kaptan eċċellenti f’ibħra aġitati ħafna. U dawn it-turbulenzi kollha wrew li hu mexxej sod u b’viżjoni. U ninsab żgur li l-elettorat se jkun qed iħallsu lura għall-isforz u l-impenn kbir li wera f’dawn l-aħħar sentejn. X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Malta li tkompli tikber ekonomikament, u tkompli tiddiversifika l-ekonomija tagħha, filwaqt li tagħti prijorità ewlenija lill-kwistjonijiet ambjentali. Rigward Għawdex, b’mod partikolari, dan jista’ jservi ta’ proġetti pilota ta’ enerġija alternattiva u mezzi alternattivi ta’ trasport, filwaqt li nipproteġu, nippriservaw u nsebbħu l-irħula tagħna. Inħares ukoll ’il quddiem biex nara l-implimentazzjoni ta’ parkeġġ ġdid fir-Rabat, b’estensjoni ta’ Ġnien Villa Rundle fuqu, u l-inawgurazzjoni tal-pixxina l-ġdida u l-Mużew t’Għawdex.


Inwessgħu t-tax bands fuq l-income tax

€66 miljun

+

€24 miljun f'rifużjoni tat-taxxa

=

€90miljun

fis-sena lin-nies, il-familji, il-ħaddiema u s-self-employed

robertabela.mt


16

27.02.2022

11.5 KM SERVIZZI U BANKINI ĠODDA F’ŻEWĠ TO Fost it-320 triq residenzjali u rurali li Infrastructure Malta bniet mill-ġdid matul is-sena li għaddiet kien hemm Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija u Triq Valletta, fl-Imqabba. L-investiment li sar f’dawn iż-żewġ toroq, li huma ukoll arterji prinċipali u li flimkien iġibu tul ta’ 1.7 kilometri, ammonta għal €2.5 miljun. Fihom tpoġġew 7.5 kilometri ta’ sistemi tas-servizzi ġodda taħt l-art, fosthom katusi u pajpijiet għall-ilma, cables tal-Internet u servizzi oħra ta’ telekomunikazzjoni u cables tal-elettriku għad-dwal ġodda tat-triq. Inbnew ukoll 4 kilometri bankini, inkluża bankina ġdida fi Triq Valletta li ma kellha l-ebda infrastruttura sigura għal dawk li jgħaddu minnha

bil-mixi. Infrastructure Malta għamlet ukoll titji fil-junction ta’ din it-triq ma’ Triq il-Konvoj ta’ Sant Marija, biex tiffaċilita l-konnessjonijiet bejnietho fir-rotta prinċipali lejn l-Imqabba, il-Qrendi u nħa oħrajn viċin. Fil-każ ta’ Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija l-Aġenz reġgħet bniet ukoll is-service roads li hemm magħ Tejbet ukoll is-sigurezza tal-konnessjonijiet tagħ ma’ diversi toroq residenzjali fil-qalba tal-Imqa permezz ta’ roundabouts f’salib it-toroq u miżuri oħ jn li jnaqqsu l-veloċità fis-sewqan. Biex iż-żewġ toroq sarilhom wiċċ ġdid intużaw 6 tunnellata t’asfalt u t-titjib li sar fihom tlesta bit-t wil ta’ 1,620 siġra, arbuxell u pjanti oħra.

INVESTIMENT TA’ €1.6 MILJUN FIĊ-ĊENTRU TAS-SAĦĦA FIL-G

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa Chris Fearne, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat fetħu mill-ġdid iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira li għal dawn l-aħħar xhur kien magħluq biex fih setgħu jsiru xogħlijiet strutturali u ta’ rinnovazzjoni. L-investiment f’dan iċ-ċentru tas-saħħa kien ta’ €1.6 miljun, fondi ġejjin mill-NDSF li jinkludu wkoll magna tal-X-ray ġdida u l-installazzjoni ta’ lift. Iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jilqa’ għall-ħtiġijiet primarji tas-saħħa ta’ 95,000 persuna li joqogħdu l-Gżira, l-Imsida, Ta’ Xbiex, il-Kappara, Tas-Sliema, l-Ibraġġ, San Ġiljan, Pembroke, is-Swieqi u San Ġwann. F’dan iċ-ċentru se jkunu offruti diversi servizzi, fosthom dak tat-tabib u infermiera, teħid tad-demm, kura tas-saqajn, klinika

għad-dijabete, klinika għall-kura u klinika għas-saħħa mentali fo jkunu qegħdin jiddaħħlu serviz ment ġodda għaċ-Ċentru tas-Sa il-Well Baby Clinic, Postnatal Cli ta’ fiżjoterapija. Id-Deputat Prim Ministru lill-ħaddiema tal-FMS u tal-Prim care li b’ħidma konġunta bejn possibbli li dan iċ-Ċentru tasjiftaħ il-bibien tiegħu b’dehr ment ġdida u b’numru ferm ikb mogħtija. “Nibqgħu kommess aktar servizzi fil-komunità qrib i mhux biss billi nsebbħu u nim iċ-Ċentri tas-Saħħa eżistenti, iż li naraw li jkollna berġa f’kull b Diġà ftaħna 15 minn dawn il-be


27.02.2022

17

OROQ FL-IMQABBA

ib ta om awi

zija ħha. ħha abba ħra-

6,029 tħaw-

N GŻIRA

a tal-għajnejn ost oħrajn. Se zzi kompletaaħħa tal-Gżira: inic u servizzi

u rringrazzja mary Healthniethom kien -Saħħa jerġa’ ra kompletabar ta’ servizzi si biex inżidu in-nies, u dan mmodernizzaw żda wkoll bilbelt jew raħal. ereġ, b’dik ta’

Marsaskala, Ħal Tarxien, Ta’ Giorni u l-Ħamrun jinsabu fi stadju avvanzat,” qal id-Deputat Prim Ministru. Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat qal li ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Ġżira huwa parti minn kullana ta’ investimenti biex jitwasslu servizzi ta’ saħħa fil-qalba tal-belt jew raħal u huwa wieħed minn 15-il ċentru tas-saħħa li nfetħu madwar Malta u Għawdex, b’investiment ta’ €1.6 miljun. “Dan mhux l-unika investiment li qed nagħmlu fis-saħħa. Qed ninvestu wkoll fil-kunċett ta’ urban greening. Nafu kemm l-ispazji ħodor miftuħa jgħinu kemm fis-saħħa fiżika kif ukoll dik mentali. L-investiment li qed inħabbru llum huwa turija ċara oħra ta’ kif qed noħolqu ġid li qed jasal fil-komunità,” stqarr is-Segretarju Parlamentari Muscat.


18

27.02.2022

PARTIT LI L-ĦIN KOLLU JIĠĠEDDED DAMIAN SPITERI

KANDIDAT GĦALL-10 U T-12-IL DISTRETT MIN HU DAMIAN SPITERI? Dr Damian Spiteri PhD huwa wiċċ ġdid fil-politika. Huwa twieled fis-6 ta’ Lulju 1968 f’San Ġiljan. Mar l-iskola ta’ San Alwiġi u attenda l-Università ta’ Malta minn fejn iggradwa b’Baċellerat fl-istudji Soċjali u l-Psikoloġija fis-sena 1993. Huwa kompla l-istudji tiegħu sakemm lesta d-Dottorat fis-sena 2007. Barra li għandu esperjenza fil-ħidma soċjali fidDipartiment tal-Edukazzjoni u mal-Caritas, Dr Spiteri kien jgħallem ukoll f’diversi skejjel madwar Malta. Fis-sena 2010 mar jgħallem fl-Università ta’ Strathclyde fl-Iskozja. Wara għamel żmien jgħallem l-MCAST u mbagħad għallem fl-Università ta’ York, fl-Ingilterra, bejn is-snin 2016-2018. Ftit wara beda jgħallem fl-Università ta’ Malta. Dr Spiteri huwa l-awtur ta’ diversi pubblikazzjonijiet u kotba, kemm dwar il-ħidma soċjali kif ukoll dwar il-pedagoġija u l-edukazzjoni. Fil-qasam tal-edukazzjoni ġie mistieden jitkellem dwar l-edukazzjoni f’diversi universitajiet barra minn Malta, fosthom il-Beijing Normal University fiċ-Ċina, u l-Università ta’ Fordham, fl-Amerka.

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Il-ħsieb u l-idea li nikkontesta mal-Partit Laburista bdew wara li kont qrajt il-Manifest Elettorali tal-2013. Tal-2017 terġa’ kien aħjar, u minn hemm ħassejt li għandi ħafna prinċipji komuni ma’ dan il-Partit. Xi tħoss li kienu l-akbar kisbiet li għamel il-Gvern Laburista tul is-snin? Avolja għadda ż-żmien minn fuqhom, imma t-twaqqif tal-miżuri soċjali bħal pensjonijiet għadhom jiġu meqjusa

Bħalissa huwa qiegħed fl-istadju finali tat-tieni ktieb tiegħu, ktieb dwar l-edukazzjoni bit-titlu: Pedagogy for 2050. PROFESSJONI – Lettur l-Università ta’ Malta STAT – Miżżewweġ LOKALITÀ FEJN TGĦIX – Tas-Sliema IKEL FAVORIT – Ikel tipikament Malti, inklużi l-bigilla u kull tip ta’ laħam PASSATEMP – Mużika u għawm KTIEB FAVORIT – The Splendid Journey ta’ Honore Morrow MESSAĠĠ TA’ ISPIRAZZJONI – Success is not final, failure is not fatal: it is the courage to continue that counts - Winston Churchill

bħala l-ikbar kisbiet ta’ dan il-Partit. Ministru kellu test importanti ħafKisba riċenti importanti oħra kienet iż- na li jiddeċiedi mingħajr ma jikkopżwieġ ċivili bejn koppji tal-istess sess. ja lil ta’ qablu, b’referenza partikolari għall-pandemija, u ż-żmien uriena li Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista kellu raġun bid-deċiżjonijiet li ħa. tul is-snin? X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Ħaġa li togħġobni f’dan il-partit hija l-bidla kontinwa. L-addattament Nixtieq nara l-edukazzjoni tintlaħaq tal-ideat tiegħu matul iż-żminijiet. minn kulħadd u li tkun iktar imfassla biex taddatta għall-istudent. NixX’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet ta’ tieq li l-istudenti jagħżlu s-suġġetti Robert Abela fl-aħħar xhur? u l-korsijiet li jridu jkomplu fuqhom meta jkun komdu għalihom mhux Ikolli ngħid li ma kinux żminijiet faċ- meta tiddetta s-sistema. Ukoll, iktar li. Anzi, bla preċedent. Madankol- innovazzjoni fil-qasam tal-IT u l-intellu, inħoss li Robert Abela bħala Prim liġenza artifiċjali.

