KullĦadd 23.10.2022

Page 1

F’“DARU”

12,100 FAMILJA IŻJED SIDIEN TA’ DJARHOM

FI ŻMIEN SENTEJN

Bis-saħħa ta’ miżuri introdotti minn Gvernijiet Laburisti, kien hemm tliet darbiet aktar familji li xtraw ir-residenza tagħhom minn żmien l-amministrazzjoni tal-PN

Statistika uffiċjali tindika li fl-2021 kien hemm 163,425 familja li kienu sidien ta’ djarhom, li jfisser li mindu sar Prim Ministru Robert Abela kien hemm żieda ta’ aktar minn 12,100 familja li investew fi proprjetà li hi tagħhom.

Waqt li, skont l-Uffiċċju Nazzjo nali tal-Istatistika (NSO), fl-2019 kien hemm 151,260 familja sidien ta’ djarhom, iż-żieda sinifikanti hi attribwita għall-politika Laburista li tgħin u tiffaċilita lil aktar koppji żgħażagħ biex jistabbilixxu l-bażi tal-istatus fil-ħajja tagħhom

Bħala medja f’sentejn, bejn l-2019 u l-2021, kien hemm żieda ta’ mad war 17-il familja li saru sidien ta’ djarhom ma’ kull ġurnata li għaddiet

MEDJA TA’ FAMILJI LI

SIDIEN TA’ DJARHOM

Ċertifikat li juri kif, anke fl-agħar ċirkostanzi globali, it-tmexxija ta’ pajjiżna tinsab fit-triq it-tajba … lejlet Baġit ieħor nazzjonali

Statistika tal-aġenzija Ewropea tal-istatistika, il-Eurostat, ikkon fermat li l-Gvern Malti mhux biss jilħaq il-miri finanzjarji tiegħu, iżda saħansitra jtejjeb fuqhom. Dan hu l-isbaħ awgurju fid-diffi kultajiet tal-kriżi tal-enerġija li qed tħalli impatt fuq id-dinja kollha.

Minflok kollass, fil-pandemija, l-ekonomija Maltija għenet lil eluf biex jagħmlu qabża kbira ’l quddiem f’ħajjithom

Dan f’kuntest ukoll tal-pandemija tal-COVID-19, li ħafna kienu bassru li kellha twassal għal qgħad rekord u għal kollass fil-bejgħ tal-pro prjetà. Minflok, qatt fl-istorja ta’ pajjiżna ma kien hawn daqstant familji li wettqu l-ħolma li jkunu proprjetarji tad-dar tagħhom.

Tkompli

Minbarra hekk, wara l-għa jnuna bla preċedent li ngħatat matul sentejn u nofs ta’ pandemi ja u issa anke fil-ġlieda kontra l-għoli tal-ħajja kawża tal-gwer ra fl-Ukrajna, tali sitwazzjoni fi nanzjarja wkoll tixhed l-għaqal amministrattiv lejlet Baġit ieħor li mistenni joffri iżjed miżuri ta’ fejda u benefiċċji, mhux l-inqas għall-faxex li jeħtieġu iżjed għa jnuna.

Tkompli f’paġni 4 u 5

Ħarġa Nru 1,528 Prezz €1Il-Ħadd, 23 ta’ Ottubru, 2022
f’paġna 3 Rapport f’paġna 9 BAĠIT 2023 IL-EUROSTAT TIKKONFERMA L-ISTABBILTÀ FINANZJARJA
L-EWWEL RITZ FUQ IL-BAĦAR ĠEJ
SARU
2008 - 2012 6 KULJUM 2012 - 2019 13 KULJUM 2019 - 2021 17 KULJUM

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 25°C

L-Inqas Temperatura: 16°C L-Indiċi UV: 5

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja tkompli tippersisti fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi b’xi ftit sħab Ir-Riħ: Ħafif mil-Lbiċ Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 24°C

It-Tnejn

Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta — 21238577 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun — 21221512 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi — 21487020 Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara — 21441589 St. Matthew’s Pharmacy, Triq ix-Xatt, Il-Gżira — 21311797 St. Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan — 21369426 Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema — 21334635

Brown’s Chemists, Triq San Pawl, In-Naxxar — 21417652

M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard — 21436531

Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa — 21523536

Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa — 21692546

MC Pharmacy, 303, Triq Ħaż-Żabbar, Il-Fgura — 21801962

May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Ħaż-Żabbar — 21826529 Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa — 21652226

Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Iż-Żurrieq — 21647391

St. Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà — 21241293

Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat — 21455479

Għawdex

Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb — 27888128 Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur — 21566431

L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

23.10.202202 NUMRI IMPORTANTI MEZZI SOĊJALI SIT ELETTRONIKU INDIRIZZ POSTALI KUNTATT ĠENERALI DISINN TAL-PAĠNI REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI EDITUR STAMPAT KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 www.one.com.mt tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722 email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722 email: ronald.vassallo@partitlaburista.org Miller Newsprint Ltd. KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000 www.facebook.com/kullhadd KIMBERLY CEFAI KIMBERLY CEFAI RONALD VASSALLO Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182 DETTALJI
26°C 26°C 26°C 24°C 19°C 18°C 19°C 17°C UV 4 UV 4 UV 4UV 4 Il-Ħamis
L-Erbgħa
Is-Sibt
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD 26°C 19°CUV 4 It-Tlieta 25°C 17°CUV 4 Il-Ġimgħa

Tkompli minn paġna 1

Minn analiżi li wettqet il-KullĦadd, jirriżulta li, fil-leġiżlatura ta’ qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013, il-medja kull jum ta’ żieda fil-familji li saru sidien ta’ djarhom kienet biss ta’ sitta, kważi terz inqas.

Fl-2012 waħedha, jiġifieri l-aħħar sena sħiħa mmexxija minn Gvern Nazzjonalista, kienu inqas minn 119,000 familja li saru sidien tal-pro prjetà fejn joqogħdu, kważi 45,000 in qas miż-żieda rreġistrata fl-2021.

Min-naħa l-oħra, bejn l-2012 u l-2019 ġiet irreġistrata żieda medja ta’ 13-il familja kuljum li saru sidien ta’ djarhom. Dan l-irdoppjar tar-rata li biha żdiedu l-familji sidien ta’ djar hom kien frott tal-politika ekonomika u soċjali tal-Gvern Laburista li wasslet biex ħafna aktar persuni jsibu xogħol, kif ukoll l-impatt ta’ miżuri introdot ti, partikolarment skemi innovattivi bħal dik tal-First Time Buyers.

Minbarra dan, fl-analiżi tal-istatis tika tal-NSO jiġi nnotat kif, fl-2012, kien hemm 2,612-il single parent li kienu sidien ta’ djarhom. Dan kien if isser rata ta’ inqas minn 60%.

Sal-2019, din ir-rata telgħet għal 66%, b’madwar 4,600 single parent li kienu rreġistrati bħala sidien tal-pro prjetà fejn joqogħdu. Sentejn wara, fl-2021, dan il-proporzjon tela’ għal kważi 69%, b’aktar minn 5,200 single parent li laħqu din l-aspirazzjoni.

Fil-kampanja tiegħu biex jilħaq Mexxej tal-Partit Laburista u event walment Prim Ministru, Dr Abela kien għamel enfasi partikolari fuq il-hous

Amministrazzjoni

ġdida fl-2020 wasslet għal numru ta’ skemi ġodda u estensjoni ta’ oħrajn, li kienu diġà ddaħħlu mill-2013, biex il-piż tax-xiri tar-residenzi personali jkun iżjed faċli

RESIDENZI

Familji sidien ta’ djarhom 118,637 151,260 163,425

Familji li jikru djarhom 27,719 35,518 35,350

Familji f’dar mhux tagħhom, imma bla ħlas 6,630 9,815 9,809

Iċ-ċifri maħruġa mill-NSO dwar it-tip ta’ residenzi f’pajjiżna … 12,000 iżjed u 45,000 iżjed fost dawk li xtraw il-proprjetà tagħhom b’differenza mill-2019 u l-2012 rispettivament

F’SENTEJN 12,100 FAMILJA OĦRA SIDIEN TA’ DJARHOM

Skemi innovattivi li, bejn l-2019 u l-2021, wettqu l-ħolm ta’ diversi persuni fi żminijiet diffiċli, waqt li żammew industrija b’saħħitha … antiċipazzjoni għal iżjed għajnuna simili fid-diskors tal-Baġit għada skont il-manifest elettorali

ing u kien wiegħed politika ġdida f’dan il-qasam biex aktar persuni jsi ru sidien ta’ djarhom.

Amministrazzjoni ġdida fil-fatt wasslet għal numru ta’ skemi ġodda u estensjoni ta’ oħrajn li kienu diġà ddaħħlu mill-2013 ’il quddiem, fosth om dawk fejn il-Gvern jagħti garanzi ja fuq id-depożitu inizjali ta’ 10% mit lub mill-banek qabel dawn joħorġu self.

Matul il-pandemija, il-Gvern ukoll daħħal skemi li permezz tagħhom naqqas ilboll fuq il-proprjetà ħalli jżomm is-suq sod waqt perjodu

diffiċli.

L-istatistika turi s-suċċess ta’ dawn l-iskemi, li wasslu biex ir-rata li biha żdiedu dawk li huma sidien tal-pro prjetà aċċellerat b’terz aktar minn dik osservata bejn l-2012 u l-2019. Dan filwaqt li jidher ċar li l-aktar li gawdew kienu familji, fosthom sin gle parents, li sa ftit qabel kienu qed isibuha diffiċli jekk mhux impossibbli li jidħlu għal investimenti simili biex jixtru l-proprjetà tagħhom Il-manifest elettorali Laburista “Malta Flimkien”, li ġie appro vat fl-aħħar elezzjoni ġene rali ta’ Marzu

li għadda, ukoll jinkludi numru ta’ proposti ġodda fejn jidħol il-qasam tal-housing.

Għaldaqstant, hemm antiċipazz joni kbira għad-diskors tal-Baġit għall-2023, li se jkun qed jiġi ppreżen tat mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana proprju għada filgħaxija.

Dan mistenni jdawwar dawn ilproposti f’kisbiet ġodda għall-famil ji f’pajjiżna, b’kuntrast ma’ dak li għaddej f’bosta pajjiżi oħrajn mad warna fl-Unjoni Ewropea u lil hinn. Hawn aktar nies qed isibuha diffiċli jixtru l-proprjetajiet minħabba piżi jiet esaġerati li qed ikollhom iġor ru, fosthom żidiet qawwija fir-rati tal-imgħax fuq is-self.

23.10.2022 03
2012 2019 2021

BL-GĦAQAL TAL-GVERN IR-RIŻULTATI

Tkompli minn paġna 1

Skont il-Eurostat, id-defiċit tal-Gvern Malti fl-2021 kien ta’ 7.8% tal-ġid nazzjonali. Dan meta l-mira tal-Gvern kienet li jkollu defiċit ta’ 11.1%. B’hekk is-sena li għaddiet l-andament fiskali kien ferm aħjar minn dak li stenna l-Gvern, anke jekk baqa’ jassisti lill-familji quddiem l-isfidi internazzjon ali.

Minflok defiċit ta’ €1.545 biljun kif kien imbassar, dan laħaq l-€1.143 biljun, l-aktar għax id-dħul tal-Gvern kien ferm aktar għoli milli mbas sar, frott rata ta’ tkabbir ekonomiku sostnuta. Mil-lat ta’ spiża, din kienet simili għal dak li kien bassar il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana nnifsu f’Ottubru ta’ sena ilu.

IL-BAĠITS TA’ ŻMINIJIET OĦRAJN!

Il-baġits ta’ żmien in-Nazzjonalisti mhux biss kienu jsiru b’segretezza kbira u jitress qu fl-ewwel ġimgħa ta’ Novembru, iżda l-istennija għalihom kienet ukoll ħafna differenti, speċjalment l-aħħar snin qabel l-2013.

Dawn dejjem kienu jkunu ta’ xokk kbir għall-poplu bilmistoqsija tkun “kemm se jeħdilna”, bil-maqlub fis-snin ta’ wara taħt Gvernijiet Laburisti fejn kull faxxa tas-soċjetà dejjem tistenna “kemm se jagħtina”, b’żidiet u benefiċċji li biddlu r-rotta għall-aħjar għal eluf kbar ta’ familji u negozji.

Sa disa’ snin ilu, il-poplu kien jixtri am monti ta’ tabakk u spirti fil-jiem ta’ qabel il-baġits minħabba ċ-ċertezza li tkun se died it-taxxa u s-Sisa fuqhom. Dawn kienu jiġu skarsi apposta fil-ħwienet

biex imbagħad l-istess prodotti jinbiegħu bi prezzijiet ogħla.

L-aktar li kien jolqot lil kulħadd kienu ż-żidiet kostanti fil-prezz tal-petrol u d-die sel u mill-jum ta’ qabel sriebet twal ta’ karozzi jinġabru fil-pompi jimlew it-tankijiet, għax, bħal ħafna iżjed, kienu jogħlew mill-għa da tal-Baġit u mhux mill-Ew wel tas-Sena. Dan minbarra oġġetti oħrajn, li kienu jogħlew matul is-sena, bħall-gass, pereżempju, li xahar iva u xahar le kien jisplodi.

Oxxenità oħra kienet li meta tingħata xi żieda żgħira, din kienet tiġi bil-persentaġġi u tibbenefika l-iżjed lil min kellu salarju taj jeb … il-bqija jieħdu l-loqom.

Jitfakkar ukoll kif, f’25 sena ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti l-pensjonanti qatt ma ngħa taw ċenteżmu żieda. X’differenza llum!!

meta d-defiċit kien ta’ €219-il

Waqt li l-Gvern ra d-dħul died b’9%, l-ispiża żdiedet b’1% biss. Dan jirrifletti l-galbu xija tal-finanzi pub bliċi fejn il-Gvern sab mezz kif jerġa’ jagħti prijorità lill-ispiża tiegħu ħalli jkun jista’ jagħti sostenn biżżejjed bil-prezziji ġija u l-fuel jibqgħu

Fid-diskors tal-Baġit 2022, li ġie ppreżentat bħal dan iżżmien sena, il-Gvern kien if fissa l-mira li, sa tmiem din is-sena, il-piż tad-dejn pubb liku ma jaqbiżx it-62% tal-ġid nali, iżda sa tmiem Ġunju 2022 dan kien ilaħħaq 55% biss, seba’ punti perċentwali inqas. Dan it-titjib ukoll jirrifletti l-fatt li l-ekonomija kibret ferm aktar milli kien imbas sar, b’rata ta’ tkabbir ta’ kważi 9% fl-ewwel nofs tas-sena.

Dawn l-iżviluppi pożittivi dikaw kemm kienet għaqlija l-politika eko nomika tal-Gvern li permezz tagħha ġie ġġenerat aktar tkabbir li bih seta’ jiġi ffinanzjat issostenn qawwi biex ikun hemm stabbiltà fil-prezzijiet.

jibqa’ ferm inqas mill-medja taż-Żona Ewro, li hi ta’ 94% talġid nazzjonali.

F’dan il-kuntest, għada fil-Parlament, il-Ministru Caruana se jkun qed iressaq Baġit ieħor, l-ewwel wieħed minn ħamsa li jridu jaraw it-twettiq ta’ diversi miżuri tal-manifest elettorali, “Malta Flimkien”, li l-poplu vvota għa lih bi ħġaru f’Marzu li għadda.

Meta din il-ġimgħa indiriz za konferenza minn Ernst & Young (EY), fejn ġie ppreżentat studju li wera titjib sinifikan ti fl-attrazzjoni ta’ pajjiżna għall-investituri barranin, il-Prim Ministru Robert Abe la enfasizza messaġġ ċar li jrid jara ġejjieni għal Malta mibni fuq sisien sodi, imneb baħ mill-valuri soċjali, iżda wkoll li jimraħ, jirriforma u jħares l-aspetti ambjentali u tas-sostenibbiltà.

Oppożizzjoni tad-dilettanti Min-naħa l-oħra, il-PN komp la juri d-dilettantiżmu tiegħu bil-preżentazzjoni ta’ Doku ment (eżatt) Qabel il-Baġit, li jixhed li jekk hemm xi ħaġa li baqa’ konsistenti fiha hi pro prju l-politika tal-ħabbagozz tiegħu.

mina fil-PN. Dawn jiddeskrivu n-nuqqas ta’ kompromessi, b’fazzjonijiet jiġbdu ħbula dif ferenti, bħala ingassa m’għonq il-Kap Bernard Grech.

L-inkonsistenza u d-dilet tantiżmu tidher ukoll fl-espo nenti tal-PN, bl-aħħar gaffe li saret mid-Deputat Nazzjona lista u Kelliem tal-Oppożiżż joni għall-Edukazzjoni Jus tin Schembri li kellu jirtira stqarrija irresponsabbli u bla bażi li għamel meta allega li kien hemm tfal fi skola Med ja li spiċċaw ma jifilħux wara li xorbu mill-ilma pprovdut minn sistema ġdida tal-ilma tax-xorb. Allegazzjoni miċħu da mill-ewwel mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, mill-Minis teru għall-Ambjent u mill-Kor porazzjoni għas-Servizzi tal-Il ma.

Madanakollu, dan id-dilet tantiżmu mhux ġdid. Għa du frisk fil-memorja wkoll il-manifest elettorali li l-PN ippreżenta lejlet l-elezzjoni li għaddiet. Dak id-dokument, li ma ppreżentax kemm jiswew il-wegħdi mill-ewwel, spiċċa wkoll mibdul ruxxmata ta’ drabi, minħabba l-iżbalji gras si li kien fih, ukoll frott l-għaġ la li bih inkiteb.

Grech kien iddikjara ruħu kburi li nieda l-manifest elet torali 100 siegħa biss wara li bdiet il-kampanja. Mad anakollu, ma damx wisq ma ddispjaċih li kien effettiva ment ħarġu fl-ewwel lok.

U la l-manifest, il-mera tal-ħidma ta’ partit li jaspira li jmexxi pajjiż, kien tgħaffiġa sħiħa, issa ma tteħditx bi kbira li anke d-Dokument tiegħu ta’ Qabel il-Baġit 2023 kien l-ist ess.

L-ewwel verżjoni tal-mani fest ippreżentata fi Frar kienet tpoġġiet fuq is-sit elettroni ku tal-PN miżgħuda bl-iżbalji, numerazzjoni doppja u saħan sitra repetizzjoni ta’ wħud mill-proposti taħt sezzjonijiet differenti. Wara li kienet in ġibdet l-attenzjoni għal dan, ittellgħu verżjonijiet oħrajn tal-manifest, avolja żbalji goffi baqgħu preżenti sal-aħħar.

L-istatistika tal-Eu rostat innifisha tin dika kemm hi sos tennibli din il-politika, bl-esperti tal-aġenzija jinnotaw kif, imqab bel mal-ewwel kwart tas-sena, Malta kellha r-raba’ l-akbar tnaqq is fil-piż tad-dejn nazzjonali minn fost il-pajjiżi kollha flUE. Dan filwaqt li l-piż tad-dejn

Din il-pubblikazzjoni talPN mhux biss ġiet ippreżen tata tard wisq, iżda hi wkoll miżgħuda bi żbalji grassi, frott in-nuqqas ta’ viżjoni politika serja u l-għaġla biex jidher li qed jagħmel xi ħaġa. Indikazz joni oħra tan-nuqqas ta’ pro fessjonalità mill-Oppożizzjoni.

Kummentaturi politiċi jem mnu li din hi kollha riflessjoni tal-konflitti interni fost ilfazzjonijiet u l-apatija li tiddo

Fost oħrajn, proposta tal-PN dakinhar kienet għal kreditu tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali għal dawk li ma kinux jaħdmu minħabba mard, anke jekk din kienet ilha parti millAtt dwar is-Sigurtà Soċjali għal għexieren ta’ snin.

Kien ippropona wkoll li min għandu biżżejjed kontribuzz jonijiet ta’ bolol imħallsin u seta’ jirtira bil-pensjoni, ikun jista’ jibqa’ jaħdem u jħal las aktar kontribuzzjonijiet tal-bolla biex b’hekk itejjeb il-pensjoni tiegħu. Imma din kienet riforma li mhux biss

23.10.202204

KIENU AĦJAR

ġiet introdotta minn Gvern Laburista fl-2016, talli minnha kienu diġà bbenefikaw eluf li rtiraw b’pensjoni aħjar.

Dan id-dilettantiżmu eredi tarju fil-PN spikka wkoll filkampanja elettorali tal-2017 meta Simon Busuttil, dak iż-żmien Kap tal-Oppożizz joni, iddikjara li jagħti in ċentiv ta’ €10,000 lil dawk il-familji li jmorru joqogħdu b’mod permanenti f’Għawdex. Minkejja dan, meta kien mit lub għal aktar minn darba biex jagħti dettalji dwar l-iskema u kif biħsiebu jiffinanzjaha, kien wieġeb biss li d-dettalji jingħa taw wara l-elezzjoni.

F’dik l-elezzjoni l-PN ta’ Bu suttil kien dabbar l-akbar dis fatta elettorali sa dak iż-żmien b’55% tal-elettorat jagħti l-fi duċja lill-Partit Laburista.

Froġa oħra ppreżentata mill-Partit Nazzjonalista

Issa għandna l-aħħar froġa Nazzjonalista bid-Dokument ta’ Qabel il-Baġit, li ppubblika nhar il-Ħamis u mill-ġdid mim li bil-karatteristika tat-taħwid u l-iżbalji. Bil-maqlub talmanifest tmien xhur ilu, dan ħarġu biss erbat ijiem qabel jitħabbar il-Baġit u l-għaġla, li tfassal biha, tidher mill-bidu sal-aħħar. Saħansitra ġie redi kolat fil-mezzi tax-xandir.

L-iskuża fjakka ta’ Grech għal dan id-dewmien kienet li “dan id-dokument kellu jiġi varat qabel … imma tapprezzaw li din il-ġimgħa kien hemm żviluppi partikolari (b’referenza għallmewt tal-Eks Viċi Kap Robert Arrigo) u kellna nimmodifikaw anki t-timeline ta’ meta stajna nvarawh.”

