KullĦadd 24.07.2022

Page 1

IL-MALTIN FL-AWSTRALJA GĦADHOM GĦAN-NIŻLA Il-Ħadd, 24 ta’ Lulju, 2022

Ħarġa Nru 1,515

Prezz €1

Rapport f’paġni 6 u 7

PASS IEĦOR QRIB MITJAR F’GĦAWDEX L-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp t’Għawdex (GRDA) għamlet pass ’il quddiem biex jiġi żviluppat mitjar għal ajruplani żgħar, flok is-sit dilapidat tal-Gozo Heliport, li ġie abbandunat 14-il sena ilu, bir-rapport konklużiv fi tmiem proċess ta’ assessjar, li kien jinkludi numru ta’ stud­ji kif ukoll konsultazzjoni pubblika relatati mal-pro­ ġett propost f’Ta’ Lambert, limi­ti tax-Xewkija, kif imwiegħed fil-manifest elettorali. L-operatur, li jingħażel wara l-proċess li jmiss għall-approvazzjonijiet mill-awtori­ tajiet kompetenti, se jkun irrakkomandat biex maż-żmien juża ajruplani elettriċi sabiex jitnaqqas l-impatt ambjentali. Id-dokument jisħaq li “l-GRDA se tirrakkomanda li l-operatur tas-servizz bl-ajru bejn Malta u Għawdex jadotta flotta kollha kemm hi elettrika. Dan jista’ jsir b’diversi mezzi, bħall-inċentivar lill-operatur biex jaqleb għal ajruplani elettriċi jew permezz tat-tender bil-għan li jkunu intitolati jappli­ kaw biss dawk l-operaturi li juru l-intenzjo­ ni tagħhom li jaħdmu b’ajruplani simili mill-ajruport propost.” Tkompli f’paġna 5

Impressjoni artistika ta’ kif mistenni jiġi jidher il-mitjar fil-limiti tax-Xewkija meta jkun lest

TIBQA’ TIDDOMINA L-KRIŻI TAL-ENERĠIJA Mill-pjan tal-Kummissjoni Ewropea biex jonqos l-użu tal-enerġija u ­l-fte­him tal-aħħar ġranet mal-Ażerbajġan, għad-dibattitu politiku fl-Ingilter­ra, ittwissijiet minn paj­ji­żi Ewropej dwar xitwa tal-biża’ fuq ix-xefaq u l-pressjoni minn prezzijiet fl-ogħla livelli, is-settur tal-ener­ġija kompla jiddomina l-aħbarijiet prinċipali madwar id-dinja. Il-KullĦadd analizzat dak li qiegħed jiġi rrapportat bħalissa f’għadd ta’ pajjiżi Ewropej u kif is-suġġett jinsab fil-quċċata tal-aġendi kollha nazzjo­ nali u internazzjonali. F’Malta, l-aktar pajjiż li għadu qed jagħti għaj­nuna, il-Kap tal-Oppo­żizzjoni jgħid li meta l-Prim Ministru jitkellem dwar dan is-suġġett ikun qiegħed biss ifittex l-iskużi. Rapport f’paġna 3


02

24.07.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 35°C L-Inqas Temperatura: 24°C L-Indiċi UV: 11 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja tiksi l-Punent u ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi u sħun Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 28°C

KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

33°C UV 11

25°C

Il-Ħamis

KUNTATT ĠENERALI

33°C UV 11

25°C

Il-Ġimgħa

33°C UV 11

25°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

33°C UV 11

25°C

34°C UV 11

26°C

34°C UV 11

25°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta — 21252396 Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun — 21238623 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi — 21499697 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara — 21441513 Collis Williams - St. Mark’s Pharmacy, Triq P. Borg Olivier k/m Triq Gianni Vella, Is-Swatar — 21440790 Balluta Pharmacy, 7, Pjazza Balluta, San Ġiljan — 21317888 Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema — 21334627 Medicine Chest Pharamcy, Triq Demitriju Farrugia, Ħal Għargħur — 21422204 Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku, Il-Mosta — 21411197 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar — 21571764 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien — 21672703 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu — 27600126 Anici Pharmacy, 6. Triq in-Nadur, Marsaskala — 21637300 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consiglii, Iż-Żejtun — 21806009 Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan k/m Triq William Baker, Il-Gudja — 21696422 Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, L-Imsida — 21227920 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli — 21457128 Għawdex Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn — 21563617 Nadur Pharmacy, Pjazza t-28 t’April 1688, In-Nadur — 21563589 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

24.07.2022

QED TISĦON DWAR L-ENERĠIJA Fuq livell internazzjonali kienet ġimgħa ta’ twissijiet fis-settur tal-enerġija, hekk kif l-effetti tal-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja qed ikomplu jpoġġu fuq l-aġenda dan is-settur. Saħansitra, esperti fis-settur qed jgħidu li din hi waħda mill-akbar kriżijiet tal-enerġija li jiftakru u s-sitwazzjoni tista’ saħansitra tmur għall-agħar. “Din hi l-aktar kriżi tal-enerġija estrema fl-Ewropa,” qal Alex Munton, espert fis-settur, mal-ġurnal awtorevoli Foreign Policy. “L-Ewropa qed tiffaċċja l-prospett li ma jkollhiex biżżejjed gass meta l-aktar li jkollha bżonn, li hu fl-aktar perjodu kiesaħ tax-xitwa,” hu kompla jgħid dwar tħassib li flaħħar jiem ra lill-Kummissjoni Ewropea tmur tagħmel ftehim mal-Ażerbajġan. Il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ażerbajġan tħabbar wara li l-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, żaret il-kapitali Ażerbajġana, Baku, għal taħditiet dwar iż-żieda tal-konsenji tal-enerġija lejn l-Ewropa. Dan il-qbil, li hu maħsub biex ikabbar l-importazzjoni tal-gass naturali Ażeri għal mill-inqas 20 metru kubu fis-sena fuq perjodu ta’ 15-il sena, għandu jnaqqas id-dipendenza Ewropea fuq il-provvista ta’ fuels importati mir-Russja. Von der Leyen iddeskriviet lill-Ażerbajġan bħala sieħeb ewlieni fl-isforzi tal-UE biex ma tibqax tiddependi fuq il-fuels fossili Russi. Iżda, dan ma kienx biżżejjed għall-Kummissjoni Ewropea li nediet ukoll pjan ta’ emerġenza bil-għan li l-użu tal-gass jonqos bi 15% fid-disa’ xhur li ġejjin. Ilbiża’ hi li r-Russja tkompli tnaqqas il-provvista bħala parti mill-attakk tagħha lejn l-UE wara l-appoġġ li din qed tagħti lill-Ukrajna u l-implimentazzjoni ta’ diversi pakketti ta’ sanzjonijiet kontra r-Russja. Il-President ta’ Franza Ema­ nuel Macron ilu jiem jagħmel appelli ddisprati biex, fejn jistgħu, in-nies jitfu d-dwal bilgħan li jiffrankaw kemm jistgħu għax “kull qatra tgħodd”. F’partijiet tal-Ġermanja wkoll diġà ttieħdu numru ta’ deċiżjonijiet, fosthom billi ċerti bliet ibaxxu jew inaqqsu d-dwal f’postijiet pubbliċi. Id-dibattitu politiku relatat jiddomina fl-UE Fir-Renju Unit, fejn għad irid jinħatar Prim Ministru ġdid u għaddej id-dibattitu bejn il-kandidati prospettivi, li issa niżlu għal tnejn, ra l-enerġija u l-inflazzjoni jitilgħu fuq nett

L-iffirmar tal-ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Ażerbajġan fl-aħħar jiem

Uħud mill-istejjer b’rabta mal-kriżi li jiddominaw il-midja internazzjonali tal-aġenda. Hawn dehret differenza kbira bejn il-finalisti Rishi Sunak u Liz Truss, li qablu fuq il-fatt li l-isfidi huma kbar u bla preċedent, anke jekk ma qablux fuq dawk li jistgħu jkunu s-soluzzjonijiet għall-pajjiż. Anke l-Prim Ministru talEs­tonja, Kaja Kallas, wis­siet dwar dan meta kienet qed taħtar il-kabinett il-ġdid tagħ­ ha. Qalet li ġej żmien iebes għall-ekonomija minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tad-dawl u l-fuel fuq quddiem nett, waqt li rrimarkat li l-partiti tal-Oppożizzjoni se jkollhom biex jikkritikaw lill-Gvern għax ġejjin żminijiet ibsin ħafna. Fost il-passi li qiegħda tieħu l-Estonja hemm il-bini ta’ impjant tal-gass LNG, l-istess tip ta’ gass li bih inħaddmu l-power station f’Malta. Saħansitra l-Financial Times irrapportat fl-aħħar jiem kif

hawn ġirja madwar id-dinja għal tankers tal-LNG, bħal dak li hemm ankrat f’Marsaxlokk. Dan minħabba li m’hawnx ħafna minnhom u l-bżonn imminenti tagħhom għall-ħażna quddiem din il-kriżi. U fl-Italja ċ-ċittadini komplew iħossu l-għafsa ta’ żidiet fil-prezzijiet, f’nofs kriżi politika li rat ir-riżenja tal-Prim Ministru Mario Draghi u s-sejħa għal dik li issa se tkun elezzjoni bikrija. Ma’ dan żdiedet il-pressjoni tas-sħana estrema li titfa’ wkoll diffikultajiet fuq l-infrastruttura tal-power stations, iżda wkoll tad-distribuzzjoni. Bliet kbar Ewropej, fosthom Milan, iffaċċaw ħinijiet ta’ qtugħ ta’ dawl li saħansitra tawlu s-sigħat. Ħafna drabi tkun is-sħana li tikxef difetti fis-sistemi u jkun meta jinqalgħu l-ħsarat li wieħed ikun jis-

ta’ jintervjeni biex isewwi. Inċidenti simili rajniehom f’pajjiżna meta kien hemm xogħlijiet li ħadu sigħat minħabba li kienu estensivi. Fuq l-aġenda tal-Prim Ministru Malti Anke l-Prim Ministru Malti, Robert Abela, tkellem fit-tul dwar is-suġġett meta fl-aħħar jiem ġie intervistat. “L-ewwel li nafu li f’dan il-mument il-pensjonanti u l-familji jrid ikollhom l-appoġġ tagħna. It-tieni li anke n-negozji f’dan il-mument ta’ rkupru rridu naraw li ma ngħabbuhomx b’piżijiet li jxekklu l-istess irkupru,” qal il-Prim Ministru, li, b’ton realistiku, tkellem dwar dak li għaddej. Fisser kif huwa biss bit-tkabbir ekonomiku li l-Gvern Malti jkun jista’ jibqa’ jsostni l-għajnuna li qed jagħti.

“Primarjament, iżda mhux biss, intervjenejna biex nassiguraw il-prezzijiet stabbli tal-enerġija. Dawl u fuel. Dan wara li fil-pandemija konna diġà naqqasna l-prezzijiet tal-fuel. U llum żammejna lill-Maltin u lill-Għawdxin protetti minn dawn iż-żidiet,” kompla Dr Abela, li fisser kif dawn huma deċiżjonijiet li wieħed irid jaħseb dwarhom u janalizza kuljum fejn saħaq li s-sitwazzjoni tant tinbidel li l-Gvern irid jaddatta d-deċiżjonijiet tiegħu kontinwament. Minkejja dan, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech tenna li, meta titkellem dwar dawn ir-realtajiet u l-isfidi li jġibu magħhom, tkun biss qed tfittex l-iskużi biex ma tgħinx linnies. Hu għamel din l-akkuża lill-Prim Ministru fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista din ilġimgħa.


04

24.07.2022

MAS-70% JGĦADDU MILL-O LEVELS TAL-MALTI, L-INGLIŻ U L-MATEMATIKA Mill-eżamijiet kollha li l-istudenti tas-Sekondarja għamlu jinkisbu kważi 11,000 ċertifikat tal-ogħla gradi Mir-riżultati akkademiċi tal-O Levels, li l-istudenti rċevew fl-aħħar jiem fi triqithom biex jibdew l-edukazzjoni Postsekon­darja, joħroġ li mas-70% tagħhom ġabu marki pożittivi (pass mark) fl-aktar suġġetti bażiċi – ilMalti, l-Ingliż u l-Matematika. Mis-suġġetti kollha, li din is-sena kienu jammon­taw għal 42 b’kollox, in­ kisbu 10,887 ċertifikat fil-grad 1 (1,958), 2 (3,593) u 3 (5,336), għalkemm xorta jibqa’ lok għal titjib. Minbarra s-suġġetti bażiċi, l-akbar ammonti ta’ riżultati fl-ogħla tliet marki waslu wkoll fil-lingwi barranin (Ġermaniż, Franċiż, Taljan, Spanjol, Għarbi u Russu), il-Fiżika, il-Letteratura Ingliża, il-Bijoloġija, il-Kimika u l-Istudji Ambjentali. Din is-sena l-eżamijiet taċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC) ukoll raw żieda fl-ammont ta’ studenti li rreġistraw għalihom. Fil-fatt, fl-2022, 5,068 student għamlu dawn l-eżamijiet b’xejn, 130 kandidat iżjed mis-sena li għaddiet. Minn għada klassijiet Ma’ dawn jiżdiedu ta’ reviżjoni b’xejn wkoll 303 kandidati li għamlu l-eżamijiet għall-istudenti li jridu tas-Secondary Education Applied Certificate (SEAC), jħejju għar-resits ġew irreġistrati, bil-maġġoranza filżieda ta’ 288 fuq sena qatas-SEC Malti, il-Marketing, bel, f’10 suġġetti, fosthil-Pure Mathematics, om Agribusiness, Engineering l-Ingliż u l-Bijoloġija. Minn Technology, Health & Social Care, Hospitality, Information Technology, dawn, kważi 60% għaddew. L-aħjar li marru fil-Livell Av­vanzat Retail u Media Literacy Education. Minnhom inġiebu 418-il pass mark jew kienu dawk fl-eżamijiet tal-Bijoloġija (70%), tal-Malti (68%) u tal-Marketing 63% tal-eżamijiet li taw. Sadattant, fl-eżamijiet tal-Matri- (60%), waqt li fil-Livell Intermedjarkola, Livell Avvanzat u dak Intermed- ju kienu fl-eżamijiet tas-Systems of jarju, kien hemm 4,146 applikant li Knowledge (74%) u l-Ingliż (54%).

Klassijiet ta’ reviżjoni Għad-disa’ sena konsekuttiva se jer­ġ­ għu jsiru l-klassijiet ta’ reviżjoni tas-SEC bla ħlas għall-istudenti li se jagħmlu r-resit f’Settembru li ġej. Il-klassijiet ta’ reviżjoni din is-sena jibdew minn għada t-Tnejn sas-Sibt 27 t’Awwissu u jagħtu l-opportunità lil kull student li jagħżel sa tliet suġġetti bażiċi bejn il-Malti, l-Ingliż, il-Matematika, il-Fiżika u l-Bijoloġija.

Dawn il-klassijiet, li ġew introdotti minn Gvern Laburista fl-2014, s’issa għenu ’l fuq minn 5,000 student li, sena wara sena, kisbu riżultati favore­voli. Minbarra hekk, jirriżulta li studenti li jagħmlu l-klassijiet ta’ reviżjoni wkoll imorru aħjar waqt ir-resits fis-suġġetti kollha minn dawk li ma jattendux. F’dawn il-klassijiet tingħata attenzjo­ ni individwali lill-istudenti u din is-sena se jkun hemm 80 għalliem ikkwalifikat biex jagħtuhom għajnuna professjonali.

Ritratt: GEOFFREY ZARB ADAMI/DOI

€300,000 F’GĦAJNUNA LIL KUNĊERTI TAR-ROCK Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici flimkien ma’ Festivals Malta nieda sejħa għall-applikazzjonijiet talfond Rock’N Malta. L-inizjattiva toffri appoġġ ta’ €300,000 f’fondi lill-organizzaturi, bands u artisti li fis-sena d-dieħla biħsiebhom jipproduċu kunċerti tal-ġeneru Rock, kif ukoll is-sottoġeneri li joħroġu minnu. “Din hi inizjattiva sabiħa biex nagħtu opportunità lit-talent lokali fil-kamp tar-Rock jesebixxi l-ħiliet tiegħu u anke nattiraw talent barrani biex jagħti pres­tazzjonijiet f’pajjiżna. Fl-istess waqt se nkunu qed naħdmu id f’id mas-settur privat, promoturi, artisti lokali u NGOs ħalli jkunu huma l-ixprun ta’ dawn il-kunċerti,” stqarr il-Ministru. Iċ-Ċermen ta’ Festivals Malta, Aaron Zahra, qal li permezz ta’ Rock’N Malta, Festivals Malta se tkomp­li tinvesti fil-ġeneri tal-mużika varjati li għandna f’pajjiżna. “L-għan ta’ Festivals Malta hu li jagħti diversi opportunitajiet lill-artisti tagħna. Bħalma Festi-

vals Malta jorganizza diversi festivals ta’ forom differenti ta’ arti u ta’ kull ġeneru mużikali, inkluż mużika bil-Malti, Jazz, mużika Klassika u aktar. B’dan il-fond qegħdin niffukaw ukoll fuq il-mużika Rock u s-sottoġeneri kollha tagħha,” qal Zahra. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala, qalet li Rock’N Malta twaqqaf mill-Aġenzija fl-2017 u permezz ta’ din l-inizjattiva, li tagħmel parti minn portafoll estensiv, jiġi offrut appoġġ dirett lix-xena tal-mużika rock lokali. Tul is-snin, Rock’N Malta ospita artisti bħal Dream Theatre, Dee Snider, Steve Hackett, Krokus u oħrajn. Kien ukoll ta’ sostenn għal diversi bands, artisti u festivals lokali oħrajn marbutin ma’ dan il-ġeneru tal-mużika. L-applikazzjonijiet għall-fondi ta’ Rock’N Malta jagħlqu l-Ħamis 22 ta’ Settembru f’nofsinhar. Kull min hu interessat japplika għandu jżur is-sit www.festivals.mt għal aktar informazzjoni.


05

24.07.2022

L-ISTUDJI JURU LI L-AĦJAR UŻU HU KIF INHU PROPOST Tkompli minn paġna 1 Flimkien ma’ dan, id-dokument ukoll jassigura t-tħaddir madwar il-mitjar, l-ebda bini ġdid minn dak li diġà jeżisti, waqt li jipproponi l-kordinament mas-servizz tat-trasport pubbliku biex ikun konvenjenti għal dawk li jagħmlu użu mill-vjaġġi bl-ajru u b’hekk jitnaqqas it-traffiku ta’ vetturi fiż-żona u allura ferm inqas tniġġis. Qiegħed jiġi rrakkomandat ukoll li l-vjaġ­ ġi bejn il-gżejjer ikunu kkordinati bl-aħjar mod mat-titjiriet prinċipali tal-linji tal-ajru li jaslu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA). Fl-ewwel 100 jum ta’ Gvern ġdid Labu­rista, il-Ministeru għal Għawdex, immex­xi minn Clint Camilleri, nieda l-proċess għall-proposta biex, permezz tal-GRDA, dan il-proġett jibdel is-sit dilapidat tal-Gozo Heliport f’mitjar li jkollu runway ta’ 445 metru. Il-Gozo Heliport ilu ma jintu­ ża mill-2008, wara li mill-1990 ope­raw ħames kumpaniji talħe­likopters differenti, li lkoll spiċċaw waqqfu s-servizz qabel iż-żmien. Ħames snin ilu kien deċiż li l-post iservi bħala bażi għall-ħelikopter ambulanza. Studji sussegwenti mid-Direttorat tal-Avjazzjoni fi ħdan Transport Malta komplew jikkonfermaw li l-ispejjeż biex jit­ħaddem servizz ieħor bilħeli­kopter ikunu ferm akbar milli mitjar żgħir għal ajruplani fixed-wing. Pjani preċedenti biex il-Gozo Heliport jinbidel f’ajruport kienu jipproponu mitjar fuq skala akbar, bil-ħsieb li tittieħed art agrikola. Dak pro­post issa se jiġi żviluppat fuq art proprjetà tal-Gvern. Minbarra għat-trasport bejn il-gżejjer, l-airfield il-ġdida se tkun iddisinjata biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ekosistema ta’ avjazzjoni ġenerali f’Għawdex, inkluż għall-użu minn skejjel tal-avjazzjoni, ajruplani light u microlight mill-privat, operazz­ jonijiet ta’ drone u attivitajiet oħrajn anċillari. “Din il-proposta hi wegħda elettorali li dan il-Gvern hu determinat li jwettaq, speċjal­ ment issa li l-istudji kollha juru li l-benefiċċji relatati malproġett kif propost huma ferm aktar attraenti mill-impatt li dan jista’ jkollu,” sostna l-Mi­ nistru għal Għawdex, waqt li spjega li ġew sottomessi aktar minn 70 proposta, suġġeriment u rakkomandazzjoni. Dawn ġew analizzati b’reqqa

Il-Ministru Camilleri mill-awtorità u eventwalment ġew inklużi fid-dokument finali dwar dan il-proġett, ir-Regional Impact Assessment. “Nirringrazzja lil kull min b’xi mod ikkontribwixxa biex din il-proposta mhux biss titwettaq, bil-għan li nimmassimizzaw sit mitluq f’minjiera ta’ opportunità, imma biex dan isir b’rispett sħiħ lejn l-ambjent,” tenna l-Ministru Camilleri. Hu qal li l-pass li jmiss hu li, skont ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport, il-Ministeru jissottometti fil-ġimgħat li ġejjin applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar u jekk jinħarġu l-permessi, isegwi l-proċess tal-offerti. “B’hekk l-aċċessibbiltà lejn Għawdex tkompli tissaħħaħ,” ikkonkluda l-Ministru. Mario Borg, Kap Eżekuttiv tal-GRDA, ta ħarsa dettaljata tal-proċess relatat mal-konsultazzjoni pubblika fejn eval­ wa bir-reqqa l-impatt li dan il-proġett jista’ jkollu fuq l-eko­ nomija, l-ambjent u l-qasam soċjali tal-gżira Għawdxija kif ukoll ta ħarsa lejn ir-rakko­ mandazzjoni biex jitjieb il-pro­ ġett kif propost. Uħud mir-rakkomandazzjo­ nijiet li saru trattaw kif l-aspett rurali tal-proġett għandu jibqa’ ċentrali; li jkomplu jiżdiedu l-miżuri, b’użu għaqli ta’ siġar u veġetazzjoni oħra, biex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt ta’ ħsejjes li jistgħu jiġu ġġenerati; li l-fuel deposit ma jkunx ristrett biss għall-użu ta’ emerġenza; li l-proġett jaħseb għall-installazzjoni ta’ charging points elettriċi ħalli jkun aktar faċli li jintużaw minn ajruplani elettriċi; u li l-Gvern jibqa’ jkollu sehem attiv fl-operat tal-mitjar meta jitlesta. Il-Gvern qed ibassar li l-iżvilupp tal-mitjar fix-Xewkija u l-atti­vitajiet anċillari jiġġene­ raw valur miżjud sa €2.5 miljun kull sena, waqt li jinħolqu kważi 50 impjieg full-time ġdid meta jitqiesu wkoll l-effetti indiretti tal-proġett.

