KullĦadd_23.01.2022

Page 1

Il-Ħadd, 23 ta’ Jannar, 2022

Ħarġa Nru 1,489

Prezz €1

Rapport f’paġna 8

IĊ-ĊERTIFIKAT TAL-VAĊĊIN IĠIB QABŻA KBIRA EKONOMIKA

IL-PN JINQABAD JIRREKORDJA LILL-ĠURNALISTI Rapport f’paġna 5

KONFLITTI “FIL-BRIKS” TA’ DR ELLIS Id-Deputat Nazzjonalista Joe Ellis kritiku dwar l-akbar proġett infrastrutturali li għaddej f’Għawdex, fl-istess waqt li waħda mill-kumpaniji tiegħu, bil-moħbi, qiegħda tipprovdi għalih kwantità ta’ materjal tal-kostruzzjoni Id-Deputat Nazzjonalista Joe Ellis qed jiggwadanja finanzjarjament mill-pro­ġett infrastrutturali, li għaddej bħalissa fil-limiti tal-lokalitajiet t’Għajnsielem u n-Nadur, Għawdex, waqt li fl-istess ħin juża l-pożizzjoni tiegħu fil-Parlament biex jikkritika l-ħidma li għaddejja mill-Gvern f’dan l-investiment. Minn tagħrif li għandha l-KullĦadd, jirriżulta li l-kumpanija Gozo Concrete Products Ltd, fejn l-istess Ellis hu direttur u shareholder, qiegħda

tissupplixxi materjali, b’mod partikolari briks, biex jintuża fil-kostruz­zjoni ta’ dawn it-toroq bħala parti mill-istess proġett li se jkun qed jiswa madwar €13-il miljun. Peress li l-istess kumpanija ta’ Ellis mhix imniżżla bħala kuntrattur u lanqas sub-contractor tal-proġett, nifhmu li l-provvista ta’ materjali b’mod regolari qed issir bil-moħbi. Tkompli f’paġna 3

Dr Joe Ellis


02

23.01.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 13°C L-Inqas Temperatura: 6°C L-Indiċi UV: 3 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja ser testendi minn fuq il-Kanal Ingliż sa fuq iċ-ċentru talMediterran It-Temp: Il-biċċa l-kbira xemxi Ir-Riħ: Ħafif mill-Grigal li jsir ħafif mill-Majjistral itTramuntana Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx mill-Grigal It-Temperatura tal-Baħar: 17°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

15°C UV 3

KUNTATT ĠENERALI

9°C

Il-Ħamis

16°C UV 3

10°C

Il-Ġimgħa

16°C UV 3

9°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

16°C UV 1

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

10°C

14°C UV 1

8°C

16°C UV 3

10°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Il-Belt Valletta – 21245135 Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238018 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020 Herba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara – 21443406 O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Il-Gżira – 21330268 Krypton Pharmacy, Triq l-Ibraġġ, Tal-Ibraġġ – 21370141 Stella Maris Pharmacy, 34, Triq Milner, Tas-Sliema – 21335217 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 St. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Il-Mosta – 21433833 Health & Co Pharmacy, Triq l-Erba’ Mwieżeb, San Pawl il-Baħar – 79790119 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21821646 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811 Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura – 21807503 Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, Iż-Żejtun – 21693723 Milia’s Pharmacy, 42, Vjal il-Blue Grotto, Iż-Żurrieq – 21689971 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 Imtarfa Pharmacy, 207, Triq San David, L-Imtarfa – 21451261 Għawdex Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970 Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Ta’ Sannat – 21564447 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

23.01.2022

IL-MATERJAL IPATTI GĦAL DJUN KBAR Tkompli minn paġna 1 Skont ir-reġistru tal-kumpa­ni­ ji, Gozo Concrete Products Ltd għandha lil Joseph Ellis u ħutu Tonio Ellis u Nathalie Gatt Ellis bħala diretturi u rappreżentanti legali, waqt li x-sharehol­ der ewlieni hi kumpanija oħra tal-familja, bl-isem AF Ellis (Home Decor) Ltd. Fuq din talaħħar, id-Deputat Nazzjonalista hu wkoll direttur mal-istess ħutu u shareholder permezz tal-kumpanija JE Investments Ltd, irreġistrata fuq l-indirizz tad-dar tiegħu. Sorsi, li tkellmu ma’ din ilgazzetta, qalu li l-kumpanija Gozo Concrete Products Ltd qiegħda tissupplixxi l-briks lill-kuntrattur ewlieni, li rebaħ is-sejħa għall-offerti filproġett. Hu mifhum li l-kumpanija ta’ Ellis għandha tagħti ammont konsiderevoli ta’ flus lil diversi kuntratturi Għawdxin. Għaldaqstant, qiegħda taqta’ l-kontijiet tagħha billi tpartat b’materjali li tipproduċi, in- jużaw il-materjali tal-kumpkluż briks. anija Gozo Concrete Products Fil-fatt, skont is-sorsi, il- Ltd. kum­panija ta’ Ellis diġà ssupp­ Fi żmien Gvern Nazzjonalislixxiet madwar 50,000 briksa ta din il-kumpanija kienet inb’valur ta’ madwar €50,000 għatat art kbira tal-Gvern bi għall-bini mill-ġdid ta’ dawn prezz baxx biex timmanifattuiż-żewġ toroq arterjali u ra l-materjali tal-kostruzzjoni. l-junction li se tgħaqqadhom. F’Novembru li għadda, Dr Dan ifisser Ellis qam jistaqsi ukoll li, min­ħabba lill-Ministru għal t-tali interessi Għawdex Clint Cafinanzjar­ji u kummilleri dwar dak merċjali tal-kumpli, skontu, kien anija tiegħu, iddewmien u nuqqas Diġà ġew De­putat Ellis qed ta’ ppjanar fil-pro­ juża s-siġġu tiegħu ġett. ipprovduti fil-Parlamen­t biex It-tweġiba millb’€50,000 jistaqsi, jattakka u Mi­­­nistru ħolqot fi briks possibbilment jinukoll ftit kommos­ fluwenza l-andasjoni fil-Kamra minn Gozo ment tal-proġett tad-Deputati wara Concrete bi ksur ta’ etika li dan sostna li Products sfaċċat u b’kunflitt Gvernijiet Nazzjo­ ta’ interess lamnalisti injoraw panti. in-neċessità li t-toroq inkwistDan faċilment iqanqal id- joni jsiru mill-qiegħ, avolja dub­ji jekk it-tali privileġġ Par- kienu mimlijin toqob periko­ lamentari hux jintuża wkoll lużi u l-Eks Ministru Giovanbiex issir pressjoni fuq kun- na Debono u d-Deputat atttratturi oħrajn Għawdxin ħalli wali Chris Said kienu jgħaddu

minnhom regolarment. Minn tagħrif li ngħata filParla­ment, il-proġett estensiv, li mistenni jitlesta fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, kien jinkludi l-bini mill-ġdid taż-żewġ toroq u żewġ junctions bi standards Ewropej. Triq l-Imġarr, li twassal għar-raħal tan-Nadur, saħansitra kienet teħtieġ li aktar minn 800 metru minnha jinbnew fuq qafas speċjali li jogħla ’l fuq mil-livell l-antik. Fost ħafna interpellanzi Parlamentari dwar l-istess proġett, il-Ministru Camille­ri ġimagħtejn ilu wieġeb li minbarra s-servizzi kollha, sistemi ġodda ta’ dwal u storm water culverts, fi Triq l-Imġarr saru testijiet speċjalizzati fuq ilblat u s-sotterran li wkoll wasslu biex il-Ministeru jadotta sistema ta’ strutturi innovattiva. F’dan ir-rigward intużaw metodi ta’ pedamenti u strutturi tal-konkos varji f’partijiet fejn il-blat kellu karatteristiċi għalkollox differenti.

Ix-xogħlijiet fi Triq l-Imġarr, fil-limiti tan-Nadur, parti mill-proġett vast fejn qed jintużaw ukoll briks għall-culverts (taħt) ġejjin mill-kumpanija ta’ Joe Ellis


Ritratt: CLODAGH O’NEILL/DOI

04

Dawk li llum jikkritikaw l-għaqal fil-finanzi pubbliċi, disa’ snin ilu ħallew dejn nazzjo­nali 13% ogħla mir-rata attwali

23.01.2022

L-EWWEL TNAQQIS FID-DEJN MILL-BIDU TAL-PANDEMIJA Bejn it-tieni u t-tielet kwart tas-sena 2021 ir-rata tad-dejn nazzjonali mqabbla malġid nazzjonali naqset minn 59.1% għal 57.2%, skont stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Istatistika Ewropew, il-Eurostat. Dan kien l-ewwel tnaqqis kwart fuq kwart tal-piż tad-dejn ta’ pajjiżna mindu bdiet il-pandemija fil-bidu tal2020. Jirriżulta li l-proporzjon tad-dejn fi tmiem Settembru li għadda kien anke ftit inqas minn dak li kien f’Marzu tal-istess sena. Dan it-titjib jirrifletti żewġ fatturi. L-ewwel nett li, kontra dak li ssostni l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, il-finanzi tal-Gvern qed jirkupraw mid-

daqqa tal-pandemija. Fil-fatt, stqarrija oħra tal-Eurostat tindika li d-defiċit tal-Gvern fittielet kwart tal-2021 kien 8.1% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD) jew inqas mid-9.6% li l-Gvern kien irreġistra fl-istess kwart sena qabel. Dan kien it-tieni kwart konsekuttiv li kien qed iseħħ dan, għax fit-tieni kwart tal-2021 iddefiċit kien 7.9% bid-differenza għal sena qabel li kien 13.3%. Dan jerġa’ jikkonferma kemm hu bla bażi d-diskors tal-kelliema tal-Oppożizzjoni meta jisħqu li l-Gvern qed iberbaq il-flus jew li tilef il-kontroll tal-qagħda fiskali. It-tieni fattur wara t-tnaq­ qis fil-piż tad-dejn pubbliku hu li l-ġid nazzjonali qed jikber bil-kbir u dan jagħmilha aktar faċli li d-dejn jiġi ffinanzjat. Issaħħa u r-rapidità ta’ dan l-irkupru hi dovuta għall-politika ta’ sostenn qawwi li ħaddan il-Gvern, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela. Il-fatt li pajjiżna kellu livell ta’ għajnuniet aqwa mill-medja Ewropea, kif ukoll li l-Gvern qed iservi ta’ tarka kontra l-għoli tal-ħajja billi jżomm stabbli l-prezzijiet tal-fuels u tal-elettriku, qed iwasslu għal dan l-irkupru ekonomiku sostnut. Anke hawn jispikka l-kuntrast mal-linja ta’ ħsieb talPar­tit Nazzjonalista, immex­xi minn Bernard Grech. Il-kelliema tal-Oppożizzjoni baqgħu jemmnu fil-politika ta’ awste­ rità li kienet wasslet biex iddaqqa ekonomika tal-2008 tissarraf f’sitt snin ta’ qgħad aktar għoli. Bil-maqlub, il-politika eko­ no­mika progressiva tal-ammi­­ nistrazzjoni Laburista wasslet għall-inqas livell ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna, fost sensiela ta’ rekords bla preċedent, bħall-inqas piż ta’ taxxi bħala proporzjon tal-ġid nazzjonali u għall-ewwel darba għand-

na l-orħos prezz tad-diesel u tal-elettriku minn fost il-pajjiżi taż-Żona Ewro. Dawk li mill-bankijiet talOp­pożizzjoni kontinwament jipprietkaw għall-galbu fl-amministrar tal-finanzi pubbliċi, disa’ snin ilu kienu ħallew warajhom piż ta’ dejn nazzjo­ nali ta’ 69.8% jew kważi 13% aktar mir-rata preżenti. Taħt amministrazzjoni­ jiet immexxijin mill-PN kien biss fl-ewwel kwart tal-2008 li d-dejn nazzjonali kien naqas taħt it-threshold tas-60%. Dakinhar dan kien 59.7%. Minkejja l-pandemija Gvern Laburista qatt ma rreġistra piż ta’ dejn nazzjonali aktar minn dak li kien l-aqwa riżultat ta’ Gvern Nazzjonalista u l-aktar li żdied id-dejn nazzjonali kien sa 59.1%, li jfisser li dak li l-PN qed jikkritika llum xorta hu aħjar minn dak li qatt irnexxielhom jiksbu huma meta kienu filGvern. Waqt li Gvern Laburista issa ilu mit-tieni kwart tal-2015 ma jirreġistra dejn nazzjonali ’l fuq minn 60%, fl-aħħar leġiżlatura ta’ Gvern Nazzjonalista pajjiżna dejjem kellu dejn ogħla minn dan il-livell. L-inkompetenza Nazzjona­ lista fil-finanzi pubbliċi toħroġ ukoll mil-fatt li anke fi stqarrijiet pubbliċi jieħdu żbalji bażiċi. Fil-fatt, meta ffaċċjati mill-istqarrija tal-Eurostat, il-kelliema tal-Oppożizzjoni qalu li din turi li pajjiżna għandu l-ogħla ammont ta’ dejn fl-istorja. Fil-fatt, l-istqarrija tal-Eurostat turi b’mod ċar li filwaqt li fit-tieni kwart tal-2021 id-dejn kien €8.026 biljun, tliet xhur wara dan kien naqas għal €7.989 biljun. Kif tista’ ċifra iżgħar minn dik ta’ qabilha tkun rekord ġdid? Il-bżonn ta’ tiġdid fil-kamp Nazzjonalista fejn tidħol politika fiskali u ekonomika qatt ma kien akbar milli hu fil-preżent.

Il-politika eko­no­mika progressiva tal-ammi­­nistrazzjoni Laburista wasslet għall-inqas livell ta’ qgħad fl-istorja ta’ pajjiżna, fost sensiela ta’ rekords mingħajr preċedent


05

23.01.2022

EMENDI GĦAL VOT “MOBBLI”

IRREKORDJAR TAL-ĠURNALISTI F’XOGĦOLHOM l-pożizzjoni ta’ assistent personali ta’ Dr Grech jew pożizzjoni simili. Fost il-filmati li jesponu lil dan fil-kumpanija tal-Kap hemm dak li nħareġ f’Ottubru li għadda b’reazzjoni għallBaġit 2022. Hawnhekk Gingell jidher idur ma’ Grech fil-ħwienet u t-toroq tal-Belt, u anke jid­diskuti miegħu xi dokumenti fil-kamra riservata għall-Oppożizzjoni fil-Parlament, li wkoll jindika li għandu pass speċjali għall-ogħla istituzzjoni. Stagno Navarra għamel talbiet diretti lill-amministrazzjoni tal-Parlament u lill-Istitut tal-Ġurna­ listi (IĠM) biex jinvestigaw il-każ ta’ ffilmjar fuq il-ġurnalisti u oħrajn.

