KullĦadd_23.08.2020

Page 1

RĊEVUTI “MAFJUŻI” MILL-PN

www.one.com.mt Il-Ħadd, 23 ta’ Awwissu, 2020

Ħarġa Nru 1,415

Rapport f’paġna 3

Prezz €1

WARA L-GIDBA … Ġimgħa wara li xerred gidba sfaċċata u attakka lill-Gvern b’xi ħaġa li qatt ma eżistiet, id-Deputat Nazzjonalista u Kelliem Ewlieni tal-Oppożizzjoni għallĠustizzja Jason Azzopardi fl-aħħar ġranet injora għadd ta’ mistoqsijiet li bgħatnielu, inkluż jekk hux lest, bl-istess kejl tiegħu, jikkundanna lill-Gvern Nazzjonalista, li kien jagħmel parti minnu, u li fl-2005 approva t-tneħħija tal-interdizzjoni perpetwa fuq Aldo Cutajar. Rapport f’paġni 6 u 7

TRAŻMISSJONI LOKALI BAXXA SKONT IL-WHO L-INQAS KAŻI

L-INQAS IMWIET

L-IŻJED KAŻI

L-IŻJED IMWIET

1,330

10

386,054

35,427

1,395

21

257,065

30,368

1,546

33

232,082

28,838

2,244

33

220,309

9,985

2,564

63

86,068

9,267

SORS: WHO (aġġornata fis-14:09 tal-bieraħ)

L-imxija tal-COVID-19 f ’Malta għadha taħt kontroll u t-trażmissjoni minn persuna għal oħra hi wkoll fost l-aktar baxxi, skont il-kejl tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). L-istess tixhed l-istatistika li toħroġ mill-European Centre for Disease Prevention & Control (ECDC), anke jekk f ’dan ir-rigward mhix meqjusa lanqas ir-rata ta’ swab tests li jsiru. Kif jaf kulħadd, pajjiżna rreġistra fost l-aktar rati għoljin fid-dinja kollha. Analiżi oħra tal-KullĦadd tixhed stampa kompletament differenti minn dik li jipprovaw

ipinġu xi wħud f ’pajjiżna, waqt li jipprovaw joħolqu allarm bla bażi bil-għan li jiġġustifikaw l-aġendi tagħhom. In-numri nazzjonali – l-inqas għadd ta’ mwiet u t-tielet l-inqas każi pożittivi flUE kollha – huma wkoll riflessi f ’rati tajbin ħafna meta jitqabblu kull 100,000 ċittadin, waqt li l-imxija f ’pajjiżna hi kklassifikata bl-inqas livell perikoluż skont il-WHO. Tkompli f’paġna 4


02

23.08.2020

one.com.mt

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 33°C L-Inqas Temperatura: 25°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja ser testendi minn fuq l-Atlantiku sa fuq iċ-ċentru talMediterran. It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Moderat mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif li jsir ħafif għal moderat L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 28°C

Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

33°C

UV 9

24°C

Il-Ħamis

Indirizz Postali KullĦadd

32°C

UV 9

24°C

32°C

Il-Ġimgħa

UV 9

23°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku One News

32°C

UV 8

23°C

31°C

UV 8

23°C

32°C

UV 8

24°C

one.com.mt

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21244114 Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238623 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara – 21492958 Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta’ Xbiex, L-Imsida – 21331732 St. Andrew’s Pharmacy, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġġ – 21371062 The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 21330376 Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 21434137 Medicine Chest Pharamcy, Triq Demitriju Farrugia, Ħal Għargħur – 21422204 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, Il-Qawra – 21580881 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, Il-Fgura – 21673811 Polymer, Triq ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar – 21676263 Martin’s Pharmacy, 182, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa – 21651031 Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Iż-Żurrieq – 21647391 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979 Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb – 27888128

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182


one.com.mt

03

23.08.2020

RĊEVUTI “MAFJUŻI” MILL-PN Għalkemm ingħad u nkiteb ħafna dwar is-sistema illegali mħaddma bil-moħbi mill-Partit Nazzjonalista, magħrufa bħala l-JS List u li serviet bħala introjtu finanzjarju regolari mingħand negozjanti lokali sakemm dan kien għadu filGvern, kien biss nhar il-Ħamis li għadda li ħarġet xhieda li tindika li jeżistu saħansitra rċevuti ta’ din l-attività. Is-sistema, deskritta Mafjuża, għax tixbah ħafna l-pizzò li kri­ minali Taljani jiġbru b’mod regolari mingħand negozjanti ħalli “jkunu jistgħu jipproteġuhom”, kienet ġiet introdotta mill-Eks Teżorier tal-Partit Joe Stellini. Fl-aħħar snin is-sistema ġiet attakkata ħafna drabi, inkluż minn analisti u politiċi, bħall-Ministru Evarist Bartolo, li spjegaw kif kienet topera taħt it-tmexxi­ ja ta’ Eddie Fenech Adami u sussegwentement anke Lawrence Gonzi. Minkejja dan, mhux magħruf li qatt ittieħdu passi kriminali jew ġie interrogat xi ħadd mill-Pulizija f ’dan ir-rigward, forsi wkoll għax kollox baqa’ mistur u ħadd ma azzarda jitkellem jew iressaq il-provi. Sa din il-ġimgħa. Fil-fatt, minn post fuq Facebook tal-lettur anzjan Dr Simon Mercieca, li rriproduċa kumment ta’ ċertu Giorgio Peresso, sar magħruf li dan tal-aħħar mhux jisħaq li għandu rċevuti ta’ ħlasijiet li kien jagħmel lill-PN, imma wkoll kien ippreżentahom lid-Deputata Nazzjonalista Therese Comodini Cachia, li kienet qiegħda tiġi imbottata mill-fazzjoni Busuttil għal Kap tal-Oppożizzjoni sa ftit talġimgħat ilu, iżda din irrifjutat­hom. Skont Peresso, hu kien jgħaddi l-flus lil xi ħadd, li jiddeskrivi bħala l-“kummissjonant” (“undertaker”) u direttur ta’ bank “grazzi għal nepotiżmu sfrenat”. F’argument ma’ Ed­ward DeBono, Avukat magħruf mill-fazzjoni Busuttil, Peresso jisħaq li “bid-difetti kollha li għandu”, il-Partit Laburista qatt ma laħaq dan il-livell Mafjuż li jċemplulek għax iċ-ċekk kien għadu ma ntbagħatx. Minkejja dan, skont il-fehma annessa ta’ Dr Mercieca, in-negozju ta’ Peresso xorta tkisser b’vendikazzjoni mill-PN u sal-lum għadu qed jittama li xi ħadd jagħtih tweġibiet dwar dawn it-tanġenti. Kif inhu magħruf, il-każ ta’ Peresso mhux iżolat u kien hemm numru mdaqqas ta’ negozjanti maqbudin fl-istess xibka li rendiet miljuni ta’ ewro lill-PN, flejjes li għosfru meqjusa s-sitwazzjoni finanzjarja prekarja tiegħu.

Il-kumment ta’ Peresso, riprodott minn Mercieca (xellug), dwar kif il-PN kien jisloħ lin-negozjanti bi ħlasijiet dovuti, simili għat-tanġenti Mafjużi, sakemm kien għadu fil-Gvern


04

23.08.2020

one.com.mt

FOST L-AKBAR RATI TA’ TTESTJAR U L-INQAS RATI TA’ INFEZZJONIJIET B’waħda mill-ogħla rati ta’ ttestjar per capita li hawn bħalissa fid-dinja, Malta rreġistrat 1.8% ta’ każi pożittivi, li hi ferm ’il bogħod mil-linja-gwida ta’ 5% li l-WHO tindika bħala l-bidu ta’ restrizzjonijiet ekonomiċi u soċjali. Fl-aħħar ġimagħtejn ir-rata li esperjenzajna f ’Malta kienet 30% inqas minn dik ta’ Spanja. L-istess ir-rata ta’ mortalità f ’pajjiżna tinsab fost l-aktar baxxi, minkejja li din il-ġimgħa sfortunatament ġiet irreġistrata l-10 vittma lokali mill-pandemija. Fil-fatt din hi 25 darba inqas minn dik tal-Italja, l-ogħla rata rreġistrata fl-UE. Fil-fatt, is-sitwazzjoni talCOVID-19 f ’pajjiżna titqabbel tajjeb ħafna ma’ dik ta’ pajjiżi oħrajn, dejjem skont informazzjoni mill-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti. Rapport investigattiv tal-ġurnal Politico lbieraħ ukoll indika kif waqt li Malta għandha fost l-akbar rati ta’ testijiet kuljum, fl-istess ħin tinsab mal-pajjiżi bl-inqas rata ta’ infezzjonijiet. Fir-rapport li toħroġ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ta’ kuljum pajjiżna hu klassifikat f ’sitwazzjoni ta’ trażmissjoni ta’ “każi sporadiċi” (“sporadic cases”) u mhux ta’ “trażmissjoni komunitarja” (“community transmission”) jew ta’ “gruppi ta’ każi” (“clusters of cases”) bħalma hemm f ’pajjiżi oħrajn Ewropej. Dan jindika li għall-WHO is-sitwazzjoni f ’Malta fejn tidħol

fatt jinsabu f ’qagħda ta’ trażmissjoni agħar minna. Per eżempju l-Irlanda għandha sitwazzjoni ta’ “clusters of cases”, waqt li l-Belġju u r-Renju Unit għandhom “community transmission”. F’nota fi tmiem ir-rapport tagħha l-WHO tgħid li l-esperti tagħha jaslu għal din il-klassifikazzjoni wara proċess ta’ analiżi ta’ kull ġimgħa bbażat fuq informazzjoni miġbura. Mit-tagħrif kollu li ġbarna, ma jirriżultax lanqas li fl-aħħar ġimagħtejn pajjiżna kellu l-akbar żieda fil-każijiet. Statistika maħruġa mill-European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC) tindika li flaħħar 14-il jum, ir-rata fi SpanMa jirriżultax ja kienet ta’ 153 każ għal kull li fl-aħħar ġimagħtejn 100,000 persuna. Din hi kważi 30% aktar mir-rata f ’pajjiżna pajjiżna kellu l-akbar żieda fl-istess perjodu. Meta wieħed iħares lejn fil-każijiet. Statistika maħruġa ir-rata tal-popolazzjoni li ttestjat pożittiv mill-bidu mill-European Centre for Disease tal-pandemija wieħed jinPrevention and Control (ECDC) tindika nota li f ’pajjiżna kellna 0.31%, inqas mill-medja li fl-aħħar 14-il jum, ir-rata fi Spanja fl-UE li kenet ta’ 0.37%. Dan ifisser li f ’pajjiżna kienet ta’ 153 każ għal kull 100,000 wieħed minn kull 350 persuna nstab pożitpersuna. Dan hi kważi 30% aktar tiv. Bil-maqlub, ir-ramir-rata f’pajjiżna fl-istess perjodu ta fil-Lussemburgu kienet erba’ darbiet l-imxija għadha taħt kontroll imqabbla ma’ oħrajn. Pajjiżna ilu klassifikat b’dan il-mod mis16 ta’ Mejju, jiġifieri għal aktar minn tliet xhur. Fir-reġjun Ewropew kollu huma biss il-Vatikan, Liechtenstein u Monaco li, bħal Malta, ikklassifikati “każi sporadiċi”. Fil-bqija tal-pajjiżi msieħba fl-Unjoni Ewropea s-sitwazzjoni hi ta’ “clusters of cases” jew agħar minn hekk ta’ “community transmission”. Anke pajjiżi li daħħlu restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar m i n n Malta fillanqas

aktar u fl-Italja darba u nofs aktar. Imma anke hawn, id-data tal-ECDC tinjora l-fatt li r-rata ta’ ttestjar tvarja immens bejn il-pajjiżi. Statistika taċ-Ċentru Ewropew tindika li fl-aħħar ġimagħtejn pajjiżna ttestja l-ekwivalenti ta’ 5.5%, jew aktar minn wieħed minn kull 20 persuna li tgħix f ’pajjiżna. Dan meta fl-Italja ġew ittestjati proporzjonalment ħames darbiet inqas u li jispjega allura għal xiex iż-żieda fin-numri ta’ każi qed tvarja daqshekk madwar l-UE. L-inqas li baqgħu jittestjaw huma l-Ungerija u mhux b’sorpriża li dan il-pajjiż joħroġ li għandu numru żgħir ta’ każi. Meta tħares lejn l-ammont ta’ każi għal kull 100,000 persuna fl-aħħar ġimgħat issib li l-Ungerija kellha biss erba’ każi. Id-differenza hi li dan il-pajjiż kulma ttestja f ’ġimagħtejn kienu 0.3% tal-popolazzjoni, jew 18-il darba inqas minn pajjiżna. Skont il-WHO l-aqwa miżura li tista’ tittieħed biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-Coronavirus hi li jsir ittestjar estensiv, inkluż ta’ persuni mingħajr sintomi, fl-istess ħin li jkun hemm contact tracing ta’ dawk

li b’xi mod seta’ kellhom kuntatt ma’ min jinstab pożittiv. Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci l-ġimgħa li għaddiet ukoll enfasizzat li l-aktar ħaġa faċli biex tnaqqas il-każi pożittivi hi billi tnaqqas l-ittestjar fil-komunità. Minflok Malta kompliet iżżidhom u l-ġimgħa li għaddiet irreġistrat total ta’ aktar minn 16,000 swab test biż-żieda ta’ aktar kliniċi fejn isir l-ittestjar f ’ambjent sigur. Meta wieħed iħares lejn ir-rata ta’ kemm testijiet ħarġu pożittivi fuq ġimagħtejn, skont l-ECDC, f ’Malta din ir-rata kienet 1.8%. Il-WHO tirrakkomanda li r-restrizzjonijiet fuq l-attività ekonomika u soċjali għandhom jiġu imposti ladarba r-rata ta’ każi pożittivi taqbeż il-5%, kważi t-tripplu tar-rata li kellu pajjiżna fl-aħħar ġimagħtejn. Fir-Rumanija, per eżempju, ir-rata ta’ każi pożittivi qabżet sew din il-linja-gwida, waqt li r-rata fil-Bulgarija wkoll resqet qrib minkejja rata ferm baxxa ta’ ttestjar. Fi Spanja, l-aktar pajjiż milqut b’każi u bit-tielet l-akbar għadd ta’ mwiet fl-UE kollha, ir-rata tal-każi pożittivi qabżet il-5% f ’ġimgħat passati. L-informazzjoni għall-aħħar


05

23.08.2020

one.com.mt

PAJJIŻI BL-AKBAR GĦADD TA’ TESTIJIET*

PAJJIŻI BL-INQAS RATI TA’ INFEZZJONIJIET

*testijiet kuljum għal kull 1,000 ċittadin Sorsi: ECDC, Our World in Data (OWID), Politico

ġimgħa fi Spanja kienet għadha ma ġietx ippubblikata mill-ECDC. Hu fid-dawl ta’ dawn il-fatti wkoll li l-awtoritajiet tas-saħħa Maltin ħadu l-passi biex jikkontrollaw l-ivvjaġġar minn u lejn dawn it-tliet pajjiżi partikolari. Sadanittant, anke jekk din ilġimgħa rreġistrajna l-10 mewta, ir-rata ta’ mortalità millCOVID-19 kienet ta’ 0.6% f ’pajjiżna. Skont riċerkaturi madwar id-dinja r-rata ta’ mortalità tal-COVID-19 hi ta’ bejn 0.5% sa 1.2% tal-każijiet. B’kuntrast, miċ-ċifri talWHO joħroġ li l-ogħla rata Ewropea ta’ mortalità tul il-pandemija ġiet irreġistrata fl-Italja, b’14%. Il-fatt li din hi tant għolja jimplika li x’aktarx l-awtoritajiet Taljani mhumiex ikejlu biżżejjed kemm inxtered il-virus fost il-popolazzjoni. Inkella ma jinftehimx kif Malta għandha rata li hi kważi 25 darba inqas. Għalkemm jista’ jkun li hemm xi differenzi minħabba miżuri aħjar li ttieħdu f ’pajjiżna, żgur li parti kbira ta’ din id-differenza hi li fil-pajjiż ġar mhux qed isiru biżżejjed testijiet u allura hemm ħafna aktar każijiet milli qed jgħidu l-awtoritajiet tas-saħħa Taljani. Huma biss f ’pajjiżi fejn qed isiru ħafna testijiet li r-rata ta’ mortalità hi simili għal dak li sabu r-riċerkaturi internazzjonali. Għal darb’oħra, dan jindika kemm kienet għaqlija l-istrateġija tal-awtoritajiet Maltin li jiffokaw iżjed fuq ittestjar komprensiv. Analiżi simili, li għamel issit influwenti Politico, sabet li Malta flimkien mad-Danimarka u l-Lussemburgu huma fost il-pajjiżi fl-UE li qed jagħmlu l-ogħla numru ta’ testijiet għall-COVID-19 ta’ kuljum. Fl-istess ħin, Politico wera wkoll kif studju poġġa lil Malta u lid-Danimarka fil-lista ta’ pajjiżi Ewropej li għandhom

l-inqas rata ta’ każijiet pożittivi. Din il-ġimgħa pajjiżna għamel rekord ta’ testijiet – 3,030 – waqt li x-xejra tal-każi pożittivi reġgħet bidlet ir-rotta u fl-aħħar jiem ġew irreġistrati ammonti sostanzjali ta’ persuni li fiequ mill-virus. L-istudju ta’ Politico wera kif, b’differenza, diversi pajjiżi Ewropej, bħall-Belġju u Spanja, li huma wkoll fost l-agħar milqutin, għamlu aktar testijiet imma raw ukoll żieda fil-każijiet pożittivi. Fil-Finlandja, ir-Renju Unit, l-Ungerija u l-Portugall ukoll qed isiru ammonti kbar ta’ testijiet, iżda l-każijiet per capita tagħhom ma naqsux jew inkella żdiedu b’ammonti kbar.

Data ppubblikata mis-sit awtorevoli Politico li tixhed kif, minkejja li għandha fost l-akbar rati ta’ testijiet per capita kuljum, Malta wkoll għandha rata baxxa ta’ infezzjonijiet

il-firxa ta’ dan il-virus, irnexxielna nżommuh taħt kontroll. Jiġifieri meta tqis dawn l-affarijiet kieku m’għamilniex dan l-isforz, kieku n-numri tal-COVID-19 kienu jkunu bil-bosta akbar,” stqarr itTabib, waqt li ħeġġeġ lill-pubbliku biex jibqa’ jobdi u jżomm mal-prekawzjonijiet u l-miżuri kollha li qed iħabbru l-awtoritajiet.