It-twaqqigħ ta’ parti li nbniet fl-iskola l-ġdida tal-Imsida għax ma laħqitx il-livell rikjest

L-OGĦLA KWALITÀ INFRASTRUTTURALI L-FTS tesiġi li proġetti, bħall-bini ta’ skejjel ġodda, ikunu ta’ standard Il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada (FTS) għaddejja b’diversi proġetti infrastrutturali edukattivi, fosthom il-proġett ta’ skola primarja ġdida fl-Imsida, b’investiment ta’ €10 miljun. F’kull proġett li jsir, l-FTS titlob li x-xogħol li jkun qed isir ikun tal-ogħla standards u kwalità, skont it-termini tal-kuntratt li jkun ingħata. Kull proġett isirulu spezzjo­ nijiet regolari biex ikun aċċertat li x-xogħol hu skont l-istandards stipulati. Kien waqt dawn l-ispezzjonijiet li ħareġ li x-xogħol li kien qed isir fl-iskola primarja l-ġdida kien hemm nuqqasijiet u għalhekk twaqqaf ix-xogħol. L-FTS ħadet il-passi meħtieġa bil-għan li tassigu­ra li x-xogħol ikun skont is-sengħa u ta’ livell, biex il-pajjiż jieħu valur għall-flus li qed iħallas. Għalhekk wara li għamlet analiżi tas-sitwazzjoni, l-FTS temmet ir-relazzjoni kuntrattwali mal-perit li kien qed jieħu ħsieb il-proġett. Kien dan li wassal biex nhar il-Ġimgħa filgħodu beda xogħol ta’ twaqqigħ fuq partijiet li kienu nbnew. L-FTS mhux biss assenjat ix-xogħol lil ditta differenti ta’ periti, iżda qed tieħu l-passi meħtieġa biex il-perit li kien responsabbli għan-nuqqasijiet jagħmel tajjeb u jinżamm legalment responsabbli. Il-Fondazzjoni kkummissjonat lill-kuntrattur tal-proġett bil-bini kollu tal-iskola, inkluż

id-disinn u r-responsabbiltà strut­turali tal-estensjoni talpar­keġġ, it-tiswijiet fiż-żoni diġà mibnija, u l-bini tal-bqija tal-iskola permezz ta’ TBA Periti fuq bażi ta’ design and built. Waqt il-proċess, l-FTS u l-Mi­nisteru għall-Edukazzjoni laqgħu suġġerimenti dwar ilpar­keġġ tal-iskola u, la nqalgħu dawn iċ-ċirkostanzi, il-parkeġġ issa se jirdoppja.

Kunċetti innovattivi għal pajjiżna se jiġu inkorporati fil-binja Kien ilu jinħass il-bżonn li l-iskola tal-Imsida tinbena mill-ġdid. Fil-fatt, kien hemm tħassib minħabba ħsarat strutturali serji u viżibbli f’ħafna postijiet tal-binja. Għalhekk, wara l-proċess normali ta’ pro­ ġetti bħal dawn, u wara l-approvazzjonijiet meħtieġa, l-iskola twaqqgħet kollha u qed tinbena fuq l-istess sit. L-Awtorità Maltija għall-Ippjanar iddeċidiet li parti millfaċ­ċata tal-iskola l-antika tin­ żamm u tiġi inkorporata bħala disinn fil-binja l-ġdida. L-iskola l-ġdida se jkollha madwar 40 klassi, 26 normali u għadd ta’ klassijiet oħrajn għal suġġetti speċifiċi, bħall-iżvi-

lupp personali u soċjali, l-arti, il-mużika, ix-xjenza, il-litteriż­ mu u l-etika. L-iskola se jkollha wkoll ċentru għall-ħarsien tattfal, librerija pubblika u sala li se tkun tesa’ madwar 300 persuna. Il-librerija pubblika, is-sala kif ukoll ammont ta’ spazju rikreattiv se jkunu jistgħu jin­ tu­żaw mill-komunità lokali wara l-ħinijiet tal-iskola. Din se tkun faċilità edukattiva moderna u futuristika ppjanata b’mod speċifiku biex tagħti l-aqwa edukazzjoni lill-istudenti. Fl-ippjanar ġew imħarsa wkoll il-ħtiġijiet tal-komunità bħall-parkeġġ, li issa se jikber, childcare centre u se jiġu akkomodati għaqdiet volontarji. Fil-fatt, bħala parti minn dan il-proġett se jinbena wkoll kumpless ġdid għall-Imsida Sea Scouts, bi spazju ta’ aktar minn 500 metru kwadru fuq barra u fuq ġewwa. L-iskola l-ġdida se jkollha żewġ kwalitajiet innovattivi għall-iskejjel lokali – outdoor classroom environment fejn se jkun hemm spazju msaqqaf fuq barra biex l-għalliema jkunu jistgħu jagħmlu ċerti lezzjoni­jiet b’għamara apposta u mdaw­rin b’siġar, pjanti u fjuri, u l-ħolqien ta’ green wall fuq waħda mill-faċċati tal-iskola. Din il-faċċata se tkun miksija bi ġnien vertikali. L-idea se tkun estiża wkoll għall-btieħi tal-iskola.


06

24.07.2022

MALTIN-AWSTRALJANI JIBQGĦU Skont l-aħħar ċensiment, il-kompatrijotti fil-kontinent Awstraljan ikomplu jonqsu b’iżjed minn 5,000 fuq ħames snin qabel bl-età medja tagħhom tkun ta’ bejn il-65 u d-69 sena … mat-53 jiġu identifikati bħala Aboriġini jew indiġeni Awstraljani In-numru ta’ persuni fil-kontinent Awstraljan li ddikjaraw li jitkellmu l-Malti fi djarhom kien jgħodd għal 26,555, tnaq­ qis ta’ 5,432 minn ftit inqas minn 32,000 li ddikjaraw l-istess 2016. Minn dawn, 64% biss qalu li twieldu f’pajjiżna, bi 33% twieldu fl-Awstralja stess. Skont l-aħħar ċensiment Awstraljan, li għadu kemm ġie ppubblikat, l-għadd ta’ persuni t’oriġini Maltija mistenni jkompli jonqos b’rata mgħaġġla fissnin li ġejjin, partikolarment minħabba l-fatt li l-età medja tagħhom hi dik pensjonabbli, bejn il-65 u d-69 sena. Minbarra hekk, 55% tal-familji Maltin m’għandhomx tfal. Iċ-ċensiment għall-2021 ukoll indika li subborgi, bħal dak ta’ Blacktown fi New South Wales (NSW), fejn il-kompatrijotti Maltin kienu jiffurmaw l-akbar grupp etniku, issa dan “intilef” ukoll. Kurjuż hu l-fatt li, waqt li żwiġijiet interrazzjali ta’ Maltin hu għoli ħafna b’iżjed minn 64 tip differenti ta’ antenati jiġu identifikati, mat-53 persuna ta’ oriġini Maltija (0.2%) identifikaw ruħhom bħala Aboriġini jew inkella membri tal-komunità indiġena ta’ Torres Strait Islands fi Queensland. Dawn jikkwantifikaw għal madwar 53 mill-popolazzjoni kollha ta’ Maltin fl-Awstralja. Fl-aħħar ħarġa tiegħu, il-ġurnal tal-emigranti Maltin The Voice of the Maltese ta ren-

dikont dettaljat tal-aħħar riżultati miċ-ċensiment Awstraljan fejn jikkonċerna lill-komunità Maltija. L-aktar subborg fejn jgħixu Maltin hu dak ta’ St Albans f’Victoria b’1,011-il persuna li jitħaddtu l-Malti, segwit minn Greystanes fi New South Wales (548), Sunshine West, Sunshine North, Altona Meadows, Caroline Springs, Deer Park, Hillside u Hoppers Crossing, ilkoll f’Melbourne. Is-subborgi tal-Punent f’dan l-istat ukoll jilqgħu l-akbar ammont ta’ Maltin fl-Awstralja kollha. Is-subborg ta’ Blacktown fi New South Wales irre­ ġistra t-tmien l-akbar okkupan­za ta’ Maltin. Iżda waqt li għal għexIl-komunità Maltija ieren ta’ snin hawn ilMaltin kienu l-akbar fl-Awstralja kienet grupp etniku, skont tgħodd madwar l-aħħar ċensiment 60,000 fil-bidu issa niżlu fit-tieni post wara l-Filippini. tat-tmeninijiet Total ta’ 91% tal-Maltin fl-Aw­stralja għand­hom ukoll iċ-ċittadinanza Awstraljana, li minn 10% joqogħdu hu wkoll aktar mill-medja kon- f’residenzi mikrija. tinentali ta’ 84%. Iċ-ċensiment Id-dħul medju għall-Mal­ ukoll staqsa liema reliġjon tin fl-2021 kien fil-faxxa ta’ iħaddnu, bi 93% jgħidu li huma bejn AU$15,600 (€10,500) u Kattoliċi, bi 3% ma jħaddnu AU$26,000 (€17,500), waqt li 4% l-ebda reliġjon. tagħhom jilħqu l-ogħla faxxa Maġġoranza assoluta ta’ 88% ta’ bejn AU$104,000 (€70,200) tal-Maltin-Awstraljani wkoll u AU$182,000 (€122,850). għandhom ir-residenza perso­ Waqt li l-akbar għadd ta’ nali tagħhom, bi 72% jiddikja- Maltin emigraw lejn l-Awstralraw li m’għad għandhom l-ebda ja aktar minn 60 sena ilu, meta dejn xi jħallsu mal-banek. Inqas fl-1965 qabżu l-100,000, sal-bi-

du tat-tmenijijet il-komunità Maltija kienet tgħodd mas60,000. Huwa stmat li bejn l-1975 u l-2021 il-migrazzjoni tal-Mal­tin lejn l-Awstralja kienet waħda baxxa kostanti, b’inqas minn 200 persuna kull sena jagħżlu li jirrilokaw fil-kontinent. Eżempju fl-2006 kien hemm 42 ċitta­din Malti li emig­raw ’l hemm, waqt li 10 snin wara kien hemm 27.

Fiċ-ċensiment Awstraljan tal-2016 kien hemm irreġistrati 175,500 persuna ta’ nisel Malti, fil-maġġoranza twieldu fl-Awstralja bħala wlied u wlied ulied l-emigranti proprja Maltin. L-ewwel Malti li emigra lejn l-Awstralja minn jeddu Hu ddokumentat li l-ewwel Malti li emigra lejn l-Awstralja

TIBDA TELLIEQA OĦRA B’KANDIDAT SINGULARI Ilbieraħ fetħet il-votazzjoni bikrija fil-Partit Nazzjonalista għall-kariga ta’ Viċi Kap, li għaliha Alex Perici Calascione se jkun qed itellaq waħdu, hekk kif kien fil-fatt l-uniku wieħed li wera interess. Fil-faċċata prinċipali tiegħu, il-ġurnal In-Nazzjon ilbieraħ fakkar fil-proċess li kellu jiskatta fid-Dar Ċentrali u spjega kif dan hu proċess ta’ tiġdid, anke jekk dan jikkuntrasta bil-kbir mar-reazzjoni li kiseb ONE News mal-mument li Calascione tefa’ ismu għall-kariga, proprju fl-aħħar jum li għalqet l-espressjoni ta’ interess.

Fil-fatt, sorsi ta’ ONE News mid-Dar Ċentrali rrimarkaw kif l-għajta tal-Kap Bernard Grech dwar l-importanza li jdaħħal l-uċuħ il-ġodda fil-Partit kienet qiegħda tiġi redikolata meta hu fatt li Perici Calascione tneħħa preċedentement minn President tal-Eżekuttiv biex jinħoloq spazju għal demm ġdid. Madankollu s-sorsi, perplessi u mbellhin bil-kandi­datura ta’ Perici Calascione, sostnew kif dan altru milli hu xi demm ġdid. Fakkru kif Perici Calascione kien il-kaxxier tal-Partit, li għadu mifni bi problemi finanzjarji u fl-2017 anke ħareġ

għall-kariga ta’ Kap biex ikun għall-PN. is-suċċessur ta’ Simon Busuttil. L-istess persuni fakkru wkoll Sorsi mil-fazzjoni kif il-Kap Nazzjontal-Eks Kap Nazzjonalista pubbli­kament alista Adrian Delia iddikjara li xtaq qalu li Perici Calascimara għal din il-karione hu meqjus qrib ga ta’ Viċi Kap, iżda il-fazzjoni ta’ Simon l-inabbiltà tiegħu li Busuttil u li kien Kien tneħħa jmexxi u jispira moimexxi l-Kumitat mill-Eżekuttiv tivazzjoni fil-Partit, Eżekuttiv fi żmien li tu f’sitwazzbiex jagħmel wassli­ l-istrutturi tal-Partit joni fejn kellu jitqaspazju għal nna b’xi ħadd li mhu bdew jisfiduċjaw lillKap dak iż-żmien. demm ġdid wiċċ ġdid xejn. Fil-fatt l-Eżekuttiv, B’hekk bħalma taħt it-tmexxija ta’ ġara fil-każ ta’ Grech Perici Calascione, kien sfiduċja stess fl-elezzjoni ri­ċenti għalllil Delia fis-sajf jaħraq tal-2020 Kap wara l-akbar telfa elettora-

li, il-PN qed jerġa’ jirrikorri għal tellieqa oħra b’“żiemel” wieħed. Sadanittant, tul il-votazzjoni bikrija il-kandidat Nazzjonalista u Sindku ta’ San Ġiljan Albert Buttigieg kompla jikkonferma l-ġlied li għadu jiddomina fidDar Ċentrali. Fi status fuq il-profil tiegħu fuq Facebook hu tella’ ritratt minn ġewwa d-Dar Ċentrali u tenna l-isfida tiegħu littmex­xija Nazzjonalista. “Jiena qiegħed hawn, ma mort imkien u biħsiebni nibqa’ hawn. M’iniex baħri tal-bnazzi.” Buttigieg kiteb dan hekk kif ftit tal-ġimgħat ilu deher


07

24.07.2022

GĦAN-NIŻLA FATTI U FIGURI

PERSUNI FIL-FAMILJA LI JITKELLMU BIL-MALTI 2 – 64% 3 – 19% 4 – 12% 5 – 4% 6 – 1.5%

MALTIN-AWSTRALJANI Sena Għadd 1996 55,980 1997 55,060 1998 54,210 1999 53,350 2000 52,610 2001 51,810 2002 51,710 2003 51,610 2004 51,480 2005 51,380 2006 51,160 2007 50,630 2008 50, 040 2009 49,320 2010 48,660 2011 47,960 2012 47,080 2013 46,130 2014 45,140 2015 44,070 2016 43,020 2017 42,120 2018 41,280 2019 40,410 2020 39,460 2021 38,500

– Margaret Hannah Sandeman – fl-1845 u kellhom żewġt itfal, Angelo James u Claudina. Azzopardi miet fl-1881 fl-għomor ta’ 76 sena. Minkejja dan, bejn l-1788

u l-1868, madwar 160,000 Malti ntbagħtu fl-Awstralja b’kastig mill-Gvern Ingliż wara li nstabu ħatja li naqsu mid-dmirijiet tagħhom bħala parti mir-reġim Brittaniku.

STAT Miżżewġin – 57% Mhux miżżewġin – 31% TIP TA’ FAMILJI Bla tfal – 55% Bi tfal – 30% B’ġenitur wieħed – 13% TIP TA’ KOPPJI Eterosesswali – 84% Omosesswali – 0.5% NUMRU TA’ PERSUNI FIL-FAMILJA 1 – 30% 2 – 43% 3 – 13% 4 – 9% 5 – 3% 6 – 1% 7+ – 0.5%

minn jeddu kien il-baħħar Antonio Azzopardi, li fl-1839 wasal f’Melbourne, Victoria, fuq bar­ kun tal-injam Ingliż imsemmi Mary Hay. Aktar tard beda jaħdem bħala stampatur. Għalkemm kien spiss vittma ta’ attakki razzisti, anke vjolenti, il-fatt li kien sudditu Britta­niku għenu fuq migranti oħrajn u rnexxielu jistabbilixxi ruħu u jibni familja wara li żżewweġ Skoċċiża minn Perth

FIL-PN quddiem il-Kummissjoni Etika, Dixxiplina u Mezzi Soċjali tal-Partit wara li allega tixħim minn “uffiċjal għoli mhux elett” fil-Partit. F’artiklu li kiteb fit-Times fit-13 ta’ Mejju hu allega li xi ħadd kbir fil-PN kien iltaqa’ ma’ kuntrattur ewlieni f’lukanda u ftiehmu biex il-Partit jagħlaqlu ħalqu (lil Buttigieg), għax kien qed jitkellem kontra ċerti proġetti f’San Ġiljan. Buttigieg ilmenta li l-Partit fil-fatt warrbu għalkollox waqt il-kampanja elettorali u qal li ħassu mibjugħ għal 30 biċċa tal-fidda.