Jere

m yG ll

Filmati mxandrin waqt il-programm televiżiv Pjazza fuq ONE nhar il-Ġimgħa filgħaxija kixfu kif impjegat tal-Partit Nazzjonalista, aktarx assistent personali tal-Kap innifsu, qed jintuża biex jispjuna fuq il-ġurnalisti b’mod sistematiku waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Dan l-ispjunaġġ, li jikser anke d-dritt ta’ persuna privata li tiġi rrekordjata mingħajr il-kunsens tagħha, isir permezz ta’ mobile phones moħbijin fil-preżenza ta’ Bernard Grech innifsu meta jitwaqqaf mill-ġurnalisti biex jagħti xi reazzjoni. Għalkemm mhux eskluż li inċidenti simili seħħew preċedentement, il-pre­ żentatur ta’ Pjazza, Karl Stagno Navarra, żvela kif l-Erbgħa waranofsin­har barra l-bini tal-Parlament ġie nnotat it-tarf ta’ mobile ħiereġ mill-ġakketta ta’ żagħżugħ li kien qed jakkumpanja lil Dr Grech. Dak il-ħin ġurnalist ta’ ONE News avviċina lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex jagħmillu xi mistoqsijiet. Minbarra li kien ovvju li l-mobile kien qed jirrekordja lill-ġurnalist, dan baqa’ mixgħul saħansitra meta l-persuna baqgħet dieħla mal-Kap tal-Oppożizzjoni mill-bieb prinċipali tal-Parlament mingħajr ma jiġi ċċekkjat dwar oġġetti fil-pussess tiegħu, kif jiġri lil kull persuna normali li tidħol fil-bini tal-Kamra tad-Deputati. Għaldaqstant, mhux magħruf meta din ilkamera ntfiet u jekk ġewx irrekordjati istanzi oħrajn fuq ġewwa. Il-programm Pjazza żvela wkoll kif l-għada l-Ħamis, l-istess persuna dehret għal darb’oħra ma’ Dr Grech waqt li dan kien qed ikellem lill-ġurnalisti barra d-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà. Din id-darba, iżda, intużaw żewġ mobiles fl-istess ħin. Il-preżentatur ta’ ONE argumenta li żgur mhux il-każ li Dr Grech u l-PN riedu jżommu rekording tal-mistoqsijiet għax preżenti kien hemm crew tal-istazzjon Nazzjonalista, NET TV. Jirriżulta issa lil din il-gazzetta li l-persuna li tkun qed tirrekordja bil-mobile lill-ġurnalisti hi ċertu Jeremy Gingell. Minħabba li dan spiss ikun ma’ djul il-Kap Nazzjonalista u anke jidher b’mod prominenti f’filmati promozzjo­nali dwar dan talaħħar, hu mifhum li Gingell jokkupa

ge in

Din il-ġimgħa l-Parlament approva emendi fil-liġi elettorali biex din tippermetti li, fiċ-ċirkostanzi tal-pandemija li ninsabu fihom, persuna fi kwarantina tkun tista’ xorta tagħmel użu mid-dritt talvot tagħha b’sistema ta’ drivethrough f’postijiet apposta. L-emendi, li sabu l-approvazzjoni taż-żewġ partiti waqt is-se­ duta Parlamentari ta’ nhar l-Erb­ għa li għadda, jipprovdu għal postijiet ta’ votazzjoni speċifiċi fejn persuna tgħaddi bil-karozza tagħha u tivvota mingħajr ma tinżel minnha. Il-Kap tal-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Laburista Louis Gatt spjega l-punti tekniċi ta’ dawn l-emendi ma’ ONE News, li se jippermettu wkoll lill-Pulizija jivvutaw kmieni ħalli dakinhar tal-elezzjoni jiġi assigurat numru biżżejjed ta’ uffiċjali biex tinżamm l-ordni fil-pajjiż. “L-ewwel bidla li kien hemm hi li l-forzi tal-ordni, dawk tal-Pulizija, se jkunu qed jivvutaw it-Tlieta ta’ qabel l-elezzjoni biex ovvjament ikunu okkupati sew fil-ġurnata tal-elezzjoni u għaldaqstant għall-Korp innifsu se tkun qed tiffaċilita,” qal Gatt. Din il-liġi tinkludi wkoll direzzjonijiet oħrajn bħal dik li l-arja kkundizzjonata tkun mixgħula fiċ-ċentri tal-votazzjoni u l-aġenti tal-partiti politiċi jkunu mlaqqmin bil-vaċċin talCOVID-19. Il-Ministru Michael Falzon, li ressaq l-emendi fil-liġi, tenna l-prinċipju tal-Partit Laburista li jissalvagwardja d-dritt talvot f’kull ċirkostanza bħalma għamel anke fil-passat. “Hawnhekk qed nagħmlu dak li dejjem emminna fih, li nwessgħu kemm jista’ jkun u nassiguraw li kulħadd ikollu d-dritt jivvota. Għamilnieha fil-passat, bħal meta tajna vot lin-nisa, lil dawk ta’ 18-il sena u iżjed riċenti lil dawk ta’ 16-il sena u hawnhekk biċ-ċirkostanzi tal-pandemija qed naraw kif ħa niffaċilitaw kemm jista’ jkun il-votazzjoni. Il-vot hu dritt u hu dmir ta’ kulħadd u ovvjament aħna qegħdin hemm biex inħarsuh,” temm jgħid Falzon.

Gingell kontinwament ma’ djul il-Kap Nazzjonalista


06

23.01.2022

IL-ĦATRA TA’ METSOLA TESPONI Fl-istess ħin li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kien preżenti fi Strasburgu għall-elezzjoni li wasslet lil Roberta Metsola ssir il-President tal-Parlament Ewropew, fid-Dar Ċentrali tiegħu stess kien qed jiġri l-għajdut li s-suċċess tal-Membru Parlamentari Ewropew hu biss mera tat-tmexxija dgħajfa li għandha l-Oppożizzjoni llum. Il-Maltija ta’ 43 sena kisbet appoġġ massiv minn 458 Membru Parlamen­tari Ewropew jew 66% tal-voti validi, grazzi wkoll għall-ftehim fl-aħħar ħinijiet mal-gruppi ewlenin, fosthom is-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D), li issa se jkollhom l-akbar għadd (5) ta’ Viċi Presidenti. Il-fatt li Grech qal li, bil-ħatra ta’ Metsola, iħossu kburi, tqaj­ jem l-argument li l-Kap Nazzjonalista lanqas intebaħ li kien qed jirredikola lilu nnifsu bi kliemu stess, li jikkontradixxi numru ta’ deċiżjonijiet jew dikjarazzjonijiet li għamel. B’mod speċjali ssemmiet id-dikjarazzjoni tiegħu li meta barra minn xtutna jistaqsuh minn fejn hu, hu jgħidilhom li hu mill-Greċja, għax jistħi jgħid li hu Malti. Din il-gaffe aktarx se tibqa’ l-aktar waħda popolari fil-karriera politika tiegħu, anke jekk tista’ tkun l-iqsar waħda fl-istorja moderna. Minbarra hekk, iżda, inter­ na­­ment fil-PN ukoll issemma l-fatt li fl-aħħar xhur Grech xeba’ jiddikjara li pajjiżna m’għandu l-ebda reputazzjoni fil-fora internazzjonali jew Ewropej fejn, skontu, m’aħniex ikkalkulati. L-istess argument intuża konvenjentement mill-Kap tal-Oppożizzjoni bħala parti mill-korrispondenza lill-Financial Action Task Force (FATF) lejlet deċiżjoni importanti li din kellha tieħu dwar Malta s-sena l-oħra. Issa waqt li l-ħatra ta’ Metsola kienet qed iddabbar l-awguri minn kullimkien, il-Kap tal-PN kompla jiġi mċekken f’daru stess għan-nuqqas ta’ viżjoni politika li kellu sa mill-ewwel ġurnata li ħa t-tmun f’idejh. Hu ġie mfakkar kif fis-sajf tas-sena l-oħra ried lill-istess Metsola biex tkun il-Viċi Kap tiegħu u allura possibbilment titlaq mill-Parlament Ewropew. F’Ġunju tal-2021 kien irrap­ portat kif Grech avviċina lil Metsola, flimkien ma’ Joe Giglio, biex jieħdu post il-Viċi Kapijiet David Agius u Robert Arrigo, li kienu maħturin mill-predeċessur tiegħu, Adrian Delia. Skont rapport fit-Times dak iż-żmien, il-pjan ta’ Grech kien jinvolvi li Agius jiġi mġiegħel jirriżenja mill-kariga ta’ Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit

u b’hekk tiġi sforzata elezzjoni għall-2022 ukoll. il-Franċiża Nicole Fontaine. fil-Kunsill Ġenerali Nazzjonali, Dak iż-żmien, sorsi kienu F’Novembru li għadda Metli kien se jsir f’Lulju, u mbagħad saħqu magħna li kull min tis- sola kienet intgħażlet bħala din tispiċċa “mirbuħa” minn ma’ fid-Dar Ċentrali jikkonk- l-kandidata tal-Partit Popolari Metsola. ludi li Grech mhux jirnexxi- Ewropew (EPP) biex tieħu post Minkejja dan, Metsola, lu jġib waħda sew, tant li sar David Sassoli li kien se jiskadilu li kienet diġà qed tokkupa iċ-ċajta fil-Partit u qed isibuh t-terminu fi żmien xahrejn. Hija l-pożizzjoni ta’ Viċi President bħala l-Kenwood, b’referenza kienet rebħet elezzjoni fl-EPP tal-Parlament Ewropew, irrifju- għall-mixer tal-elettriku fil-kċi- b’112-il vot minn 174, aktar minn tat din l-idea antidemokratika na. 64% tal-voti mitfugħin u rnex­ u l-pjan tal-Kap sfaxxa fix-xejn. Sadanittant, meta Metsola xielha tegħleb liż-żewġ kandiAgius u Arrigo għaddati l-oħrajn, l-MPE hom sal-lum jokkOlandiża Esther de upaw l-istess karigi Lange u dak Awstrijak rispettivi. Othmar Karas. Dan in-nuqqas ta’ Sadanittant, Sasviżjoni jiżdied ukoll soli li kien iddaħħal Li kien għal Bernard Grech, mat-taħwid li Grech l-Isptar b’pneumonia Metsola llum hi l-Viċi tiegħu issa hu magħruf għaf’Settembru tal-2021, lih fid-Dar Ċentrali, f’Diċembru ħabbar f’Malta u mhux il-President bl-aħħar waħda tkun li ma kienx se jerġa’ tal-Parlament Ewropew relatata mal-ħruġ jikkontesta l-kariġa tal-Wage Suppleu spiċċa miet fil-11 ta’ ment mill-Gvern għall-ħaddi- ġiet eletta President tal-Parla­ Jannar li għadda, ġimgħa biss ema f’setturi l-aktar milqutin ment Ewropew fl-età ta’ 43 qabel it-tmiem tat-terminu mill-pandemija. Wara li kien sena saret l-iżgħar persuna tiegħu. Fil-perjodu sal-elezzjoni iddikjara li l-Gvern kulma fil-kariga u l-ewwel Maltija li għall-President il-ġdid, Metsola għamel hu li berbaq flus il-pop- qed tokkupa din l-ogħla kariga serviet bħala Aġent President. lu fl-aħħar sentejn, il-Kap Naz- Parlamentari. Hi wkoll l-ew­ L-MPE Maltija daħlet iktar zjonalista f’Diċembru ħeġġeġ wel President mara mill-2002, fiċ-ċans li tirbaħ l-elezzjoni lill-Gvern biex jestendi l-ħlas meta din il-kariga kienet f’idejn għall-President tal-Parlament

Ewropew wara li sar magħruf li ma kinux se jikkontestaw aktar kandidati mill-grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D). Lejlet l-elezzjoni kruċjali, l-S&D qalu li qed jappoġġjaw il-kandidatura ta’ Metsola. Fit-18 ta’ Jannar, f’jum li fih kienet ukoll qed tiċċeleb­ ra għeluq sninha, Metsola ġiet eletta President għal terminu ta’ sentejn u nofs. Żewġ kandida­ti oħrajn, Alice Kunkhe u Sira Rego ġabu biss 101 u 57 vot rispettivament. F’messaġġ qabel ittieħed il-vot, Metsola talbet il-fiduċja tal-Membri Parlamentari Ewropej “biex ngħinu nimbuttaw l-Ewropa ’l quddiem, flimkien, biex ngħinu lin-nies iwettqu l-ħolm tagħhom.” Hija wiegħdet ukoll li jekk tkun eletta, kienet se tibni fuq il-ħidma ta’ David Sassoli, waqt li wiegħ­det li tagħmel spazju għal opin­jonijiet differenti u appellat biex inħallu dak li firidna fil-passat u nħarsu ’l quddiem lejn futur aħjar. Wara li tħabbar ir-riżul-


07

23.01.2022

IŻJED ID-DGĦUFIJA TA’ GRECH

tat, Metsola rrea­ġixxiet għallmistoq­sijiet dwar il-pożizzjonijiet preċedenti tagħha kontra l-abort u jekk issa hux se tibdel fehmitha. Il-kumment tagħha kien, li issa se tkun qed tieħu l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, jiġifieri dik li jqis l-abort bħala dritt tal-mara Ewropea u se tagħmel ħilitha biex tippromwovi din il-pożizzjoni. Ma setax jonqos li mill-ewwel bdew jidħlu r-reazzjonijiet għall-ħatra tal-Maltija, fosthom mill-ogħla awtoritajiet lokali u fuq livell Ewropew, filwaqt li l-ġurnali prinċipali, specjalment fl-Italja u fi Franza, faħħru l-għażla tagħha. Il-President ta’ Malta George Vella feraħ lil Metsola u qal li hi se jirnexxilha taqdi d-dmiri­jiet u r-responsabbil­ tajiet kbar li ġġorr din il-kariga. Stqarr ukoll li din hi wkoll kisba importanti ħafna għal pajjiżna, li għal darb’oħra ta prova li d-daqs u l-pożizzjoni ġeografika tagħna mhux se jxekklu viżjoni u impenn sodi.

Il-Prim Ministru Robert Abela wkoll ferħilha u qal li jħares ’il quddiem biex jaħdem flimkien magħha fuq prijoritajiet komuni. Il-Kap tal-Oppożizzjoni feraħ lill-MPE Nazzjona­lista u rringrazzjaha talli qed tkompli tgħolli isem pajjiżna ’l fuq. L-Ispeaker tal-Parlament Dr Anġlu Farrugia, f’ismu u f’isem il-membri Parlamentari Maltin kollha, ukoll feraħ lil Metsola għall-ħatra tagħha. Ftit qabel id-dikjarazzjoni fuq l-abort, l-Isqfijiet ukoll awguraw li permezz tal-ħidma ta’ Metsola, il-proġett Ewropew ikompli jinbena fuq il-valuri fundamentali li jirrispettaw id-dinjità u d-drittijiet tal-bniedem, il-libertà, id-de­mokrazija, l-ugwaljanza u s-saltna taddritt taċ-ċittadini kollha Ewro­ pej b’mod partikolari tal-persuni vulnerabbli. Il-Partit Laburista awgural­ ha ħidma pożittiva fl-interess kemm tal-Unjoni Ewropea kif ukoll ta’ Malta. Il-Moviment Nisa Partit Nazz-

jonalista feraħ lil Metsola għallvot b’saħħtu li ngħatat. Stqarrija maħruġa minn 11il għaqda li jirrappreżentaw setturi varji tan-nisa fis-soċjetà taħt l-isem empower, qalu li Metsola laħqet din il-mira għax kienet determinata, kellha r-rieda, is-saħħa, kif ukoll prinċipji. Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjo­ni tal-Ugwal-

janza (NCPE) qalet li fil-karriera tagħha fil-Parla­ment Ewropew, Metsola ħadmet bla waqfien biex tiddefendi u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u t-trattament ugwali f’oqsma differenti għall-benefiċċju tal-Ewropej kollha, b’attenzjoni partikolari fuq persuni f’riskju ta’ diskriminazzjoni jew f’ċirkostanzi vulnerabbli u mexxiet u approvat dossiers li jindirizzaw diversi aspetti relatati. Il-Malta Business Bureau (MBB) feraħ lill-MPE Maltija u qal li kitbet l-istorja bħala l-ew­wel ċittadina Maltija li ngħatat pożizzjoni daqshekk prestiġjuża minkejja li ġejja minn gżira daqshekk żgħira. L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi (MDA) ferħet lil Metsola u qalet li huwa unur kbir għall-gżira żgħira bħal tagħna,

kif ukoll għall-poplu kollu, li kienet Membru Parlamentari Ewropew Maltija li ntgħażlet għal din il-kariga. L-Assoċjazzjoni Għawdxi­ ja tat-Turiżmu (GTA) saħqet li s-sostenn li kisbet bil-vot tal-maġġoranza assoluta jwassal messaġġ ċar li anke Malta, l-iżgħar stat membru fl-UE, jista’ jwassal il-kontribut tiegħu b’determinazzjoni u perseve­ ranza mill-Membri Parlamentari Ewropej Maltin. Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Josef Vella qal li l-ħatra tibgħat messaġġ qawwi favur il-prin­ċipju tal-meritokrazija filwaqt li qal li s-suċċess miksub ġie wara ħidma politika sfiqa fuq medda ta’ 20 sena li matulhom telgħet l-iskaluni tal-karrie­ra politika bil-mertu tagħha u bis-saħħa tal-appoġġ demokratiku tal-elettorat.