Għax għall-inkonsistenzi, tal-PN dejjem isibu fiex iwaħħ lu. Ikkonfrontati bl-iżbalji tal-manifest fi Frar ukoll ġabu argument zopp. Dak iż-żmien Ivan Bartolo kien spjega li l-manifest elettorali hu doku ment ħaj: “business planning hekk hu sabiħ, ta! Għax meta jkollok plan, plan tinbidel għax hi xi ħaġa ħajja”.

Aktar minn hekk, Jerome Caruana Cilia, illum deputat imma dak iż-żmien kandidat stilla Nazzjonalista, kien ħad ha kontra l-ġurnalisti li kienu qed jistaqsu dwar l-iżbalji li kien hemm fil-manifest u spiċċa jgħajjarhom “apoloġisti

tal-Partit Laburista”, filwaqt li qalilhom li ma jafux kif jaħdmu l-affarijiet.

Iżda issa, bħala l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi, Caruana Cilia kien qed jippop pa sidru ma’ djul il-Kap tiegħu fil-konferenza tal-aħbarijiet fejn ippreżentaw id-Dokument ta’ Qabel il-Baġit

Dan id-dokument ġie kkri tikat li għandu lingwaġġ in fantili li hu inkoerenti, mimli żbalji, minn dawk tal-kitba għal kostruzzjoni ħażina tassentenzi u repetizzjonijiet ta’ miżuri proposti.

Pereżempju, fil-midja ssem ma kif id-dokument jikkopja fl-intier tagħhom proposti li saru minn uħud mill-imsieħ ba soċjali, li jagħmluha diffiċli biex wieħed jifhem jekk il-PN hux fil-fatt qed jadottahom eżatt kif inhuma jew jekk ġewx inklużi sempliċement biex jim lew il-paġni u jagħmlu l-propo sti tal-PN iżjed voluminużi.

Waħda mill-aktar propos ti redikoli f’dan id-dokument kienet tittratta l-pensjonijiet (paġna 38). Jingħad li “s-siste ma tagħmel distinzjoni bejn dawk li twieldu qabel Jannar tal-1062 (flok 1962) u dawk li twieldu aktar tard, u d-diffe renza hi konsiderevoli”.

Wieħed jaqbel li d-differenza hi konsiderevoli - fil-fatt, 950 sena meta pajjiżna kien għadu taħt il-ħakma tal-Għarab u ftit qabel ma’ ġie l-Konti Ruġġieru!

F’paġna 64, imbagħad, issib proposta oħra dwar “Ħal Far Truck” (“Trakk ta’ Ħal Far”) flok “Track” (“Trakka”). Liema wieħed eżatt mhux magħruf, ladarba Ħal Far ukoll issib di versi trakkijiet li jservu l-in dustrija vibranti li teżisti.

Veru huma żbalji, imma huma wkoll riflessjonijiet ċari tal-għaġla u l-mod dilettantesk li żgur ma japplikaw qatt għal pubblikazzjonijiet stampati, wisq inqas jekk din qiegħda ssir minn Partit li qed jippro va jikseb kredibbiltà u fiduċja mill-poplu biex ikun jista’ jam ministra l-pajjiż kollu.

U dawn huma biss tnejn minn bosta eżempji li jikka ratterizzaw għar-raġunijiet ilħżiena dan l-aħħar dokument Nazzjonalista, li jekk mhu se jservi għalxejn, żgur ikompli jikkonferma l-istat li jinsab fih il-PN.

JIDĦLU

Mill-inqas 77% tal-miżuri tal-Baġit għal din is-sena daħlu fis-seħħ sa Settembru li għadda, filwaqt li oħrajn jinsabu fil-fażi ta’ implimentazzjoni. Dan ħareġ mill-eżerċizz ju annwali li jagħmel is-Servizz Pubbliku, introdott minn Gvern Laburista fl-aħħar disa’ snin, li sab kif maġġoranza assolu ta tal-miżuri baqgħu għaddejjin bla xkiel, minkejja ż-żminijiet diffiċli li dħalna fihom mindu ġie ppreżentat l-aħħar Baġit sena ilu.

Il-pubblikazzjoni, imsemmija It-Twettiq tal-Baġit 2022, li għadha kemm ħarġet mill-Uffiċċju tas-Segre tarju Permanenti Ewlieni, tanalizza l-ħidma li saret fuq kull miżura tal-Baġit. Differenti minn amministrazzjonijiet Naz zjonalisti, li baqgħu magħru fin kif kienu jwarrbu miżuri tal-Baġit jew jipposponuhom minn Baġit għal ieħor, Gvern Laburista kien introduċa tali skrutinju bl-akbar trasparenza.

Il-Kap tas-Servizz Pubbliku Tony Sultana spjega kif dan l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ juri li b’kollox din is-sena twettqu 324 miżura. Dan jinkludi miżuri mill-Baġit 2022 kif ukoll miżuri oħrajn li fis-sena tagħhom kienu fi stadju ta’ twettiq u li twettqu din is-sena.

l-Italja, fejn il-familji qed jistennew konti jiet tal-enerġija li jilħqu l-€4,700. F’Malta din ir-realtà ma teżistix għax il-Gvern qed jintervjeni b’mod b’saħħtu u qed jerfa’ dan il-piż hu minn fuq il-familji Maltin u Għawdxin.

Il-Ministru qal li l-Gvern mhux biss qed jipproteġi lill-familji, iżda wkoll qed iwiżin hom. Hu qal li fil-Baġit li ġej, li se jippre żenta għada, se jiġi introdott it-tieni me kkaniżmu tal-għoli tal-ħajja għal dawk li jifilħu l-inqas. Il-Gvern mhux biss qed jipp roteġi l-ekonomija mid-daqqiet li ġejjin minn barra, iżda wkoll qed jgħin lin-nies.

Sax-xahar li għadda twettqu 324 miżura, f’oqsma kruċjali bħas-saħħa, l-edukazzjoni, l-ambjent u l-ordni pubblika

Il-Ministru tenna li, minkejja l-isfidi kollha, fl-2023 l-ekono mija Maltija mistennija tibqa’ tikber u dan juri l-għaqal, li bih qed titwettaq il-politika ta’ dan il-Gvern, li jħalli effetti pożittivi fuq pajjiżna. Caruana enfasiz za li “kieku l-Gvern ma mexiex b’dan il-mod matul xhur sħaħ ta’ sfidi, il-qagħda ekonomika ta’ pajjiżna ma kinitx tippermet ti li dawn il-miżuri kollha jitwet tqu.

B’Dokument ta’ Qabel il-Baġit, mifni bl-iżbalji u proposti kkupjati, il-PN kompla jikxef l-istat fqir li jinsab fih

Fost il-miżuri mwettqa hemm ċentri tassaħħa ġodda, aktar mediċini b’xejn, il-firxa ta’ Community Policing f’aktar lokalitajiet, spazji ħodor ġodda, żieda fl-istipendji, trasport pubbliku b’xejn, żidiet fil-pensjo nijiet u tnaqqis fit-taxxi tal-part-timers.

F’reazzjoni, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana qal li l-miżuri talBaġit għall-2022 twettqu fi sfond ta’ sfidi kbar kawża tal-gwerra, waqt li spjega kif il-prezzijiet tal-enerġija fis-swieq internaz zjonali, għolew b’mod sproporzjonat. Hu semma dak li qed jiġri fil-pajjiż ġar tagħna,

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana semma kif b’dan l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ u twettiq, is-Servizz Pubbliku qed jara li mhux biss ikun effiċjenti, iżda wkoll effettiv. Qal kif ir-rata ta’ twettiq ta’ din is-sena kienet fost l-ogħla fl-aħħar snin, minkejja l-isfidi internazzjonali u dawk lokali, fosthom elezzjoni ġenerali u t-tibdil sussegwenti tal-portafolli.

Għal darb’oħra, il-miżuri tal-Baġit 2022 ġew allinjati mal-miri tal-Iżvilupp Sostenib bli tal-Ġnus Magħquda f’kejl internazzjon ali f’dan ir-rigward fejn preżentement Mal ta tokkupa t-33 post minn 163 pajjiż.

Il-pubblikazzjoni dwar il-miżuri tal-Baġit 2022 tinstab fil-verżjoni diġitali fuq is-sit uffiċjali publicservice.gov.mt.

23.10.2022 05 77% TAL-MIŻURI FIL-BAĠIT ’22
FIS-SEĦĦ SA XAHAR ILU
Ritratt: CLODAGH O’NEILL/DOI

UNUR GĦAL POLITIKU “ĠENTLOM” … SE JIŻDIED L-INKWIET GĦALL-PN

Id-Deputat Nazzjonalista Robert Ar rigo, li miet nhar it-Tlieta li għadda fl-għomor ta’ 67 sena kawża talkanċer, ingħata l-aħħar tislima lbier aħ filgħodu fil-Knisja ta’ San Ġiljan.

Arrigo, li kien ilu Membru Par lamentari sa mill-2003, se jibqa’ magħruf mhux biss għall-kontribut li ta fil-politika, wara li għal bosta snin kien ukoll is-Sindku ta’ Tas-Slie ma, imma anke wkoll għall-irġulija tiegħu tant li l-Prim Ministru Robert Abela ddeskrivih bħala “ġentlom” li rrispetta lil kull deputat, inkluż dawk tal-Partit Laburista.

Ftit tas-sigħat wara li tħabbret il-mewt ta’ Arrigo, il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li se jipproponi biex id-Deputat Nazzjonalista jkun dekorat fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum ir-Repubblika ta’ Diċembru li ġej. Ar rigo ġie deskritt minn bosta bħala ġentlom li kien jistinka ħafna biex jgħin liż-żgħir u lil dawk fil-bżonn. Apparti fil-politika, ħadem qatigħ fit-turiżmu u anke fl-isport.

Hu beda l-karriera politika tiegħu lura fl-1994 meta kien elett bħala l-ewwel Sindku ta’ Tas-Sliema u ġie kkonfermat fil-kariga fl-elezzjoni jiet tal-1997, tal-2000 u tal-2003. Fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2003, Arrigo kien elett għall-ewwel darba fil-Par lament Malti u baqa’ jiġi elett f’kull elezzjoni sa dik ta’ Marzu li għadda.

Wara l-Elezzjoni tal-2017, kien elett fil-PN bħala Viċi Kap għall-Af farijiet fil-Partit, fejn baqa’ jservi salaħħar ta’ Lulju ta’ din is-sena meta ġie mibdul minn Alex Perici Calas cione. Kien dakinhar li nqalgħet il-kontroversja bid-diskors li lissen dwar kif it-tmexxija tal-Kap attwa li Bernard Grech kienet warrbitu u rażżnitu milli anke jaċċessa każini Nazzjonalisti.

F’intervista ftit wara wkoll tenna li mill-ewwel ġurnata tiegħu bħa la Kap, Grech kien ħadlu l-finanzi tal-Partit minn idejh, deċiżjoni li wasslet għal iżjed problemi ta’ djun milli kien hemm. Mat-Times, Arrigo kien ukoll iddikjara li l-Partit tiegħu li tant ħabb kien weġġgħu iżjed mill-marda tal-kanċer li ħakmitu flaħħar xhur.

Sussegwentement, waqt interv ista fuq l-istazzjon televiżiv F Living,

Arrigo tenna li ħadd mill-PN, lanqas il-Kap, ma kien talbu apoloġija wara d-diskors tiegħu fil-Kunsill Ġenerali ta’ Lulju.

Minkejja dan, mal-messaġġi li ntbagħtu fl-aħħar jiem lill-armla tiegħu Marina u liż-żewġ uliedhom, anke l-funeral tiegħu lbieraħ wera kemm Arrigo kien rispettat sew filpajjiż u mhux biss minn partitarji Nazzjonalisti. Bil-banda ddoqq ilmarċi funebri fl-isfond, it-tebut t’Ar rigo merfugħ minn sħabu deputati, intlaqa’ b’ċapċip ta’ tislima minn dawk preżenti fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan.

Fl-omelija tiegħu, l-eks Kappillan

rożità li huma karatteristiċi ta’ min kien Robert,” qal fl-omelija tiegħu Fr Portelli.

Ibnu Andrew, fl-aħħar tal-funeral sellem lil missieru b’diskors qasir, fejn qal kif l-attività f’Diċembru li ġej, li kellha tfakkar il-50 sena minn meta missieru beda jaħdem fil-qa sam turistiku, xorta se ssir b’rispett lejn il-memorja tiegħu.

Intant, preżenti għaċ-ċelebrazz joni tal-ħajja ta’ Robert Arrigo kien hemm l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż, fosthom il-Prim Ministru Robert Abela u martu Lydia Abela, l-Ispeak er tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia, il-Kap tal-Oppożizz

li, anke jekk dan wasal bi kritika li hu tard fil-ġurnata u r-rispett kellu jintwera lilu matul ħajtu.

Kontroversja ġdida fil-PN

Nhar it-Tlieta stess ħarġet l-aħbar li post Arrigo fil-Parlament faċilment jieħdu s-Sindku ta’ San Ġiljan Al bert Buttigieg, fl-elezzjoni każwali li għandha ssir. Wara l-aħħar elez zjoni Buttigieg kien ħoloq kwistjoni mal-Partit tiegħu stess. Hu kien akkuża lil “uffiċjal għoli fil-PN” li xx aħħam minn negozjant biex itelliflu (lil Buttigieg) iċ-ċansijiet li jiġi elett u minflok iffavorixxa kandidati oħra jn li kienu iżjed viżibbli fuq il-mezzi tal-midja.

Waqt li s-swaba’ kienu kollha ppuntati lejn Ray Bezzina, l-id il-lem inija ta’ Grech fl-aħħar elezzjoni, il-Kummissjoni Etika u Dixxiplina tal-PN kienet ikkonkludiet li ma set għetx tipprova jew le l-allegazzjoni.

Jirriżulta li fl-aħħar jiem stess saru manuvri interni fil-PN bil-għan li ma jkunx hemm elezzjoni każwali bil li ħadd mill-kandidati fuq l-Għaxar Distrett ma jitfa’ n-nomina tiegħu.

B’hekk ikun jista’ jiġi co-opted di rett fil-Parlament il-Viċi Kap il-ġdid Perici Calascione, li ma kienx elett minn distrett ieħor. Iżda bid-de terminazzjoni ta’ Buttigieg li jerġa’ jisfida lill-Kap u jikkontesta xorta waħda, issa t-tmexxija ta’ Grech qed tara kif ma tagħmilhilux faċli.

Waqt li sorsi fil-PN jisħqu li Karl Gouder mhux interessat li jitfa’ n-nomina, jifdal biss Emma Portelli Bonnici. Din ukoll hi maħruqa millPN stess wara li fl-elezzjoni ġenerali tellfilha d-dritt awtomatiku li titla’ fil-Parlament bil-kwota tal-ġeneru.

Portelli Bonnici, li ġiet deskritta bħala l-aktar kandidata liberali li kel lu l-PN, suppost ġiet eletta fil-Parla ment li kieku l-PN ma tax struzzjoni jiet lil Janice Chetcuti biex tirrifjuta li tikkontesta elezzjoni każwali oħra fuq it-Tielet Distrett fejn kienet kważi ċerta li tirbaħha.

Minflok, ġie elett Carm Mifsud Bonnici minn dak id-distrett u Chetcuti spiċċat eletta bil-mek kaniżmu tal-ġeneru. Portelli Bon nici baqgħet barra.

23.10.202206
Id-Deputat Robert Arrigo nnominat mill-Prim Ministru għall-kontribut kbir li ta lill-pajjiż f’diversi oqsma … Grech “jipprova jevita elezzjoni każwali” li tista’ teleġġilu lil min akkuża lill-PN b’tixħim qabel l-elezzjoni TELFA POLITIKA: Robert Arrigo kien rispettat minn kulħadd

MIETU WAQT LI “FIL-KAMRA”

Arrigo kien l-aħħar wieħed li tilef ħajtu waqt li kien għadu jservi bħala deputat fl-ogħla istituzz joni tal-pajjiż, il-Parlament. Sa mill-ħolqien tal-Parlament Malti fl-1921, kien hemm 20 oħra qablu, fost hom Nerik Mizzi (lemin) li miet fl1950 waqt li kien fil-kariga ta’ Prim Ministru.

L-Eks Prim Ministri Sir Gerald Strickland tal-Partit Kostituzz jonali u Sir Ugo Mifsud u Giorgio Borg Olivier (taħt) mill-PN ukoll mietu waqt li kienu għadhom iservu bħala membri tal-Kamra tarRap pre żentanti fl-1940, fl-1942 u fl1980 rispettivament.

Il-bqija tad-deputati, li mie tu wkoll waqt li kienu għad hom fil-Parlament (partit u sena fil-parenteżi), kienu:

Vincenzo Busuttil (PL, 1922);

‹ Enrico Dandria (UPM, 1932);

Francesco Camilleri (Jones Party, 1948); F.W. Maempel (PN, 1949);

George Galea ((PN, 1954); George Galea ((PN, 1963); George Caruana (PN, 1969);

Tom Demajo Caruana (PN, 1973);

Sammy Abela (PN, 1978); Danny Cremona (PL, 1982);

Freddie Bartolo (PL, 1986);

Patrick Holland (PL, 1986); Joseph Sciberras (PL, 1987);

Pierre Muscat (PN, 1990);

Karl Chircop › (PL, 2008); u Frederick Azzopardi (PN, 2020).

Wara dik ta’ Arrigo li tħabbret it-Tlieta li għadda, b’kollox issa hemm 109 membri Parlamen tari li mietu wara li servew f’xi perjodu fil-Parlament fl-aħħar mija u sena ta’ storja tiegħu.

LIĠI ĠDIDA FAVUR ĦADDIEMA FUQ IL-PJATTAFORMA DIĠITALI

Regoli li se jagħtu status ta’ impjegat u salvagwardja lill-interessi ta’ ħaddiema li daħlu jew se jidħlu f’kuntratt ta’ xogħol f’dan is-settur li ma kienx kopert bil-liġi

F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Segre tarju Parlamentari Andy Ellul ħabbar l-introduzzjoni ta’ pakkett leġiżlattiv robust dwar il-ħaddiema tal-pjattafor ma diġitali (digital platform workers), kif ukoll tibdil leġiżlattiv ieħor li se jas sigura kundizzjonijiet tax-xogħol aktar trasparenti u prevedibbli.

Permezz ta’ dan, il-Gvern mhux biss se jkun qed jimplimenta miżura eletto rali oħra ħalli jkompli jissalvagwardja l-interessi tal-ħaddiema, iżda qed jib għat messaġġ ċar li l-ħaddiem dejjem kien u se jibqa’ jkun ta’ prijorità għalih.

Dr Ellul qal li fl-aħħar snin kien hemm żieda fl-attività tal-ħaddiema tal-pjattaforma diġitali, iżda sfortuna tament ħafna minn dawn il-ħaddiema kienu qed jiġu suġġetti għal numru ta’ irregolaritajiet u kundizzjonijiet miżeri. Hu spjega li l-liġi eżistenti ma kinitx b’saħħitha biżżejjed biex tind irizza dan is-settur ġdid u kien għal hekk li l-Gvern ħass il-bżonn li jirregola s-settur mill-aktar fis, saħansitra qabel ma tiġi maqbula l-proposta tad-Diretti va Ewropea f’dan ir-rigward.

Hu kompla jgħid li l-qafas leġiżlat tiv ġdid issa se jirregola r-relazzjoni u l-kundizzjonijiet tax-xogħol bejn il-ħaddiem tal-pjattaforma diġitali u l-pjattaforma nnifisha jew inkella l-aġenzija tax-xogħol.

Minbarra hekk, din il-liġi se tassigu ra l-istatus ta’ impjegat għal kull min jaħdem f’dan is-settur, għajr għal xi eċċezzjonijiet. Se jiġu wkoll applikati regoli ġodda li se jagħtu dinjità u jissal vagwardjaw l-interessi tal-ħaddiema li

daħlu f’kuntratt ta’ xogħol f’dan is-set tur, u dawk li jidħlu fis-settur aktar ’il quddiem.

“Permezz ta’ din il-liġi, min iħaddem issa se jkun obbligat li, fost l-oħrajn, jipprovdi lill-ħaddiema kuntratt ta’ impjieg, payslip dettaljata, paga min ima, leave u bonuses. Min iħaddem se jkun obbligat ukoll li joffri informazz joni trasparenti ta’ kif taħdem l-algo rithm, f’termini ta’ prestazzjoni, sigħat tax-xogħol u informazzjoni oħra, li trid tiġi wkoll ippreżentata lid-Dipar timent tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg,” spjega Dr Ellul.

jiet tħabbru wkoll tibdiliet fil-liġi Mal tija bil-għan li jiġu assigurati kundiz zjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli. Dr Ellul spjega li, permezz ta’ dawn it-tibdiliet, il-Gvern se jittras poni d-direttiva tal-Unjoni Ewropea u jwettaq wegħda elettorali oħra. Dan ifisser li min iħaddem għandu d-dmir li jipprovdi informazzjoni kompluta dwar l-aspetti essenzjali ta’ responsabbiltà li l-ħaddiem għandu jirċievi bil-miktub fil-bidu tal-impjieg.

Min iħaddem irid jipprovdi tagħrif sħiħ dwar l-aspetti essenzjali ta’ responsabbiltà li l-ħaddiem għandu jirċievi bil-miktub fil-bidu tal-impjieg

Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li se jkun hemm tliet xhur ċans qabel ma jibdew japplikaw ir-regolamenti mħabbrin biex il-pjattaforma inkwist joni, l-aġenziji li jħaddmu lill-ħaddiema u l-ħaddiema nfushom ikunu jistgħu jaddattaw għalihom.

Waqt l-istess konferenza tal-aħbari

“Għaldaqstant, din il-liġi se tkun qed tagħti serħan il-moħħ u aktar stabbiltà lill-ħaddiema. Dan għax, fost l-oħrajn, il-liġi se tistipula l-perjodu ta’ prova għal sitt xhur; li wieħed ikun jista’ jis taqsi għal kundizzjonijiet aktar stabbli fuq il-post tax-xogħol; u li min iħaddem għandu d-dritt li joffri taħriġ bla ħlas lill-ħaddiema tiegħu f’każ li dan ikun obbligatorju,” sostna Dr Ellul.