Madankollu nħoss li Robert Abela bħala Prim Ministru kellu test importanti ħafna li jiddeċiedi mingħajr ma jikkopja lil ta’ qablu, b’referenza partikolari għall-pandemija, u ż-żmien uriena li kellu raġun bid-deċiżjonijiet li ħa


19

27.02.2022

ĊANS LI NGAWDU L-ĠMIEL TA’ PAJJIŻNA FLEUR ANN VELLA KANDIDATA GĦAS-7 DISTRETT MIN HI FLEUR ANN VELLA? Mara perseveranti, sinċiera u bieżla PROFESSJONI – Ekonomista li tmexxi negozju f’Ħaż-Żebbuġ STAT – Xebba

IKEL FAVORIT – Soppa bnina PASSATEMP – Nimxi fil-ġmiel ta’ Malta KTIEB FAVORIT – Bijografija ta’ Gorbachev

LOKALITÀ FEJN TGĦIX – In-Naxxar

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Il-Partit Laburista dejjem ħadem għall-ġid taż-żgħir jew tal-batut fis-soċjetà. Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin? L-ikbar kisba għalija kienet iċ-childcare b’xejn. Din wasslet biex kulħadd kellu aċċess għal metodu biex jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum filwaqt li wliedu jkunu indukrati. Dan neħħa piż kbir minn fuq in-nanniet kif ukoll ta ku-

raġġ lin-nisa li jafu llum li jistgħu tassew jinvestu fihom infusom biex ikollhom karriera u mhux ikollhom itemmu kollox mal-ewwel tarbija. Kisba kbira wkoll kienet il-maternity leave mħallsa minn maternity fund. Qabel kien jaqbillek finanzjarjament timpjega raġel u mhux mara ħalli ma jkollokx għaliex tħallaslu paga waqt li qiegħed irabbi lil uliedu. Illum min jimpjega jħallas ammont żgħir ta’ flus fil-maternity fund għal kull impjegat irrelevanti hux mara jew raġel. Għalhekk huwa indifferenti timpjegax mara jew raġel. Kemm iċ-childcare b’xejn kif ukoll il-maternity fund għenu biex in-ni-

sa jkunu aktar viċin l-ugwaljanza vera u jkollhom mezz biex jilħqu l-potenzjal tagħhom. Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin? Baqa’ jiġġedded billi baqa’ jisma’ linnies kollha inklużi dawk l-aktar umli. Baqa’ partit tan-nies u għan-nies. X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? Iktar riċenti, waqt żmien ta’ pandemija, il-Gvern kellu jara kif l-ekonomija setgħet tibqa’ għaddejja. L-iktar għajnuna li laqtitni kienet l-għajnuna biex negozji u anki l-Gvern ikunu jistgħu jħallu ħaddiema jaħdmu mid-dar. Ili nistudja dan il-metodu ta’ xogħol sa mis-sena 2000. Ir-reżistenza enormi li kien hemm kienet megħluba kompletament waqt il-pandemija. Ambjent ta’ uffiċini sar ta’ riskju għall-ħaddiema u għalhekk kellha tinstab soluzzjoni biex ix-xogħol ikompli għaddej mingħajr xkiel. Il-possibbiltà li taħdem mid-dar kienet għajnuna imprezzabbli biex mhux biss jonqos traffiku żejjed imma anki jkun jista’ jintlaħaq bilanċ aħjar bejn xogħol u ħajja privata. Il-ħin li kien jinħela fit-traffiku, illum ħafna ħaddiema jistgħu jgħadduh mal-familja. Dan japplika wkoll b’mod speċjali għal ħaddiema Għawdxin. Kisba oħra li laqtitni hija li Malta reġgħet għandha f ’idejha l-art taż-Żonqor. Il-kosta ta’ bejn Smart City u Marsascala hija kosta bi sbuħija eċċezzjonali u li din tibqa’ f ’idejn il-Gvern Malti kien pass importanti sabiex nissalvagwardjaw il-wirt naturali tagħna. Kisba importanti oħra kienet l-investiment fl-infrastruttura tat-toroq li llum nistgħu ngħidu huma fost l-iktar moderni u verament naqas il-ħin tat-traffiku. Niftakar li biex taqsam min-naħa ta’ fuq ta’ Malta għan-naħa ta’ isfel kont iddum siegħa fit-traffiku l-Marsa. Illum dan kollu spiċċa u qed ikollna iktar ħin biex ngħaddu mal-familja.

Baqa’ jiġġedded billi baqa’ jisma’ lin-nies kollha inklużi dawk l-aktar umli. Baqa’ partit tan-nies u għan-nies

X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Il-ħolma tiegħi għal Malta hija li l-familji jkollhom ċans igawdu l-ġmiel ta’ dan il-pajjiż flimkien. Dan jista’ jintlaħaq billi naraw li l-familji jkollhom biżżejjed ħin liberu. Għandna wkoll nipproteġu l-ambjent u l-wirt storiku imprezzabbli li għandna. Importanti wkoll intejbu l-kundizzjoni ta’ ħafna postijiet li hawn mitluqa. Eżempju ta’ dan huwa l-Forti Ricasoli u xi swar tal-Kottonera. Eżempju ieħor huwa l-Park tal-Inwadar li minn miżbla qed isir post ta’ rikreazzjoni. Partit Laburista huwa kommess li jonfoq €700 miljun fuq seba’ snin sabiex ikollna verament spazji ta’ rikreazzjoni li huma tant importanti għas-saħħa tal-bniedem. Żvilupp ta’ dawn is-siti għandu jġib livell ta’ għajxien aħjar għallMaltin kollha kif ukoll jattira iktar turisti u investituri lejn pajjiżna u b’hekk inkunu nistgħu nkomplu nkabbru l-ekonomija tagħna u nsostnu s-servizzi soċjali bħal pensjonijet u servizzi għal nies b’diżabilità.


20

27.02.2022

SPAZJI LURA GĦAND IR-RESIDENT

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsillier PL

Sakemm tkunu qed taqraw dan l-artiklu, il-kampanja elettorali tkun għaddiet ġimgħa minn fuqha. Qed nikteb l-għada li l-Prim Ministru ħabbar id-data tal-elezzjoni ġenerali 2022. L-għada li l-Prim Ministru ħabbar li prijorità ewlenija fil-ħidma ta’ Gvern ġdid se jkun l-ambjent. Kien aktar speċifiku u qal li rridu naraw li jkollna aktar spazji miftuħa f ’kull belt u raħal u bl-istess mod, żoni pedonali. Dan fost suġġetti oħra li ġew trattati fil-messaġġ li għamel. Bla dubju ta’ xejn, li dan li għadni kemm semmejt kien l-aktar li ġibidli l-attenzjoni għaliex huwa suġġett li bħala Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali, tkellimna dwaru lura f ’Ottubru tal-2019, fejn hemm ġiet imnedija l-Viżjoni Komuni għall-Kunsilli Lokali. Viżjoni li hija bbażata fuq erba’ pillastri ewlenin: Mobbilità sostenibbli, Ambjent urban, Spazji miftuħa u Bliet u rħula aktar intelliġenti. Viżjoni: Ir-Resident l-Ewwel, Kwalità ta’ Ħajja Aħjar! Għaldaqstant, dak li qal il-Prim Ministru li ser ikun hemm allokazzjoni ta’ €700 miljun fuq medda ta’ seba’ snin biex jiġu investiti fi spazji ġodda, b’enfasi fil-qalba tal-ibliet u l-irħula, ifisser proprju dak li ħdimna għalih tul dawn l-aħħar sentejn. Proġetti li jaraw bidla fil-ħsieb, bidla fil-prijoritajiet tagħna, bidla fl-użu ta’ mezzi alternattivi ta’ trasport, fosthom il-mixi u biex timxi, biex tuża r-rota, u mezzi oħra flok il-karozza privata. Dawn kollha trid l-infrastruttura għalihom. Irridu proġetti li jinkoraġġixxu lir-residenti biex jagħmlu għażliet differenti, biex ikollhom prijoritajiet differenti. Irridu nibdew billi naraw aktar proġetti urbani sostenibbli fil-qalba tal-irħula tagħna. Konna spjegajna li dawn huma imperattivi għaliex ma jagħmilx sens li biex toħroġ lit-tfal tiegħek taqbad il-vettura u jkollok issuq lejn żoni fil-periferija tal-lokal tiegħek jew lokal ieħor. Huwa kruċjali li jkollna dawn l-ispazji b’mod frekwenti fil-lokalitajiet kollha. Jidher ċar li l-Partit Laburista fehem

dak li qed jgħidu l-Kunsilli Lokali, u jidher biċ-ċar li dan se jkun b’xi mod parti mill-manifest tal-istess Partit. Il-Progett SlowStreets huwa kontinwazzjoni ta’ dan kollu għaliex l-iskop tiegħu huwa li jinħolqu kuriduri sikuri li fihom isir użu minn mezzi alternattivi ta’ trasport, bħal: mixi, roti, scooters, eċċ. Dan jgħin sabiex jitnaqqas l-użu tal-vetturi privati fil-qalba tal-lokalitajiet. L-iskop huwa wkoll li jiġu ppriservati mill-ġdid ‘pockets’ fil-lokalità li jingħataw lura lir-residenti f’forma ta’ ‘play streets’. Play streets huma pockets li fihom Kunsill Lokali jkun jista’ jorganizza attivitajiet għall-artisti lokali, logħob tradizzjonali għat-tfal, sessjonijiet ta’ qari, attivitajiet sportivi, eċċ. Dan ikun ifisser li r-residenti jkollhom spazji viċin id-dar tagħhom fejn jistgħu jiltaqgħu, jitkellmu, jissoċjalizzaw u jserrħu l-menti tagħhom mill-pressjoni li l-ħajja ġġib magħha. Dawn l-istess spazji jservu wkoll biex itaffu jew jindirizzaw il-problema ta’ saħħa mentali għaliex huwa fatt magħruf li titjib fl-ambjent urban jagħti wkoll lok għal tisħiħ b’mod naturali fil-kura mentali, speċjalment wara sentejn u fuqhom f’pandemija dinjija. Għaldaqstant, kemm fuq livell personali kif ukoll bħala Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, ħdimna qatigħ fl-aħħar sentejn u nofs biex ikollna dawn iż-żoni stabbiliti u kif għandhom isiru. Ma nistax ma naqbilx u ma nfaħħarx din l-istrateġija tal-Gvern. Fattur importanti f’dan kollu huwa però li ssir distinzjoni bejn il-proġetti li għandu jwettaq ilGvern Ċentrali u dawk li għandhom iwettqu l-Kunsilli Lokali. Bla dubju ta’ xejn li proġetti bħal tisqif tal-mini ta’ Santa Venera jridu jsiru mill-Gvern Ċentrali, iżda proġetti fil-qalba tal-lokalitajiet, dawn għandu jkun hemm finanzjament għalihom lill-Kunsilli Lokali u jkunu huma li jieħdu r-responsabbiltà li jwettquhom. Dan għaliex fi proġetti bħal dawn, importanti li jkun hemm “bottom up approach” għaliex huma l-Kunsilli Lokali nfushom li jafu x’inhu l-aħjar li jsir fil-lokal tagħhom u kif dawn il-proġetti għandhom jiġu implimentati. Anki għaliex, 43 minn 68 Kunsill Lokali, diġà għandhom l-ewwel fażi ta’ ppjantar lesta u jonqos biss il-fondi biex jiġu implimentati. Indubjament, din hija t-triq ’il quddiem u l-fatt li l-Gvern qed jagħti daqstant importanza lill-ambjent urban u anki l-kwalità tal-ħajja tan-nies, huwa imperattiv fid-dinja li qed ngħixu fiha llum. Konvint li meta, u jekk l-affarijiet isiru minn isfel għal fuq, se naraw riżultati li se jibdlu wiċċ l-ibliet u l-irħula tagħna.