METSOLA U L-POLITIKA

Roberta Metsola twieldet fit-18 ta’ Jannar tal-1979, u hija omm ta’ erbat itfal subien. Interessat ruħha fil-politika minn età żgħira u kienet ġiet eletta Segretarju Ġenerali tal-European Democratic Students, u fil-European Youth Forum. Wara kompliet il-ħidma politika tagħha fil-Partit Nazzjonalista, fl-MŻPN u fl-Uffiċċju ELCOM. Il-PN kien avviċinaha biex tkun kandidata għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2004. F’din l-ewwel elezzjoni tagħha, ma ġietx eletta. Fl-2013 kienet eletta f’elezzjoni każwali wara r-riżenja ta’ Simon Busuttil li sar Kap tal-Partit Nazzjonalista. Fiż-żewġ elezzjonijiet ta’ wara ġiet eletta bħala MPE bl-akbar ammont ta’ voti mill-kandidati Nazzjonalisti. Fil-Parlament Ewropew okkupat diversi rwoli u f’Novembru li għadda ġiet eletta l-ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew, biex issa tokkupa l-ogħla kariga, dik ta’ President tal-Parlament Ewropew.


08

23.01.2022

Hu stmat li l-bżonn taċ-ċertifikat tal-vaċċin fi Franza wassal għal żieda ta’ madwar €6 biljun fil-PGD sa tmiem l-2021

Studju internazzjonali juri li l-użu taċ-ċertifikat fir-restrizzjonijiet tal-pandemija ssarraf f’żieda ta’ biljuni ta’ ewro fil-ġid nazzjonali ta’ Franza, tal-Ġermanja u tal-Italja tal-imwiet naqset sostanzjalment. Skont dawn l-ekonomisti jekk pajjiż jilħaq rata ta’ vaċċinazzjoni kompleta, dan iwassal għal impatt pożittiv ta’ madwar 5.2% fuq il-livell ta’ PGD. Dan għaliex fin-nuqqas ta’ rata għolja ta’ tilqim, il-gvernijiet ikollhom jirrikorru għal lockdowns li kienu użaw fl-2020 biex jikkontrollaw l-ewwel mewġa tal-pandemija. Għalkemm s’issa ma jirriżultax li saru studji ta’ din in-natura f’Malta, ta’ min jinnota li minn meta tħabbar fi tmiem Settembru li postijiet ta’ divertiment, li volontarjament jużaw il-COVID pass ikollhom numru ta’ miżuri restrittivi rilaxxati, id-differenza fir-rata ta’ teħid tal-booster bejn Malta u l-Unjoni Ewropea kienet ta’ 3% biss. Sal-Milied dan id-distakk kien kiber għal 10%. Bit-tħabbir talbidliet tar-restrizzjonijiet fejn jidħol ivvjaġġar u postijiet ta’ divertiment, id-distakk aktar milli rdoppja u kiber għal 22%. Huwa ċar li anke f’Malta t-tħabbir tal-miżuri ġodda wassal għal żieda fenomenali fir-rata ta’ dawk li rrikorrew għat-tilqim. Dan jindika kemm id-deċiżjoni tal-Partit Nazzjonalista li joħroġ WORKING PAPER | ISSUE 03 | 2020

Studju internazzjonali kkonferma li 6%. l-enfasi fuq l-użu taċ-Ċertifikat talHu kkalkulat ukoll li dawn iż-żidiet COVID diġà kellu impatt ekonomiku salvaw il-ħajja lil kważi 6,500 persuna pożittiv qawwi fuq numru ta’ pajjiżi f’dawn l-istess pajjiżi, għax jirriżulta li Ewropej. Fil-fatt, hu stmat li sal-aħħar l-użu taċ-ċertifikat wassal biex numru tal-2021, in-neċessità taċ-ċertifikat tal- akbar ta’ anzjani marru jitlaqqmu konvaċċin biex tidħol f’restoranti u f’posti­ tra l-virus. jiet oħrajn ta’ divertiment għen biex Fis-sitt xhur wara li tħabbru resgħola l-Prodott Gross Domestiku (PGD) trizzjonijiet ibbażati fuq iċ-ċertifikat fi Franza b’madwar €6 biljun, fil-Ġer- tal-vaċċin jew il-COVID pass kif inhu manja b’€1.4 biljun u fl-Italja bi €2.1 bil- wkoll magħruf, l-istudju tal-esperti injun. ternazzjonali juri li kien Il-ġurnal awtorevohemm madwar 46,000 li Financial Times tant persuna f’dawn it-tliet ħass bħala relevanti pajjiżi li ma kellhomx dan l-istudju akkadebżonn ikunu rikoverati. miku minn disa’ ekonoIl-ħtieġa tal-COVID Fi Franza hu kkalkumisti mill-Kunsill għallpass għal postijiet lat li l-pressjoni fuq Analiżi Ekonomika l-isptarijiet naqset bi ta’ divertiment Franċiż u mill-istitut ta’ kważi n-nofs frott ta’ riċerka rinomat Bruegel irdoppjat id-distakk din il-miżura, mentri li tah prominenza qawt-tnaqqis kien bejn Malta u l-bqija fl-Italja wija fil-ġurnata stess li ta’ aktar minn kwart. tal-UE fit-teħid ġie ppubblikat. Dan fisser li meta L-istudju wera li fi dawn il-pajjiżi ntlaqtu tal-booster Franza r-rata ta’ tilqim mill-varjant Omicron, żdiedet bi 13% mindu tħabbar il-bżonn l-isptarijiet tagħhom kienu ġejjin minn taċ-ċertifikat tal-vaċċin bħala parti perjodu fejn ma tantx kienu taħt pressmir-restrizzjonijiet relatati mal-aħħar joni u għalhekk kien hemm riżorsi mewġiet tal-pandemija tal-COVID-19. Ji- biżżejjed biex dawn jaffrontaw il-mewġa rriżulta li fl-Italja l-impatt pożittiv kien ta’ każi li kkawża l-varjant il-ġdid. Filta’ 10%, mentri fil-Ġermanja qabeż is- fatt, minkejja ż-żieda fil-każi, ir-rata

THE EFFECT OF COVID CERTIFICATES ON VACCINE UPTAKE, HEALTH OUTCOMES AND THE ECONOMY

WORKING PAPER | ISSUE 01/2022 | 18 JANUARY 2022

QABŻA EKONOMIKA KBIRA BIĊ-ĊERTIFIKAT TAL-VAĊĊIN

kontra ċ-ċertifikat tal-vaċċin kienet mhux biss tmur kontra l-parir tal-awtoritajiet tas-saħħa, kif qed jiġri f’pajjiżi madwarna, iżda li tmur kontra dak li l-aktar jaqbel ekonomikament lil pajjiżna. Kieku Franza, l-Italja u l-Ġermanja ma daħħlux il-COVID pass bħala l-pern tar-restrizzjonijiet kontra l-imxija, kieku diġà sofrew mas-6,500 mewta iżjed milli kien hemm u tilfu mal-€10 biljun f’attività ekonomika qabel biss laqathom l-Omicron. Iċ-ċertifikat tal-vaċċin mhux talli jagħmel sens għas-saħħa tal-poplu, iżda hu sostenn ekonomiku qawwi ieħor.

MIQUEL OLIU-BARTONa,b, BARY B.S.R. PRADELSKIc , NICOLAS WOLOSZKOd, WITH DATA ANALYSIS LIONEL GUETTA-JEANRENAUDb AND GUIDANCE FROM FROM PHILIPPE AGHIONe, PATRICK ARTUSf , ARNAUD FONTANETg, PHILIPPE MARTINh AND GUNTRAM B. WOLFFb In the COVID-19 pandemic, governme nts have, among other measures1,2, mandated the use of COVID certificates to prove vaccinatio n, recovery or a recent negative test, and have required individuals to show certificates to access shops, restaurant s, and education or workplaces3. While arguments for and against COVID certificates have focused on reducing transmission and ethical 4,5 concerns , the incentive effects of COVID certificates on vaccine uptake, health outcomes and the economy has not yet been investigated. To estimate these effects, we construct counterfactuals based on innovation diffusion theory6 for France, Germany and Italy. We estimate that the announcement of COVID certificates during summer 2021 led to increased vaccine uptake in France of 13.0 (95% CI 9.7–14.9) percentage points (p.p.) of the total population up to the end of the year, in Germany 6.2 (2.6–6.9) p.p., and in Italy 9.7 (5.4–12.3) p.p. Further, this averted an additional 3,979 (3,453–4,298) deaths in France, 1,133 (-312–1,358) in Germany, and 1,331 (502–1,794) in Italy; and prevented gross domestic product (GDP) losses of €6.0 (5.9–6.1) billion in France, €1.4 (1.3–1.5) billion in Germany, and €2.1 (2.0–2.2) billion in Italy. Notably, the application of COVID certificates substantially reduced the pressure on intensive care units (ICUs) and, in France, prevented occupancy levels being exceeded where prior lockdowns were instated. Varying government communication efforts and restrictions associated with COVID certificates may explain country difference s, such as the smaller effect in Germany. Overall, our findings are more sizeable than predicted7. This analysis may help inform decisions about when and how to employ COVID certificates to increase vaccine uptake and thus avoid stringent interventio ns, such as closures, curfews, and lockdowns, with major social and economic consequen ces. This preprint is currently under review and is co-published by Bruegel. doi:10.21203/rs.3.rs-1242919/v1 a Université Paris-Dauphine, France. Bruegel, Belgium. National Centre for Scientific Research (CNRS), France, and Oxford-Man Institute of Quantitative Finance (University of Oxford), UK. OECD. Collège de France and INSEAD, France. f Natixis and Paris School of Economics, France. g Institut Pasteur and Conservatoire National des Arts et Métiers, France. h Sciences Po and CEPR, France. b

c

d

e

Recommended citation: Oliu-Barton, M., B.S.R. Pradelski, N. Woloszko, L. Guetta-Jeanrenaud, P. Aghion, P. Artus, A. Fontanet, P. Martin and G.B. Wolff (2022) ‘The effect of COVID certificates on vaccine uptake, health outcomes and the economy’ , Working Paper 01/2022, Bruegel


09

23.01.2022

FEARNE: IŻJED TNAQQIS FIR-RESTRIZZJONIJIET Waqt li Malta niżlet fit-tieni l-inqas rata ta’ tħassib wkoll bil-booster, u allura l-protezzjoni kollettiva ħames ġimgħat wara li ż-żidiet fil-każi f’Diċembskont iċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll u l-Pre- taċ-ċittadini tagħna kontra l-virus hi ferm għolja. ru b’riżultat tal-mewġa ta’ infezzjonijiet bil-varvenzjoni tal-Mard (ECDC), l-awtoritajiet tas-saħħa Hawnhekk il-Ministru għas-Saħħa nnota kif jant Omicron, tella’ l-punteġġ tagħna sa 9. Pajjiżi Maltin qed ifasslu pjan biex fiż-żmien li ġej jibdew pajjiż kbir bħal Franza għandu biss 5% tal-adulti b’punteġġ ta’ bejn 8.2 u 10 jfisser li huma fl-ogħla jitneħħew gradwalment il-miżuri u r-restrizzjoni- mlaqqmin bil-booster. Dwar il-kategorija tat-tfal, livell ta’ tħassib f’termini ta’ pandemija. jiet b’rabta mal-COVID-19. Fearne qal li hawn Malta għandha rata għolja Minkejja dan, issa li ċ-ċifri tal-infezzjonijiet B’intervent fil-programm Sibt il-Punt fuq ONE ħafna wkoll. naqsu drastikament Malta rat qabża pożittiva Radio lbieraħ filgħodu, id-Deputat Prim fl-indiċi tal-ECDC, li hu bbażat fuq l-amMinistru u Ministru għas-Saħħa Chris monti ras għal ras ta’ każi ġodda, rati ta’ Fearne ħabbar li dan se jseħħ fil-jiem li ttestjar, persuni li jispiċċaw l-isptar, dawk ġejjin meta jitħabbar pjan bid-dati speċifiċi li jeħtieġu kura intensiva u r-rata ta’ mormeta jitneħħew ċerti restrizzjonijiet. talità, fost oħrajn. Fix-xahar, li żdied l-għadd ta’ ċittadini Waqt li semma s-sitwazzjoni kurrenMill-pajjiżi kollha Ewropej, il-Bulgariti tal-imxija f’pajjiżna, id-Deputat Prim ja tinsab fl-agħar sitwazzjoni b’punteġġ Maltin li tlaqqmu bil-booster, ir-rata ta’ Ministru qal li “d-Dipartiment tas-Saħħa ta’ 9.5, waqt li 10 pajjiżi għadhom fil-livell pożittività ta’ pajjiżna tnaqqset bin-nofs qiegħed jaħdem fuq ir-roadmap illi se “għoli ħafna”. nħabbruha l-ġimgħa li ġejja bid-dati ta’ It-titjib fil-punteġġ ta’ pajjiżna seħħ meta ħa nkunu qed inneħħu mill-miżuri, mhux Sadanittant, fost il-pajjiżi Ewropej b’sitwazz- minħabba t-tnaqqis tar-rata ta’ pożittività lokali kollha, illi għandna fis-seħħ. Nerġa’ ngħid il-miżu- joni tal-inqas tħassib minħabba infezzjonijiet, fl-aħħar jiem. Din tiġi kkalkulata skont in-numru ri importanti li tagħmilhom fil-ħin f’waqtu, imma imwiet u rata ta’ tilqim kontra l-pandemija, l-EC- ta’ każi pożittivi li joħorġu min-numru ta’ testijiet imbagħad importanti li tneħħihom ukoll bl-istess DC attwalment jikklassifika lil Malta fit-tieni post li jsiru. mod. La qabel u lanqas wara.” b’punteġġ ta’ 6.5. Hi biss l-Awstrija li taqbiżna Ir-rata ta’ Malta naqset bin-nofs f’perjodu ta’ Fearne spjega kif dan kollu jista’ jsir hekk kif b’punteġġ ta’ 5.8. xahar, li fih ukoll żdied l-għadd ta’ persuni jitmadwar 75% tal-adulti f’pajjiżna issa tlaqqmu Dan hu l-inqas punteġġ għal pajjiżna fl-aħħar laqqmu bil-booster kontra l-COVID-19.