Pajjiżi li daħħlu restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar minn Malta fil-fatt jinsabu f’qagħda ta’ trażmissjoni agħar minna

% tal-popolazzjoni ttesjata fuq ġimagħtejn

% tat-testijiet fuq ġimagħtejn li ħarġu pożittivi

Mal-130 mewta kull sena bl-influwenza

Lussemburgu

12.4%

1.0%

Danimarka

6.6%

0.4%

L-istess WHO tistma li f ’pajjiżna ta’ kull sena jkollna madwar 130 mewta kawża tal-influwenza u l-pneumonia. Dan ħareġ din il-ġimgħa hekk kif rapporti f ’pajjiżna qabblu l-każijiet talCOVID-19 ma’ dawk li ġejjin mill-imxija tal-influwenza. Fil-fatt f ’Malta ta’ kull sena jkollna madwar 50,000 każ ta’ influwenza staġjonali, anke jekk teżisti t-tilqima li lokalment tingħata b’xejn lil kulħadd u tiġi rrakkomandata kull sena lil persuni vulnerabbli. F’dan ir-rigward hemm baħar jaqsam mal-imxija talCOVID-19 f ’pajjiżna li sal-bieraħ kellna total ta’ 1,577, li minnhom 901 fiequ u kienu 10 “biss” li mietu minħabba mard u kumplikazzjonijiet mediċi oħrajn diġà preżenti. Din il-ġimgħa ONE News ħa l-kummenti tat-Tabib Jan Chircop li spjega kif, minkejja li s’issa f ’pajjiżna għadna mingħajr vaċċin għallCOVID-19, il-mod kif l-awtorijiet ikkontrollaw l-imxija hu wieħed tajjeb ħafna. “Irridu nżommu f ’moħħna li, fl-aħħar mill-aħħar, l-impenn li sar biex nikkontrollaw

Malta

5.5%

1.8%

Ċipru

5.3%

0.5%

Belġju

2.3%

3.0%

Finlandja

2.1%

0.2%

Portugall

1.9%

1.4%

Litwanja

1.8%

0.6%

Irlanda

1.7%

1.3%

Franza

1.6%

2.5%

Rumanija

1.4%

6.5%

Olanda

1.3%

3.3%

Awstrija

1.3%

1.8%

Latvja

1.3%

0.3%

Ġreċja

1.2%

1.7%

Estonja

1.1%

0.8%

Żvezja

1.1%

3.5%

Italja

1.1%

0.9%

Bulgarija

0.9%

4.0%

Ċekja

0.8%

3.6%

Polonja

0.8%

3.1%

Slovakkja

0.5%

1.8%

Slovenja

0.5%

2.2%

Ungerija

0.3%

1.0%


06

23.08.2020

one.com.mt

AZZOPARDI JAGĦŻEL IS-SKIET WARA LI GIDEB

ID-DEPUTAT NAZZJONALISTA JASON AZZOPARDI JINJORA MISTOQSIJIET LI BGĦATNIELU WARA LI AKKUŻA LILL-GVERN U LILL-KAP TAĊ-ĊIVIL BI KSUR TAL-LIĠI U ORDNI ĠUDIZZJARJA … IMĠIBA DIFFERENTI F’KAŻI AKTAR SERJI LI INVOLVEW AĦWA TA’ ESPONENTI NAZZJONALISTI

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi injora għalkollox mistoqsijiet li bgħatnielu wara li din il-ġimgħa xerred gideb li l-Gvern kien kiser xi liġi jew mar kontra xi deċiżjoni tal-Qorti ġudizzjarja fil-każ ta’ Aldo Cutajar, li jiġi ħu l-Kap taċ-Ċivil. Għalkemm il-fatti ppubblikati giddbuh b’mod flagranti, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja u perċimes fil-manuvri tal-establishment Nazzjonalista baqa’ ma rtirax stqarrija li kien ippubblika l-Ħadd li għadda, wisq inqas talab skuża għall-

gaffe tiegħu, avolja ħafna kkummentawlu b’mod favorevoli fuq post ta’ Facebook fejn esebixxa l-istess dikjarazzjoni. Għal dan, sett ta’ mistoqsijiet li bgħattnielu nhar l-Erbgħa fuq l-email tal-Parlament u dak privat baqgħu bla tweġiba. Fost oħrajn, xtaqna nkunu nafu jekk għandux xi dokumenti jew fatti oħrajn li juru l-kontra ta’ dak li ġie żvelat uffiċjalment millGvern, jekk bl-istess mod jikkundannax lill-Gvern Nazzjonalista li kien jagħmel parti minnu hu stess, ladarba kien dan li approva t-tneħħija ta’ interdizzjoni imposta fuq is-Sur Aldo Cutajar u jekk jiddikjarax pubblikament li kien qabeż “il-linja” sempliċiment biex jirbaħ ftit punti politiċi. Din il-ġimgħa seħħet pressjoni kbira minn esponenti ewlenin Nazzjonalisti fuq il-Gvern Laburista, inkluż bl-għajnuna ta’ ċerti individwi influwenti, wara li ħareġ fil-pubbliku l-każ ta’ ħu l-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar. Din il-gazzetta hi infurmata li mill-PN kienu qed iħeġġu biex tittieħed l-okkażjoni ħalli jġiegħlu lis-Segretarju Permanenti Ewlieni jirriżenja wara l-aħbar li ħuh tressaq il-Qorti akkużat b’ħasil ta’ flus. Waqt li l-fatti fil-każ ta’ Cutajar ġew iċċarati u kien hemm min, bħall-Kap attwali Nazzjonalista u d-Depu­tat Jason Azzopardi, li għaġġlu ħafna fid-dikjarazzjoni tagħhom u spiċċaw sparaw f ’saqajhom, l-inċident qan­ qal il-memorja ta’ każi simili preċedenti fejn kienu involuti direttament aħwa tad-deputati attwali tal-PN, Therese Comodini Cachia

u Chris Said. Bil-maqlub, iżda, dak iż-żmien ħadd ma talab għal riżenji u “deċiżjonijiet eżemplari”, kif kien mistenni, avolja l-każi inkwistjoni kienu ferm u ferm agħar – attentat ta’ qtil b’karozza bomba u stupru ta’ minorenni. Minkejja dan, fl-aħħar jiem anke millestab­lishment Nazzjonalista, ħbieb ta’ Said u Comodini Cachia, ittantaw jieħdu kapital minn storja li involviet lil ħu l-Kap taċ-Ċi­ vil attwali. Il-fatti, li ġew żvelati aktar tard, wasslu biex ħammru wiċċ il-PN stess. Kollox beda fl-istess jum tal-Ħadd li għadda meta Aldo Cutajar tressaq il-Qorti u kien hemm rapporti fil-midja li żvelaw li l-istess persuna kienet ġiet ikkundannata mill-Qorti b’interdizzjoni perpetwa fi Frar tal2005. Dan wassal għal kundanni minn esponenti Nazzjonalisti li qalu li Cutajar, li kien qed iservi ta’ Konslu f ’Shanghai, iddaħħal lura fis-Servizz Pubbliku wara l-2013 bi ksur tal-liġi u bi ksur sfaċċat ta’ sentenza tal-Qorti, anke jekk effettivament irriżulta li ma kienx minnu. Minn hawn bdew il-kuntatti ma’ persuni influwenti, inkluż f ’organizzazzjonijiet, bilgħan li toħroġ kundanna fuq livell l-aktar wiesa’ fuq Mario Cutajar, ħu l-akkużat, u jkun hemm riperkussjonijiet serji fuq l-amministrazzjoni tal-Gvern.

Il-pjan, iżda, sfuma malajr appena ġew ippubblikati l-fatti kollha mill-Gvern, li wrew kif il-Kap taċ-Ċivil qatt ma seta’ kellu sehem fl-ingaġġ ta’ ħuh. Minnhom irriżulta saħansitra li mhux biss l-interdizzjoni fuq Aldo Cutajar kienet tneħħiet mill-Qorti fl-2005 stess, iżda l-istess Gvern Nazzjonalista dak iż-żmien kien approva rakkomandazzjoni simili tliet xhur wara. Dak iż-żmien Jason Azzopardi kien parti minn dak l-istess Gvern. Minkejja li l-Ħadd stess, il-Kap taċ-Ċivil immedjatament ċaħad li għandu xi rbit jew idea fuq l-operat ta’ ħuh, malajr ħarġu s-soltu forċini tal-establishment Nazzjonalista biex jikkundannawh u joħolqu s-soltu teoriji ta’ komplott, li huma famużi għalihom. Dan mhux każ iżolat, anzi azzjonijiet oħrajn simili fl-aħħar ġimgħat irewħu l-istess dubji. Kif jaf il-poplu kollu, din


07

23.08.2020

one.com.mt

l-istrateġija wkoll intużat kemm-il darba flaħħar snin. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, is-Segretarju Permanenti Ewlieni ddikjara: “M’għandi assolutament l-ebda rabta jew l-iċken idea fuq l-operat ta’ ħija. Kemm fil-ħajja privata kif ukoll fir-rwol professjonali tiegħi, jiena dejjem kont responsabbli mill-aġir tiegħi u ħija mexa fit-toroq tiegħu b’mod għalkollox indipendenti.” Hu stqarr li kiteb uffiċjalment lill-Kummissarju tal-Pulizija fejn qallu li jekk il-Pulizija tħoss li għandha tara jew tistaqsi dwar kull materja finanzjarja li tikkonċerna lilu llum jew fl-imgħoddi, jinsab dispost li jagħti l-aċċessi kollha meħtieġa u mitluba. Fl-istess ħin ħabbar fi stqarrija li, bħala Kap taċ-Ċivil, ta struzzjonijiet biex b’mod immedjat jiskattaw il-proċeduri għall-passi dixxiplinari meħtieġa hekk kif stabbiliti mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u mingħajr ebda involviment min-naħa tiegħu. Dan, iżda, ma kienx biżżejjed lanqas għall-PN u s-soltu forċini li talbu għal inkjesta pubblika dwar l-ingaġġ ta’ Aldo Cutajar mal-Gvern. Qalu wkoll u li l-kariga ta’ ħuh, bħala Kap tas-Servizz Pubbliku, m’għadhiex tenibbli. Delia qal: “Mario Cutajar falla u għandu jitlaq, imbagħad issegwi inkjesta indipendenti biex tinżel fil-qiegħ ta’ dan l-iskandlu.” Appelli simili waslu minn oħrajn magħrufin għall-irbit li għandhom mal-establishment l-antik Nazzjonalista. Minkejja dan, il-fatti sħaħ ippubblikati mill-Gvern nhar it-Tnejn stess urew kemm dawn kienu kollha mgħaġġlin u żbaljati. Stqarrija tal-Gvern żvelat li Aldo Cutajar mhux biss ilu impjegat mal-Gvern mill1989, iżda meta nstab ħati fil-Qorti fl-2005 fuq akkużi ta’ miżapproprijazzjoni ta’ fondi, hu baqa’ fl-impjieg wara investigazzjoni indipendenti dik is-sena stess mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Waqt li fi Frar tal-2005 ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, b’interdizzjoni perpetwa, il-Qorti rrevediet il-parti tal-interdizzjoni xahrejn wara. Il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku wkoll irrakkomandat li l-interdizzjoni imposta għandha titneħħa, skont kif iddikjarat il-Qorti, waqt li Cutajar kellu jitlef il-paga. Iżjed minn hekk, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi kien qabel ma’ din ir-rakkomandazzjoni u ffirmaha f ’Lulju 2005. Minbarra hekk, sar magħruf li fis-17 ta’ Awwissu 2016 Cutajar kien intbagħat mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, fejn kien jaħdem dak iż-żmien, għall-Ambaxxata Maltija f ’Beijing wara l-clearances kollha mis-Servizz tas-Sigurtà. Fl-1 ta’ Mar­zu 2018 il-Minis­ teru għall-Affarijiet Barranin bagħat lil Aldo Cutajar fil-Konsolat Malti f ’Shanghai, kariga li ntemmet fis-7 ta’ Settembru 2019. Għaldaqstant kien ipprovat bl-aktar b’mod ċar u skjett li s-Segretarju Permanenti ewlieni ma kellu l-ebda konnessjoni mal-ebda ċirkostanza msemmija.

DJARJU TAL-KRIŻI IT-TNEJN 17 TA’ AWWISSU ● Toħroġ informazzjoni li Adrian Delia qed jerġa’ jiġi investigat mill-Kummiss­ joni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista minħabba li reġa’ uża fondi tal-Partit biex jirreklama l-affarijiet tiegħu fuq Facebook. ● Waqt programm fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo jikkonferma li bagħat messaġġ permezz tal-WhatsApp lill-Kumitati sezzjonali kollha tal-Partit Nazzjonalista li se jqassam €2,500 lil kull kumitat biex isir xogħol ta’ tisbiħ fuq il-każini kollha.

IT-TLIETA 18 TA’ AWWISSU

L-aħbar tal-allegat involviment ta’ Peter Paul Cachia f’attentat ta’ qtil b’karozza bomba sentejn u nofs ilu. Dakinhar id-Deputata Nazzjonalista (fuq) kienet ukoll iddistanzjat ruħha minn ħuha, li hu iżgħar minnha.

● ONE News jirrapporta sorsi fid-Dar Ċentrali li huma qrib il-fazzjoni tal-Eks Kap Simon Busuttil, li qed timbotta lil Bernard Grech fit-tellieqa għall-Kap, li esprimew ir-rabja tagħhom li l-għotja ta’ €2,500 lill-Kumitati sezzjonali kollha tal-Partit Nazzjonalista mill-id il-leminija ta’ Delia hija biss mezz ta’ kif jinxtraw il-voti għall-elezzjoni tal-Kap. ● Minkejja li l-kummissjoni elettorali tal-Partit Nazzjonalista għadha qed tistenna li l-evalwazzjoni fuq iż-żewġ kandidati tiġi konkluża, Adrian Delia u Bernard Grech jibdew baxx baxx il-kampanja tagħhom kontra xulxin.

L-ERBGĦA 19 TA’ AWWISSU ● Manuel Delia, esponent ewlieni tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, li issa qed tikkampanja għal Bernard Grech, jinfexx f ’attakk ieħor fuq is-sostenituri ta’ Adrian Delia.

IL-ĦAMIS 20 TA’ AWWISSU ● Fi żjara fil-kamra tal-aħbarijiet tal-Mediatoday, Bernard Grech ċaħad suġġeri­ menti li hu se jkun sempliċiment Kap interim tal-PN, jiġifieri se jkun qiegħed jikkontesta sempliċiment biex jaqla’ lil Delia, jieħu l-PN sal-elezzjoni ġenerali li jmiss u wara li, kif mistenni, jitlifha, minnufih ikollu jmur mill-ġdid għall-elezzjoni ta’ Kap, kif jistipula l-istatut tal-Partit. “Jiena ma nemminx f ’nofs miżuri ... jiena qiegħed hawn biex nibqa’,” ġie kkwotat jgħid Grech, waqt li insista wkoll li l-pressjoni biex jikkontesta din l-elezzjoni kienet ġejja mingħand ħafna nies minn barra l-Partit sa minn wara t-telfa tal-2017, fejn il-PN, dak iżżmien taħt Simon Busuttil u f ’koalizzjoni mal-Partit Demokratiku, kien ra l-Partit Laburista jaqbżu b’maġġoranza ta’ 40,000 vot, l-akbar fl-istorja riċenti.

12-il sena ilu meta Chris Said (lemin) kien Segretarju Parlamentari fil-Kabinett Nazzjonalista u tnejn minn ħutu ġew akkużati bi stupru ta’ tfajla ta’ 14-il sena.

IL-ĠIMGĦA 21 TA’ AWWISSU ● Fuq ix-xandir nazzjonali, Bernard Grech iqabbel id-drittijiet ċivili storiċi li introduċa u ppromwova Gvern Laburista mill-2013 lil hawn bħala “karrotta mdendla” biex jiġu sfruttati u użati l-persuni.


08

23.08.2020

one.com.mt

Malta hija fost l-ewwel pajjiżi li se jirċievu fondi, li jammontaw għal €243.6 miljun, f ’self mogħti mill-Unjoni Ewropea. Dawn huma parti mid-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-Istrument Ewropew għall-Appoġġ Temporanju biex jitnaqqsu r-riskji tal-Qgħad f ’Emerġenza (SURE), iżda esklużi mill-pak­kett storiku ta’ €2.25 biljun li pajjiżna rnexxie­lu jinnegozja ma’ Brussell fl-aħħar ta’ Lulju li għadda. It-trattattivi ta’ dakinhar, li tmex­­xew mill-Prim Ministru Robert Abela nnifsu, waslu fi tmiemhom fis-sigħat bikrin tal21 ta’ Lulju li għadda u r-riżultat kien li Malta ġiet allokata l-akbar somma kemm ilha msieħba fl-UE, maqsumin bejn il-baġit għas-seba’ snin li ġejjin u fondi għall-irkupru mill-pandemija talCOVID-19. Minbarra l-baġit normali ta’ €1,923 miljun, Malta ġiet allokata wkoll €327 miljun bħala fondi li ġew innegozjati fl-istrument ad hoc ta’ rkupru minħabba ċ-ċirkostanzi mhux normali li ninsabu fihom u biex nassiguraw li l-ekonomija tal-UE tirkupra u ssir aktar b’saħħitha biex nevitaw kriżi ekonomika oħra. Din l-allokazzjoni hi madwar €1 biljun iżjed minn dak li l-aħħar Gvern Nazzjonalista, immexxi minn Lawrence Gonzi, kien irnexxielu jinnegozja fl-2013, fi żminijiet meta ċ-ċirkostanzi kienu jagħmluha aktar faċli għall-impenji Maltin li jinkisbu dawn il-fondi, partikolarment

Ritratt: GARETH DEGIORGIO

BL-EWWEL FONDI T’GĦAJNUNA

minħabba l-kriżi ekonomika lokali li kienet teżisti. Il-pakkett sħiħ li l-Prim Ministru rnexxielu jikseb kien imfaħħar prattikament minn kulħadd, inklużi l-imsieħba soċjali, bħall-Kamra tal-Kummerċ, il-Kamra tal-Kummerċ

Għawdxija, il-Kamra tal-SMEs u l-Assoċjazzjoni għall-Iżviluppaturi Maltin, fost oħrajn, li lkoll iddeskrivewh bħala l-aħjar soluzzjoni biex l-ekonomija tal-pajjiż tkompli timxi ’l quddiem. Ma’ dawn, iżda, kien hemm l-opportunità li stati membri

jgawdu minn self vantaġġuż biex itaffu l-piż li kellhom iġorru b’riżultat tal-pandemija talCOVID-19. Il-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji nhar ilĠimgħa li għadda fakkar kif ġew megħjuna eluf kbar ta’ impjiegi

u intrapriżi matul il-pandemija permezz ta’ diversi skemi, tant li ġew salvati mal-100,000 impjieg, waqt li negozji setgħu jżommu lill-impjegati magħhom f ’perjodu li kienu kompletament magħluqin. “SURE hu maħsub proprju biex itaffi l-pressjoni fuq il-finanzi pubbliċi li ġiet miż-żieda fin-nefqa pubblika meħtieġa bħala reazzjoni għall-kriżi tal-COVID-19,” qal il-Ministeru fi stqarrija uffiċjali. Ingħad li SURE, li nħolqot biex tiġġieled il-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali negattivi tal-COVID-19, huwa strument li jip­prov­di assistenza finan­zjar­ ja lill-istati membri sa €100 biljun fil-forma ta’ self mill-UE. “Hu sors ta’ assistenza finanzjarja mmirata speċifikament għall-prattiċi politiċi relatati mal-priservazzjoni tal-impjiegi, prinċipalment skemi ta’ xogħol għal żmien qasir u miżuri relatati,” ingħad fl-istqarrija. Il-Ministru tal-Finanzi u s-Ser­ vizzi Finanzjarji Edward Scicluna nnota dan l-iżvilupp b’sodisfazzjon hekk kif Malta appoġġjat l-istrument SURE matul l-istadji kollha tad-diskussjoni. “Strument bħal dan, iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tas-self mis-swieq finanzjarji, hu l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu. Malta tilqa’ l-koperazzjoni addizzjonali u f ’waqtha li wasslet għal din l-azzjoni,” temmet tgħid l-istqarrija.