Sur Editur, Għandna xahar ta’ taqtigħ il-qalb, Sur Editur. Stenna, stenna – mhux inqattgħu qalbna għax se nitilfu l-elezzjoni ta! L-aktar bil-paprati li ħerġin u bil-minus four. Minus Claudio, minus Mario, minus Clyde u minus Kristy. U sakemm qed nikteb dan, jista’ jkun hemm xi minus iktar. Għax hekk qal il-Kap tagħhom li ma jeskludix li sal-elezzjoni jkollu iktar minn tiegħu li joħorġulu emm, ħames swaba’, ixejrulu u jgħidulu bye bye, biex nobdi lill-President u lillPrim Ministru u nkun prudenti. Għax ridt nagħmel minus four minn dawk is-swaba’. Imma nsomma! Issa aħna l-Laburisti dejjem nobdu. Ara huma prudenza ta’ xejn. Jista’ mhux jinżel il-Mulej u jħarsilhom bl-ikrah! Imbasta kollhom qdusija u reliġjożità. Kif ma jinbidlux dawn. Sewwa qed jgħidilhom il-Prim tagħna, ankrati mal-passat. F’kollox. L-aqwa li qed jgħidu li qed jiġġeddu. Iva b’Beppe t-tifel ta’ ‘Fejnhom il-Laburisti’ Fenech Adami flok Kristy. Iva qed jiġġeddu. Ħożż fl-ilma. U bilħaqq, il-Laburisti u dawk li fetħu għajnejhom, għax qatt ma huwa tard, u qed jikkonvertu u jiġu magħna, jidhru fis-surveys ta’ Marmara. Punto e basta. L-aqwa li Claudio qal li mhux se jikkontesta l-elezzjoni biex jagħti spazju għal uċuħ ġodda. Issa kemm huwa wiċċ ġdid Beppe tas-swimming pool tal-Għargħur, inħalli f ’idejk, Sur Editur. Mhux għax kellna xi dubju ta, imma fl-ewwel ġimgħa tal-kampanja, lanqas biss paragun ma hemm. Issa mhux qed ngħid hekk għax jien Laburist minn twelidi ta! Qed jgħiduh dawk kollha li għandhom rashom fuq għonqhom. U li m’għandhomx intelliġenza ta’ bankina. Il-Kap tagħhom qal li se jibża’ għall-ambjent. Iva, imma għax b’dawk li qed jitilqulu, il-polza tal-vot se tkun iqsar u niffrankaw il-karti! Meta għedtha lil Melda tiegħi din għajritni baħnan. Nittama li tal-inqas int tbissimt Sur Editur. Għax inkella ndaħħlek fil-lista ta’ wiċċ il-qrusa. Qed iħallihom bla nifs, Sur Editur. Mela għax għandna Prim li jisma’ lill-poplu u jwettaq dak li jixtiequ, tarahom ibiddlu wiċċhom minn qrusa livell wieħed, għal qrusa livell premier. Qegħdin ħaqq l-ożbreċ sew. Il-Prim min-nies u mid-djalogu magħhom sema’ meta ħabbar li l-marina ta’ Wied il-Għajn mhux se ssir, mela minn Bernie jew! X’kull waħda. Alla jbierek, minnhom sema’ qed jgħidu. U ħalluna u morru sewwu x-xquq li hemm fil-partit, x’kull waħda. U biex jibbrillaw fil-qrusa qed idaħħlu dubju jekk dak li qal ilPrim tagħna hux veru. Aħna tal-Labour konsistenti, Nard. Mhux bħalek li ddawwar dak li tgħid wara żewġ minuti. Imnalla ċeda għall-pressjoni tagħhom biex il-marina mhux se ssir, ħej. U morru dabbru! Morru dabbru ħames mitt ewro, li qed tittallbu mingħand innies. Ara aħna, nifqgħu lin-nies bil-flus, mela neħdulhom minn buthom! Aħna nżidu l-pensjonijiet u l-istipendji – għal darb’oħra Grazzi Prim! Aħna ngħinu lil dawk li se jixtru dar l-ewwel darba. Aħna nnaqqsu t-taxxi. U huma jisolħu. X’paragun dak, hux! Qas ma’ tagħhom stess. Għax ipprovaw ibenġluha li dawk il-minus four telqu ’l hemm minn jeddhom u Mario Galea rremetta kollox. Għamlulu ħajtu nfern, qal. U dan ma’ tagħhom. Aħseb u ara jekk ikunu fil-gvern u jkun hemm xi Laburist, jew wieħed minn dawk li fetaħ għajnejh u dar magħna. Ajma ħej! Ara xi jsir minnhom dawn, kieku. Għandna viżjoni konkreta għal pajjiżna, qal Nardu tagħhom. Iva l-iktar jekk dan il-konkrit huwa l-istess bħal dak li uża l-Gvern tagħhom f ’Mater Dei. L-isbaħ, li jgħidu li aħna qed nikkopjawhom għax ħasbuna kollha bħal David Agius, u mbagħad mar Għawdex u waħda mill-proposti li qal Nardu kienet ta’ kampus tal-MCAST ġdid f ’Għawdex. Xi ħaġa li ilha li ntqalet mill-Gvern tagħna xhur sħaħ. Iva aħna nikkupjaw. Nikkupjaw my foot!


21

27.02.2022

“NOLETTI” AKKWISTAT GĦALL-KOLLEZZJONI NAZZJONALI FIL-MUŻA Pittura ta’ Francesco Noletti, magħruf bħala “Il Maltese”, ġiet akkwistata minn Heritage Malta biex tingħaqad mal-kollezzjoni nazzjonali fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, fejn se timla lakuna billi m’hemmx biċċa xogħol oħra minn id dan l-artist. Il-kwadru nxtara s-sena li għaddiet mill-irkantaturi Sotheby’s ta’ Pariġi. Noletti kien pittur Malti tas-Seklu 17 li stabbilixxa ruħu

b’mod mill-aktar prominenti f’Ruma. Hu baqa’ magħruf għat-timbru li ħalla fuq il-ġeneru tan-natura morta Barokka bl-inklużjoni ta’ twapet b’disinji elaborati li jiġbdu l-għajn f’xogħlijietu. L-istil tiegħu għamlu artist imfittex ħafna u tant kellu fama kbira li l-pitturi tiegħu ġew ikkopjati minn diversi artisti oħrajn. Illum kwadri minn tiegħu huma esebiti f’mużewijiet prestiġjużi bħal-Louvre u

l-Istate Hermitage Museum. Il-kwadru, bl-isem “Still Life with a Turkish Carpet and a Boar”, huwa żejt fuq it-tila u juri arranġament rikk b’tapit preġjat, ħlewwiet u ħanżir selvaġġ maqtul bil-kaċċa, ilkoll simboli ta’ lussu fid-dinja Barokka tas-Sekli 17 u 18. Għalkemm għad trid tiġi studjata waqt ir-restawr, jidher li fir-rokna t’isfel, fin-naħa tal-lemin, hemm l-iskrizzjoni “Il Maltese”. F’kumment dwar dan l-akkwist ta’ Heritage Malta, il-Professur Keith Sciberras, Kap tad-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta, qal li għalkemm l-eżistenza tal-kwadru kienet magħrufa, għal ħafna snin dan kien ikkunsidrat bħala mitluf. Għalhekk kienet sorpriża sabiħa meta tfaċċa fi rkant, u mill-ewwel tqanqal interess kbir biex il-kwadru jinġieb Malta – kemm għax l-artist li għamlu hu Malti u wkoll għax dan l-artist hu wieħed mill-aqwa li qatt ipproduċa pajjiżna. Il-valur artistiku tal-pittura ta’ Noletti li għadha kemm ġiet akkwistata hu kbir kemm għax ftit li xejn għandna kwadri tiegħu u wkoll għax dan hu kwadru b’saħħtu ħafna li jixraqlu jkun fil-kollezzjoni nazzjonali. Noel Zammit, il-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan l-akkwist importanti li għam-

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

let Heritage Malta u li permezz tiegħu se tkompli tkattar l-aċċessibbiltà tal-pubbliku għall-arti. Il-pittura ta’ Noletti – artist li għamel isem mhux biss għalih innifsu iżda wkoll għal Malta – se toffri wkoll opportunitajiet ġodda lill-istudjużi u r-riċerkaturi biex jaraw millqrib din il-biċċa xogħol, li kieku ma kienx ikollhom aċċess fiżiku għaliha. Kenneth Cassar, Kuratur Anzjan għall-Etnografija u l-Arti fi ħdan Heritage Malta, qal li grazzi għall-preżenza tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta, pajjiżna rċieva ħafna xogħlijiet tal-arti tal-ogħla livell. Iżda Malta wkoll offriet xi artisti ta’ kalibru lix-xena Ewropea u Noletti kien wieħed minnhom. Heritage Malta qed tiċċelebra l-wasla ta’ din il-pittura li għamlet il-patrimonju artistiku tagħna aktar għani b’dan l-artist imfittex fil-Barokk Ruman. Anthony Spagnol, Konser-

vatur Anzjan ma’ Heritage Malta, qal li l-kwadru ta’ Noletti jinsab fi stat tajjeb ħafna u għalhekk il-konservaturi ta’ Heritage Malta se jindirizzaw l-estetika tiegħu aktar milli l-istruttura tiegħu. Ingħad li fl-imgħoddi l-kwadru sarulu xi interventi, kif wieħed jistenna minn pittura li tmur lura sekli sħaħ. Issa se jkun ikkonservat dak kollu li għadu validu, filwaqt li jitneħħa l-verniċ li biż-żmien sfar u qed jaħbi l-kuluri proprji tal-kwadru. Se tiġi studjata wkoll il-firma li hemm fin-naħa t’isfel tal-pittura, filwaqt li se jsir aktar stħarriġ dwar il-fatt li meta l-kwadru twaħħal ma’ tila oħra, jidher li kien mitwi minn naħa waħda u għalhekk kien jidher iżgħar. Dan il-proċess kollu ta’ konservazzjoni se jieħu ftit xhur u għalhekk il-kwadru mistenni jkun esebit għall-pubbliku fit-tieni nofs ta’ din is-sena.