ECO Works Ltd (C99248) Are issuing an RFQ for the procurement of 1 road patching van. Interesting parties are to send an e -mail requesting specifications required on eric@ecoworks.mt and james@ecoworks.mt Bids as listed in the BOQ’s will have to be received by not later then 20 th July 2022 via e mail on eric@ ecoworks and james@ecoworks.mt

Ċaqliq Migratorju u Solidarjetà Wirja fil-bini ewlieni tal-Arkivji Nazzjonali fir-Rabat. tirrakonta stejjer permezz ta’ għodod teknoloġiċi li igħinuna nagħrfu l-passat tagħna b’mezzi diversi. 47 dokument minn 22 arkivju minn 9 pajjiżi jirrakkontaw ġrajjiet żgħar li ffurmaw l-Ewropa u jgħinu lil min iżurna biex jesperementa u jilgħab, jitgħallem u jaqsam kif ukoll li jesperjenza il-passat komuni tagħna. Din hija it-tieni minn serje ta’ tliet wirjiet żviluppati fil-programm European Digital Treasures, ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea. It-Tnejn sal-Ġimgħa: 09.00 -13.00 Il-Ħamis: 09.00 – 13.00; 15.00 – 18.00


08

24.07.2022

L-IRLANDA TISSOSPENDI FTEHIM TAL-UE Persuni li jingħataw stat ta’ refuġjat minn 20 pajjiż, inkluża Malta, issa jeħtieġu viża biex jidħlu fil-pajjiż L-Irlanda ssospendiet għal sena l-ivvjaġġar mingħajr viża lil refuġjati minn 20 pajjiż sigur, fosthom Malta, wara li approvat politika tal-immigrazzjoni aktar iebsa minħabba li l-pajjiż fl-Unjoni Ewropea “ma jiflaħx għal iżjed influss ta’ barranin”. Dan ifisser li għat-12-il xahar li ġejjin persuni, li jkunu ngħataw stat ta’ refuġjat f’pajjiż ieħor, ikunu xorta jistgħu jivvjaġġaw lejn l-Irlanda, iżda issa jkunu jeħtieġu l-viża. Refuġjati ta’ nazzjonalità Ukrena huma esklużi minn din il-proċedura. Din il-ġimgħa l-Prim Ministru Irlandiż Michael Martin qal li qed jaslu fil-pajjiż bejn erba’ u ħames darbiet iżjed refuġjati mis-sena li għaddiet. Id-deċiżjoni, deskritta minn Martin bħala “għaqlija”, waslet wara pressjoni biex jiġu akkomodati refuġjati li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna u li qed ikunu mġiegħela jorqdu fl-art f’bini antik tal-Ajruport ta’ Dublin. Il-bidla fid-deċiżjoni, li jiġi sospiż ftehim tal-Kunsill talEw­ropa, ġiet deskritta bħala

mi­żura kontra “abbużi mis-sis­ tema”, iżda membri tal-Gvern ammettew li dan ma jistax jiġi sseparat minn pressjonijiet oħrajn ġejjin mill-aċċettazzjoni tal-istat ta’ refuġjati u l-integrazzjoni tagħhom fis-sistema. Għaldaqstant dan qed jiġi interpretat bħala messaġġ ċar mill-Irlanda dwar il-migrazzjoni. Fil-bidu tal-ġimgħa, Ministri tal-Kabinett ta’ Martin ġew informati bi tħassib ta’ falsifikar ta’ dokumenti u li s-sistema qed tintuża ħażin minn persuni li jkunu ngħataw protezzjoni internazzjonali f’pajjiż ieħor u mbagħad japplikaw għal status fl-Irlanda. Il-Gvern qed ibassar li t-tendenzi attwali se jaraw l-għadd ta’ dawk ifittxu protezzjoni internazzjonali bi 300% din is-sena mqabbel mal-2019 – bħalissa dawn żdiedu b’191% fuq l-istess perjodu tliet snin ilu – b’“implikazzjonijiet sinifikanti” biex jiġu pproċessati applikazzjonijiet u fuq l-akkomodazzjoni. Skont it-termini tal-Ftehim Ewropew fuq it-Tneħħija ta’

It-terminal l-antik fl-Ajruport ta’ Dublin li qed jospita r-refuġjati

Viżas għal Refuġjati, applikanti għal protezzjoni internazzjonali jistgħu jivvjaġġaw bla viża bejn pajjiżi firmatarji sakemm ma joqogħdux iżjed minn tliet xhur. L-eżenzjoni mill-viża tapplika għal dak b’Convention Travel Document maħruġ mill-Belġju, mir-Repubblika Ċeka, mid-Danimarka, millFinland­ja, mill-Ġerman­ja, mill-Ungerija, mill-Iż­lan­da, mill-Italja, mil-Liechtenstein, mil-Lussemburgu, minn Malta, mill-Olanda, min-Norveġja,

mill-Polonja, mill-Portu­gall, mir-Rumanija, mis-Slovakkja, minn Spanja, mill-Iżvezja jew mill-Iżvizzera. Fil-passat, żewġ pajjiżi oħra – Franza fl-1986 u r-Renju Unit fl-2003 – issospendew tali eżenzjo­ni. Minkejja dan, il-Kap Eżekut­ tiv tal-Kunsill tar-Refuġjati fl-Irlanda Nick Henderson qal li l-eżenzjoni fil-verità kienet qed tintuża minn numri baxxi u s-sospensjoni tal-Gvern tissog­ ra li tkun “disproporzjonata u rigressiva”. Hu qal li d-deċiżjoni hi ta’

dispjaċir, għax il-ftehim kien mezz importanti kif familji mifrudin bil-gwerra setgħu jżuru lil xulxin madwar l-Ewropa. “Li żżid l-applikazzjoni għal viża għal żjarat simili toħloq aktar inċertezza u ostakli għal familji refuġjati u hi f’kuntrast qawwi mal-prinċipju tal-moviment ħieles għal ċittadini tal-UE.” Il-Kummissjoni Irlandi­ża għad-Drittijiet Umani u l-Ug­ wal­­janza qalet li qed teżamina fid-dettall id-deċiżjoni. Il-mossa waslet hekk kif tlestew it-tħejjijiet biex mal150 Ukren jiċċaqilqu għal villaġġ tat-tined fil-bażi tal-arma­ ta f’Gormanston, fejn skont id-Di­par­timent tal-Integrazzjo­ ni mhux se jkun hemm arja kundizz­jonata u l-post se jkun qed jakkomoda persuni għal ġimgħa waħda kull darba. Il-ġimgħa l-oħra l-Gvern ma kellux fejn jospita refuġjati Ukreni u dawk li qed ifittxu l-ażil fl-akkomodazzjoni pprov­ duta mill-Istat fis-Citywest Conference Centre. Dan wassal biex aktar minn 300 persuna kellhom jitpoġġew fit-terminal l-antik tal-ajruport.

L-ORDNI TA’ MALTA F’IŻJED INKWIET B’ABBUŻI TA’ MINURI Investigazzjoni interna dwar każ ta’ abbuż sesswali minn uffiċjal voluntier tal-Ordni ta’ Malta fl-Irlanda fuq żagħżugħ li allegatament seħħ fl-2013, spiċċa biex kixef aktar allegati abbużi fi ħdan din l-organizzazzjoni. Rapport fil-gazzetta The Irish Times jagħti dettalji dwar dawn il-każi u nuqqasijiet li nstab li kien hemm mill-Ordni ta’ Malta fil-mod kif ittrattat il-każi. L-investigazzjoni interna bdiet dwar allegazzjoni ta’ mġiba sesswali mhux xierqa ta’ voluntier tal-organizzazzjoni fil-konfront ta’ membri żgħażagħ. Waqt l-istħarriġ intern qam tħassib dwar kif l-organizzazzjoni ttrattat ukoll allegazzjoni preċedenti mwettqa minn dan l-istess voluntier. Il-każ imur lura għall-2013 meta żagħżugħ allega li uffiċjal tal-Ordni ta’ Malta kien għadda kummenti mhux xierqa ta’ natura sesswali meta hu kien għadu taħt l-età. Iż-żagħżugħ allega li r-raġel għamel ukoll avvanzi sesswali fuqu ftit jiem biss wara li kien għalaq it-18-il sena u darba minnhom ipprova jorbtu, waqt li kienu waħedhom jagħmlu xi xogħol f’maħżen tal-Ordni. L-investigazzjoni stabbilixxiet ukoll li r-raġel ta’ spiss kien iwassal lit-tifel id-dar bil-karozza tiegħu waħdu, u dan kien isir bi ksur tar-regoli tal-protezzjoni tat-tfal. Ir-rapport tal-investigazzjoni jagħti wkoll dettalji dwar allegazzjoni ta’ abbuż sesswali li kien sar fuq membru adolexxenti ieħor tal-Ordni ta’ Malta tliet snin qabel, imma dan il-voluntier ma kienx tneħħa mill-organizzazzjoni. F’dan il-każ, iż-żagħżugħ sostna li l-voluntier kien ukoll rabtu meta kienu fil-maħżen, qabel ma abbużah sesswalment. Dwar dan il-każ kien inħatar tim intern biex jeżamina din l-allegazzjoni, imma dan ma kompliex bl-investigazzjoni wara li l-allegata vittma ma ħassithiex komda tipproċedi bil-proċess. It-tim tal-investigazzjoni qal li minn stħarriġ li sar dan iż-żagħżugħ iddeskriva li ħassu “abbandunat” mill-organizzazzjoni u kkritika bl-aħrax id-deċiżjoni li l-investigazzjoni titwaqqaf.

Ir-rapport jirrakkomanda lill-Ordni ta’ Malta biex tistħarreġ sew dwar jekk l-organizzazzjoni kinitx naqset fid-dmir tagħha meta ma komplietx bl-inkjesta interna, anki jekk l-allegata vittma ma riditx tkompli bil-proċeduri kontra l-allegat aggressur. Tqajjem ukoll tħassib li l-allegazzjonijiet ta’ abbuż ma kinux ġew irrapportati lill-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien li twettqu.

Browne (xellug) u l-kompliċi tiegħu Murphy, ħatja ta’ abbużi sesswali fuq minuri fl-Ordni Waqt l-investigazzjoni tiegħu, il-bord ta’ investigazzjoni sab ukoll aktar każi. Wieħed minnhom ta’ żagħżugħ voluntier ieħor li wkoll sostna li għadda mill-istess sitwazzjoni, meta, waqt li kien waħdu mal-allegat uffiċjal fil-maħżen tal-Ordni, dan rabtu u beda jagħmel ġesti ta’ natura sesswali lejh. Apparti minn dawn il-każi, dan l-aħħar l-istandards ta’ protezzjoni tat-tfal fl-Ordni ta’ Malta kienu taħt skrutinju wara li żewġ eks voluntieri oħrajn intbagħtu l-ħabs meta nstabu ħatja ta’ abbuż sesswali fuq żewġ subien ta’ 15-il sena. F’dawn il-każi, fl-2020, il-voluntier fl-Ordni ta’ Malta Scott Browne ntbagħat disa’ snin u nofs ħabs wara li

nstab ħati li abbuża sesswalment miż-żewġ żgħażagħ ta’ 15-il sena f’inċidenti separati f’Mejju tal-2018. Iżżewġ adolexxenti ġew immolestati wara li Browne amministralhom pain killers qawwija li seraq mingħand l-organizzazzjoni stess u li wasslet biex iż-żgħażagħ intilfu minn sensihom. Eks voluntier ieħor, Jordan Murphy, f’Mejju li għadda weħel ħames snin u nofs ħabs wara li wieġeb li hu ħati li għen lil Browne. Fil-konklużjoni ta’ dawn il-każi kriminali, l-organizzazzjoni kienet ikkummissjonat investigazzjoni interna, li għadha għaddejja. Fil-każ tal-2013 il-voluntier, li hu akkużat bl-allegati abbużi, ċaħad li qatt għamel xi ħaġa simili u qal li l-allegat vittma interpreta ħażin l-azzjonijiet tiegħu. Madankollu, meta kien ikkonfrontat b’ritratti ta’ messaġġi ta’ natura sesswali, li hu bagħat lil dan l-adolexxenti permezz ta’ Facebook, hu qal li jħoss mistħija kbira li għamel dan u li kollox kien frott ta’ ġudizzju ħażin li għamel fuq dan iż-żagħżugħ. Waqt l-investigazzjoni, voluntier ieħor tal-organizzazzjoni stqarr li kien ra lill-akkużat fil-karozza tiegħu waħdu ma’ dan l-adolexxenti, bi ksur tal-linji gwida li għandha l-Ordni ta’ Malta. Riżultat ta’ din l-investigazzjoni ġew żvelati aktar każi ta’ żgħażagħ li lmentaw dwar kummenti ta’ natura sesswali mhux xierqa, u b’hekk il-voluntier li qed ikun akkużat b’dawn il-każi kiser il-kodiċi ta’ kondotta għall-uffiċjali tal-organizzazzjoni. The Irish Times irrapportat li kelliema għall-Ordni ta’ Malta qalet li l-akkużat m’għadux membru u żiedet li “f’dan l-istadju ma tistax tikkummenta aktar minn hekk, għax hemm bżonn ta’ reviżjoni aktar fil-fond tal-fatti kif ġraw”. Dawn il-każi qed jitfgħu dell ikrah fuq l-Ordni ta’ Malta minħabba nuqqasijiet li twettqu u wkoll minħabba li l-membri tagħħa qed jisħqu li uffiċjal għoli kellu jirriżenja, imma dan għadu qed iżomm postu. Hemm ukoll tħassib li għad iridu joħorġu aktar każi li jkomplu jtappnu isem l-Ordni ta’ Malta.


09

24.07.2022

JIĠI EVITAT STRAJK MAL-KAOS ATTWALI TA’ HEATHROW Mijiet ta’ ħaddiema tal-British Airways fl-Ajruport ta’ Heathrow il-Ġimgħa vvotaw biex ma sseħħx azzjoni ta’ strajk wara li aċċettaw pakkett relatat mas-salarju tagħhom, ħabbru żewġ unjins rappreżentanti. Id-deċiżjoni se twassal biex fil-per­jodu bieżel għall-ivvjaġġar bl-ajru ma jinħolqux iżjed proble­mi fl-Ajruport, li attwalment diġà mifni fil-ġenn. Għadd ta’ titjiriet minn linji prinċipali tal-ajru kellhom jitħassru fl-aħħar jiem, mijiet qed idumu s-sigħat fi kjuwijiet ma jispiċċaw qatt biex jagħmlu ċ-check-ins u jgħaddu mill-kontrolli ta’ sigurtà, waqt li nħolqot konfużjoni fit-tqassim tal-bagalji tal-vjaġġaturi deħlin u ħerġin. B’riżultat ta’ dan, anke l-linja nazzjonali Maltija kienet kostret­ ta li ma tkomplix tbigħ biljetti tal-ajru u tbiddel il-ħinijiet talvjaġġi tagħha fuq struzzjoniji-

et mit-tmexxija tal-Ajruport ta’ Londra. L-Air Malta, li tenniet li hi 95% bbukkjata għax-xhur ta’ Lulju u Awwissu, ilbiraħtlula kienet kostretta tħabbar li qed tbiddel il-ħinijiet tat-tluq ta’ disa’ titjiriet tagħha, minflok tħassarhom. “Ħadd ma xtaq li jkun hemm strajk għas-sajf f’Heathrow, imma l-membri tagħna kellhom jiġġieldu għad-dritti­jiet tagħhom,” qalet Nadine Houghton, uffiċjal nazzjonali għall-unjin GMB, li flimkien ma’ Unite, organizzaw l-azzjoni industrijali. GMB qalet li issa l-ħaddiema se jirċievu żieda ta’ 8%, bonus ta’ darba u d-dħul mill-ġdid tal-ħlas għal min jaħdem b’xift. Minbarra hekk, aktar minn 500 membru ta’ Unite, li inizjalment qablu fuq l-istrajk dwar tilwima mal-British Airways dwar il-pagi, ukoll aċċettaw offerta ġdida ta’ 13% żieda, maqsuma f’fażijiet.

Logo komuni għall-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti mediċinali veterinarji mill-bogħod

Common logo for the retail of veterinary medicinal products at a distance

Persuni approvati biex jipprovdu prodotti mediċinali veterinarji jistgħu joffru tali prodotti għall-bejgħ mill-bogħod biss jekk logo komuni, li jinkludi hyperlink għas-sit elettroniku tatTaqsima tal-Mediċini Veterinarji, ikun inkluż fis-sit elettroniku li joffri bejgħ mill-bogħod.

Persons approved to supply veterinary medicinal products may offer such products for sale at a distance only if a common logo, which includes a hyperlink to the Veterinary Medicines Section’s website, is included in the website offering sale at a distance.

L-iskop ta’ dan il-logo hu li jassisti lill-pubbliku biex isir jaf jekk is-sit elettroniku li joffri tali prodotti għall-bejgħ mill-bogħod huwiex approvat mit-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji għal attività bħal din. Id-dehra tal-logo komuni hija kif ġej (bl-Ingliż u bil-Malti):

The purpose of this logo is to assist the public in finding out whether a website offering such products for sale at a distance is approved by the Veterinary Medicines Section for such an activity. The common logo’s appearance is as follows (in English and Maltese):



Hekk kif wasalna f’nofs l-istaġun tas-sajf, żgur mhux forsi li lkoll kemm aħna morna ngawdu l-baħar li tant konna mixtieqa minnu matul l-istaġun kiefer tax-xitwa. Bħala poplu għandna xortina tajba li l-gżejjer tagħna huma mdawrin b’bosta bajjiet mill-aqwa li jistgħu jitgawdew faċilment. Żgur mhux forsi li sakemm konna qegħdin ingawdu l-ambjent ta’ madwarna kif ukoll il-baħar sfortunatament innutajna xi skart li ġie mormi b’mod li mhux xieraq fuq il-bajjiet tagħna li dan bla dubju ser jispiċċa fl-ibħra tagħna. Dan l-iskart ikun qed iħalli impatt kemm fuq l-art kif ukoll fuq l-ispeċi marittimi. Fuq dan l-isfond, il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża nieda r-raba’ edizzjoni tal-kampanja Saving Our Blue, kampanja dwar l-importanza tattnaqqis tal-plastik li jintuża darba biss, sabiex nissalvagwardjaw l-ambjent marittimu. Waqt diversi cleanups li ġew organizzati permezz ta’ din il-kampanja, l-iskart li nstab l-iktar fuq il-bajjiet kien fost l-oħrajn tappijiet tal-plastik, kontenituri tal-jablo, pożati u loqom tas-sigaretti. Fost l-inizjattivi tal-kampanja sar ukoll sondaġġ nazzjonali matul is-sena 2021 fejn minn dan l-istħarriġ ħareġ li 98% tal-individwi f’Malta li jpejpu huma konxji tal-fatt li r-rimi fl-ambjent huwa illegali. Iktar minn hekk irriżulta wkoll li 15% ta’ dawk li jpejpu jammettu li għalkemm jafu bil-ħsarat li jħallu l-loqom tas-sigaretti fuq l-ambjent, xorta waħda jarmu l-loqom tas-sigaretti fl-art. Ta’ min wieħed jinnota li bejn is-snin 2019 – 2021 ġie nnutat li wieħed mill-aktar skart li jinstab fuq il-bajjiet hu proprju l-loqom tas-sigaretti. Infatti l-ammont tal-loqom tas-sigaretti miġbur laħaq kważi 36kg fejn meta tikkunsidra li l-loqom tas-sigaretti huma ħfief, l-ammont huwa sostanzjali. Fuq dan ir-rigward, il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża ħa l-inizjattiva li jniedi dan il-proġett pilota permezz ta’ installazzjoni ta’ 40 kontenitur imsejħin ballot bins fuq bajjiet ramlin madwar Malta u Għawdex; 25 kontentituri f’ Malta u 15-il kontenitur f’ Għawdex. B’dawn il-ballot bins qegħdin inħeġġu lil dawk kollha li jpejpu sabiex flok jarmu s-sigarett fir-ramel, jagħżlu r-risposta tagħhom billi jarmu l-loqom tas-sigarett skont kif wieħed ikun jixtieq li jirrispondi għad-domanda li tkun qiegħda fuq il-ballot bin. Din l-inizjattiva nħolqot biex tħeġġeġ il-poplu biex jieħu l-azzjoni neċessarja biex jibda jarmi l-loqom tassigaretti f’dawn il-ballot bins u biex b’hekk nevitaw il-kontaminazzjoni fir-ramel kif ukoll il-ħsara li ssir fuq l-ambjent marittimu u l-ispeċi tal-baħar. Ta’ min ukoll insemmu li l-loqom tas-sigaretti huma kkunsidrati bħala Single Use Plastics u jieħdu ħafna snin biex jiddiżintegraw. Barra minn hekk, inkunu qegħdin innaqqsu l-periklu għall-pubbliku b’mod speċjali għat-tfal żgħar. L-installazzjoni ta’ dawn il-kontenituri qiegħda tkompli tibni fuq ix-xogħol li wettaq il-Ministeru għallAmbjent, l-Enerġija u l-Intrapriża fis-snin u fix-xhur li għaddew fejn ġiet introdotta l-projbizzjoni tal-bejgħ ta’ diversi prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss proprju mill-bidu ta’ din is-sena 2022. Għal aktar informazzjoni fuq il-kampanja Saving Our Blue kif ukoll informazzjoni dwar inizjattivi ġodda li jiġu mnedija tista’ żżur il-pjattaformi soċjali ta’ Facebook u Instagram bl-isem Saving Our Blue kif ukoll iżżur is-sit savingourblue.gov.mt.