09

23.08.2020

one.com.mt

ID-DĦUL TAL-FAMILJI ŻDIED B’€5,000 MILL-2013 Statistika fuq id-dħul disponnibli tal-familji Maltin u Għawdxin tindika li dan żdied għal rekord ta’ €28,505 fl-aktar sena riċenti. Dan ifisser żieda ta’ €675, jew kważi €13 fil-ġimgħa aktar, mis-sena preċedenti. Imqabbel ma’ qabel l-2013, meta kien għad hemm Gvern Nazzjonalista, iddħul disponnibli għall-familji żdied b’aktar minn €5,000 fis-sena, jew żieda ta’ 21%. Fost dawk li l-aktar gawdew minn titjib wieħed isib dawk bl-inqas dħul. Fil-fatt, l-istatistika uffiċjali tindika li dawk fuq dħul ta’ inqas minn €6,000 naqsu minn madwar 16,500 persuna għal madwar 14,500 f ’sena waħda. Qabel l-2013 kienu aktar minn 36,500 persuna li kienu fuq dħul ta’ anqas minn €6,000 fis-sena. Iż-żieda qawwija fid-dħul medju wasslet biex il-proporzjon tal-popolazzjoni f ’riskju ta’ faqar, jiġifieri li jaqilgħu anqas minn 60% tad-dħul disponibbli medju, żdied marġinalment minn 16.8% għal 17.1%. Il-proporzjon ta’ dawk li jaqilgħu nofs id-dħul disponibbli medju – miżura oħra użata minn aġenziji internazzjonali – min-naħa l-oħra baqa’ stabbli fil-livell ta’ 8.7%. Żvilupp interessanti ieħor kien li l-Gini coefficient, li hu l-qies internazzjonali użat biex titkejjel l-inugwaljanza fid-dħul, naqas minn 28.7% għal 28%. Dan ifisser li tnaqqas id-distakk bejn id-dħul ta’ dawk bl-akbar dħul u ta’ dawk bl-anqas dħul f ’pajjiżna. Dan id-distakk huwa fl-istess livell li kien qabel l-2013. Fejn tidħol ir-rata ta’ deprivazzjoni materjali, din naqset minn 8.7% għal 8.4% fl-aħħar sena, u minn 19.9% fl2013. Dan ifisser li f ’sitt snin dan il-fenomenu soċjali tnaqqas b’aktar min-nofs, b’aktar minn 41,500 persuna anqas f ’din il-qagħda. Fl-aħħar sena kien hemm żieda żgħira fir-rata ta’ dawk f ’sitwazzjoni ta’ deprivazzjoni materjali severa. Ta’ min jinnota li mqabbel mal-2013 kien hemm tnaqqis ta’ aktar minn 24,700 persuna f ’din is-sitwazzjoni. L-akbar sors ta’ titjib kien fl-ammont ta’ familji li mhumiex jaqgħu lura fil-pagamenti ta’ self jew kontijiet, f ’dawk li jaffordjaw vaganza u dawk li jifilħu għal spejjeż finanzjarji mhux antiċipati. Filwaqt li fl-aħħar sena żdied

il-proporzjon ta’ tfal f ’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, minn 22.8% għal 23.6%, dan huwa ferm anqas mit-33% li kien hemm fl-2013. Waħda mill-akbar kawżi ta’ dan it-titjib kienet li tnaqqas ir-riskju fost familji b’single parent, fejn ir-rata issa naqset taħt 52%, meta qabel l-2013 kienet kważi 59%. Filwaqt li frott it-titjib fir-rati tal-pensjoni, il-proporzjon ta’ pensjonanti romol f ’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali kompla jonqos, minn 30.2% għal 28.7% fl-aħħar sena, kien hemm żieda f ’dik ta’ pensjonanti miżżewġa. Dan ma jfissirx li ma żdiedx id-dħul tal-pensjonanti, imma li ż-żieda li rċevew kienet anqas minn dik li kellhom il-ħaddiema. Intant, l-istatistika uffiċjali tindika li kompla jonqos il-proporzjon ta’ familji li huma f ’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali għax mhumiex qed jaħdmu jew li jaħdmu numru limitat ta’ sigħat. Dan fil-fatt naqas minn 5.5% għal 4.9% fl-aħħar sena. Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon sostna li dawn ir-riżultati jindikaw kemm il-politika soċjali u ekonomika mħaddma fl-aħħar snin għamlet differenza fil-livell ta’ għejxien tal-familji Maltin u Għawdxin. Għexieren ta’ eluf tneħħew minn sitwazzjoni ta’ deprivazzjoni materjali, filwaqt li ngħatat dinjità u opportunità ġdida lil ħafna familji, speċjalment dawk li setgħu joħorġu jaħdmu. Il-Ministru Falzon qal ukoll li s-suċċess ekonomiku tal-pajjiż ma kabbarx iż-żieda fl-inugwaljanza soċjali waqt li żied id-dħul fil-bwiet ta’ kulħadd. Minkejja dan huwa temm jgħid li hemm bżonn aktar miżuri favur dawk li ma jaħdmux, l-aktar il-pensjonanti. Din se tkompli tkun prijorità ta’ din l-amministrazzjoni. Konvenji rekord jikkonfermaw Sadanittant stqarrija mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) din il-ġimgħa wkoll ikkonfermat li, mhux biss l-ekonomija qed tibda tirkupra, imma anke li hemm aktar fiduċja fost il-poplu, partikolarment koppji żgħażagħ li qed jippjanaw li jibdew il-familji tagħhom. L-MDA saħqet li, skont informazzjoni miġbura minnha stess,

Lulju li għadda kien wieħed rekord u mal-aħjar xhur fl-aħħar snin f ’reġistrazzjoni ta’ konvenji f ’bejgħ ta’ proprjetà. “Data preliminari turi li aktar minn 1,600 wegħda ta’ bejgħ ġew irreġistrati fix-xahar li għadda, b’total tal-valur jaqbeż it-€330 miljun. Dan ipoġġi lil Lulju 2020 fost l-aħjar xhur mill-2017,” qalet l-istqarrija tal-Assoċjazzjoni.

L-akbar sors ta’ titjib kien fl-ammont ta’ familji li mhumiex jaqgħu lura fil-pagamenti ta’ self jew kontijiet, f’dawk li jaffordjaw vaganza u dawk li jifilħu għal spejjeż finanzjarji mhux antiċipati


10

23.08.2020

one.com.mt

IL-BIDU TA’ 100 MIRA LABURISTA Bħala parti mill-proġett bl-isem ta’ 100 IDEA, li ħabbar id-Deputat Mex­ xej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista Daniel Micallef ġimgħa ilu, fl-okkażjoni taċ-ċentinarju tal-Partit li se jitfakkar din is-sena, tnedew 10 policy fora, li flimkien mistennija jkopru l-oqsma kollha li jaffettwaw lil pajjiżna u l-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi. Tlabna l-kummenti ta’ dawk li se jkunu qed imexxu dawn il-gruppi fuq temi speċifiċi u llum qed inġibu r-reazzjonijiet ta’ Sarah Agius Saliba, Monica Farrugia u Jonathan Attard, li se jkunu qed imexxu l-fora dwar il-kunsilli lokali, il-gżira Għawdxija u l-qafas demokratiku f ’pajjiżna rispettivament. Dan il-proġett, li hu miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ kulħadd, qed ikun ikkordinat mid-Deputat Mexxej Laburista stess, il-President tal-Partit Ramona Attard u l-Kap tad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Miriam Dalli. L-għan prinċipali hu li fl-aħħar mill-aħħar ifasslu 100 mira għall-futur ta’ dan il-pajjiż, speċi ta’ linji-gwida li jfasslu t-triq ’il quddiem għal pajjiżna u ġensu. Fl-ewwel diskors tiegħu bħala Deputat Mexxej tal-Partit erba’ ġimgħat ilu, Micallef kien stqarr li l-viżjoni tiegħu hi bbażat fuq tliet punti prinċipali. Il-punt tat-tluq hu li l-Partit Laburista hu partit b’saħħtu, iżda b’ħafna x’hemm x’jittejjeb. Stqarr li huwa issa l-mument li jkunu implimentati l-bidliet li hemm bżonn. Hu ppropona kummissjoni mmexxija minn Louis Grech biex sa mhux iktar tard minn Settembru ta’ din is-sena, ir-riformi li hemm bżonn ikunu implimentati. Appella lill-fergħat tal-Partit Laburista sabiex jmexxu l-ideat tagħhom. Stqarr li jrid jissaħħaħ ukoll il-kunċett ta’ moviment. Stqarr li issa rridu nassiguraw li l-ħitan li ħattejna ma jerġgħu jitilgħu qatt. Stqarr li jrid jintbagħat messaġġ b’saħħtu li dan il-moviment huwa d-dar naturali ta’ kulħadd. Il-ġimgħa d-dieħla nkomplu b’aktar personalitajiet responsabbli minn fora oħrajn.

KUNSILLI LOKALI AKTAR B’SAĦĦITHOM Meta ħames snin ilu ħadt id-deċiżjoni li nitfa’ ismi għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ftit kont naf li ser insib ruħi Sindku ta’ waħda mill-ikbar lokalitajiet f ’Malta. Illum, ħames snin wara nħares ’il quddiem sabiex dak li tgħallimt u esperjenzajt matul il-leġiżlatura li għaddiet, flimkien ma’ membri oħra f ’din il-fora li lkoll esperjenzaw b’mod dirett il-qasam talGvern Lokali, iservi sabiex intejbu l-irwol tal-Kunsill għall-futur. Dan it-titjib ser iservi sabiex il-Kunsilli Lokali jibqgħu għodod rilevanti f ’ħajjet iċ-ċittadini u l-komunitajiet tagħna. Il-proġett li nieda l-Partit Laburista l-ġimgħa li għaddiet bl-isem 100 IDEA qed ipoġġi għad-diskussjoni 10 oqsma

li jaffettwaw b’mod dirett liċ-ċittadini tagħna, inkluż il-Kunsilli Lokali li huma l-eqreb istituzzjoni f ’ħajjet ir-residenti Maltin u Għawdxin. Dejjem emmint fl-irwol tal-Gvern Lokali u d-devoluzzjoni tal-poter. Devoluzzjoni li ġġib inqas burokrazija u tkun waħda ferm aktar viċin għall-ħtiġijiet u l-isfidi li r-residenti jaffaċċjaw ta’ kuljum fl-ibliet u l-irħula tagħna. Minbarra dan, dawn l-istess istituzzjonijiet huma wkoll għatba importanti sabiex iċ-ċittadin ikun involut b’mod dirett u katalist għall-bidla li hemm meħtieġa fil-komunitajiet tagħna. Bil-provi, Gvern Laburista dejjem emmen fil-Kunsill Lokali. Matul l-aħħar snin rajna kif l-allokazzjoni finanzjarja

minn SARAH AGIUS SALIBA tal-Kunsilli Lokali żdiedet b’mod sostanzjali. Fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli rajna wkoll perċwentalità kbira ta’ żgħażagħ li ġew eletti, hekk kif żgħażagħ taħt it-18-il sena mhux biss setgħu jivvutaw għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali għall-ewwel darba imma wkoll jikkontestaw wara vot ta’ fiduċja li tagħhom dan l-istess Gvern. Il-politika vera hija meta l-persuni jiġu l-ewwel. L-aħħar kisba elettorali tefgħet piż fuqna fuq livell lokali. Din ir-responsabbiltà hi akbar fuq il-kunsilliera tagħna li għandhom l-irwol li jtejbu l-lokalitajiet u l-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Bla dubbju rridu nwettqu dak li pproponejna. Bħala Gvern dejjem kellna l-fama li dak li nwiegħdu nwettquh imma dan irridu naraw li jseħħ anke fuq livell ta’ Kunsill Lokali. Irridu però li dan il-proċess isir abbażi ta’ prijoritajiet u neċċessitajiet. Nemmen ukoll li ma rridux nħarsu aktar lejn il-Kunsilli tagħna b’mod partiġġjan imma nħarsu li naħdmu flimkien, dejjem sabiex inġibu l-aqwa interess tal-irħula u l-ibliet tagħna. Il-Malti jgħid illi min ma jbiddilx iqammel u għaldaqstant irridu nagħmlu eżami tal-kuxejnza u b’mod realistiku naraw kif nistgħu ntejbu l-operati tal-Gvernijiet Lokali taghna. Irridu l-ewwel u qabel kollox nibnu fuq il-ħafna tajjeb illi għandhom il-Kunsilli tagħna filwaqt illi fl-istess ħin naraw illi dawn ikunu istituzzjonijiet illi jimxu maż-żminijiet tal-lum, jibqgħu aġġornati sabiex b’hekk jibqgħu rilevanti f ’għajnejn in-nies illi jirrikorru għasservizzi li joffru. Nemmen li l-Kunsilli Lokali jridu jingħataw aktar saħħa biex jirbħu l-fiduċja taċ-ċittadini, u xi kultant din ma tkunx

biss tort tal-kunsilliera. Nemmen li l-entitajiet governattivi kollha li jaħdmu viċin il-Kunsilli għandhom ukoll rwol importanti biex jaraw li l-proġetti u l-ilmenti tan-nies jiġu implimentati fejn ikun possibbli. U hu proprju għalhekk li qed tinħoloq din il-fora biex naraw kif nistgħu nkomplu nagħmlu l-Kunsilli tagħna aktar awtonomi iżda fl-istess nifs aktar effettivi. Nappella sabiex kull wieħed u waħda minna jagħti l-massimu tiegħu sabiex naslu fit-tragwardji li ser inpoġġu quddiemna. L-isfidi mhumiex zgħar, iżda jekk kulħadd jerfa’ l-biċċa tiegħu żgur li ser naslu. Issa li nedejna dan il-proċess ta’ konsultazzjoni kull min jixtieq jagħti sehmu bl-ideat, jista’ jagħmel dan billi jibgħat e-mail fuq 100@partitlaburista.org jew messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Partit Laburista. Flimkien f ’dan l-anniversarju tant importanti li qed jiċċelebra l-Partit Laburista nistgħu nfasslu strateġija għall-Gvernijiet Lokali tagħna ambizzjuża u rilevanti kemm għall-preżent kif ukoll għall-futur.


11

23.08.2020

one.com.mt

GĦAWDEX – OPPORTUNITÀ EKONOMIKA

L-2020 bla ebda dubju ser tibqa’ sena ttimbrata f ’moħħ kulħadd. Ħadd qatt ma basar illi din is-sena ser tkun ikkaratterizzata miċ-ċirkostanzi li qed ngħixu fihom illum, u li ħa jkunu ħallew impatt fuq il-ħajjiet tagħna. Għal kull minn iħossu parti mill-Partit Laburista, l-2020 hija wkoll is-sena li timmarka l-100 sena mit-twaqqif tal-Partit Laburista. 100 sena li matulhom dan l-istess partit serva bħala t-tarka u l-vuċi tal-ħaddiem u tah l-opportunitajiet kollha sabiex javvanza u jimxi ’l quddiem. Ta drittijiet ġodda liċ-ċittadini Maltin, u aċċerta li ħadd ma jaqa’ lura. Kien partit li ħoloq attivitajiet ekonomiċi ċodda, kabbar l-infrastruttura tal-pajjiż u kompla bena u saħħaħ fuq it-tajjeb li ħolqu amministrazzjonijiet differenti. Kienu 100 sena fejn il-partit evolva matul is-snin sabiex dejjem baqa’ rilevanti għaċ-ċirkustanzi ta’ dak iż-żmien u qies li pajjiżna jkun dejjem lest għall-fu-

tur. L-istess qed jagħmel issa. Iċ-ċirkustanzi preżenti bidlu d-dinamika ta’ dan il-pajjiż. Minkejja li l-viżjoni għat-tisħiħ tal-ekonomija tibqa’ revalenti, il-partit u allura l-Gvern irid jadatta sabiex l-għanijiet oriġinali jibqgħu jintlaħqu kif ukoll jissaħħu. Bħala parti mill-inizjattivi li jikkommemoraw dawn il-100 sena, il-Partit Laburista ħareġ bl-inizjattiva ta’ 100 idea li qed tara l-ħolqien ta’ 10 policy fora groups li t-temi tahom jolqtu lill-poplu Malti u Għawdxi b’mod dirett fil-ħajja ta’ kuljum. Din il-pjattaforma għandha l-għan li kull min għandu idea, inizjattiva jew kontribut x’joffri, ikun jista’ jagħmel dan b’mod faċli u attiv. Wieħed minn dawn il-policy fora groups hu ffukat fuq Għawdex u l-opportunità ekonomika li tista’ toffri din il-gżira unika. Il-gżira Għawdxija, minkejja li hija parti minn Malta, timmerita diskussjoni aktar speċifika u profonda. Għawdex minn dejjem kien għal qalb il-Partit Laburista għaliex dejjem ra f ’din il-gżira opportunità li tkun mutur ekonomiku għalih waħdu. Il-Partit Laburista qatt ma qies lil Għawdex bħala mażżra jew bħala piż żejjed. U dan kollu jixduh l-aħħar seba’ snin ta’ Gvern Laburista fejn il-gżira Għawdxija kibret b’mod mgħaġġel, fejn in-negozji diġà eżistenti ssaħħew, negozji ġodda ngħataw l-opportunità li jirnexxu, l-industrija tat-turiżmu ħadet spinta ’l quddiem u ż-żagħżugħ Għawdxi ngħatalu ċ-ċans illi jsib xogħol f ’Għawdex stess. U dan grazzi

minn MONICA FARRUGIA

għall-ħidma u l-koordinazzjoni kontinwa bejn l-istakeholders kollha. Minkejja li sar ħafna, ma nistgħux nieqfu hawn. Hemm bosta oqsma li jikkaratterizzaw lill-gżira Għawdxija li forsi sal-lum il-ġurnata ma ngħatawx daqstant attenzjoni. U dan hu li rridu nanalizzaw fl-eżerċizzju li qiegħed isir f ’din l-okkażjoni. Għandna opportunità oħra biex naraw dak li għamilna, x’nistgħu nitgħallmu minnu, x’għandu jittejjeb u x’inhuma l-affarjiet ġodda li jistgħu isiru. Għawdex mogħni b’ambjent naturali mill-isbaħ. Bajjiet u pajsaġġi mad-

TISĦIĦ KONTINWU TAD-DEMOKRAZIJA F’dawn l-aħħar seba’ snin it-tisħiħ tad-demokrazija ta’ pajjiżna kien wieħed kontinwu. Fost l-ewwel miżuri li introduċa l-Partit Laburista fil-Gvern lura fl-2013 kien hemm dik tat-tneħħija tal-preskrizzjoni fuq il-politiċi, li permezz tagħha jistgħu jittieħdu passi kontra l-politiċi f ’kull ħin meta jkun hemm provi; il-liġi tal-finanzjament tal-partiti; l-Att dwar il-Whistleblower biex min ikollu informazzjoni jersaq ’il quddiem mingħajr biża’ u t-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Kellu jkun ukoll Gvern immexxi mill-Partit Laburista li naqqas l-età tal-vot għal 16-il sena, f ’dik li kienet deskritta bħala waħda mill-aktar riformi demokratiċi u progressivi li ttieħdu f ’pajjiżna. Dan filwaqt li ma waqafx jaħdem fuq it-tisħiħ tal-pilastri

tad-demokrazija, fosthom bl-immodernizzar tal-liġijiet li għandhom x’jaqsmu mal-libertà tal-espressjoni ġurnalistika, fosthom bit-tneħħija tal-libell kriminali u anke r-riformi fil-ħatra tal-membri tal-ġudikatura. Ittieħdu wkoll deċiżjonijiet storiċi rigward karigi Kostituzzjonali bħas-separazzjoni sħiħa bejn il-funzjonijiet doppji li kellu l-Avukat Ġenerali, bit-twaqqif tal-uffiċċju tal-Avukat tal-Istat. Dan filwaqt li kien ukoll irriformat il-mod kif jinħatru l-persuni biex jokkupaw dawn il-karigi u oħrajn, bħal dik importanti tal-Kummissarju tal-Pulizija. L-aħħar minn sensiela ta’ deċiżjonijiet kuraġġużi kienu r-riformi Kostituzzjonali approvati mill-Parlament Malti fl-aħħar ġimgħat intiżi li jkomplu jsaħħu l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna, is-saltna tad-dritt u l-governanza tajba. Permezz ta’ dawn

war il-gżira kollha li jnessuk mill-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum. Dan kollu għandna nipproteġuh bl-aħjar mod possibbli biex filwaqt li ngawdu l-identità unika ta’ din il-gżira, nagħtu ċans għall-progress responsabbli u sostenibbli sabiex Għawdex ikompli jimxi ’l quddiem u jsir destinazzjoni ta’ eċċellenza. Flimkien nistgħu nibnu viżjoni għall-futur t’Għawdex. Kull min jixtieq jipparteċipa jista’ jibgħat email fuq 100@partitlaburista.org jew messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Partit Laburista. minn JONATHAN ATTARD

ir-riformi, nbidel fost l-oħrajn il-mod ta’ kif jinħatar il-President tar-Repubblika; ilmod kif jinħatru u kif jitneħħew il-membri tal-ġudikatura; ġie msaħħaħ fl-Uffiċċju tal-Ombudsman fejn dan l-Uffiċċju Kostituzzjonali ngħata l-importanza li tistħoqqlu fil-Kostituzzjoni; u għall-provediment ta’ stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet tal-Avukat Ġenerali. Ġustament, dawn ir-riformi kienu mfaħħra mill-Aġenzija ta’ Kreditu Internazzjonali Moody’s, fejn irrikonoxxew id-determinazzjoni tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Dr Robert Abela fl-implimentazzjoni ta’ dawn ir-riformi storiċi, li għalkemm il-ħtieġa tagħhom kienet ilha tinħass snin twal, kien biss fl-aħħar ġimgħat li ġew attwati. Dawn kienu l-akbar riformi li saru f ’pajjiżna mill-Kostituzzjoni Repubblikana ta’ kważi 46 sena ilu. Għaldaqstant, faċli wieħed jaħseb li l-Partit Laburista filGvern kien se jispiċċa kompjaċenti u jgħid li wettaq biżżejjed favur id-demokrazija ta’ pajjiżna. Madanakollu, bit-tnedija tal-proġett 100 IDEA u t-twaqqif tal-Policy Forum dwar il-Qafas Demokratiku ta’ pajjiżna, il-Partit Laburista qed juri biċ-ċar li kien, għadu u se jibqa’ partit riformista li jrid ikun xprun ta’ aktar riformi kuraġġużi li jkomplu jsaħħu l-pilastri kollha tad-demokrazija ta’ pajjiżna. Dan il-Policy Forum mhuwiex biss affermazzjoni tal-kredenzjali demokratiċi tal-Partit Laburista, imma wkoll affermazzjoni li għall-Partit id-demokrazija

teħtieġ sforz kontinwu biex tirnexxi. B’din l-inizjattiva l-elettorat qed jingħata assigurazzjoni li l-Partit Laburista għandu rieda kostanti biex ikompli jwessa’ u japprofondixxi t-tħaddim u l-applikazzjoni tal-prinċipji demokratiċi, biex mhux biss nassiguraw li nkomplu nsaħħu l-mekkaniżmi kontra l-abbuż, imma fuq kollox biex nassiguraw li kulħadd ikompli jkollu d-dritt li jagħżel u jiddetermina d-destin tiegħu. Ir-rieda u d-determinazzjoni tal-Gvern Laburista għandhom iservu ta’ inkoraġġiment għal dawk kollha li diġà wrew l-intenzjoni tagħhom jew qed jaħsbuha biex jagħtu s-sehem tagħhom fil-Policy Forum dwar il-Qafas Demokratiku ta’ Pajjiżna bħala parti mill-proġett 100 IDEA. Kulħadd huwa mistieden jipparteċipa bl-ideat tiegħu, biex flimkien mal-Partit Laburista, b’impenn u b’determinazzjoni nkomplu nsaħħu l-kredenzjali demokratiċi ta’ pajjiżna.