Is-Segretarju Parlamentari spjega wkoll li permezz ta’ din il-liġi, min iħad dem mhux se jkun jista’ jżomm ħad diem milli jaħdem xogħol ieħor barra mix-xogħol tiegħu, apparti f’każi ta’ kunfidenzjalità, saħħa u sigurtà u kon flitt ta’ interess. Hu żied jgħid li b’din illiġi, il-kuntratti ta’ żero sigħat se jkunu pprojbiti, ħlief għal ħaddiema studenti full-time u meta n-natura tax-xogħol tirrikjedi sostituzzjoni ta’ ħaddiem fi żmien qasir u sakemm il-kuntratt ta’ impjieg ma jkunx wieħed full-time.

Ingħad li ż-żewġ liġijiet imħabbrin ġew ukoll diskussi fit-tul mal-imsieħba soċjali f’diversi laqgħat tal-Bord tarRelazzjonijiet u l-Impjiegi.

23.10.2022 07

IVVOTA GĦAĊ-ĊITTADELLA FIR-REGIOSTARS AWARDS!

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u s-Segre tarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett nedew il-kampanja “Vote Cittadella”, wara li l-forti fikazzjoni storika fil-Belt Victoria reġgħet intgħażlet minn fost 300 proġett kofinanzjati minn fondi Ewropej għall-kompetizzjoni tar-Regiostars Awards.

L-Unjoni Ewropea, li torganizza dawn l-unuri, għandha l-iskop li tesponi iżjed l-aħjar proġetti li saru f’diversi stati membri bħala l-aqwa eżempji ta’ kif għandhom isiru l-proġetti. B’differenza mill-imgħod di, din is-sena hemm 15-il proġett finalisti, wieħed għal kull sena li ilha tiġi organizzata l-kompetizzjoni.

Il-Ministru Camilleri wera s-sodisfazzjon tiegħu li

Mġarr - Ċirkewwa Ċirkewwa - Mġarr

Mġarr - Valletta Valletta - Mġarr

Fit-tielet kwart ta’ din is-sena, jiġifieri bejn Lulju u Settembru li għaddew, qasmu l-fliegu bejn il-gżejjer prinċipali f’pajjiżna ftit inqas minn 1.8 miljun per suna, fil-maġġoranza tagħhom permezz tal-vapuri tal-Gozo Channel.

Skont ċifri tal-Uffiċċju Nazz jonali tal-Istatistika (NSO), sar magħruf li f’dan il-perjodu bieżel kien hemm total ta’ iż jed minn 11,400 vjaġġ bil-baħar biex jinġarru 1,788,244 persu na. L-aktar xahar impenjattiv minnhom kien Lulju, meta saru 34% tal-vjaġġi.

Jirriżulta li l-passiġġieri li qasmu bil-vapur miċ-Ċirkew wa f’dan il-perjodu kienu jam montaw għal 1,590,386, li jfis ser żieda ta’ iżjed minn 13% meta mqabbel mat-tielet kwart tas-sena li għaddiet.

Waqt li l-istess ċifri jixhdu

ċ-Ċittadella

tinsab mal-aqwa proġetti li qatt saru u qal li “bosta viżitaturi lokali u barranin iżuru din l-at trazzjoni unika matul is-sena kollha. B’sodisfazzjon ngħid ukoll li ċ-Ċittadella qed tkompli tirbaħ l-am mirazzjoni u l-premjijiet prestiġjużi minn diversi or ganizzazzjonijiet rinomati bħalma huma l-Best Trav ellers Choice 2021 mit-Tripadvisor u issa nnominata għar-Regiostars Awards.”

Hu spjega li ż-żamma u l-manutenzjoni ta’ post imdaqqas u espost għall-elementi naturali bħalma hi ċ-Ċittadella joħolqu sfidi uniċi li jirrikjedu attenz joni kontinwa u stqarr li l-Gvern kommess li jkompli jżommha fl-aħjar stat possibbli.

Is-Segretarju Parlamentari qal li dan hu unur għal pajjiżna li ċ-Ċittadella, li tiġbed eluf kbar lejha kull sena, ġiet innominata biex tipparteċipa għar-Regio stars Awards, wara investiment kbir fiha, li jlaħħaq għal kważi €15-il miljun, li €12-il miljun minnhom huma fondi Ewropej, mill-Fond Ewropew għall-Iżvi lupp Reġjonali. Bonett appella lill-pubbliku Malti u Għawdxi biex jivvutaw għal din il-ġawhra nazzjonali.

Fl-2018 iċ-Ċittadella kienet ukoll intgħażlet għal din il-kompetizzjoni u kklassifikat fit-tielet post talvot pubbliku b’iżjed minn 30,000 vot.

Il-pubbliku jista’ jivvota billi jidħol fuq is-sit www. regiostarsawards.eu sal-15 ta’ Novembru li ġej.

kif, f’dan il-perjodu, kien hemm ammont akbar ta’ persuni li qasmu bejn il-gżejjer fl-aħħar sentejn u kważi l-istess livell tal-2017, l-għadd ta’ vetturi li vvjaġġaw permezz tal-Gozo Channel kienu ftit inqas minn 300,000, l-akbar ammont fl-aħħar ħames snin miċ-Ċirkewwa u anke mill-Imġarr, Għawdex.

Is-servizz tal-fast ferry, operat miż-żewġ kump aniji privati, bejn il-Port tal-Imġarr Għawdex u l-Port il-Kbir fil-Belt Vallet ta, ġarr 197,858 passiġġier.

Iżjed minn hekk, fl-ew wel disa’ xhur ta’ din issena, diġà kważi ntlaħaq l-am mont ta’ passiġġieri fuq il-fliegu li qasmu fl-2021 kollha kemm hi. Fil-fatt, bejn Jannar u Settemb ru li għaddew kienu rrapportati 4,296,107 passiġġieri, waqt li

s-sena li għaddiet kollha qas mu 4,451,692. Fit-12-il xahar tal2020 qasmu wkoll nofs miljun inqas minn din is-sena s’issa –3,773,981 passiġġier.

L-aktar ġranet tal-ġimgħa li

lu li jieħdu l-vaganzi tagħhom fil-“Gżira tat-Tliet Għoljiet”.

L-erba’ bastimenti li tope ra l-kumpanija Gozo Channel kapaċi jġorru f’daqqa aktar minn 3,300 passiġġier u iżjed minn 500 vettura, waqt li l-erba’ vapuri fis-servizz tal-fast ferry tal-kump aniji Gozo Fast Ferry u Vir tu Ferries jistgħu jġorru f’daqqa sa ftit iżjed minn 1,200 passiġġier, iżda l-eb da vettura.

Fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, diġà kważi ntlaħaq l-ammont ta’ passiġġieri li qasmu l-fliegu tul is-sena l-oħra kollha kemm hi

fihom qasmu nies miċ-Ċirkew wa kienu nhar ta’ Ġimgħa u Sibt, filwaqt li l-port Għawdxi ra l-ogħla ammonti tiegħu nhar ta’ Sibt u Ħadd, indikazzjoni li eluf ta’ Maltin kienu qed jagħż

Dan is-servizz esper jenza tnaqqis fil-vjaġġi u l-passiġġieri fuq is-sena l-oħra, kif mistenni jkun hemm fir-raba’ kwart ta’ din is-sena wara li ż-żewġ operaturi naqqsu l-iskeda ta’ vjaġġi tagħhom.

F’dan ir-rigward, il-Gvern ħabbar li, permezz tal-Ministe ru għat-Trasport u dak t’Għaw

dex, se jidħol f’taħditiet mażżewġ kumpaniji biex is-servizz jissokta bl-aqwa servizz għallħtiġijiet tal-poplu u l-ekonomi ja Għawdxija.

F’dawn it-taħditiet, il-Gvern qed jara li jappoġġja s-servizz f’dan il-mument biex mhux biss jitkompla, iżda jissaħħaħ u jingħata b’mod aktar fre kwenti. Il-Gvern ukoll qed jiddiskuti mal-Kummissjoni Ewropea biex jgħin b’kuntratt ta’ servizz pubbliku fis-sentejn li ġejjin. Il-kuntratt ta’ servizz pubbliku propost għandu val ur ta’ €12-il miljun.

Min-naħa tagħhom, l-opera turi qed jikkommettu ruħhom li, jekk jiġi approvat dan il-kuntratt, jipprovdu s-servizz meħtieġ skont il-bżonnijiet tal-poplu waqt li qablu wkoll li tinbeda skeda ġdida bil-prezzi jiet maqbula li l-operaturi ma jistgħux jiċċaqalqu minnha.

Bħala parti mill-ftehim se tiddaħħal miżura oħra tal-manifest elettorali li per mezz tagħha dawk il-pazjenti, li jkunu qed jirċievu tratta ment mediku fl-Isptar Mater Dei jew fl-isptar Ġenerali ta’ Għawdex, jużaw is-servizz bla ħlas.

23.10.202208
1.8 MILJUN QASMU L-FLIEGU BEJN LULJU U SETTEMBRU 1,788,244 passiġġier
GOZO CHANNEL

Il-vjaġġi fuq is-superyacht lussuż, irreġistrat taħt il-bandiera Maltija, jibdew minn €1,000 kull persuna, kull lejl

L-EWWEL LUKANDA LUSSUŻA RITZ FUQ IL-BAĦAR SE TIĠI F’“DARHA”

L-Evrima, l-ewwel superyacht fil-linja lussuża Ritz-Carlton, għadu kemm beda l-ewwel vjaġġ tiegħu mindu ġie varat aktar kmieni din is-sena rreġistrat taħt il-bandiera Maltija. Il-bastiment, billussu tal-lukandi rinomati tal-kumpanija, mistenni wkoll jibda jidħol u jopera vjaġġi mill-Port il-Kbir għall-ewwel darba missena d-dieħla.

Mibni biex joffri akkomodazzjoni fuq ilbaħar ta’ ħames stilel, il-vjaġġi, li se jkunu jistgħu jsiru minn Malta, jibdew bil-prezz ta’ €1,000 għal kull persuna għal kull lejl.

B’disinn modern, materjali fini, spazji kbar, servizz personalizzat u restorant b’menus imfasslin minn chef bi tliet stilel tal-Michelin, l-ewwel bastiment fir-Ritz-Carlton Yacht Collection għamel id-debutt tiegħu bi cruise ta’ sebat iljieli għal 298 passiġġier minn Barċellona għal Nizza nhar il-15 t’Ottubru li għadda.

L-Evrima ttardja bi kważi tliet snin u l-varar tiegħu pospost tmien darbiet kawża ta’ xogħlijiet weqfin fit-tarzni Spanjoli u problemi esaġerati fil-provvisti fil-pandemija. Minkejja dan, b’lista diġà twila ta’ stennija fil-bookings għall-vjaġġi fuqu, dan jagħmlu wieħed mill-aktar bastimenti lussużi antiċipati f’diversi snin.

“Imxejna fi spazju fejn nemmnu li ħafna mill-klijenti prestiġjużi riedu jmorru, imma ma kellhomx isem rinomat li jappoġġjahom,” qal Chris Gabaldon, Viċi President għal ditti ta’ lussu fil-Marriott International Inc.

“Il-miljuni ta’ klijenti tar-Ritz-Carlton jinsabu lesti għal din l-innovazzjoni l-ġdida tad-ditta u qed juru li, f’termini ta’ bookings, interessati li jiġu magħna,” kompla Gabaldon, waqt li żied li ħafna

mill-klijenti qatt ma marru fuq cruise qabel.

Il-fundatur u Kap Eżekuttiv tar-RitzCarlton Yacht Collection hu Douglas Prothero, negozjant għal snin twal flindustrija marittima, waqt li l-kumpanija hi bi sħab bejn Ritz-Carlton Hotel Company taħt Marriott International u Prothero’s Yacht Portfolio, grupp ta’ investiment marittimu.

Oaktree Capital Management LP hu l-investitur prinċipali u żewġ bastimenti oħrajn, li jesgħu 456 passiġġier, diġà huma ordnati mix-Chantiers de l’Atlantique ta’ Franza biex jitlestew sal-2024 u l-2025.

Il-kumpanija rinomata għad-disinn u l-arkitettura marittima Tillberg talIżvezja ħadmet ma’ tim mill-kumpanija ta’ lukandi biex joħolqu lukanda RitzCarlton fuq il-baħar. “Qed nieħdu l-lussu modern tar-Ritz-Carlton fuq l-ilma u mhux qed nipprovaw inkunu xi ħaġa fillinja tal-cruises,” qal Prothero.

Abbord l-Evrima, il-klijenti joqogħdu fi suites b’soqfa ogħla minn kull cruise liner, sodod king-size, banjijiet wesgħin u terazzini privati li jħarsu fuq il-baħar, waqt li inklużi hemm spa bi kmamar għall-kura barra u ġewwa, u trattament tas-sbuħija, fost oħrajn oħrajn.

Il-bastiment ta’ 190 metru għandu iżjed spazju għal kull passiġġier minn kull cruise liner ta’ lussu li jeżisti, skont Prothero.

Fl-ewwel sena tiegħu, l-Evrima se jkun qed isalpa fil-Karibew u fil-Mediterran, fosthom pajjiżna, fuq itinerarji ta’ seba’ jew għaxart iljieli, waqt li ljieli ttrakkati fil-portijiet prinċipali jfissru wkoll iċ-ċans lill-passiġġieri biex igawdu sew fuq l-art ukoll.

23.10.2022 09

APPROVATI PROPOSTI IMPORTANTI GĦAS-SAJJIEDA U L-BDIEWA MALTIN

fil-Kunsill Ewropew … pajjiżna wkoll isir kofirmatarju ta’ proposta biex jibdew jintużaw fertilizzanti orħos u sostenibbli fl-Unjoni Ewropea kollha

Il-Gvern Malti appoġġja l-mozz joni li kienet diskussa waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-Minis tri Ewropej għall-Agrikoltura u s-Sajd iktar kmieni din ilġimgħa, biex mis-sena d-dieħ la, ikun hemm żieda sinifikanti fil-kwota għas-sajd tat-tonn.

Din il-proposta importan ti żvolġiet wara evalwazzjo ni mill-Kumitat Permanenti għar-Riċerka u l-Istatistika (SCRS), fi ħdan il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konser vazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT).

F’monitoraġġ kontinwu flibħra differenti li sar fuq l-is tokk tat-tonn fl-ibħra tal-Atlan tiku u l-Mediterran, li rreġistra żieda sostanzjali fl-aħħar snin, il-Kummissjoni laqgħet l-ap pell ta’ diversi gvernijiet, fost hom ta’ Malta, li l-kwota eżis tenti għal dan l-ispeċi tal-ħut tiżdied b’mod sinifikanti.

Fi żvilupp ieħor fl-Agrikoltu ra, il-Gvern Malti appoġġja mozzjoni tal-Gvern Belġjan, biex isiru l-preparamenti u t-tibdil meħtieġ għall-intro duzzjoni ta’ prodotti Renure.

Dawn il-prodotti se jkunu jistgħu jintużaw bħala fertiliz zant fl-għelieqi Ewropej, filwaqt li jagħtu spinta lill-ekonomija ċirkolari, mingħajr ma jħallu effetti anċillari fuq l-ikel u l-an nimali tagħna.

Opportunità vitali għall-bdiewa Maltin

Waqt l-istess laqgħa tal-Kunsill Ewropew ġiet diskussa wkoll iż-żieda fil-prezzijiet tal-fertiliz zanti u l-għodda li jintużaw mir-raħħala. F’Malta, il-Gvern diġà nieda numru ta’ skemi u inizjattivi differenti, li jtaf fu l-piżijiet li jġorru l-bdiewa, filwaqt li jassiguraw li l-pro dotti lokali jibqgħu pprovduti għall-konsumaturi kollha.

Il-prodotti Renure jiġu mmanifatturati min-nitroġenu li jinsab fid-demel tal-annima li. Apparti li huma siguri u ma jħallu l-ebda effett negattiv fuq il-ħamrija, is-sors ta’ dawn il-prodotti jassigura dispo nibbiltà akbar lill-bdiewa. Il-Kunsill innota kif dawn il-prodotti jgħinu lill-pajjiżi bħal Malta jixprunaw l-ekonomija ċirkolari u s-sostenibbiltà amb jentali.

F’kumment lill-KullĦadd, is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said tenniet li din il-proposta hi waħda vitali “għax se nipprovdu solliev im medjat għall-ispejjeż li l-bdiewa tagħna qegħdin jiffaċċjaw filpreżent.” Bugeja Said, li kienet preżenti fi Strasburgu għallaqgħat imsemmija, tenniet kif din il-proposta se tipprovdi opportunità aktar sostenibbli,

kemm mill-aspett finanzjarju u anki minn dak ambjentali.

“Din il-proposta, li sabet issostenn fost l-oħrajn tal-Gvern Malti, hi alternattiva ġdida msejsa fuq il-prinċipji tal-ambjent ċirkolari, li se jsaħħaħ l-ekonomija rurali. Kif urejna anke fl-inizjattivi li nedejna bħala Gvern, se nagħmlu dak kollu possibbli biex nixprunaw teknoloġiji u avvanzi ġodda li se jgħinu lill-bdiewa tagħna.”

Is-sajjieda “ħaqqhom jaħsdu l-frott ta’ snin ta’ sagrifiċċji”

Sadanittant, l-aħbar li l-kwoti tat-tonn se jiżdiedu s-sena li ġejja, hi waħda pożittiva ħafna għal dawk is-sajjieda Maltin u Għawdxin, li għal diversi snin, wettqu ammont kbir ta’ sagrifiċċji soċjali u ekonomiċi, anke jekk fehmu l-bżonn li jip proteġu l-ammont ta’ ħut li hemm fl-ibħra tagħna, kemm għalihom u għal uliedhom.

Fid-diskors tagħha, Bugeja Said semmiet kif il-Gvern ap poġġja bis-saħħa din il-propos ta. “Kull darba li ngħaddi mill-bajja ta’ Marsaxlokk u nitkellem mas-sajjieda tagħ na, kont nitkellem u nagħder is-sagrifiċċji li kienu jagħmlu. Importanti li dan is-sagrifiċċ ju nibqgħu niftakruh, u minn hawn nirringrazzja lil kull

sajjied Malti u Għawdxi. Kieku ma kienx għalikom, dawn ir-riżultati tal-lum ma kon niex niksbuhom.” Qalet ukoll: “Se nkomplu nkunu t-tarka tas-sajjieda Maltin u Għawdxin, u niddefendu l-bżonnijiet loka li. Wasal iż-żmien li s-sajjieda tagħna, fl-aħħar, jaħsdu l-frott tal-ħidma għaqlija tagħhom tul dawn l-aħħar snin.”

Bugeja Said sostniet ukoll kif pajjiżna esiġa aspett importan ti tal-kwoti tat-tonn: “Enfasiz zajna wkoll biex l-iskema t’al lokazzjoni tibqa’ l-istess bħal tas-sena li għaddiet, u mhix tkompli tinfetaħ għal entitajiet

oħrajn. Dan biex il-progress fiżżieda fl-ammont tat-tonn fl-ib ħra ma jiġix imminat fix-xhur li ġejjin u nerġgħu nispiċċaw f’sitwazzjoni fejn irridu nitolbu sagrifiċċji eħrex għas-sajjieda tagħna.

“Minkejja tali żvilupp pożittiv, ma nistgħux nieqfu hawn. L-ammont u l-kwalità ta’ tonn li għandna fl-ibħra tagħ na jiddependu mid-deċiżjo nijiet preżenti u futuri tagħna l-politiċi. Għalhekk, se nibq għu Gvern viċin is-sajjieda, u naħdmu magħhom biex nassi guraw futur aktar sostenibbli,” temmet Bugeja Said.

IL-PRODOTT MALTI ĊĊELEBRAT

Għall-ewwel darba f’aktar minn 40 sena, il-Pit kalija reġgħet fetħet għall-pubbliku nhar il-Ħadd li għadda għall-attività “Festa Ikel Malti”, propr ju biex il-poplu Malti u Għawdxi japprezza aktar il-prodott bnin u frisk lokali u anke lill-bdiewa u ħaddiema kollha fil-qasam tal-agrikoltura.

Waqt l-attività, bit-tema ‘Leave no one be hind’, kien hemm ’il fuq minn 30 esibitur, fosth om entitajiet u esperti fis-settur tal-ikel u l-agri koltura, li wrew lin-nies preżenti x-xogħol li jsir biex pajjiżna jassigura li l-prodott ikun ta’ kwal ità tajba u tal-ogħla livelli.

L-esebituri preżenti wkoll taw preżentazzjo nijiet ta’ kif in-nies jieħdu aktar ħsieb l-ambjent u kif kull wieħed u waħda minna nistgħu nagħm lu l-almu tagħna biex tissaħħaħ is-sostenibbiltà tal-ikel f’pajjiżna. Minbarra l-aspett edukattiv, kull min attenda kellu l-opportunità jixtri pro dotti lokali, kif ukoll iduq ikel frisk u bnin, fil waqt li seta’ japprezza l-istorja u l-wirt storiku relatat ma’ dawn il-prodotti.

Il-“Festa Ikel Malti” addattat għall-gosti varji, b’esebizzjonijiet ta’ inġenji antiki u moderni li jintużaw fl-industrija agrikola, animaturi u karattri edukattivi li taw gost u edukaw lit-tfal b’logħob, u kant li niżel tajjeb ħafna ma’ kulħadd.

Waqt l-attività ġie wkoll xprunat proġett bejn il-Malta Food Agency, l-MCAST u EIT Foods, li se jkun qed jagħti valur kbir lix-xogħol tal-aġenzija.

Għal dan l-avveniment fil-Pitkalija, atten dew mijiet matul il-jum kollu, bl-esebituri l-ħin kollu impenjati jwieġbu dwar il-prodott innifsu u x-xogħol li hemm warajh. Bosta li attendew saħqu li din kienet l-ewwel darba għalihom li daħlu fil-Pitkalija u wrew ix-xewqa li attivitajiet simili li jiċċelebraw l-ikel Malti u l-istorja tiegħu jsiru aktar ta’ spiss.

Spikkaw ukoll il-kummenti ta’ bosta esebi turi li jixtiequ aktar modi kif jistgħu jikkoperaw mal-Aġenzija tal-Ikel għax jemmnu li bl-għaj nuna tagħha jistgħu jiżviluppaw u flimkien jiġi ppriservat il-patrimonju tal-ikel Malti.