12

24.07.2022

NINVESTU FIT-TURIŻMU GĦAWDXI

CLINT CAMILLERI Ministru

Matul dawn l-aħħar xhur, jekk xejn, stajna napprezzaw ferm aktar kemm l-industrija turistika hi waħda vitali għal Għawdex. Hi mutur ekonomiku importanti għal gżiritna, għalkemm mhix singulari. Hi industrija li toffri l-ħajja lil għadd ta’ negozji li direttament jew indirettament jiddependu fuqha. Bħala Gvern, dan nafuh, naprezzawh u għaldaqstant irridu nkomplu mhux biss insostnuh imma ninkoraġġixxu lis-set-

tur privat ikompli jinvesti biex mhux biss joffri esperjenzi ġodda lill-viżitaturi, imma aktar minn hekk, joffri kwalità. Matul din il-ġimgħa ħabbart li l-proċess li nedejna fl-ewwel 100 jum ta’ dan il-Gvern, relatat mal-proposta tal-Gozo Rural Airfield, liema proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa tmexxa mill-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex, wasal fi tmiemu. Tajjeb li nfakkru li wegħda 708, tal-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista, liema Manifest ġie approvat bl-akbar maġġoranza elettorali riċenti, tgħid ċar u tond li jekk ningħataw il-fiduċja, il-Gvern Laburista kien ser jesplora mezzi oħra ta’ konnettività bejn il-gżejjer. Wara s-suċċess miksub bl-introduzzjoni tas-servizz tal-fast ferry, konnettività bl-ajru bejn il-gżejjer huwa pass naturali li wieħed mhux biss għandu jikkunsidra, imma eventwalment jimplimenta. Ħassejna l-ħtieġa li sit dilapidat għandu jinbidel f’post ħaj ta’ attività u minjiera ta’ opportu-

nitajiet għal Għawdex u dan billi nimmassimizzaw il-potenzjal ta’ dan il-proġett propost bl-inqas impatt ambjentali possibbli u dan għax bħala Ministeru għal Għawdex nemmnu li l-aspett rurali distint ta’ din il-gżira hu dak li jagħmilha differenti u attraenti. B’kollox, l-Awtorità rċeviet aktar minn 70 suġġeriment, rakkomandazzjoni jew proposta li lkoll ġew analizzati. Uħud minn dawn is-suġġerimenti, ġew inklużi fid-dokument finali – Gozo Airfield Regional Impact Assessment Report – li huwa disponibbli fuq is-sit tal-Awtorità u li permezz tiegħu, l-istess Awtorità qed tissuġġerixxi li l-proġett propost għandu jiġi implimentat però għandu jinkludi ċerti bidliet żgħar hekk kif issuġġerit minn dawk li pparteċipaw. Ir-rakkomandazzjoni hi li jsir peress li l-benefiċċji li ser jiġġenera dan il-proġett huma ferm akbar mill-impatt negattiv li jista’ jkollu. Il-pass li jmiss issa hu li ssir l-applikazzjoni quddiem

l-Awtorità tal-Ippjanar biex jinħarġu l-permessi neċessarji. Ladarba l-Awtorità tal-Ippjanar tapprova l-proġett kif propost, nidħlu f’fażi oħra, dik li jinħarġu t-tenders biex dan is-sit jiġi riabilitat, it-terminal preżenti jiġi rrestawrat u mmodernizzat u dan il-post li ilu dilapidat is-snin, jerġa’ jingħata l-ħajja. B’hekk, ser nassiguraw li Għawdex ikompli jsaħħaħ l-aċċessibilità tiegħu, jinħolqu impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità apparti li naspiraw li nattiraw lejn pajjiżna kemm industriji ġodda kif ukoll turiżmu ta’ kwalità. Il-ħidma li qed inwettqu biex nattiraw aktar nies lejn Għawdex jidher li qed tħalli l-frott. Fil-fatt, ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li bejn April u Ġunju li għadda, aktar minn 1,478,626 passiġġier qasmu bejn iż-żewġ gżejjer bil-vapuri tal-Gozo Channel u s-servizz tal-fast ferry bejn il-Belt u l-Port tal-Imġarr f’Għawdex. L-Uffiċċju Nazzjona-

li tal-Istatistika qal li tul dan il-perjodu, aktar minn 1,352,000 passiġġier ivvjaġġaw bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa bil-vapuri tal-Gozo Channel. Din kienet tfisser żieda ta’ 49% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena li għaddiet. L-ikbar ammont ta’ passiġġieri ġie rreġistrat tul ix-xahar ta’ Ġunju bi kważi 460,000 passiġġer jew 34% aktar fuq l-istess tliet xhur tal2021. Dwar il-vjaġġi bil-fast ferry bejn il-Port il-Kbir u dak tal-Imġarr, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li f’dan il-perjodu saru 1,663 vjaġġ għal total ta’ ftit aktar minn 126,400 passiġġier. F’Mejju saru l-ikbar ammont ta’ vjaġġi, 637 vjaġġ li kienet tfisser żieda ta’ ftit aktar minn 38% fuq l-2021 waqt li Ġunju ra l-ikbar ammont ta’ passiġġieri li għażlu l-fast ferry biex jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer. Dan hu xhieda li l-politika fit-tul ta’ dan il-Gvern qed tħalli riżultati tanġibbli li minnhom qed igawdi kulħadd.

politika Ewropea għall-gżejjer, inkompli nwettaq aktar ħidma favur il-gżejjer tagħna, li għandhom bżonnijiet u sfidi partikolari. Se nkompli nagħmel pressjoni f’dan ir-rigward anke bħala Viċi President tal-Intergroup SEArica, fejn qed naħdmu biex l-Unjoni Ewropea tagħti aktar attenzjoni xierqa lill-gżejjer tagħha. Iva, ninsab determinata wkoll li nkompli naħdem favur tranżizzjoni ambjentali u diġitali soċjalment ġusta għall-gżejjer Ewropej, u dawk li ġejjin minnhom. Dan hu punt ta’ ġustizzja soċjali għaċ-ċittadini, il-ħaddiema u n-negozji tagħna. Il-ħidma tiegħi ma waqfitx biss hawn. Intant, bħala l-unika Membru Parlamentari Ewropew Maltija fuq il-Kumitat dwar l-Istrateġija wara l-pandemija, inkarigata sabiex infasslu pjan ’il quddiem li jgħinna fl-irkupru mill-pandemija, fi żminijiet meta għandna quddiemna sfidi, imma anke opportunitajiet ġodda għall-familji, għall-ħaddiema u għan-negozji tagħna. L-irkupru soċjali għall-familji u t-tfal tagħna huwa essenzjali sabiex inħarsu ’l quddiem għaż-żmien li ġej. Fost diversi impenji oħra, komplejt naħdem ukoll favur relazzjonijiet aktar b’saħħithom bejn l-Unjoni Ewropea, l-Awstralja u New Zealand,

u dan bħala Viċi President tad-Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew inkarigata minn dan il-qasam. Bid-diversi sfidi globali li qed naffaċċjaw illum, bħal dawk ambjentali u anke tal-gwerra fl-Ukranja, hu essenzjali li nkomplu nsaħħu d-djalogu internazzjonali tagħna sabiex insibu l-aktar tweġibiet effettivi. Quddiem il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, kwistjonijiet ta’ sigurtà, u sfidi oħra li qed naffaċċjaw globalment, l-ebda pajjiż waħdu ma jista’ jsib soluzzjonijiet. Inħares ’il quddiem li nkompli b’aktar ħidma fil-kumitati li nifforma parti minnhom biex nagħtu lill-familji tagħna serħan il-moħħ u kwalità ta’ ħajja li tixirqilhom. Biex nibqa’ nimbotta l-ħtieġa li l-innovazzjoni, il-politika industrijali u l-iżvilupp reġjonali jimxu id f’id. Ukoll, li jkollna ambjent li jinċentiva l-investiment u jassigura li jkun hemm il-kundizzjonijiet u r-riżorsi neċessarji biex in-negozji tagħna, speċjalment dawk żgħar u medji, li jiddependu fuqhom tant u tant ħaddiema, jirnexxu. Li nassiguraw li ngħinu lill-batut biex ma jibqax jaqa’ lura. Determinata li fix-xhur li ġejjin, inkompli nsarraf il-fiduċja li ngħatajt f’aktar ħidma pożittiva għall-interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.

INĦARSU ’L QUDDIEM

JOSIANNE CUTAJAR Membru Parlamentari Ewropew

Ix-xhur tas-sajf huma mfittxija minn bosta għal ftit ġranet ta’ mistrieħ u vaganzi mal-familja. Nammetti li dawn il-jiem xemxin infittixhom jien ukoll sabiex ingawdi ftit ħin imprezzabbli mal-għeżież tiegħi fuq xi xtajta. Huwa żmien li jagħtini wkoll l-opportunità li mhux biss inkun qribkom waqt diversi festi u żjarat, imma wkoll li ngħarbel u nirrifletti dwar il-ħidma li nkun wettaqt matul l-ewwel xhur tas-sena u l-viżjoni li biha nħares ’il quddiem fix-xogħol li għad irrid inwettaq fix-xhur li ġejjin. Kienu xhur ta’ ħidma intensiva u bla waqfien fuq diversi oqsma għal qalbi. Xhur sħaħ ta’ diskussjonijiet, dibattiti u twettiq, fejn komplejt nimbotta favur aktar drittijiet u protezzjoni taċ-ċittadini tagħna, b’ħidma

sfiqa f’setturi bħat-trasport, it-teknoloġija, it-turiżmu, l-industrija u l-politika tal-gżejjer. Dejjem xprunata mill-valuri soċjalisti ta’ ugwaljanza, inklużjoni, li ngħinu lill-vulnerabbli u li ma nħallu lil ħadd warajna fir-riformi kbar li rridu nwettqu, inkluż fil-qasam ambjentali u diġitali. Għaddejna minn perjodi mhux daqstant feliċi fl-aħħar xhur, bid-diversi żviluppi li seħħew madwar l-Ewropa u anke d-dinja. Żmien li jrid jagħtina kuraġġ u reżiljenza sabiex inħarsu ’l quddiem u nsibu s-soluzzjonijiet għal kriżijiet li jinqalgħu u li naffaċċjaw. Matul dawn l-aħħar jiem, kont involuta f’numru ta’ diskussjonijiet u laqgħat kemm fi Brussell, Strasburgu u anke f’pajjiżna, sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi. Għamilt pressjoni sabiex tittieħed kull azzjoni meħtieġa li tħares id-dritt ħieles tal-moviment ta’ passiġġieri minn kull żona fl-Ewropa, speċjalment minn gżejjer bħal tagħna, fid-dawl tal-isfidi li żviluppaw fil-qasam tat-trasport bl-ajru li jinkludu prezzijiet ogħla, kanċellamenti u dewmien fit-titjiriet. Wara li anke ltqajt ma’ diversi stakeholders u awtoritajiet ikkonċernati sabiex nieħu l-perspettiva tagħhom dwar dan, tlabt lill-Kummissjoni Ewropea tieħu azzjoni. Os-

servajt kif hi inkwetanti ferm is-sitwazzjoni li żviluppat u dan qed iseħħ fi żmien fejn id-domanda għas-safar żdiedet sew u l-ħaddiema huma ferm anqas minn qabel il-pandemija. Dan ix-xenarju joħloq diversi riskji fir-rigward tas-sigurtà u d-drittijiet tal-ħaddiema u l-konsumaturi, kif ukoll l-iskoraġġiment tat-turisti; aspetti li kollha jistgħu jipperikolaw ukoll il-kompetittività tal-Ewropa bħala destinazzjoni turistika. Għalhekk ħadt dan ilpass u se nkompli nsegwi din l-isfida preżenti. Minbarra dan, f’ħidmieti wkoll se nibqa’ nisħaq fuq l-importanza ta’ konnettività aktar b’saħħitha u trasport affordabbli sabiex inkomplu nsaħħu aktar il-moviment ħieles u s-settur tat-turiżmu f’pajjiżna u żoni periferali tal-Unjoni Ewropea, u dan bħala l-unika rappreżentanta Maltija fil-Kumitat tat-Trasport u t-Turiżmu (TRAN) fil-Parlament Ewropew. Għalina ċ-ċittadini li ġejjin mill-gżejjer, dan huwa essenzjali għaliex aħna lkoll niddependu fuq it-trasport bil-baħar u bl-ajru, kemm jekk huma negozji, importazzjoni u esportazzjoni ta’ prodotti u servizzi, vjaġġar fuq ħidma barra minn xtutna, kif ukoll safar ġenerali. Għalhekk rajt li bħala n-negozjatriċi għas-Soċjalisti fuq Rapport importanti dwar


13

24.07.2022

LEJN KWALITÀ TA’ ĦAJJA AĦJAR

JULIA FARRUGIA PORTELLI Ministru

Fid-diskorsi li l-Mexxej Laburista Robert Abela kien jagħmel tul il-kampanja elettorali tal-Elezzjoni Ġenerali ta’ Marzu li għadda kien jispikka mhux biss x’kien qed jipproponi l-Partit Laburista imma l-mod li bih il-Prim Ministru kien jorbot lilu nnifsu kif ċerti wegħdi kellhom jitwettqu fl-ewwel 100 jum tal-leġiżlatura l-ġdida. L-ewwel 100 jum għaddew u llum il-poplu Malti u Għawdxi jista’ jikkonferma li dak imwiegħed mill-Prim Ministru ma kienx duħħan fl-ajru. Ma kienx diskors għall-gallerija. Il-poplu jista’ jara kif il-Prim Ministru

u l-Ministri wettqu u qegħdin iwettqu dak imwiegħed. B’sodisfazzjon ngħid li b’ħidma konġunta ma’ żewġ Ministri kollegi, fost xogħol ieħor bħala Ministeru wettaqna żewġ wegħdi li jkopru żewġ oqsma differenti tad-dekasteru, dak tal-persuni b’diżabilità u dak tad-drittijiet tal-konsumatur. F’ħidma konġunta mal-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes skema li kienet introdotta fis-sena 2020 – Skema Sensability – se tkun qed titwessa’ u ssir aktar miftuħa u aċċessibbli bir-riżultat ikun li se jgawdu minnha wkoll persuni b’ADHD, Down Syndrome u Cerebral Palsy. Din l-iskema, amministrata mill-Awtorità tad-Djar, tgħin finanzjarjament lill-familji li għandhom xi membru b’diżabilità u bi sfidi sensorjali sabiex jinvestu f’apparat sensorjali. L-evolviment ta’ din l-iskema se jkun qed jaċċerta li persuni li jkunu qegħdin jieħdu terapija sensorjali għand professjonisti jkollhom iċ-ċans li din it-terapija jkompluha d-dar bil-benefiċċji kollha li ġġib magħha l-kontinwità.

Apparti minn hekk dan it-tibdil se jkun ifisser ukoll li l-iskema mhix se tibqa’ tagħmel limitu fuq l-assi li jrid ikollha l-familja, li kien ta’ madwar €150,000. Se jkun qed jitneħħa wkoll il-limitu tad-dħul ta’ €50,000 li familja ma setgħetx taqbeż sabiex tikkwalifika għal din l-iskema. Aktar familji li għandhom persuni b’diżabilità jistgħu jixtru apparat sensorjali biex jgħixu ħajja aħjar u aktar komda. It-twessigħ ta’ din l-iskema u t-twettiq ta’ wegħda elettorali oħra fl-ewwel 100 jum ta’ Gvern ġdid hija prova ta’ kemm il-persuni b’diżabilità u qrabathom huma prijorità għalina bħala Gvern. Fil-qasam tad-drittijiet tal-konsumatur, b’ħidma konġunta mal-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, Anton Refalo, wettaqna wegħda elettorali fir-rigward tas-settur tal-biedja u li b’riżultat tagħha jgawdi wkoll il-konsumatur. Bit-twettiq ta’ din il-wegħda ġie simplifikat l-aċċess għall-pestiċidi organiċi li diġà huma rreġistrati fi Stati Membri oħrajn tal-Unjoni Ewropea

iżda li mhumiex irreġistrati f’Malta. Il-proċedura l-ġdida se tiżgura wkoll prattiċi ta’ kompetizzjoni aħjar bejn il-frott u l-ħxejjex imkabbrin lokalment u dawk imkabbrin f’pajjiżi oħrajn, peress li issa l-bdiewa Maltin u Għawdxin se jkollhom disponibbli għalihom l-istess prodotti preventivi għal kontra l-mard tal-uċuħ tar-raba’ tagħhom. B’riżultat t’hekk il-bdiewa tagħna mhumiex se jibqgħu żvantaġġjati ma’ bdiewa barranin u se jkunu megħjuna sabiex ikomplu jaħdmu u jinvestu fis-settur agrikolu. Filwaqt li xorta waħda l-konsumatur se jibqa’ jkollu l-faċilità ta’ għażla bejn prodott lokali u prodott impurtat, qegħdin nassiguraw li l-kwalità tal-prodott Malti tkun, mill-inqas, tal-istess livell ta’ dak impurtat, b’differenza importantissima: il-prodott lokali huwa aktar frisk. L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) se tkun qiegħda ssegwi b’mod attiv din il-miżura biex tiżgura li r-regoli l-ġodda ma jfixklux lis-settur lokali u li pajjiżna

jista’ jibbenefika mir-riżultati pożittivi tal-leġiżlazzjoni Ewropea. Xprunati mid-determinazzjoni ta’ Mexxej bħalma hu Robert Abela li dak imwiegħed jitwettaq, ħidmietna se tkompli tkun b’konformità ma’ dan, għax huwa dan li jassigura kwalità ta’ ħajja aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi.

L-ewwel 100 jum għaddew u llum il-poplu Malti u Għawdxi jista’ jikkonferma li dak imwiegħed mill-Prim Ministru ma kienx duħħan fl-ajru

GVERN RIFORMISTA U LI JWETTAQ

ELAINE DEGIORGIO Chairperson Fondazzjoni iDEAT

Dan huwa Gvern li jiddeċiedi. Gvern li jwettaq u Gvern riformista. Dan kollu huwa ċar daqs il-kristall minkejja li għaddew biss ftit jiem fuq il-100 ġurnata minn meta l-poplu ta l-fiduċja lil Robert Abela biex imexxi lil dan il-pajjiż bħala Prim Ministru. Tul il-kampanja elettorali l-Partit Laburista kkampanja fuq l-għajta ta’ Malta Flimkien, għajta li ma kinitx sempliċement slogan iżda fuq kollox mod ta’ kif dan il-Gvern irid jaħdem, pajjiż li jkun flimkien, pajjiż li ma

jħalli lil ħadd waħdu jew li xi ħadd jitħalla jaqa’ lura, fuq kollox pajjiż magħqud li huwa lest li jkompli jbiddel. U din il-bidla saret u saret mill-ewwel. Il-liġi tal-IVF. Bidla li se tagħmel tant differenza filħajja ta’ ħafna koppji li tal-inqas issa se jkollhom iċ-ċans li xi darba jħaddnu lil uliedhom magħhom. Innutajt il-laqgħa privata li l-Prim Ministru kellu mal-koppji ftit wara li l-liġi ġiet approvata mill-Parlament Malti u stajt insegwi l-kummenti ta’ koppja minnhom, Amanda u Emanuel Degrabiele, l-istess koppja li kienet qasmet qalb kulħadd waqt il-konferenza ġenerali tal-Partit qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Emanuel Degabriele ma’ ONE News qal li “bis-saħħa ta’ dawn l-emendi, allura, kollox se jsir hawn Malta, fl-isptar. Barra minn hekk, se jiżdiedu wkoll iċ-ċikli u dejjem qed jikber iċ-ċans, allura, li koppji li jixtiequ jkunu ġenituri dejjem qed jikbrilhom iċ-ċans li jasal dak il-mument li kull koppja tkun tixtieq, li tħadd-

an lit-tfal tagħha.” Il-mara tiegħu, Amanda tgħid: “Ħadna gost ħafna li din il-wegħda twettqet u ħadna gost li vera żamm il-kelma tiegħu l-Prim Ministru li, wara 100 jum, għaddiet din il-liġi. Ħadna gost ukoll li ż-żewġ naħat tal-Kamra kważi qablu; kien hemm qbil miż-żewġ naħat. Nispera li bħalna se jgawdu familji oħra wkoll minn dawn l-emendi.” Dak li qed jgħidu tant tajjeb Emanuel u Amanda huwa għaliex din il-liġi kienet tant importanti. Se taqta’ tant skariġġi u tagħti l-opportunitajiet f’Malta stess mingħajr il-ħtieġa ta’ safar barra. Wara n-numri, wara l-liġi hemm il-wiċċ ta’ koppji bħal Emanuel u Amanda u żgur tant oħrajn li forsi ma kellhomx il-kuraġġ li kellha din il-koppja li titkellem u taqsam l-esperjenza. Għalhekk huwa tant kruċjali li jkollok Gvern saqajh mal-art u jdejh fuq il-polz tan-nies. Ħafna minn dawn il-persuni milquta mhux neċessarjament se ssibhom jersqu ’l quddiem, iżda jkunu qed ibatu fil-kwiet ta’ djar-

hom u mal-famlji tagħhom. Dawn l-emendi setgħu jsiru għax proprju llum hemm Gvern li jisma’, li jgħarbel u li mbagħad iddeċieda. Ħaddieħor, kwistjoni li suppost kien hemm konverġenza fuqha, anke skont kif iddikjara l-Kap tal-Oppożizzjoni, spiċċat qasmitu f ’aktar biċċiet milli diġà kien. Huwa ovvju li l-Partit Laburista huwa u se jibqa’ jkun l-uniku xprun li jwettaq ilbidliet f ’pajjiżna. Il-liġi emendata tal-IVF importanti kemm hi importanti ma kinitx l-unika. Insemmi l-ħruġ ta’ isem Malta mil-lista l-griża tal-FATF. Infakkar li tul il-kampanja elettorali u anke qabel kien hemm min ħa pjaċir tant jogħrok idejh bis-sitwazzjoni li bħala pajjiż konna fiha. Ma tistax ma tammirax, u ngħid dan mhux għax jiena membru fl-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, il-Partit fil-Gvern, iżda bħala Maltija, li jkollok Gvern li jwettaq tant tibdiliet leġiżlattivi, b’uħud kostituzzjonali, tant tibdiliet fl-istrutturi tal-en-

titajiet u l-istituzzjonijiet l-iktar importanti tal-pajjiż, u hemm b’ħidma kkordinata, tasal għal dan it-tragward tant importanti. Ċerta li dan ir-ritmu, din il-ħidma se tissokta filġimgħat u fix-xhur li ġejjin minn Gvern li jiddeċiedi, minn Gvern riformista.