12

23.08.2020

one.com.mt

L-INVESTIMENTI LI GĦAMEL IL-GVERN FID-DWANA QED JAGĦTU R-RIŻULTATI • mis-sena d-dieħla se jinbeda proġett kbir, stmat li jiswa €5 miljun, biex jinbena Scanning Facility fil-Port il-Kbir, jirreplika l-istess investiment li sar fil-Freeport. B’hekk fuq apparat u infrastruttura, id-Dwana investiet €16il miljun. Sistemi Joe Chetcuti Kap Eżekuttiv tad-Dwana

F’dawn l-aħħar snin id-Dipartiment tad-Dwana imbarka fuq programm ta’ mmodernizzar estensiv li kien jinvolvi ristrutturar tal-istruttura tiegħu, investimenti fuq għodod speċjalizzati, investiment fuq l-infrastruttura, tisħiħ ta’ sistemi, żieda fir-riżorsi umani u taħriġ tal-impjegati. Fil-fatt, fuq infrastruttura, apparat u għodod speċjalizzati: • fl-2016 inxtara ZBV backscatter scanner van mobbli, b’investiment ta’ €864,000, li jintuża f ’diversi stazzjonijiet; • fl-2017, id-Dipartiment xtara apparat modern għat-training rooms tiegħu, bi spiża ta’ €40,000; • fl-2018, inxtara in-Nuctech Scanner għall-Freeport, b’investiment ta’ €2 miljun; • fl-istess sena, l-2018, sar xogħol infrastrutturali fil-faċilitajiet tad-Dwana fil-Freeport, bi spiża ta’ €700,000; • fl-2018 ukoll, inxtraw tmint iklieb, b’investiment ta’ €350,000; • fl-2019 sar xogħol infrastrutturali fuq kumpless ġdid f ’Ħal Luqa, li ġabar fih l-Intelligence Unit, ir-Risk Management Unit, l-Anti-Money Laundering Team u l-Enforcement Unit, b’investiment ta’ €70,000; • fl-2019 il-flotta tad-Dipartiment issaħħet b’numru ta’ vetturi u vannijiet, kif ukoll b’tilt & slide truck, bi spiża ta’ €285,000; • fuq medda ta’ tliet snin, mill2016 sal-2019, ġew modernizzati ħafna mill-uffiċċji tad-Dwana, inklużi mħażen fi Newport Bonded Stores, bi spiża ta’ €706,000; • fl-2020, se jkunu nxtraw żewġ X-ray machines għall-ajruport, b’investiment ta’ €236,000; • din is-sena, se jiġi inawgurat Canine Compound, f ’Ħal Far, wara investiment ta’ €1.1 miljun; • din is-sena wkoll, inxtara luggage scanner van, bi spiża ta’ €2.4 miljun; • bħalissa għaddejjin ukoll xogħlijiet f ’Ħal Far Groupage Complex, b’investiment ta’ €2.25 miljun; u

Sar ukoll investiment qawwi fuq diversi sistemi, fosthom: • In-National Export System fl-2015 u n-National Import System fl-2017, b’investiment ta’ €1.2 miljun; • fl-2018 inxtrat i2 analytical tool għall-Intelligence Unit tad-Dipartiment bi spiża ta’ €94,000; • fl-2019 iddaħħlet, ir-Realtime Online Payment System, bi spiża ta’ €48,000; u • bħalissa għaddej xogħol fuq il-Container Targeting System u l-ICS2, kif ukoll is-Single Window, b’investiment proġettat ta’ €2.3 miljun. B’hekk fuq sistemi, id-Dwana se tkun investiet €3.6 miljun. Dan ifisser li komplessivament id-Dipartiment, fuq apparat, infrastruttura u sistemi, se jkun investa kważi €20 miljun. X’inhu x-xogħol tad-Dwana? Bħala l-aġenzija ewlenija fuq ilfruntiera, id-Dwana għandha fuq spallejha responsabbiltajiet multifunzjonarji: • minn naħa waħda trid tiffoka ħafna fuq il-ħtieġa li tiffaċilita bl-aktar mod qawwi l-ħajja tal-kummerċjant ġust; • minn naħa oħra trid teżerċita dawk il-kontrolli kollha neċessarji biex tiżgura li min mhux jonora l-obbligi fiskali tiegħu, ma jitħalliex ikompli jagħmel dan; u • minn naħa oħra trid twettaq sorveljanza riġida biex tiggarantixxi s-saħħa u s-sigurtà tas-soċjetà. F’dan ix-xenarju, wieħed jifhem illi l-ikbar biċċa xogħol delikata li għandha d-Dwana hija li ssib bilanċ bejn dawn il-funzjonijiet kollha. Sadanittant, id-Dwana tibqa’ wkoll komponent ewlieni għall-erarju tal-Gvern, primarjament bid-dħul mis-Sisa, kif ukoll trid tissalvagwardja r-riżorsi tradizzjonali tal-Unjoni Ewropea billi tiġbor id-dazju fuq l-importazzjoni. Għal dan il-għan, id-Dwana għandha preżenza wiesgħa fuq il-fruntiera li testendi mill-Port Ħieles, f ’Birżebbuġa

- fejn tikkontrolla merkanzija li tkun movimentata f ’kontejners kemm għas-suq domestiku kif ukoll dik trasbordata għal pajjiżi oħra, għall-Ajruport tal-Gudja - fejn tikkontrolla oġġetti li jkunu qed iġorru magħhom passiġġieri, għall-Ajruport l-antik, f ’Ħal Luqa - fejn tikkontrolla merkanzija li tasal bl-ajru, kif ukoll pakketti li jaslu bil-Courier, għall-Posta, f ’Ħal Qormi fejn tikkontrolla pakketti li jaslu bil-posta, għal diversi stazzjonijiet fil-Port il-Kbir - fejn tikkontrolla l-wasliet tal-vapuri li jkunu qed iġorru kemm merkanzija u anki passiġġieri, skont il-każ. Id-Dwana tikkontrolla anki l-Yacht Marinas, kif ukoll għandha stazzjon f ’Għawdex. Biex tilħaq bilanċ bejn faċilitazzjoni u kontroll, id-Dwana taħdem b’sistema ta’ analiżi tar-riskju. Jikkumplimenta din l-analiżi hemm imbagħad l-użu ta’ għodod speċjalizzati bħal scanners sofistikati, X-ray machines u klieb imħarrġa biex ixommu komoditajiet partikolari. Fil-Port Ħieles jeżisti scanner sofistikat li bih id-Dwana tara l-kontenut fil-kontejners. Scanner ieħor sofistikat huwa ż-ZBV backscatter, li hu flessibbli ħafna għaliex jista’ jiġi movimentat kullimkien, fosthom fil-Port ilKbir u fi mħażen privati. Bagalji fl-ajruport, pakketti fil-posta u pakketti li jaslu bil-courier jiġu kkontrollati billi jintużaw X-ray machines. Dawn l-għodod huma kumplimentati wkoll bl-iskwadra tal-klieb li d-Dwana taħdem bihom fl-ajruport, fil-posta, fil-courier, fuq bastimenti u fi mħażen. Apparti hekk, id-Dipartiment huwa mgħammar ukoll b’Taqsima tal-infurzar li tagħmel ħafna xogħol ta’ spezzjonijiet kemm fuq il-fruntiera, kif ukoll fis-suq intern billi tagħmel rondi filħwienet. Riżultati Meta d-Dwana ttejjeb l-operat tagħha fl-intier tiegħu, u tkun aktar viġilanti biex ma jkunx hemm evażjoni ta’ taxxi, tkun, b’mod naturali, qiegħda ttejjeb il-kwalità tas-servizz tagħha favur il-kum-

merċ ġust. U l-istatistika hija xhieda biżżejjed ta’ dan: • jekk wieħed biss iħares lejn il-figuri ta’ flus li tiġbor id-Dwana, wieħed jista’ jasal għall-konklużjoni li r-rata ta’ osservanza żdiedet sew. Dan għaliex filwaqt li fl-2012, id-Dwana kkontribwixxiet €139 miljun għall-erarju tal-Gvern, din il-figura baqgħet tielgħa sena wara oħra, biex fl2019 din laħqet €314-il miljun u • jekk wieħed iħares lejn il-figuri ta’ kuntrabandu li nqabad, wieħed jista’ faċilment jasal għall-konklużjoni li, fejn jidħol infurzar, id-Dwana qed tkun aktar effiċjenti. Fil-fatt, kull sena, id-Dwana qed tirreġistra rekord fuq ieħor ta’ qbid, b’tali mod li: - fl-2013 inżammu 910,000 oġġett kontrafatt, u wara żieda kull sena, fl-2019 il-figura telgħet għal 3,040,000;

- fl-2013 ġew miżmuma 1,300 flixkun xorb alkoħoliku tal-kuntrabandu, u wara żieda reġistrata kull sena, fl-2019 il-figura telgħet għal 12,600 flixkun; - fl-2013 ġew interċettati 28,700,000 sigarett tal-kuntrabandu, mentri fl-2019 ġew interċettati 55,700,000 sigarett tal-kuntrabandu; - fl-2013 ġew interċettati 4 kg ta’ droga, biex wara li fl-2016 sar investiment fl-ewwel scanner u fl-2018 sar investiment fit-tieni scanner, il-qabdiet splodew kif ġej – 26 kg (2016), 459 kilo (2017), 16,107 kg (2018) u 753 kg (2019); u - fl-2013 ġew maqbuda €600,000 fi flus mhux iddikjarati lid-Dwana, ġiet reġistrata żieda kull sena u fl-2019 ġew interċettati €1,500,000.


13

23.08.2020

one.com.mt

IL-PUBBLIKU U L-IMMANIĠĠJAR TAL-ILMA

Michael Farrugia Ministru

Mingħajr ebda dubju l-ilma huwa fattur importanti fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Għalkemm pajjiżna għandu nuqqas ta’ riżorsi naturali tal-ilma, b’ippjanar tajjeb, tul is-snin irnexxielna nassiguraw li jkollna provvista adekwata ta’ ilma – u li nagħmlu dan dejjem b’mod aktar sostenibbli. F’dawn l-aħħar snin, il-Gvern nieda investimenti sinifikanti fis-settur tal-ilma fejn qed naraw żviluppi importanti li qed itejbu l-operat tal-Korporazzjoni għasServizzi tal-Ilma u jiddiverisi-

fikaw s-sorsi ta’ provvista tal-ilma. B’dawn il-proġetti, se nkunu qed nassiguraw ukoll titjib fil-kwalità, speċjalment fit-togħma tal-ilma tax-xorb – u b’hekk inkunu qed noffru servizz aħjar lill-konsumatur. F’nofs din il-ġimgħa, il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma flimkien mal-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar nedejna l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika li għandu jwassal biex fi żmien sentejn, jiġi fformulat it-Tielet Pjan għall-Immaniġġjar tal-Ilma - it-Tielet River Basin Management Plan ta’ pajjiżna. Dan il-proċess huwa mmexxi mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent u l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma fi ħdan il-Ministeru tiegħi. Huwa proċess mitlub taħt id-Direttiva Ewropea dwar il-Politika tal-Ilma (Water Framework Directive) Huwa importanti nenfasizza li dan il-proċess se jibda b’kon-

sultazzjoni pubblika. L-esperti fi ħdan dawn iż-żewġ entitajiet, wara li analizzaw is-settur tal-ilma f ’pajjiżna, identifikaw numru ta’ issues importanti li għandhom jiġu indirizzati bi prijorità. Permezz ta’ dan il-proċess ta’ konsultazzjoni se nkunu qed nieħdu l-opinjonijiet u l-ideat tal-istakeholders u l-pubbliku inġenerali dwar is-suġġett. Livelli aktar sostenibbli Tajjeb insemmi wkoll li l-immaniġġjar tar-riżorsi naturali tal-ilma kien parti integrali minn dawn l-investimenti, fejn qed naraw xogħlijiet importanti fil-widien tagħna (bħall-proġett li qed isir f ’Wied il-Qlejgħa) u wkoll l-iżvilupp ta’ sistemi avvanzati ta’ monitoraġġ tal-ilma tal-pjan. It-titjib fl-operat tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandu wkoll iwassal biex l-istess Korporazzjoni tkun tista’ tnaqqas l-użu tal-ilma tal-pjan u wkoll permezz tal-proġett tan-

New Water, iżżid il-provvista ta’ ilma alternattiv li jista’ jintuża fil-biedja minflok l-ilma tal-pjan. B’hekk qed naraw kif diversi proġetti fis-settur, eventwalment se jkunu qed jgħinu fl-implimentazzjoni ta’ xulxin, u jikkontribwixxu biex nilħqu livelli aktar sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma naturali f ’pajjiżna. Dan ma jiġrix b’kumbinazzjoni, iżda huwa riżultat ta’ ppjanar fit-tul permezz ta’ proċess ta’ koordinament bejn id-diversi entitajiet li joperaw fis-settur. Issues importanti li għandhom jiġu indirizzati bi prijorità: • Nottimizzaw il-Faċilitajiet ta’ Distribuzzjoni tal-Ilma – Intejbu l-mains tal-ilma tax-xorb biex innaqqsu l-leakages u t-telf tal-enerġija. • Inżidu l-kapaċità tal-ħażna tal-ġibjuni biex tiżdied is-sigurtà tal-provvista tal-ilma tax-xorb u tiżdied il-flessibilità tal-provvista fl-indirizzar tar-riskji ta’ kontaminazzjoni għas-sorsi

tal-provvista tal-ilma. • Intejbu l-impjanti tat-trattament tad-drenaġġ u l-impjanti tal-water polishing biex jilqgħu għall-kapaċità miżjuda u jġibu dawn l-installazzjonijiet dejjem aktar qrib il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari. • Nestendu l-faċilitajiet tad-distribuzzjoni tan-New Water biex itejbu l-użu tiegħu u jnaqqsu d-dipendenza fuq ir-riżorsi tal-ground water. Il-pjan li għandna jrid jirrifletti dak li jaraw in-nies. Nafu li f ’dawn l-aħħar snin, pajjiżna għamel kisbiet u suċċessi kbar fil-qasam tal-ilma - rajna kif il-fondi qed jintużaw u jintefqu b’mod għaqli. Ma ninsewx li l-entitajiet ta’ pajjiżna jridu jikkompetu ma’ entitajiet ta’ pajjiżi oħrajn biex jikkwalifikaw għal fondi Ewropej. L-ilma jmiss ma’ kull ma nagħmlu sew jekk fit-traspot, fit-turiżmu, fl-agrikoltura, u għalhekk, aktar ma nkunu effiċjenti, inqas qed ikollna impatt fuq l-ambjent ta’ madwarna.


14

23.08.2020

one.com.mt

INVESTIMENT FL-INFRASTRU L-KWALITÀ TAL-ĦAJJA FIL-KO Wara konsultazzjoni pubblika dwar l-Istrateġija għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera li kienet imnedija f’Ottubru tal-2018, f’Mejju tas-sena li għaddiet kienet ġiet ippubblikata l-istrateġija tal-Kottonera. Xogħol kbir li sar kemm qabel ma saret il-konsultazzjoni pubblika u wkoll wara li kienet pubblikata l-istrategija, u x-xogħol kompla għaddej, għall-benefiċċju mhux biss tal-komunità li tgħix f’dawn il-bliet li jiffurmaw il-Kottonera u l-Kalkara, imma wkoll għall-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu. L-investiment li qiegħed isir huwa marbut mhux biss mal-infrastruttura, imma wkoll mal-kwalità tal-ħajja. Tkellima mal-Kordinatur Eżekuttiv tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Kottonera, Glenn Bedingfield.

Minn mindu kienet ippubblikata l-istrateġija sar ħafna xogħol. X’wettaqtu s’issa u xi proġetti għaddejjin? Eżattament, sar ħafna xogħol li jidher u xogħol ieħor li ma jidhirx imma importanti li jsir. L-istrateġija għandha tliet miri ewlenin. Il-qasam soċjali, l-ambjent urban u t-tisħiħ tal-patrimonju nazzjonali li minnu għandna ħafna fil-Kottonera. Fejn jidħol ir-restawr u t-tisħiħ tal-patrimonju nazzjonali għaddej ħafna xogħol. Riċentement ħabbarna li sa tmiem is-sena d-dieħla se jkunu investiti kważi €9 miljun fuq diversi xogħlijiet ta’ restawr f ’25 proġett differenti. Dawn ma jinkludux il-proġetti kapitali li għaddejjin bħalissa u li se jibdew fiż-żmien li ġej. Bħalissa għaddej proġett li se joħloq spazju miftuħ ġdid fuq id-daħla tal-Isla, magħruf bħala l-Bastjun ta’ San Mikiel, proġett li jiswa €2 miljun u fiż-żmien li ġej se jibda x-xogħol fi Triq Sally Port, il-Birgu u x-Xatt tal-Kalkara. Proġett li ilu mistenni ħafna u li se jkun qed jiswa mad-€9 miljun. Dan huwa proġett mistenni ħafna, minnies tal-Birgu li jridu jgawdu l-parti magħrufa bħala It-Toqba billi bħalissa tinsab fi stat diżastruż u min-nies tal-Kalkara li se jkollhom xatt ġdid u spazji ġodda miftuħa fejn jistgħu jgawdu wieħed mill-isbaħ irħula pit-

toreski li għandna f ’Malta. Fejn jidħol il-qasam soċjali, li għalija huwa fost l-aktar miri importanti fl-istrateġija, qed inħejju proġett flimkien mal-parroċċi ta’ Bormla u l-Isla biex inkunu nistgħu ngħinu familji li jkollhom bżonn għajnuna soċjali u direzzjoni. Din mhix se tkun għajnuna finanzjarja imma għajnuna professjonali. Ilproġett se jkun tal-Fondazzjoni Kottonera flimkien mal-Parroċċi msemmija. Fl-aħħar xhur waqajna ftit lura iżda issa ninsabu fl-aħħar fażi u qed nistmaw li sa tmiem din is-sena nkunu bdejna b’dan il-proġett li se jittratta familji, mhux individwi. Fejn jidħlu avvenimenti kulturali din is-sena konna ristretti milli norganizzaw attivitajiet li kellna f ’moħħna li jsiru iżda qed naħdmu biex jekk Alla jrid għas-sena d-dieħla jkollna kalendarju ta’ attivitajiet li jressaq aktar nies lejn il-Kottonera u noħolqu interess ġdid lejn dawn l-inħawi li huma mogħnija b’arti, kultura u storja kbira. Meta qed nitkellmu dwar proġetti, sintendi hemm l-investiment ta’ miljuni. Fil-fatt, dan l-aħħar qrajna bl-investiment massiv ta’ €3.1 miljun fl-Isla. Fiex jikkonsisti dan il-proġett?

trateġija tagħna. Ix-xogħol qed isir mill-GHRC, il-Grand Harbour Regeneration Corporation u se jbiddel il-Bastjun ta’ San Mikiel li rreferejt għalih aktar qabel. L-Isla hija l-aktar belt li sofriet matul it-Tieni Gwerra Dinjija u l-effetti tad-devastazzjoni għadhom sa ċertu punt jinħassu f ’ċerti nħawi. Id-daħla maestuża tal-Isla kif mibnija mill-Kavallieri kienet isservi ta’ difiża u wkoll ta’ mħazen. Matul iż-żminijiet tneħħew l-imħażen, saret triq però l-bastjun tħalla abbandunat. Dan il-proġett mistenni jirrikrea l-erja talimħażen permezz ta’ disinn u spazju ġdid fuq il-bastjun li se jkun miftuħ għall-ewwel darba biex jitgawda mill-pubbliku. Kburi ħafna b’dan il-proġett li se jagħti dehra ġdida lid-daħla tal-Isla, imma mhux biss għalhekk, iżda għax se joħloq spazju miftuħ ġdid. Apparti xogħol infrastrutturali hemm ukoll proġetti soċjali. Liema huma l-aktar li jispikkaw?