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drit tijiet tal-Annimali Anton Refalo kien preżenti għall-ftuħ tal-attività u tkellem dwar l-impor tanza li nassiguraw il-provvista tal-ikel f’pajjiż na. Spjega li l-messaġġ wara t-tema tal-Jum Dinji tal-Ikel għal din is-sena hu ta’ prijorità għall-Gvern. Il-Ministru qal ukoll li l-Gvern qed jaħdem biex jiggarantixxi s-sostenibbiltà u l-produzzjoni tal-ikel, inkluż bir-riforma fil-qbie la tar-raba’.

23.10.202210
Il-Gvern Malti jappoġġja t-talba għal żieda fil-kwoti tat-tonn
Ritratt: CLIFTON
FENECH/DOI
Iż-żieda tat-tonn fl-ibħra se titgawda mis-sajjieda Maltin u Għawdxin ukoll Il-Gvern
qed jaħdem biex jiggarantixxi s-sostenibbiltà u l-produzzjoni tal-ikel Malti

INSIB GĦAL MALVIZZ U PLUVIERA

Il-Gvern ħabbar id-dati għall-ftuħ tal-istaġuni tal-insib għall-għasa far tat-tip malvizz u pluviera, bi kwoti rispettivi ta’ 5,000 u 700, wara li kkunsidra r-rakkomandaz zjoni tal-Kumitat Ornis f’dan irrigward. Id-dati se jkunu minn nhar il-Ġimgħa li għadda sal-31 ta’ Diċembru 2022 għall-malvizz u mill-1 ta’ Novembru 2022 sal-10 ta’ Jannar 2023 għall-pluviera.

Kull min hu liċenzjat biex jon sob għal dawn l-ispeċi se jkun ob bligat jirrapporta immedjatament kull malvizz u pluviera li jaqbad bil li jċempel, bla ħlas, fuq 8000 2020 minn numru tal-mobile rreġistrat f’ismu, jew billi juża l-mobile app Game Reporting MT. Is-sistemi jikkonfermaw ir-rapport billi jint bagħat lura SMS bħala konferma.

Minbarra hekk, meta jinqabad għasfur b’ċurkett xjentifiku, iridu jinkitbu d-dettalji kollha fil-for mola li jsib mal-liċenzja speċjali, waqt li jirrapporta l-effort tal-insib (trapping effort) kull meta jmur jonsob u ma jaqbadx imlievez jew pluvieri billi, qabel jitlaq, iċempel jew juża l-mobile app kif indikat.

GĦADDEJ XOGĦOL ESTENSIV FIL-MITĦNA TAX-XAROLLA WARA ĦSARA BIL-MALTEMP

Wara li f’Marzu li għadda tkissrulha l-paletti, din l-istruttura unika f’Malta, li għandha mat-300 sena u għadha tiffunzjona, qed jinbidlilha wkoll ix-xaft prinċipali

Il-Mitħna storika tax-Xarolla fiż-Żurrieq se tgawdi minn tiswijiet u anke rest awr ġdid b’riżultat tal-ħsarat estensivi, li kienu ġew ikkawżati minn irjiħat qa wwija lura għad-19 ta’ Marzu li għadda. Dakinhar il-maltemp qawwi matul il-le jl u l-ġurnata ta’ wara wassal biex, fost l-oħrajn, l-istruttura ta’ kważi 300 sena titlef il-paletti, li tkissru kompletament.

Minnufih, dakinhar, il-Prim Ministru Robert Abela kien ħabbar li l-Gvern se jgħin direttament lill-Kunsill Lokali biex il-mitħna, li hi attrazzjoni ewlenija filpajjiż, tissewwa kemm jista’ jkun malajr u b’hekk tkun tista’ terġa’ tibda titgawda minn kulħadd.

Il-Mitħna tax-Xarolla, l-unika waħda li għadha taħdem f’Malta, kienet inbni et fl-1724 taħt it-tmexxija tal-Gran Mast ru Manoel de Vilhena.

Din il-ġimgħa fil-Parlament, il-Minis tru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi elenka x-xogħ lijiet vasti li saru u għadhom isiru, mhux biss biex tissewwa l-ħsara, iżda anke oħrajn, inkluż manutenzjoni fuq l-aper turi u l-bankijiet tal-madwar.

Tissokta r-riċerka fuq seba’ speċi tal-għana

Sadanittant, il-Gvern ikkunsidra wkoll ir-rakkomandazzjoni tal-Or nis u ħabbar ftuħ għall-proġett ta’ riċerka fuq seba’ speċi tal-għasa far tal-għana minn nhar il-Ġimgħa sal-20 ta’ Diċembru 2022.

Din is-sena, kull min se jippar teċipa se jkun obbligat jirrap porta kull għasfur tal-għana maqbud immedjatament malli jħarrbu fis-selvaġġ. Hu obbligat jikteb id-dettalji kollha fil-formola taċ-ċrieket jekk jaqbad għasfur tal-għana b’ċurkett xjentifiku u jiġi rrapportat dakinhar stess kif sp jegat fil-liċenzja speċjali. In-nassab imħeġġeġ jieħu filmat qasir fejn juri l-għasafar jitħarrbu mill-istess post minn fejn inqabdu.

Ma’ dan, għandu jiġi rrappor tat ir-research effort kull meta nassab jieħu sehem fil-proġett ta’ riċerka u ma jkunx qabad għasa far tal-għana billi jċempel ukoll kif spjegat fil-liċenzja speċjali.

“Fl-aħħar xhur, inxtara l-materjal meħtieġ tal-antarjoli u bdew jinħadmu l-arbli tal-antenni minn kuntrattur. Dan ix-xogħol jikkonsisti f’toqob, qlib u ta per li mistenni jkun lest sa tliet ġimgħat oħra. Fid-Direttorat għall-Manifattura u s-Servizzi nħadmu l-ventijiet tal-in jam, li jgħaqqdu l-paletti, u li jintramaw mal-arbli biex jinbnew l-antenni,” qal il-Ministru, waqt li kien qed iwieġeb għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjona lista Stanley Zammit, li staqsa fiex wasal ir-restawr tal-Mitħna tax-Xarolla wara li ġarrbet ħsara bl-irjieħ qawwija ta’ seba’ xhur ilu.

Minkejja dan, hu spjega li, fil-proċess biex jiżżarma l-apparat tal-mitħna minn ġewwa, instab li x-xaft prinċipali kien ittiekel sew, anke peress li l-aħħar li nbidel kien madwar 30 sena ilu, u hemm intoppi biex dan jiġi mibdul ma’ ieħor li jkun simili għall-oriġinali.

“Minkejja l-isforzi li saru, id-Diretto rat għadu qed ifittex kuntrattur li jista’ jimporta l-materjal meħtieġ – zokk taliroko twil 17-il pied bi 15-il pulzier wisa’ –għax-xaft prinċipali peress li lokalment l-ebda kuntrattur m’għandu materjal b’dawn il-qisien,” kompla Dr Zrinzo Az zopardi.

Ta’ min isemmi li biswit il-Mitħna tax-Xarolla hemm kappella aktar anti ka minnha fl-istat oriġinali tagħha. Hu maħsub li din, iddedikata li San Andri ja u oriġinarjament proprjetà tal-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, inbniet fl1634, iżda fl-annali tal-istorja jissemma li qabilha kienet teżisti oħra fl-istess post u li l-oriġini tagħha tmur lura għal mill-inqas l-1575.

Il-mitħna unika u storika fiż-Żurrieq (fuq), li għaddejja minn tiswijiet estiżi fuq ġewwa u l-madwar, wara ħsarat kbar (taħt) li sarulha b’irjiħat qawwija f’Marzu li għadda

Minbarra hekk, din iż-żona fit-tarf tal-kon fini taż-Żurrieq, fruntiera ma’ Ħal Safi, hi attrazz joni ewlenija wkoll wara li ftit tas-snin ilu nstabu oqbra tal-qedem. Skont l-oġġetti tal-fuħħar fiha, jirriżulta li l-oqbra kienu jintużaw fiż-Żmien Ru man bejn it-tielet u r-raba’ sena Wara Kristu u ż-Żmien Biżantin tas-sitt u s-seba’ seklu Wara Kristu.

23.10.2022 11
Ritratt: KAYCIE CARUANA

RIFORMI KONTINWI

ir-riformi importanti li twet tqu, u qed jitwettqu, minn Gvern Laburista.

Din il-ġimgħa, bħala Membri Parlamentari Ewropej, kellna t-tieni plenarja ta’ dan ix-xa har fi Strasburgu. Apparti dibattiti u voti importanti re latati mal-pakkett ta’ liġijiet ambjentali Fitfor55, fejn bħal dejjem imbuttajt ’il quddiem il-pożizzjoni ta’ Malta u l-fatt li bħala gżejjer niddependu fuq it-trasport bil-baħar u bl-ajru, kellna wkoll id-dibat titu dwar l-istat tas-saltna tad-dritt f’Malta u l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Mat ul dan id-dibbattitu fakkart

Bħalma qal il-Prim Minist ru, il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ħalla tebgħa sewda fuq pajjiżna, tebgħa li rridu nkomplu naħdmu biex infe jqu bħala pajjiż. Madanakol lu, irridu nirrikonoxxu wkoll li l-aħħar snin urew biċ-ċar li l-Gvern jinsab kommess li jintroduċi diversi riformi importanti biex jissaħħu l-is tituzzjonijiet u l-qasam ta’ governanza tajba. Biss biss, għaddejna aktar minn 40 abbozz fil-Parlament dwar il-Ġustizzja u s-Saltna taddritt. Dawn l-isforzi pożittivi ma nirrikonoxxihomx biss jiena, Maltija kburija, memb ru kburija ta’ Partit Laburista fil-Gvern, imma huma rikon oxxuti wkoll minn diversi is tituzzjonijiet Ewropej.

“Ħafna mill-konklużjoni jiet tal-inkjesta pubblika filkaż tal-qtil ta’ Daphne Caru ana Galizia saru jew qegħdin fil-proċess li jsiru”. “Nirikon oxxi l-isforzi tal-awtoritaji et Maltin biex tiġi msaħħa

s-saltna tad-dritt, tkun miġġielda l-korruzzjoni u sa biex jiġu implimentati r-rak komandazzjonijiet tal-inkjes ta pubblika tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u tal-GRECO”.

“Il-livell ta’ indipendenza ġudizzjarja perċepita f’Malta għadu għoli.”

“Il-Gvern Malti rreaġixxa billi implimenta numru ta’ riformi biex ikunu indiriz zati nuqqasijiet fis-sistema demokratika u s-saltna taddritt”

Kien proprju dan il-kliem minn istituzzjonijiet Ewropej differenti li użajt waqt id-di battitu fil-plenarja, kliem li qalitu l-President tal-Kum missjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen lill-Prim Ministru Robert Abela, rikonoxximent li inkludiet il-Kummissjoni Ewropea fl-aħħar rapport dwar is-saltna tad-dritt.

Il-poplu Malti u Għawdxi dan irrikonoxxieh ukoll. Apparti l-fatt li f’Marzu li għadda, Gvern Laburista reġa’ ġie elett bl-akbar maġġoran za fl-istorja, hemm statistiċi u sondaġġi oħra pożittivi.

Eżempju wieħed hu li 70% tal-poplu Malti u Għawdxi għandhom fiduċja fil-ġudika tura.

Kif sħaqt waqt id-dibatti tu ta’ din il-ġimgħa, għandna Gvern li qed ikompli jbiddel, li jemmen li dak li kiseb s’issa mhux il-wasla. Dan jirrikon oxxih min għandu ottika im parzjali u oġġettiva u mhux min kontinwament ires saq riżoluzzjoni wara l-oħra fil-Parlament Ewropew, b’nofs fatti, biex jipprova jpenġi stampa mod ieħor. Ma jirrikonoxxihx min jattakka lil pajjiżna barra minn xtutna u ma jammettix li s-sistema Maltija tħalliet tiddeterjora għal snin twal taħt amminis trazzjonijiet passati, filwaqt li Gvern Laburista wera biċ-ċar li dak li ħaddieħor ħalla jidde terjora, hu jrid jirranġah. Ma jirrikonoxxihx min jappella lil Malta biex tagħmel il-bid la imma mhux lil pajjiżi oħra fl-Ewropa.

Forsi jkun hemm min jgħidlek li l-pajjiż kellu jgħad di minn ħafna biex irrealiz za li hemm bżonn issir aktar

bidla b’saħħitha. Biss però xorta waħda jibqa’ l-fatt li llum qed nitkellmu fuq progress fil-qasam tas-salt na tad-dritt, il-ġustizzja, ittisħiħ tal-istituzzjonijiet, u l-ġlieda kontra l-ħasil talflus, u mhux rigress. Xorta waħda jibqa’ l-fatt li l-bidla u l-progress jeħtieġu ż-żmien, jeħtieġu aġġornament kon tinwu. Liġi ma tidħolx darba u tibqa’ hemm għal dejjem għaliex perjodikament tkun trid tiġi emendata biex tirri fletti r-realtajiet taż-żminiji et. Hekk ukoll il-governanza tajba u r-riformi fis-settur iridu jibqgħu aġġornati tul iż-żminijiet.

Filwaqt li ninsab persważa li fiż-żmien li ġej, Gvern La burista mmexxi minn Rob ert Abela ser ikompli għad dej b’dan l-aġġornament u ħidma pożittiva, fuq livell Ewropew, flimkien mad-dele gazzjoni Laburista, se nkom pli naħdem favur pajjiżna, se nkompli nsostni u nfakkar dawn il-fatti pożittivi, li l-eb da dibattitu jew riżoluzzjoni ma jistgħu jħassru.

FIL-POLITIKA

Ta’ spiss nisimgħu li ż-żgħażagħ ma tinteressahomx il-politika. Però dan mhux minnu, hekk kif fis-soċjetà hawn numru sabiħ ta’ żgħażagħ li tinteres sahom il-politika u li jieħdu sehem attiv fiha. Dan hekk kif jaraw il-politika bħala l-għod da li biha tista’ tagħmel dif ferenza fil-ħajja taċ-ċittadini u li permezz tad-deċiżjonijiet li jittieħdu se jkunu qed jaf fettwaw lill-poplu inġenerali. B’hekk bħala żgħażagħ irridu li jkollna sehem qawwi fit-tfassil tal-politika tal-pajjiż, kemm għal dik preżenti kif ukoll għall-futur.

L-irwol taż-żgħażagħ fis-soċ

jetà mhux biss huwa kruċjali iżda essenzjali għad-demokrazi ja ta’ pajjiżna. Aħna l-ġenerazz joni li għada rridu mmexxu lil dan il-pajjiż bi ħsibijiet u ideat aktar friski u innovattivi. Għal hekk, huwa importanti li aħna ż-żgħażagħ ikollna spazju fejn nistgħu nesprimu l-ideat u nsemmgħu leħinna fuq diver si suġġetti. Pajjiżna għaraf dan il-fatt; xhieda ta’ dan huma d-diversi għaqdiet volontar ji taż-żgħażagħ li huma attivi ferm fis-soċjetà tagħna, fost hom il-Kunsill Nazzjonali tażŻgħażagħ (KNŻ), li ta’ kull sena jorganizza l-Parlament Nazz jonali taż-Żgħażagħ.

Il-Parlament Nazzjonali tażŻgħażagħ hu l-avveniment an nwali li diversi żgħażagħ ikunu qed jistennew bil-ħerqa. Dan huwa l-uniku avveniment li jsir f’Malta fejn iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jwasslu il-fehmi et tagħhom fil-Parlament.

F’sessjoni straordinarja fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiż na, il-parteċipanti jkollhom iċċans li jiddiskutu diversi temi kurrenti u jiddibattu flimkien. Matul is-sajf, il-parteċipanti jkollhom iċ-ċans li joħolqu riżoluzzjoni dwar tema magħżula sabiex eventwal

ment jippreżentawhom waqt is-seduta parlamentari. Qabel is-seduta nnifisha, isiru wkoll xi workshops sabiex ikom plu jgħinu lill-parteċipanti biex ikunu preparati aħjar għas-seduta. Waqt is-sedu ta, iż-żgħażagħ ikollhom iċċans li jitkellmu u jiddibattu dwar l-argumenti tagħhom fuq ir-riżoluzzjoni li tkun im ressqa.

Bosta żgħażagħ iħossu li huwa dmir tagħhom li jkunu parteċipanti f’dan l-avven iment sabiex iwasslu l-vuċi żagħżugħa tagħhom u ta’ sħabhom fl-ogħla istituzz joni ta’ pajjiżna, u eventwal ment quddiem l-ogħla awtor itajiet tal-pajjiż. Dan għaliex wara s-seduta parlamenta ri, il-parteċipanti jkollhom laqgħa mal-President ta’ Mal ta, mal-Prim Ministru u malKap tal-Oppożizzjoni, fejn il-parteċipanti jippreżentaw ir-riżoluzzjoni tagħhom.

Din is-sena t-tema magħżu la kienet l-abort. Għalkemm din hija tema kemxejn kon troversjali, xorta kien hemm numru sabiħ ta’ żgħażagħ li ħadu sehem u li ma ddejqux juru l-fehma tagħhom. Fil-fatt, kien hemm żewġ gruppi, dawk

favur il-ħajja, allura dawk li mhumiex favur id-dħul talabort f’pajjiżna, u dawk favur li l-abort isir legali f’Malta.

Il-maġġoranza tażżgħażagħ f’din l-edizzjoni kienu favur il-ħajja, allura kontra l-abort, u dan għal diversi raġunijiet. Diversi żgħażagħ esprimew il-ħsibiji et tagħhom li l-abort m’għan dux ikun legali f’pajjiżna.

Irrikonoxxew is-sitwazz jonijiet diffiċli li persuna taf issib ruħha fiha. Però, jemmnu li l-ebda mara mhi dipenden ti fuq l-abort biex tirnexxi jew biex issalva ħajjitha. Dan għaliex dejjem hemm toroq oħra li persuna tista’ jew tiġi megħjuna tieħu. Malta hija xhieda ta’ dan permezz tasservizzi tas-saħħa tagħha u tal-għajnuna soċjali li toffri u għandna nkomplu ntej bu, nestendu u nżidu dawn is-servizzi pubbliċi. Dawn isservizzi huma xhieda li l-liġi li tippermetti l-abort mhix bżonn.

Il-parteċipanti tkellmu dwar id-dritt tal-ħajja, u dwar kif dan huwa d-dritt ċavetta meqjus bħala l-ogħla dritt, li mingħajru ma’ tista’ tagħmel xejn. B’hekk huwa

importanti li niddefendu dan id-dritt sa mill-bidu nett, u aħna ż-żgħażagħ nixtiequ li dan d-dritt tal-ħajja jibqa’ jiġi mħares u l-ebda tarbija m’għandha tkun maqtula.

Fost il-kelliema kien hemm ġuvni li ġie adottat; dan iżżagħżugħ qal li kieku kien jeżisti s-servizz tal-abort, kieku mhuwiex ħaj u li kieku ma kienx ikun possibbli li jkun parteċipant fil-Parla ment Nazzjonali taż-Żgħażagħ sabiex jiddefendi l-ħajjiet ta’ tant persuni li jridu jgħixu u li għad m’għandhomx vuċi. Ix-xewqa tal-parteċipanti u ta’ ħafna żgħażagħ hija li pajjiż na jibqa’ jkun sigur għal kull mara u għal kull tarbija.

Huwa importanti għal hekk li aħna bħala żgħażagħ ma niddejqux inwasslu l-vuċi tagħna anka jekk fuq suġġetti li huma kemxejn kontrovers jali bħall-abort. Il-vuċi tagħ na ż-żgħażagħ hija importan ti u relevanti immens. Ħadd m’għandu jiddejjaq isemma’ leħnu. Minn hawn inħeġġeġ żgħażagħ oħra sabiex ikom plu jsemmgħu leħinhom u jkomplu jkunu ta’ ispirazzjoni għal żgħażagħ oħra Maltin u Għawdxin.

23.10.202212
Membru Parlamentari Ewropew JOSIANNE CUTAJAR Membru ŻL KIMBERLY BORG
ŻGĦAŻAGĦ ATTIVI

GVERN LI QATT MA WAQAF IWETTAQ DAK LI JWIEGĦED

It-track record ta’ dan ilGvern huwa l-iżjed prova ċara li dan huwa Gvern li għall-kuntrarju ta’ amminis trazzjonijiet preċedenti, dejj em iwettaq dak li jwiegħed. Dan huwa Gvern li l-ordni tal-ġurnata tiegħu hija li jagħmel riforma wara l-oħra. Riformi iżda, li jsiru bi ħsieb sabiex l-impatt li jħallu ma jkunx wieħed artifiċjali iżda jkun wieħed tanġibbli.

Wieħed jista’ biss iħares lejn id-dokument tat-twettiq tal-Baġit li għadda biex jind una kemm verament twettqu

riformi kbar li qed iħallu im patt tajjeb u b’saħħtu f’ħajjet in-nies. Il-Qasam tal-Ġustizz ja mhux eċċezzjoni. Matul issnin Gvern Laburista wettaq ħemel ta’ riformi kuraġġuzi fis-saltna tad-dritt u l-Gov ernanza. Biex insemmi ftit minnhom hemm dawk relata ti mal-ħatriet tal-ġudikatura, mal-Prim Imħallef, mal-Kum missarju tal-Pulizija, kif ukoll liġijiet bħat-tneħħija tal-pre skrizzjoni minn fuq il-politiċi, il-Whistleblower Act, il-qa sma tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat, u ħafna oħrajn.

It-tisħiħ tas-Saltna tadDritt huwa proċess kontin wu. L-aħħar minn sensiela ta’ riformi kruċjali ħafna li qed naħdmu fuqhom hija bla dub ju dik marbuta mal-midja. L-episodju tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ħalla tebgħa sewda fl-istorja ta’ pajjiżna.

Dan l-episodju madanakollu ma jissimbolizzax lil pajjiżna li jaf ħafna aħjar minn hekk, imma żgur li minnu pajjiżna jrid jibqa’ jieħu t-tagħlimiet.

Abbażi ta’ dak rakko mandat fl-inkjesta pubblika

nħatar kumitat ta’ esperti li ngħata żewġ irwoli impor tanti; li jagħti rakkoman dazzjonijiet fuq l-abbozzi li pprepara l-Gvern, u joħroġ b’sett ta’ rakkomandazzjoni jiet dwar il-professjoni ġur nalistika.