Il-liġi tal-IVF. Bidla li se tagħmel tant differenza fil-ħajja ta’ ħafna koppji li tal-inqas issa se jkollhom iċ-ċans li xi darba jħaddnu lil uliedhom magħhom


14

24.07.2022

RITORN GRANDJUŻ G

Għexieren ta’ eluf ta’ żgħażagħ jippakkjaw il-Fosos tal-Furjana g

Il-kunċert tal-Isle of MTV din il-ġimgħa għamel ritorn qawwi wara nuqqas ta’ sentejn kawża tar-restrizzjonijiet tal-pandemija tal-COVID-19, b’għexieren ta’ eluf jattendu għal dan l-akbar spettaklu b’xejn organizzat b’kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA). L-artisti ta’ fama internazzjonali Marshmello, French Montana, BBNO$, Mae Muller u l-Malti Shaun Farrugia ddevertew għal sigħat sħaħ lill-folla enormi, f’wirja mżejna bil-logħob tan-nar u effetti speċjali ta’ dwal. Il-kameras tal-MTV qabdu l-azzjoni kollha tal-kunċert u xxandar dirett għall-ammiraturi kollha madwar id-dinja permezz ta’ Facebook u Youtube, waqt li parti mill-wirja xxandret live fuq l-istazzjon televiżiv Pluto. Programm speċjali ta’ siegħa mill-aħjar mumenti mistenni jixxandar fuq l-istazzjon MTV f’aktar minn 170 pajjiż fit-12 t’Awwissu li ġej. Is-serata fetħet bl-artist Malti jinterpreta x-xogħlijiet tiegħu ma’ Martin Garrix – “If We’ll Ever Be Remembered” u “Starlight (Keep Me Afloat)” – flimkien mas-single tiegħu “I Don’t Wanna Fall Asleep Yet”. Ir-rapper Kanadiż BBNO$ segwa b’medley ta’ suċċessi, inklużi s-single popolari tiegħu “edamame” li ħareġ sentejn ilu u “Lalala”, il-kollaborazzjoni tiegħu mal-producer Y2K mill-2019. Mal-bidu tal-għabex fuq il-Fosos, kien imiss lill-kantanta-kompożitriċi Ingliża Mae Muller li, taħt xita ta’ konfet-


24.07.2022

GĦALL-ISLE OF MTV

għall-akbar spettaklu mużikali tas-sajf fejn id-dħul hu b’xejn

ti, serqet il-qlub bil-kanzunetta “I Just Came to Dance”, li għad trid tiġi mnedija, u “Better Days”. L-artist innominat tliet darbiet għall-Grammy Award, French Montana interpreta numru ta’ kanzunetti enerġetiċi, bħal “Pop That”, “Mopstick”, “No Stylist” u s-suċċess globali “Unforgettable”, akkumpanjat minn wirja piroteknika minn fuq il-palk. Marshmello għalaq is-serata bi stil spettakolari fl-interpretazzjoni ta’ suċċessi, fosthom “Silence”, “Wolves”, “Friends”, “Happier” u l-aħħar single “Numb”. Hu wkoll ta togħma ta’ kanzunetta ġdida – “American Psycho” (ma’ Mae Muller u Trippie Redd) – li mistennija toħroġ għall-bejgħ fi tmiem ilġimgħa li ġejja. Fil-bidu tal-ispettaklu ħadu sehem ukoll l-artisti lokali Aidan, Enya, Gaia Cauchi u Maxine Pace, flimkien mad-DJs Debrii, D-Rey, Koroma, Miggy, Supre, Zrinz, Daniel, Ylenia & Jamie, Nate u JD Patrick & Frank. Serje ta’ parties fi clubs rinomati lokali segwew fil-jiem li għaddew u jintemmu proprju llum. Din kienet l-14-il edizzjoni tal-Isle of MTV Malta, li ġabet f’pajjiżna fost l-akbar artisti, inklużi Lady Gaga, Snoop Dogg, David Guetta, Martin Garrix, Jason Derulo, Rita Ora, Flo Rida, The Black Eyed Peas, Nelly Furtado, Maroon 5, Enrique Iglesias, OneRepublic u Kid Rock.

15


16

24.07.2022

IL-PARTEĊIPAZZJONI TAR-RESIDENT ISSAĦĦAĦ ID-DEMOKRAZIJA Preca, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, is-Segretarju Parlamentari għallGvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, il-President tar-Reġjun, Dr Samuel Azzopardi, il-kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex Alex Borg, u d-Direttur għall-Gvern Lokali Marisa Pisani, fost l-oħrajn. Il-parteċipazzjoni tar-resident f’soċjetajiet demokratiċi MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Din kienet it-tema tal-Konferenza li saret f’lukanda ewlenija f’Għawdex, nhar isSibt, 16 ta’ Lulju. Konferenza organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Għarb, li kienet qed tfakkar ukoll għeluq il-25 sena servizz li s-Sindku attwali, David Apap Agius, ta lil-lokalità fil-kariga ta’ Sindku. David – Persuna tan-nies Lil David ilni nafu għal numru ta’ snin u tista’ taqbel jew ma taqbilx miegħu fuq ħafna affarijiet. Però li jispikka fih huwa l-fatt li miegħu dejjem taf fejn int. Barra dan, David huwa persuna tan-nies u jkun jaf x’qed jiġri l-Għarb dejjem u l-ħin kollu. Hu, flimkien mal-Kunsilliera l-oħra u l-ħaddiema tal-Kunsill, irnexxielhom jagħmlu l-lokalità tal-Għarb l-għira għal uħud mil-lokalitajiet l-oħra, anki f’Malta. Dan għaliex jipparteċipaw b’suċċess f’diversi attivitajiet u inizjattivi, li minnhom dejjem gawdew ir-residenti ta’ dan il-lokal pittoresk, li s’issa għadu ma bediex jiġi rvinat minn l-hekk imsejjaħ progress. Awguri David u kompli bil-ħidma tiegħek għal dak li temmen fih. Konferenza Il-konferenza li semmejt aktar qabel, ippartecipaw fiha għad ta’ rappreżentanti minn bliet madwar l-Ewropa, fosthom bliet mill-Polonja, mis-Serbja, mir-Rumanija, mil-Litwanja, mill-Greċja, mill-Italja, u mit-Turkija. Konferenza li ffukat fuq il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-tisħiħ tad-demokrazija. Preżenti bħala kelliema kien hemm il-President Emeritus, Marie Louise Coleiro

Fid-diskors tiegħi f’din il-konferenza tkellimt dwar kif il-parteċipazzjoni tar-residenti u taċ-ċittadini fit-teħid tad-deċiżjonijiet, jagħmlu soċjetajiet aktar demokratiċi u vibranti. Ma jistax ikollna soċjetà demokratika jekk ma jkunx hemm mekkaniżmi effettivi ta’ kontabbiltà u mingħajr governanza fuq livelli lokali u reġjonali. Dan wara kollox huwa wieħed mill-prinċipji fundamentali tat-tmexxija ta’ Gvern Lokali. Huwa dak li fuqu huwa msejjes iċ-Charter Ewropew tat-Tmexxija lokali u reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa. Il-Gvernijiet lokali llum qed jiġu ffaċċjati b’għadd ta’ sfidi ġodda u allura s-sehem tar-resident fit-teħid tad-deċiżjonijiet huwa kruċjali. Jekk resident ma jħossux parti mid-deċiżjonijiet meħuda, jekk iħoss li l-Kunsill tiegħu m’għandux għodda biex verament iwettaq u jbiddel, jekk ma jkunx parti mid-diskussjoni sa mill-bidu, huwa jitlef l-interess u dan kollu li qed nitkellmu fuqu jaqa’. Meta resident jew ċittadin ikun ikkonsultat, meta jingħata l-għarfien mistħoqq, se jkollok firxa ferm aktar wiesgħa ta’ ideat u dik id-deċiżjoni ma ssib l-ebda reżistenza għaliex fl-istadju ta’ konsultazzjoni, ikunu ħarġu opinjonijiet differenti u jkun hemm ċans li wieħed itejjeb fuq dak li kien se jiġi propost. B’sistema bħal din, iċ-ċittadin, ir-resident, iħossuhom jappartjenu għal-lokalità, għar-reġjun tagħhom għaliex ikun hemm livell ta’ diskussjoni u konsultazzjoni sana. Dan hu dak li jagħmel soċjetajiet demokratiċi. Kull Kunsill jew Reġjun għandu jsib l-aħjar mezz ta’ kif jikkonsulta u jinvolvi lir-residenti tiegħu fil-konsultazzjoni li ssir. Din tista’ tieħu diversi modi; laqgħat, focus groups, assembleji, konferenzi, referenda u oħrajn. Ma jfissirx li modi li ħadmu f’lokal jew reġjun bilfors se jaħdmu f’oħrajn. Kruċjali iżda li dejjem u kullimkien jiġi mħaddem il-prinċipju ta’ bottom-up approach.

Sur Editur, Jaffaxxinawni ċerti nies jien, Sur Editur, bil-faċċoliżmu bil-pedigree u sfrenat li għandhom. Kultant naqra dawn is-siti tas-suppost aħbarijiet inqabbilhom ma’ billboard jirreklama l-ilma mbierek imdendel mad-dħul tal-bokka tal-infern. B’belżebub jitbissem b’vażett ilma mbierek f’idu u l-kliem ‘int taf xi jfisser!’ Ħiereġ minn ħalqu. U ħalluna! Dan l-aħħar fuq sit minnhom żewġ aħbarijiet. Waħda b’wiċċ ilPapa Franġisku – dak li skont in-Nazzjonalisti b’moħħ ta’ ġidra, ġie Malta biex ibierek lil pajjiżna għax tlajna aħna tal-Labour. Din l-aħbar kienet tgħid li l-Papa jikkundanna l-velenu u l-fake news fil-midja. Ajma ħaqq wiċċ il-maskri tal-Karnival! Imnalla ma jafx jaqra bilMalti għax kieku enċiklika sħiħa jikteb fuq ċerta midja f’pajjiżna. Imbagħad fl-istess sit tal-aħbarijiet, aħbar li Frank Psaila jinħatar mill-Gvern fuq bord tal-hawsing. Issa din ġabuha dawn, mhux għax ħadu gost ta! Għax dawn xejn ma jġibu milli jagħmel il-Gvern tagħna, biex min jaqra s-sit tal-midja tagħhom jaħseb li Malta qisha l-Bejrut ta’ żmien ieħor. Insomma min imexxihom lil dawn, jafha sew lil Bejrut, Sur Editur. Aħjar iġibu aħbar dawn li dan qal xi posta rużarju għall-ħażen ta’ lsienu, forsi ma tafx kif is-Sinjur iħenn għalih. Imma nsomma. Kont qed ngħid fuq Frank il-Psaila. Dawn ġabu l-aħbar għax dan eks attivist tan-Nazzjonalisti, eks kandidat tan-Nazzjonalisti u eks ma nafx xiex iktar tan-Nazzjonalisti. Imma kien qalilhom bye bye u ħallihom biex jiffoka fuq il-Professjoni tiegħu. U biex allura jmekuh, ġabu l-aħbar li l-Gvern ħatru fuq bord tiegħu. Għax ara kif qegħdin ta b’din iż-żikk ta’ Oppożizzjoni f’kollox. Jekk tkun Laburist ma tistax ikollok job mal-Gvern u lanqas tkun f’xi ministeru. Jekk tkun eks Nazzjonalist ma tistax lanqas. Biex kollox ikun sew, skont dawn l-intamati, trid tkun Nazzjonalist pur. O Ġesù ħenn għalija u żommli lsieni! Issa ħalliha li n-Nazzjonalisti puri saru ħaġa rari u mistagħġbin kemm qed iġibu flus fl-irkanti. Għax qanna collector’s item saru. Ara, ħa nieqaf hawn, Sur Editur, għax irrid niktiblek naqra fuq dak id-David l-Għarukaża. Ħa ngħidha mill-ewwel, nifhem f’ħafna affarijiet, imma fuq ix-xiri tal-gass, ħlief f’dak li tibgħatni nixtri Melda tiegħi, ma nifhimx. Imma dan ix-xempju tal-perspex matt, daħlitlu wisq f’patattu din li l-Unjoni Ewropea se tixtri l-gass mill-Ażerbajġan, jew kif il-ħanina dinja tinkiteb. U ma tantx naħseb li ħa gost li l-gazzetti ġabu ritratt tal-Kap tal-Unjoni Ursula von der xi ħaġa mal-President tal-Ażerbajġan għax iffirmat ftehim biex l-Unjoni tixtri l-gass minn dan il-pajjiż. U ma naħsibx li hemm għafejn nispjega ħafna għal xiex hux, Sur Editur! U la qed insemmi l-Unjoni Ewropea, God’s gift to the EU, Roberta il-Metsola, għalqet sitt xhur fil-kariga ta’ President tal-Parlament Ewropew, marelli. U skont l-aħbarijiet tagħhom, il-Metsola hija l-bandiera ta’ Malta fl-Ewropa u s-salib tal-bandiera, biha, qiegħed fil-warrani ta’ kull Malti u Għawdxi diċenti. Issa nispera li din il-Metsola ma tmurx tieħu b’idejn il-President tal-Ażerbajġan talli ffirmaw il-ftehim miegħu. Għax tkun belżebub’s gift to Whitewashed tombs imbagħad. Ir-rigal tax-xitan għall-Oqbra Mbajda jiġifieri, għal dawk li ma fehmux, Sur Editur. U bħas-soltu l-forċini tal-PeNe, jkomplu jagħtu palata. Taqra ċerti kitbiet vera tal-jaqq e! Qabduha mal-pulizija issa ’kk Alla jrid. Is-soltu storja tal-PeNe minn żmien Adam. Marija tal-Ħniena dejjem l-istess diski dawn. Prosit lill-Partit tagħna li fakkar min kien li ġab lill-forzi dixxiplinati fuq saqajhom. Mhux fl-aħħar snin Gvern Laburista investa mingħajr preċedent fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-forzi dixxiplinati, x’kull waħda! U kif qal il-Partit tagħna, huwa ironiku li l-PeNe jitkellem fuq il-motivazzjoni, meta huwa dan il-partit talimsieken li l-iktar li attakka lill-membri tal-forzi dixxiplinati b’mod konsistenti u kontinwu. U ta’ wiċċ tost li huma, l-ewwel jimminaw lill-pulizija, lill-armata u lill-forzi dixxiplinati, u lil kull istituzzjoni oħra jekk niġu f’dan, u issa qalbhom perżuta. Għad-dieħla!


17

24.07.2022

GĦAL BAJJIET BLA LOQOM TA’ SIGARETTI Tpoġġew mal-40 ballot bin fil-bajjiet bir-ramel madwar il-Gżejjer Maltin, bħala parti mill-kampanja “Saving Our Blue” u b’hekk jitkattar l-għarfien dwar il-protezzjoni ambjentali. Fid-diversi bajjiet, il-pubbliku se jsib diversi bins tal-kampanja “Don’t Litter with your Filter”. Permezz ta’ dawn l-inizjattivi, ilpubb­liku qed jiġi mħeġġeġ aktar biex il-loqom tas-sigaretti ma jkomplux jintremew b’mod irresponsabbli filbaj­jiet. Minn stħarriġ li sar mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża s-sena l-oħra rriżulta li 98.1% tal-individwi f’Malta li jpejpu huma konxji tal-fatt li r-rimi fl-ambjent hu illegali, filwaqt li 11% ta’ dawk li jpejpu jammettu li xorta waħda jarmu l-loqom tas-sigaretti fl-art. Waqt diversi clean-ups organizza­ ti bħala parti mill-kampanja “Saving Our Blue” tul is-snin, deher biċ-ċar li l-loqom tas-sigaretti huma fost l-aktar skart miġbur minn fuq il-bajjiet. Dawn jaqgħu fil-kategorija ta’ single-use plastic u jieħdu 10 snin biex jiddiżintegraw fl-ambjent. “B’aktar inizjattivi bħal dawn irridu nħallu impatt pożittiv fuq l-ambjent biex b’hekk ġenerazzjonijiet futuri jkunu jistgħu jgawdu ambjent sabiħ,” qalet il-Ministru Miriam Dalli, li ħeġġet lill-pubbliku biex ikun aktar responsabbli. F’Malta ġew impoġġija mal-25 kontenitur, fosthom fl-Armier, fl-Għadira, f’Golden Bay, f’Għajn Tuffieħa, fil-Ġnejna, f’Little Armier, f’Paradise Bay, fil-Bajja s-Sabiħa, filBajja ta’ San Ġorġ, u fil-Bajja tat-Torri l-Abjad. Tqiegħdu wkoll mal-15-il kontenitur f’Għawdex u Kemmuna, fi Blue Lagoon u f’Santa Marija, f’Daħlet Qorrot, f’Ħondoq ir-Rummien, f’Marsalforn, f’Imġarr ix-Xini, fir-Ramla l-Ħamra, f’San Blas, fix-Xlendi u fix-Xwejni.

ŻEWĠ ŻJARAT EDUKATTIVI MADWAR U DWAR FILFLA Heritage Malta qed toffri lill-pubbliku l-opportunità li jersaq l-eqreb possibbli lejn il-gżira inaċċessibbli ta’ Filfla, waqt li jisma’ bosta ġrajjiet kurjużi rrakkontati minn John J. Borg, kuratur anzjan tal-istorja naturali, li ilu jistudja l-ħlejjaq u l-istorja ta’ Filfla għal dawn l-aħħar 40 sena. It-tours ta’ Filfla għal dan is-sajf se jsiru l-Ħadd 14 ta’ Awwissu u l-Ħadd 4 ta’ Settembru. Matulhom Borg se jipprovdi tagħrif dwar kif iffurmat din il-gżira, minn fejn ġie isimha, l-attrazzjoni tagħha għall-pirati sekli ilu, l-użu tagħha bħala mira għall-bumbardamenti fi żmien il-ħakma Ingliża, l-ispeċi ta’ annimali u pjanti li jgħixu fuqha llum u r-raġunijiet li wasslu biex il-gżira tkun

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

iddikjarata bħala riserva naturali u sit ta’ Natura 2000. Il-parteċipanti se jgawdu dawra fuq il-baħar, bil-possibbiltà li jaraw xi tajr tal-baħar bħaċ-ċief u l-gawwi, kif ukoll fkieren u dniefel. Il-lanċa titlaq mix-Xatt ta’ Tas-Sliema u tiġbed dritt lejn Filfla, tul il-kosta tal-Lvant u tan-Nofsinhar ta’ Malta. Waqt li ħadd mhu se jkun jista’ jinżel fuq Filfla jew jgħum madwarha, fil-vjaġġ lura jkun hemm waqfa fl-inħawi ta’ Dellimara bl-opportunità għal dawk li jixtiequ jgħumu, imbagħad il-lanċa taqbad triqitha lura lejn Tas-Sliema. Il-parteċipanti għandhom iġibu magħhom l-ikel u x-xorb li jippreferu, billi l-bar tal-lanċa jservi biss għażla

limitata ta’ xorb. Hu rrakkomandat li jittieħdu prekawzjonijiet kontra x-xemx bl-użu ta’ kremi u kpiepel. It-tfal għandhom ikunu ssorveljati f’kull ħin. Kull tour jibda fl-10:00 ta’ filgħodu u jintemm fit-3:00 ta’ waranofsinhar. Dawk li jkunu xtraw il-biljetti għandhom jinġabru fuq il-moll fejn torbot illanċa tal-Luzzu Cruises fid-9:30. It-tours jistgħu jitħassru f’każ ta’ maltemp. Il-prezzijiet tal-biljetti huma kif ġej: adulti – €25; anzjani u studenti – €20; membri ta’ Heritage Malta; u tfal (minn sitta sa 11-il sena) – €15. Il-biljetti jistgħu jinxtraw online minn https://heritagemalta.mt/store/ jew mis-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage Malta.