Bħalissa qed naħdmu fuq proġett li jiffoka fuq familji. Ilna bosta xhur nitkellmu mal-parroċċi tal-Isla u Bormla li se jidentifikaw familji li jistgħu jingħataw għajnuna. Iktar milli għajnuna, nippreferi Dan huwa l-ewwel proġett in- ngħid direzzjoni. Dan mhux se frastrutturali li beda jsir minn jkun proġett li permezz tiegħu dawk li huma msemmija fl-is- se nagħtu għajnuna finanzjar-

ja, imma rridu naraw x’inhu l-potenzjal ta’ dawn il-familji u kif jistgħu, dawn il-familji jilħqu l-milja tagħhom. Għalhekk ngħid direzzjoni aktar milli għajnuna, għaliex ħafna drabi, dawn it-tip ta’ familji jkollhom bżonn min jiggwidahom biex jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom billi jkollhom ħajja diċenti għax ikunu kapaċi jisfruttaw l-opportunitajiet li llum għandna f ’pajjiżna. Fiż-żmien li ġej se nħabbru wkoll fond ta’ għajnuna finanzjarja għas-soċjetajiet u għaqdiet tal-Kottonera. Dan il-fond li huwa ta’ €130,000 se jkunu jistgħu japplikaw għalih għaqdiet mill-Kottonera jew li jaħdmu fil-Kottonera u li għandhom proġetti u jew inizjattivi li permezz tagħhom jistgħu jkunu ta’ għajnuna għall-komunitajiet

tagħna. Kif tħares lejn il-Kottonera fis-snin li ġejjin? Irrid nara Kottonera li tkun isbaħ, aħjar, aktar nadifa u ċentru ta’ arti u kultura. It-tlett ibliet u l-Kalkara għandhom ħafna potenzjal li kien ilu rieqed minn wara l-gwerra fejn dawn l-inħawi ħadu daqqa kbira. Kien hawn palazzi li waqgħu, familji li telqu u ma ġewx lura, investiment matul is-snin rajna ftit li xejn. Malli fl-2013 il-Partit Laburista tela’ fil-Gvern beda jħares lejn il-Kottonera b’lenti differenti minn kif kienu jħarsu lejha gvernijiet oħra. Beda jinvesti. Iż-żona magħrufa bħala Dock 1 illum saret waħda mill-isbaħ inħawi ta’ Malta u minn dan il-proġett għandna nieħdu eżempju ta’ kif fil-Kottonera għandna postijiet li permezz tagħhom nistgħu

Fejn jidħlu avvenimenti kulturali din is-sena konna ristretti milli norganizzaw attivitajiet li kellna f’moħħna li jsiru iżda qed naħdmu biex jekk Alla jrid għas-sena d-dieħla jkollna kalendarju ta’ attivitajiet li jressaq aktar nies lejn il-Kottonera u noħolqu interess ġdid lejn dawn l-inħawi li huma mogħnija b’arti, kultura u storja kbira


15

23.08.2020

one.com.mt

UTTURA U OTTONERA

noħolqu spazji ġodda li jistgħu jitgawdew minn kulħadd. Irrid nara t-tisħiħ tat-tessut soċjali, ambjent isbaħ u iktar opportunitajiet ta’ xogħol diċenti maħluqa hawnhekk stess. Eżempju, il-beni kulturali li għandna jistgħu jservu ta’ opportunitajiet ġodda. Jekk tieħu s-swar, dawn huma 7 kilometri ta’ ħitan li nbnew 350 sena ilu li servew diversi ħtiġijiet imma fl-aħħar snin ma servewx il-ħtiġijiet tal-komunità inġenerali. Illum għandek partijiet minnhom li huma mitluqa, oħrajn mikrija għand terzi, partijiet minnhom li huma saħansitra għand il-privat u l-Gvern m’għandux strateġija kif dawn is-swar jużahom tajjeb. Fil-fatt, il-Fondazzjoni Kottonera ħolqot steering committee biex iħejji strateġija għas-swar għaliex nemmen li għandhom ħafna potenzjal li jista’ jintuża għall-ġid tal-komunità. Bħas-swar għandna wkoll xelters tat-Tieni Gwerra Dinjija. L-esperiment tal-ftuħ tax-xelters mal-Fondazzjoni Wirt Artna, kien esperiment tajjeb ħafna u eżempju ta’ kif il-Gvern jista’ jaħdem ma’ NGOs f ’dan il-qasam. Għalhekk, irrid nara li jitkattru aktar opportunitajiet ta’ investiment li jservu lin-nies. X’inhu l-għan aħħari ta’ din l-istrateġija? L-għan aħħari tagħna huwa li l-Kottonera ta’ għada tkun aħjar mill-Kottonera tal-bieraħ u talllum. Għal ħafna snin, Bormla,

l-Isla u l-Birgu (il-Kalkara ġiet wara) kienu ċ-ċentru tal-attività soċjali, politika u kummerċjali. In-nies kienu jiftaħru li huma mill-Kottonera. Imbagħad għal ħafna snin wara t-Tieni Gwerra Dinjija, sofrejna minn stigma soċjali li llum ħriġna minnha imma għadna ma wasalniex fejn nixtieq jien. Għalhekk irrid lin-nies tal-Kottonera jkomplu jkunu aktar kburin u b’livell ogħla t’għajxien.


16

23.08.2020

one.com.mt

ĦARSIEN TAL-WIRT NAZZJONALI

Clint Camilleri Ministru

Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa inawgurajna x-xogħlijiet li saru matul dawn l-aħħar xhur, b’valur ta’ madwar €12,000, fuq il-makkinarju tal-arloġġ ta’ Ġużeppi Muscat u t-turretta li tilqa’ fiha lil dan il-makkinarju. L-involviment u l-kooperazzjoni bejn il-Ministeru għal Għawdex ma’ entitajiet pubbliċi kif ukoll privati f ’dan il-proġett jixhdu l-impenn u l-politika ta’ dan ilGvern li kull wieħed u waħda minna nistgħu nikkontribwixxu bil-mod varju tagħna, għall-kura u l-ħarsien tal-wirt nazzjonali tagħna. Kulħadd jifhem li post estensiv u sensittiv bħalma huwa

ċ-Ċittadella, jirrikjedi programm sħiħ ta’ manutenzjoni u restawr kontinwu matul is-sena kollha. Id-Direttorat għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, sa mit-twaqqif tiegħu fassal programm ta’ restawr u proġetti bil-għan li dak li ħallewlna missirijietna mhux biss inħarsuh, iżda nkomplu nibnu u ntejbu fuqu. Eżempji ta’ proġetti huma x-xogħlijiet ippjanati fuq ir-Ravellin, ix-xogħlijiet kurrenti fuq il-faċilitajiet sanitarji pubbliċi, ilħolqien ta’ mudell 3D fil-bronż taċ-Ċittadella, u r-restawr tanniċeċ fid-daħla tal-Belt il-qadima. Dawn kollha jixhdu l-impenn li għandna bħala Ministeru lejn iċ-Ċittadella kif ukoll lejn il-ħarsien tal-wirt kulturali ta’ gżiritna. Wieħed forsi jistaqsi għaliex ħassejna l-bżonn li niltaqgħu ċ-Ċittadella biex niċċelebraw flimkien dan ix-xogħol ta’ restawr fuq l-arloġġ tas-seklu 18 meta x-xogħol ta’ manutenzjoni u restawr hu wieħed kontinwu? Jew x’rilevanza għandha llum it-tiswija ta’ arloġġ qadim f ’era ta’ teknoloġija kbira? L-inawgurazzjoni tal-makkinarju tal-arloġġ serviet biex

mhux biss infakkru x-xogħol ta’ restawr fuq l-arloġġ ta’ Ġużeppi Muscat, li hu l-uniku wieħed li baqa’ ta’ dan l-imgħallem fil-Gżejjer Maltin, iżda wkoll biex nuru l-apprezzament tagħna lejn il-ħaddiema u lejn il-ħidma siekta u d-dedikazzjoni kontinwa tagħhom. Meta wieħed jaħdem flimkien bħala tim

wieħed, ir-riżultati jaslu u jaslu fil-ħin. U dan kollu jseħħ għax ikollok direttorati li jaħdmu flimkien u ma’ stakeholders varji. Fejn l-affarijiet ma jkunux jaħdmu sew, għandna nsibu l-ħin u l-kuraġġ li nirranġawhom u nerġgħu nsibu l-koordinament mill-ġdid. Irridu li, bħall-arloġġ taċ-Ċittadella, inkunu ikona

viżibbli u li meta wieħed jarana jew jismagħna, jista’ jafda fina u jfaħħar għemilna. Għal darb’oħra nirringrazzja lid-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex kif ukoll lil kull min ta sehmu tal-ħidma assidwa u kontinwa sabiex dan ir-restawr kien possibbli.

L-EDUKAZZJONI FIL-QALB TAL-MUDELL EKONOMIKU ĠDID

Owen Bonnici Ministru

Nhar il-Ħamis li għadda fakkarna t-tmien anniversarju tal-mewt tal-Eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Dom Mintoff li żgur li jibqa’ mfakkar għall-ħidma u l-kisbiet li għamel għal pajjiżna fosthom fejn tidħol l-edukazzjoni. Dejjem insostni kemm huwa importanti l-qari u ngħid hekk għax jien wieħed li l-qari nħobbu ferm u kull okkażjoni li jkolli ngħaddas rasi naqra. Kumbinazzjoni din il-ġimgħa wkoll kont qed naqra artiklu dwar meeting li kien sar f ’April

tal-1987. Fih il-Perit Mintoff ta ħarsa lejn il-qasam edukattiv u fost oħrajn qal hekk: “It-tagħlim għandu bżonnu kull bniedem għaliex huwa meħtieġ f ’kull ħaġa, l-aktar biex il-bniedem jgħix ħajja aħjar u jaqla’ l-għajxien tiegħu.” Kemm hija bażi tajba din biex inressaq l-argument li se nikteb dwaru llum! Għax dejjem kien Gvern Laburista li ra li l-qasam edukattiv jimxi ’l quddiem u skont il-ħtiġijiet tal-ġurnata. Proprju kif ġara ma’ kull Gvern Laburista u bil-Gvern Laburista tal-lum li żgur mhuwiex eċċezzjoni. Fiż-żmien li tkellem f ’dan il-meeting Mintoff, il-ġlieda kienet għal edukazzjoni b’xejn għal kulħadd. Illum din hija xi ħaġa magħġuna fis-sistema tagħna u qed inkomplu nimirħu għal aktar progress. Progress li jmur mal-ħtiġijiet mhux biss ta’ wliedna, imma wkoll il-ħtiġijiet tad-dinja ta’ madwarna. Il-prijorità tagħna llum hija li s-sistema edukattiva tkun kompatibbli ma’ dak li huwa meħtieġ

fil-qasam tax-Xogħol. Kif stqarr il-Prim Ministru l-ġimgħa li għaddiet, illum għandna realtajiet ġodda f ’dan il-qasam. Realtajiet marbuta ma’ sferi li huma bbażati fuq prinċipju li madwaru rridu nibnu l-mudell ekonomiku ġdid: kwalità ta’ ħajja aħjar. U fil-qalb ta’ dan il-mudell hemm l-Edukazzjoni. Irrid ngħid li l-inklużjoni tal-Edukazzjoni mal-ħames punti ta’ prinċipju li permezz tagħhom tista’ tintlaħaq Kwalità ta’ Ħajja aħjar niżlet tajjeb ferm ma’ diversi setturi u kelli kummenti pożittivi immens dwar dan. L-Edukazzjoni li tmur id f ’id max-Xogħol. Għaliex daqskemm l-edukazzjoni hija l-bażi importanti li twassalna biex nieħdu l-qagħda tagħna fil-ħajja, hija tant ieħor importanti biex twassalna għal impjieg tajjeb biex kull wieħed u waħda minna jkollu kwalità ta’ ħajja aħjar. F’dinja li dejjem qed tavvanza u t-teknoloġija aktar ma jmur aktar qed tispikka f ’kull settur,

allura anki l-ħtiġijiet fil-qasam tax-xogħol naraw li qed jinbidlu. Illum naraw ix-Xjenza li qed tiddomina f ’dan il-qasam. Qed naraw settur li qed jeħtieġ kompetenzi f ’oqsma bħall-Life Sciences, robotics, coding, infrastruttura ta’ IT, software development, Intelliġenza Artifiċjali, Cloud Computing, Quantum, Cyber Security u Industrija 4.0 – ir-raba’ rivoluzzjoni industrijali. Huwa għalhekk li jridu jissoktaw il-ħidma u l-impenn biex insaħħu dak li għandna u nkomplu nżewġu flimkien l-edukazzjoni, dawk li huma l-ħtiġijiet tal-kumpaniji li jħaddmu u l-ħtiġijiet li permezz tagħhom inkomplu nkabbru l-ekonomija tagħna. Allura hawn iqum il-ħsieb profond tas-sistema edukattiva tagħna. Irridu ngħidu li fissnin li għaddew ksibna ħafna li huwa tajjeb fl-edukazzjoni. Rajna titjib sew u huwa għalhekk li l-esperjenza li ksibna se jkunu l-bażi tat-tkomplija

tal-ħidma tagħna biex nagħmlu pass ieħor. Irridu naraw jekk aħniex qed nippreparaw lit-tfal tagħna biżżejjed biex ikunu preparati fil-Matematika, fix-Xjenzi u fl-Ekonomija Diġitali li huma l-qafas tal-viżjoni tal-Gvern għall-ekonomija li teħodna għal ħamsa, għaxra u għoxrin sena oħra. Din hija l-ħidma li rridu nsaħħu għal li ġej. B’hekk għandna bżonn ħsieb iktar profond fuq l-edukazzjoni tagħna u se naħdmu bħala gvern biex naraw li nibqgħu nimmodernizzaw l-infrastruttura edukattiva, mhux biss dik tal-ġebel u l-bini, imma b’mod partikolari tas-sustanza ta’ kif qed nippreparaw l-edukaturi tagħna, u l-istudenti tagħna. Persważ li kif għelibna sfidi li kienu ppreżentati minn sitwazzjonijiet differenti, hekk ukoll se naħdmu biex inkomplu naslu f ’dik li hija t-triq ’il quddiem fil-kamp edukattiv, marbuta mas-settur tax-xogħol u l-ekonomija ta’ pajjiżna.


17

23.08.2020

one.com.mt

’IL QUDDIEM

Josianne Cutajar Membru Parlamentari Ewropew

Bħalissa kważi kull diskussjoni ddur madwar is-sitwazzjoni li għaddejjin minnha, sitwazzjoni li qed taffettwa kull settur tal-ħajja tagħna – l-isfidi li qed iġġib magħha l-imxija tal-pandemija COVID-19. Huma sfidi li huwa ovvju li ħadd ma riedhom, imma rridu nkunu reali u naċċettaw li dawn qegħdin hemm. U f ’din is-sitwazzjoni m’aħniex iżolati. Hija d-dinja kollha li għaddejja minnhom. Nifhem li kull wieħed u waħda minnha qed inħossu l-effett tar-restrizzjonijiet li ġabet magħha l-pandemija. U huwa ovvju wkoll li kulħadd jara dak li jolqot lilu. Bħalissa ninsabu fleqqel tas-sajf. Sajf li għalina l-Maltin u l-Għawdxin ifisser ħafna. Għaliex f ’dan l-istaġun naraw ukoll il-qofol ta’ tradizzjonijiet, attivitajiet tal-massa, aktar ħin liberu għad-divertiment. U allura lkoll qed inħossu l-effett tal-prekawzjonijiet li bilfors iridu jittieħdu minħabba din is-sitwazzjoni bla preċendent, fuq ilħajja normali tagħna matul is-sajf. Ibda mill-festi. Huma l-eluf li huma mhux biss dilettanti tal-festi, imma wkoll jipparteċipaw bi ħġarhom fihom. Din is-sena qed niċċelebraw il-festi, imma b’differenza għaliex l-attivitajiet marbuta magħhom qed isiru fuq skala bil-ħafna anqas minn dawk li mdorrijin bihom. Festi li għandhom importanza kbira għas-soċjetà b’mod ġenerali, għaliex apparti l-aspett reliġjuż tagħhom, fihom hemm minsuġ ukoll il-folklor, it-tradizzjoni, il-kultura tagħna li ilha ġejja għal mijjiet ta’ snin. Huma okkażjonijiet li joħorġu l-karatteristika ta’ kull belt u raħal tagħna. U għalhekk nifhem id-diżappunt tal-ħafna li din is-sena qed iħossu li hemm xi ħaġa nieqsa f ’ħajjithom. Imma rridu noqogħdu mal-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa u nirrispettaw li dawn huma żminijiet li mhumiex normali. Niddevertu, u nieħdu ġost bil-festi – u attivitajiet oħra – anki bil-mod ristrett kif qed ikollna niċċelebrawhom din is-sena. Vera li tħoss l-għafsa ta’ qalb tal-parruċċani u d-dilettanti meta tara pjazez vojta meta mdorrijin narawhom imballati u armati bis-sħiħ. Imma ż-żmien li għaddejjin minnu qed jitlob responsabbiltajiet differenti – tal-anqas il-festi qed isiru xorta, imma b’mod addattat għaċ-ċirkostanzi. Għall-ġid ta’ kulħadd. Fuq nota oħra imma b’rabta ma’ dan l-argument, ħadt gost fi tmiem ilġimgħa li għaddiet inżur il-lokalitajiet u wkoll il-kmamar tan-nar marbuta ma’ waħda mill-festi li l-Maltin u l-Għawdxin jagħmlu ħafna għaliha – Santa Marija.

Kien ta’ pjaċir niltaqa’ man-nies involuti f ’dawn il-festi u wkoll ma’ dawk li huma involuti fi tradizzjoni u arti oħra tagħna, dik tal-logħob tan-nar. Ħadt gost nara l-ħidma tagħhom. Qaluli li kien hemm passi ’l quddiem f ’dawn issnin riċenti bl-għajnuna finanzjarja li qed jagħti l-gvern lil dawn il-kmamar tan-nar biex isaħħu s-sigurtà fil-binja li fiha jsir ix-xogħol tan-nar. Dan jirrifletti li l-gvern ipoġġi fuq quddiem it-tradizzjonijiet u d-delizzji tagħna u jsostnihom biex ma jintilfux u jibqgħu magħna għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Nota ċkejkna dwar delizzju popolari – dak tal-insib. Hu ta’ sodisfazzjon li dwar l-għasafar tal-għana, wara xhur t’analiżi u l-pariri legali b’konnessjoni mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea dwar l-insib tal-għasafar tal-għana, il-Gvern Malti talab lill-Kumitat Ornis biex jiddiskuti u jagħtih parir ħalli din is-sena tiġi applikata deroga għall-insib tal-għasafar tal-għana għal skop ta’ riċerka. Lura ghall-attivitajiet tal-massa, apparti l-festi, is-sajf huwa wkoll l-istaġun tat-tiġijiet. Ġurnata li min jaf kemm tkun mistennija u kemm isiru preparazzjonijiet għaliha. Hija okkażjoni ta’ ferħ. Imma din is-sena sfortunatament qed tkun okkażjoni ta’ qtigħ il-qalb. Dejjem minħabba r-restrizzjonijiet li qed ikun hemm biex inħarsu saħħitna. Nissimpatizza mal-koppji kollha li għaddejjin minn dawn il-mumenti, imma ejja nħarsu ’l quddiem bl-għarfien li żgur se jkollna żminijiet ħafna aħjar. F’dawn il-jiem ta’ sajf differenti, ejja naħsbu b’mod differenti. Ingawdu aktar barra. Ingawdu l-baħar. Inħarsu lejn affarijiet oħra li forsi insejniehom, imma tajjeb li nerġgħu niskopru l-gwadann li nieħdu minnhom. Il-qari. Li ningħaqdu bħala familja u lil hinn mit-tablets u l-mobiles, inqattgħu ħin ta’ kwalità flimkien. F’din is-sitwazzjoni kollha, hemm id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet. Ta’ kulħadd. Ta’ kull wieħed u waħda minna. Irridu nkunu aħna, kollha kemm aħna li nibdew minna nfusna u nkunu responsabbli, mhux f ’dan il-perjodu biss, ngħiduha kif inhi, imma b’mod partikolari f ’dan iż-żmien li rridu naċċettaw li din il-pandemija bidlitilna ħajjitna. Responsabbli billi noqogħdu għall-pariri tal-Awtoritajiet kompetenti tas-Saħħa. Responsabbli biex flimkien ngħixu aħjar, inkomplu ngħixu ħajjitna skont iċ-ċirkostanzi u nilqgħu b’mod tajjeb ħalli nħarsu saħħitna u saħħet dawk ta’ madwarna.