Ir-riforma li se nagħmlu fil-midja se televa bil-fat ti l-midja u l-ġurnaliżmu bħala r-raba’ pilastru ta’ demokrazija u se nkunu wkoll fost l-ewwel jekk mhux l-ew wel pajjiż fl-UE li jimplimenta dispożizzjonijiet Anti-SLAPP.

Għall-kuntratrju ta’ dak li qed jintqal minn xi wħud, nix tieq nagħmel enfasi importan ti. Aħna se nibqgħu parteċipi bis-sħiħ fid-diskussjoni li qed issir fuq livell Ewropew dwar miżuri kontra s-Slapp, u fejn hemm bżonn insaħħu l-liġi u nimplimentaw aktar. Dan ap parti numru aktar wiesa’ ta’ emendi leġiżlattivi li qed nin kludu f’din ir-riforma, fosth om fejn jidħlu ħlasijiet, żieda ta’ piena fuq ċerti reati krim inali, u l-formulazzjoni bil-liġi ta’ kumitat li l-għan tiegħu hu li jifformola miżuri ta’ protez zjoni. Smajna wkoll x’kellhom

xi jgħidu l-IĠM u għaldaqstant se nistennew id-diskussjoni li se jagħmlu qabel ma nkomplu bil-proċess parlamentari.

Qabel ma niddiskuti fuq emenda oħra li ressaqna u għaddejna t-Tnejn li għadda nixtieq nieħu spunt fuq is-sentenza riċenti li ngħatat b’rabta mal-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia. Malta bagħtet sinjal ċar li dak li seħħ mhux aċċettabbli f’pajjiżna u proprju s-sentenza tal-Qorti kien pass ieħor lejn il-ġustiz zja. Illum hemm tliet persuni ssentenzjati u tliet persuni oħra qed jistennew jgħaddu ġuri b’rabta mal-każ.

Aħna rridu nibqgħu naraw li ssir ġustizzja effettiva u b’saħħitha. Kien għalhekk li ressaqna emendi legali fil-Ko diċi Kriminali biex ma nħal lu lil ħadd jabbuża mill-am ministrazzjoni tal-ġustizzja. L-emenda leġiżlattiva tittrat ta l-perjodu tal-Bail, u meta persuna jweġġa’ lilu nnif su biex jipprova jipposponi l-proċess u joħroġ fuq bail.

Dan il-Gvern huwa konxju wkoll mill-isfidi li akkumulaw tul is-snin fil-qrati ta’ pajjiż

BAĠIT TA’ SERĦAN IL-MOĦĦ

li hu llum u fuq kollox kellna Prim Ministru li, bi kliemu stess ivvota, ivvota għaż-żi diet fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, “bil-qalb”. Dan kien il-preludju li wassal għal snin ta’ ekonomija staġna ta, li xebba’ lill-poplu Malti u wassal għal rebħa storika Laburista fl-2013.

pea. Dan kollu qed isir għax hemm Gvern bi strateġija li mhux ser jagħmel l-istess żbalji li għamel ħaddieħor.

Fl-2008, id-dinja kienet għaddejja minn kriżi finanz jarja. Fil-Gvern, kien hemm il-Partit Nazzjonalista. Kell na Gvern li r-risposta tiegħu għall-kriżi ekonomika dini ja, kienet li jitfa’ l-piż fuq il-poplu. Jekk inħarsu fuq fuq lejn x’jgħidulna n-numri, il-qgħad f’pajjiżna kien żdied għal iktar mid-doppju ta’ dak li hu llum, kellna tkabbir ekonomiku iżgħar minn dak

Meta nagħtu daqqa t’għa jn lejn il-passat, napprez zaw iktar ir-riżultati li qed naraw illum. Il-kuntrast hu evidenti. Gvern li quddiemu sab mhux kriżi waħda, imma tnejn. Bħalma fil-pandemi ja pproteġejna lin-negozji u l-impjiegi permezz ta’ miżu ri bħall-wage supplement, illum quddiem kriżi tal-en erġija għandna Prim Minist ru li għażel li jżomm il-prez zijiet tal-fuel u tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma fissi.

Quddiem kriżi ħafna ikbar minn dik tal-2008, it-tkab bir ekonomiku llum ser ikun ikbar u saħansitra ser ikun fost l-aqwa fl-Unjoni Ewro

U din l-istrateġija ser narawha riflessa fil-Baġit li ser jippreżenta l-Ministru tal-Finanzi għada. Wieħed ġustament jistaqsi però għal xiex il-Gvern qed jagħżel li jimplimenta strateġija bħal din? U fuq kollox x’inhuma l-implikazzjonijiet tagħha? Ir-realtà hemm barra hi waħda diffiċli. Jekk xi ħadd illum jirċievi kont tad-dawl ta’ €100, kieku l-Gvern mhux jissussidja l-prezzijiet, dak ilkont kien jiġih €240.

Dan ifisser li int mingħajr l-għajnuna tal-Gvern, kien ser ikollok anqas flus f’idejk biex tgawdi ħajtek. Fl-istess ħin, in-negozji kien ikollhom aktar spejjeż x’jiffaċċjaw bil-kontijiet ogħla u inqas dħul għax in-nies qed jagħżlu li jonfqu inqas biex ikollhom biżżejjed biex ikopru l-ispejj eż tagħhom.

Dan ifisser li n-negozji ma jibqgħux iktar profittab bli u għaldaqstant tiżdied il-probabbiltà li jagħlqu l-operat tagħhom u jżidu l-qgħad fil-pajjiż. Dan ovvja ment kien jerġa’ joħloq ċiklu ieħor ta’ inqas infiq mill-pub bliku inġenerali li qed jibża’ li jitlef xogħlu. Konna nidħ lu f’ċirku vizzjuż li jgħakkes l-ekonomija u l-ħajja tannies.

Dan hu mument kruċ jali għal pajjiżna fejn jekk ma naħdmux b’għaqal ser inkunu qed naraw il-kisbi et ekonomiċi li għamilna flaħħar snin jisfaxxaw fix-xe jn. Hu ħafna iktar faċli li tkisser milli tibni storja ta’ suċċess. Fl-2008, il-Gvern ma pproteġiex lin-negozji u l-impjiegi u dħalna fi sqaq li domna snin biex noħorġu minnu, għax il-mutur ekono miku mhux bħal mutur tal-karozza, tista’ taqbad u tixegħlu meta trid b’dawra ta’ ċavetta.

na u mill-bidu bdejt naħdem sabiex isir it-titjib meħtieġ fis-sistema. Biex insemmi xi ftit, ġie ffirmat l-ewwel ftehim kollettiv tal-Aġen zija għas-servizzi tal-Qrati, sar pjan strateġiku biex jiġi mmassimizzat l-ispazju li għandna fil-Qorti, se nżidu l-Ġudikatura b’żewġ imħall fin u żewġ maġistrati u qed naħdmu fuq numru kbir ta’ riformi leġiżlattivi.

Ma nistax nagħlaq u ma nsemmix ukoll il-Baġit ta’ nhar it-Tnejn. Dan se jkun Baġit li se jkompli jikkon ferma s-sostenn tal-Gvern li jdawwar l-isfidi f’opportu nitajiet. Se jkun Baġit ieħor bla taxxi, se jkun Baġit ieħor li jagħti serħan il-moħħ lillMaltin u l-Għawdxin fejn jidħ lu l-prezzijiet u l-provvista tal-enerġija u huwa Baġit li bis-saħħa tiegħu l-ekonomija ta’ pajjiżna se tibqa’ tikber.

Aħna Gvern li qatt ma waqaf jisma’ xi jkollhom xi jgħidu n-nies u li dejjem jara x’jista’ jsir biex tkompli titjieb il-kwalità tal-ħajja. Huwa pro prju għalhekk li aħna bqajna niksbu l-fiduċja tan-nies.

Il-mutur ekonomiku jieħu s-snin biex jerġa’ jingrana, u jistrieħ fuq l-investiment tan-negozju li jista’ jasal biss meta negozjant ikun kun fidenti li l-Gvern ser iħares ir-riskju li hu qed jieħu, u jistrieħ fuq l-irġiel u n-nisa fit-triq li jkollhom moħħhom mistrieħ fuq l-impjieg tagħhom u ma jibżgħux ig awdu l-flus li qalgħu permezz ta’ xogħolhom.

Għaldaqstant, din l-is trateġija tal-Gvern mhix waħda li qed tipproteġina mill-kriżi ta’ issa biss. Din l-istabbiltà li ħoloq il-Gvern hi strateġija li qed tħares ’il quddiem. Għal darb’oħra dan ser ikun Baġit bla taxxa. Baġit li qed iħares li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies u jipproteġi l-iktar vulnerabbli b’miżuri bħall-mekkaniżmu addizzjonali mal-COLA.

Ninsab ottimist li dak li ser tisimgħu għada ser jagħtikom aktar serħan il-moħħ li dan ilGvern qiegħed hemm għalik.

23.10.2022 13
Ministru Segretarju Parlamentari CHRIS BONETT

MAL-15,000 PERSUNA TAĦT SEMA MLEWWEN

Għexieren ta’ tajr ta’ kull għamla, kulur u qies żejnu s-sema fuq l-Għarb Għawdex waqt ilħames edizzjoni tal-Wind & Kite Festival fi tmiem il-ġimgħa li għadda. L-avveniment ġibed eluf ta’ Għawdxin, Maltin u turisti, li nġabru fl-inħawi ħdejn il-kappella ta’ San Dimitri, fil-Punent ta’ Għaw dex, fl-Għarb biex tpaxxew bl-ispettaklu sabiħ u interessanti filwaqt li tajru t-tajr tagħhom. L-attività kienet suċċess kbir. Il-festival of fra ħarġa għall-familja fil-kampanja naturali u l-organizzaturi kienu qed jistennew parteċi pazzjoni tajba wara l-edizzjonijiet tas-snin li għaddew u wara l-pandemija.

Is-Sibt wera minn kmieni filgħodu li se jat tendu bosta nies għax il-vetturi bdew deħlin u baqgħu ma qatgħu xejn mid-9:00 sas-18:00. L-istess ġara l-Ħadd. Din is-sena s-Sibt daħlu ’l fuq minn 6,000 karozza filwaqt li l-Ħadd

in-numru qabeż id-9,600 Channel ħadem bi vjaġġi ba d-domanda kbira li kien

Fil-festival ħadu sehem minn madwar 15-il pajjiż, l-Arġentina, l-Ungerija, iċ-Ċina, it-Tajwan, Spanja, ta u Għawdex.

Din il-ħames edizzjoni bża oħra kbira fil-kwalità enormi li mela s-smewwiet.

Fost l-attrazzjonijiet kien dwar it-tajra tradizzjonali. fil-workshops ma ntużax kien fiha disinji li t-tfal intalbu ri provduti ma’ kull tajra għall-istruttura. Il-workshops qabżu d-900 parteċipant.

Il-Ħadd saret kompetizzjoni

23.10.202214

PERSUNA JITPAXXEW MLEWWEN FL-GĦARB

id-9,600 karozza. Il-Gozo vjaġġi bla waqfien minħab kien hemm.

sehem 44 professjonist pajjiż, fosthom l-Italja, il-Ġermanja, l-Olanda, Spanja, Franza u anke Mal

edizzjoni tal-festival rat qa fil-kwalità u fil-kwantità ta’ tajr s-smewwiet. kien hemm workshops tradizzjonali. Għal din is-sena, ntużax plastik, iżda karta li intalbu jiżbgħu bil-kulu tajra u qasab biex jintuża Il-workshops f’dawn il-jumejn parteċipant.

kompetizzjoni miftuħa

għad-dilettanti b’dawk interessati setgħu jap plikaw online. Din is-sena kien hemm żewġ kategoriji taż-żgħar u tal-kbar. Il-punti ngħa taw fuq karatteristiċi artistiċi, oriġinalità, teknika u kostruzzjoni.

Din is-sena kien hemm mill-ġdid is-servizz ta’ Park and Ride shuttle mill-parkeġġ tar-Ra bat sa ħdejn il-kappella ta’ San Dimitri minn triq alternattiva biex ma jimblokkax it-traffi ku.

Il-Wind & Kite Festival kien organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Għarb, bl-appoġġ tal-Ministeru għal Għawdex u d-Direttorat tal-Kultura, fi ħdan l-istess ministeru. Il-Min istru Clint Camilleri wkoll kien preżenti, flim kien mal-familja tiegħu, u kellu kliem ta’ tifħir għall-organizzazzjoni ta’ din l-attività, li llum saret avveniment ewlieni fil-kalendarju Għawdxi.

23.10.2022 15
Ritratti: JOSEPH MERCIECA

STABBILTÀ

li spiċċat tefgħet lil pajjiżna fl-Exces sive Deficit Procedure. Għall-kuntrar ju, f’dawn l-aħħar snin ta’ tmexxija ta’ Gvern Laburista, in-nies ikollhom entużjażmu għall-Baġit għaliex jafu li flok se jeħdilhom, fil-Baġit ikunu kurjużi x’se jieħdu. Baġit ta’ Gvern Laburista sar sinonomu ma’ garanzi ja ta’ Baġit bla taxxi, proġetti kapitali li jitwettqu u jsiru fil-ħin u li jwieżen lill-poplu u jaħseb f’kulħadd partiko larment f’dawk li l-inqas jifilħu.

Meta nħarsu lejn dak li qed jiġri mad war l-Ewropa u saħansitra madwar id-dinja nistgħu naraw biċ-ċar u nik konkludu kemm f’Malta għandna realtà differenti, aktar trankwilla u serħan il-moħħ. Għalkemm pajjiż na mhux qiegħed f’bozza u d-daqqi et ekonomiċi naturalment jinħassu wkoll, hu fatt ukoll li ħafna minn dan il-piż mhux qed jgħaddi fuq il-poplu u fuq in-negozji imma qed jinġarr millGvern. Dan għall-kuntrarju ta’ dak li qed jiġri barra minn xtutna, pajjiżi ġirien tagħna u msieħba magħna flUE. Dan għall-kuntrarju wkoll għal dak li kien jiġri f’pajjiżna taħt Gvernijiet Nazzjonalisti meta mal-ewwel xamma ta’ kriżi ekonomika, kienu jitfgħu l-piż kollu fuq il-poplu u aktar minn hekk jaddottaw politika t’awsterità u ssik kar taċ-ċinturin.

Il-politika li jħaddan u jħaddem Gvern Laburista hija politika li ħadmet u qed tagħti l-frott, frott li ssawwar fi stabbiltà li ġabet magħha ġid ekono miku li ssarraf f’ġid soċjali. Stabbiltà ekonomika ġġib magħha stabbiltà soċ jali, hekk kif il-poplu jkollu garanzija ta’ serħan il-moħħ. Dan ma jiġix waħ du u b’kumbinazzjoni.

Jiġi għax hemm Gvern li jieħu d-deċiżjonijiet, li jinċentiva u jemmen f’dan il-poplu bieżel, fin-negozjant Malti u Għawdxi ħawtiel u din il-fi duċja, il-poplu u n-negozji jsarrfuha f’investiment, f’aktar xogħol u tidwir tar-rota ekonomika. B’hekk, il-Gvern xorta jilħaq il-miri ekonomiċi u fi nanzjarji tiegħu u l-ġid jikber sabiex imbagħad jitqassam b’għaqal u jitgaw da minn kulħadd, b’mod partikolari mill-faxxa t’isfel tas-soċjetà sabiex innies li jinsabu fiha, ikomplu jogħlew ’il fuq u kulħadd ikollu l-istess opportu nitajiet sabiex jirnexxi kif jixraq.

Għada se jitħabbar il-Baġit. Sa 10 snin ilu kulħadd kien ikun imwerwer f’din il-ġurnata meta konna nistennew li se jogħla l-fuel, il-gass u l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma. Aktar minn hekk, taħt Gvern Nazzjonalista ħadd ma kien jieħu l-Baġit bis-serjetà, la l-poplu u lanqas il-Kummissjoni Ewropea nni fisha. Dan għaliex kienu jippreżentaw Baġit xott u mbagħad matul is-sena konna nassistu għal sensiela ta’ taxxi indiretti li jiġu introdotti ħelu ħelu. Il-Kummissjoni Ewropea kienet tis taqsi u titfa’ dubji serji fuq l-eżerċizzju finanzjarju li jkun ippreżenta l-Gvern u l-miri li jkun ippubblika. Tant hu hekk,

Gvern Laburista waqt mumenti ta’ sfida qed jagħti stabbiltà lill-poplu u serħan il-moħħ. Hekk aċċenna l-Prim Ministru Robert Abela l-Ħadd li għadda ġewwa Ħaż-Żebbuġ. Il-Prim Ministru nnota d-differenza bejn is-sentiment ta’ determinazzjoni li qed jimbuttaw l-imsieħba soċjali f’pajjiżna, mad-di skussjoni li għaddejja f’pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea. F’dawn il-pajjiżi qed jirrenjaw l-inċertezza u l-kaos ekonomiku, soċjali u politiku. Biżżejj ed naraw li pajjiżi b’ekonomiji kbar bħar-Renju Unit li fi żmien 45 ġurnata reġgħu spiċċaw bi kriżi politika hekk kif irriżenjat il-Prim Ministru millġdid. Dan kollu jirrifletti f’inċertezzi li jġibu rigress ekonomiku u soċjali fuq il-pajjiż u fuq il-poplu konċernat eventwalment.

F’pajjiżna l-instabbiltà u l-inċertez za jinħassu biss fl-Oppożizzjoni. L-Op pożizzjoni hekk mifnija bi ġlied intern ma tistax tagħti garanzija u serħan il-moħħ lill-poplu li din tista’ toffri gvern alternattiv stabbli. B’Oppożizz joni hekk maqtugħa mir-realtà u med hija fiha nnifisha, mur ġibha qiegħda fil-gvern u qiegħda hemm biex tieħu d-deċiżjonijiet. U għalhekk huwa ak tar ta’ importanza li dan il-Gvern u dan il-partit jibqa’ viċin in-nies, jisma’ linnies u jibqa’ umli.

Fil-fatt, il-Prim Ministru nhar ilĦadd saħaq li quddiem il-ġlied fl-Op pożizzjoni, ir-responsabbiltà fuqu u fuq il-Gvern li jmexxi se tkun ikbar, biex il-pajjiż jiġi dejjem l-ewwel.

Sur Editur, Din il-ġimgħa tant għandi x’ngħidlek, li għandi bżonn suppliment sħiħ. Imma se jkolli ndeffes kollox f’din il-kolonna, m’hemmx x’tagħmel. Bdejna.

Mela Bernard il-Grech iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar qed jiġi jixbah lil Louis il-Galea. Taf għalfejn? Mela ħa ngħidlek jien, Sur Editur. Wieħed jagħżaq fil-politika u l-ieħor li kien bidwi partajm jagħżaq fir-raba’ li kellu l-Fawwara. Kos, x’sar minnu dan il-Galea li kien ippropona li l-partit tagħhom jibdel ismu għal Partit Nazzjonali tal-Poplu? Bleqq!

U għaliex qed jagħżaq il-Grech? Għax iparla minn taħt abtu, biex ma ngħidx kelma oħra, u ħlief jagħżaq ma jagħmilx. X’qal l-għaref Grech? Lil tagħhom qalilhom li għandhom jaħdmu flimkien għallaqwa interess tal-pajjiż mingħajr interessi partiġjani. Iva, tgħid mhux hekk!

Din qalha fl-istess ħin li dak li hemm jerda’ flusna fil-Parlament Ewropew, David l-Għarukaża, instiga dibattitu f’dan il-Parlament dwar l-istat tad-dritt f’Malta, ħames snin wara l-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia, dejjem il-Mulej jaħfrilha dnubietha u jagħtiha l-Glorja tal-Ġenna.

Għax għalhekk jidħol mill-ġiri barra fit-toroq ta’ Brussell u jmur fil-Parlament tal-Ewropa dan l-Għarukaża. Biex joħroġ il-ħdura li għandu kontra pajjiżu, sempliċiment għax hemm Gvern tagħna jmexxih. Imma ma jimpurtax. Jien nemmen f’dik li jgħidulha Karma. F’dan il-każ, li azzjoni ħażina fuq ħaddieħor, iddur u tiġi f’ħoġrok.

U biex ikompli jurina kemm hu bravu daqs pitravu dan l-Għarukaża, din il-ġimgħa qalilna wkoll li fil-każ tas-Sinjura Daphne, dejjem Alla jaħfrilha dnubietha u jagħtiha l-Glorja tal-Ġenna, issa li nqabdu l-assassini tagħha, imiss il-politiċi. U fejn qalu dan? Fil-Parlament tal-Ewropa wkoll. Ara kemm għandu natura ta’ serp velenuż. Kompli ħammeġ lil Malta, Sur Għarukaża. Imma ngħidlek biss din. Kif kien jgħid iz-ziju tal-ewwel għarus li kellha Melda tiegħi, attent minn dak li tixtieq fuq ħaddieħor, għax jiġi f’ħobbok.

Sadanittant, Sur Editur, kompliet l-għajta li lis-Sinjura Daphne, dejjem Alla jaħfrilha dnubietha u jdaħħalha fil-Glorja tal-Ġenna, għandna nagħmlulha monument. Fuq din, Sur Editur, ħa nżomm l-opinjoni tiegħi għalija nnifsi, jekk ma jimpurtax.