BARTOLO ĦA GĦALIH LI GRECH M’GĦAŻILX LILU MINFLOK THAKE L-Eks Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo jinsab diżappuntat li ma ntgħażilx flok Graziella Galea biex jokkupa s-siġġu Parlamentari li ġie vakat birriżenja ta’ David Thake wara li nqabad li ma ħallasx iżjed minn €800,000 f’taxxa talVAT li kienet dovuta lillIstat. Mat-Times ilbieraħ, Bartolo ammetta li ma setax jaħbi li kien diżappuntat. Bartolo, li hu nnifsu kien ġie co-opted fil-Parlament, kien ukoll id-Deputat li eventwalment ċeda s-siġġu tiegħu f’Ottubru tal-2020 ħalli jwitti t-triq biex Bernard Grech innifsu jkun jista’ jsib postu fil-Parlament wara li ġie elett Kap tal-Partit Nazzjonalista. Meta kkuntattjat mill-gaz­ zet­­ta, Bartolo qal hekk: “Inkun qed nigdeb jekk ngħid li m’iniex iddiżappuntat.” Mal-istess gazzetta kien hemm ukoll diversi sorsi fidDar Ċentrali li stennew li, b’irġulija, Bartolo jerġa’ jingħata s-siġġu Parlamentari wara li kien issagrifikah għall-Kap tal-Oppożizzjoni. Madankollu, dan ma kellux ikun, hekk kif it-tmexxija tal-establishment fil-PN, minflok, għażlet lill-Eks Sindku ta’ San Pawl il-Baħar, Graziella Ga-

Iv a n B a r t o l o

lea. Bħala membru tal-eżekuttiv Nazzjonalista, Bartolo kellu wkoll jiffaċċja l-għażla diġà lesta b’isem Galea impost din il-ġimgħa meta f’laqgħa li saret l-Erbgħa filgħaxija ġiet ap­pro­ vata l-co-option tagħha. Ma’ Bartolo, tħalla l-art ukoll l-Avukat Joe Giglio. Il-ġimgħa li għaddiet din ilgazzetta żvelat kif dan sar fuq ordni tal-hekk imsejħin “Blue Heroes” biex jiġu protetti l-interessi elettorali ta’ Jason Azzopardi u Karol Aquilina. Bit-titlu ta’ “Ġera b’isem Galea biex jelimina lil Giglio” (lemin), il-KullĦadd żvelat li Azzo-

pardi u Aquilina assolutament ma jridux li Giglio jingħata xi momentum biex jiġi inkluż filGrupp Parlamentari qabel l-elezzjoni ġenerali. L-Avukat Giglio se jkun qed jikkandida ruħu fuq id-distretti ta’ dawn iż-żewġ bastjuni tal-establish­ ment Nazzjo­nalista. Is-sorsi ta’ din ilgazzetta, fil-fatt spje­ gaw kif Bernard Grech kien għalkollox eżiljat minn din id-deċiżjoni biex ikun żgurat li Giglio ma jingħatax siġġu Parlamentari. Dan hekk kif inhu sigriet magħruf li lil Azzopardi, lil Aquilina u lil sħabhom f’Repubblika u fl-establishment Nazzjonalista ma niżlitilhom xejn tajjeb il-kandidatura ta’ Giglio. Għalhekk, wara r-riżenja ta’ Thake riedu jagħmluha ċara kristall mal-Kap u anke dawk ta’ madwaru li mhux biss ma kellhiex tgħaddi minn moħħhom li jipproponu lil Giglio, iżda lanqas kellu jkun hemm iċ-ċans li din tiġi diskussa fl-eżekuttiv. Sas-sena l-oħra, Grech kien favur li Giglio jsir Viċi Kap tiegħu, flimkien ma’ Roberta Metsola, iżda meta din talaħħar irrifjutat, il-pjan falla.


10

23.01.2022

IL-FAST FERRY IĦALLI IMPATT POŻITTIV FUQ IL-ĦAJJA Mindu beda s-servizz f’Ġunju 2021 ġew iffrankati, fost oħrajn, mas-730,000 siegħa fi trasport alternattiv Fl-ewwel seba’ xhur kemm ilu jope­ ra s-servizz tal-fast ferry, għamlu użu minnu 364,672 passiġġier, li jlaħħqu għal ftit aktar minn 8% talpassiġġieri kollha li qasmu l-fliegu fl-istess perjodu. L-ogħla konkorrenza għas-servizz li jaqsam f’inqas minn 45 minuta bejn il-Belt Valletta u l-Imġarr, Għawdex, kienet f’Awwissu u Settembru li għaddew meta madwar 13% ta’ dawk li qasmu l-fliegu għamlu dan permezz tal-fast ferry. Bħala medja fuq kull vjaġġ kien hemm 45 passiġġier, bl-akbar ammont jintlaħaq f’Awwissu meta fuq kull traġitt kien hemm madwar 52 persuna. Meta wieħed iqabbel dan mal-ammont massimu ta’ pas­siġ­ ġieri li jġorru l-fast ferries, ir-rata tal-kapaċità użata hi simili għal dik tal-vapuri tal-Gozo Channel. Li kieku dawn il-passiġġieri għażlu li jużaw il-vapur tal-Gozo Channel u wara t-tras­port pubbliku biex jaslu sal-Belt, kieku dawn kienu jgħaddu kważi 730,000 siegħa aktar fuq il-mezzi tat-trasport. Dan hu ekwivalenti għal kważi 18,250 ġimgħa ta’ xogħol mitlufa. Li jfisser li jekk dawn il-persuni ħadmu dawn is-sigħat, li ffrankaw minn fuq il-mezzi tat-trasport, qisu kabbarna l-forza tax-xogħol full-time b’madwar 350 ħaddiem.

Jekk wieħed jieħu inkonsideraz­ zjoni l-livell ta’ produttività medja li kien hemm fost il-ħaddiema f’pajjiżna, din il-forza tax-xogħol ad­dizzjonali kienet tissarraf f’atti­ vi­tà ekonomika ta’ valur li kważi jilħaq is-€16.5 miljun. F’termini ta’ dħul akbar f’paga qed inħarsu lejn madwar €7 miljun aktar, jew €1 miljun kull xahar. Anke jekk wieħed jassumi li l-ħin iffrankat f’ivvjaġġar ma rriżultax f’sigħat addizzjonali ta’ ħidma,

l-impatt soċjali jibqa’ ferm qawwi. Fil-fatt għal dawn il-persuni li, minflok kellhom jużaw is-servizz tal-linja biex imorru l-Belt, setgħu jużaw il-fast ferry, dan fisser li b’mod kumplessiv ingħataw lura l-ekwivalenti ta’ kważi 85 sena ta’ ħajja. Kwart ta’ miljun siegħa li, flok inħlew fuq tal-linja, setgħu jiġu użati mal-familja, fil-volontarjat, fi sport, fl-edukazzjoni u f’attivitajiet kulturali, fost ħafna oħrajn.

Is-servizz tal-fast ferry radd lura lill-Għawdxin l-ekwivalenti ta’ snin ta’ ħajja li setgħu jużawhom, fost oħrajn, mal-familja jew f’ħin ta’ rilassament, minflok jivvjaġġaw fuq tal-linja

Wara konsultazzjoni mal-entitajiet esperti fil-qasam, l-industrija u l-akkademja, il-Minis­teru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni nieda l-ewwel Strateġija Nazzjonali dwar l-Ispazju għal Malta. Il-Ministru responsabbli Owen Bonnici spjega li, f’dawn l-aħħar sentejn, ħadmu flimkien ma’ grupp ta’ esperti u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) biex jiż­viluppaw din l-istrateġija partikolari. “Malta hi ħerqana li tipparteċipa fis-settur spazjali, mhux biss minħabba l-kapaċità li għandu dan is-settur biex iressaq lin-nies lejn ix-xjenzi, iżda anke għax ir-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur spazjali jgħinu biex intejbu aktar il-kwalità tal-għaj­xien tagħna. Eżempju ta’ soluzzjonijiet li jiddependu minn teknoloġiji spazjali li nużaw ta’ kuljum f’ħajjitna jinkludu t-tbassir tat-temp u l-użu ta’ sistemi ta’ navigazzjoni biex insibu l-aħjar rotta biex naslu f’destinazzjoni speċifika,” tenna l-Ministru, waqt li

saħaq li l-istrateġija se tgħinna naħsdu l-aħjar benefiċċji soċjo-ekonomiċi minn din l-industrija li kontinwament tikber u tinbidel b’pass mgħaġġel. Din l-istrateġija, li se tkopri l-ħames snin li ġejjin, se tinbena fuq ħames pilastri ewlenin li huma: l-investiment dirett barrani u l-attrazzjoni tan-negozju spazjali; l-innovazzjoni spazjali; l-iżvilupp tal-kapital uman; il-konformità regolatorja internazzjonali; u t-teknoloġija emerġenti. Min-naħa tiegħu, iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-MCST Jeffrey Pullicino Orlando tkellem dwar l-importanza tar-relazzjoni li fl-aħħar disa’ snin irnexxielu jibni l-kunsill mal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) biex inkomplu nippromwovu lil Malta fuq livell internazzjonali, waqt li ntejbu l-viżibilità tas-settur. Il-konsultazzjoni se tibqa’ miftuħa sal4 ta’ Marzu u d-dokument tal-istrateġija nazzjonali jinstab fis-sit tal-Ministeru meae.gov.mt.

Ritratt: JASON BORG / DOI

L-EWWEL STRATEĠIJA NAZZJONALI DWAR L-ISPAZJU


11

23.01.2022

PREŻENZA QAWWIJA GĦAL “PROVA” LI L-PASSA PAJJIŻNA FID-DUBAI EXPO ŻDIEDET Il-preżenza ta’ Malta fid-Dubai Expo 2020 qed tħalli riżultati pożittivi, b’numru ta’ investituri minn oqsma differenti juru interess f’Malta. Uħud minn dawn l-investituri ġejjin mill-qasam tal-farmaċewtika u mill-qasam tal-manifattura. Dan l-interess huwa frott il-ħidma tal-Malta Enterprise, fejn numru ta’ delegazzjonijiet mill-Malta Enterprise fl-Expo ltaqgħu ma’ investituri li wrew l-interess li jinvestu f’Malta. Id-Dubai Expo 2020 feħtet f’Ottubru li għadda u tagħlaq f’Marzu. Ir-rappreżentazzjoni ta’ pajjiżna fl-Expo qed tkun ikkordinata mill-Malta Enterprise u l-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli. Id-Dubai Ex­po qed isservi ta’ vetrina ta’ pajjiżna minn kull aspett: l-istorja, il-kultura, it-turiżmu, l-artiġjanat, is-setturi eko­no­miċi, l-inves­timent, l-innovazzjoni u s-sostenibbiltà. Sitt xhur li matulhom il-padiljun ta’ Malta qed jilqa’ bosta delegazzjonijiet minn industriji differenti, minn entitajiet tal-Gvern u anke kumpaniji mis-settur privat li jagħżlu li jagħmlu kuntatt ma’ kumpaniji oħrajn internazzjonali. Dawn id-delegazzjonijiet koprew settu­ri differenti, fosthom l-edukazzjoni, il-ma­nifattura, it-teknoloġija u s-settur tal-proprjetà. Fil-ġimgħat li ġejjin se jkun hemm ukoll delegazzjonijiet dwar il-kummerċ u l-manifattura tal-ikel li se jkunu qed iżuru Dubai filwaqt li se tittella’ delegaz­zjoni wkoll permezz tal-Enterprise Europe Network. Qed jipparteċipaw 192 pajjiż u kuljum qed jittella’ spettaklu speċjali minn pajjiż differenti. Id-19 ta’ Jannar kienet propju l-‘Malta Day’ – il-jum li fih il-bandiera ta’ Malta kienet aktar viżibbli. Kienet okkażjoni perfetta biex pajjiżna juri t-talent lokali fil-qasam tal-arti performattiva u l-mużika, bl-appoġġ tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA).

Id-daħla għall-istand Malti fid-Dubai Expo li tibqa’ miftuħa sa Marzu L-attivitajiet li ġew imħejjijin għal matul il-jum urew il-kultura ta’ Malta lil udjenza internazzjonali, u ressqu ’l quddiem ukoll l-importanza u l-pro­fessjonalità tal-industrija tal-arti lokali. L-Expo hi bbażata fuq tliet temi parti­ kolari li fuqhom qed naraw il-futur:

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

opportunità, sostenibilità u mobilità. Il-padiljun ta’ Malta proprju jimbotta ’l quddiem dawn it-tliet elementi lill-viżitaturi li ta’ kuljum qed ikunu milqugħin minn Maltin li lesti li joffrulhom kull tagħrif biex jifhmu l-opportunitajiet li joffri pajjiżna.

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nas­saba Kon­servazzjonisti (FKNK) temmen li l-għeluq kmieni tal-istaġuni tal-kaċċa għall-gamiem u l-pluvieri hu prova li dawn it-tjur qed jiżdiedu sew fis-selvaġġ, kontra dak li tiddikjara l-Kummissjoni Ewropea. L-istaġun tal-kaċċa għall-gamiem f’Settembru tas-sena l-oħra kien għalaq 19-il ġurnata qabel previst, waqt li dak għall-pluvieri għalaq fil-bidu ta’ din is-sena, sebat ijiem qabel id-data stabbilita. Fi stqarrija ffirmata mis-Segretarju Ġenerali Daniel Xriha, l-FKNK tenniet li fit-tliet snin ta’ qabel – 2018, 2019 u 2020 – l-istess kwoti qatt ma kienu ntlaħqu, la qabel u lanqas mal-għeluq tal-istaġuni rispettivi. “Għall-FKNK u għall-kuntrarju ta’ dak kollu li tgħid il-Kummissjoni Ewropea, dan ifisser li l-popolazzjonijiet fis-selvaġġ, kemm tal-gamiem kif ukoll tal-pluvieri, qegħdin jiżdiedu b’mod sostanzjali u għaldaqstant sostenibbli.” Skont l-għaqda, ifisser ukoll li l-kal­ koli tan-numri minn BirdLife Malta jibqgħu skorretti, “meta ta’ sikwit iddikjaraw li jkun hemm nuqqas ta’ rapportaġġ tal-qbid mill-kaċċaturi u n-nassaba biex dawn jiżguraw li ma jagħlaqx xi staġun tal-kaċċa u/jew tal-insib qabel iż-żmien.” L-FKNK irringrazzjat lill-Minis­tru responsabbli Clint Camilleri u lill-Wild Birds Regulation Unit għall-pożizzjoni soda tagħhom kontra r-rieda tal-UE li trid il-projbizzjoni totali tal-kaċċa talgamiem fl-Ewropa, u tara x’taqla’ biex teqred l-insib. L-għaqda wiegħdet li tkompli taħ­dem biex terġa’ tkun permessa t-tradizzjoni tal-kaċċa u l-insib tal-gamiem fir-rebbiegħa u biex ikompli l-insib, anke tal-pluvieri. Qalet li l-kaċċa u l-insib fir-rebbie­ għa huma dritt tal-Maltin u tal-Għawd­ xin kif stabbilit mill-Qorti Ewropea fl2009 u mir-referendum lokali fl-2015.


12

23.01.2022

IMPATT FUQ IL-POLITIKA DIĠITALI EWROPEA

ALEX AGIUS SALIBA Membru Parlamentari Ewropew

Kemm ilni nokkupa l-kariga ta’ Membru Parlamentari Ewropew għamilt ħidma f’bosta setturi differenti, però bħala Membru tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, b’mod partikolari kelli l-opportunità li naħdem fuq inizjattivi li qed iħallu impatt fuq il-politika diġitali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari matul

is-sena li għaddiet, wassalt rapport dettaljat bi proposta leġiżlattiva għall-Att dwar is-Servizzi Diġitali, rapport li ġie segwit minn proposta mill-Kummissjoni li qiegħda quddiemna llum għad-diskussjoni u ser tkun realtà fil-futur qrib. Aktar minn hekk, għamilt pressjoni kbira fuq il-Kummissjoni biex wegħda li ilha fuq l-ixkaffa għal aktar minn 10 snin, jiġifieri li jkollna ċarġer komuni Ewropew, issir realtà. Daqstant ieħor, din il-ħidma llum qed naraw il-frott tagħha fil-proposta leġiżlattiva li ressqet il-Kummissjoni Ewropea u li qed niddiskutu bħalissa fuq livell Ewropew, li eventwalment, minħabba l-involviment attiv tiegħi, ġejt anke magħżul biex immexxi n-negozjati f’isem il-Parlament Ewropew. Għaldaqstant, bħalissa qiegħed immexxi diskussjonijiet importanti fi ħdan

l-istrutturi tal-Parlament Ewropew, iżda wkoll lil hinn, mal-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra u ma’ bosta ġganti fl-industrija tat-teknoloġija bħalma hija l-kumpanija Apple li minħabba l-porzjon sinifikanti li għandhom f’dan is-suq, għandhom saħħa kbira fuq it-tibdil li qegħdin nipproponu. Mhix triq faċli, u mera ta’ dan huwa l-ammont twil ta’ snin li kellna nistennew biex naslu f’dan il-punt, però meta naslu, ser ikun żvilupp importanti ħafna. F’termini reali, din il-proposta leġiżlattiva ser ikollha impatt kbir fuq il-konsumaturi, hekk kif il-ħidma ser twassal sabiex dan iċ-ċarġer komuni jkun disponibbli wkoll għal kategoriji varji ta’ tagħmir li jintuża ta’ kuljum, fosthom smartphones, tablets u laptops. Ir-riżultat ta’ dan għaċ-ċittadini ser ikun anqas inkonvenjent u spejjeż fuq ċarġers

bla użu. Barra minn hekk, din il-proposta ser ikollha impatt pożittiv fuq l-ambjent, hekk kif dan il-pass se jkun wieħed importanti sabiex jitnaqqas b’mod drastiku l-iskart elettroniku madwar l-Unjoni Ewropea, fejn preżentament, ta’ kull sena jiġi ġġenerat bejn 11,000 u 13,000 tunnellata ta’ skart elettroniku relatat ma’ ċarġers. Fi ftit ġimgħat minn dan l-inkarigu ressaqt ’il quddiem abbozz tar-Rapport li ser ikun qed jinkorpora l-pożizzjoni tal-Parlament, sabiex nipproponu aktar emendi u naraw li din il-liġi, meta tidħol fis-seħħ tkun tagħmel sens għaż-żmien tal-lum u kemm jista’ jkun tkun reżiljenti u tkun tista’ tadatta għall-iżviluppi teknoloġiċi. Din il-ġimgħa l-ġurnal awtorevoli Ewropew Politico ħa kont ta’ din il-ħidma li qed inwettaq fuq livell Ewropew fil-qasam diġitali u poġġie-

ni fuq il-lista ta’ grupp żgħir ta’ Membri Parlamentari Ewropej li ser ikunu l-aktar influwenti matul din is-sena. Din mhix l-ewwel darba li dan il-ġurnal klassifikani mal-aktar politiċi influwenti fuq il-politika Ewropea, hekk kif fl-2020 l-istess ġurnal kien poġġieni wkoll fil-lista tal-20 membru li ser ikollhom l-aktar impatt matul dik is-sena, u ftit wara klassifikani wkoll bħala wieħed mill-key players fil-qasam diġitali. Naturalment din l-analiżi hija waħda ferm pożittiva u li tkompli timlieni b’kuraġġ għaliex ifisser li l-ħidma li qed inwettaq qed ikollha effett pożittiv. Għaldaqstant, filwaqt li nilqa’ dan ir-riżultat, inħares ’il quddiem biex inkompli nservi u nħalli l-marka tiegħi f ’dan il-qasam tant relevanti u ta’ importanza li qed iħalli impatt fil-ħajja tan-nies b’mod tanġibbli.