22

27.02.2022

KUMMISSARJU ĠDID GĦAD-DRITTIJIET TAT-TFAL Tliet ġimgħat ilu kellna l-ħatra tas-Sinjura Antoinette Vassallo, bħala l-Kummissarju l-ġdid tat-Tfal. Il-gazzetta KullĦadd ħadet l-okkażjoni li tiltaqa’ magħha fl-Uffiċċju tagħha f’Santa Luċija, biex tkun taf aktar fuq ħidmet dan l-Uffiċċju u x’beħsiebha twettaq aktar b’risq it-tfal. Minn CHARLES B. SPITERI L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jaħdem biex jara li l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda b’risq id-Drittjiet tat-Tfal tiġi mħarsa. Iżda f ’Malta, kellna għaliex nissieħbu f ’tali Konvenzjoni? L-ewwel Konvenzjoni talĠnus Magħquda dwar id-drittijiet tat-tfal saret fl-1989 u kienu pparteċipaw u ssieħbu 195 pajjiż. L-iskop kien li kulħadd jaħdem bl-istess mod għall-ġid tat-tfal. Għalhekk nemmen li Malta, bħal pajjiżi oħra, ħasset il-bżonn li nissieħbu, biex id-drittijiet tat-tfal ikunu salvagwardjati mill-pajjiżi kollha u mxejna skont il-Konvenzjoni li kienet xi ħaġa stabbilita fuq il-pajjiżi kollha. Taqbel mal-fatt li l-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Tfal qisu ħa f ’idejh xogħol importanti tal-ġenituri, speċjalment fejn tidħol dixxiplina? Le, mhux il-każ. Dan peress li aħna se nimxu fuq dawk id-drittijiet bażiċi li hemm fil-Konvenzjoni. Id-drittijiet huma hemm għas-salvagwardja tat-tfal, mhux biex jidħlu fid-dixxiplina tal-ġenituri. Ħidmietna hi li ngħarrfu dwar x’titlob il-Konvenzjoni. Issa jkun hemm sitwazzjonijiet meta l-ġenituri ma jkunux jafu x’inhuma d-drittijiet ta’ wliedhom. Għalhekk meta jkun hemm waqtiet fejn il-ġenituri ma jkunux jafu kif għandhom irabbu sew, aħna noffru linja gwida. Iżda nassumu jkun hemm tfal li jirrappurtaw li sar xi swat fuqhom? Jekk xi ħadd jinforma lilna b’dan, aħna ninfurmaw lid-Direttorat tal-Protezzjoni tat-Tfal, peress li aħna ma noffrux servizzi. Noffru biss għarfien u naraw li d-drittijiet tat-tfal jingħataw bl-aħjar

mod possibbli.

et li jagħmlu dan ix-xogħol utli ma’ wlied uliedhom u Tara li llum il-ġurnata, jaraw li l-ħtiġiet meħtieġa li kemm il-missirijiet u jingħatawlhom. Għalina, l-ommijiet ħarġu jaħdmu, tkun l-omm, il-missier jew ċerti drittijiet tat-tfal naqsu? xi ħadd min-nanniet, ma tagħmilx differenza, sakemm Hi ħajja differenti minn dik li it-tfal jingħataw id-drittijiet trabbejna fiha aħna. U hemm li jistħoqqilhom. waqtiet fil-ħajja fejn ir-realtajiet inbidlu, iżda ma nemminx Xi żmien ilu kont rajt ktejjeb, li naqsu, għax insibu wkoll maħruġ mill-Uffiċċju il-faċilitajiet li beda jippro- tal-Kummissarju tat-Tfal, li vdi l-Gvern, bħall-Free Child jisħaq biss għad-drittijiet Scheme li tgħin ħafna. L-im- tat-tfal u mkien ma tara portanti għalina hu li t-tfal l-kelma dmirijiet. Xi tgħidli ma jitħallewx waħidhom u fuq dan? li jkollhom min jieħu ħsiebhom. Fil-fatt, biex ma jiġrix Id-dmirijiet jiġu waħidhom. hekk, għadna nsibu nanni- Għax jekk jien ġenitur u qed

ngħallem lil uliedi x’inhu ħażin u nispjegalhom għaliex hu ħażin, mela indirettament it-tfal qed jifhmu x’għandu jkun id-dmir tagħhom. Din bħal-liġijiet. Isiru biex jinfurmawk x’m’għandekx tagħmel u jwissuk x’inhu ħażin. Għalhekk, awtomatikament taf li hu dmir tiegħek li ma tagħmilx il-kontra. U hekk littfal. Inħarsu lejn is-sena li għaddiet u naraw li kien hawn rappurtati 366 każ ta’ bullying. Ma taħsibx li l-ġenituri tambrulhom minn żgħar li m’għandhomx jiġġieldu ma’ ħbiebhom?

U bħala Uffiċċju talKummissarju tat-Tfal, iżżuru skejjel? Għad hawn ħafna nuqqas ta’ għarfien. Meta nitkellmu fuq drittijiet, huma affarijiet bażiċi, bħal pereżempju nisħqu għal ikel bnin, li jsir l-eżerċizzju, li jkollok il-ħin biex tilgħab. Aħna m’aħniex nitkellmu fuq affarijiet li dak li jkun, jagħmel li jrid, iżda importanti nifhmu li fejn jidħlu d-drittijiet, ma jingħatawx b’kundizzjoni bħal ‘la obdejt, ikollok ħin biex tilgħab’. Iddritt qiegħed hemm u hu sagrosant. Ovvjament, ma jfissirx li qed ngħidu jew inħeġġu


23

27.02.2022 it-tfal?

Ħidmietna hi li ngħarrfu dwar x’titlob il-Konvenzjoni. Issa jkun hemm sitwazzjonijiet fejn il-ġenituri ma jkunux jafu x’inhuma d-drittijiet ta’ wliedhom. Għalhekk meta jkun hemm waqtiet fejn il-ġenituri ma jkunux jafu kif għandhom irabbu sew, aħna noffru linja gwida

lit-tfal jagħmlu li jridu. Iżda r-rwol tal-Uffiċċju hu li nipproteġu anki lit-tfal li forsi ma jagħmlux id-dmirijiet tagħhom, jekk pereżempju jiksru l-liġi, jew ikollhom sitwazzjonijiet ta’ bullying. Aħna rridu naraw li t-tfal kollha jingħataw l-appoġġ u l-għajnuna li għandhom bżonn. Issa ħafna drabi l-bully, jew ikun għaddej minn bullying hu stess jew ikun qed iħabbat wiċċu ma’ ċerti diffikultajiet. Jiġifieri l-pajjiż kollu għandu jgħin f’dawn is-sitwazzjonijiet. Jien qiegħda hemm biex nara li kollox jimxi sew fejn jidħlu d-drittijiet tat-tfal. Madanakollu, nemmen li l-każi tal-bullying għandhom ikunu investigati u jinstab kemm min wettqu, kif ukoll min kien vittma. Imbagħad jitqabbdu nies professjonali biex isibu r-raġuni, għax dak li jidher bħala bullying, jaf ikol-

lu għeruq xi mkien ieħor, forsi Isiru, biex niċċaraw inwkoll fil-familja. Importanti li nuqqas ta’ għarfien li jkolljingħata l-appoġġ neċessarju. hom ħafna nies; fosthom li jemmnu, li meta nagħtu Issibu problemi ta’ dan d-drittijiet lit-tfal inkunu qed it-tip? inħeġġuhom jagħmlu li jridu. Iżda nagħmlu ħilitna biex inKien hemm u għad hemm il- fehmuhom x’inhuma d-dritfatt tas-separazzjonijiet bejn tijiet. il-ġenituri, li biex jimpikaw ma’ xulxin lanqas jiffirmaw Issa bħala Kummissarjat, biex xi ħadd ieħor minflok- minn meta u sa liema età hom jiddiskuti l-problema jaqgħu taħtkom it-tfal? tat-tfal. L-istess pika ġieli saret meta t-tfal ikunu jix- Il-Konvenzjoni tkopri littiequ jattendu SkolaSajf jew tfal sal-età ta’ 18-il sena. Ma attivitajiet oħrajn. Iżda issa ssemmix minn meta, għax hemm liġi ġdida tal-edu- dak ikun f’idejn il-pajjiżi kazzjoni, fejn insibu bord rispettivi. Iżda l-liġi tal-Kumli f’waqtiet bħal dawn, jid- missarju tat-Tfal f’pajjiżna deċiedi hu fl-aħjar interessi tisħaq li għandna nipproteġu tat-tfal. Allura f’ċirkustanzi wkoll lis-saħħa tal-omm fejn il-ġenituri ma jkunux meta tkun tqila. qed jaqblu fuq l-edukazzjoni tat-tfal, jidħol hu. Mill-2004, meta twaqqaf l-Uffiċċju, Isiru xi taħditiet mat-tfal x’taraw li kienu l-aktar tal-iskejjel? ħidmiet kbar li saru b’risq

fehmuhom u mhux ngħidulhom ‘int trid tagħmel hekk, Il-Kummissarji kollha ħadmu għax hekk qed ngħidlek jien’. biex ikunu msaħħin il-protezzjoni u d-drittijiet tat-tfal Nemmen li għad jasal u lkoll saħqu li t-tfal ikunu ukoll żmien fejn il-ġenituri Rights Holders u mhux esten- jkollhom ukoll xi Awtorità sjoni jew proprjetà tal-ġeni- biex tħarishom. X’taħseb? turi. Illum kulħadd jifhem li l-ulied huma responsabbiltà Teżisti strateġija li ħareġ tal-ġenituri iżda huma Rights il-Ministeru għall-Familja, Holders tagħhom infush- tal-Onor. Dr. Michael Falom; jiġifieri jipparteċipaw zon fuq it-trobbija pożittiva. fid-deċiżjonijiet u mhux jit- Hemm grupp ta’ nies u anki kellmu biss meta jgħidulhom l-Uffiċċju tagħna hu preżenil-ġenituri. ti fih, biex ikun hemm aktar Terġa’ fl-2017, il-Ministeru għarfien ta’ kif inkunu nistħareġ l-ewwel politika nazz- għu nrabbu u nrawmu lit-tfal jonali għat-tfal, li bħala Uffiċċ- b’mod aktar pożittiv. ju konna ilna ngħidu li kellna bżonnha. Issa qed nagħmlu Tħoss li bil-karezzi u l-monitoraġġ tagħha. ż-żegħil, it-tfal jistgħu jitilgħu dixxiplinati? Ħa ndur fuq l-istudenti u l-basktijiet tqal li jġorru. Ejja nirraġunaw. Min ma Bħala Uffiċċju jħobbx il-karezzi u ż-żegħil? tal-Kummissarju, għandkom Iżda nemmen li jekk qed x’taqsmu magħha? trabbi lit-tfal u turihom x’inhu ħażin u x’inhu tajjeb u Aħna nressqu l-pożizzjoni jagħmlu t-tajjeb, għandek tagħna lill-iskejjel iżda ma tikkarezzahom. Għaliex le? jfissirx li jimxu fuq dak kollu Hi wkoll fit-tfal li jifirħu meta li ngħidu. Madankollu, il-Min- xi ħadd jikkumplimentahom isteru għall-Edukazzjoni kien b’dan il-mod. Wara kollox ħareġ politika nazzjonali fuq anki bejnietna l-kbar nieħdu il-basktijiet tat-tfal. Meta gost b’dan il-ġest. l-politika ħarġet għall-konsultazzjoni l-Uffiċċju dar X’beħsiebek tagħmel il-proposti u ħareġ b’dawk ġdid fil-ħatra tiegħek ta’ tiegħu. Dawn ma nagħmlu- Kummissarju tat-Tfal? homx fuq dak li naħsbu aħna, iżda mil-lenti tat-tfal u minn L-ewwel nett irrid inkompli dak li jgħidulna huma stess fuq dak li għamlu ta’ qabfil-focus groups u s-sessjoni- li, iżda nixtieq li nagħti akjiet li jkollna magħhom. tar vuċi lit-tfal. Pereżempju Issa fir-realtà, mhux qed jekk ikun hemm problema jintużaw il-lockers fl-iskejjel fil-familja, għaliex m’għandminħabba l-Covid, biex ħadd niex nisimgħu u niżnu kif qed ma jiffolla fuq ħadd. Qabel tolqot lilhom ukoll? Għaliex il-pandemija, kienu jintużaw. m’għandniex nisimgħu l-fehImbagħad hemm studenti ma tagħhom u ndaħħluhom oħra li ma jkunux iriduhom, fi gruppi ta’ diskussjoni? għax jibżgħu li ma jlaħħqux Għax meta t-tfal jitkellmu, jinżlu isfel u jaslu fil-klas- nintebħu li ċerti affarijiet li si fil-ħin. Ġieli wkoll kellna jgħidu, lanqas qatt ma kienu rapporti minn ġenituri fuq jiġuna f ’moħħna. Għalhekk l-istess problema ta’ toqol u se nibqa’ nisħaq li lit-tfal aħna ngħarrfu lill-iskola jew nagħtuhom id-dritt u l-vuċi kulleġġ li jkun. biex jesprimu dak li jħossu u jagħtu l-fehma tagħhom. F’dawn l-aħħar snin twaqqfu bosta servizzi, Meta l-Uffiċċju jibgħat lil bħall-Appoġġ, is-Sedqa xi ħaddiema fl-iskejjel, u n-numru 179, fejn itjagħmel dan fuq bażi tfal sa jaslu jirrappurtaw regolari? lill-ġenituri tagħhom, li ġieli spiċċaw l-Għassa fuq Mindu faqqgħet il-pandemil-akkużi li joħorġu bihom. ja, bdejna bis-sessjonijiet Taraw li dan hu sew għallonline. Qabel kienu jmorru ġenituri? membri mill-Uffiċċju b’talba ta’ xi skola. Issa, kif semmejAħna ma nidħlux f ’dan kollu, na, l-Uffiċċju għandu proġett iżda naraw li jkun hemm is- ta’ Be Smart Online, li hu servizzi għal dawn it-tfal u mmexxi mill-Foundation sitwazzjonijiet. Mal-Appoġġ for Social Welfare Services, għandna proġett, fuq on- fejn hemm is-sehem tal-Apline safety, li jismu Be Smart poġġ; hemm aħna; il-Pulizija; Online u bħala Uffiċċju nir- is-Cyber Crime Unit u d-Direklamaw il-179. Iżda lit-tfal partiment tal-Edukazzjoni, ngħidulhom li jekk jirrappur- b’mod partikulari l-għallietaw xi ħaġa mhix minnha, ma tal-PSCD. L-Uffiċċju tagħikunu qed jaħlu r-riżorsi na jqassam ħafna riżorsi u lil tfal li tassew ikollhom jagħmel sessjonijiet ta’ għarid-diffikultajiet. Għalhekk fien mat-tfal, mal-ġenituri hu importanti li lit-tfal in- kif ukoll mal-għalliema.