Din il-ġimgħa wkoll rajna li l-Qorti ddeċidiet favur ħu Karol l-Aquilina, Robert, tal-għaqda li jsejħu lilhom infushom kultant Repubblika u kultant Occupy Justice, u neħħiet lill-Magistrat, għax dan l-għaref kien qed jagħmel pressjoni. Jien inbaxxi rasi quddiem id-deċiżjonijiet tal-Qorti, Sur Editur, għax dik istituzzjoni tal-pajjiż li għandna nirrispettaw, hux hekk. Qed ngħid dan biss, għaliex issa jiġi dan iż-żikk ta’ Aquilina u meta ma tiġix favorih imur fuq l-għatba talqorti jipprotesta. Għax jaħseb li kollox kif jgħid hu dan, ħaqq l-ożbreċ! Sadanittant, komplew jitilqulu n-nies lil Bernard il-Grech. Basta għandu partit magħqud. Iva magħqud daqs balla xaħam f’taġen fuq fjamma. Iż-żagħżugħ Jordan insejt x’inhuma ż-żewġ kunjomijiet li għandu, irriżenja minn xi żewġ karigi. Għax qal li l-Grech mhux qed jitħalla jaħdem. Skużani Sur Editur, imma jien għalija din jew skuża biex jitlaq, jew m’għandux il-boċċi tal-Boċċa. Imma nsomma. Affarih. Imbagħad kellna l-bravura li għamlu dawk tal-aħbarijiet li jgħidu li huma Ġusti, Preċiżi u Ta’ Min Joqgħod Fuqhom – tan-Njuwsbuk. Madoffi, qas kien għadu għalaq għajnejħ għal dejjem Robert l-Arrigo, Alla jagħtih il-Glorja tal-Ġenna, li ma ħarġux aħbar – “Albert Buttigieg fost it-tliet kandidati elettorali tal-PN li jistgħu jieħdu s-siġġu mbattal tad-Deputat Robert Arrigo”. Imbattal? Siġġu mbattal? Kemm huma tan-nelħ, istja! Ara veru sensittivi dawn tal-aħbarijiet tal-Knisja e! Mhux se noqgħod nidħol f’kemm tawh keded lill-Arrigo, Sur Editur. U kemm beka quddiem l-Assemblea tagħhom. U kemm għamel xogħol imbagħad warrbuh, Sur Editur. Imbagħad kif ħalliena, kulħadd sar kukkudrill bil-biki. Ja qatta ipokriti!

Insomma, ħa mmur nixtri ftit birra u naqra karawett, Sur Editur. Ħa jkolli għal għada għal waqt id-diskors tal-Baġit. Għad-dieħla!

23.10.202216
Il-politika li jħaddan u jħaddem Gvern Laburista hija politika li ħadmet u qed tagħti l-frott, frott li ssawwar fi stabbiltà li ġabet magħha ġid ekonomiku li ssarraf f’ġid soċjali
Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL CATHERINE FENECH

“MUŻIKA MUŻIKA”

QAWWI GĦAT-TIELET EDIZZJONI

Wara biss żewġ edizzjonijiet, Mużika Mużika qed ikompli jistabbilixxi ruħu bħala avveniment prestiġjuż iddedikat għall-kanzunetta Maltija b’organizzazz joni tal-ogħla livell li qatt ma rajna bħal ha f’pajjiżna. Fil-fatt, hekk kif fl-aħħar jiem għalqu l-applikazzjonijiet għattielet edizzjoni tiegħu, Festivals Malta ħabbret ir-rispons qawwi fost l-artisti lokali tant li b’kollox iddaħħlu 149 sot tomissjoni.

It-tim ta’ Festivals Malta issa se jib da l-proċess li jwassal għall-għażla tas-semifinalisti. L-ewwel fażi tikkon sisti f’diversi sessjonijiet ta’ evalwazz joni minn ġurija esperta u wara jint għażlu l-aħjar 40 kanzunetta. Fit-tieni fażi, l-artisti ta’ dawn il-kanzunetti jesebixxu l-kanzunetta tagħhom live akkumpanjati minn backing track qud diem ġurija professjonali, li tkun waħda differenti minn dik tal-fażi ta’ qabel.

Minn dan l-istadju, jgħaddu l-20 kanzunetta li se tipparteċipa fis-semi

finali f’Marzu tal-2023. Il-fażi finali talfestival tkun maqsuma fuq it-tlett ijiem bejn it-23 u l-25 ta’ Marzu li ġej.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici stqarr: “Dan il-festival, li issa daħal sew fil-kalendarju kulturali annwali tagħna, jimliena b’kuraġġ u enerġija kbira biex naraw il-lingwa Mal tija sabiħa tagħna tie ħu postha fiċ-ċentru ta’ Mużika Mużika. Bħala Gvern aħna kommessi li nkomplu naħdmu biex dan il-festival jikber u jin firex ma’ aktar sezzjonijiet tal-poplu tagħna.”

Raymond Bugeja, iċta’ Mużika Mużika, qal li dan il-festival sa mill-bidu nett kellu parteċipazzjoni sabiħa. “Mis-sottomissjonijiet li rċeve jna jidher li l-legat ta’ Mużika Mużika se jkompli jikber. Jiena kuntent ħafna

bl-applikazzjonijiet li rċevejna, issa jib da l-proċess li bih jintgħażlu s-semifi nalisti, żgur li l-għażla mhux se tkun faċ li, għax il-livell dejjem ikompli jogħla!”

“Jidher li kull sena t-taqtigħa fisnali ser tkompli dejjem tiħrax. Ninsab ċert li l-ġurija għandha biċċa xogħol iebsa quddiemha. Nirringrazz ja lil kull min applika għall-fiduċja sħiħa li għandhom lejn il-festi val,” qal id-direttur ar tistiku Paul Abela.

Meta tkellmet dwar l-iġġudikar tal-kanzunet ti fil-fażijiet kollha, il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta, Annabelle Stivala qalet: “Dan hu proċess li neħduh b’serjetà kbira, għax nemmnu li l-proċess tal-għażla għan du jkun wieħed ġust u li jiggarantixxi l-kwalità tal-kanzunetti magħżulin.”

Ikkummenta wkoll Aaron Zahra,

Ċermen ta’ Festivals Malta, li ddeskriva Mużika Mużika bħala “probabbilment l-akbar investiment li seta’ jsir fl-in dustrija tal-mużika Maltija bħala pjat taforma eċċezzjonali lill-artisti Maltin.

Dan hu wieħed minn sensiela ta’ avven imenti li Festivals Malta jħares b’tant ottimiżmu li jorganizza u jagħmel dan permezz tal-ħaddiema kollha tiegħu bl-akbar serjetà u professjonalità biex jippreżenta spettakli tal-ogħla livell lill-poplu Malti u Għawdxi.”

Hu kompla li issa jintensifikaw it-tħej jijiet minn kull aspett, kemm għal dik li tibda minn issa għall-għażla tal-kanzu netti li jridu jgħaddu għall-fażijiet finali, kif ukoll biex jiġi garantit l-akbar spet taklu mużikali li jittella’ f’pajjiżna. “Flaħħar mill-aħħar il-pubbliku Malti hekk sar jistenna minna u minn dan il-festi val u hu xieraq li niċċelebraw il-lingwa tagħna b’dan il-mod,” tenna Zahra.

Aktar tagħrif jinstab fuq is-sit uffiċ jali tal-festival www.muzikamuzika.mt.

23.10.2022 17
B’RISPONS
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

NEĦTIEĠU AKTAR EDUKAZZJONI MILLI TAĦRIĠ

Għall-artiklu tal-lum tkellimt mal-Professur CARMEL BORG, Lettur u Akkademiku fi ħdan il-Fakul tà tal-Edukazzjoni fl-Università ta’ Malta, li bħalissa hu wkoll il-Kap tad-Dipartiment tal-Arti, Komunitajiet Miftuħa u l-Edukazzjoni tal-Adulti. Ilu għalliem mill-1987 u għallem f’kull livell immaġinabbli, mill-Primarja sal-Università u kiseb Baċellerat mill-Università ta’ Malta u wara Dottorat mill-Università ta’ Toronto. Speċjalizza fil-qasam tal-Pedagoġija Kritika u l-Edukazzjoni għall-Ġustizzja Soċjali u għalhekk għandu interess qawwi fl-Edukazzjoni bħala strument għaddemokrazija u l-ġustizzja soċjali.

Hekk kif wieħed jiltaqa’ mal-Professur Borg, mill-ew wel jinduna li ma jemminx li l-edukazzjoni hi innoċen ti u newtrali, iżda għandha wkoll kontenut qawwi politi ku. ‘Politiku’ mhux partiġjan iżda politiku b’‘p’ żgħira. Dik hi l-viżjoni tiegħu ta’ x’inhi l-edukazzjoni. Hi wkoll il-mis toqsija l-kbira li jistaqsi lilu nnifsu, lill-istudenti u nies oħra, li b’mod jew ieħor daħlu f’kuntatt miegħu.

Jiġifieri kemm l-edukazz joni qed isservi lill-persuna; kemm qed isservi lid-demo krazija u kemm qed isservi lill-ekonomija. Skont il-Pro fessur Borg, it-tendenza hi li nabbinaw b’mod esaġerat l-edukazzjoni mal-ekonomi ja u ninsew li għandha sservi wkoll lill-bniedem, lill-per suna u lid-demokrazija. Din hi waħda mill-aġendi tiegħu; li kemm jista’ jkun ifakkar lin-nies li l-edukazzjoni mhix qiegħda hemm biss biex isser vi lill-ekonomija, iżda wkoll biex isservi lill-bniedem u lid-demokrazija.

Din hi ġlieda enormi, li l-Professur ilu għaddej biha kemm lokalment kif ukoll in ternazzjonalment, għax sfor tunatament, globalment, an ke meta taqra d-dokumenti, pereżempju, tal-Unjoni Ewro pea u tal-OECD tara abbinazz joni esaġerata bejn l-edukazz joni u l-ekonomija.

Issa meta tgħaqqad dawn iż-żewġ affarijiet flimkien b’mod esaġerat, ma nibqgħux nitkellmu fuq edukazzjoni, iżda fuq taħriġ; bl-Ingliż train ing u mhux education. Għal hekk, aktar ma ninsistu li l-edukazzjoni għandha sservi lill-ekonomija, inqas se nit kellmu fuq edukazzjoni u iktar fuq taħriġ. U din hi l-isfida ew lenija li għandna kemm loka

lment u internazzjonalment.

Irridu naraw kif se nreġġgħu lura u nirkupraw il-kunċett tal-edukazzjoni, għax bil-mod il-mod tlifnieh u morna iktar għat-taħriġ (training), li hu element qawwi vokazzjonali milli edukazzjoni.

Nuqqas ta’ edukazzjoni

Meta wieħed jagħmel hekk, l-isfortuna li se jara, se jara ha across the board, inkluż fl-istituzzjoni li fiha jgħallem Profs Borg, għax meta jilt aqa’ mal-istudenti, jinduna li hemm ċerti nuqqasijiet bażiċi. Dan minħabba li għal snin twal, l-istudenti ngħataw ak tar taħriġ milli edukazzjoni.

U waslu fl-Università bħala nies imħarrġa iżda mhux edu kati – li hi t-traġedja li għand na llum. Dan hu fenomenu internazzjonali li jissarraf fluġigħ li għandu Profs Borg, li għax ma jaqtax qalbu jibqa’ għaddej biex forsi finalment naslu f’punt li nifhmu kemm hu important li nirritornaw għall-edukazzjoni. Mhux biex nabbandunaw it-taħriġ, għax l-element ekonomiku jrid jibqa’ hemm.

Naraw ukoll li minkejja l-investiment kbir li għamel

pajjiżna fl-edukazzjoni, xor ta għad għandna persentaġġ mhux aċċettabbli ta’ tfal li joħorġu mis-sistema obbliga torja mingħajr il-ħiliet bażiċi. Dawn il-ħiliet bażiċi jkopru l-litteriżmu bażiku u meta dak li jkun ma jkollux dawn il-ħiliet, se jsofri mix-xjenza, mill-matematika u mis-suġ ġetti l-oħrajn, li għalkemm mgħallmin fl-iskola, qed joħorġu mingħajrhom. U meta jkun analizzat min ikunu dawn it-tfal, kważi inevitab bilment issibhom tfal ta’ ulied il-ħaddiema, li ġejjin minn sfond soċjalment baxx.

Il-Professur Borg jisħaq li persuna li ġejja mill-ġustizzja soċjali, mhix kuntenta tgħid li l-Istat Malti u Gvernijiet dif ferenti Maltin, fetħu l-bibien kollha, għax illum, prattika ment l-edukazzjoni hi bla ħlas, min-nieqa sal-qabar. Jiġifieri dik diġà hi milestone impor tanti fit-triq għall-ġustizzja soċjali, u ovvjament ifaħħar lil kull min ta sehmu biex għand na sistema edukattiva li fetħet dan it-tip ta’ bieb.

Iżda min bħalu hu mnebbaħ mill-ġustizzja soċjali, mhux kuntent biss li jiftaħ il-bibi en, iżda li jara li fi tmiem ilvjaġġ, almenu obbligatorju,

kull min daħal hemmhekk, ikollu l-ħiliet bażiċi biex ikom pli bil-vjaġġ edukattiv tiegħu. Minkejja l-infiq li nonfqu, li hu aċċettabbli għall-GDP tagħ na, xorta mhux jirnexxilna almenu niggarantixxu ħiliet bażiċi għal kulħadd.

Għandna idea ċara ta’ min huma dawn it-tfal, li soċjolo ġikament ġejjin minn sfond partikulari u din hi weġgħa kbira għall-Professur Borg, li ma jimpurtahx li jiftaħ il-bieb biss, iżda li jara li kull tifel u tifla, bi dritt u mhux b’karità, joħorġu mill-iskola bil-ħiliet bażiċi biex ikomplu.

Il-pandemija tal-Covid Issa l-pandemija tal-Covid in fettat klassijiet u saffi soċjali differenti, iżda meta nidħlu fl-edukazzjoni, laqtet l-iktar lil dawk li kienu diġà milqu ta l-aktar minn qabel il-pan demija. Jiġifieri kompliet tgħakkes lil dawk it-tfal u familji li diġà kellhom proble ma.

Terġa’ r-responsabbiltajiet f’dawk is-sentejn, parzjal ment ġrew mill-iskola għallfamilja u stajna nindunaw kemm hemm familji li ma jistgħux jgħinu lil uliedhom,

għax huma stess huma limita ti, u kemm dawn it-tfal huma dipendenti fuq is-sistema edukattiva.

Il-Covid urietna wkoll li skejjel differenti rreaġixxew f’livelli differenti mal-istu denti tagħhom. Allura ħarġu n-nuqqasijiet li l-iskejjel ma setgħux jindirizzaw bis-ser jetà l-ħtiġiet tat-tfal.

Naraw għalhekk li għandna qasma soċjali fil-pajjiż, li tirri fletti ruħha fil-kapital kultur ali tal-ġenituri u fir-riżultati miksuba. Il-Covid uriet bil-fat ti li l-iskejjel Maltin mhux kollha huma ppreparati biex jindirizzaw in-nuqqasijiet li għandna fl-isfond soċjali tal-familja. Meta jingħaqdu l-isfond tal-familja u l-livelli differenti ta’ servizz li jippro vdu skejjel differenti, jinstab għaliex minkejja l-investi ment kollu li għamlu gverni jiet differenti, xorta għand na riżultati li għall-ġustizzja soċjali jistgħu jitqiesu mhux aċċettabbli.

Tnaqqis bejn il-klassijiet soċjali

Il-pandemija ma stajniex noħorġu minnha, iżda meta tfittex issib pajjiżi fejn id-dif ferenza fil-kisba tas-suċċess (l-achievement) tat-tfal bejn il-klassijiet soċjali għadha hemm, iżda rqiqa ħafna.

Tfisser li d-differenzi li qed nitkellmu fuqhom, mhumi ex naturali, jew li nistgħu nattribwixxuhom lill-persu na bħal traskurata; ma tridx taf; jew familja ma tridx taf. Hemm ħafna familji tajbin li jridu s-suċċess għal ulied hom iżda mhumiex fil-qagħ da li jgħinuhom. Allura l-Istat ġust irid jara li jindirizza dawn in-nuqqasijiet, kif għam lu numru ta’ pajjiżi oħrajn

23.10.202218
Hemm konnessjoni kbira bejn edukazzjoni ġusta u soċjetà ġusta u fejn ikun hemm qasmiet fis-suċċess skolastiku tat-tfal, is-sistema edukattiva tibqa’ inġusta

fl-Ewropa.

Qasma soċjali dejjem se jkun hemm u l-ħila tal-Istat hi, li kemm jista’ jkun inaqqa sha. L-istess qasmiet mhu miex funzjoni biss tal-edu kazzjoni, iżda huma funzjoni ta’ aspetti oħrajn tal-Istat: politika ekonomika, soċjali, fiskali, kulturali eċċ... Għax jekk hemm familja li qed tba ti biex tqiegħed il-bukkun fuq il-mejda, li hi familja f’qagħ da prekarja, l-edukazzjoni ma titqiesx bħala prijorità.

U allura, Stat ġust mhux biss irid jindokra u jara li s-sistema qed tirrendi biex jagħlaq dan il-vojt bejn il-klassijiet soċjali, iżda jrid jara li l-familji tagħ na huma mwennsin biżżejjed, biex imbagħad, moħħhom imur fl-edukazzjoni tal-ulied. Jekk ma jsirx dan, l-edukazz joni taf ma tibqax il-prijorità tal-familja. U hemm konness joni kbira bejn edukazzjoni ġusta u soċjetà ġusta, u fejn hemm ikun hemm dawn il-qa smiet fis-suċċess skolastiku tat-tfal, is-sistema edukatti va tibqa’ inġusta. Hemm ukoll possibbiltà li meta tħaffer, jinstab li hemm ukoll soċjetà mhix ġusta biżżejjed, minkejja l-investimenti li saru.

Fil-Finlandja naraw li dawn iż-żewġ elementi jimxu id f’id. Jekk wieħed irid edukazzjoni ġusta, allura jrid jassigura soċjetà ġusta. U dak li għamlet il-Finlandja hu investiment ta’ 40 sena biex żgurat li jkollha tabilħaqq soċjetà fejn in-nies l-ewwel jiffukaw fuq l-eduka zzjoni, imbagħad edukazzjoni stellari, li int min int u int bin min int, għandek il-garanzija tal-Istat li se jieħu ħsiebek u jassigurak li toħroġ mis-siste ma edukattiva tal-inqas bilħiliet bażiċi.

Il-Profs Borg qalli li strutturi u mekkaniżmi biex nirkupraw kemm jista’ jkun milli l-istu denti jaħarbluna mingħajr ilħiliet, għandna, iżda minkejja dan, is-sistema obbligatorja mhix qed tirrendi biżżejjed.

Imbagħad għandna l-kunt est xejn stabbli fil-familja, fejn insibu għadd ta’ sitwazz jonijiet xejn sbieħ. It-tens joni fil-familja taf tħarbat issuċċess tat-tfal, għax l-istat emozzjonali tal-familja hu kruċjali. Irid jingħad ukoll li l-fatt li t-tfal ikunu ġejjin minn familji umli, mhix kundanna, sakemm il-ġenituri joffru am bjent stabbli, interess ġenwin fl-edukazzjoni tat-tfal u għar fien ta’ x’servizzi bla ħlas jeżis tu biex jikkumpensaw għannuqqas ta’ kapital ekonomiku tal-familja.

Id-dinja postpandemika

Waħda mill-affarijiet li jid diżappuntaw lil Profs Borg, kemm mill-Istat u fuqna in ġenerali hi li filwaqt li kienet għaddejja l-pandemija, moħħna kien kif se mmorru

lura għall-2019. Mela flok ma pajjiżna kien qed jaħseb u jip proġetta għal quddiem u jip prova jara x’se jkunu l-isfidi – għax se jkollna sfidi kbar – u l-edukazzjoni jrid jaddattaha biex tindirizza dawn l-isfidi, id-diskussjoni fuq l-eduka zzjoni fl-era postpandemika kienet dgħajfa u bqajna naraw l-2019 bħala s-sena mudell.

Issa żgur li kellna intensi fikazzjoni tal-użu teknoloġiku, u jekk irridu nkunu pożittivi, kellna ħafna nies li ħakmu t-teknoloġija, grazzi għallbżonn immedjat li ħolqot ilCovid. Iżda issa, li qed naħsbu li l-pandemija għaddiet, dan l-għerf kollu maħżun, li akk wistajna bħala pajjiż, x’qegħ din nagħmlu bih?

Is-sistema edukattiva mar ret lura għall-2019 wara li akk wistat tant ħiliet teknoloġiċi? U rridu naħsbu sew fuqha għax id-dinja hi ferm iktar te knoloġika milli kienet sentejn ilu. Anke n-natura tax-xogħol qed tinbidel drastikament, u jekk ma noqogħdux attenti, partita minna se jsiru obso lete f’din id-dinja. Mela din hi diskussjoni immedjata: kif se nindirizzaw is-sistema edu kattiva biex bis-serjetà, nap profittaw ruħna minn dak li akkwistajna f’dawn l-aħħar sentejn u tkompli tikber te knoloġikament biex iċ-ċitta dini jkunu tassew produttivi f’sistema teknoloġika?

Se jkollna dinja multiloka li, fejn l-idea li tibqa’ statiku ħajtek kollha spiċċat diġà. Naraw li bniedem jista’ jkun

qed jaħdem mid-dar bit-te knoloġija, u għalkemm jibqa’ statiku, moħħu qed jimxi minn pajjiż għall-ieħor.

Allura se ndaħħlu t-tielet dimensjoni: dinja ħafna ik tar multikulturali milli qatt kienet. Mela ngħidu x’ngħidu, il-moviment tal-bniedem se jikber u ovvjament jikber ukoll il-kuntatt ma’ kulturi oħrajn. Mela sfida ewlenija li għandha s-sistema edukattiva, ta’ issa u tal-futur, hi kif se niffurmaw nies li kapaċi jgħixu ta’ nies ma’ nies differenti minnhom.

Jiġifieri naċċettaw jew ma naċċettawx il-multi kulturaliżmu f’moħħna, hu fenomenu li se jikber. L-Ewro

pa weħidha, mingħajr l-im migrazzjoni, ovvjament se tisfaxxa ekonomikament.

Għax il-mobbiltà, il-movi ment u l-kuntatt tal-bnied em kulturalment, se jikber u jistagħna. B’hekk is-sistema edukattiva bilfors trid tgħin u tifforma lin-nies f’din id-dinja, aktar u aktar kulturali.

Ladarba jiġri dan, se jkollna dinja aktar multilingwali. Mela l-lingwi se jkunu temi ċentrali fis-sistema edukattiva tal-lum u aktar u aktar tal-futur. Dan hu fenomenu li qed ibeżżagħ na anke lokalment, għax ittagħlim tal-lingwi naqas u naqas bil-goff fis-sistema obbligatorja tagħna. Ironika

ment imbagħad, meta niġu għall-edukazzjoni tal-adulti, il-lingwi jisplodu mill-ġdid.

Il-ħmerija hi, li dawn id-di battiti tant kruċjali għas-siste ma edukattiva inġenerali (eż. x’soċjetà għandna, x’soċjetà rridu, kif l-edukazzjoni tista’ tgħinna ngħixu b’mod etiku ma’ xulxin u mal-ambjent, kif nistgħu niżviluppaw ċittadi nanza aktar morali u ekwa) mhux qed isiru.