SENTEJN TA’ ĦIDMA QALB IN-NIES

ALICIA BUGEJA SAID Kandidata fit-3 u fis-7 Distrett

Min kellu jgħidilna li d-dinja kellha tinqaleb ta’ taħt fuq fl-2020? Min kellu jgħidilna li d-dinja ta’ qabel u wara l-2020 se tkun kemxejn differenti milli kienet? Li hu żgur hu li d-dinja kellha tadatta għal realtajiet ġodda, li ġabet anke sfidi fuq diversi livelli ta’ governanza u bżonn ta’ rieda politika sabiex jittaffew il-problemi kollha li l-pajjiż kien għaddej minnhom. B’dawn il-kriżijiet kollha, l-aħħar sentejn taħt it-tmexxija tal-Prim Minis-

tru Robert Abela ċertament kienu mimlijin sfidi u deċiżjonijiet diffiċli. Minkejja dan kollu, dawn l-ostakli ma waqqfux lil dan il-Gvern milli jwettaq bidliet u riformi soċjali li għamlu differenza tanġibbli fil-ħajja tan-nies. Bidliet, li saru realtà permezz tax-xogħol ta’ dan ilGvern taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela. Bidliet li kienu ispirati mir-ruħ soċjali ta’ dan il-Gvern, u ta’ dan ilPrim Ministru. Ruħ soċjali li dejjem tibqa’ tkun fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Partit Laburista, li bħall-kumplament talpajjiż, għadda minn proċess qawwi ta’ tiġdid matul dawn l-aħħar sentejn. Fost dawn ilbidliet, rajna bosta nies isiru s-sidien ta’ djarhom. Rajna żidiet fil-pensjonijiet u fin-nefqa soċjali li messet kull settur fis-soċjetà, minn żgħażagħ, sa anzjani. Ma’ dan tajjeb insemmu l-investiment bla waqfien fis-settur tas-saħħa ta’ pajjiżna, kif ukoll għajnuniet konsiderevoli għall-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom. Segwejna rekord

ġdid fejn jidħol il-livell baxx tal-qgħad fil-pajjiż, kif ukoll ix-xogħol protett permezz ta’ diversi investimenti fin-nies speċjalment bil-wage supplments. Fl-aħħar tal-ġurnata, ilGvern ta’ Robert Abela kien xprun ta’ bidliet progressivi u radikali, li ħallew il-frott għall-Maltin u Għawdxin kollha. Spalla għall-Bdiewa, għas-Sajjieda u għar-Raħħala Waħda mill-aktar bidliet importanti li rajna f ’dawn is-sentejn, u li ngħid għalija kienet ferm għal qalbi, kienet illi l-biedja, is-sajd u t-trobbija tal-annimali telgħu fil-prijorità tal-aġenda tal-politika tal-pajjiż, hekk kif dan id-dekasteru ġie elevat għall-Ministeru minn Segretarjat Parlamentari. Din id-deċiżjoni wriet ir-rieda tal-Prim Ministru biex tingħata l-attenzjoni mistħoqqa lill-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali, li jinkorporaw

fihom diversi produtturi li l-irwol tagħhom hu fundamentali għas-sigurtà tal-ikel f ’pajjiżna. Dan rajnieh aktar biċ-ċar meta faqqgħet il-pandemija, u qamu anke mistoqsijiet jekk Malta kellhiex provvista ta’ ikel biżżejjed, jekk kellu jingħalaq il-port ta’ Genoa, minn fejn nimpurtaw ħafna mill-ikel tagħna. Bla dubju, din il-pandemija ġabet anke kriżi lill-istess produtturi lokali, li affaċċjaw diversi sfidi diretti minn meta bdiet il-COVID-19. Meta ngħalqu l-ħwienet u l-istabbilimenti, id-domanda għall-prodott lokali naqset b’ammont sostanzjali. Dan fisser impatt finanzjarju fuq l-intrapriżi involuti fil-produzzjoni u fil-bejgħ tal-ħaxix u l-frott, il-ħalib u prodotti tal-laħam kif ukoll ħut u kwalunkwe prodott lokali iehor. Fid-dawl ta’ din il-kriżi, il-Gvern ħass il-ħtieġa li jagħti s-sostenn neċessarju lill-produtturi permezz ta’ għajnuna finanzjarja. Fl2021 iktar minn 4000 bidwi u raħħal ibbenefikaw minn

€4 miljun, filwaqt li 1,000 sajjied ħadu €1.5 miljun bejniethom. Apparti mill-għajnuna diretta, sar xoghol fuq diversi livelli sabiex jixpruna aktar kuxjenza lejn il-prodotti lokali, permezz ta’ kampanji ta’ promozzjoni sabiex il-konsumatur jagħżel prodotti friski u bnini. Ma’ dawn ma nistax ma nsemmix l-investiment importantissimu bit-tnedija tal-Malta Food Agency fl2021. Din l-Aġenzija se tagħti assistenza diretta lill-produtturi lokali permezz ta’ innovazzjoni fil-katina talikel, li tista’ tinkludi ippakkjar u grading tal-prodotti, ippjanar tal-intrapriżi, kif ukoll promozzjoni tal-prodotti. B’dan il-mod qed naraw li l-prijorità tal-Gvern sabiex ikompli jgħin lis-setturi ma tbatti qatt, speċjalment f’nofs pandemija li ġabet maltemp ta’ kull tip mad-dinja kollha. Inħares ’il quddiem sabiex inkomplu naraw titjib f’dawn is-setturi li fl-aħħar mill-aħħar jirrappreżentaw l-idejn tal-komunitajiet li jitimgħuna.


13

23.01.2022

ID-DRITTIJIET TAL-ĦADDIEMA MSAĦĦA JEW MITTIEFSA?

CARMELO ABELA Ministru

Din il-ġimgħa waqt li kont għaddej bil-house visits, iltqajt ma’ persuna li qaltli: “Sfortunatament id-dinja hekk hi. Il-kbir jabbuża miżżgħir, u l-ħaddiema dejjem jiġu sfruttati.” Fhimt x’riedet tgħid din il-persuna, imma mbagħad dlonk għidtilha: “Malta l-isfruttament ma nħalluhx isir, u jekk taf b’xi każ partikolari, ikkuntattja lid-Dipartiment tal-Impjieg u r-Relazzjonijiet Industrijali, li jinvestiga dawn il-każijiet.”

Forsi ħafna minna ta’ ċerta esperjenza u età, neħduha ovvja li dan id-Dipartiment, dak li qabel konna nsejħulu “d-Dipartiment tax-Xogħol”, jagħmel dan it-tip ta’ infurzar. Iżda tiskanta kemm għad hemm nies li ma jafux b’dan id-Dipartiment. Xogħolna huwa li nibqgħu nirreklamaw ix-xogħol ta’ dan id-Dipartiment. Huwa fl-interess tal-ħaddiema kollha li jekk jaraw li qed jiġu sfruttati, jitkellmu. Daqstant ieħor huwa fl-interess tan-negozji kollha li jittrattaw lill-ħaddiema tagħhom kif suppost; b’dinjità. Għaliex meta ħaddiem ikun trattat tajjeb, il-ħaddiem ikun aktar produttiv. Fid-diskursata li kelli ma’ dan l-individwu, malli semmejt id-DIER mal-ewwel ġiet mistoqsija oħra. “Id-DIER qed jagħmel biżżejjed? Jew inkella jinvestiga każ minn kull mija?” staqsieni dan il-ġentlom. “Inħalli n-numri jitkellmu,” għidtlu. Infatti, bejn Jannar taltal-2020 u Diċembru tal-

2021, id-Dipartiment ra total ta’ 2,288 każ fejn saret investigazzjoni. 964 minn dawn kienu każijiet ta’ persuni li ma baqgħux jaħdmu fil-post tax-xogħol fejn kienu jaħdmu qabel, u 217 minnhom huma każi oħrajn ta’ persuni li baqgħu fl-istess post tax-xogħol. L-1,107 investigazzjonijiet oħra kienu ġeneriċi, fejn fosthom insibu 246 spezzjoni, li wasslu saħansitra għal intervisti fuq aktar minn 100 impjegat. Sussegwentament, minn dawn l-ispezzjonijiet u investigazzjonijiet id-DIER sab bejn wieħed u ieħor 150 irregolarità. Aktar minn hekk, fi kważi 700 każ li kienu jikkonċernaw talbiet finanzjarji bħall-bonus tal-gvern, l-overtime u l-leave annwali, fejn inġabru kważi €1.7 miljun b’mod bonarju qabel il-bżonn li tittieħed azzjoni legali, u dan kollu sforz l-impenn tal-impjegati tad-Dipartiment. Imma l-investigazzjonijiet mhumiex biżżejjed. Fid-dinja

tal-lum trid tkun aċċessibbli għall-individwi kollha, u hekk għamel id-DIER permezz tal-linja tiegħu. Aktar minn 60,000 telefonata ġew imwieġba: 51,500 telefonata mingħand il-ħaddiema, u madwar 8,750 telefonata mingħand min iħaddem. Dan apparti li ġew imwieġba wkoll 28,000 email li ntbagħtu lill-Customer Support tal-istess Dipartiment! Aktar minn hekk, id-DIER lagħab parti importanti fl-ekonomija Maltija tul il-pandemija. Minħabba l-effetti tal-COVID-19, l-introjtu naqas għal diversi nies, u kien għalhekk li ħafna kumpaniji invokaw il-parti tal-Liġi tax-Xogħol li tippermetti bidliet temporanji fil-kundizzjonijiet tax-xogħol. Naturalment, dan kollu sar wara investigazzjoni mill-istess Dipartiment u bi qbil bejn il-partijiet kollha, u b’kollox nistgħu ngħidu li kienu 1,150 kumpanija li ngħataw dan il-permess. L-isforzi tad-DIER f ’dan

ir-rigward wasslu sabiex jiġu salvati 38,000 impjieg, fi żmien fejn kien mistenni li l-qgħad jogħla u jogħla sew. Dan mhux talli ma ġarax, imma talli rajna wkoll li l-qgħad f ’pajjiżna kompla jonqos grazzi għal investimenti ġodda. Naturalment, biex l-ekonomija timxi ’l quddiem mhux biss trid tara li ddaħħal investimenti ġodda, imma trid tara li tieħu ħsieb dak li għandek. Hekk għamel id-DIER flaħħar sentejn man-negozji. Hekk għamel ukoll mal-ħaddiema, fejn rajna li kulħadd jieħu dak li hu tiegħu u li jkollu paga ġusta u d-drittijiet kollha li toffrilu l-liġi. Hekk ser inkomplu nagħmlu fil-futur. Fl-aħħar mill-aħħar, huwa dan biss li jista’ jiggarantixxi li l-benesseri tal-klassi tal-ħaddiema jibqa’ miexi ’l quddiem. Bħala Gvern b’qalb soċjali, imma wkoll bħala Laburisti, din hija waħda mill-miri ewlenin tagħna.

DAK LI MA JOQTOLX ISEMMEN

FELIX BUSUTTIL GALEA Kandidat fit-8 u l-10 Distrett

Kull wieħed u waħda minna għaddejna minn żminijiet diffiċli. Żminijiet ta’ konfużjoni u inċertezzi. Żminijiet ta’ biki u qtigħ il-qalb. Meta naħsbu li dell ikrah waqa’ fuqna u xejn mhu ser itaffi l-uġigħ. Dik hi l-ħajja. U sibna kenn f’dawk li nħobbu u li jħobbuna. Dawn iż-żminijiet jaqgħu fuq kulħadd. Però bħal kull maltempata, dawn jgħaddu

wkoll u x-xemx żgur terġa’ toħroġ. Id-dawl dejjem jerġa’ jfeġġ wara d-dlam. U wara kull tempesta fiżika, psikoloġika jew emozzjonali nkunu tgħallimna lezzjoni. Inkunu sirna aktar reżistenti. Aktar maturi u qalbiena. Aktar b’saħħitna. Dan hu vjaġġ ukoll politiku. Kull partit jgħaddi minn mumenti koroh. Minn mumenti fejn partitarji, membri, ministri jew mexxejja jkollhom jixprunaw kull attitudni responsabbli, ikunu għaqlin u perseveranti sabiex dak li kien diffiċli jkun ta’ premju. Il-President Amerikan tas-sittinijiet John F. Kennedy waqt diskors indimentikabbli qal li bħala gvern inwettqu dak li hu diffiċli għas-sempliċi għan li huwa diffiċli u mhux faċli. U Gvern Laburista mhux biss għamel dan matul dawn l-aħħar snin imma matul l-istorja maestuża tiegħu għadda minn taqlib, minn

gwerer politiċi, minn inġustizzji, minn qtigħ il-qalb, minn ħabs u żebliħ, minn diskriminazzjoni reliġjuża, minn kull xorta ta’ hate speech, minn nuqqas ta’ lealtà interna u esterna, minn telf u minn kull sfida u prova u wara ħareġ rebbieħ. Għax il-partit mhux mibni minn individwi biss, għalkemm l-individwu jagħmel ħafna ġid, imma msejjes fuq prinċipji soda mdawla minn ġustizzja soċjali, il-vuċi tal-vulnerabbli u l-magħkus, l-imħabba qawwija lejn Malta li tiġi l-ewwel u qabel kollox. Partit li saħansitra daq il-ħabs. Ġie midfun fil-miżbla u kien imċaħħad mis-sagramenti. Gvern li ma kienx mifhum meta xtaq li kull persuna, sinjura jew fqira, minn kull rokna ta’ Malta, gay jew straight, mara jew raġel jkunu meqjusa ndaqs. Gvern li fehem il-problema tal-faqar f’pajjiżna. Li ma beżax minn

kull bidla radikali. Li jekk ma tifhimx il-valuri tal-Partit Laburista m’għandekx post madwar il-mejda Soċjalista. Gvern li ħabbat wiċċu ma’ vjolenza fejn demm innoċenti ġie mxerred, fejn pandemija bla ħniena għakkset kull saħħa interna, dik fiżika, dik ekonomika. U fejn dawk li jgħidu li jimxu wara l-Labour huma persuni injoranti, ħamalli jew mhumiex kapaċi. Partit li fil-Gvern jew mhux baqa’ sod. Akkost ta’ kollox. Baqa’ jinbidel għax ma beżax. Baqa’ kbir u jkompli jikber. U dak li ma qatilx lill-Partit Laburista kompla jsaħħu anki jekk ħafna drabi kien minn dawk li xtaqu li jerġa’ jindifen ġo xi miżbla. Għax il-Partit Laburista hu kull wieħed u waħda minna. Dawk li huma veterani. Dawk li qabżu min-naħa tax-xmara għall-oħra. Dawk li jmexxuna. Dawk siekta u dawk li jafu jitkellmu. Dawk ta’ rieda taj-

ba. Dawk li jħaddnu l-maktur aħmar ma’ sidirhom u li għal Malta jagħmlu kollox. Dawk li qalbhom miftuħa għal min jaħsibha differenti u ma jużawx kliem li jweġġa’ lil dak li jkun. Għax l-istorja tal-Partit Laburista hija l-istorja tagħna. U jekk partit jissaħħaħ insiru b’saħħitna aħna wkoll. Jekk batejna, batejna flimkien. U jekk gawdejna gawda kullħadd. Dan hu l-awgurju tiegħi għall-elezzjoni li riesqa dalwaqt. Li flimkien wara dak kollu li għaddejna minnu aħna ser noħorġu rebbieħa, mhux għax il-vjaġġ politiku kien faċli, imma għax kien diffiċli. Mhux għax kollox ward u żahar. Irfisna ħafna xewk. U dan jagħmilna dak li aħna. Partit tried and tested. Partit imġedded. Partit qalbieni. Il-Partit Laburista.