18

24.07.2022

FANTAŻMI FIL-BIRGU It-twemmin fil-fantażmi jew spirti hu parti mill-kulturi tal-bniedem u jmur lura għal żminijiet antiki. Skont l-Istitut Internazzjonali George H Gallup aktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja temmen fil-fantażmi, u tal-inqas ftit inqas minn terz ta’ dan ilgrupp ta’ nies raw wieħed. Irridu u ma rridux, nemmnu jew ma nemmnux, il-fantażmi u l-ispirti għadhom u jibqgħu parti miċċivilizzazzjoni antika u moderna u ħafna minna nemmnu li hemm ħafna aktar għaddej fl-univers milli jammettu x-xjenzjati prattiċi u l-ħaddiema soċjali tagħna. Din il-parti miċħuda tal-esperjenza umana, li hi naħa oħra tar-realtà, mhix se titlaq sempliċement billi nagħlqu għajnejna għaliha kif jagħmlu xi wħud. Dan it-tagħrif tal-lum hu meħud minn studju li kien għamel Gregory Gauci li kien jgħix il-Birgu. Minn CHARLES B. SPITERI Hu jirrakkonta li x-xhieda huma ħafna aktar lesti li jitkellmu dwar manifestazzjonijiet bħal dawn u qed ifittxu b’mod attiv tweġibiet għal dak li verament qed jiġri. Għall-ewwel darba l-folklor lokali qed iċedi għal perspettiva internazzjonali li tenfasizza x-xebh u t-twemmin ta’ dawn l-esperjenzi sopranaturali, u hu inġust kultant li x-xettiċi jippruvaw jirredikolaw lil dawk li jemmnu. Nafu li t-Tieni Gwerra Dinjija kkawżat ħafna bidliet u meta spiċċat ġabet magħha l-attività fiżika ta’ rikostruzzjoni u salvataġġ ta’ dak li kien fadal minn ċiviltà mfarrka. Ma kienx maħsub li dan kellu jinkludi wkoll ir-ritorn tal-fantażmi ta’ dawk li nqatlu. Mingħajr ħadd ma ta kas inbena jew aħjar issewwa t-twaqqigħ tal-bini u reġgħu ħadu s-sura oriġinali tagħhom. Fihom jingħad li għadhom jidhru nisa u Kavallieri jarmu d-dawl minnhom, f’bini storiku u fortizzi. Il-patrijiet, il-qassisin, is-soriji-

et u l-fratelli (membri tal-konfraternità) minn epoka oħra, ukoll kienu kultant jiġu lura. Il-figuri bojod tal-Misericordia (Fratellanza tar-Rużarju Mqaddes, imwaqqfa mid-Dumnikani tal-Belt Valletta) reġgħu nfirxu. Illum, il-fantażmi m’għadhomx imgeżwrin fil-‘lingwa’ tas-suppervja kif kienu qabel, iżda meqjusin fi storja ta’ realtà. U b’hekk se nwasslulkom uħud mill-istejjer dokumentati ta’ fantażmi li minn żmien għal żmien dehru fil-Birgu. Wieħed isib ferm aktar stejjer iżda dawn jidher li huma l-aktar veritieri. Il-Berġa ta’ Franza Giuseppe Zammit Naro mill-Birgu kien qed imexxi negozju ta’ mastrudaxxa li kien ta’ missieru. Dan il-maħżen kien fil-Berġa ta’ Franza fil-Birgu. Iktar tard kien avżat bi żgumbrament sabiex jagħmel post għal Mużew storiku. Dejjem stenna li jara l-fantażmi f’dak il-bini minħab-

ba l-ħsejjes strambi, iżda qatt ma ra lil ħadd ħlief f’okkażjoni waħda. F’forma spettrali kien ra raġel miexi dritt minn fuq xkaffa tal-injam f’mina. Il-mina tħaffret mill-Kavallieri Franċiżi ta’ Malta biex twassalhom għal passaġġ sigriet. Madankollu, mini bħal dawn bl-ebda mod ma kienu rari waqt l-okkupazzjoni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta, għax kienu jemmnu immens f’passaġġi u mini sigrieti taħt l-art. Din il-mina kienet tintuża regolarment bħala kenn minn attakki mill-ajru matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Snin wara dak l-inċident, wieħed mill-impjegati ta’ Giuseppe ġera lejh b’biża’ kbir u qal li ra lil xi ħadd fit-taraġ, li baqa’ miexi minn ġol-ħajt. Madankollu, tqies li bid-dehra tiegħu, il-fantażma kien finalment għamel il-manifestazzjoni tiegħu.

għex il-Birgu ħajtu kollha, kien isostni li martu biss kienet tisma’ lil bintha ssejħilha, meta din ma tkunx id-dar. Xi drabi kienet tismagħha tidħol tibki, bħallikieku kienet imweġġgħa jew xi ħadd wettaq xi għemil ħażin magħha. Madankollu, l-omm kienet taf li fl-istess waqt, bintha kienet jew tkun l-iskola jew il-knisja. Meta jiġri dan kienet tfittex fuq li tfittex, iżda la qatt sabet lil bintha d-dar u lanqas xi jkun wassal għall-allegat biki. Imbagħad, meta t-tifla tkun id-dar, bdiet tisma’ t-taħbit qawwi ta’ tambur fil-kamra tas-sodda tagħha u t-tisbit, ilftuħ u l-għeluq tal-bieb, inkluż it-tqallib tal-librerija fil-kamra ta’ missierha, kull meta missierha ma kienx id-dar. Deher li l-allegat fantażma kien marbut mal-omm u t-tifla. Qarib tar-raġel ma baqax imur aktar id-dar tiegħu wara li qal li marDilettant tal-għasafar tu rat is-siluwett ta’ żiemel kbir proġettat fuq il-ħajt tas-salott. Raġel ieħor ħabib ta’ Gauci, li Eventwalment tliet persuni,

mara, bint u mart il-qarib kienu qed jaraw jew jisimgħu xi ħaġa, iżda r-raġel, xejn. Jirrakkonta li anke bintu ż-żgħira, li dak iż-żmien kellha sentejn, kienet tħares lil hinn minn dahar martu kull darba li kienet f’idejha. Għalih u għal martu, dan kien ifisser li kien hemm xi ħadd ieħor jiġbed l-attenzjoni tat-tarbija minn wara. Xi drabi, l-aħbarijiet ta’ manifestazzjonijiet kienu jduru l-ibliet u l-irħula, jisfidaw lil dawk li ma jemmnux biex jitolbu prova li fil-fatt ħadd ma kien qed jiddejjaq jagħtiha. Ir-raġel li jgħajjat lil martu Każ ieħor kien ta’ omm u wliedha, tifel u żewġt ibniet, li f’ħin partikulari tal-ġurnata, wara l-mewt ta’ żewġha, inzertat semgħetu jgħajtilha. Ma kinitx sempliċiment immaġinazzjoni għax it-tlett itfal semgħuh isejjaħ lil ommhom u kollha għarfu leħnu. Meta bla biża’ weġbuh lura u staqsewh


19

24.07.2022 x’kien irid, ma kien hemm ebda tweġiba. Kollha xtaqu u talbu li jarawh, iżda forsi ma setax jidher u ma kienx kapaċi jikkomunika kompletament. Ftit xhur wara mietet ukoll l-omm u qatt ma reġa’ nstema’ jsejjaħ lil martu. Id-dar fejn kienet tgħix din il-familja kienet dar mibnija ġdida mill-War Damage Aid, iżda kienet dar antika ħafna, ta’ qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-membri tal-Misericordia (Konfraternità tar-Rużarju Mqaddes) Ironikament kien hemm raġel Ingliż li jaf imur ma’ kulħadd u kien jgħix il-Birgu ma’ ħuh. Darba, waqt li kien qed jirritorna d-dar minn Wied il-Għajn b’taxi, il-karozza waqfet minħabba xita qawwija madwar 100 metru biss bogħod mill-Kulleġġ De La Salle fi Triq San Edwardu. Ix-xita dehret li ma kinitx se tieqaf, b’beraq frekwenti li juru t-triq mitluqa. L-uniku ħoss kien dak tax-xita qawwija u tar-ragħad. F’daqqa waħda, leħħa ta’ berqa minnhom, xegħlet għal xi ħin, it-triq l-antika. L-Ingliż ħares u ntlaqat minn terrur kbir. Fid-dawl, irnexxielu jara purċissjoni ta’ figuri taqsam it-triq u tersaq lejh. Kienu lebsin il-barnuż u bil-libsa bajda tal-Konfraternità tar-Rużarju Mqaddes, magħrufa bħala l-Misericordia. Kemm l-Ingliż kif ukoll ix-xufier kienu raw b’mod ċar il-kuruni tar-rużarju b’żibeġ suwed imdendlin ma’ qaddhom. Għall-ewwel, l-Ingliż emmen li kien hu biss li ra dak kollu, iżda bidel fehmtu meta ra lis-sewwieq iħares imwerwer lejn l-ispettri. Wara xi tliet minuti kien hemm leħħa oħra ta’ berqa. It-tnejn iffissaw ħarsithom lejn fejn dehru l-ispettri u kif intefa d-dawl, rawhom xorta fid-dlam tal-lejl, għadhom fil-purċissjoni, resqin eqreb lejhom, bix-xita tlanġas u tidher li ma dejqithom xejn. Is-sewwieq irnexxielu jistartja u jitlaq mil-lok, għalkemm il-karozza baqgħet tiskossja sa ma waslu l-Birgu. Il-fantażmi involuti kellhom barnużi li jostrulhom wiċċhom u fuq il-barnużi, kpiepel bojod. Din l-Għaqda kienet twettaq atti ta’ karità u magħrufa bħala s-Societas Misericordiae. Hi kienet diġà attiva bl-approvazzjoni tas-Santa Sede fl-1575. Il-membri kienu jħeġġu għar-reċita tar-Rużarju Mqaddes u ppromwovew il-ġid spiritwali u materjali lil dawk il-priġunieri kkundannati għall-mewt. Kienu jieħdu ħsieb ukoll għal għajnuna finanzjarja lill-familji tagħhom. Il-ballun taċ-ċpar Forma oħra ta’ fantażma kienet il-ballun taċ-ċpar, komuni fiż-żona tal-Kottonera. Dawn

il-blalen taċ-ċpar huma manifestazzjonijiet awtentiċi interessanti li jintgħaġnu mal-okkult u jistgħu wkoll jipproduċu soluzzjoni. Tliet żoni huma dokumentati tal-inqas fiż-żona kollha bejn Ħaż-Żabbar u l-Birgu, xi mkien madwar l-Ark tal-Kottonera, li hu mżejjen bil-bust famuż tal-Gran Mastru Nicholas Cotoner. Leġġenda tfakkar li l-bust ta’ dan il-Gran Mastru tqiegħed b’mod li għajnejh qed iħarsu f’direzzjoni fejn inħeba teżor tad-deheb li għadu mhux misjub. It-triq li tagħti għall-Birgu hi mimlija memorji u storja. Għalkemm minn fuq is-swar li nbnew fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann għaddew sekli, la qatt kienu mittiefsa u lanqas mibdula. U dawn kienu l-inħawi fejn għall-inqas għal darbtejn, il-ballun taċ-ċpar deher waqt il-lejl f’temp sabiħ. F’okkażjoni minnhom għadda mill-Ark tal-Cotoner u għeb; id-darba ta’ wara, intlemaħ idur malart, ħabat mas-swar, għadda minnhom u sparixxa. Fiż-żewġ okkażjonijiet kellu dijametru ta’ madwar 4 piedi (120 ċm). Każ ieħor tal-ballun taċ-ċpar seħħ fl-istess viċinanza talKulleġġ San Edwardu fil-Birgu. Tlieta min-nies inzertaw mexjin lejn Ħaż-Żabbar minn ħdejn il-Kulleġġ San Edwardu għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija. Għall-ewwel, il-ballun tant deher żgħir li ma nnutawhx. Kien qisu ballun żgħir tas-suf, jirrombla waqt li jżid fil-ħeffa bħallikieku kien hemm xi qawwa warajh. Naturalment il-biża’ ħakimhom ilkoll għax ilkoll lemħuh. Huma ppruvaw iżommu ’l bogħod biex jevitaw li jintlaqtu mill-ballun misterjuż waqt li kien għaddej minn ħdejhom. Spjegawh bħala nisġa li kienet aktar bħal ċpar milli suf u irregolari fil-forma tagħha. “Deher qisu candy-floss abjad,” spjega wieħed minnhom. Żied li kif għadda minn qribhom, ħalla arja kiesħa u raw il-ballun iżid fil-ħeffa u baqa’ sejjer lejn il-Birgu sakemm għeb fl-arja. Dan il-ballun taċ-ċpar kiteb fuqu wkoll Ġużè Diacono dwar każ f’Bormla. Isemmi li din kienet manifestazzjoni li kkwalifikat bħala każ fejn id-dehriet umani nbidlu f’din il-forma ta’ ċpar. In-nies kienu jiddeskrivu dan il-ballun bħala magħmul mis-suf. Madankollu, kien l-eqreb li setgħu jimmaġinaw, peress li ċ-ċpar fi gżiritna kien dejjem skars waqt li l-candy floss kien għadu mhux magħruf fostna meta seħħet id-dehra. Dan il-ballun intlemaħ ukoll fl-Ingilterra u fl-Italja. Joan Forman issemmieh f’madwar tmienja jew disa’ każi fir-Renju Unit. Hu maħsub li dan iċ-ċpar

It-triq li tagħti għall-Birgu hi mimlija memorji u storja. Għalkemm minn fuq is-swar li nbnew fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann għaddew sekli, la qatt kienu mittiefsa u lanqas mibdula. U dawn kienu l-inħawi fejn għall-inqas għal darbtejn, il-ballun taċ-ċpar deher waqt il-lejl f’temp sabiħ

jitfisser bħala ‘manifestazzjoni sopranaturali’. F’okkażjoni minnhom, il-ballun daħal f’dar, tela’ ma’ wieħed mill-ħitan f’kamra partikulari u ħa l-forma ta’ raġel b’wiċċ ilħażen. Dan u każi oħrajn simili kienu rrappurtati minn kittieba oħrajn fil-Lvant ta’ Anglia u minn Ruma. Nistgħu ngħidu li fil-biċċa l-kbira tal-każi, meta dan il-ballun deher jimmaterjalizza, kien hemm seħer ieħor minn element differenti. L-adolexxenti Inċident ieħor seħħ lil tfajla adolexxenti madwar 30 sena ilu. Hi kienet qed tirritorna d-dar minn diskoteka għal madwar is-siegħa ta’ filgħodu. Fi Pjazza Vittorja ltaqgħet ma’ purċissjoni ta’ patrijiet u sorijiet jitolbu, neżlin lejn il-moll ta’ wara l-knisja ta’ San Lawrenz. Tant beżgħet, li marret id-dar tiġri. L-għada filgħodu rrakkuntat din l-esperjenza lil nies oħrajn. Numru sew

ta’ ħbieb u ġirien ħeġġewha tmur tgħid b’kollox lill-Arċipriet, iżda rrifjutat għax ħasbet li seta’ jgħajjat magħha talli marret lura d-dar hekk fittard. Manifestazzjoni Pjazza Vittorja Inċident kurjuż hu rakkuntat ukoll minn raġel mill-Birgu. Dan ingħata passaġġ fit-tard mix-xogħol. Hu ra mara twila taqsam Pjazza Vittorja, sejra lejn iċ-Ċentru taż-Żgħażagħ. Ħares lejha biex ikun jista’ jara min kienet. Għall-istagħġib tiegħu hi baqgħet miexja fil-ħajt u sparixxiet. Mar jiġri d-dar, ixxukkjat u mbeżża’ u ma setax jirrakkonta dak li għadda minnu dakinhar. Iż-żiemel abjad sabiħ Raġel mill-Birgu kien imur għax-xogħol għall-ħabta tal-ħamsa ta’ filgħodu. Jum minnhom kien qed isuq minn

Triq San Edwardu li tagħti għal Ħaż-Żabbar, raħal fil-qrib. Hekk kif għadda minn ħdejn iċ-ċimiterju ta’ San Lawrenz sema’ warajh żiemel tat-trott. Xħin ħares mill-mera, esklama “x’żiemel sabiħ”. Ħaġa tal-għaġeb kienet li ż-żiemel ma kien immexxi minn ħadd u lanqas ma kellu karrettun. Dan ir-raġel (l-isem miżmum) waqqaf immedjatament ilvann tiegħu biex iħalli liżżiemel jgħaddi, iżda kien sparixxa. Madankollu, is-sewwieq tal-vann ħaseb li ż-żiemel kien waqaf xi mkien u ma setax jarah. Reġa’ beda jsuq u hekk kif wasal ħdejn il-Kulleġġ San Edwardu, iż-żiemel deher riesaq lejh mid-direzzjoni opposta. Din id-darba ż-żiemel kien irrabjat, għola fuq saqajh ta’ wara u r-raġel għalaq għajnejh, għax beża’ li kien se jinżel fuq is-saqaf tal-vann tiegħu. Xħin reġa’ fetaħhom sab li ż-żiemel reġa’ sparixxa. Tant kellu xokk kbir fuqu li talab lill-imgħallem biex jibagħtu lura d-dar.


20

24.07.2022

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ FIĊ-ĊENTRU TAL-ĦIDMA TAL-GVERN Kitba ta’ CLIFFORD GALEA Il-Gvern għaddej ġmielu bil-ħidma tiegħu tant li diġà qed iwettaq sew wegħdiet elettorali li saru fl-aħħar kampanja elettorali li wasslet għall-elezzjoni ġenerali f’Marzu li għadda. Keith Azzopardi Tanti huwa wiċċ ġdid fil-Kabinett attwali fejn ġie fdat fl-irwol ta’ Segretarju Parlamentari għażŻgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni. Tkellimna miegħu. Inħtart Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni. Xi tfisser din il-pożizzjoni? Ir-rwol li ġejt fdat, huwa tant importanti fis-soċjetà tagħna għaliex bħal kwalunkwe setturi oħrajn, kemm iż-żgħażagħ, kif ukoll il-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni ser iħallu impatt fuq il-futur ta’ pajjiżna. Għal dan inħossni responsabbli li nassigura li ż-żgħażagħ tagħna jkollhom l-opportunità li jwasslu leħinhom u l-ideat tagħhom anke waqt il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Apparti minn hekk, irrid nara li bħala Gvern nibqgħu ninvestu fl-iżvilupp sħiħ tagħhom, kemm fuq livell akkademiku, kif ukoll fuq livell soċjali u emozzjonali. Fejn jidħol il-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni nemmen li bil-ħidma li nwettqu filpreżent, inkunu qegħdin inwittu t-triq biex insaħħu dan il-qasam u noħolqu aktar impjiegi li jżidu l-produttività u l-kompetizzjoni fis-suq lokali. B’dan ilmod inkunu qegħdin insaħħu l-ekonomija ta’ pajjiżna u noffru aktar opportunitajiet ġodda li jwasslu biex inkomplu nippromwovu dak li joffri pajjiżna lil hinn minn xtutna. X’ħidma saret fl-ewwel 100 jum min-naħa tiegħek? Fl-ewwel 100 jum tiegħi bħala Segretarju Parlamentari għażŻgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni żammejt fil-quċċata l-prijorità li nkompli nisma’ lin-nies, b’mod speċjali dawk li huma relatati mal-qasam li jien ġejt fdat bih. Dan il-pass nemmen li huwa kruċjali għal waqt il-ħolqien u l-implimentazzjoni tal-politika li rridu nsaħħu jew nimplimentaw biex nassigu-

Skemi bħal Youth Led Innovation huma importanti għaliex iservu bħala rwol fundamentali fl-iżvilupp taż-żgħażagħ tagħna, kemm biex jiksbu l-esperjenza fil-qasam tar-riċerka kif ukoll bħala rwol importanti fl-iżvilupp tagħhom raw żvilupp adegwat u inklużiv fil-futur ta’ pajjiżna. Dawn is-setturi huma pjuttost ġodda għal pajjiżna u għalhekk fil-ħidma tiegħi qed nara li noħloq aktar kuxjenza u naħdem biex nuri kemm dawn huma importanti għall-ekonomija tal-pajjiż u kemm dawn huma l-futur li fuqhom irridu wkoll nibbażaw l-ekonomija tagħna. Fil-fatt, attendejt diversi inizjattivi li stabbilixxew kemm l-Aġenzija Żgħażagħ li taħdem diretta-

ment maż-żgħażagħ tagħna, kif ukoll diversi proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni li kienu ffinanzjati mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija. Proġetti futuri. X’jistenna l-pubbliku mill-qasam li tmexxi? L-involviment taż-żgħażagħ huwa kruċjali, iżda l-ewwel irridu nibdew billi nassiguraw l-iżvilupp sħiħ tagħhom biex

ikunu lesti jaffaċċjaw l-isfidi li jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom fil-futur. Mill-banda l-oħra, qegħdin ninvestu aktar biex insaħħu l-involviment tan-nies, b’mod speċjali tażżgħażagħ fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni billi noħolqu opportunitajiet u inizjattivi li fihom dawn jistgħu jipparteċipaw u jibbenefikaw minnhom, fosthom kien hemm l-iskema li ħabbarna bl-isem ta’ Youth Led Innovation.