Din is-sena qed niċċelebraw il-festi, imma b’differenza għaliex l-attivitajiet marbuta magħhom qed isiru fuq skala bil-ħafna anqas minn dawk li mdorrijin bihom

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 13 ta’ Awwissu Sieħbi tal-Istamperija qalli li xejn ma jidhru sbieħ l-affarijiet għall-Kap Adrian Delia. Meta Bernard Grech għandu l-appoġġ ta’ Louis Galea u Lawrence Gonzi, apparti l-appoġġ tas-17-il traditur, se tkun ħafna iebsa biex jikseb l-appogġġ tagħna t-tesserati. Jien bħalu naħsibha għax kont minn tal-ewwel li ġejt avviċinat biex nivvota għal Bernard Grech, imma jien dan mhux se nagħmlu għax jien leali għall-Kap tal-partit darba glorjuż tagħna mill-bidu sat-tmiem. Issa x’jiġri wara, imbagħad naraw għalkemm dik li Adrian Delia jista’ jkun l-uniku Kap tal-partit tagħna li lanqas iġġieled elezzjoni ġenerali waħda, iddejjaqni mhux ftit. Il-Ġimgħa, 14 ta’ Awwissu Imisshom faħħruna naqra lilna talMoody’s għax il-liġijiet li faħħru lillGvern għalihom, bis-saħħa tagħna wkoll għaddew mill-Parlament għax ivvutajna favur tagħhom. Stenna naqra ħej! Jiġifieri l-Gvern, li skont Moody’s miexi fid-direzzjoni t-tajba, qiegħed jagħmel dan bissaħħa tagħna? Hekk hu, man! Għandna biex niftaħru, u mela jiġu jgħidu li Adrian Delia mhux kapaċi u li ma għamel xejn kemm ilu kap! Ma ħaqqux dak li għamlulu, u qegħdin ikomplu jagħmlulu s-17-il traditur, issa flimkien ma’ Lawrence Gonzi u Louis Galea. Tibżax man! In-nanna Gerit kienet tgħidli li s-swat ta’ Alla bit-tajjara u l-kbir Eddie kien jgħid li s-sewwa jirbaħ żgur. Is-Sibt, 15 ta’ Awwissu Is-soltu jien u Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, bħal-lum konna mmorru numru ta’ marċi fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Marija, imma ħeqq, illum ma saru l-ebda marċi minħabba din l-imniefaħ ta’ pandemija. Imma jien u Ġorġ xorta ltqajna u dorna erba’ każini nixorbu l-birra. Għall-ewwel darba Ġorġ żamm kelmtu u ma qal xejn fuq il-politika. Lanqas ipprova jiġbidli saqajja. Kien biss meta erġajna lura, u tort tiegħi għax staqsejtu x’kien li ma qal xejn. Pront weġibni: Xi tridni ngħid, Naz, ladarba spiċċajtu għalkollox! Jien, min-naħa tiegħi, ma ħallejtux b’xejn u għidtlu li jien ma naqta’ qalbi qatt u minn xejn. Iż-żmien jagħtina parir! Il-Ħadd, 16 ta’ Awwissu Sewwa jagħmel il-Kap Adrian Delia ma jiddejjaq xejn imur fuq l-istazzjonijiet tagħna għax kien, għadu, u nispera li jibqa’, kap tal-partit darba glorjuż tagħna ladarba il-logħba tas-17-il traditur biex postu tieħdu Therese Comodini Cachia, falliet darba għal dejjem, aktar u aktar wara li ttradew lilha wkoll. Bernard Grech għandu ħafna li qegħdin jappoġġ-

jawh għax minbarra Lawrence Gonzi, Louis Galea, Simon Busuttil, għandu warajh tista’ tgħid il-gazzetti u l-portals kollha bl-Ingliż. Tant għandu appoġġ minn dawn, li dawk ta’ madwaru, diġà għamluha fatta. Imma kif kienet tgħid in-Nanna Gerit, it-tiġrija sal-barkun. It-Tnejn, 17 ta’ Awwissu Ara l-veru se nitilfu ġawhra, man, jekk aħna t-tesserati niddeċiedu li nneħħu lil Adrian Delia minn Kap tal-partit, darba glorjuż tagħna. U mhux aħna biss nitilfuh. Jitilfu l-pajjiż kollu. Jitilfuh il-Maltin u l-Għawdxin kollha. Għax afli veru jħobbu lil pajjiżna. Suppost li qiegħed jaħdem lejl u nhar, 24 siegħa kuljum, biex iżommu postu bħala kap, imma ta’ kuljum qiegħed jagħti prova li l-ewwel il-pajjiż, u mhux hu. Għamel u għadu jagħmel sagrifiċċji kbar, minkejja l-gambetti li ngħata sa mill-ewwel jum tal-ħatra tiegħu. Imbagħad jiġi dan Bernard Grech, li ma nafx minn fejn inqala’, u jrid jeħodlu postu. X’wiċċ tost, hux! It-Tlieta, 18 ta’ Awwissu X’taħwid u x’taħwid, man! Mela issa qiegħed jingħad li Bernard Grech, dak li kien kontra d-divorzju, ma jistax jikkontesta għall-Kap tal-partit tagħna għax m’ilux membru aktar minn sentejn. Jien kont insejt li f ’Diċembru li għadda, waqt il-programm Xarabank kien qal li huwa ma jappartjeni għall-ebda partit, imma mhux kulħadd bħali, u hawn ħafna li l-memorja tagħtihom aktar minn tiegħi. Imma issa, Bernard Grech qiegħed jgħid li ilu membru sa mill-2017. Tiġi waħedha allura li meta f ’Diċembru li għadda qal li ma jappartjeni għall-ebda partit, ma kienx qiegħed jgħid il-verità. U min ma jgħidx il-verità, mhux ta’ min jafdah, mhux hekk! L-Erbgha, 19 ta’ Awwissu Ma tistax tinżilli għaliex dawk is-17il traditur għamlulu li għamlulu lillKap Adrian Delia. Jien kull darba li nisimgħu jitkellem iħallini bla kliem u dejjem nispiċċa ngħid kemm hu bravu dan ir-raġel. L-istess ġrali llum meta kont qiegħed nisimgħu fuq l-istazzjon tagħna. Kapaċi jitkellem fuq kollox. Fuq kull suġġett. Ekonomija. Edukazzjoni. Ambjent. U għal kull qasam għandu pjan. Tant għandu pjan li l-Gvern stess qiegħed jikkuppjah billi jwettaq il-proposti li għamillu hu stess tul dawn l-aħħar tliet snin. Dan kollu għamlu minkejja l-gambetti li tawh sa mill-jum li daħal fid-Dar Ċentrali Simon Busuttil, Jason Azzopardi, Beppe Fenech Adami u l-bella kumpanija.


18

23.08.2020

FORTI MANOEL

Se jasal żmien meta f ’Malta se nindunaw iżjed kemm il-wirt mhux biss irridu napprezzawh imma wkoll inħarsu lejh bħala sors ta’ dħul ekonomiku kważi wieħed mill-uniċi. Il-pandemija tal-COVID-19 għallmitna li meta tkun dahrek mal-ħajt, iddur fuq ir-riżors li għandek, u f ’Malta dak hu li għandna bl-abbundanza. Irridu niffukaw iżjed fuq dan il-wirt u nieħdu ħsiebu. Sar ħafna progress iżda baqa’ ħafna iżjed. Fuq il-Gżira Manoel hemm Fortizza, imsejħa Forti Manoel. Dan il-Forti kien ipproġġettat li jsir taħt il-ħakma tal-Gran Mastru Gregorio Carafa fl-1687. Fl1715, de Tigné, Inġinier militari flimkien ma’ Charles Francois de Mondion, ġew mistiedna millGran Mastru Perellos biex ikomplu dan il-forti li kien mibdi minn Grunenberg. De Tigné ħareġ bi stima tax-xogħol li kien ser jiġi jiswa 8,500 skud. Ir-raġuni għalfejn inbena dan il-forti kien li l-Kavallieri kienu jħossu li l-Belt min-naħa talPort ta’ Marsamxett ma kinitx imħarsa. Sa dan iż-żmien il-Belt kienet imħarsa sew min-naħa ta’ fuq l-art bil-linja ta’ fortifikazzjoni tal-Furjana. Min-naħa talPort il-kbir kienet imħarsa sew minħabba li l-Kottonera kellha l-fortifikazzjoni tagħha wkoll u mdawra bil-linji ta’ Santa Margerita u l-Kottonera. Dan il-Forti fl-aħħar inbena mill-Gran Mastru Manoel de Vilhena fis-sena 1726. L-ewwel ġebla tqiegħdet fl14 ta’ Settembru 1723. Minħabba l-għamla tal-art, l-Inġinier de Tigné, iddisinja l-fortizza li ssir f ’forma kwadra. Hu ppropona wkoll li kellhom isiru rivellini (fortizzi żgħar quddiem il-fortizza prinċipali). Dawk kellhom jinfirxu mal-gżira kollha iżda flaħħar ma sar xejn minn dawn. Il-fortizza għandha stil Barokk u kellha qawwa ta’ 500 ruħ. Il-forti ġie msejjaħ Manoel għall-benefattur tiegħu. Barra mill-ispejjeż għall-bini huwa ħareġ ukoll ilflus għal dak kollu li kien meħtieġ biex jgħammar lil din il-fortizza b’dak kollu li kellha bżonn, biex toffri l-aqwa difiża. Huwa ħallas ukoll is-somma ta’ 1,000 skud biex iħallas lill-gvernatur tal-forti, il-logutenent u l-kappillan. Huwa kien iħallas ukoll lis-suldati tal-forti. Huwa bena wkoll post fejn joqogħdu s-suldati u knisja sabiħa ddedikata lil Sant’Antnin ta’ Padova. Din l-istess knisja kienet ġarrbet ħsarat kbar flaħħar Gwerra Dinjija. F’nofs il-misraħ tal-Fortizza Manoel kien hemm statwa talGran Mastru Manoel de Vilhena, bil-mant dukali, bil-bastun

tal-kmand f ’idejh il-leminija. Il-benefattur ta’ din l-istatwa kien il-Kavallier Savasse. Din l-istatwa il-Gvernatur le Marchant poġġieha fil-pjazza ta’ quddiem il-Biblijoteka, iżda imbagħad fl-1890 tqiegħdet f ’ras il-Mall il-Furjana. Mal-wasla tal-Ingliżi din il-fortizza waqgħet f ’idejn in-Navy u żammewha sakemm ġiet abbandunata għalkollox fid29 ta’ Mejju 1964. Wara ż-żmien tal-Ingliżi l-futur ta’ din il-fortizza kien inċert ħafna. B’riżoluzzjoni tal-Parlament fil-25 ta’ Novembru 1969 saret kumpanija The Manoel Island and Malta marine Company Ltd. Hawn kellhom jinbnew żewġ lukandi, xatt sabiħ u mgħammar b’ħafna faċilitajiet. Il-Gvern kien imdaħħal f ’din il-biċċa, infatti l-Prim Ministru George Borg Olivier kien kixef lapida li kienet tikkommemora l-bidu ta’ dan ilproġett, fl-10 ta’ Settembru 1970. Iżda maż-żmien dan il-proġett ġie abbandunat u ma sar xejn minn dak li ġie miftiehem. Fis-17 t’April 1987, il-Gvern Malti, li f ’dan iż-żmien kien hemm Dr Karmenu Mifsud Bonnici bħala Prim Ministru, iffirma kuntratt mal-kumpanija tal-pretendent tat-tron Taljan, Vittorio Emanuele di Savoia. Ilħsieb kien li jintnefqu 150 miljun dollaru Amerikan biex Manoel Island issir kumpless turistiku.

Dan il-proġett kien ser jinkludi lukanda lussuża, appartamenti, restorant, ħwienet, xatt, pixxina, u korsa għall-golf. Kellhom jiġu inklużi wkoll

ġnien pubbliku, vilel u mużew tal-Assedju l-Kbir. F’dan ilproġett ukoll kellu jiġi rranġat il-forti minħabba li wara l-gwerra kien ġarrab diversi ħsarat li kienu

L-ewwel ġebla tqiegħdet fl-14 ta’ Settembru 1723. Minħabba l-għamla tal-art, l-Inġinier de Tigné, iddisinja l-fortizza li ssir f’forma kwadra. Hu ppropona wkoll li kellhom isiru rivellini

one.com.mt

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

komplew jiggravaw mas-snin minħabba li kien traskurat. Kien hemm proponiment mill-Prim Ministru li jsir pont li jgħaqqad il-ponta ta’ Tigné ma’ Marsamxett. Din il-parti tal-proġett kellha tiġi kofinanzjata mill-Gvern Malti. It-twettiq ta’ dan il-proġett kellu jibda fl-aħħar tas-sena 1987 u jitlesta sal-1990. Imma l-problema kienet li qatt ma nbeda qisu l-ftehim kien tar kollu mar-riħ. Kien hemm attentati oħra biex din il-gżira tiġi rranġata flimkien mal-forti li hemm fuqha, imma qisu kull ftehim li beda jsir dejjem jispiċċa jintesa. Bħal kull lok ieħor antik u abbandunat iġib miegħu diversi


19

23.08.2020

one.com.mt

spekulazzjonijiet dwar l-eżistenza ta’ xi spirti li jistgħu jokkupaw l-inħawi. Dan il-forti miegħu m’hemmx konessi taqbidiet ħarxa bħalma kien hemm fuq fortizzi oħrajn fiż-żmien tal-Assedju l-Kbir. Iżda xorta kien hemm min jgħid li kien jidher kavallier liebes l-armatura sewda idur mal-forti. Dan hu għajdut li ma jistax jiġi kkonfermat, imma ħafna drabi iqajjem l-interess tal-pubbliku biex dak li jkun iżur il-post hu stess. Fl-aħħar ix-xogħol ta’ restawr

beda f ’Settembru tal-2001 u ġie stimat li ser jiswa Lm140 miljun. Il-forti kien ilu mitluq snin twal tant li qabel inbeda l-proġett tneħħa kwantità kbira ta’ skart. B’kollox tneħħew 500 trakk mimli skart mill-forti. Beda jiġi restawrat il-bieb maestuż tal-forti, is-swar, il-knisja ddedikata lil Sant’Antnin ta’ Padova, tneħħa dak kollu li ma kellux x’jaqsam mal-oriġini tal-forti. Dan il-proġett reġa’ ta l-ħajja lil ġawhra mill-passat, li maż-żmien setgħet tintilef u tintesa.


20

23.08.2020

one.com.mt

CARL BUGEJA

IL-QNIEPEN TAL-KNEJJES MHUMIEX SEMPLIĊIMENT STORBJU Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Għal xi wħud, il-qniepen tal-knejjes ifissru biss storbju u xejn aktar, iżda oħrajn jafu japprezzaw id-daqq tagħhom. Jien personali ma jdejquni xejn, anzi nammira lill-persuni li jkun hemm warajhom u li jieħdu ħsieb li joħorġu n-noti tagħhom perfetti u skont it-tema. Fil-fatt, għal din l-intervista, tkellimt ma’ żagħżugħ li huwa dilettant tal-qniepen u huwa wieħed mill-membri ta’ għaqda li jdoqqu l-qniepen madwar Malta. Qed nirreferi għal Carl Bugeja. Għandu 20 sena u huwa mill-Gżira. Apparti d-daqq talqniepen, huwa dilettant tal-festi, b’mod speċjali dik tal-Gżira, fejn huwa involut sew fl-armar tal-knisja. Xi logħba futbol ma jitlifhiex u jħobb jipprova affarijiet ġodda. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem li fil-bidu jkun kemxejn riservat, iżda malli wieħed isir jafu sew, ikun kompletament differenti, isir ċajtier u jħossu komdu jitkellem ma’ dak li jkun fuq suġġetti diversi. Carl ilu jinteressa ruħu fiddaqq tal-qniepen minn mindu kellu erba’ snin. “Madanakollu, minn mindu kien ġie ffurmat ilgrupp tagħna fl-2009, jien iktar ħadt interess sabiex nitgħallem ukoll il-modi differenti ta’ daqq tal-qniepen f ’okkażjonijiet differenti biex b’hekk inkun nista’ nifhem iżjed għalfejn inkun qiegħed indoqq il-qniepen f ’ċerti mumenti partikolari.” Kull meta kien jisma’ qanpiena, dejjem kien iħares ’il fuq u jitbissem Mistoqsi kif bdiet in-namra tiegħu lejn id-daqq talqniepen, qalli li bażikament missieru kien ilu ħajtu kollha jdoqq il-qniepen u jdur il-festi. “Sa minn meta kont tfajjel kienu jgħiduli li dejjem kelli ġibda lejn il-kampnar għaliex kull meta kont nisma’ qanpiena dejjem kont inħares ’il fuq u nitbissem. Naturalment kien meta bdejt indoqq il-qniepen li bdejt ninduna kemm fil-fatt għandi ġibda lejhom.” B’interess fuqi ridt inkun

naf fiex jikkonsisti l-involviment tiegħu meta jkun involut fid-daqq tal-qniepen. “Billi aħna wieħed mill-gruppi mdaqqsa f ’Malta, matul is-sajf ikollna diversi festi fejn aħna nkunu mikrijin mill-parroċċi għal lejliet u nhar il-festa, fejn inkunu rridu nagħtu s-servizz tagħna. Apparti li jien daqqaq, jien ukoll wieħed mil-leaders tal-grupp tagħna, fejn f ’ċerti okkażjonijiet jien inkun irrid nieħu ħsieb li d-daqq talqniepen isir kif suppost, fil-ħin li suppost isir u skont id-drawwa ta’ dak ir-raħal partikolari,” spjegali b’tant passjoni Carl. Mistoqsi jekk id-daqq talqniepen hux xogħol volontarju jew le, Carl weġibni: “Id-daqq tal-qniepen speċjalment dak tal-festi jirrikjedi ħafna ħin u għaldaqstant meta l-grupp ikun mitlub jagħti servizz, il-parroċċi jagħtuna kontribuzzjoni skont il-ħin li ndumu nagħtu s-servizz. Għalkemm dan huwa xogħol sa ċertu punt, apparti li jien personalment id-daqq talqniepen jogħġobni, l-iktar ħaġa li tagħtini sodisfazzjon hija l-el-

ement ta’ inklużjoni li jagħtuna l-parruċċani ta’ diversi rħula, fejn aħna nibdew inħossuna parti integrali minn dik il-festa partikolari.” Tkellimt miegħu wkoll dwar jekk wieħed jirrikjedix esperjenza jew tagħlim speċjali sabiex idoqq il-qniepen. Fil-fatt, Carl stqarr miegħi li meta persuna tiġi biex titgħallem is-sengħa tad-daqq tal-qniepen, fil-verità ma hemmx bżonn esperjenza. “Iżjed milli esperjenza, hija l-prattika li twasslek sabiex

tipperfezzjona din is-sengħa. Huwa importanti wkoll li jkollok xi ħadd miegħek li jurik kif għandek iddoqq u jkun miegħek sabiex jikkoreġik inti u ddoqq. Jien personalment kelli esperjenzi fejn għallimt lil nies li lanqas idea ta’ qniepen ma kellhom, iżda bil-prattika, li naturalment tieħu l-ħin, irnexxielhom itellgħu l-livell tagħhom fid-daqq tal-qniepen. Naturalment punt li jgħinek fid-daqq tal-qniepen huwa l-għarfien taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-knisja għax