14

23.01.2022

99 FAMILJA AKKOMOD SOĊJALI MIN

L-akbar proġett ta’ bini ta’ ho t-tqassim totali ta’ 1,700 pos Minn Marzu li ġej madwar 100 familja, li ġew allokati akkomodazzjoni soċjali fil-binjiet il-ġodda, se jkunu qed jingħataw iċ-ċwievet. Fil-fatt, fi ftit tal-ġimgħat oħra se jkun hemm 73 appartament f’Tas-Sisla Birkirkara, 18-il appartament f’Ħal Kirkop u 8 appartamenti f’Ħ’Attard li se jaraw inkwilini ġodda. Dawn id-djar ilkoll jiffurmaw parti mill-akbar proġett ta’ bini ta’ akkomodazzjoni soċjali mis-snin 70 u li se jara total ta’ 1,700 appartament ġdid imxerrdin madwar Malta. Kif jixhdu r-ritratti, dawn id-djar qed jiġu attrezzati bi standards tal-ogħla livell u, f’ċerti każi, anke skont il-ħtiġijiet tal-istess inkwilini ġodda. Il-proġett ta’ bini beda f’din il-leġiżlatura u parti sostanzjali minnu qed tiġi ffinalizzata biex fi ftit ġimgħat tilqa’ l-ewwel residenti. Minbarra l-appartamenti se jkunu qed jiġu allokati 62 garaxx u tliet spazji għal parkeġġ f’dawn l-istess żoni bħala parti mill-iskema tal-kiri ta’ garaxxijiet u spazji għal parkeġġ fiżżoni l-ġodda li se jilqgħu fihom l-akkomodazzjoni soċjali. Il-Gvern medd idejh għal dan il-proġett massiċċ meta lura fl-2017 l-Awtorità tad-Djar kellha quddiemha l-ogħla lista ta’ stennija fl-istorja – 3,288 – u l-iżgħar stokk ta’ akkomodazzjoni soċjali fl-istorja. Intervent qawwi tal-Istat fil-qasam tal-akkomodazzjoni b’diversi inizjattivi ta’ affordabbiltà li ttieħdu f’din il-leġiżlatura, wasslu biex qabel ma jibdew deħlin l-ewwel residenti fil-bini l-ġdid tal-akkomodazzjoni soċjali, il-lista ta’ stennija niżlet għal ftit aktar minn 1,200 persuna. F’Ottubru li għadda l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, ħabbar l-istrateġija tal-allokazzjoni


23.01.2022

A ALLOKATI DAZZJONI NN MARZU

ousing soċjali f’50 sena se jara st imxerrdin madwar Malta tad-djar il-ġodda tal-akkomodazzjoni soċjali. Din l-istrateġija wriet b’mod trasparenti kif wara dawn l-ewwel 99 appartament, fl-ewwel żewġ kwarti tas-sena se ssir l-allokazzjoni ta’ 330 unit ta’ akkomodazzjoni soċjali oħra, 170 minnhom ġejjin mis-siti ġodda primarjament dawk fl-Imsida, fis-Siġġiewi, f’Bormla u oħrajn minn kirjiet ta’ proprjetajiet li ġejjin minn sidien privati. Filwaqt li fl-aħħar żewġ kwarti tas-sena 2022, se jseħħu 315-il allokazzjoni oħra. L-Awtorità tad-Djar qed tbassar li sa tmiem din is-sena l-lista ta’ stennija għall-akkomodazzjoni soċjali se tkun madwar 800 applikant. Is-sena d-dieħla se jibda jiġi ffinalizzat il-bini ffinanzjat mill-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF) li se jkompli jsaħħaħ il-provvista tal-Gvern biex jindirizza l-bżonn ta’ akkomodazzjoni adegwata lil dawk eliġibbli għal din l-għajnuna. Il-politika t’allokazzjoni l-ġdida li skontha qed jinkrew dawn l-appartamenti tixhed mod ġdid u sostenibbli li qed jintroduċi l-Gvern fil-qasam tal-akkomodazzjoni. Filwaqt li dawn l-appartamenti qatt mhuma se jkunu għall-bejgħ, l-Awtorità tad-Djar se ssostni lir-residenti bi programm ta’ assistenza personalizzata li jindirizza l-isfidi li jkunu wasslu lil persuna fil-bżonn tal-akkomodazzjoni soċjali. L-Awtorità se tagħmel moniteraġġ perjodiku tal-qagħda finanzjarja u soċjali tar-residenti. Fl-isfond ta’ miżuri ta’ affordabbiltà bħall-estensjoni tal-iskema Equity Sharing għal persuni li għandhom aktar minn 30 sena ’l fuq, it-twaqqif tal-Fondazzjoni tal-Akkomodazzjoni Affordabbli u l-benefiċċju tal-kera li jlaħħaq il€5,000 fis-sena, l-Awtorità tad-Djar qed toffri l-għodod kollha neċessarji biex tiffaċilita l-mobbiltà soċjali.

15


16

23.01.2022

B’SAĦĦITNA U MAGĦQUDIN

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa l-MEP Maltija Roberta Metsola ġiet eletta bħala l-President tal-Parlament Ewropew, l-ewwel mara wara ħafna u ħafna snin. Il-Partit Laburista appoġġja bir-raġun in-nomina ta’ Metsola. Bir-raġun għaliex il-Partit Laburista b’konsistenza dejjem appoġġja lil kull Malti u Maltija għal kull kariga li kienu nominati għaliha barra minn xtutna. Jiena nifraħ lil Roberta Metsola għal din il-kariga prestiġjuża, kisba għall-karriera politika tagħha personali, kisba għal pajjiżna kif ukoll kisba għan-nisa b’mod ġenerali fil-ħajja pubblika. Nieħu spunt mill-messaġġ ta’ Dr Lydia Abela fejn qalet li l-kariga ta’ Roberta Metsola bħala President tal-Parlament Ewropew hi eżempju ċar ta’ kif li tkun mara m’għandux ikun xkiel biex timxi ’l quddiem u għandha tkun okkażjoni oħra li tħeġġeġ iktar nisa Maltin jagħmlu l-pass biex jikkontribwixxu fil-ħajja pubblika. Mill-ġdid nawgura lil Roberta Metsola l-ħidma t-tajba għall-ġid tal-Ewropa u ta’ Malta. L-inflazzjoni qed tkun ta’ tħassib għall-poplu b’mod ġenerali f ’Malta u fid-dinja kollha. Ma nagħti tort lil ħadd. Jien ukoll immur nixtri bħal kulħadd u bħal kulħadd nara li l-prezzijiet tal-prodotti jkunu ogħla. Madanakollu, ma nistgħux ngħidu li l-Gvern baqa’ ċass quddiem din is-sitwazzjoni, li seħħet konsegwenza tal-pandemija. Anzi l-Gvern aġixxa u aġixxa bil-kbir. L-akbar inflazzjoni internazzjonali seħħet fil-prezzijiet tal-fuel u tal-enerġija. Il-Gvern m’għamilx bħal gvernijiet oħra fl-Ewropa kollha li tefa’ dan il-piż fuq il-poplu u għolla b’mod eżorbitanti l-kontijiet tal-enerġija u l-prezzijiet tal-fuel u l-gass. Il-Gvern saħansitra m’għamilx bħal Gvern Nazzjonalista preċedenti li waqt kriżi ekonomika ħafna u ħafna iżgħar, tefa’ l-piż kollu fuq il-poplu Malti u Għawdxi u sploda ’l fuq il-kontijiet tal-enerġija u l-prezzijiet tal-fuel u l-gass. Gvern Laburista ma kkontribwixxiex għall-inflazzjoni huwa stess bħalma għamel Gvern Nazzjonalista preċedenti. Anzi ħa miżuri biex l-inflazzjoni tibqa’ baxxa kemm jista’ jkun billi żamm il-prezzijiet tal-fuel u

l-gass u l-kontijiet tal-enerġija stabbli u ma żidhomx ċenteżmu. Assorba ż-żidiet internazzjonali l-Gvern stess għax b’hekk jassigura li l-ekonomija tibqa’ ddur, l-impjiegi jkunu salvagwardjati u anki jinħolqu aktar impjiegi u b’hekk il-prezzijiet tal-prodotti u s-servizzi ma jogħlewx minħabba ż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u l-fuel. Huwa fatt li l-kaġun ewlieni tal-inflazzjoni f ’pajjiżna hija l-istess inflazzjoni globali maħluqa mill-pandemija peress li l-maġġoranza kbira tal-prodotti li nikkunsmaw huma importati minn barra minn Malta. Din il-ġimgħa ġiet varata l-istrateġija politika tal-PN għax-xhur li ġejjin hekk kif resqin lejn elezzjoni ġenerali. Insomma, xejn ġdid. L-istess tattika li tellfithom elezzjoni waħda wara l-oħra. Ma jafux mod ieħor għax ma jridux jammettu li l-poplu jekk xi darba kien jonora din l-istrateġija fil-passat, illum jistmerrha u jwarrabha. Indrat din l-istrateġija li jarmu l-ġebla u mbagħad jaħbu idhom. Strateġija li tinstiga provokazzjoni u attakki personali. Dawn huma manuvri kkaratterizzati sabiex inibbtu l-firda u l-kaos b’mod partikolari fost il-Laburisti. Għaldaqstant, il-messaġġ tagħna lill-PN ikun li dawn il-manuvri mhumiex se jaħdmu, anzi jaħdmu bil-kontra u bħalma ġara f ’dawn l-aħħar snin dawn il-manuvri jkomplu jsaħħuna u jgħaqqduna. Ma nweġbux billi narmu l-ġebel lura, imma nużaw dawn il-ġebel li jarmu lejna għall-ġid u nibnu dar bihom. Għal dawn il-manuvri nwieġbu bil-vot fl-elezzjoni ġenerali li jmiss tiġi meta tiġi fil-ġimgħat jew fix-xhur li ġejjin. U dan nagħmluh mhux biex nagħtu xi risposta imma sabiex nikkonfermaw lill-Partit Laburista fil-gvern għal leġiżlatura oħra u jissokta jkattar il-ġid, ix-xogħol u l-wens għall-benefiċċju tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Il-Partit Laburista appoġġja bir-raġun in-nomina ta’ Metsola. Bir-raġun għaliex il-Partit Laburista b’konsistenza dejjem appoġġja lil kull Malti u Maltija għal kull kariga li kienu nominati għaliha barra minn xtutna

Sur Editur, Kemm ħadt gost nara dawk il-filmati u dawk in-nies jitkellmu fuq l-istazzjon tagħna tal-Labour, biex niċċelebraw is-sentejn tal-Prim tagħna Robert. Tpaxxejt u għoxejt insegwi. Kemm għandna Prim li qed jagħmel ġid. U jħobbu kulħadd. Għandu r-rispett tal-ħafna, Sur Editur. U mhux ta’ b’xejn ta! Ara kif ġabu l-pajjiż f’dawn is-sentejn li ilu hemm. U miskin kellu jħabbat wiċċu mal-pandemija, biex tgħaxxaq! U ara kemm hu kbir. Mhux biss laħħaq mal-pandemija, imma baqa’ għaddej bix-xogħol tal-gvern. X’ma jgħirux għalih! Jien Melda tiegħi qabel norqdu bilfors ikolli ngħid posta rużarju magħha, u nitolbu għall-bżonnijiet tal-Papa, tal-Isqof (din qatt ma nitlobha magħha jien, imur isaqqi!), tal-Gvern u tal-ġara, għax dik dejjem jonqosha xi talb, Marija tal-Ħniena, dejjem ngħidu Missierna, Sliema u Glorja għall-bżonnijiet ta’ Robert tagħna. Ma jmorrux jgħajnuhulna. U x’sentejn kellna! M’hawnx settur wieħed li huwa wieħed li ma gawdiex taħt Robert tagħna. Ma nafx x’għandhom xi jgħidu jien. U mhux talli qed iġib il-ġid fil-pajjiż, talli taħt il-Labour il-Metsola saret President tal-Ewropa. Kulħadd igawdi mal-Labour ħi! Kos hux, x’differenza, Sur Editur. Mela l-Prim tagħna feraħ lil Metsola għal din il-kisba tagħha. U l-Partit tagħna wkoll ferħilha. Il-Partit Laburista awguralha ħidma pożittiva kemm fl-interess tal-Unjoni Ewropea kif ukoll fl-interess ta’ Malta. And so say all of us. Speċjalment fit-tieni biċċa. Jiġifieri fl-interess ta’ Malta. Jien xorta ma ninsiex meta kien hemm tagħna biex jieħdu pożizzjoni fl-Ewropa, kemm sabu gambetti min-nies tagħhom. Niftakar f’Leo Brincat pereżempju. Kif qalgħulu l-istonku tiegħu jimminawh. U kien hemm oħrajn ukoll ta! Imma nsomma. U ta’ Leo tagħna f’wiċċhom baqgħet. Għax mhux talli ħa postu, talli għadu kemm tħabbar li dan ġie inkarigat b’żewġ proġetti importanti fuq livell Ewropew, Sur Editur. Mal-oħrajn li diġà għandu. Ħa gost ukoll l-ieħor. Sieħeb Metsola. David il-Casa. Għax issa Metsola se tpoġġi fuq is-siġġu l-kbir u hu ħa s-siġġu tagħha bħala l-Kap tad-delegazzjoni ta’ tnejn mill-Membri Parlamentari Ewropej f’isem il-partit tagħhom. Ajma kemm feraħ! Biex inkompli fuq Robert tagħna, jekk ma tkunx dħalt Kastilja, kif qatt ma daħal Simon il-Busuttil, lanqas tirrealizza kemm isir xogħol u kemm għandu l-ġurnata okkupata l-Prim tagħna. Jalla l-ġid! Ejja Prim, aħna dejjem warajk se ssibna. U din is-sena xi ħaġa partikolari. Jien diġà bdejt nieħu ras Melda tiegħi biex in-namber wan tiktbu sew fuq il-vot. Għax għandha ħabta l-wan tiktbu qisu fergħa mgħawġa ta’ siġra. Imbagħad, min-naħa l-oħra għandek is-suppost Oppożizzjoni, immexxija mis-suppost Kap tagħha, Bernie l-Kolemu. Ħa ngħidlek jien, Sur Editur. Mela jien kont immur skola privata fi żmieni. Issa fix-xjenza ma tantx kont nibbrilla. Imma agħtini l-istorja u kont minn ta’ qud­ diem fil-klassi. U kont nimpressjona ruħi ħafna bl-istorja ta’ pajjiżna, tal-Eġizzjani, tar-Rumani u tal-Griegi. Issa jekk niftakar sew, l-alla Grieg tal-istupidaġni huwa dan Kolemus. Għax trid tkun Bernie l-Kolemu biex tammetti li f’laqgħa barra minn Malta ma tkellimx favur pajjiżna biex il-Maltin u l-Għawdxin jibbenefikaw minn fondi Ewropej. Xi ħaġa marbuta mal-enerġija kienet din. Imma anki f’din tara li Bernie l-Kolemu ma jitlifx okkażjoni waħda biex jipprova jfixkel lil Malta tagħna u qed ikompli jimmina l-ħidma tal-Gvern favur il-Maltin u l-Għawdxin. Ara kemm qiegħed sew. Puuu għalih! Imbagħad ħaqq l-ożbreċ, jiġi l-PeNe u jgħidlek li dak li konsistentement falla mit-test tal-interess nazzjonali huwa Robert tagħna. U jmorru jsoffu l-qarsu! Kos ma tantx għadek tara minnu dan. X’konna ngħidulu meta konna tfal? Ħaxixa Ingliża, għandu jkun. Jien qarsu kont ngħidlu. U jkunu qegħdin home ħa ngħidlek. Wiċċ il-qrusa jsoffu l-qarsu. Ara vera skoss losers dawn in-Nazz! Għad-dieħla, Sur Editur!