Ftit ilu tħabbret skema ġdida għaż-żgħażagħ biex ikunu iżjed innovattivi. X’qed timmira din l-iskema? Skemi bħal Youth Led Innovation huma importanti għaliex iservu bħala rwol fundamentali fl-iżvilupp taż-żgħażagħ tagħna, kemm biex jiksbu l-esperjenza fil-qasam tar-riċerka kif ukoll bħala rwol importanti fl-iżvilupp tagħhom. Bħala Segretarju Parlamentari ta’ dan il-qasam nemmen fil-benefiċċji ta’ kollaborazzjonijiet bejn l-istakeholders u nħares ’il quddiem għal aktar kollaborazzjonijiet anke mal-Aġenzija Nazzjonali taż-Żgħażagħ biex bħala Gvern nibqgħu ninvestu fiż-żgħażagħ tagħna sabiex jakkwistaw għarfien, ħiliet, attitudnijiet u valuri sostanzjali li jsarrfu f’futur bi żvilupp sostenibbli. Bħalissa għaddej ukoll il-programm tas-sajf mill-Aġenzija Żgħażagħ. Lejn xiex huwa mmirat


24.07.2022

21

SKEDA ONE 06:30 06:45 06:55 07:30 07:45 07:50 08:00 08:35 11:00 11:45

12:30 12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00

ONE News HazZzard Update Primetime Preview Pink Panther Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja

17:00 19:15 19:30 20:10 20:20 20:30 21:30 22:30 23:30

Indigo TNEJN ONE Sports 25-07 & Temp ONE News Primetime Preview Tentufiet Pjazza The Big Step Il-Willy ONE News

06:30 ONE News 06:45 Mad-Daqqa t’Għajn 07:30 ONE News 07:45 Tentufiet 07:50 Primetime Preview 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Indigo 10:40 Klassi Għalina 11:45 Telebejgħ

12:30 12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00

ONE News HazZzard Update Primetime Preview The Local Traveller Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja

17:00 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 21:05 22:05 22:50 23:30

Indigo ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview HazZzard Update Country Jamboree The BBQ League Xablott Reboot ONE News

06:30 06:45 07:30 07:45 07:50 08:00 08:30 10:45 11:45 12:30 12:35

12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00 17:00 19:20 19:30

Primetime Preview What’s Cooking Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja Indigo ONE Sports & Temp ONE News

20:10

20:30 21:30 22:30 23:30

Primetime ERBGĦA Preview 27-07 HazZzard Update Tlieta kontra tlieta Game Over Flip the Venue ONE News

06:30 ONE News 06:45 HazZzard Update 06:55 What’s Cooking 07:30 ONE News 07:45 Tentufiet 07:50 Primetime Preview 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Indigo 10:45 Klassi Għalina

11:45 12:30 12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45

Telebejgħ ONE News HazZzard Update Primetime Preview Nagħmel mużika Taljana Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview

16:00 17:00 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 21:00 21:15 23:30

Emilja Indigo ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview HazZzard Update News Point Tonight The BBQ League ONE News

06:30 06:45 06:55 07:30 07:45 07:50 08:00 08:30 10:45 11:45 12:30

ONE News HazZzard Update Ondroad ONE News Tentufiet Primetime Preview Quddiesa tal-Jum Indigo Klassi Għalina Telebejgħ ONE News

12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00 17:00 19:18

HazZzard Update Primetime Preview Reboot Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja Indigo ONE Sports &

06:30 ONE News 06:45 The Local Traveller 07:25 ONE News 07:45 Tentufiet 07:50 Ulied Maltin 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 HazZzard

11:20 12:30 12:35 12:45 13:45 15:30 15:35 17:15 18:15

06:30 06:45 07:30 07:45 07:50 08:00 08:40 09:00 10:00

10:20 10:50 11:20 12:30 12:35 13:30 15:30 15:35 16:30

ONE News HazZzard Update Music Legends ONE News Tentufiet Primetime Preview Quddiesa tal-jum Indigo Klassi Għalina Telebejgħ

TLIETA 26-07

dan il-programm u x’inhi l-importanza tiegħu?

ja riżorsi limitati bħall-ġebla tal-franka. L-ewwel kamra blużu ta’ dan il-materjal riċiklat Iż-żmien tal-fażi mill-età inbniet ħdejn il-Villaġġ tasżagħżugħa, għall-età adulta Snajja’ ta’ Qali f’Ottubru taljġib miegħu diversi sfidi iżda 2021. b’sapport adegwat u billi dawn iż-żgħażagħ jiġu preparati Taħseb li l-pubbliku japprezza biex jiksbu ħiliet fundamenta- biżżejjed il-ħidma tal-politiċi li fosthom kif jikkomunikaw, Maltin? it-teħid tad-deċiżjonijiet u l-ħsieb kritiku, dawn jgħinu Bħala politiku nemmen fi tliet biex inaqqsu l-isfidi li jħabbtu valuri fundamentali biex inmagħhom f’dawn iż-żminijiet. wasslu politika aktar tan-nies B’hekk għandna nagħtu impor- u dawn huma li nibqa’ viċin tanza programm tas-sajf bħal in-nies biex nattwa fejn huwa dan li qiegħda toffri l-Aġenzija possibbli għall-ġid tan-nies u Żgħażagħ. tas-setturi kkonċernati li finalment iwasslu għal żvilupp nazNarawk involut f’diversi zjonali. Il-lealtà u r-rispett lejn proġetti li jolqtu liż-żgħażagħ. in-nies għandhom dejjem ikunu Ftit ilu wkoll tnediet ta’ prijorità. Nemmen li dawn l-inizjattiva Re-Stone, li ġiet huma l-valuri li l-Maltin ifittxu żviluppata biex jiġi riċiklat fil-politiċi Maltin li qed iwasl-iskart tal-ġebla tal-franka, u salhom biex japprezzaw dak li li għalhekk ikun jista’ jintuża l-politiku jagħmel magħhom. biex jinħolqu prodotti tal-bini riċiklati. Spjegalna. Messaġġ min-naħa tiegħek. Inizjattivi teknoloġiċi bħal Re-Stone huma fundamentali għal pajjiżna u dawn huma possibbli permezz tal-iffinanzjar mill-programm nazzjonali FUSION li joffri l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija. Il-proċess ta’ Re-Stone jinvolvi l-ġbir tal-iskart tal-ġebla tal-franka li mbagħad permezz ta’ din it-teknoloġija dan l-iskart jinbidel fi trab li jiġi kkonvertit f’paste li jista’ jiġi ffurmat. Ir-riżultat ikun materjal tal-franka iebes, simili għal dak tal-ġebla tal-franka naturali li hija adattata għar-reżistenza tal-ilma u t-temp. Sallum m’hemm l-ebda soluzzjoni oħra preżenti għar-riċiklaġġ tal-iskart f’materjal tal-bini li jiġġenera d-dħul. Madankollu, permezz ta’ Re-Stone nistgħu nimmiraw li nnaqqsu l-akbar ġenerazzjoni tal-iskart f’Malta. Apparti li din l-inizjattiva toffri soluzzjoni lill-industrija tal-kostruzzjoni li qed taffaċċ-

Bħal kwalunkwe pajjiż ieħor fid-dinja, f’pajjiżna wkoll ġejna affettwati minn sitwazzjonijiet minħabba l-effetti tal-gwerra u l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija. Ta’ min jgħid li ħdejn pajjiżi oħra, pajjiżna kien kapaċi jilqa’ għal dawn is-sitwazzjonijiet bil-miżuri li ħa l-Gvern, kieku s-sitwazzjoni f’Malta u Għawdex hija ferm differenti. L-impatt globali huwa fid-dinja tax-xogħol li jfisser li dan is-settur ser ikun qiegħed ikompli jgħaddi minn tranżizzjonijiet li jżidu l-inċertezza fejn jidħlu l-ħiliet u l-kompetenzi li ser jiġu mitluba fil-futur. Għalhekk huwa importanti li nkomplu nħejju ruħna u noffru appoġġ u sostenn lill-komunità tagħna f’dan ir-rigward. Dan nistgħu nsaħħuh billi nkomplu ninvestu fir-riċerka u fl-innovazzjoni li jgħinu biex jinħolqu aktar impjiegi u jkomplu jsaħħu l-iżvilupp sostenibbli ta’ pajjiżna minkejja dawn l-isfidi.

ONE News Pink Panther ONE News Tentufiet Primetime Preview Quddiesa tal-Jum Indigo Klassi Għalina Telebejgħ ONE News HazZzard Update

ĦAMIS 28-07

SIBT 30-07

ONE News Country Jamboree ONE News Tentufiet Ulied Maltin Il-Quddiesa tal-jum Ieqaf 20 Minuta Paper Scan Popcorn

20:20

20:20 20:30 21:15 21:30 22:50 23:30

ĠIMGĦA Temp ONE News 29-07 Primetime Preview HazZzard Update Nagħmel mużika Taljana Il-Logħba li jmiss Pirotekniċi News Point ONE News

Telebejgħ ONE News Tentufiet Dak li Jgħodd Mill-Festa ONE News Mill-Festa Flimkien ma’ Nancy Sabiħa l-Ħajja

18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 21:15 22:15 23:30

Country Jamboree ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Klassi Għalina The Malta BBQ League The Big Step ONE News

Nagħmel mużika Taljana Esperti Telebejgħ ONE News Indhouse Pirotekniċi ONE News Ondroad Mad-Daqqa t’Għajn

17:30 18:30 19:25

Eko Djar Mill-Festa ONE Sports & Temp ONE News Willy Mill-Festa ONE News

19:30 20:10

19:30 20:15 20:50 23:30

ĦADD 31-07


22

24.07.2022

KURT FRIGGIERI

L-ARTIST LI JISĦAQ LI FL-ARTI QATT MA TAF BIŻŻEJJED Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

F’kull studju li jidħol għalih il-bniedem, jeħtieġ il-prattika, it-tagħlim u r-riċerki. Hekk ukoll l-artisti fil-qasam tal-arti. Fil-fatt, l-artist li intervistajt illum saħaq fuq dawn il-fatti kollha miegħi. Qed nirreferi għal Kurt Friggieri. Għandu 44 sena, miżżewweġ u missier ta’ tifel. Għex it-trobbija u ż-żgħożija tiegħu l-Gżira, fil-Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, fejn għandu memorji sbieħ ħafna, u bħalissa qiegħed joqgħod Santa Venera, imma qalbu tista’ tgħid li għadha marbuta mal-Gżira u mal-festa tal-Madonna tal-Karmnu. Preżentament jaħdem bħala artist professjonali fuq bażi full-time, pass li kien ilu jixtieq u jippjana biex jagħmel, u kien fortunat ħafna li seta’ jagħmel dan il-pass fil-karriera tiegħu. Fil-ħin liberu tiegħu jħobb jagħmel l-eżerċizzju fiżiku, jieħu sehem fi tlielaq tal-ġiri u kif ukoll il-maratoni, li jirrilassawh ħafna. Apparti hekk, huwa kemm kollezzjonist kif ukoll dilettant kbir tal-istatwi minjaturi, speċjalment dawk relatati mal-Ġimgħa Mqaddsa. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna sempliċi ħafna, umli u ma jiddejjaqx jgħin fejn jista’ u mill-ftit li jista’. Fil-passat bata, għaliex ilħajja taf tkun kiefra, imma għaraf fejn żbalja, tgħallem, u llum jista’ jgħid li jħossu ħafna iktar b’saħħtu u matur. Min jafu, jaf li miegħu taf fejn tkun, għaliex dak li hu jgħidu. Ma jaħsibx li huwa supperv, għaliex kull min ġie jħabbat il-bieb għall-għajnuna jew għall-parir, dejjem sabu miftuħ, u dejjem qasam il-ftit li jaf. Bħala artist, Kurt jisħaq li min jafu żgur jaf li ma jqisx lil Kurt bħala artist, iżda persuna komuni li Alla għoġbu jagħtih dan it-talent, u dan it-talent jużah bl-aħjar mod li jista’, u minn naqra li jaf jipprova jgħin u jgħaddih lil ħaddieħor. Sa minn ċkunitu, Kurt kellu n-namra għall-arti, speċjalment fejn tidħol il-pittura sagra u d-disinn Barokk. Ta’ 11-il sena beda jattendi l-isko-

fil-festi, jħoss ċertu sodisfazzjon. Fis-sena 1999 kien ġie kkummissjonat l-ewwel xogħol

Wirja partikolari li kelli ċ-ċans li ntella’ u li ħadt pjaċir ħafna nieħu ħsieb, kienet tinkludi numru ta’ repliki ta’ statwi mill-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu, speċjalment dawk relatati mall-Parroċċa li tellajt il-wirja fiha

la tal-arti ġewwa l-kulleġġ ta’ De La Salle, fil-Belt Valletta, taħt id-direzzjoni ta’ Manuel Gafà. Wara l-esperjenza li kellu fl-iskola tal-arti, fejn tgħallem ħafna, kompla jesperimenta fuq bażi personali, u baqa’ jattendi wkoll diversi korsijiet li kienu jispeċjalizzaw fuq it-teknika tal-kulur u dik tal-portraits. Però, kif qalli huwa stess, fl-arti qatt ma taf biżżejjed, u t-tagħlim u r-riċerka huma kontinwi.

Mistoqsi x’inhi l-aktar ħaġa li tagħtik sodisfazzjon f’dan ix-xogħol, Kurt stqarr miegħi li jaħseb l-akbar sodisfazzjon huwa meta l-klijent jgħidlu prosit, speċjalment meta dak li jkun ikun jaf jagħraf u japprezza l-arti. “Apparti hekk, huwa ta’ sodisfazzjon għalija personali, meta ċerti individwi li forsi qabel ma kinux jikkummisjonawk, illum jitkellmu miegħek b’sinċerità u jagħrfu l-passi li għamilt

’il quddiem. Però, naħseb l-aktar li tieħu pjaċir u tħossok sodisfatt hija meta tisma’ l-kelma grazzi, u tara dik it-tbissima fuq wiċċ il-klijenti, għaliex tkun ħloqt dak li xtaqu u kellhom f’moħħhom”. Tkellimt miegħu dwar is-sodisfazzjon li jieħu minn dan kollu. Kurt stqarr miegħi li meta jħossu li qed jgħin lil dak li jkun, u li dak li jkun illum il-ġurnata qed jagħmel ċertu xogħol, speċjalment

Bħala xogħlijiet, fis-sena 1999 Kurt kien ġie kkummissjonat l-ewwel xogħol, li kien disinn ta’ pavaljun fil-Parroċċa ta’ fejn trabba, dik tal-Madonna tal-Karmnu l-Gżira. “Minn dakinhar sal-lum, qatt ma ħarist lura. Kelli xorti kbira li naħdem uħud minn dawn ix-xogħlijiet taħt id-direzzjoni tal-artist bravu, il-mibki Salvu Bugeja, fejn nista’ ngħid li kien ta’ ispirazzjoni kbira għalija matul il-karriera tiegħi. Ħdimt ukoll diversi soqfa għall-każini tal-baned, djar parrokjali, djar privati, kif ukoll xogħol f’diversi knejjes madwar Malta. Riċentement, ħdimt fuq id-dekorazzjoni fil-Palazz tal-Gran Mastru l-Belt Valletta, magħruf ukoll bħala l-Palazz tal-President. Dan ix-xogħol kien jikkonsisti fi rtokk ta’ dekorazzjoni fuq is-soqfa, u wkoll dekorazz-


23

08.11.2020 24.07.2022

joni ġdida ġewwa numru ta’ kmamar fl-istess Palazz. Uħud mix-xogħlijiet privati li għamilt ġew ukoll esportati barra minn xtutna”. Kompla jgħidli li bħala xogħol għandu xi sotto kwatri, dekorazzjoni fuq niċeċ, u inkwatri. Fil-futur qrib ukoll, għandu jaħdem fuq dekorazzjoni ta’ artali laterali. “S’issa għadni ma ġejtx ikkummissjonat sabiex naħdem fuq xi ħaġa ta’ ċertu kobor u ta’ ċertu livell, imma m’iniex persuna li naqta’ qalbi, u nemmen li dak il-mument għad jasal, u meta jasal żgur li ser nagħmel ħilti sabiex noħroġ il-kapaċitajiet tiegħi u nesprimi l-ideat tiegħi permezz ta’ dak li nħobb nagħmel”. Ta’ min jgħid li matul dawn l-aħħar snin Kurt ħa sehem u tella’ diversi esibizzjonijiet tal-arti li kienu jinkludu xogħlijiet minn tiegħu. Il-maġġoranza ta’ dawn il-wirjiet kienu jinkludu xogħol marbut mal-Ġimgħa Mqaddsa, suġġett li huwa għal qalbu ħafna. “Wirja partikolari li kelli ċ-ċans li ntella’ u li ħadt pjaċir ħafna nieħu ħsieb, kienet tinkludi numru ta’ repliki ta’ statwi mill-passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu, speċjalment dawk relatati mall-Parroċċa li tellajt il-wirja fiha, kif ukoll diversi biċċiet oriġinali, u portaits li jirrappreżentaw lil Marija Addolorata, Kristu Msallab u oħrajn. Fil-futur qrib ukoll, qiegħed naħdem sabiex intella’ wirja artistika bl-isem ‘Melitae’ li tfisser Malta, fejn fiha ser niġbor xogħol ta’ arti

sagra u siltiet oħrajn, li għandhom x’jaqsmu ma’ pajjiżna. Din il-wirja ilha maħsuba għal dawn l-aħħar tliet snin, imma sfortunatament il-pandemija xekklet il-pjanijiet u r-ritmu ta’ din il-wirja,” stqarr miegħi. Mistoqsi liema teknika jew stil iħoss li hija l-forte tiegħu, Kurt weġibni: “Naturalment, it-teknika u l-istil jinbidlu skont ix-xogħol li nkun qiegħed nagħmel. Però, personalment inħoss li nesprimi l-arti tiegħi bl-aħjar mod meta naħdem fuq it-tila, u meta nagħmel xogħol fuq kwalitajiet differenti ta’ drapp, u anke ħitan. L-aktar stil komuni fix-xogħlijiet tiegħi huwa bla dubju l-Barokk, u nħobb indaħħal ukoll xi ftit l-istil modern, fejn il-kuluri fil-paletta tiegħi ma jonqsux, li fl-aħħar mill-aħħar joħolqu dak il-bilanċ armonjuż. Fejn tidħol teknika, naħdem ħafna dik li jgħidula wet on dry, teknika li titlob li tħalli x-xogħol jinxef, imbagħad bħal donnok terġa’ qisek ser tpitter ċerti partijiet mill-ġdid fuq in-niexef. Teknika li tirrikjedi l-ħin, imma x-xogħol finali jkun ta’ ċertu livell”. Ma’ Kurt iddiskutejt ukoll jekk hemmx xi artisti li ħallew l-impatt tagħhom fuq l-arti tiegħu. Fil-fatt, stqarr miegħi li kienu diversi l-artisti, kemm barranin kif ukoll Maltin, li ħallew timbru fuq it-teknika u l-istil li juża llum. Fost dawn l-artisti jsemmi lil Caravaggio, Guido Reni, Francesco Zahra, Pitrè, u ma jistax ma jsemmix ukoll lil Giuseppe Cali.