Iżjed milli esperjenza, hija l-prattika li twasslek sabiex tipperfezzjona din is-sengħa. Huwa importanti wkoll li jkollok xi ħadd miegħek li jurik kif għandek iddoqq u jkun miegħek sabiex jikkoreġik inti u ddoqq

b’hekk tifhem ukoll l-iskop ta’ daqq tal-qniepen f ’ċerti mumenti.” Benny’s Bell Ringers – Grupp li jdoqq il-qniepen tal-knejjes Normalment bħala grupp inkunu mqabbdin fl-okkażjoni tal-festa titulari, fejn huma jiġu mqabbda jdoqqu l-qniepen, minflok il-parruċċani ta’ dik il-lokalità. Fis-sena 2009, missier Carl kien ġie avviċinat minn diversi parroċċi sabiex jieħu ħsieb id-daqq matul il-festi titulari u xi festi oħra. Fil-fatt, f ’dik is-sena ġie fformat ukoll ilgrupp tagħhom attwali sal-lum – Benny’s Bell ringers. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar dwar dan il-grupp. “Il-grupp jikkonsisti minn diversi nies li ħafna minnhom huma wkoll dilettanti tal-festi. Il-membri huma minn diversi lokalitajiet differenti inklużi n-Naxxar, Ħal Qormi, il-Gżira, il-Gudja u oħrajn. Bħala daqqaqa ta’ sikwit niltaqgħu ma’ nies li jitħajru jitgħallmu jew li jkunu jdoqqu


21

23.08.2020

one.com.mt

Matul iż-żmien kellna xi membri femminili inkluża ommi li għadha membru sal-ġurnata tal-lum. Jiġifieri kulħadd huwa mistieden sabiex jissieħeb fil-grupp l-qniepen, iżda ma jkunux ma’ grupp u għaldaqstant min juri interess ikun jista’ jitgħallem u jidħol fil-grupp tagħna eventwalment. Il-membri tal-grupp tagħna mbagħad jiġu msejħa għas-servizzi varji li jkollna matul is-sena.” Ta’ min jgħid ukoll, li matul iż-żmien, Carl kompla jsaħħaħ l-għarfien tiegħu fuq it-tipi differenti tad-daqq tal-qniepen li jsiru f ’okkażjonijiet differenti sabiex eventwalment sar wieħed mil-leaders tal-grupp fejn f ’ċirkostanzi jkollhom bżonn jagħtu servizz f ’iktar minn parroċċa waħda, huwa jkollu responsabbiltà ta’ parroċċa waħda u l-grupp ta’ xi mkien ieħor. B’hekk staqsejtu x’tip ta’ għarfien kellu jitgħallem matul iżżmien, u jekk hemmx xi tattika speċjali sabiex idoqq qanpiena ta’ knisja. “Bħala għarfien ridt nitgħallem inżomm il-ħinijiet ta’ meta għandhom jibdew u jieqfu l-qniepen. Apparti minn hekk, ridt nitgħallem xi jsir fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-knisja u x’tip ta’ daqq għandu jsir f ’dawk iċ-ċelebrazzjonijiet. Naturalment għal kull ċelebrazzjoni jsir daqq differenti għax fl-aħħar mill-aħħar id-daqq tal-qniepen isir sabiex lin-nies jindikalhom dak li jkun qed jiġri fil-knisja.” Interessajt ruħi nkun naf ukoll x’tip ta’ apparat ikollhom bżonn waqt id-daqq talqniepen. Fil-fatt, skoprejt li jużaw headphones li huwa l-apparat prinċipali tagħhom li jipproteġihom mill-ħoss qawwi tal-qniepen. Apparti minn hekk, jużaw il-ħbula li jintrabtu mal-ilsna (il-boċċa tal-ħadid li tintuża biex jindaqqu l-qniepen) sabiex ikunu jistgħu jdoqquhom bil-kumdità. F’ċerti parroċċi jkollhom bżonn xi sellum ukoll sabiex jorbtu l-ħbula peress li jkun hemm xi qniepen fil-għoli. Bħalissa fil-grupp - Benny’s Bell ringers, qegħdin 15il membru. Mistoqsi xi jrid jagħmel xi ħadd li jitħajjar jissieħeb magħhom u jekk jilqgħux membri femminili fil-grupp tagħhom, Carl stqarr miegħi li prattikament kull minn juri interess sabiex jidħol magħhom huwa mħeġġeġ jagħmel dan għaliex anke jekk bniedem ma jkunx jaf idoqq, huma jkunu jistgħu jgħallmuh jew jgħallmuha. “Matul iż-żmien kellna xi membri

femminili inkluża ommi li għadha membru sal-ġurnata tal-lum. Jiġifieri kulħadd huwa mistieden sabiex jissieħeb filgrupp.” Permezz tal-qniepen iħossu parti minn komunitajiet differenti Rigward is-sodisfazzjon li jieħu mid-daqq tal-qniepen, Carl qalli li diffiċli jispjega eżatt is-sodisfazzjon li jagħtih iddaqq tal-qniepen għax hija xi ħaġa li tkun fil-persuna stess biex tapprezza. “Madanakollu, d-daqq tal-qniepen jagħtik pjaċir għaliex permezz tiegħu tiltaqa’ u tħossok parti minn komunitajiet differenti. Apparti minn hekk, jien nemmen ukoll li permezz tad-daqq talqniepen, ċelebrazzjoni tkun iktar kompluta u b’hekk inħoss li nkun parteċipi fl-okkażjoni li għalija nkun qiegħed indoqq ilqniepen.” Kompla jgħidli li normalment is-servizzi tagħhom ikunu għal festa titulari fil-weekends. “Is-servizz jibda minn lejlet il-festa f ’nofsinhar sa nhar il-festa meta tidħol il-purċissjoni. Bażikament jekk tgħodd is-sigħat li nkunu stand-by fuq il-kampnar għandek bejn wieħed u ieħor 14-il siegħa f ’temp ta’ jumejn fejn l-uniku ħin li ma nkunux preżenti fil-kampnar jew il-lokalità jkun bejn id-daqq ta’ nofsinhar u dak ta’ filgħaxija li jkun bejn wieħed u ieħor break ta’ xi tliet sigħat. Prattikament trid tissagrifika weekend sabiex tkun tista’ tagħti s-servizz, xi ħaġa li tirrikjedi dedikazzjoni kbira.” Fl-aħħar nett, Carl xtaq jgħaddi appell lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Jien nixtieq nappella lill-qarrejja sabiex jirrikonoxxu u japprezzaw din is-sengħa Maltija li ftit li xejn hawn għarfien fuqha u sabiex japprezzaw ukoll li l-qniepen, mhux sempliċiment storbju, iżda jinsabu hemm sabiex iwasslu messaġġ dwar l-okkażjonijiet li jkunu qed iseħħu fil-knejjes tagħna. Nixtieq ukoll li nistieden lil kull minn hu interessat jakkwista għarfien fuq il-qniepen jew għandu x-xewqa li jitgħallem din is-sengħa tradizzjonali u jissieħeb malgrupp tagħna sabiex ma jiddejjaqx javviċina lili jew lil missieri Benny (Benedict).”


22

23.08.2020

one.com.mt

IR-RABTA TAL-MADONNA MAL-LEĠĠENDI MALTIN Il-leġġendi ta’ pajjiżna, bħall-istejjer tal-ispirti u l-iħirsa, iqanqlu u jsaħħru lil bosta. Madankollu waqt li dawn tal-aħħar jaslu jbeżżgħu lil uħud, il-leġġendi joffru avventura u jaf ikollhom ukoll għeruq veritieri. Minbarra hekk, jagħtu sehemhom biex ikomplu jsebbħu l-kultura ta’ pajjiżna. Illum, il-Kommendatur Salvator Mousù jkompli joffrilna l-benna u s-sbuħija tal-leġġendi marbutin ma’ żewġ lokalitajiet... Bormla u r-Rabat. Minn CHARLES B. SPITERI Il-Madonna ssawwat lill-ġgant l-iswed jew ix-Xitan

Salvator, ninżlu niżla lejn Bormla, fejn leġġenda ħelwa tirrakkonta ġrajja marbuta mal-ġgant iswed! Fiex tikkonsisti din il-leġġenda? Jingħad li żmien ilu, kaptan Sqalli kien ġej bit-tartana tiegħu minn Sqallija, mgħobbi b’merkanzija għal Malta. Minħabba t-temp xejn favorevoli it-tartana u l-ekwipaġġ daħlu fil-port tard billejl. F’dak il-kwiet, it-tartana ġibdet lejn id-daħla ta’ wara Sant’Anġlu, li kien magħruf bħala l-Castrum Mare. Hemm instema’ twerżiq ta’ tifla ċkejkna. Il-kaptan ordna li titniżżel dgħajsa biex min ried seta’ jmur jara x’kienet ilkawża. Marru bosta u ġrew lejn ħarruba mdaqqsa fuq għolja (li fuqha nbniet il-Kolleġġjata) mnejn instema’ l-għajjat. Iżda kif qorbu beżgħu meta raw raġel ġgantesk sewdieni li kien qed ikaxkar u jerfa’ tifla ċkejkna, bl-iskop li jaħrab biha. Ippruvaw jaraw kif jintervjenu, iżda f ’salt wieħed xehdu ġrajja li bellhithom. Mara liebsa l-abjad – ‘Sinjura Bajda’, resqet b’ħeffa kbira, qaċċtet zokk mill-ħarruba u bdiet tfajjar bl-addoċċ fuq ras il-mostru, li nħasad, telaq lit-tifla u hu waqa’ f ’abbiss ta’ nirien u ma deherx aktar. F’dak il-ħin, meta s-‘Sinjura’ ratu jgħib u

lit-tifla rħielha, tbissmitilha u hi wkoll sparixxiet f ’daqqa! Imwerwrin u mbellhin, uħud mill-baħrin ġrew lejn it-tifla ċkejkna kollha rogħda u mbikkma, refgħuha u tellgħuha fuq it-tartana. Kulħadd abbord dar magħha bil-ħlewwa, u l-kaptan, kommoss mill-istorja u l-iżvintura tat-tifla qal lil kulħadd li kien se jaddottaha bħala bintu. Wara li lestew xogħolhom f ’Malta, l-ekwipaġġ reġa’ salpa lejn Sqallija u kif daħlu fil-port lemħu folla tistenniehom, l-aktar nisa, iżda fosthom spikkat waħda liebsa l-iswed, kollha xehir u biki, li bdiet ixxejjer lil żewġha b’manjiera biex turih li hemm inkwiet jistennieh. Dan, ma jafx x’ġara, qorob lejn martu u hi qaltlu li ħadd ma jaf fejn hi binthom. Kompliet tgħidlu li kienet għebet f ’daqqa minn ħdejha, wara li rrabjatha u fit-telfa qaltilha: “Nirrah ix-xitan jieħdok miegħu!” U kif spiċċat il-kelma, raġel kbir iswed żbokka minn ma tafx fejn, ħatfilha lit-tifla u t-tnejn ma dehrux iżjed. Hawn il-mara ħassha ħażin waqt li r-raġel mar ħdejn it-tifla li salvaw, flieha, u minn marka tat-twelid, sab li kienet binthom. Qal lil martu ma tinkwetax, għax lit-tifla sabuha Malta, qawwija u sħiħa wara li kienet inħelset mill-Madonna permezz ta’ marżebba, għax hekk jissejjaħ iz-zokk

għamla ta’ mazza li kien tqa- eżattament fejn illum hemm il-kor ta’ wara l-artal maġġur. ċċat minn mal-ħarruba. Meta tkabbar il-kor, il-ħarruba twarrbet għal dejjem. Leġġenda ħelwa Salvator, iżda fadal xi ħjiel fuqha? Mela spiċċat tifkira L-episodju leġġendarju hu interessanti. mpitter fil-kappellun tal-lemin taħt il-koppletta tas-Santwar- Iżda l-istorja ma tiqafx hemm, ju tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla. għax il-Bormliżi xjuħ kienu jikIżda aktar minn hekk, meta kontendu li dak iz-zokk, perl-Bormliżi bnew l-ewwel temp- ess li kienet missitu l-Madonju tagħhom tal-Kunċizzjoni, na, kien sar sagru u serva biex ma nsewx il-ħarruba u żam- minnu ġiet iffurmata l-ewwel mew iz-zokk prinċipali tagħha statwa prezzjuża tal-Kunċizz-

L-episodju leġġendarju hu mpitter fil-kappellun tal-lemin taħt il-koppletta tas-Santwarju tal-Kunċizzjoni ta’ Bormla. Iżda aktar minn hekk, meta l-Bormliżi bnew l-ewwel tempju tagħhom tal-Kunċizzjoni, ma nsewx il-ħarruba u żammew iz-zokk prinċipali tagħha eżattament fejn illum hemm il-kor ta’ wara l-artal maġġur

joni li llum tinsab fil-parroċċa tal-Qrendi. Indawru ħarsitna lejn post ieħor - il-Pjazza ta’ San Duminku fir-Rabat ta’ Malta, li llum hi popolata sew u traffikuża. X’tista’ tgħidilna fuq dan il-post? Forsi llum, l-aktar ħaġa li tissemma’ fir-Rabat hi l-popolarità miksuba b’riżultat ta’ devozzjoni li nistgħu nsejħulha ‘ċelebri’ tal-hekk misjuba ‘Il-Madonna tal-Għar’. Żewġ kelmiet li jindikaw mingħajr ħafna spjegazzjoni l-istorja leġġendarja li wkoll kienet involuta fiha l-Madonna, iżda din id-darba, dejjem skont il-leġġenda, bl-intervent dirett tas-Sultana tas-Sema! Issa, bħal f ’każi oħrajn, irridu nġibu quddiem għajnejna kif kienet din il-lokalità, jew almenu kif setgħet kienet fi żminijiet tant imbiegħda daqskemm differenti minn tagħna. Wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman, niżlet fuq l-Ewropa, biex ma ngħidx fuq id-dinja kollha, dalma kbira ta’ telfien ta’ kull ordni, kultura, sens ta’ doveri u dixxiplina. Il-famuża Pax Romana taret mar-riħ u magħha taret kull serenità li hi waħda mill-kolonni li fuqhom wieħed jista’ jibni soċjetà ħajja


23

23.08.2020

one.com.mt

u kwieta ħalli tinbena dar bil-familja ħerqana għall-ġid komuni. Din id-‘dar’ kienet tkissret u magħha tkisser tista’ tgħid, kull pajjiż, fosthom Malta. Mhux ta’ b’xejn li fl-istorja, dak il-perjodu jissejjaħ Żmien id-Dlam. Allura la bosta nħawi ta’ pajjiżna kienu mkissrin u abbandunati fejn marru joqogħdu n-nies? F’dak iż-żmien, ħafna nies irritornaw għall-għajxien fl-għerien li Malta kienet miżgħuda bihom. Fil-post li qed nittrattaw, nafu li kien lokal li kien għadu, jew sar selvaġġ, b’siġar xeblieka, għerien imxerrdin ’l hawn u ’l hemm, li madwarhom u taħthom kienu jeżistu labirinti, ħofriet u kultant anki kaverni, li fihom, matul tant sekli, kienu ġew trasformati f ’oqbra. Dan peress li skont il-liġi Rumana, in-nies mejtin kienu jindifnu barra l-belt. Fost il-midfunin insibu ħafna antenati tagħna. Kien żmien meta l-kaċċa kienet ħtieġa tant għall-bniedem, kif ukoll bżonn biex ċertu numru ta’ annimali jkunu kontrollati. U kif nidħlu għal-leġġenda? Fiż-żmien li qed insemmu, żewġ kaċċaturi ħbieb, iddeċidew li sa minn kmieni filgħodu jmorru jaraw x’jaqbdu għall-ikel. Imxew, fittxew u ġrew skont ilbżonn u wara taħbit bil-kif, ma setax jonqos li ma qabdithomx għejja kbira u kellhom jistrieħu. Sabu għar u daħlu jistrieħu fih. Għajnhom marret bihom u raqdu. Meta l-jum kien qed joqrob lejn tmiemu, wieħed minnhom qam, ħares lejn sieħbu u meta rah jonħor, mitluf f ’dik ir-raqda, qal: “U iva, inħallih bi kwietu, hekk jew hekk jaf isib triqtu lura.” U telaq lejn daru. Iżda arralu, għax stenna llum u stenna għada, għadda ż-żmien u sieħbu ma rritornax. Fittxewh għalxejn, għax sieħbu ma setax jiftakar sew fejn kien l-għar li strieħu fih. Għaddew ġimgħat u xhur u ftit kienu dawk li ftakru fih. Sakemm wara sena u tliet xhur, is-sieħeb li kien ħallieh rieqed u li baqa’ jmur għall-kaċċa, fettillu jgħaddi minn inħawi li nebbħuh fl-għar, li setgħu kienu daħlu fih. Daħal u baqa’ miblugħ, jara lil sieħbu jogħrok għajnejh, qed iqum minn raqda twila. Kif rah staqsieh fejn kien u x’seta’ ġralu tul il-15-il xahar li matulhom ħadd ma seta’ jsibu.

Il-Madonna tal-Għar

It-tielet pittura li turi lill-ekwipaġġ imwerwer

wiċċu jilma l-hena, wieġbu li kien għadu kif ħolom ħolma ta’ ħlewwa liema bħalha. Fiha kellu viżjoni ta’ mara, li qalb dija li tgħammex kienet qed iżżomm fuq dirgħajha ġmiel ta’ tarbija u fuq fommhom tbissima tas-sema. Kompla jirrakkuntalu li waqt id-dehra, dehxa ta’ hena ġriet ma’ ġismu kollu u xtaq li ma tispiċċa qatt, għax kien konvint li dik il-mara ma kienet ħadd ħlief Ommna Marija Santissma b’Ġesù Bambin f ’idejha! Sieħbu emmen u rrakkonta kollox lin-nies b’dak li seħħ. Kulħadd emmen u l-għar ma damx ma akkwista d-devozzjoni xierqa. Maż-żmien, il-venerazzjoni lejn il-grotta kibret u l-post ma damx ma ngħata t-titlu ta’ ‘Il-Madonna tal-Għar’.

hi sinifikattiva u fiha forma ta’ messaġġ li tirriferi għall-eternità. Għaliex fil-leġġenda jidħol in-numru 15 (-il xahar) ma tantx hu ċar, għalkemm jista’ jkun li jirreferu għall-15-il posta tar-Rużarju. Li hu żgur hu li din tixbah lil waħda mill-isbaħ leġġendi Maltin: dik tal-Għasfur tal-Ġenna – meta patri jisma’ għasfur jgħanni u tant jogħxa bil-ferħ li jgħaddu 100 sena mid-dinja tagħna, iżda għall-patri kienu ftit sigħat biss. B’dan iż-żmien, missirijietna riedu jagħtu tagħlima lilna kemm il-feliċità tas-sema mhix marbuta maż-żmien, għax għas-sema, 15-il xahar jitfisser f ’eternità. Umanament ukoll, nafu li l-ferħ estrem fil-ħajja, kontra d-dulur, dejjem jgħaddi f ’ħakka t’għajn.

Bħal f ’kull leġġenda, ma jidhirlekx li din fiha taħlita ta’ possibbiltajiet li setgħu seħħew tassew u ntgħaġnu mal-fantasija ta’ missirijietna biex juruna kemm kellhom fidi u fiduċja fil-Madonna?

Bħala leġġenda, għal liema seklu tmur lura?

Li persuni joħolmu bħall-kaċċatur mhix ħaġa stramba. Kulħadd jista’ joħlom jew jgħaddi minn esperjenza pjaċevoli ta’ ħolm fantastiJiġifieri raqad raqda waħda ku b’dak li l-aktar ikun iħobb, għal dak iż-żmien kollu? f ’dan il-każ, il-Madonna. Dik li dam rieqed 15-il xaIva, u kollu ferħan, qisu għadu jqum minn raqda ta’ ftit sigħat, har u reġa’ qam qisu mhux hu,

Tintrabat mas-seklu 13, meta kif għedt fil-bidu dan il-post tar-Rabat kien għadu fi stat ta’ primittiviżmu ambjentali, bl-għerien spiss imwaħħdin ma’ katakombi, li kienu numerużi. Uħud minnhom kienu u għadhom tant kbar u kumplikati li mhix ħaġa kbira li wieħed jintilef fihom, kif ġralu l-kaċċatur. L-importanza ta’ din il-leġġenda hi li l-grotta kienet il-kawża tat-twelid u tad-devozzjoni lejn il-Madon-

na, li matul is-sekli baqgħet dejjem tiżdied. Meta fl-1450 ġew id-Dumnikani f ’Malta, kienu infurmati bid-devozzjoni u marru jabitaw qrib dan l-għar. Fl-1457 ċertu Matteo Curmi ħallas minn butu u bena kappella fuq l-għar, li sadanittant beda jkun destinazzjoni għall-pellegrinaġġi, li kebbsu l-interess tad-Dumnikani u ddeċidew li jeħduh f ’idejhom fl-1462. Huma ma damux ma bnew kunvent u wara knisja mdaqqsa, biex bidlu l-għar f ’santwarju. Iżda nsibu żminijiet koroh għal dan il-post; l-ewwel dak tal-1551 meta Dragut u Sinan Pasha assedjaw lil Malta u Għawdex u Sinan Pasha ħataf il-kunvent biex qagħad fih u minnu attakka lill-Imdina. Meta kellu jitlaq, hu vvan-

dalizza kulma kien hemm u ħaraq kollox. Reġgħu attakkaw il-kunvent fis-snin 1554 u fl1557, iżda l-kbir kien għadu ġej għax fl-Assedju l-Kbir, tal1565 l-Għarab reġgħu telgħu fil-post u mill-ġdid għamlu ħerba sħiħa minn kollox. Wara dak iż-żmien tant ikrah, ġew oħrajn aħjar u s-santwarju reġa’ beda jżid fil-popolarità tad-devozzjoni u fis-sbuħija tiegħu, sakemm wasal, f ’dak li hu llum. Sarlu xogħol ta’ kisi bl-irħam, li għalkemm hu sabiħ tellef mill-oriġinalità tal-għar naturali, meta l-kaċċatur imsemmi, ħolom bil-Madonna. Illum, dan is-Santwarju hu wieħed mill-aktar postijiet interessanti fir-Rabat u joffri laqtiet interessanti, storiċi u artistiċi lil kull min iħobb dawn it-tliet aspetti.