24

27.02.2022

IL-FORTI SANT’ANĠLU Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Malta spiss kienet imsejħa l-Gżira Fortizza minħabba n-numru kbir ta’ arkitettura militari li tista’ tidher kullimkien. Dan huwa wirt tal-gżira minħabba l-post strateġiku tagħha u l-portijiet profondi u siguri. Il-Forti Sant’Anġlu huwa wieħed mill-aktar fortifikazzjonijiet famużi, li huwa assoċjat mal-Kavallieri ta’ San Ġwann. Huwa magħruf sew minħabba l-irwol importanti tiegħu fl-istorja ta’ Malta. Jista’ jkun li ma kienx l-eqdem jew l-ikbar wieħed, iżda żgur huwa l-iktar monument kuraġġuż tal-importanza strateġika. Jinsab fil-Birgu, fiċ-ċentru tal-Port il-Kbir u anke jidher sew mill-Ġonna tal-Barraka ta’ Fuq fil-Belt Valletta. Ilmod l-ieħor biex tapprezza l-pożizzjoni ewlenija tal-Forti huwa li tmur dawra qasira mal-Port il-Kbir fuq lanċa jew dgħajsa. Li tara l-Forti mil-livell tal-baħar tgħin biex tifhem il-qawwa protettiva tal-ħitan tagħha. Il-Forti oriġinarjament inbena fil-perjodu medjevali bħala kastell u dak iżżmien kien jissejjaħ “Castrum Maris”, jew “Castello al Mare” li jfisser “Il-Kastell mal-Baħar”. L-ewwel referenza għal “Castrum Maris” hija datata lura għall-1240. Meta l-Kavallieri waslu fil-Gżejjer Maltin fl-1530, huma qagħdu fil-Birgu u Castrum Maris sar il-kwartieri ġenerali tagħhom u l-uffiċċju tal-Gran Mastru. Mal-wasla tal-Ordni, ilkastell kien jikkonsisti f’bini differenti, inklużi l-Kappella ta’ Santa Marija, li wara ġiet iddedikata mill-ġdid lil Sant’Anna, u l-Kappella ta’ Sant’Anġlu, li wara ġiet iddedikata mill-ġdid lit-Twelid tal-Madonna; li mar-rebħ tal-Assedju, tlaqqmet “il-Vitorja”. Sabiex tiżdied il-qawwa tad-difiża l-kastell reġa’ nbena mill-Kavallieri u ħa l-isem il-ġdid tiegħu - Forti Sant’Anġlu. Sal-1547, il-parti l-kbira kienet iddisinjata minn Antonio Ferramolino li nbena wara l-Bastjun D’Homedes, u l-batterija De Guirial inbniet fil-ponta tal-Forti mal-livell tal-baħar biex tipproteġi

d-daħla tad-Dockyard Creek. Il-kastell inbidel f’fortifikazzjoni qawwija, li kellha r-rwol ewlieni fl-Assedju l-Kbir ta’ Malta fl-1565. Ir-reżistenza epika tal-Kavallieri matul l-assedju ta’ tliet xhur tat lill-Forti l-istatus leġġendarju tiegħu. Il-Forti Sant’Anġlu ġarrab ħsara kbira matul l-assedju u kellu jistenna sas-sena 1690 sabiex jibdew it-tiswijiet maġġuri. It-tqassim tal-Forti tal-lum kien iddisinjat minn Carlos de Grunenbergh - perit, inġinier militari u membru tal-Ordni ta’ San Ġwann. Bħala riżultat, xorta tista’ tara l-arma tiegħu ’l fuq mill-bieb prinċipali tal-Forti. Ix-xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni magħmula minn Carlos de Grunenbergh għamlu l-Fortifikazzjoni ta’ Sant’Anġlu aktar b’saħħitha u serviet tajjeb lill-Kavallieri u lill-mexxejja

barranin fil-gżejjer matul il-perjodi ta’ wara. Matul it-tmexxija qasira ta’ sentejn mill-Franċiżi, il-Forti serva bħala l-kwartieri ġenerali tal-Armata Franċiża.

Imbagħad, fi żmien il-perjodu Ingliż sar bażi għar-Royal Navy fil-Mediterran. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija l-forti reġa’ ġarrab ħsarat kbar. Huwa ntlaqat madwar

70 darba b’mod dirett mill-ajru. Meta r-Royal Navy telqet minn Malta fl-1979 il-Forti kien kważi waqa’, speċjalment wara proġett ta’

Mal-wasla tal-Ordni, il-kastell kien jikkonsisti f’bini differenti, inklużi l-Kappella ta’ Santa Marija, li wara ġiet iddedikata mill-ġdid lil Sant’Anna, u l-Kappella ta’ Sant’Anġlu, li wara ġiet iddedikata mill-ġdid lit-Twelid tal-Madonna


25

27.02.2022

Fl-1998 trattat li sar, kien qed jagħti l-parti ta’ fuq tal-Forti Sant’Anġlu, inklużi l-Gran Mastru u l-Kappella ta’ Sant’Anna, lill-Ordni ta’ San Ġwann. B’hekk, il-bandiera tal-Kavallieri reġgħet dehret fuq il-Forti flimkien mal-bandiera ta’ Malta

trasformazzjoni f’lukanda matul it-tmeninijiet. Fortunatament dan il-proġett ma rnexxiex. Fl-1998 trattat li sar, kien qed jagħti l-parti ta’ fuq tal-Forti Sant’Anġlu, inklużi l-Gran Mastru u l-Kappella ta’ Sant’Anna, lill-Ordni ta’ San Ġwann. B’hekk, il-bandiera tal-Kavallieri reġgħet dehret fuq il-Forti flimkien mal-bandiera ta’ Malta. Fl-2012 bdew l-aħħar xog-

ħlijiet ta’ restawr bil-prezz ta’ €13.4 miljun. Imbagħad, fl-2015 tlesta r-restawr u hekk issa l-Forti huwa miftuħ għall-viżitaturi li jistgħu jaraw il-Forti nnifsu u l-wirja ddedikata għall-istorja tagħha. Raġuni oħra biex iżżur il-Forti Sant’Anġlu minbarra li titgħallem l-istorja tiegħu hija li tapprezza l-veduti panoramiċi spettakolari tal-Port il-Kbir, il-Belt Valletta u l-in-

ħawi tagħha. Hemm xi fatti interessanti oħra dwar il-Forti li jistħoqqilhom attenzjoni. Taħt il-Forti nnifsu hemm ħabs imsejjaħ “guva”, li ħafna kienu jibżgħu minnu fi żmien il-Kavallieri. Il-ħabs huwa ta’ forma ovali u jinsab faċċata tal-Kappella tat-Twelid. Dan oriġinarjament kien ġiebja tal-ilma. Wieħed mill-aktar priġunieri famużi hawn kien Car-

avaggio. Huwa kien il-ħabs wara li darab Kavallier Taljan. Caravaggio kien magħruf għall-imġiba ħażina tiegħu. Kien diffiċli li taħrab minn din iċ-ċella partikolari għax tista’ tkun aċċessata biss permezz ta’ trapdoor fil-limitu tagħha. Madankollu Caravaggio kien xorta rnexxielu jaħrab minnha, għax irċieva għajnuna mingħand sħabu. Wara li ħarab miċ-ċella niżel lejn id-dgħajsa fil-Port, li kienet qed tistennieh u telqet bih mill-gżira. Il-Forti Sant’Anġlu kien l-aħħar waqfa ta’ Caravaggio f’Malta. Wara, ma reġax irritorna għal diversi raġunijiet. S’issa ħadd mill-artisti bijografiċi ta’ Caravaggio ma seta’ jsib xi informazzjoni dwar min eżattament irnexxielu jgħinu jaħrab. L-uniku dokument ta’ Ottubru 1608 juri l-wasla tiegħu fi Sqallija, li jfisser li l-ħarba kienet ta’ suċċess. Huma jgħidu li l-Forti għandu l-ispirtu tiegħu stess - il-fatat tal-Grey Lady, mistress tal-familja Castellan De Nava. L-istorja tgħid li hija ppro-

testat li ma kellhiex l-istess status bħall-mara ta’ De Nava, u beżgħet li l-affari ssir pubblika, u għalhekk kien ordna lill-gwardji tiegħu biex jeħilsu minnha. Il-gwardji qatluha u ssiġillaw ġisimha fil-kalzri taħt l-art tal-Forti. Malli sema’ li l-gwardji kienu qatluha flok keċċewha, De Nava ordna li jinqatlu huma wkoll. Il-fatat tal-Grey Lady deher l-ewwel darba fil-bidu tad-disgħinijiet, u jingħad li kienet vulgari u aggressiva. Dawn bla dubju huma leġġendi jew stejjer mhux ibbażati fuq kitba storika. Jingħad ukoll li mbagħad seħħ eżorċiżmu, u l-Grey Lady ma reġgħetx dehret għal numru ta’ snin. L-ispirtu tagħha reġa’ deher matul it-Tieni Gwerra Dinjija, meta jingħad li kienet hi li salvat il-ħajjiet ta’ xi suldati minn bumbardament mill-ajru. Skont it-twemmin popolari, kien infetaħ passaġġ issiġillat u l-iskeletri talGrey Lady u ż-żewġ gwardjani nstabu ġewwa fih. Din l-iskoperta mhix irreġistrata fl-ebda rekord uffiċjali. Xi ġmiel ta’ storja għandna.