U meta f’pajjiżna nitkellmu fuq l-edukazzjoni, spiċċajna nisimgħu fuq ħwejjeġ ferm anqas profondi, għalkemm importanti, bħal lockers, tracksuits, uniformijiet u fuq xi binja ġdida xi mkien.

23.10.2022 19

IT-TISĦIĦ TAR-RELAZZJONIJIET KULTURALI INTERNAZZJONALI

Aktar kmieni din is-sena, għadha kif ġiet imnedija l-Is trateġija2025 għas-settur kulturali u kreattiv. Din l-is trateġija hija parti mill-ħid ma intensiva tal-Kunsill Malti għall-Arti, entità nazzjonali għolja li għandha bħala viż joni li l-arti u l-kultura jkunu fil-qalba tal-futur tagħna. Hemm bosta fergħat li l-Kun sill Malti għall-Arti jindirizza u jaħdem fuqhom, li huma wkoll parti mil-linji gwida tal-Kunsill.

Fost dawn il-fergħat, insibu l-oqsma strateġiċi tiegħu, li jinkludu l-investiment pubbli ku, id-diversità u l-komunita jiet, l-edukazzjoni u l-iżvilupp, l-intraprenditorija kreattiva, ir-riċerka u l-evalwazzjoni, u l-internazzjonalizzazzjoni.

Filwaqt li x-xogħol f’dawn l-oqsma huwa għaddej ilħin kollu, attwalment għad hom kif ġew imnedija bos ta proġetti li għandhom x’jaqsmu mal-internazzjonal izzazzjoni fis-settur kulturali u kreattiv, hekk kif il-Kunsill għandu l-għan li jkompli dejj em ikabbar il-profil tal-artisti u l-kreattivi lokali.

“L-internazzjonalizzazz joni hija pilastru ewlieni għax-xogħol li jagħmel il-Kun sill Malti għall-Arti. Ix-xogħol tal-artisti u l-kreattivi tagħna huwa versatili hekk kif inhu muri fi proġetti ta’ skala in ternazzjonali. F’dawn l-aħħar s-snin rajna li ma nibqgħux insulari, u proġetti bħal dawn u aktar huma turija ta’ dan.” Dan qalu Albert Marshall, Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti.

Reċentement, il-KMA għa du kif ħabbar il-proġett li bih Malta se tkun qiegħda tip parteċipa fil-London Design Biennale għall-ewwel darba. Bl-isem Urban Fabric, dan ilproġett huwa installazzjoni fuq skala kbira bbażata fuq riċerka kuntestwali u apprez zament b’għeruq fondi talbżonn għal disinn sostenib bli, u huwa maħluq permezz ta’ fużjoni ta’ arti, arkitettura u disinn innovattiv. Dan ilproġett se jittella’ għar-raba’ edizzjoni tal-London Design Biennale, f’Ġunju 2023.

Il-proġett jirrikontestwal izza l-qalba tar-raħal Malti tradizzjonali u jgħaqqad

żewġ elementi separati – l-ip pjanar tal-belt tradizzjonali u t-tradizzjoni Feniċi-Malt ija tal-produzzjoni tat-tes sut u ż-żebgħa tiegħu. Din l-installazzjoni hija skont l-etos tar-riċiklar u l-kux jenza ekoloġika tal-artisti u tuża bħala s-sors tagħha, dokumentazzjoni mater jali dwar kif il-Feniċi kienu jiżbgħu l-ħwejjeġ tas-suf u l-għażel tagħhom billi jużaw (l-aktar) żewġ tipi ta’ speċi ta’ bebbux tal-baħar li huma komuni max-xtut Mediter ranji – il-Murex trunculus u l-Murex brandaris. Din l-in stallazzjoni hija bbażata fuq metodi ekoloġiċi bħala alter nattiva għal prattiċi qodma. Din ir-riċerka saret fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta, fejn it-tim ittraċċa mill-ġdid il-passi talFeniċi, esperjenza t-tessut fin u l-artefatti ta’ dak iż-żmien u uża din l-esperjenza bħala l-pedament tal-installazzjoni.

Open Square, huwa t-tim ta’ wara dan il-proġett, li jik konsisti minn Luke Azzopar di, Trevor Borg, Matthew Jo seph Casha u Alessia Deguara,

bl-għajnuna ta’ Ramona De pares u Gilbert Micallef.

Mary Ann Cauchi, Diret tur tal-Fondi u l-Istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Ar ti qalet: “Dan kollu jifforma parti mill-implimentazzjoni tal-Istrateġija2025, u għandu x’jaqsam mal-prinċipji gwida tal-KMA, fejn irridu nrawmu s-sinerġiji minn setturi differ enti fuq livelli internazzjonali, u nibnu u nsaħħu sħab, kol laborazzjonijiet u netwerks internazzjonali biex inżidu l-opportunitajiet għall-artis ti u prattikanti, lil hinn minn xtutna.”

Apparti l-London Design Biennale, il-Kunsill Malti għall-Arti jikkummissjo na wkoll il-proġett li jittella’ għall-Biennale di Venezia, li għaddej bħalissa, b’din l-ediz zjoni – li hi l-59 edizzjoni tiegħu - tagħlaq fis-27 ta’ No vembru 2022. Din hija t-tielet edizzjoni konsekuttiva li bħa la pajjiż qegħdin nipparteċi paw fiha, fejn il-Padiljun Malti għandu l-proġett Diplomazija Astuta kkurata minn Keith Sciberras u Jeffrey Uslip, bis-sehem tal-artisti Arcan

gelo Sassolino u Giuseppe Schembri Bonaci, kif ukoll il-kompożitur Brian Schem bri.

Imnebbħa mill-pittura talQtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann ta’ Caravaggio, din l-installa zzjoni immersiva twasslilna narrattiva biblika fil-preżent, b’tali mod li tqanqal lill-ud jenza biex taqsam minn spaz ju fejn it-traġedja u l-brutalità tal-eżekuzzjoni ta’ San Ġwann tiġi esperjenzata fil-preżent, l-inġustizzji tal-passat jiġu rikonċiljati, u l-prinċipji uma nisti komuni kkonfermati għall-futur.

Din l-installazzjoni tqattar xita tal-azzar imdewweb li taqa’ minn struttura mdend la għal ġo seba’ vaski mimlija bl-ilma, li kull waħda minnha tirrappreżenta suġġett fil-pit tura li nebbħet il-proġett. Hekk kif l-azzar imdewweb imiss mal-ilma dawn jiffur maw fi blalen żgħar. Ix-xi ta għandha wkoll ir-ritmu tagħha, b’silta perkussiva maħluqa apposta, ibbażata fuq kant Gregorjan, filwaqt li l-inċiżjonijiet ta’ Giuseppe Schembri Bonaci fl-installazz

23.10.202220

joni nnifisha li tinsab proprju fid-daħla qabel il-vaski, tip proponi ingwent formidabbli li jintegra għarfien lil hinn u fil-limiti tal-fehim tagħna.

Biex ikompli jsaħħaħ is-sinerġija kollaborattiva tiegħu fuq livell internazzjon ali, il-Kunsill Malti għall-Arti għandu wkoll l-għan li jiżvi luppa bażi t’għarfien kom prensiva fl-evalwazzjoni tal-infrastruttura kulturali u r-riċerka transsettorjali. Għal dan il-għan, il-KMA jif forma parti mill-Kompend ju tal-Politiki u Xejriet Kul turali, database online li fiha hemm profili, statistiċi u riżorsi ta’ pajjiżi. L-aspett lokali tal-Kompendju huwa mmaniġġjat mill-Kunsill Malti għall-Arti, fejn il-profil tagħna jiġi aġġornat b’mod kostanti għal fini ta’ riċerka. Dan għaliex il-Kunsill għandu wkoll l-għan li jagħmel riċer ka fis-settur, għalhekk huwa l-għażla naturali biex jieħu ħsieb biċċa xogħol bħal din.

“Dan in-netwerk ta’ riċer katuri fil-politika kulturali u d-database li jiddokumenta dak li qed jiġri f’pajjiżi differ enti fejn tidħol politika kul turali qegħdin jgħinu sabiex ikun hemm skambju ta’ għar fien u data u qiegħed jgħin na nkomplu nimplimentaw l-azzjonijiet tal-Istrateġi ja2025 fejn qegħdin insaħħu r-riċerka fis-settur anki fuq livell internazzjonali.” Dan

qalu Adrian Debattista, Kap għall-Istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti.

Bħala parti mill-ħidma ta’ netwerks u pjattaformi inter nazzjonali biex inżidu r-rap preżentanza globali tagħna f’netwerks internazzjonali permezz ta’ entitajiet rap preżentattivi, il-Kunsill Malti għall-Arti kien strument importanti biex titwaqqaf il-EUNIC Malta cluster. L-Is tituti Nazzjonali tal-Kultura tal-Unjoni Ewropea (EUNIC) huma n-netwerk Ewropea ta’ organizzazzjonijiet invo luti f’relazzjonijiet kultur ali. Flimkien mal-imsieħba, dan in-netwerk jagħti ħajja lill-kollaborazzjoni kultura li Ewropea f’aktar minn 100 pajjiż fid-dinja, b’netwerk ta’

136 cluster.

F’Ottubru 2022 fi Spaz ju Kreattiv, il-Malta Cluster tellgħet festival tal-films im sejjaħ il-“European National Institutes of Culture (EU NIC) 2022.” Il-Kunsill Malti għall-Arti, b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ, ta l-appoġġ tiegħu bil-parteċi pazzjoni ta’ seba’ films qos ra fil-EUNIC Film Festival, bit-tema tas-sostenibbiltà, films li kollha ġew prodot ti minn żgħażagħ Maltin, hekk kif is-sena 2022 hija wkoll is-Sena Ewropea għażŻgħażagħ.

Dan il-festival ra s-sehem ukoll tal-ambaxxati tal-Aw strija, ta’ Franza, tal-Ġer manja, tal-Italja, tal-Polon ja, ta’ Spanja, tar-Renju Unit

u tar-Repubblika Ċeka, kif ukoll l-Alliance Française de Malte-Méditerranée, u r-Rap preżentazzjoni tal-Kummiss joni Ewropea f’Malta.

“Meta artisti jivvjaġġaw lejn pajjiżi oħra u jaħdmu fuq proġetti kulturali ma’ artisti internazzjonali oħra b’mod kollaborattiv, huma jiġu es posti għal skambju ta’ ideat, tradizzjonijiet, sfondi kultur ali u emozzjonijiet, li permezz tagħhom ikunu jistgħu jik kontribwixxu għal futur ak tar magħqud u diversifikat.” Qalet dan Romina Delia, Eże kuttiv għall-Internazzjonal izzazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti.

Bħala avvenimenti oħra internazzjonali tal-EUNIC li l-Kunsill Malti għall-Arti

qiegħed jipparteċipa fihom hemm ukoll żewġ festivals letterarji fuq livell internaz zjonali, fejn Rachelle Deguara se tkun qiegħda tipparteċi pa f’Poetry Slam, organizzat mid-Delegazzjoni tal-UE fi Strasburgu, bi sħab ma’ EU NIC u l-Kunsill tal-Ewropa, ukoll bħala parti mill-qa fas tas-Sena Ewropea għażŻgħażagħ u tal-Forum Dinji fuq id-Demokrazija, fejn in ħeġġu ż-żgħażagħ jaħsbu fuq id-demokrazija Ewropea.

Huwa l-għan tagħna bħala KMA, kif ukoll bħala membri tal-EUNIC, li nintroduċu artis ti u poeti żgħażagħ lil udjenzi ġodda. F’din il-ħarifa wkoll, Adrian Grima se jkun qiegħed jipparteċipa f’lejla letterar ja organizzata mill-EUNIC Vienna Cluster, fejn se jkun qiegħed jaqra l-poeżiji tiegħu ma’ poeti oħra minn madwar l-Unjoni Ewropea.

Imnebbħa mill-pittura tal-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann ta’ Caravaggio, din l-installazzjoni immersiva twasslilna narrattiva biblika fil-preżent, b’tali mod li tqanqal lill-udjenza biex taqsam minn spazju fejn it-traġedja u l-brutalità tal-eżekuzzjoni ta’ San Ġwann tiġi esperjenzata fil-preżent, l-inġustizzji tal-passat jiġu rikonċiljati, u l-prinċipji umanisti komuni kkonfermati għall-futur

Bil-ħidma sfiqa tiegħu, il-Kunsill Malti għall-Arti qiegħed b’mod kostanti jind irizza u jimplimenta l-viżjoni tiegħu għall-internazzjonal izzazzjoni fis-settur. Permezz ta’ inizjattivi ta’ din ix-xor ta, u aktar, qegħdin noħolqu relazzjonijiet kulturali inter nazzjonali aktar b’saħħith om, biex inkomplu naħsbu fit-tul għall-iżvilupp tas-set tur, b’mod li nimirħu f’op portunitajiet internazzjonali ġodda bi frott ta’ kollaborazz jonijiet, sħubiji u skambji.

23.10.2022 21

MAURIZIO BANAVAGE

JINTERESSAH IR-RETRO GAMING U JĠEMMA’ KOMPJUTERS ANTIKI

Dan l-aħħar sirt naf b’persu na li t-teknoloġija u speċjal ment il-kompjuters dejjem kienu l-passjoni tiegħu minn mindu kellu ħames snin. Illum jinteressah ir-retro gaming u jġemma’ l-komp juters antiki. Qed nirreferi għal Maurizio Banavage.

Għandu 49 sena u jaħdem fl-informatika. Għandu ħaf na passatempi bħall-fo tografija u x-xjenza, imma l-iktar wieħed li jħobb huwa r-retro gaming u jġemma’ l-kompjuters antiki.

Jiddeskrivi lilu nnifsu bħa la bniedem attiv ħafna u li ma jħobbx jaħli ħin minn ħa jtu. Fejn jista’ jgħin u jmidd idejh u jekk jista’ jitgħallem xi ħaġa ġdida, jidħol għa liha. Ma jafx jgħid le u ma jaqtax qalbu, fis-sens li jekk xi ħadd jaf jagħmel xi ħaġa, mela kapaċi jagħmilha huwa wkoll. Idejquh ħafna l-inġus tizzji u f’xogħlu jagħmel ħil tu biex iħalli aħjar milli sab.

Fundatur tal-Vintage Computer Club Malta

Maurizio huwa fil-fatt il-fun datur tal-Vintage Computer Club Malta. Ħallejt f’idejh sa

biex jelabora. “Għalkemm ilklabb huwa virtwali, issa ilna iktar minn 20 sena. Għand na post ġewwa Ħ’Attard fejn niltaqgħu s-Sibt u norganiz zaw reunions fejn wieħed jista’ jirranġa l-kompjuter tiegħu antik u anki jiddiskuti xi problemi li jkollu. L-għan ewlieni huwa li nippriser vaw it-teknoloġija antika u l-ġenerazzjonijiet futuri jkollhom opportunità tajba biex jaraw minn fejn beda kollox. L-irwol sekondarju huwa li bis-saħħa tal-klabb jekk ikun hemm xi studenti li juru talent għall-informa tika inħeġġuhom jieħdu dik il-karriera.”

Kompla jgħidli li bħalis sa qegħdin xi 800 membru li minnhom hemm xi 200 Malti. Hemm xi 150 li huma attivi u jiġu ta’ spiss il-klabb.

“Ngħidlek id-dritt il-pan demija waqqfitna ftit, imma issa qed nerġgħu nibdew niltaqgħu u kif inkunu rġajna ġejna fuq saqajna nerġgħu nibdew norganizzaw u nat tendu l-avvenimenti.”

Mistoqsi kif ġietu l-ħajra li jibda jġemma’ kompjuters antiki, kemm għandu b’kol lox u fejn iżommhom, weġib

ni: “Kien proġett tal--is kola fejn l-għalliem tal-computer science kien qabbadna nagħmlu riċerka minn fejn bdiet it-teknoloġija tal-kompjuters. Wara dan ilproġett u l-wirja li kellna ma ħassejtx li dawn l-affarijiet għandhom jintremew u żam mejthom. Minn hemm bdiet il-kollezzjoni u llum għandi ’l fuq minn 1000 kompjuter li jmorru lura għas-snin 60 sal-mainframes li kienu jin tużaw fis-snin 80 u 90.”

Kompla jgħidli li 95% tal-kompjuters li għandu jif funzjonaw. Il-5% huma dawk li ma jistax isib parts għali hom. “Insewwihom u nieħu ħsiebhom kollha jien. Dawk tas-snin 60 u 70, peress li hija teknoloġija primittiva ħafna u kienu jużaw partiji et komuni, huma iktar faċli biex issib il-parti difettuża fis-suq. Il-moderni huma iktar kumplessi u kienu jinbnew minn kumpaniji li jużaw parts li kienu mfasslin fuq dettalji preċiżi li kienet tagħti l-fabbrika. B’hekk ilparts huma iktar diffiċli biex issibhom.”

Kurżità dwar Maurizio hija li fl-aħħar tas-sena dejjem

jagħmel evalwazzjoni ta’ xi jkun għamel u x’tgħallem ġdid. Jekk jara li ma nbidel xejn mis-sena ta’ qabel, if isser li jkun ħela sena minn ħajtu. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora. “Jiena ngħidilha l-10 punti tal-bidla għal dik is-sena. Li nagħmel huwa nikteb 10 punti li nixtieq jew li qed idejquni u nagħmel mezz li f’dik is-sena nwet taqhom. Pereżempju sena minnhom ridt naqta’ s-siga retti, navvanza iktar fil-kar riera tiegħi billi nġib xi kwal ifiki ġodda u li jkolli iktar ħin għat-tfal tiegħi speċjalment fil-vaganzi. Jekk ma nilħaqx tal-inqas 40% tal-miri, għali ja nkun ħlejt sena. Għas-se na d-dieħla pereżempju nix tieq li nerġa’ niffoka iktar fuq il-volontarjat u nagħti sehmi iktar fil-grupp tal-iscouts.

Dawn huma l-miri li nagħmel kull sena u huma mezz għali ja biex inkun għamilt dmiri fis-soċjetà u bidla f’ħajti.”

Kull ħaġa teknoloġika li ġiet ivvintata hemm ħsieb warajha

Fuq nota personali, nifta kar il-kompjuters ta’ tfuliti

– Spectrum u Amiga. Smajt li għad hawn min jużahom u jilgħab xi logħob, u saħansi tra għadek issib tixtri logħob tagħhom. Ħallejt f’idejh sa biex jelabora dwar dan, meta tqis li llum it-teknoloġi ja avvanzat speċjalment bil-playstations bi grafiċi sbieħ u kważi reali. “Iva, kif diġà semmejt hawn ħafna għadhom jilagħbu b’dawn il-kompjuters tat-tfulija u wkoll jużaw it-teknoloġija tal-lum biex il-programmi u l-logħob antiki jiġu maħżun in f’sistemi moderni u jidħ lu f’dawn is-sistemi antiki mal-ewwel u mhux iddum seklu biex tuża l-cassettes jew floppy disks bħal dak iżżmien.

Is-sabiħ tagħha huwa l-grafiċi primittivi u l-kum plessità tal-logħba. Illum kollox ħafif u logħba tkun qisha film u peress li hemm qisha kontinwazzjoni u in telliġenza artifiċjali, il-logħ ba hija differenti kull darba. Tal-1980 u tal-1990 kienu differenti għax mhux ħiliet biss ridt imma anke ċerta abilità li tiftakar x’se jiġri u b’hekk tirbaħ il-logħba. Il-logħob huwa eżempju ta’

23.10.202222

dan il-passatemp. Jiena iktar nieħu pjaċir li nirranġahom u nerġa’ nagħtihom il-ħajja biex ħaddieħor japprezza l-karatteristiċi u l-ħsieb ta’ warajhom.”

Kollox ma’ kollox, il-komp juters tal-lum huma kom patti u fiċ-ċokon għandek memorja kbira ħafna, bil-maqlub tal-kompjuters ta’ qabel – kobor u spaz ji kbar u memorja żgħira. “Eżatt, il-bażi hemm qiegħ da. Li hemm differenti hija l-kumplessità tagħhom. Bħalissa ninsabu fil-ħames ġenerazzjoni tal-kompjuters fejn għalkemm l-ewwel ġen erazzjoni kienet bil-valvijiet, għadna bl-istess bażi.

L-avvanz li għamilna llum huwa kbir, imma għadna mwaħħlin mal-istess bażi. Naħseb li s-soluzzjoni ser insibuha fil-Quantum Com puters u n-Nano technology tista’ tkun qabża importanti għall-umanità.”

Kompla jgħidli li kull ħaġa teknoloġika li ġiet ivvintata hemm ħsieb warajha u bil li Maurizio huwa bniedem li jħobb it-teknoloġija, meta jiġi xi gadget ġdid f’idejh ikun irid jifhem il-kunċett u

l-ħsieb warajh biex jifhem kif jaħdem eżattament. “Iktar u iktar meta jiġi xi oġġett ma jaħdimx inkun irrid inkun naf kollox dwaru biex inkun nista’ nħaddmu mill-ġdid. Meta jkolli xi kompjuter jew gadget ma jaħdimx u nħoss li m’għandux iktar ħajja, nara kif nagħmel u nirranġah. Inkun qed nerġa’ nagħ ti l-ħajja u l-preġju lil dak l-oġġett partikolari biex ħad dieħor japprezza l-ħsieb ta’ warajh.”

Fl-aħħar nett, Maurizio ħalla messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Li nixtieq ngħid huwa li min għandu xi gadgets jew kompjuters speċjalment tas-snin 70 u 80 u jixtieq jagħmel donaz zjoni jista’ jagħmel kuntatt fuq il-paġna ta’ Facebook tagħna. U jekk hawn xi qa rrejja li għandhom interess f’dan il-passatemp jew jixti equ jattendu l-klabb tagħna, jistgħu jikkuntattjawna għal iktar informazzjoni fuq is-sit elettroniku http://vccm.eu/.

F’dawn il-paġni wieħed jis ta’ jsib aktar informazzjoni dwarna u jifhem iktar x’inhu l-għan tagħna,” temm jgħid Maurizio.