Li persuni joħolmu bħall-kaċċatur mhix ħaġa stramba. Kulħadd jista’ joħlom jew jgħaddi minn esperjenza pjaċevoli ta’ ħolm fantastiku b’dak li l-aktar ikun iħobb, f’dan il-każ, il-Madonna


24

23.08.2020

one.com.mt

reċensjoni tal-ktieb

XEHIR FIS-SKIET Fi tmiem tal-2019, Horizons ippubblikat il-ġabra ta’ poeżiji Xehir fis-Skiet ta’ Omar Seguna. Dawn huma xi kummenti dwar kitbet l-awtur. “Fost il-forom tal-letterarjetà magħżula bħala mezz speċjali ta’ espressjoni u ta’ komunikazzjoni, il-poeżija ilha, sa mill-bidu tal-istorja tal-bniedem, titqies bħala speċjali, distinta. Il-forma speċjali tindika li l-kontenut ukoll hu meqjus bħala speċjali, u għalhekk ilkontenut hu l-forma, u l-forma hi l-kontenut, verità li hi marbuta storikament ma’ Francesco de Sanctis (tal contenuto tal forma). B’dawn il-kummenti essenzjali, li lkoll jimplikaw attitudni speċjali fil-kittieb speċjali - il-poeta - il-versi ta’ Omar Seguna f ’din il-ġabra jistgħu jiksbu l-aħjar tifsira tagħhom, lil hinn minn kull ġudizzju kritiku li jiġi wara. Huwa jħaddem l-għarfien kulturali tiegħu kollu, u jibni fuqu l-lingwaġġ figurattiv li huwa jaf li huwa l-qofol ta’ kull kreazzjoni poetika. L-aspett awtobijografiku huwa preżenti bħalma hu kull riferiment storiku, esperjenzjali ieħor. Jekk il-poeżija “Taħt Sema Griż” hi għamla ta’ dokument tal-identità spiritwali,

il-poeżiji l-oħrajn kollha, fosthom “Kemm Nixtieq”, “Progress”, u “Fis-Silenzju ta’ Bejnietna”, huma paġni tipiċi ta’ dan it-tip ta’ djarju. Mill-bqija, din il-ġabra kollha tista’ titqies, f ’termini kemm ta’ tema u kemm ta’ stil, bħala rakkont personali dwar l-imgħoddi, waqt li lill-fattur poetiku, figurattiv, Seguna jiżviluppah tajjeb f ’mudell universali li jista’ jsir l-espressjoni ta’ kulħadd. Huwa qiegħed jiġġudika l-imgħoddi u l-preżent, waqt li jfittex is-sens permanenti li jista’ jinstab fihom biex kollox isir metafora, jiġifieri fatt esperjenzjali u xbieha ta’ kulma hu kostanti u dejjiemi.” PROF OLIVER FRIGGIERI “Ngħidha bla tlaqliq li Omar Seguna huwa poeta għal qalbi, għax fis-sempliċità tal-versi tiegħu tinħass ruħ li taf tiżen u taf tħoss in-niket u n-nuqqasijiet tal-kotra. L-iżbilanċ soċjali jdejqu sew; hekk dejjem xehdet il-poetika tiegħu. Il-leħen tal-protesta tiegħu hu inċiżiv imma qatt kattiv jew abbużiv. Meta jistqarr li hu ‘bħal ramla f ’deżert’ tifhem sew l-umiltà u sew l-għadab tiegħu għall-arroganza tal-poter kull fejn tinbet.

Għaldaqstant, bosta poeżiji f ’din il-ġabra jixhdu t-tbatija u d-diżugwaljanza li għadhom kotrana f ’dinja li suppost hi tagħna lkoll. Omar huwa wkoll wieħed mill-ftit poeti lokali li ħaddmu l-poeżija plastika, fejn ukoll iħaddem ferm tajjeb il-lingwaġġ tiegħu b’arranġamenti viżwali bħal f ’“It-Triq lejn id-Dar u f ’Ħajt”. F’dan il-qasam aktarx li l-aktar waħda oriġinali hi “Demm” li, miktuba bl-aħmar, tqarreb ħafna l-arti viżiva. Firruħ makabra tagħha tħoss il-qilla tal-għelt u tal-protesta. F’terminu ġenerali l-poeżija ta’ Omar hi waħda ta’ osservazzjoni soċjopolitika, ta’ kejl sensittiv u ta’ twiddib ġust. Jagħraf, bħal kull poeta, li vrusu mhux se jbiddlu d-dinja, imma jagħraf ukoll li l-kruha li teżisti taħt it-tlellix ta’ soċjetà għamja-truxa trid tibqa’ tiġi missielta f ’ġieħ is-sewwa. Din hi t-tielet ġabra ta’ Omar Seguna; jidher li baqa’ kostanti fit-tematika tiegħu: l-analiżi meqjusa u l-viżjoni nobbli ta’ għejxien ġust għal kulħadd. Hija ħolma ta’ ġustizzja soċjali li ma naffordjawx nitilqulha l-ħabel. Omar hu poeta importanti f ’din it-taqbida ġusta.” VICTOR FENECH

Mistoqsija: Min kienu l-individwi li kkummentaw fuq kitbet Omar Seguna? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb XEHIR FIS-SKIET. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 30 ta’ Awwissu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IRVIN VELLA INVESTIGATUR VIRTWALI: IL-KAŻ STELLA MARIS hija: CARMEN BORG - IL-ĦAMRUN

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

01

TIRBAĦ €100

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’inhu l-persentaġġ li bih żdied id-dħul disponibbli għall-familji meta mqabbel mal-2013? Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:

Rebbieħ: G. CALLEJA - SANTA VENERA


25

23.08.2020

one.com.mt

COREY PARKER – MA TEĦLISHIEX MINN TAĦT IDEJN ROBERT DENNEY JAGĦTIHA ’L FUQ MINN 100 DAQQA B’ARMA BIL-PONTA Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Corey Parker, waitress li kellha biss 25 sena, inqatlet minn Robert Denney b’daqqiet ta’ arma bil-ponta. Terġa’ u tgħid, Denney kellu biss 17-il sena meta wettaq dan id-delitt makabru, li r-raġuni għaliex wettqu għadha mhix magħrufa sal-lum il-ġurnata. Is-sejba makabra Fis-26 ta’ Novembru tal-1998, Parker ma tfaċċatx għax-xogħol u l-kollegi tagħha tħassbu għax kienu jafu li hi dejjem kienet puntwali u qatt ma qabżet ġurnata xogħol. Kien għalhekk li kollega minnhom mar jiċċekkja kinitx iddar fl-appartament li kellha f ’Jacksonville Beach fi Florida biex jara kienx ġralha xi ħaġa. Xħin wasal sab il-bieb imsakkar u ħadd ma beda jwieġeb. Fettillu jittawwal mit-tieqa u spiċċa biex ra waħda mill-aktar xeni makabri, dik ta’ Parker maqtula fuq is-sodda tagħha u kullimkien dmija. Il-pulizija sabu l-ġisem bla ħajja u għeri ta’ Corey Parker f ’pożizzjoni provokanti u fuq ġisimha kellha aktar minn 100 daqqa ta’ arma bil-ponta. Parker pruvat tiddefendi lilha nnifisha iżda kien kollu ta’ xejn. Il-vjolenza tal-attakk dehret mid-dmija li kien hemm fuq is-sodda u l-ħajt ta’ madwarha. Waqt li bdew ifittxu xi evidenza, huma sabu xagħra li ma kinitx tal-vittma, roqgħa demm fis-sink tal-kċina u lighter kulur id-deheb. Mid-demm li nstab fis-sink il-pulizija saret taf li l-aggressur kien raġel iżda ma kinux jafu min hu għax ma kellhomx rekords

Mid-demm li nstab fis-sink il-pulizija saret taf li l-aggressur kien raġel iżda ma kinux jafu min hu għax ma kellhomx rekords tiegħu fis-sistema tagħhom. Kien hemm raġel partikolari li l-pulizija tefgħu għajnejhom fuqu għax kemm-il darba ma tatux wiċċ Parker tiegħu fis-sistema tagħhom. Kien hemm raġel partikolari li l-pulizija tefgħu għajnejhom fuqu għax kemm-il darba ma tatux wiċċ Parker. Ir-raġel kien jaħdem mal-vit-

tma iżda mit-testijiet irriżulta li la x-xagħra u lanqas id-demm ma kienu tiegħu. Wara ħafna interrogazzjonijiet, il-pulizija ma waslet imkien u l-każ baqa’ mistur għal

kważi sentejn sħaħ. Isem ġdid għall-pulizija Wara kważi sentejn bla ħjiel fuq min seta’ kien il-qattiel ta’ Parker, il-pulizija bdew jirċievu telefonati mingħand nies li kienu jaħdmu ma’ ċertu Robert Denney. Dawn in-nies qalu li Denney beda jaġixxi b’mod stramb ħafna fiż-żmien li seħħ id-delitt ta’ Parker u kien gidbilhom li mietlu xi qarib biex ikun jista’ joħroġ mir-raħal. Il-pulizija wrew interess kbir f ’Robert Denney hekk kif saru jafu li fiż-żmien li seħħ id-delitt hu kien joqgħod faċċata tal-vittma u mid-dar tiegħu kien jara l-kċina ta’ Parker. Il-pulizija saru jafu wkoll li ħuh il-kbir kien il-ħabs għax kien qatel mara

b’90 daqqa ta’ arma bil-ponta. Meta l-pulizija saru jafu b’din l-informazzjoni ġdida, Denney kien laħaq telaq joqgħod f ’Maryland u b’hekk marru jsibuh hemm. Meta sabuh, Denney ma riedx jagħtihom kampjun tadDNA tiegħu u meta kienu jinterrogawh kien iżomm is-sigaretti li jkun pejjep u kien jirrifjuta x-xorb li kienu joffrulu. B’hekk, il-pulizija bdew isegwuh waqt li jkun ix-xogħol u joħroġ għall-pawsa biex forsi jarawh jarmi xi ħaġa u jkunu jistgħu jiġbruha iżda ma beda jħalli xejn warajh. Fl-aħħar irnexxielhom iġibu kampjun tad-DNA tiegħu mill-bżieq li beżaq mal-art waqt li kien qiegħed ipejjep sigarett. Mill-bżieq irriżulta li d-DNA kienet taqbel ma’ dik misjuba fix-xena tad-delitt u eks għarusa li kellu qalet lill-pulizija li l-lighter kulur id-deheb kienet tiegħu. Il-ġuri B’din l-evidenza ġdida, Denney tressaq il-qorti fuq il-qtil ta’ Corey Parker. Huwa ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u beda jinsisti li huwa innoċenti. L-avukat tiegħu saħansitra qal li x-xagħra li sabu fix-xena setgħet taret bir-riħ u waqgħet fil-kċina tal-vittma jew li seta’ daħħalha qattus miegħu. Il-ġurija sabitu ħati u ġie kkundannat għomor il-ħabs. Minkejja li qiegħed iservi din is-sentenza, Denney għadu jinsisti sal-ġurnata tal-lum li huwa innoċenti u ħoloq blogg fejn fih jgħid kontra l-evidenza li nstabet, liema evidenza tefgħetu f ’ħabs għal dejjem.


26

23.08.2020

one.com.mt

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

23.08.2020

one.com.mt

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 343

BERNARDETTE AGIUS - Ħ’ATTARD

Bi 3 Numri 073 128 198 415 515 608 718 758 791 951 B’4 Numri

0711 1264 1392 1660 1758 3758 3979 4001 4069 6226 6759 7072 7396

7736 9174 9837 B’5 Numri 01597 04605 07963 11376 11692 15271 18111 19096

21631 25167 28277 33564 36691 41351 45275 48177 53143 60011 60161 62439 64630

81232 84512 86232 87809 91719 96451 99961

769445 780717 890135 897898

098171016 234586797 308668640 619046528 652750521

B’7 Numri 0303790 B’10 Numri 1091510 7600860056 B’6 Numri 5791381 8372199767 7950223 317105 631169 B’9 Numri 721286 057810695 751108

1. 4. 7,16. 9. 10. 12. 16. 18.

Mimdudin: Kienu jkejlu l-inbid biha (5) Kompli l-qawl: Fejn nieqfu nagħmlu ...... (4) Għadda żmienu (5) Tal-art dawn? (3) Bħall-PL u l-PN (5) Xow tas-suldati (6) Ara 7 Ara 2

19. 20. 21,23. 23. 24.

Għamel bħall-għasfur (3) Tlaqt mil-bidu (5) Belt (7) Ara 21 mimduda Kunjom (5)

8. 11. 12. 13,17. 14. Weqfin: 15 1. Tajba ferm (6) 2,18. Iddispjaċieh (5) 17. 21. 3,15. Pjanta tajba 22. għall-ikel (9) 5,21W. Beda l-kant (6) 6,11. Qattusa

Taljana (5) Aktarx tal-ħarrub (9) Ara 6 Missier (2) Tkellem ħafna (6) Xogħolhom fuq il-palk (6) Ara 3 Ara 13 Ara 5 Minkejja li twil tilef siequ! (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Skola, 4.Bini, 7,23.Spjega, 9.UAR, 10, 11.Sri Lanka, 12.Mażżra, 16.TMI, 18.OU, 19,22.Rating, 20.Denim, 24.Żarma

Weqfin: 1.Skużat, 2.Orr, 3.Ass, 5.Isl, 6,15.Innutajna, 8.Prużuntuż, 12.21M. Minsi, 13.Zoe, 14.Armier, 17.Mus, 21.Nej


28

23.08.2020

one.com.mt

VIŻJONI GĦAL BERNARD Editorjal

Mhix kumbinazzjoni lanqas li llum l-istess faxxa tinsab temporanjament wara dan il-politiku dilettant sakemm jieħdu lura f’idejhom il-kuruna u x-xettru li jqisu li għandhom jibqgħu jintirtu biss fil-“familja”

Il-kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap Nazzjonalista, Bernard Grech, din il-ġimgħa għamel mezz biex juża l-midja aktar ħalli jsaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu fil-pubbliku, avolja partita “ħbieb” minn tiegħu – dawk tas-saltna taddritt (!) – ilhom jifirxulu t-tapit u jagħmlulu pubbliċità tajba ħafna bl-użu tal-magna tal-establishment. Għamlulu dan kemm direttament daqskemm indirettament b’majnata waħda wara l-oħra lill-avversarju dirett tiegħu, Adrian Delia. Għaldaqstant, għall-fini tat-tellieqa għat-tmun tal-Partit Nazzjonalista, Grech m’għandux wisq raġuni għal xiex jidħol f ’xi dettalji partikolari. Fil-fatt, f ’opinjoni tiegħu din il-ġimgħa bit-titlu “Għaliex se nikkontesta għal Kap tal-PN?”, Grech ma tana xejn minn dan. Is-sabiħa hi li donnu ppretenda li jbigħ lilu nnifsu bħala l-persuna idonea li għandha tkun fit-tmun tal-Partit fl-Oppożizzjoni fi ftit ġimgħat oħra u saħansitra fit-tmun talpajjiż fi ftit snin oħra. Fil-fatt tefagħna quddiem vetrina fejn wieħed jistenna li se

jsibu espost biex kull ċittadin, inklużi tesserati Nazzjonalisti eliġibbli li jivvotawlu, jara eżatt xi jsarraf. Iżda, għal wieħed li ftit hu magħruf pubblikament, għajr għad-diżavventura falluta tiegħu disa’ snin ilu fir-referendum tad-divorzju, ħalliena iżjed perplessi quddiem ħafna ambizzjonijiet u viżjonijiet li qal li għandu. Fil-verità tana ħafna duħħan. Iżjed u iżjed meta d-dikjarazzjoni tiegħu li bidel fehmtu fuq id-divorzju, l-uniku konfront li kellu s’issa, wieħed iżjed stenna d-dettalji la jrid lil ħaddieħor jafdah. Fil-fatt f ’intervista ġimgħa ilu qalilna li m’għadux jaħsibha bħal meta, bl-iżjed mod feroċi, ikkampanja kontra t-tali dritt. Jidher li l-“valuri” li kien jemmen dak iż-żmien dabu bħal ġelat fix-xemx t’Awwissu appena bħala avukat bi professjoni beda jduq il-flus mill-kawżi fil-Qorti tal-Familja. Allura x’jistgħu jiswew ix-xinxilli li ħareġ bihom illum f ’kampanja għal Kap Nazzjonalista meta m’hemm l-ebda garanzija li disa’ snin oħra (jekk mhux qabel) jibdilhom komple-

tament ukoll? Ir-raġunijiet li llum qed jimbuttawh fil-PN faċilment ma jibqgħux jiswew karlin meta jkun Kap tal-Oppożizzjoni. Minkejja dan, fil-ħafna kliem sabiħ ta’ retorika tiegħu, Grech baqa’ ma rrefera mkien għal dak l-aktar li jgħodd u li żamm lill-Kapijiet qablu ’l bogħod mill-elettorat. Bħalma jista’ jagħtih parir tajjeb illum il-Kap attwali Adrian Delia żgur ma jista’ jagħtihulu ħadd iżjed. Għax l-ewwel u l-akbar żball sagrosant ta’ dan talaħħar tliet snin ilu kien proprju li, avolja kkampanja kontra faxxa interna fil-Partit u ġie approvat mit-tesserati fuq dawk il-merti, meta sar Kap’ il-kanuni ħbiehom f ’kannierja u dawk li ħalla jidhru kienu biss monumentali. Hi dik l-istess faxxa li r-rapport tat-telfa tal-2013 indikaha b’mod speċifiku bħala l-arroganza grassa li għarrqet il-vapur Nazzjonalista, għax kienet maqtugħa f ’saltna għaliha. Hi wkoll dik li, għalkemm illum twerżaq b’korruzzjoni, kienet il-vera li serqet pajjiż sħiħ, selħitu minn kull beni u ħalliet

poplu mġewwaħ. Fl-istess ħin ippermettiet lil negozjanti jaħdmu biss jekk iroddu lid-Dar Ċentrali perċentwali abbundanti minn kuntratti li “jirbħu” mingħand il-Gvern. Mhix kumbinazzjoni li qed nitkellmu fuq l-istess faxxa li għal dawn l-aħħar seba’ snin għamlet anke l-impossibbli biex tiskredita t-tmexxija tal-Partit Laburista fil-Gvern u tipprova tasal għall-poter qabel iż-żmien, mingħajr ir-regoli ta’ demokrazija. Illum Nazzjonalisti sinċieri, li daquhom direttament, ukoll qed jesprimu l-istess ħsibijiet u emozzjonijiet. Mhix kumbinazzjoni lanqas li llum l-istess faxxa tinsab temporanjament wara dan il-politiku dilettant sakemm jieħdu lura f ’idejhom il-kuruna u x-xettru li jqisu li għandhom jibqgħu jintirtu biss fil-“familja”. X’taħseb minn dan kollu bħala viżjoni, Dr Grech?! U jekk mhux qed taraha ċara llum, allura se jiġi żmien mhux daqstant ’il bogħod li tkun stampata ma’ wiċċek … dejjem jekk it-tesserati lesti jafdawk bid-destin tal-Partit!


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.