26

27.02.2022

NADINE CUSCHIERI

MA TGĦIXX MINGĦAJR IL-KREATTIVITÀ Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Dan l-aħħar waqt sessjoni ta’ ffilmjar ta’ reklam lokali li kellha n-neputija tiegħi Almikaya, sirt naf persuna li kienet parti mit-tim ta’ atturi magħha wkoll. Qed nirreferi għal Nadine Cuschieri. Hija miżżewġa, u omm ta’ tifel ta’ ħames snin. Għandha 39 sena u ssejjaħ lilha nnifisha Rabtija għax dejjem għexet ir-Rabat apparti din l-aħħar sena li mxew lejn is-Swieqi. Taħdem bħala Art Psychotherapist, jiġifieri tgħin tfal, adolexxenti u anke adulti bl-użu ta’ mezzi kreattivi sabiex wieħed jesprimi ruħu. Tħobb dak kollu li jinvolvi kreattività bħal tpinġija, ħjata, tiddisinja xi ħwejjeġ tagħha stess u anke tisjir. Tħobb issiefer ħafna, għax tarah bħala wieħed mill-iktar modi li tirrilassa u tiskopri pajjiżi u kulturi oħrajn. Tikkunsidra lilha nnifisha bħala persuna down to earth ħafna, għax għaliha importanti ħafna li n-nies ta’ madwarha jħossuhom komdi fil-preżenza tagħha. Hi persuna dħulija, sinċiera u daħka tħobb teħodha minn qalbha. Tħobb tisfida lilha nnifisha għax tħoss li huwa wieħed mill-iktar metodi li tikber personalment. Minbarra hekk tgħid li mingħajr il-kreattività ma tgħixx. Ħadet it-titlu ta’ Mrs Malta 2021 Ftit xhur ilu, proprju fl-4 ta’ Settembru, Nadine ħadet it-titlu ta’ Mrs Malta waqt kompetizzjoni organizzata lokalment minn Gaffiero Productions. It-titlu ta’ Mrs Malta tqisu bħala titlu prestiġjuż ħafna f’pajjiżna u kienet ilha taħdem għalih minn Jannar tal-2019. Fi kliemha stess, ma kinitx kompetizzjoni faċli u tħossha onorata immens li kisbet dan it-titlu. Ridt inkun naf b’liema mod ħadmet għal dan it-titlu u x’qed jiġri issa li akkwistat dan it-titlu għan-nom tagħha stess. “Matul dawn l-aħħar ftit snin li dħalt fix-xena tal-immudellar ħdimt ħafna fuq il-kunfidenza tiegħi nnifsi,

ħdimt biex il-preżenza tiegħi fuq il-platforms tal-midja soċjali tkun waħda professjonali. Nirrealizza kemm kabritni din l-esperjenza, kemm tgħallimt iktar x’jiġifieri taċċetta u tħobb lilek innifsek kif inti. Tgħallimt nafda iktar fil-kapaċitajiet tiegħi. Dawn il-lezzjonijiet nixtieq ħafna naqsamhom ma’ ħaddieħor, biex nuri li fil-ħajja l-kompetizzjoni magħna nfusna tinsab u mhux ma’ ħaddieħor.” Kompliet tgħidli li minbarra dan, matul din is-sena tagħha tixtieq tkompli twettaq dak li wriet matul il-kampanja tagħha ta’ qabel ma ħadet it-titlu, dwar is-saħħa mentali u li tgħaddi messaġġi importanti biex titqajjem iktar kuxjenza fuq ċerti suġġetti bħal kattiverja li nuru lejn xulxin inkluż il-bullying u l-ambjent. Kollox ma’ kollox, Nadine hija persuna kreattiva, u ssostni li din il-kompetizzjoni kienet ta’ ispirazzjoni għaliha stess sabiex turi t-talenti tagħha. “Inħossni l-aħjar meta nkun kreattiva, u permezz ta’ din il-kompetizzjoni jien kelli l-opportunità naħdem ma’ ħbieb tiegħi kemm biex nieħdu ritratti kreattivi b’messaġġi b’saħħithom, u anke l-ħwejjeġ li esibixxejt bihom ħafna minnhom kienu xogħol iddisinjat bejnietna. Ħadt l-opportunità li nipprintja tpinġijiet tiegħi fuq drapp u nużah fil-kostum Malti kemm fil-kompetizzjoni tas-sena li għaddiet u anke ta’ din is-sena. Infatti, inħossni kburija immens li fil-kompetizzjoni ta’ din is-sena rnexxieli nirbaħ it-titlu tal-aħjar kostum Malti, fejn irrappreżentajt ħafna mill-karatteristiċi Maltin.” Tistinka u taħdem biex tikber bħala persuna Nadine tistqarr li l-onestà u r-rispett lejn ħaddieħor huma fatturi li ħadmet ħafna bihom u fuq kollox temmen fihom. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar. “Din ix-xena mhux l-iktar waħda faċli biex tagħmel ħbiberiji. Madankollu, jien iddeċidejt miegħi nnifsi li l-aħjar mod li nkun huwa li nkun onesta u nkun jien innifsi.

Tgħallimt naċċetta li ma nistax nintgħoġob ma’ kulħadd, imma importanti li naħdem biex nikber bħala persuna. Jiena bniedma li nifhem u nirrispetta ħafna lil ħaddieħor u l-istejjer tal-ħajja tagħhom u din ħafna drabi taffettwa l-aġir ta’ persuna. Madanakollu jien komplejt nagħti l-almu tiegħi anke meta ma rċivejtx rispett jiena,” stqarret miegħi. Ta’ min isemmi wkoll, li Nadine bħalissa qed taħdem b’mod volontarju id f’id ma’ St Jeanne Antide Foundation. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar. “Iddeċidejt li naħdem ma’ St Jeanne Antide Foundation (SJAF) għas-sempliċi raġuni li xtaqt naħdem ma’ Fondazzjoni li tirrifletti dak li jiena nemmen fih ukoll. SJAF jaħdmu ħafna fejn tidħol issaħħa mentali, jaħdmu ma’ familji u individwi fil-bżonn, speċjalment dawk li huma l-ik-

tar minsijin u li qed ibatu minn vjolenza domestika. Jgħinu li dawn l-individwi biex iħossuhom iktar empowered biex jiksbu ħajja kif tixirqilhom. Ninkoraġġikom li żżuru is-sit tagħhom biex taraw l-ammont vast ta’ servizzi li joffru. Ser inkompli norganizza attivitajiet ta’ fundraising, imma mhux biss; nixtieq li naħdem magħhom fuq xi proġetti fejn anke jiena nkun nista’ noffri xi servizzi professjonali tiegħi f’xi servizzi minn tagħhom, jew bħala kampanja fuq saħħa mentali pożittiva u anke nkun ta’ ispirazzjoni għal nisa oħra bħali.” Tkellimt magħha wkoll dwar is-sodisfazzjon li jagħtiha l-immudellar. Fil-fatt, Nadine stqarret miegħi li l-immudellar jagħtiha sodisfazzjon meta tara kemm kienet, u kultant għadha persuna li tiddubita ħafna lilha nnifisha. “Kif diġà

semmejt dawn il-konkorsi għenuni ħafna naċċetta lili nnifsi u ma nibżax nuri jien min jiena, bit-tajjeb u l-ħażin. Wara kollox kulħadd għandu s-sbuħija partikolari tiegħu.” Rigward jekk hux biħsiebha li terġa’ tidħol għal xi kompetizzjoni tal-immudellar fiżżmien qrib, Nadine stqarret miegħi li bħalissa m’għandhiex f’moħħha li terġa’ tieħu sehem f’kompetizzjonijiet oħrajn lokali. Tfajla jeħtieġ li tħossha komda magħha nnifisha Ma’ Nadine ddiskutejt dwar ilfatt li kif jgħid il-Malti l-ewwel ma tiekol l-għajn. B’hekk ridt l-opinjoni tagħha dwar x’inhuma l-fatturi li tfajla għandha tieħu ħsieb għad-dehra tagħha. “Jekk ser nitkellmu fuq apparenza, jien naħseb li importanti li tfajla tħossha


08.11.2020 27.02.2022

27

SKEDA ONE 06:30 08:00 08:30 09:00 12:30 12:35 13:00 15:30 15:35

16:08 16:25 17:15 18:15 19:20 19:30 20:10 20:30

Primetime Preview Malta Flimkien Flimkien ma’ Nancy Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Malta Flimkien Attività Politika

06:30 ONE Breakfast 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Malta Flimkien 09:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ieqaf 20 Minuta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News

15:35 16:08 16:25 17:15 18:15 19:18 19:30 20:10 20:30

Telebejgħ Primetime Preview Malta Flimkien Dak Li Jgħodd Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Malta Flimkien

06:30 08:00 08:30 09:00 12:30 12:35 13:00 15:30

15:35 16:08 16:25 17:15 18:15 19:20 19:30 20:10

Telebejgħ Primetime Preview Malta Flimkien What’s Cooking Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime

20:30

15:35 16:08 16:25 17:15 18:15 19:18 19:30 20:10 20:30

Telebejgħ Primetime Preview Malta Flimkien Mhux Kemm Taf Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Malta Flimkien - Awla

21:30 22:30

ONE Breakfast Quddiesa tal-jum Malta Flimkien Espresso ONE News Ieqaf 20 Minuta Kalamita ONE News Telebejgħ

TLIETA 01-03

ONE Breakfast Quddiesa tal-jum Malta Flimkien Espresso ONE News Ieqaf 20 Minuta Kalamita ONE News

ĦAMIS 03-03

06:30 ONE Breakfast 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Malta Flimkien 09:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ieqaf 20 Minuta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News

komda magħha nnifisha, allura importanti li tagħti kas li tilbes kif jixirqilha, li titgħallem kif tagħmel xagħarha u make-up bażiku biex dejjem tkun tidher pulita, imma wkoll naturali.” Qlibt l-intervista magħha dwar dak li jdejjaqha fil-ħajja b’mod ġenerali. Fil-fatt, stqarret miegħi li jdejquha ħafna l-inġustizzja, l-egoiżmu u l-għira. “Dawn il-kwalitajiet narahom ibaxxu ħafna lill-bniedem u joħolqu ħafna tbatijiet bla bżonn.” Rigward taħsibx jekk hawn Malta għadna lura f’ċerti aspetti li jirrikjedi l-immudellar ħdejn pajjiżi barranin, Nadine weġbitni: “Fuq dan l-aspett għadna lura ħafna, naħseb huwa qasam mhux mifhum ħafna mill-Maltin. Forsi wieħed jaħseb li din hija dinja superfiċjali li tagħti wisq valur lid-dehra esterjuri. Però

din id-dinja ġġib ħafna talent u opportunitajiet filantropiċi magħha. Bil-mod il-mod qiegħed ikollna livell għoli fil-kompetizzjonijiet. Sfortunatament ħafna drabi mudelli Maltin jitilgħu jirrappreżentaw lil Malta waħedhom, bla ebda tim warajhom u support finanzjarju. Nixtieq li nara bidla f’dan is-settur.” Fl-aħħar nett, Nadine ħalliet messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Nixtieq naqsam l-aħħar ħsibijiet billi ninkoraġġixxi lil kulħadd biex isegwi l-ħolm li għandu. Mill-ħajja rridu nieħdu li nistgħu u ngħixuha bl-aħjar mod possibbli. Ninkoraġġixxi li nkunu pożittivi u li dejjem nirrispettaw lil xulxin, għaliex meta nkunu magħqudin inkunu nistgħu nwettqu affarijiet ferm ikbar u aħjar għal kulħadd,” temmet tgħidli.