TLIETA

SKEDA ONE

Mill-Chcina

Dari

PrimeTime

HazZzard Update

Quddiesa tal-jum

Panther

Telebejgħ

HazZzard Update

Denfil

10:00 Fost il-Ġimgħa

ONE News

Telebejgħ

HazZzard Update

Kalamita

ONE News

PrimeTime

HazZzard Update

Flimkien ma’ Nancy 17:00 Ondroad 17:30 Dak li Jgħodd

18:30 Pjazza 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 PrimeTime 20:35 Esperti 21:00 Awla 22:45 Country Jamboree 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News

Denfil 10:00 Fost il-Ġimgħa

ĦAMIS

12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 15:55 HazZzard Update 16:00 Dak li Jgħodd 17:00 Investigaturi tal-Mużika 17:15 Pink Panther 18:00 What’s Cooking

18:30 Pjazza 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 PrimeTime 20:35 The Local Travel 21:00 Programm Speċjali Budget 22:15 Imqades L-Istorja 23:00 Ondroad 23:30 ONE News

06:30 ONE News

The Local Travel

Mill-Chcina ta’ Dari

PrimeTime

HazZzard Update

Quddiesa tal-jum

Pjazza

Telebejgħ

HazZzard Update

Denfil

06:30 ONE News 06:45 Taste & Travel 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 09:55 Denfil 10:00 Fost il-Ġimgħa

SIBT

ONE News

Ondroad

Mill-Chcina ta’ Dari

PrimeTime

HazZzard Update

Il-Quddiesa tal-jum

Paperscan

Esperti

Indhouse

What’s Cooking

10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 15:55 HazZzard Update 16:00 What’s Cooking 16:30 Esperti 17:00 Żona Sport

12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Aroma Kitchen 17:00 Popcorn 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:20 Rapport

17:30 Aroma Kitchen 18:30 Pjazza 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 PrimeTime 20:35 Taste & Travel 21:00 The Women of George Cross Island 21:30 Teżori fil-Garaxx 22:10 Awla 23:30 ONE News

tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 PrimeTime 20:35 Niftakru 21:00 Pandora 21:00 Imqades l-Istorja 22:30 Żona Sport 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News

28-10

Telebejgħ

News

Jgħodd

Rapport tat-Temp

News

PrimeTime

Teżori

Il-Mixja lejn il-Vot 23:30 ONE News

08.11.2020 23.10.2022 23
06:30 ONE News 06:45 Popcorn 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 09:55 Denfil 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 15:55 HazZzard Update 16:00 Pjazza 18:30 Budget 2023 21:00 ONE News & Press Conference 22:00 Programm Speċjali Budget 2023 23:30 ONE News 06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Dak Li Jgħodd 09:30 The Local Traveller 10:30 Aroma Kitchen 11:00 Popcorn 11:30 Żona Sport 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 Awla 14:00 Brillanti 15:30 ONE News 15:35 Brillanti 16:15 Flimkien ma’ Nancy 17:15 Sabiħa l-Ħajja 17:45 Ondroad 18:15 Pink Panther 18:55 PrimeTime 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Arani Issa 23:30 ONE News 24-10 06:30 ONE News 06:45 Esperti 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 09:55
26-10
ERBGĦA
06:30
06:45
07:15
07:20
07:50
08:00
08:40
10:00
10:30
11:25
11:55
12:30 ONE
12:35 Niftakru 13:00 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Dak Li
16:25 Żona Sport 17:00 Ieqaf 20 minuta 17:30 L-Argument 19:20
19:30 ONE
20:05
20:30
fil-Garaxx 21:15
30-10 ĦADD 06:30 ONE News 06:45 Żona Sport 07:15
ta’
07:20
07:50
08:00
08:30 Pink
09:20
09:50
09:55
12:30
12:35
12:50
13:00
15:30
15:35
15:55
16:00
25-10
06:45
07:15
07:20
07:50
08:00
08:30
09:20
09:50
09:55
27-10
29-10
TNEJN
ĠIMGĦA

tal-ktieb

ĦALLEJTNA BĦALL-ERBGĦA FOST IL-ĠIMGĦA

“Kemm nixtieq ngħannqek waħda kbira tal-aħħar, pops.

Kemm nixtieq infissdek.

Kemm nixtieq ngħidlek affarijiet … u min flok ikolli niskot.”

Il-mewt tiġi ħabta u sabta, u tisraq magħha lil dawk li nħobbu u ngħożżu. F’Ħallejtna bħall-Erbgħa fost il-ġimgħa, Sergio Grech – awtur, riċerkatur u studjuż, u edukatur –jgħix mill-ġdid it-trawma ta’ mewt missieru. Kif għexha, x’fissret għalih, il-vjali li għadda minnhom biex seta’ jaċċetta l-firda.

Ħallejtna bħall-Erbgħa fost il-ġimgħa madankollu hu ktieb pjuttost inużwali. Iqar reb lejn dak il-ġeneru li bl-Ingliż jissejjaħ aut ofiction, taħlita letterarja ta’ awtobijografija u kitba fittizja, fejn l-uġigħ reali tal-ħajja tal-aw tur jitħalltu mal-immaġinazzjoni u tinbet storja ta’ qsim il-qalb dwar l-akbar u l-agħar firda: dik bejn wild u ġenitur.

Grech jieħu l-ispunt mill-mewta ħabta u sabta ta’ missieru, u madwarha jdomm rakkont tal-aħħar ġimgħat u jiem ta’ ħajjet il-missier — il-visti għand il-konsulent me diku b’urġenza mħalltin mar-rassenjazzjoni għal li ġej; it-tħejjijiet għall-funeral, dak ir-rit wal soċjali u emozzjonali li jservi biex dawk li jibqgħu hawn jipproċessaw it-telfa; ir-rimors għal dawk il-ftit minuti li firduh mill-aħħar

tislima l-isptar:

“Kemm xtaqt ilħaqtek fil-ħin qabel tlaqt. Qabel tlaqt u għalaqt għajnejk għal dejjem. Qabel ħadt l-aħħar nifs. Kemm xtaqt rajtek ħaj tal-aħħar. Kemm xtaqt sellimtlek tal-aħħar. Biex ngħidlek li minkejja kollox jien kburi bik. Li għalija kont tfisser ħafna. Li għalija kont punt ta’ referenza.”

Għal min qara l-kopji tal-prepubblikazz joni, dan il-ktieb jiġbor fih ir-ritwali u l-uġigħ emottiv li jgħaddi minnu kull min jitlef ġen itur. Aktar u aktar meta t-telfa tiġri fi żmien qasir, mingħajr mistenni. Fi kliem qarrej bikri: “Ktieb li jħallik bla nifs, b’taħlita ta’ emozz jonijiet waħda iżjed b’saħħitha minn ta’ qabil ha, ktieb li taqrah u tibki għal dak li għadda minnu n-narratur u fl-istess ħin għal dak li taf li se tgħaddi minnu inti, illum jew għada.”

Ħallejtna bħall-Erbgħa fost il-ġimgħa huwa t-tieni xogħol ta’ Sergio Grech mal-Merlin Publishers, wara s-suċċess ta’ U tisbaħ mis sier … tas-sena l-oħra fejn Grech kien esplora l-ħajja ta’ missier minn għajnejn raġel b’ulied ċkejknin. U issa fir-rumanz il-ġdid, il-folja tin qaleb u jurina l-ħajja ta’ raġel adult li għadu kemm tilef lil missieru.

Ħallejtna bħall-Erbgħa fost il-ġimgħa jins ab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, kif ukoll online minn merlinpublishers.com.

Mistoqsija: X’jgħix mill-ġdid Sergio Grech f’dan il-ktieb?

jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb THE CROWN DAISY PATCH hija:

23.10.202224 reċensjoni
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 04 Kemm kien hemm familji li saru sidien ta’ djarhom fl-aħħar sentejn? Tweġiba: Isem: Numru tat-telefown: Indirizz: Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ĦALLEJTNA BĦALL-ERBGĦA FOST IL-ĠIMGĦA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 30 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba

IL-KANNIBALU TA’ MILWAUKEE

Ikompli fejn ħalla fl-1978

Fit-8 ta’ Settembru tal-1986, Dahmer reġa’ ġie arrestat fuq imġiba mhux diċenti quddiem żewġ subien ta’ 12il sena. Fl-10 ta’ Marzu tal-1987, hu nstab ħati u weħel sena taħt osser vazzjoni filwaqt li kellu jfittex l-għa jnuna neċessarja biex itejjeb l-imġiba tiegħu.

Ikompli fejn ħalla

Fl-20 ta’ Novembru tal-1987, Dahmer iltaqa’ ma’ Steven Tuomi u stiednu jmur miegħu fl-Ambassador Hotel. Dahmer ħallatlu d-droga max-xorb iżda bi żball xorob hu stess minn din it-taħlita. Fil-fatt, Dahmer qal li ma kienx jaf x’ġara u li ma kellux il-ħsieb li joqtlu. Hekk kif sab lil Tuomi mejjet ħdejh, Dahmer mar xtara bagalja kbi ra u poġġa l-katavru ta’ Tuomi fiha. Hu ħadu fil-kantina tad-dar ta’ nanntu biex jeħles minnu. Dahmer qattgħu u rema l-biċċiet tiegħu f’boroż taż-żibel, ħlief ras il-vittma. Hu żammha u wara ħmistax prova jippreservaha iżda l-kimika li uża kienet qawwija wisq u spiċċa biex ħeles minnha wkoll.

Xahrejn wara mill-qtil ta’ Tuomi, Dahmer iltaqa’ ma’ James Doxtator ta’ 14-il sena. Dahmer wiegħdu li jagħ tih 50 dollaru jekk imur għandu biex jeħodlu xi ritratti għarwien. Doxtator aċċetta u mar ma’ Dahmer fid-dar ta’ nanntu. Hemmhekk, Dahmer iddro ga lil Doxtator u fegaw. Wara ġimgħa, Dahmer qatta’ l-katavru ta’ Doxtator u ħeles minnu bl-istess mod li ħeles minn ta’ Tuomi. Dahmer żamm ras il-vittma u reġa’ prova jippriservaha iżda ma rnexxilux.

Fl-24 ta’ Marzu tal-1988, Dahmer iltaqa’ ma’ Richard Guerrero ta’ 22 sena. Dahmer ħa lil Guerrero fid-dar ta’ nanntu wara li wiegħdu 50 dolla ru biex jagħmillu ftit kumpanija. Hekk kif kienu d-dar, Dahmer ħallat il-pil loli tal-irqad max-xorb ta’ Guerrero u kif dan tal-aħħar intilef minn sensih, Dahmer fgah. Dahmer ħeles mill-kat avru u ras il-vittma bl-istess mod li ħeles minn taż-żewġ vittmi ta’ qablu. Kważi xahar wara, Dahmer ħa raġel ieħor fid-dar ta’ nanntu u tah kafè bil-pilloli mfarrkin fih. Dan il-ġuvni ħelisha għax in-nanna ta’ Dahmer semgħet l-ilħna u niżlet tiċċekkja min kien hemm. Peress li nanntu issa kienet taf li Dahmer ma kienx waħ du, hu ddeċieda li ma joqtlux u ħadu l-isptar hekk kif intilef minn sensih. In-nanna ta’ Dahmer bdiet tiddejjaq bin-neputi tagħha għax kien baqa’ jixrob, iġib irġiel differenti f’darha u gergritlu kemm-il darba bl-irwejjaħ jintnu li kienu telgħin mill-kantina. Meta kienet tgħidlu għall-irwejjaħ, Dahmer kien jgħidilha li kienu tal-kat

avri tal-annimali li kien jużahom għat-tassidermija.

Kien għalhekk li f’Settembru tal1988, nanntu qaltlu biex jitlaq middar. Dahmer sab appartament fi 808 North 24th Street u jumejn biss wara li daħal fih, hu ġie arrestat. Jidher li Dahmer ħa tifel ta’ 13-il sena fl-appar tament fejn drugah u abbuża sesswal ment minnu. Missier Dahmer qabbad lil Gerald Boyle biex jiddefendi lil ibnu. Boyle rrakkomanda lil Dahmer biex jagħmel numru ta’ evalwazzjonijet psikoloġiċi qabel jidher fil-qorti. Minn dawn l-evalwazzjonijiet sar magħruf li Dahmer kien bniedem aljenat, impul siv u jissuspetta ħażin f’ħaddieħor. Apparti minn hekk, sena qabel dan ir-reat, Dahmer kien ġie dijanjostikat b’disturb tal-personalità skiżojde.

Fit-30 ta’ Jannar tal-1989, Dahmer deher quddiem il-qorti fejn ġie mixli b’attakk sesswali tat-tieni grad u tal li avviċina tifel għal reati immorali. Dahmer wieġeb ħati iżda s-senten za ġiet sospiża sa Mejju. Lejn l-aħħar ta’ Marzu, Dahmer reġa’ mar jgħix għand nanntu u ħa lill-ħames vittma hemmhekk, Anthony Sears. Dahmer qatel lil Sears bl-istess mod li qatel lill-vittmi l-oħrajn. L-għada filgħodu, Dahmer qatta’ l-katavru ta’ Sears u għall-ewwel darba żamm xi partiji et mill-ġisem fl-aċetun u poġġiehom f’kaxxa tal-injam.

Fit-23 ta’ Mejju tal-1989, Dahmer weħel ħames snin taħt sorveljan za u sena fil-House of Correction, fejn seta’ jmur għax-xogħol norma li. Dahmer tniżżel ukoll fuq ir-reġis tru tal-pedofeli. Hekk kif għamel 10 xhur fil-kamp tax-xogħol, Dahmer ġie rilaxxat u bdietlu s-sentenza ta’ ħames snin taħt sorveljanza. Dahmer reġa’ mar jgħix ma’ nanntu u fl-14 ta’ Mejju tal-1990 mar joqgħod fl-Oxford Apartments f’North 25th Street f’Mil waukee. Miegħu ħa l-fdalijiet li kien żamm ta’ Sears.

Fl-24 ta’ Marzu tal-1988, Dahmer iltaqa’ ma’ Richard Guerrero ta’ 22 sena. Dahmer ħa lil Guerrero fid-dar ta’ nanntu wara li wiegħdu 50 dollaru biex jagħmillu ftit kumpanija. Hekk kif kienu d-dar, Dahmer ħallat il-pilloli tal-irqad max-xorb ta’ Guerrero u kif dan tal-aħħar intilef minn sensih, Dahmer fgah

23.10.2022 25 IT-TIELET PARTI
It-tieni vittma - Steven Tuomi Anthony Sears Richard Guerrero James Doxtator kellu biss 14-il sena

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju:

Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

23.10.202226
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri. 1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24
23.10.2022 27 TISLIBA 457 MIMDUDIN: 1.Qamar, 4.Ħsad, 7,19.Appik, 9,12 wieqfa. Wessa, 10.Sandli, 12.Sata na, 16.Lia, 20.Starr, 21.LHD, 23.Qari, 24.Iċedi WEQFIN: 1,11.Qawsalla, 2,5.Mossad, 3.Ras, 6.DOI, 8.Paparazzi, 13,21 wieqfa. Titlaq, 14.Aprile, 15.Akkużi, 17,18. Inħir, 22.Dar SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 H. BUHAGIAR - BIRKIRKARA Isem: Indirizz: WEQFIN: 1. Jieħu dak li mhux tiegħu (6) 2,22. Mhux komuni (6) 3. Mexxej (3) 5. Taħt l-ispalla (3) 6. Probabbli tal-kostruzzjoni (3) 8. Madum? (9) 11,17. B’widnejja!! (5) 12,21W Emmnek miktuba ħażin! (5) 13,19. Imur wara xi ħadd (6) 14. Eks player kbir tat-tennis (6) 15. Jixorbu żżejjed (6) 17. Ara 11 21. Ara 12 22. Ara 2 MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: Min irid iqarraq bik, ħaġa b’oħra... (5) 4. Fidil (4) 7,20. Qabel (7) 9. Idawwar il-Belt Valletta (3) 10. Jista’ jkun rappreżentat fil-Parlament (6) 12. Ħalla pajjjiżu għalkollox (6) 16. Stenbaħ (3) 18,23. Qafel (6) 19. Ara 13 20. Ara 7 21. Noel Tonna Inguanez (1,1,1) 23. Ara 18 24. Bħat-tiġieġ (5) B’2 NUMRI 21 93 Bi 3 NUMRI 045 113 206 254 324 336 474 545 636 741 B’4 NUMRI 0524 0774 1505 1515 1525 1874 1947 2051 2161 2258 2265 2611 2673 3211 3254 3737 4004 4124 4176 4454 4935 5521 5608 5672 5684 5689 6020 6140 6520 7338 7501 7572 9021 9134 9262 9969 B’5 NUMRI 06114 09112 20115 22324 37373 42271 51845 52505 60457 65876 71266 71552 74254 74452 75183 85050 88155 95407 B’6 NUMRI 107567 151247 235071 598623 B’7 NUMRI 0332935 1391347 1424986 1834415 3501649 5110574 5847715 6350563 7536607 9194191

Huwa dak iż-żmien tassena meta l-pajjiż jieqaf biex jieħu stokk tas-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu … fejn jinsab u fejn irid imur. Għal dan il-għan ifassal it-triq li matul is-sena ta’ wara trid twassal lilu u lill-poplu f’qagħda aħjar.

B’manuvrar iżjed kawt missoltu, minħabba ċirkostanzi li mhuma xejn faċli, il-gvernijiet f’kull rokna tad-dinja kellhom jipprijoritizzaw it-tqassim finanzjarju tagħhom. Għalina wkoll dan hu t-tielet Baġit infila li qed ikollu jinkorpora

KONSEGWENZALI

fih spejjeż eżorbitanti għal sitwazzjonijiet li ma ħloqnihomx aħna jew xi ħadd fit-tmexxija tal-pajjiż.

Anzi biex jipproteġi l-ħajja, l-impjiegi, il-livell talgħajxien u anke l-ekonomija inġenerali, il-Gvern Malti, immexxi minn Robert Abela, sa mill-bidu tal-COVID-19 f’Marzu tal-2020, alloka litteralment open cheque għall-operat amministrattiv biex isir dak kollu possibbli u neċessarju.

Wara din l-allokazzjoni, li ammontat għal madwar €1.6 biljun fuq tliet snin, inkisbu riżultati ta’ suċċess fenomenali li wkoll jisbqu anke dawk li waslu għalihom l-akbar ġganti Ewropej u dinjin. Il-mod ikkordinat kif ħadmu l-istituzzjonijiet nazzjonali f’ċirkostanzi bla preċedent ġie wkoll ikkonfermat f’rapport talUffiċċju tal-Awditur Ġenerali (NAO) ġimgħa ilu.

Iżda mid-daqqa l-kbira talpandemija, issa kien imiss lid-dinja – u aħna magħha – li tidħol għall-akbar kriżi tal-enerġija f’għexieren ta’

snin kawża tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna. L-Unjoni Ewropea, dipendenti kważi kompletament fuq il-gass Russu, inqabdet bejn ħaltejn wara li allineat ruħha malUkrajna u nediet sanzjonijiet kontra l-istess Russja.

Diversi pajjiżi, li ma kellhomx it-tfaddil neċessarju biex jgħinu lil nieshom, spiċċaw f’morsa, f’xi waħda jew iż-żewġ kriżijiet. Mhux kulħadd seta’ jgħin bil-mod goff kif għamel u għadu qed jagħmel il-Gvern Malti.

Diġà hu mbassar li hemm nefqa oħra ta’ €1.1 biljun, bejn din is-sena u s-sena d-dieħla, biex il-Gvern seta’ jżomm l-istess prezzijiet tal-enerġija bħalma kienu qabel u ma jgħabbix piżijiet esaġerati fuq il-poplu u n-negozji, li filmaġġoranza tagħhom ukoll sofrew qatigħ fil-pandemija.

Tali ċirkostanzi wasslu biex mill-bidu tal-konflitt filLvant tal-Ewropa u x-xhur li għaddew inżammet l-inqas, jew it-tieni l-inqas, rata ta’ għoli tal-ħajja għallpoplu Malti u Għawdxi. Fi

stati oħrajn membri fl-UE l-inflazzjoni splodiet bi tliet darbiet iżjed minn dik ta’ pajjiżna.

Hemm tama kbira, kif iddeskriva l-Prim Ministru stess, li Malta tista’ wkoll tiġi megħjuna direttament mill-UE, b’dak li issa ġie nnegozjat fil-Kunsill Ewropew din il-ġimgħa stess, f’allokazzjonijiet għax-xiri ta’ fuels.

Filwaqt li Malta hi koperta b’kuntratt ta’ provvista ta’ enerġija li jagħtiha sigurezza, il-mekkaniżmu għal xiri konġunt ta’ gass se jgħin biex iwaqqa’ l-prezz tal-enerġija globalment, inkluża dik importata millinterconnector li għandna direttament mal-Italja. B’hekk, anke pajjiżna mistenni jgawdi minn dak maqbul.

B’danakollu, anke qabel tasal għajnuna simili millUE, is-sitwazzjoni finanzjarja lokali kienet u għadha waħda stabbli. Dan grazzi għallgħaqal ta’ Gvern Laburista, li xorta waħda ma naqqasx mirritmu tiegħu li jżomm mal-

progress soċjali f’pajjiżna.

L-istess għaqal li sussegwentement ukoll wassal għal dak li kien diġà mbassar mill-awtoritajiet lokali – ekonomija li millewwel telqet tiġri appena taffiet il-pandemija tant li għadha qed tikber bl-akbar rata fl-UE.

Għaldaqstant, blesperjenza tal-aħjar governanza fi żminijiet milliżjed turbulenti f’perjodu mhux żgħir u riżultati impressjonanti, li jġibu l-għira ta’ ħafna, ma jistax jonqos li minn għada – jum il-Baġit – inkomplu naqtgħu l-aktar frott bnin li jkompli jsaħħaħ u jenerġizza lissoċjetà tagħna.

Differenti minn żminijiet oħra fejn ilpoplu u n-negozji kellhom isofru bl-ikrah kawża talinkapaċità amministrattiva f’sitwazzjonijiet li ma kienu jitqabblu xejn ma’ tal-lum, kull ċittadin jista’ jserraħ rasu minn preżent u ġejjieni prosperi, anke jekk il-ħalel qed ikissru l-blat fi xtut lil hinn minnha.

2823.10.2022
Editorjal GĦAQAL
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.