Immaġinajt ukoll li jaqra u jsegwi ħafna xogħlijiet ta’ dawn l-artisti, u allura staqsejtu b’liema mod jaġġorna u jispira ruħu. “Fl-arti qatt ma taf biżżejjed, għalhekk jiena kontinwament nagħmel ir-riċerki u naqra ħafna fuq dawn l-artisti. Matul din ir-riċerka u l-istudju niffoka fuq l-istil tagħhom, u fuq il-kompożizzjonijiet li kienu jużaw. Imma, l-iktar li niffoka huwa fuq il-kuluri u d-dwalijiet li kienu jużaw dawn l-artisti, speċjalment tal-bravu u uniku Michelangelo Merisi, jew kif inhu aħjar magħruf Caravaggio”. Ridt inkun naf ukoll xi kemm teħodlu ħin biċċa xogħol tal-arti. “Mhux kull biċċa xogħol l-istess. Jiddependi l-kobor, is-suġġett, u d-dettall li tirrikjedi. Però, fuq kollox jiddependi ħafna fuq il-muża li jkollok, għaliex hija xi ħaġa li taffettwa ħafna l-ispirazzjoni u l-kwalità fix-xogħol”. Għalkemm it-triq hija twila, ma jaqtax qalbu Ma’ Kurt qajjimt ukoll il-punt jekk minn dak li josserva, jaħsibx li l-arti li joħloq hijiex apprezzata biżżejjed hawn Malta u kif jaħseb li jħarsu lejh żgħażagħ oħra li forsi ma tantx jintrigaw b’xogħol minn tiegħu. “Nemmen li fl-arti qatt ma tista’ tasal biżżejjed, imma nħoss li avvanzajt ħafna fil-karriera artistika tiegħi. Però, fadalli x’nitgħallem u xi ntejjeb, sabiex dejjem nipprova nikkonvinċi aktar b’dak li

noħloq. Għalkemm it-triq hija twila, imma kif diġà għidt, m’iniex persuna li naqta’ qalbi. Bħal f’kollox, fl-arti ssib kemm min ifaħħrek kif ukoll min imaqdrek. Jiena m’iniex persuna supperva, u kritika kapaċi naċċettaha, l-importanti li tkun kritika kostruttiva u sinċiera”. Ta’ min jgħid ukoll, li llum il-ġurnata, ismu huwa rinomat sew fil-festi Maltin u Għawdxin. Bħal kull artist, kellu żminijiet diffiċli speċjalment meta faqqgħet il-pandemija madwar id-dinja, fejn kienet ta’ tħeddida għall-arti u għall-kultura. L-artisti, partikolarment dawk li jaħdmu fil-festi kellhom jaddattaw ruħhom. Kurt għaraf dawn l-isfidi u kien kapaċi jesplora swieq differenti sabiex ir-rota tibqa’ ddur. Ħallejt f’idejh sabiex jiżvela liema swieq esplora u kif irnexxielu jibqa’ għaddej matul dan iż-żmien ta’ sfida. “Il-verità hi li diġà konna qed inbatu minn qabel il-pandemija, u sfortunatament l-imxija tal-Covid ma komplietx tgħin, fejn ċertament li l-effett tagħha ser jibqa’ jinħass fil-futur qrib. Personalment, investejt aktar minn qabel fil-kummissjonijiet u f’xogħlijiet privati, speċjalment kif diġà għidt, ix-xogħol li ġejt imqabbad nagħmel fil-Palazz tal-President il-Belt Valletta, fiduċja li apprezzajt ħafna, u li nista’ ngħid huwa l-akbar sodisfazzjon sa issa fil-karriera artistika tiegħi. Apparti hekk, nemmen li l-artisti llum il-ġurnata għand-

hom sfida akbar minn qatt qabel, għaliex l-arti diġitali qiegħda tieħu post dik tal-idejn, għalkemm nemmen li min huwa dilettant u jaf jagħraf l-arti, jaf fejn għandu jmur”. Minbarra dan, Kurt kellu x-xorti li jaħdem fuq xogħlijiet li jinsabu l-Awstralja, l-Ingilterra, u l-Italja. Naturalment, bħal kull artist, li jiġi kkummissjonat sabiex jaħdem xogħol għal barra minn Malta huwa ta’ sodisfazzjon kbir, u l-apprezzament li juruk dawn in-nies huwa ta’ livell differenti. Kurt jittama li jkollu aktar opportunitajiet sabiex jagħmel xogħlijiet lil hinn minn xtutna. Għall-futur qrib, għandu diversi proġetti ppjanati u li jixtieq jaħdem fuqhom. Fost dawn il-proġetti hemm diversi soqfa ġewwa sedijiet ta’ soċjetajiet mużikali u fi djar privati. Hemm ippjanati wkoll xogħlijiet fuq numru ta’ nkwatri mdaqqsa, fejn dawn iġibu magħhom kemm sfidi kif ukoll opportunitajiet ġodda. “Fuq kollox, inkompli u niffinalizza x-xogħol li qiegħed nagħmel fil-Palazz tal-Gran Mastru”. Fl-aħħar nett, Kurt għadda messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Il-messaġġ tiegħi huwa sempliċi, dejjem emmen fik innifsek u taqta’ qalbek qatt. Ma jimpurtax jekk taqa’, l-importanti li terġa’ tqum u tkompli. Tibżax tesperimenta u tagħmel dak li taħseb li hu tajjeb, ir-risposta dejjem għandek tagħtiha bix-xogħol tiegħek u mhux bi kliemek”.


24

24.07.2022

reċensjoni tal-ktieb

’IL BARRA MILL-ĦABS Malli priġunier jiġbed in-nifs tal-libertà, isib quddiemu triq twila... żmien ġdid... bidliet li qajla jkun intebaħ bihom fis-snin li qatta’ ’l bogħod mis-soċjetà. U aktarx li wara l-ferħ tal-ewwel jiem jintebaħ li l-ostakli huma kbar: ix-xogħol, id-dar, il-flus u t-trasport. Il-familja u l-ħbieb lanqas mhuma dejjem ta’ spalla għal min jirriforma ruħu u l-individwu faċilment jerġa’ jinqabad

fix-xibka tal-kriminalità. Pawlu u John, eks priġunieri, jiddeċiedu li jkunu huma ta’ sostenn għal min joħroġ mill-ħabs biex verament jintegra ruħu fil-ħajja li jkun nesa li teżisti. Iżda kemm jirnexxilhom jirriformaw ruħhom Sammy, Patrick, Tony, Lucy, Jackie u Jesmond? U x’ostakli jħabbtu wiċċhom magħhom fid-dar il-ġdida?

Mistoqsija: X’kienet id-deċiżjoni li ħadu Pawlu u John? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ’IL BARRA MILL-ĦABS. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 31 ta’ Lulju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb MUMENTI KLANDESTINI huwa:

A.VASSALLO - SAN ĠWANN

01 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm ilu ma jintuża l-Gozo Heliport?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:

Rebbieħ: M. PACE - MOSTA


25

24.07.2022

THE CO-ED KILLER Ed Kemper joqtol għall-ewwel darba ta’ 15-il sena L-EWWEL PARTI Edmund Emil Kemper III huwa qattiel tal-massa Amerikan li meta kellu biss 15-il sena, qatel lin-nanniet tiegħu b’tiri ta’ arma tan-nar. Minħabba li kien għadu taħt l-età, hu ntbagħat fi sptar psikjatriku għall-kura. Waqt li kien fl-isptar, sar magħruf kemm Kemper kien intelliġenti u kien saħansitra fdat biex jgħin lill-ħaddiema ma’ pazjenti oħrajn. Din l-imġiba tajba wasslet għall-ħelsien tiegħu mill-isptar wara ftit snin, iżda hekk kif sab ruħu barra, hu spiċċa biex qatel sitt studenti, li wassal għallaqam ta’ ‘The Co-Ed killer,’ u għalaq is-sensiela ta’ omiċidji bil-qtil ta’ ommu u tal-ħabiba tagħha. Il-pulizija kellhom suspett f’Kemper però kienu dubjużi għax hu kien ħabib ma’ ħafna uffiċjali minn tagħhom u avolja kien qisu ġolf, hu kien jagħti impressjoni ta’ raġel twajjeb. Fil-fatt, huma kienu jsibuh bħala ‘l-ġgant ġentili.’ Kien Kemper stess li ta ruħu b’idejh lill-pulizija għax fl-istess żmien li kien qed iwettaq id-delitti, kien hemm qattiel tal-massa ieħor, Herbert Mullin, li kien qed joqtol fir-reġjun ta’ Santa Cruz f’Kalifornja. Skont Kemper, l-istmerrija li kellu lejn ommu wasslet għallqtil ta’ nisa oħrajn u ta’ 24 sena spiċċa l-ħabs għal għomru kollu. Hu talab biex jingħata l-piena kapitali iżda din kienet tneħħiet mill-istat ta’ Kalifornja. Min kien Edmund Kemper III? Edmund Kemper III twieled fit-18 ta’ Diċembru tal-1948 f’Burbank, f’Kalifornja, fl-Istati Uniti. Hu kien il-fustani u l-uniku tifel mit-tlett itfal ta’ Clarnell Elizabeth u Edmund Emil Kemper Jr. Missieru kien veteran tal-gwerra u jidher li ma kellux relazzjoni tajba ma’ martu għax kien stqarr li jippreferi jiġġieled fil-gwerra milli jqatta’ ħin taħt l-istess saqaf magħha. Kemper kien iħobb ħafna lil missieru u ħadha bi kbira ħafna meta missieru u ommu ddivorzjaw fl-1957. Dan wassal għall-firda tiegħu minn ma’ missieru u kellu jgħix ma’ ommu, f’Helena, f’Montana. Kemper u ommu ma kellhomx relazzjoni tajba lanqas minħabba li din kienet dejjem tgħajru għax kien twil ħafna u tgħidlu li l-ebda tfajla ma kienet se tħobbu. L-abbuż ma kienx wieħed mentali biss għax hi kienet iġġiegħel lil Kemper jorqod fil-kantina mal-ġrieden. Clarnell stqarret li kienet tagħmel hekk għax kienet tibża’ li Kemper se jweġġa’ lil ħutu l-bniet. Meta kellu biss 10 snin, Kemper qabad il-qattus tal-familja u difnu ħaj. Hu qal li iktar ħa pjaċir jigdeb lil tad-dar u saħansitra kkonvinċiehom li ma kienx hu. Tliet snin wara, hu reġa’ qatel qattus ieħor tal-familja għax beda jgħir

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO għal oħtu peress li l-qattus kien iħobb iktar lilha. Din id-darba, Kemper inqabad minn ommu għax sabet il-fdalijiet tal-qattus moħbija fil-gwardarobba tiegħu. Kemper kien ġuvni li kellu fantasija oskura, fejn waħda mill-fantasiji kienet li jwettaq ritwali bil-pupi ta’ ħutu, li kien jaqtgħalhom rashom u jdejhom. Meta kellu 14-il sena, Kemper ħarab mid-dar ta’ ommu u mar ifittex lil missieru f’Van Nuys, f’Kalifornja. Huwa ma tantx dam jgħix ma’ missieru għax dan tal-aħħar kien bena familja ma’ mara oħra u spiċċa biex bagħtu jgħix man-nanniet tiegħu f’North Fork. Kemper ma ħax pjaċir b’din iċċaqliqa, speċjalment minħabba li nanntu kienet il-ħin kollu tgħajjar lilu u lil nannuh. Fis-27 ta’ Awwissu tal-1964, Kemper kellu xi jgħid ma’ nanntu. Hu qam minn mal-mejda tal-kċina, mar ġab arma tan-nar li kien tah nannuh għallkaċċa, reġa’ daħal fil-kċina u spara tir f’ras nanntu u tnejn oħra f’daharha. Wara li qatilha, Kemper beda jinkwieta li nannuh kien se jeħodha bi kbira li qatillu lil martu u b’hekk iddeċieda li joqtol lilu wkoll. Kif ra lil nannuh riesaq lejn id-dar bil-karozza, Kemper ħareġ u sparalu. Kif irrealizza x’kien għamel, Kemper ċempel u qal lil ommu b’kollox u din qaltlu biex iċempel lill-pulizija. Peress li Kemper kellu biss 15-il sena meta wettaq id-delitti, il-psikjatri tal-qorti qalu li hu kien ibati minn skiżofrenija paranojka u b’hekk ma setax jinżamm responsabbli għar-reati. Kien għalhekk li ntbagħat fl-Atascadero State Hospital f’San Luis Obispo County għall-kura.

Ed Kemper meta ddaħħal fl-isptar psikjatriku wara l-qtil tan-nanniet tiegħu

L-ewwel vittmi ta’ Ed Kemper - in-nanniet tiegħu

Kemper kien ġuvni li kellu fantasija oskura, fejn waħda mill-fantasiji kienet li jwettaq ritwali bil-pupi ta’ ħutu, li kien jaqtgħalhom rashom u jdejhom Kemper flimkien ma’ oħtu ż-żgħira

TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA


26

24.07.2022

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

24.07.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 444

J.FARRUGIA - MARSASKALA

MIMDUDIN: 9. 1. Kompli l-qawl: Min ikollu għalqa 10. mal-baħar irid 12. oħra ... (5) 16,21W. 4. Mhux fil-ħin (4) 7,15. Telqa (8) 18. Bi 3 NUMRI 176 178 182 226 273 340 385 430 519 699 701 734 B’4 NUMRI 0068

0473 0524 0816 0874 0972 0991 0994 1205 1622 1691 1732 1735 1866 2725 2809 3149

3256 3540 3634 3918 4033 4401 4442 4718 4736 4756 5132 6022 6047 7132 7388 7451

7477 7822 7973 9028 9079 9426 9679 9772 9904 B’5 NUMRI 01875 07467 11418 13688 21120

30221 32555 33032 35331 46165 52815 59258 64170 68275 68284 73477 82824 83011 94010 96992 97381

99343 B’6 NUMRI 214336 472452 505070 512599 580154 613470 618259 900989

WEQFIN: 1. Mill-irħula (6) 2,6. Post f’Ħal Qormi (6) 3,11. Fiha jsiru l-gowls (5) 5. U bl-Ingliż (3)

6. 8. 11. 12,19. 13,17.

Iżommu 19. l-arloġġ (3) 20. Biċċa għamara (6) ... Southgate (6) 21. Inpoġġi sieqi fuq 23. xi ħaġa (6) Anno Domini (2) 24. Ara 2 Il-Papa Emeritus (9) Ara 3 Xatba? (5) Kumbinazzjoni? (6)

14. 15. 17. 21. 22.

Ara 12 Wieqfa Jerfa’ oġġetti tqal (5) Ġurdien (3) Munita antika? (4) Minn Kiev dan (5) Majjal (6) Ara 7 Ara 13 Ara 16 Rapid Intervention Unit (1,1,1)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Pesta, 4.Qrar, 7,22.Lsien, 9,21 wieqfa.Torbot, 10.Lanġas, 12.Ġurati, 16.LFI, 18,21 mimduda. Arbli, 19.Tir, 20.Sħiħa, 23.Tina, 24.Obama

WEQFIN: 1,11.Pitrolju, 2,3.Sprall, 5,12 wieqfa. Raġġi, 6.Ras, 8.Satariano, 13.Raħ, 14.Italja, 15.Pravda, 17.Ful


28

24.07.2022

L-IMPATT TAD-DEĊIŻJONIJIET Editorjal

L-aħħar sentejn u nofs ta’ kriżijiet globali huma xhieda biżżejjed ta’ deċiżjonijiet għaqlin u f’waqthom mill-Gvern li għamlu d-differenza kollha fil-ħajja tal-Maltin u tal-Għawdxin

Meta tkun fis-siġġu tat-tmexxi­ ja trid tkun konxju li b’dak li tiddeċiedi se tħalli impatt fuq il-ħajja tan-nies. Dan kien parti mill-ħsieb espress millPrim Ministru Robert Abela din il-ġimgħa f’intervis­ta fuq ONE Radio ftit jiem biss wara għeluq l-ewwel 100 jum tiegħu mill-ġdid fit-tmun tal-pajjiż u f’perjodu li d-dinja għadha qed tissielet ma’ diffikultajiet kbar komuni għal kulħadd, kullimkien. L-aħħar sentejn u nofs, li matulhom iġġilidna u għadna niġġieldu l-agħar kriżi medika u ekonomika li qatt rat iddinja fi 80 sena, huma xhieda ferm aktar minn biżżejjed ta’ deċiżjonijiet għaqlin u f’waqt­ hom li qed jagħmlu d-differenza kollha għal pajjiżna u ġensna. F’ċirkostanzi li fis­s­ru ħajja jew mewt miż-żgħar sal-kbar u għall-impjiegi u n-negozji lokali inġenerali, ma kien hemm lok għall-ebda titubar bid-direzzjo­ ni li l-pajjiż kellu jieħu. Kull dewmien jew nuqqas ta’ azzjoni kienu jfissru biss kriżi massiva li l-ġrieħi tagħha kienu jibqgħu jkarkru magħna għal numru sew ta’ snin jekk mhux

għall-eternità. Ma kienx b’kumbinazzjoni li dan ma seħħx f’artna u llum ninsabu f’sitwazzjoni ferm aħ­ jar minn għadd ta’ pajjiżi oħrajn fl-Unjoni Ewropea u anke lil hinn. Il-livell tal-għajxien, li qed ingawdu llum ukoll huwa aħjar minn ta’ oħrajn, avolja laħqu nħolqu ċirkostanzi oħrajn kbar bil-gwerra fl-Ukrajna. L-istess kriżi fil-Lvant bl-in­ vażjo­ni militari Russa fuq il-ġar tagħha sabitna mħejjijin tajjeb, waqt li ttieħdu u għadhom jittieħdu miżuri ta’ mitigazzjoni biex l-impatt fuq il-ħajja Malti­­ ja u Għawdxija jkun minimu kemm jista’ jkun, kif jixhdu ċifri Ewropej, fost oħrajn. Waqt li fl-aħ­ħar sentejn u nofs ġew protetti l-ħajjiet grazzi għall-provvisti mediċi fil-pront, il-kordinazzjoni u l-attrezzar tas-servizzi tas-saħħa tal-aqwa livell, ġew salvati mal-100,000 impjieg, l-ekonomija baqgħet reżiljenti u trażżnu prezzijiet bħal dawk tal-elettriku u l-fuel, għall-Oppożizzjoni Nazzjonalis­ ta ta’ Bernard Grech sar biss tberbiq ta’ flus il-poplu. Minflok ġibdet l-istess ħabel nazzjonali, din oġġezzjonat

għal kull deċiżjoni fl-eqqel talpan­demija u rat kif tostakola kull pass fil-ħidma tal-Gvern. Hi u l-affilja­ti kollha tagħha ħarġu minn triqithom biex ma naslux għal fejn ninsabu llum. Bħal dejjem u għall-kon­ven­ jenza biss, għax hekk jaqblil­ hom, illum biddlu d-diska u qed jgħidu li mhux qed jintefaq biżżejjed. Bl-iżgħar rata ta’ in­ flazzjoni li teżisti fl-UE kollha, ukoll kellhom l-ardir jisħqu li l-għoli tal-ħajja lokali m’għandu l-ebda ġustifikazzjoni. F’gidba akbar minn hekk, jisħqu li l-Gvern ħalla lill-poplu jaqdef għal rasu. Illum kulħadd jaf li din hi biss invenzjoni Nazzjonalista, meta huwa stat ta’ fatt li l-Gvern Malti hu l-iżjed wieħed li għadu jsostni lil niesu, intervjena biex iżomm prezzi­jiet stabbli talenerġija, fuels u ċereali, sostna lill-vulnerabbli u lill-familji, waqt li ta ħemel ta’ benefiċċji u drittijiet. Gvern Laburista wkoll radd lura dak li sfaċċatament kien inste­raq minn ħalq il-ħad­die­ ma meta l-istess krema talOppożizzjoni kienet fis-setgħa qabel l-2013.

Min-naħa l-oħra, il-Kap talPN wera li kapaċi biss jirras­ senja ruħu ladarba l-prezzi­jiet jogħlew minn barra, li allura jindika li m’għandu l-ebda so­ luzzjoni għal ċirkostanzi diffiċ­ li simili u – bħalma dejjem għamlu dawk li ġew qablu fuq it-tmun tal-Partit – ikun biss jaf jgħaddi l-piż direttament fuq il-familji, il-pensjonanti u l-ħaddiema. F’dawn iċ-ċirkostanzi kien ikun jaf jeħles billi jirrikorri għall-miżuri ta’ awsterità, waqt li kull benefiċċju, anke jekk ikun imwiegħed, kien ikollu jintefa’ fil-bir tas-skieken. L-eko­no­ mi­­ja jkollha biss triq waħda quddiemha, dik li tmur għal għajnha, kif urewna esperjenzi passati u kif saħansitra turina s-sitwazzjoni finan­zjarja talistess PN sal-lum. Kulħadd jaf li l-Oppożizzjo­ ni ma tistax tiġi fdata biex tkun gvern alternattiv kapaċi li jieħu d-deċiżjonijiet li jħallu impatt pożittiv fuq il-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. Dak li jgħaddi mill-garigori ta’ moħħha mhuwiex kompatibbli ma’ dak li qed naraw iseħħ quddiem għajnejna.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.