06:30 08:00 08:30 09:00 12:30 12:35 13:00 15:30

21:30 22:30 23:30

21:30 22:30 23:30

21:30 22:30 23:30

23:30

15:35 16:08 16:25 17:15 18:15 19:20 19:30 20:10

Telebejgħ Primetime Preview Malta Flimkien Indhouse Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime

20:30

06:30 Malta Flimkien 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Paper Scan 10:00 Malta Flimkien 10:35 Dak li Jgħodd 11:35 What’s Cooking 12:00 Popcorn 12:30 ONE News

12:35 13:10 14:15 15:30 15:35 16:30 17:00 18:00 18:45

Telebejgħ Indhouse Mhux kemm Taf ONE News Flimkien ma’ Nancy Sabiħa l-Ħajja Malta Flimkien Pink Panther Ondroad

19:20 19:30 20:10 20:30

06:30

14:00 15:00 15:30 15:35 16:30 19:25 19:30 20:10 20:30

Indhouse Ieqaf 20 Minuta ONE News Ħabrikt Malta Flimkien One Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Malta Flimkien -

ONE Breakfast Quddiesa tal-jum Malta Flimkien Espresso ONE News Ieqaf 20 Minuta Kalamita ONE News

SIBT 05-03

08:00 08:40 10:00 11:30 12:30 12:40 13:15

Malta Flimkien Attività Politika Il-Quddiesa tal-jum Paperscan Malta Flimkien Flip the Venue ONE News Telebejgħ Dak li jgħodd

21:30 22:30 23:30

21:30 22:30 23:30

21:30 22:30 23:30

TNEJN 28-02

2603 Malta Flimkien Attività Politika ONE News

- Attività Politika 2603 Malta Flimkien - Attività Politika ONE News

Malta Flimkien Attività Politika 2603 Malta Flimkien Attività Politika ONE News

ERBGĦA 02-03

2603 Malta Flimkien - Attività Politika ONE News

ĠIMGĦA 04-03

Malta Flimkien Attività Politika 2603 Malta Flimkien Attività Politika ONE News

ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Malta Flimkien Attività Politika 2603 Malta Flimkien Attività Politika ONE News

Attività Politika 2603 Malta Flimkien Attività Politika ONE News

ĦADD 06-03


28

27.02.2022

reċensjoni tal-ktieb

IL-LANDIER

TAL-ASSEDJU L-KBIR - 1565 Żmien l-Assedju l-Kbir tal-1565. Niltaqgħu ma’ bosta personaġġi fittaqbida ħarxa kontra t-Torok ta’ Turgut, Pjali Paxà, u Mustafa Paxà. Kruċ il-Landier, ħuh Ċikwejra, Martha, xebba ta’ 25 sena, u l-Kappillan Dun Giannello, flimkien mal-pappagall tiegħu Buongiorno, iħallu Ħal Qormi biex huma wkoll ikunu fil-qalba talassedju fil‑Birgu. Il-ġrajja mdemmija sewwa titħawwar bl-imħabba mistura ta’ tfajla maħruba mill-ħarem Tork ta’ Kanun Sulejman u l-ispjunaġġ ta’ Mahmoud, ġuvni Tork ta’ nisel Malti. U Bażilja, bint in-Nutar Moscato tal-Imdina, imwielda l-Greċja, kif jirnexxilha taqra x-xorti ta’ kull min tara quddiemha, inkluż ta’ de Valette? Kif jgħinu lill-Kavallieri ta’ San Ġwann, speċjalment lill-Gran Mastru u ’l-Kavallier Romegas, f’din is-sħaba sewda fuq il-gżejjer tagħna? Rumanz interessanti li jieħu lill-qarrejja fi ġrajja tassew imqanqla sat-tmiem tagħha.

Mistoqsija: Min kien jirnexxilu jaqra x-xorti ta’ kull min jara quddiemu? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IL-LANDIER TAL-ASSEDJU L-KBIR. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 6 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb DAR-RIĦ MALIZZJUŻ hija:

S.MUSCAT - MARSASKALA

05 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Għal liema raġuni ġiet posposta ż-żjara tal-Papa f’Malta fis-sena 2020?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


29

27.02.2022

“THE ROCHESTER STRANGLER” Arthur Shawcross joħroġ mill-ħabs u jerġa’ joqtol Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Arthur John Shawcross kien qattiel tal-massa Amerikan magħruf bħala “The Rochester Strangler” jew “The Genesee River Killer.” Shawcross wettaq l-omiċidji f’Rochester fi New York fl-Istati Uniti. L-ewwel żewġ omiċidji li wettaq kienu ta’ żewġt itfal fl-1972 u weħel 25 sena ħabs. Minn din is-sentenza, Shawcross skonta biss 14-il sena. Sentejn wara li ħareġ mill-ħabs, Shawcross reġa’ taha għall-qtil. Hu kien iħuf fit-toroq ta’ Rochester bil-karozza tal-għarusa tiegħu biex jgħabbi l-vittmi tiegħu, li ħafna minnhom kienu prostituti. Shawcross dam kważi sentejn joqtol qabel ma ġie arrestat. Hu weħel 250 sena ħabs għal 11-il omiċidju iżda miet f’Novembru tal-2008 waqt li kien qiegħed jiskonta din is-sentenza. L-awtoritajiet ġew ikkritikati dwar il-ħelsien ta’ Shawcross fl-1986 għax il-psikjatri kienu ddikjarawh bħala bniedem vjolenti iżda ġew injorati. Min kien Arthur Shawcross? Arthur John Shawcross twieled fis-6 ta’ Ġunju tal-1945 f’Kittery f’Maine fl-Istati Uniti. Hu kien il-kbir mill-erbat itfal ta’ Arthur Roy u Elizabeth Shawcross. Fi tfulitu, il-familja ċċaqalqet minn Kittery f’Maine u marret tgħix f’Watertown fi New York. Shawcross ma kienx imur tajjeb fl-iskola u kien magħruf bħala student vjolenti li kien jaqbad ma’ tfal oħrajn. Hu ma kompliex jistudja u waqaf mill-iskola fl-1960. Seba’ snin wara, Shawcross daħal fl-armata u mar il-Vjetnam. Waqt dan is-servizz, hu ddivorzja lill-ewwel mara tiegħu u ħallieha tieħu ħsieb lil binhom, li kellu biss sena u nofs. Shawcross kien jiftaħar li kien joqtol ħafna nies fil-Vjetnam, li kien jaqtgħalhom rashom u saħansitra jsammarhomlhom massiġar. Minkejja dan il-ftaħir, Shawcross qatt ma serva f’pożizzjoni ta’ kumbatt. Meta rritorna mill-Vjetnam, Shawcross intbagħat f’Fort Sill f’Lawton f’Oklahoma. Hu żżewweġ lit-tieni mara tiegħu u din kienet stqarret li żewġha kellu mġiba stramba. Fost l-għemejjel strambi tiegħu, Shawcross kien jieħu pjaċir iqabbad in-nirien. Hekk kif ħareġ mill-armata, Shawcross u t-tieni mara marru jgħixu fi Clayton fi New York. Ftit wara li mxew lejn New York, ilmara ta’ Shawcross telqitu u minn hawn beda jwettaq atti kriminali bħal serq u jqabbad in-nirien. Għal dawn l-atti, Shawcross weħel ħames snin ħabs iżda skonta biss sena u 10 xhur minħabba li salva uffiċjal korrettiv waqt ġlieda fil-ħabs. F’Ottubru tal-1971, Shawcross ħareġ mill-Auburn Correctional Facility u rritorna lejn Watertown. Shawcross sab xogħol fil-Watertown Public Works Department u żżewweġ għat-tielet darba. Fis-7 ta’ Mejju tal-1972, Shawcross ħa lil Jack Owen Blake, li kellu 10 snin, f’post imwarrab qalb is-siġar u hemmhekk stuprah u qatlu. Il-katavru ta’ Blake nstab fil-5 ta’ Settembru bis-saħħa ta’ telefonata li rċevew il-pulizija. Tlett ijiem qabel, Shawcross stupra u qatel lil Karen Ann Hill ta’ tmien snin u l-għada ġie arrestat. Fis-17 ta’ Ottubru, Shawcross ammetta għaż-żewġ omiċidji biex jingħata sentenza inqas ħarxa u weħel sa

25 sena ħabs. Wara li serva 14-il sena ħabs, Shawcross ingħata l-ħelsien hekk kif ħaddiema tat-taqsima soċjali u tal-ħabs qalu li Shawcross ma kienx għadu meqjus bħala bniedem “perikoluż.” Fil-fatt, Shawcross ħareġ mill-ħabs f’April tal-1987, minkejja l-fatt li l-psikjatri wissew li Shawcross kien psikopatiku. Il-ħajja barra l-ħabs kienet diffiċli għal Shawcross għax ħadd ma ried iħaddmu u ċ-ċittadini ma riduhx parti mill-komunità tagħhom. Wara li dam idur diversi postijiet fi New York stess, hu rnexxielu jissetilja f’Rochester flimkien mal-għarusa tiegħu, Rose Marie Walley. Shawcross u Walley irnexxielhom isibu indirizz permanenti f’Rochester minħabba li l-uffiċjal li għenhom isibu post ma infurmax lill-awtoritajiet ta’ Rochester. Din l-azzjoni wasslet għal għadd ta’ omiċidji li l-bidu tagħhom kien f’Marzu tal-1988. Jerġa’ jibda joqtol Bejn Marzu tal-1988 u Diċembru tal-1989, Shawcross qatel 11-il mara, li ħafna minnhom kienu prostituti. Shawcross kien iħuf it-toroq bil-karozza ta’ Walley u qatel 10 minnhom f’Monroe County u waħda minnhom f’Wayne County. Huwa wkoll suspettat fil-qtil ta’ mara oħra iżda nstab ħati ta’ 11-il omiċidju. Shawcross ġie arrestat fil-5 ta’ Jannar tal-1990 wara li deher fuq kameras tas-sigurtà fejn instab il-katavru tal-aħħar vittma. Il-vittmi nqatlu billi ġew fgati, uħud minnhom tbiċċru wara li nqatlu u wħud ġew mitfugħa fix-xmara Genesee. F’Novembru tal-istess sena, Shawcross tressaq il-qorti ta’ Monroe County mixli bil-qtil ta’ 10 nisa. Hu ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u l-psikjatrika forensika, Dorothy Lewis, qalet li Shawcross kellu diffikultajiet intellettwali, disturb ta’ personalità multipla, disturb ta’ stress posttrawmatiku u li meta kien tfajjel kien abbużat sesswalment minn membri tal-familja. Lewis saħqet li Shawcross ma kellux jintbagħat f’ħabs iżda f’post għal persuni li jbatu minn disturbi tassaħħa mentali. Minkejja dan, Shawcross weħel 250 sena ħabs. Hu miet fl-età ta’ 63 sena b’attakk tal-qalb fl-10 ta’ Novembru tal-2008.