17

23.01.2022

ŻEWĠ MUŻEWIJIET IDAĦĦLU MIŻURI FAVUR VIŻITATURI BL-AWTIŻMU Il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija u l-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali huma l-ewwel żewġ mużewijiet ta’ Heritage Malta li introduċew miżuri li jgħinu lill-viżitaturi bl-awtiżmu. Waħda mill-miżuri hi li darba fil-ġimgħa, waranofsinhar, l-ambjent fil-mużewijiet imsemmija jsir aktar akkoljenti għal persuni bl-awtiżmu billi jitbaxxa d-dawl u l-volum tal-ħoss, ikun hemm rotot ta’ aċċess differenti mis-soltu, kif ukoll bil-preżenza ta’ membri tal-istaff imħarrġin apposta. Barra minn hekk, iż-żjarat fiż-żewġ mużewijiet issa huma faċilitati bi stejjer soċjali viżivi u b’mapep sensorjali disponibbli mis-sit elettroniku ta’ Heritage Malta. Il-mapep jindikaw dawk il-partijiet fil-mużewijiet rispettivi li jistgħu jdejqu sensorjalment lill-viżitaturi bl-awtiżmu minħabba dwal qawwija, ħoss għoli, art tal-ħġieġ jew irwejjaħ kimiċi. Hemm indikata wkoll kamra apposta fejn jistgħu jmorru l-viżitaturi bl-awtiżmu li jkollhom bżonn spazju kwiet. L-inizjattiva tħabbret mill-għaqda Prisms f’konferenza tal-aħbarijiet fil-Mużew Nazzjonali tal-Ar­ keo­loġija, waqt li Heritage Malta wriet il-ħsieb tagħha li tintroduċi miżuri simili f’mużewijiet u f’siti oħrajn tagħha.

Tnaqqis fid-dwal u fil-ħsejjes għal darba fil-ġimgħa fiż-żewġ mużewijiet ta’ Heritage Malta huma fost il-miżuri li ttieħdu biex jilqgħu persuni bl-awtiżmu

LIFECYCLE B’DONAZZJONI TA’ €10,000 LIR-RENAL UNIT Il-Fondazzjoni LifeCycle (Malta) għamlet għotja ta’ €10,000 b’risq ir-Renal Unit tal-Isptar Mater Dei bħala appoġġ għas-software sofistikat Traccia. Il-fondi nġabru waqt l-avveniment ta’ karità NESCAFÉ LifeWalk Challenge 2021 u se jgħinu fl-iżvilupp ulterjuri u fil-manutenzjoni tal-infrastruttura ta’ Traccia biex jgħinu lill-pazjenti li qed jistennew it-trapjanti tal-kliewi jsibu organi kompatibbli. Il-fondi biex jappoġġjaw dan is-software imprezzabbli, l-infrastruttura u l-personal mediku li ta’ kuljum qed jistinkaw għat-titjib tal-pazjenti tal-kliewi nġabru minn 32 individwu li wettqu l-isfida s-sena l-oħra u f’erbat ijiem biss imxew 100 mil madwar ir-Renju Unit. Shirley Cefai, Chairperson tal-Fondazzjoni LifeCycle (Malta), qalet: “Ilna aktar minn 20 sena nappoġġjaw lill-paz-

jenti tal-kliewi f’Malta b’kampanji ta’ għarfien u ġbir ta’ fondi. Filwaqt li l-pandemija kkawżat tfixkil sinifikanti lilna wkoll, irnexxielna nibdew for-

mat ġdid ta’ sfida. Grazzi għassuċċess ta’ LifeWalk, inħossuna motivati biex inkomplu bil-ħidma tagħna ħalli nkunu nistgħu niddedikaw aktar de-

terminazzjoni lejn pazjenti renali u l-qraba tagħhom fl-2022 u fis-snin li ġejjin.” LifeWalk Challenge hu proġett maħluq mir-Renal

Unit Support Hub (RUSH) u fil-preżent jipprovdi wkoll għajnuna esterna lil pazjenti renali inkluż trasport b’xejn għall-kura ta’ filgħaxija, sessjonijiet ta’ fitness b’xejn u pariri b’xejn. Il-Fondazzjoni LifeCycle (Malta), l-unika NGO li tiġbor flus biex tappoġġja pazjenti renali f’Malta, taħdem id f’id mal-personal mediku tar-Renal Unit f’Mater Dei u t-tim ta’ riċerka tal-mard tal-kliewi tal-Università ta’ Malta permezz tal-fond ta’ riċerka RIDT. Donazzjonijiet lil-LifeCycle (Malta) jistgħu jsiru minn Revolut fuq 99329101, minn PayPal fuq din il-link: https://buff. ly/35g17CC u permezz ta’ SMS: 50617370 (€2.33); 50618920 (€6.99); u 50619229 (€11.65); jew permezz ta’ telefonata fuq in-numri 51602020 (€10), 51702005 (€15); u 51802006 (€25). Trasferimenti bil-bank jistgħu jsiru permezz ta’ Swift VALLMTMT, IBAN MT 18 VALL 22013000000014814521017, Isem tal-Bank: Bank of Valletta, numru tal-kont: 14814521017. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jżur is-sit www. lifecyclefoundation.com jew fb.com/LifeCycleChallenge.


18

23.01.2022

IL-MALTA FILM WEEK U L-AWARDS Ikompli s-Suċċess tal-Industrija tal-Films f’Pajjiżna Kitba ta’ CLIFFORD GALEA Bla dubju f ’dawn l-aħħar snin smajna iżjed dwar l-industrija tal-films f ’pajjiżna. Industrija li forsi kienet tissemma biss meta kien jiġi xi blockbuster bħal Gladiator. Iżda dan kollu nbidel bit-tmexxija tal-Kummissarju għall-Films Johann Grech li sa mill-bidu tat-tmexxija sal-lum, għamel passi kbar f ’dan il-qasam tant li issa, il-mira hija li jkun hemm industrija mhux biss sostenibbli iżda li tipprovdi xogħol u karriera għal dawk li jfittxuha. Tkellimna ma’ Johann Grech dwar dan kollu kif ukoll dwar il-Malta Film Week u l-Malta Film Awards li qed isiru għall-ewwel darba u li qed jiġbdu wkoll l-attenzjoni fuq livell internazzjonali. Huwa evidenti li tul dawn l-aħħar xhur u anki snin rajna r-rota għaddejja fl-industrija tal-films. Iżda kemm

verament qed tkun ta’ suċċess din l-industrija?

suċċess. Il-vjaġġ biex wasalna s’hawn ma kienx wieħed faċli iżda għandna viżjoni ċara. Nafu fejn irridu naslu u L-industrija tal-films f ’Mal- qed naħdmu lejn dak l-għan. ta hija bla dubju storja ta’ Sibna industrija staġjonali u

wieħed ma setax jiddependi fuqha. Sibna ruħna fit-13-il post fl-Ewropa fl-inċentivi għall-industrija tal-films u t-televixin.

Il-faċilitajiet tat-tankijiet tal-ilma fil-Malta Film Studios huma magħrufin mad-dinja kollha għall-kobor tagħhom. Madanakollu, ma nistgħux ma nsemmux li dawn kienu ilhom 40 sena ma jaraw investiment. Però ma qtajniex qalbna u fassalna strateġija

Il-faċilitajiet tat-tankijiet tal-ilma fil-Malta Film Studios huma magħrufin mad-dinja kollha għall-kobor tagħhom. Madanakollu, ma nistgħux ma nsemmux li dawn kienu ilhom 40 sena ma jaraw investiment. Però ma qtajniex qalbna u fassalna strateġija. Wara diskussjonijiet malGvern, fl-2019, irnexxielna ngħollu l-programm ta’ cash rebates minn 27% għal 40%. Dan illum ipoġġina fost l-iżjed b’saħħithom fl-Ewropa u huwa progress enormi u riklam tajjeb ukoll għal pajjiżna. Fassalna wkoll masterplan b’valur ta’ €35 miljun sabiex nindirizzaw b’mod ċ a r il-karba ta’ din l-industrija; dik li nibnu l-ewwel soundstages f ’pajjiżna. B’hekk ser noħolqu aktar opportunitajiet u verament irridu nkomplu noħolqu l-karrieri u naslu għal indus-


19

23.01.2022

trija tal-films sostenibbli. Ħdimna wkoll sabiex nindirizzaw b’mod konkret l-isfidi tad-dinja tal-lum. U b’hekk, matul il-pandemija, l-industrija tal-films f ’pajjiżna kompliet turi li dak li ħdimna għalih, fis-sentejn ta’ qabel, issarraf. U dan bil-fatti. Flimkien mal-awtoritajiet tas-saħħa u l-crew Malti, fassalna protokolli ċari sabiex l-industrija tagħna setgħet tibqa’ taħdem. B’hekk, matul il-pandemija rnexxielna niġġeneraw €98 miljun fl-ekonomija ta’ pajjiżna. Dan kien riżultat sodisfaċenti immens. Fl-2021 biss, kelna 22 pro-

Bilfors nirrimarka li din hija industrija reżiljenti. Mill-2019 sal-2021, fi żmien tliet snin, permezz tal-programm ġdid tal-cash rebates li aħna ħloqna, l-industrija tal-films ħolqot ’il fuq minn 2,000 impjieg f’pajjiżna. Dan jagħtina sodisfazzjoni u rieda biex inkomplu naħdmu u nwettqu iżjed ħolm

duzzjoni fi xtutna b’nefqa ta’ €60 miljun. Sena rekord imqabbla mal-aħħar erba’ snin. Bilfors nirrimarka li din hija industrija reżiljenti. Mill-2019 sal2021, fi żmien tliet snin, permezz tal-programm ġdid tal-cash rebates li aħna ħloqna, l-industrija talfilms ħolqot ’il fuq minn 2,000 impjieg f ’pajjiż-

na. Dan jagħtina sodisfazzjoni u rieda biex inkomplu naħdmu u nwettqu iżjed ħolm. Johann Grech huwa meqjus bħala bniedem viżjonarju lejn il-futur ta’ dan is-settur. Xogħlu huwa ċertifikat ta’ dan. Biss biss insemmu wkoll li kien taħt it-tmexxija tiegħu li ġiet implimentata strateġija sabiex l-industrija tal-films tqum fuq saqajha u dawn l-isforzi kollha taw il-frott għax Malta ġiet imfittxija aktar minn produtturi barranin, anke fi żmien il-pandemija.

Flimkien mal-Ministru Clayton Bartolo, ħabbartu l-Malta Film Week. X’inhuma l-pjanijiet għal din il-ġimgħa? Il-Malta Film Week hija opportunità biex noħolqu diskussjoni fuq livell nazzjonali, dwar kif se nkomplu noħolqu l-opportunitajiet li jwasslu għal karrieri, f ’industrija tal-films sostenibbli. Matul il-ġimgħa li tibda fl24 ta’ Jannar ser inkunu qed nisimgħu l-ambizzjonijiet ta’

dawk li jaħdmu f ’din l-industrija u l-aspirazzjonijiet ta’ dawk li jixtiequ jidħlu f ’din l-industrija. Ser ikollna masterclasses minn produtturi u diretturi, kemm lokali kif ukoll barranin u minn Maltin li għamlu suċċess f ’pajjiżna u barra minn xtutna. Ser isiru wkoll film screenings ta’ films minn diretturi barranin. Matul il-Malta Film Week ser inkunu qed niddiskutu temi differenti fosthom il-viżjoni tagħna għall-futur ta’ din l-industrija, l-edukazzjoni fis-settur, opportunitajiet ta’ finanzjament għall-produtturi lokali kif ukoll sinerġiji ma’ setturi oħra f’oqsma simili. Ser tkun ġimgħa ta’ attivitajiet li se jwassluna għall-ewwel edizzjoni tal-Malta Film Awards fejn fid-29 ta’ Jannar, għall-ewwel darba fl-istorja, pajjiżna se jkun qed jagħti rikonoxximent lil dawk kollha li ħadmu u jaħdmu fil-films u t-televixin. Ser infakkru s-suċċess talMaltin f’din l-industrija permezz tal-Malta Film Week u l-Malta Film Awards. Opportunitajiet, karrieri u sostenibbiltà. Dawn ser iwassluna biex flimkien noħolqu “a world-class film industry” f’Malta.


20

23.01.2022

ŻEWĠ KAŻIJIET TA’ GĦERUSIJA FL-GĦASRI TA’ 120 SENA ILU LI SPIĊĊAW IL-QORTI Il-ġimgħa li għaddiet ittrattajna l-isponsali u d-dispensa marbutin maż-żwiġijiet ta’ snin ilu. Qrajna wkoll fuq iċ-ċurkett tarrabta min-naħa tal-għarus u l-maktur tal-ħarir mogħti mill-għarusa. Dawn kienu jfissru rabta għaż-żwieġ. Madanakollu mhux il-wegħdiet taż-żwieġ kollha seħħew u ġieli kien jinqala’ l-inkwiet li jwassal sal-Qorti. Illum se nkomplu nittrattaw dan is-suġġett ma’ Toni Calleja, studjuż, li ġabar l-informazzjoni kollha mill-Arkivju Nazzjonali ta’ Għawdex. Minn CHARLES B. SPITERI Toni, id-darba l-oħra għedtli li kien hemm xi każi fejn namrati jew għarajjes ma komplewx il-wegħda tagħhom u spiċċaw il-Qorti. Iżda dawn il-każi kienu jkunu rari? Rari u mhux. Ħa nirrakkuntalek xi wħud. Fil-31 ta’ Jannar 1893, Ġorġ DeBattista, bħala l-attur (min jagħmel il-kawża), residenti l-Belt Vittoria, ippreżenta ċitazzjoni fil-Qorti Ġudizzjarja ta’ Għawdex kontra Kalanġ Mercieca, mill-Għasri, il-konvenut (il-persuna li kontriha saret kawża ċivili), f’isem bintu Loreta, minorenni, talli din, wara li kienet tatu l-kelma li tiżżewġu, fellqet (naqset) milli tagħmel hekk. Dak iż-żmien il-minorità kienet ikkalkulata skont jekk dak li jkun, ikunx għalaq il21 sena jew le. Intant l-attur, Ġorġ DeBattista, kien qed jitlob lill-Qorti biex tiffissa terminu ta’ żmien li fih kellu jsir l-imsemmi żwieġ, u fin-nuqqas ta’ hekk, tiddetermina dik is-somma ta’ flus biex tikkumpensah għall-inġurja sofferta. Kienu jitressqu xhieda barranin apparti membri tal-familja? Naturalment kien jitressaq il-ħuttab. Issa l-Qorti bdiet bit-trattazzjoni tal-każ nhar is-Sibt, 4 ta’ Marzu 1893 quddiem il-Maġistrat Dr. Paolo Cremona. L-ewwel xhud kien Wiġi Camilleri mir-Rabat, imressaq mill-attur, li mid-dehra kien il-ħuttab. Qal: “Ċirka ta’ xahar ilu, intlaħaq qbil għażżwieġ bejn iż-żewġ kontendenti. Għaldaqstant morna d-dar tal-konvenut, Mercieca, li minnaħa tiegħu wiegħed li jagħti b’dota 10 sigħan raba’; għabura, (ħarufa tal-ewwel tagħmira); labra; żewġ pendenti u żewġ ċrieket, kollox tad-deheb; sod-

da bil-fornimenti kollha u żewġ legati taż-żwiġijiet.” Fil-kontroeżami, fost affarijiet oħra, ix-xhud qal li: “Il-fatti li għadni kemm iddepożitajt seħħew billejl; f’tal-Imwiet. L-ewwel laqgħa bejn il-partijiet kienet dik li għadni kemm indikajt fuq. L-għada, Loreta ltaqgħet miegħi u qaltli li kienet biddlet il-ħsieb dwar iż-żwieġ u li ma riditx taf aktar b’Ġorġ u li kien iddispjaċieha.” Mill-kontroeżami joħroġ li Ġorġ kien lavrant ma’ ħaddied u li kien jaqla’ sitt xelini (€0.70) fil-ġimgħa, li għal dak iż-żmien kienet paga tajba ħafna. Biss minn estratt mir-reġistru tal-proċedura datat 11 ta’ Marzu 1893, l-awtur, Ġorġ DeBattista stess jiddikjara li kien jaqla’ biss in-nofs: tliet xelini.