Il-vittmi nqatlu billi ġew fgati, uħud minnhom tbiċċru wara li nqatlu u wħud ġew mitfugħa fix-xmara Genesee

IL-VITTMI DOROTHY BLACKBURN TA’ 27 SENA – inqatlet fit-18 ta’ Marzu tal-1988 ANNA MARIE STEFFEN TA’ 28 SENA – inqatlet fid-9 ta’ Lulju tal-1988 DOROTHY KEELER TA’ 59 SENA – inqatlet fid-29 ta’ Lulju tal-1989 PATRICIA IVES TA’ 25 SENA – inqatlet fid-29 ta’ Settembru tal-1989 JUNE STOTT TA’ 30 SENA – inqatlet fit-23 ta’ Ottubru tal-1989 MARIE WELCHE TA’ 22 SENA – inqatlet fil-5 ta’ Novembru tal-1989 FRANCES BROWN TA’ 22 SENA – inqatlet fil-11 ta’ Novembru tal-1989 KIMBERLY LOGAN TA’ 30 SENA – inqatlet fil-15 ta’ Novembru tal-1989. Ma nstabx ħati għall-qtil tagħha minkejja li kien hemm xebh bejn ix-xena tad-delitt tagħha u taċ-ċkejkna Karen Ann Hill ELIZABETH GIBSON TA’ 29 SENA – inqatlet fil-25 ta’ Novembru tal-1989 DARLENE TRIPPI TA’ 32 SENA – inqatlet fil-15 ta’ Diċembru tal-1989 JUNE CICERO TA’ 33 SENA – inqatlet fis-17 ta’ Diċembru tal-1989 FELICIA STEPHENS TA’ 20 SENA – inqatlet fit-28 ta’ Diċembru tal-1989


30

27.02.2022

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


31

27.02.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 422

R.CALLEJA - RABAT

MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: ..... ħanin ixabba’ lill-bidwi u lill-fqir (5) 4. Pagament (4) 7,16. Uża l-azzarin (5) Bi 3 NUMRI 070 077 106 261 466 477 658 728 734 B’4 NUMRI 0098 0285 0477

1137 1216 1405 1568 1702 1870 2498 2562 3099 3115 3178 3878 4549 4618 4703

4704 5587 5829 5961 6334 6456 6518 6838 6895 7403 7487 7974 9607 9648

B’5 NUMRI 01777 01778 02693 05051 12621 16566 16854 17689 28252 40227 46024 49707 53617 56073

58516 61471 72558 74163 74403 75477 75814 80372 82348 85567 85904 86565 B’6 NUMRI 014723

041345 277853 411776 466245 589941 B’7 NUMRI 1685606 2153487 3039635 3481886 5825297 6586211 8748849

WEQFIN: 1. Foresta? (6) 2,3. Tigdmek din (6) 3. Ara 2 5. Isem (3) 6. Proprjetarju (3)

9,11.

Tkun tiġri mal-art19. u mal-ħitan (5) 20. 10. Isem (6) 21. 12. Majjal (6) 16. Ara 7 23. 18,21W. It-turban tilef 24. l-erre (5) 8. 11. 12,22. 13,17. 14.

Iħobb jindaħal (9) 15. Ara 9 Ma pattiex (5) 17. Inkisbu mil-wirt (6) 21. Naqqas 22. mill-ebusija (6)

Taħt l-ispalla (3) Kejl tal-likwidi (5) Brian Urpani Fardell (1,1,1) Iswed Taljan (4) Tagħmilha lis-siġar (5) Jista’ jkun bl-alkoħol (6) Ara 13 Ara 18 Ara 12 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Ġanni, 4.Xemx,7,9.Balal, 10.Amorin, 12.Marret, 16,18.Lenti, 19.Pur, 20.Pakki, 24.Ibill

WEQFIN: 1.Ġolġol, 2.Nil, 3,23. Ibattam, 5.Err, 6,21M. Xandra, 8.Amerikani, 11,13. Ħarta, 12,22.Mnara, 14.Tpinġi, 15.Krudil, 17.EBR, 21.Dat


32

27.02.2022

STOFFA TA’ PRIM MINISTRU Editorjal

L-għażla importanti tax-xahar id-dieħel hi waħda faċli – bejn Prim Ministru ta’ stoffa u Kap tal-Oppożizzjoni li l-aktar li jaf huwa kif jinganna fil-Monopoly

Bil-Malti nirreferu għal xi ħadd li jkun kapaċi u tal-affari tiegħu bħala persuna ta’ stoffa. Meta jitfaċċa xi ħadd li juri ċerti kwalitajiet li mhumiex komuni u ħiliet straordinarji fil-politi­ka, ngħidu li għandu bixra u dehra prim ministerjali. Xi ħadd li juri serjetà f’dak li jgħid, fil-qies tal-ġudizzji li jieħu, fil-kalma li żżommu ffokat waqt żminijiet diffiċli u anke fid-determinazzjoni f’dak li jkun irid jagħmel, fost oħrajn. Diffiċli tgħid li dawn il-kwali­ tajiet ma dehrux mill-ewwel filPrim Ministru Robert Abela, appena daħal fil-Berġa ta’ Kastilja. Mhux biss daħal f’perjodu diffiċli għall-Partit Laburista, iżda wkoll kellu mill-ewwel jiffaċċja kriżi globali, li kissret politiċi u anke pajjiżi ferm akbar minna. Il-fatt li wera u għadu juri l-ħila straordinarja biex joħroġ il-pajjiż b’suċċess, huwa prova biżżejjed li l-Mexxej Laburista magħmul minn stoffa tal-aqwa kwalità. Illum dan is-suċċess uniku ta’ Malta taħt Robert Abela, li poġġiena l-ewwel u l-aqwa fl-Ewropa kif rifless partikolarment fl-oqsma tas-saħħa,

tal-eko­nomija u tal-impjiegi, kif inhu kkonfermat mill-Orga­ niz­zaz­zjo­ni Dinjija tas-Saħħa (WHO), il-Kummissjoni Ewropea, l-aġen­­ziji ta’ kreditu inter­ nazzjonali u istituzzjonijiet rinomati oħrajn. Inqisu dan is-suċċess bħala uniku għax hu r-riżultat ta’ sforz kollettiv ta’ kull settur, ta’ kull klassi soċjali, tal-imsieħba soċjali u ta’ pajjiż sħiħ. B’kuraġġ u bi sforz kollettiv, taħt it-tmex­xija għaqlija, kalma u viżjonarja ta’ Robert Abela, kulħadd emmen li, fl-aħħar mill-aħħar, se noħorġu rebbieħa u aħjar minn oħrajn, kif fil-fatt qed iseħħ. Il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech kien l-unika eċċezzjoni. Minn dan il-perjodu tal-pandemija ħadd mhu se jinsa kif l-esponenti ewlenin tiegħu kien moħħhom biex jibnu l-barrikati u jħaffru t-trinek ħalli jattakkaw kull miżura ta’ fejda min-naħa tal-Gvern, inkluż fl-iżjed punti delikati tar-rispons me­di­ku u fil-protezzjoni jew is-salvazzjoni tal-ekonomija. Niftakruhom jinsistu għal

lockdowns totali bil-konseg­ wenzi li jistaġnaw l-ekonomija. Niftakruhom jgħajtu li l-vaċċin mhux is-soluzzjoni u jogħrku idejhom meta tfeġġ mewġa oħra b’varjant ġdid tal-virus. Niftakruhom jilagħbu bil-peta­ li tal-margerita jekk il-Gvern iżid ir-restrizzjonijiet, waqt li Grech jgħidlu biex ineħħihom. Bil-maqlub meta l-Gvern inaq­ qas mill-miżuri, Grech jgħidlu li qed ikun irresponsabbli. Issa jekk Robert Abela hu, kif kien qal William Shakespeare, “kull pulzier” Prim Ministru, Bernard Grech għandu kollox minbarra xi stoffa prim ministerjali. Anke issa, li waslitlu l-elezzjoni li ilu jħambaq dwarha għal sena sħiħa, baqa’ jitkellem u jibgħat messaġġi pwerili, nieq­sa minn kull serjetà li wieħed jippretendi mingħand min jintriga biex imexxi nazzjon. L-aħħar gaffe simili tiegħu hi dik fejn iddikjara li l-politika ekonomika hi eżatt bħal logħba tal-Monopoly u spiċċa jammetti li meta kien jieħu gost jilgħab din il-logħba kien saħansitra jqarraq bil-“bank” biex jipprova jirbaħ.

Minbarra li din il-mentalità, li jinganna bir-“regoli tal-logħba”, kompliet tikxef x’karattru għandu, faċilment tikkonkludi li tista’ tkun biss Bernard Grech li tissogra tnaqqas il-ħila fittkab­bir tal-ekonomija ta’ pajjiż u fil-ħolqien tal-impjiegi billi tqabbilhom ma’ sempliċi board game! Waqt li mas-suffara elettorali l-Prim Ministru ħabbar aktar miżuri li se jkomplu jimlew il-bwiet tal-ħaddiema, il-pensjonanti, l-istudenti u n-negoz­ janti, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien pront jitlob lin-Nazzjona­ listi għall-għotjiet ta’ €500 kull wieħed, fi ġbir ta’ fondi li prattikament ilu għaddej mis-sena li għaddiet. Għar-raba’ Kap infila li ma jistax isib irkaptu tal-finanzi diżastrużi fuq livell ta’ Partit, diffiċli ssib lil xi ħadd f’sensih li jieħdu bis-serjetà. Wisq aktar min jista’ jafdah bit-tmexxija inġenerali ta’ pajjiż. L-għażla importanti tas-26 ta’ Marzu 2022 hi waħda faċli – bejn Prim Ministru ta’ stoffa u Kap tal-Oppożizzjoni li l-aktar li jaf huwa kif jinganna fil-Monopoly.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.