Naturalment l-istorja tas-sitt xelini kienet xi ħliqa tal-ħuttab użata bħala lixka biex aktar iwaqqa’ fin-nassa lix-xebba u ’l-familja tagħha. Għax l-iskop ewlieni ta’ xi ħuttaba kien li jwasslu għall-isponsali fl-iqsar żmien biex jitħallsu, u mhux issuċċess taż-żwieġ fih innifsu. Mela l-ħuttab kien jasal jgħid kliem b’ieħor, biex jirnexxilu jdaħħal il-flus? Nemmen li hekk kien isir, sa ma fis-17 ta’ Novembru 1892, ħuttab mill-Għasri ħarrek lil Bernardu Saliba (Brejnet ta’ Għasafar: 1869-1939) ta’ Triq il-Fanal, biex ifittex idoqqlu 13-il xelin u tmien soldi (c. €1.60) talli kien wasslu għall-għerusija max-xbejba li xtaq. Il-kawża kienet irranġata

barra l-Qorti fi ftit jiem u għaldaqstant kienet irtirata nhar id-29 tal-istess xahar. Iżda l-gustuża tafu x’inhi? – li waqt li l-kawża tranġat, it-taparsi sponsali li rranġalhom safa xolt wara biss ftit taż-żmien bħalma jdub kwart xaħam tas-sonża f’kartastrazza fix-xemx t’Awwissu. F’Ottubru 1913, fil-Qorti ta’ Malta, l-Imħallef Parnis, ta sentenza storika fejn qal li s-senserija fiż-żwiġijiet kienet ħaġa illeċita u li għalhekk il-ħuttab ma kellux jedd għaliha. Min jaf Brejnet ta’ Għasafar kienx sema’ biha din is-sentenza! Intant, xhud ieħor fil-kawża: Ġorġ DeBattista vs. Loreta Mercieca, prodott mill-attur DeBattista kienet Ġolina,

mart Ġużepp DeBattista: “Ċirka xahrejn u nofs ilu, l-attur, li hu t-tifel tiegħi, laħaq ftehim ta’ żwieġ ma’ Loreta Mercieca bint il-konvenut, u dan fiddar tiegħu u bl-approvazzjoni ta’ ommha. Insegwitu ta’ dan ġabha għandi u qagħdet ġurnata f’dari.” Is-smigħ kompla bix-xhieda ta’ Grazzja Vella prodotta mill-konvenut M’Anġ Mercieca. Grazzja, li kienet iz-zija tal-konvenuta Loreta Mercieca, qalet li tiftakar meta Wiġi Camilleri mar għand Kalanġ Mercieca biex jiftiehmu dwar it-tlaqqigħ bi skop ta’ żwieġ ta’ Ġorġ DeBattista ma’ Loreta Mercieca. Hi qalet li Camilleri insista ma’ Loreta biex tieħdu b’għarus lil Ġorġ, u x-xebba wieġbet li: “mhux għalissa”.


21

23.01.2022

Fl-aħħar, Camilleri ġibed f’rokna tal-kamra lill-konvenut, M’Anġ Mercieca, u sejjaħ ukoll lill-attur DeBattista, u qallu li Mercieca, bħala dota, kien qed iwiegħed 10 sigħan ta’ Sagħtrija; il-pendenti, allura l-imsielet, li Loreta kellha f’widnejha; labra u żewġ ċrieket, kollox tad-deheb; u s-sodda bil-fornimenti kollha. Omm Loreta lissnet nagħġa, u l-missier qal li hu jagħti wkoll għabura. Ix-xhud qalet li ma semgħetx lil Loreta tgħid li trid tiżżewweġ lil Ġorġ. Grazzja Vella xehdet ukoll li Camilleri qal li Ġorġ kien jaqla’ xelin kuljum u li d-dar kellu seba’ liri (€16.31), imfaddla. Fit-18 ta’ Marzu 1893, l-Avukat Ambroġju Mercieca f’isem il-konvenut M’Anġ Mercieca li kien qed jidher għan-nom tal-minorenni bintu Loreta, ippreżenta lill-Qorti nota ta’

eċċezzjonijiet li fiha, fost affarijiet oħrajn, eċċepta: * li f-ftehim dwar dan iżżwieġ inkwistjoni ma jistax jittieħed li sar b’mod serju, l-aktar meta wieħed jikkunsidra l-ħin stramb (f’tal-Imwiet) li fih seħħ l-uniku tlaqqigħ bejn l-għarajjes; * ir-reżistenza esaġerata li saret fuq l-għarusa biex taċċetta, minkejja r-rieda kuntrarja tagħha li tagħmel hekk; * u fuq kollox, il-fatt li l-għarusa li kienet għadha minorenni; taħt l-età – prinċipju indispensabbli mitlub għall-validità ta’ kuntratt ta’ daqstant importanza.

jgħid li wara li qies iċ-ċitazzjoni mressqa minn DeBattista, ix-xhieda kollha, u l-eċċezzjonijiet tal-konvenut M’Anġ Mercieca, iddeċieda li jiċħad it-talba mressqa mill-attur Ġorġ DeBattista, mingħajr iżda ma jħallas tal-ispejjeż. Għal dak iż-żmien insibu li wegħda taż-żwieġ saret aktar minn darba?

Fil-fatt għandna l-każ ta’ Evanġelista Agius residenti l-Għasri. Fit-30 ta’ Mejju 1893, hi kienet ippreżentat ċitazzjoni fil-Qorti Ġudizzjarja ta’ Għawdex kontra Wenzu Attard, talli dan telaqha mingħajr ġustiU x’kienet is-sentenza li ta fikazzjoni wara li kien wegħidha l-Maġistat Cremona? ż-żwieġ u talli għamel l-istess wegħda wkoll lil ħaddieħor. Fis-sentenza li ta fit-18 ta’ MarFil-preżentazzjoni tal-kawża, zu 1893, il-Maġistrat Cremona Vanġela stqarret li bejnieth-

F’Ottubru 1913, fil-Qorti ta’ Malta, l-Imħallef Parnis, ta sentenza storika fejn qal li s-senserija fiż-żwiġijiet kienet ħaġa illeċita u li għalhekk il-ħuttab ma kellux jedd għaliha

om, hi u Wenzu, kienu bidlu formalment il-wegħda li fil-futur jiżżewġu lil xulxin. Agius talbet lill-Qorti biex kemm-il darba ssib lil Attard ħati tal-inġurja, għandha tiddetermina kumpens fil-forma ta’ flus kontanti. Fil-maġġoranza ta’ każi simili, l-ewwel talba tal-persuna inġurjata kienet tkun li l-Qorti tiffissa data sa meta għandu jsir iż-żwieġ, imbagħad fin-nuqqas ta’ hekk, kienet issir it-talba għall-kumpens. Dan juri kemm verament kienet irrabjata u ffastidjata t-tfajla… u minn kif jidher fit-trattazzjoni tal-kawża, naħsbu li kellha raġun mnejn tbigħ u jibqgħalha! Fid-9 ta’ Ġunju 1893, Evanġelista Agius permezz tal-Prokuratur Legali, A. Lanzon ressqet rikors biex il-Qorti jogħġobha tordna li l-persuni msemmija jissejħu bħala xhieda: 1) Marija Caruana ta’ Luzju minn Għammar; 2) M’Anġ Cauchi ta’ Għakar mill-Għasri; 3) Mikiel Vella ta’ Żiglu minn Santa Luċija; 4) Manwel Camilleri ta’ Frenċ ta’ Nonu minn Għammar u 5) Marija mart Ġużepp Aquilina, il-Gandlier, jgħidulha ta’ Wiġi, minn Għammar. It-trattazzjoni tal-każ quddiem il-Qorti ta’ Għawdex ippreseduta mill-Maġistrat Dr. Paolo Cremona bdiet u ntemmet nhar is-Sibt, 17 ta’ Ġunju 1893. L-ewwel xhud kien xi ħadd miġbud mill-attriċi Evanġelista Agius, li bi żvista, l-iskrivan tal-Qorti ma jgħidilniex min kien. Intant dan ix-xi ħadd mill-ewwel tlieta msemmija hawn fuq u li minn diskorsu jidher li kien il-ħuttab, qal: “Il-konvenut Lorenzo Attard kemm-il darba inkarigani biex immur għand il-ġenituri ta’ Vanġela bl-iskop li nitlobhom għan-nom tiegħu id binthom fiż-żwieġ. Lejlet Lapsi, l-aħħar wieħed li għadu kemm għadda, omm l-attriċi Agius laqgħet it-talba tal-konvenut Attard, u meta wassalthielu bagħatni nitlobhom biex niffissaw ġurnata li fiha nistgħu niltaqgħu u nitħaddtu dwar l-affari. “It-tlaqqigħ sar ir-Rabat f’ġurnata l-Ħadd. Kienu preżenti l-ġenituri ta’ Vanġela, Wenzu Attard, u jien. Vanġela ma kinitx hemm mill-bidu; ġiet aktar tard. Wenzu staqsa x’kien fi ħsiebhom ituh bħala dota. Irrispondiet omm l-għarusa: ‘il-fond tal-Wilġa għal 40 sena. Wara dak iż-żmien ma nibqgħux ħajjin, la jien u lanqas int. Jekk f’dak il-perjodu ta’ żmien inkunu kostretti li nħallu dak il-fond inpoġġuk f’biċċa oħra.’ “Aktar minn hekk qaltlu li għandha ħsieb tagħti lil bintha fond ieħor, ċirka ta’ siegħ raba’ jgħidulu tal-Madliena. Il-konvenut Wenzu Attard talab ukoll nagħġa u omm l-għarusa qaltlu li ttih ħarufa minn tagħha, u hu kkuntentaha. Inkwantu

tal-bżonnijiet, hi qaltlu li tagħtih kemm ikun meħtieġ. “B’dan il-ftehim, il-partijiet ikkonkludew l-isponsali bejn il-kontendenti u l-għarus ħa mingħand omm l-għarusa ċ-ċurkett u l-maktur tattieġ – “l’anello e il fazzoletto sponsalizio”. L-għarusa ma kinitx hemm f’dak il-waqt iżda mbagħad avżajnieha u qalet: ‘għamiltu sewwa’. “Wara dan kollu, il-konvenut Attard, dakinhar stess tat-tlaqqigħ qal lil omm l-għarusa li kellu ħsieb imur jara jekk il-fondi tar-raba’ jogħġbuhx. Hi weġbitu: ‘Mur għall-affari tiegħek, jekk ma jogħġbukx, nagħtik minflok it-tomna li għandi l-Fanal’. “Ċirka ta’ 10 jew 15-il ġurnata wara, Wenzu ġie sabni u talabni mmur miegħu naraw il-fondi msemmija. Kellimna lill-ġenituri tal-għarusa u ħaduna fir-raba’ li qalulna. Meta konna f’dik tal-Wilġa, l-għarus qal: ‘dan il-fond ma jogħġobnix; tafa’ l-maktur tat-tieġ għall-art u telaq ’l hemm’. Imbagħad telgħet fil-pedana tax-xhieda Marija mart Ġużeppi Aquilina. Qalet: “Wara l-festa ta’ Lapsi li għadda u qrib Għid il-Ħamsin, mort id-dar ta’ ommi li tinsab fir-raħal ta’ Għammar. Kien hemm il-konvenut Wenzu Attard. Hu kien għadu għarus tal-attriċi Vanġela Agius, u qabad iparla fuq mara oħra li qal li ried b’għarustu. Jien għedtlu: ‘S’issa għadek impenjat ma’ Vanġela; ilek tiffrekwenta d-dar tagħha minn żmien, u titħaddet minn għarusa oħra? Kif tagħmel biex teħles minnha?’ Weġibni: ‘Inġib l-iskuża li l-fond li tawni bħala frank hu suġġett għal emfitewsi (ċens fit-tul) li jtawwal għal 40 sena oħra’. L-għarusa l-oħra li għandu Wenzu jisimha Kelina ta’ Kelment ta’ Lawrenz. Hi qaltli li lill-konvenut tatu l-maktur tat-tieġ. Staqsejtha: ‘u jekk Vanġela tirbaħ il-kawża kontra Wenzu?’ Weġbitni: ‘Tista’ tirbaħha u tista’ ma tirbaħhiex’.” L-aħħar xhieda li nsibu filproċess ta’ din il-kawża hi dik ta’ Manwel Camilleri bin Frenċ mir-raħal tal-Għasri. Jgħid li: “Bejn wieħed u ieħor tliet ġimgħat ilu għedt lill-konvenut Wenzu Attard, li Vanġela tinsab fil-punt li tipproċedi kontra tiegħu b’mod ġudizzjarju. ‘Ma nemminx,’ weġibni. Jien ħriġtlu mid-diskors. Hu ppronunzja kelma biex iħammeġ lil Vanġela u qal: ‘Ma tagħmilli xejn’, u qal ukoll: ‘Li kieku mhux għax hemm l-għarusa l-oħra kont mil-lum stess nibda bit-tnedijiet taż-żwieġ’.” Fi tmiem ix-xhieda, il-Maġistrat Cremona ta s-sentenza: il-Qorti sabet lil Wenzu Attard ħati skont l-att tal-akkuża u kkundannatu jħallas kumpens ta’ £10 għad-danni li sofriet l-eks maħbuba tiegħu Vanġela Agius, u għabbietu wkoll bl-ispejjeż tal-kawża.


22

23.01.2022

EMMA ELENA CILIA

L-ELEMENTI TAT-TEMP JIKKMANDAWLHA XOGĦOLHA

Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Hemm differenza kbira li wieħed jaħdem mill-kumdità ta’ xi uffiċċju jew ħanut tax-xagħar, milli jrid jaffaċċja l-elementi kollha li jġib miegħu t-temp. Dan l-aħħar sirt naf bi tfajla li xogħolha huwa fil-kostruzzjoni tal-bini. Qed nirreferi għal Emma Elena Cilia. Toqgħod Raħal Ġdid, u għandha 22 sena. Bħala passatempi tħobb tpinġi u ssegwi l-futbol. Għadha tistudja u tinsab fl-aħħar sena tagħha biex tiggradwa bħala kapumastru. Ix-xogħol tagħha huwa ta’ foreman ma’ kumpanija u tagħmel xogħol ta’ restawr ta’ statwi u faċċati antiki. Ix-xogħol fil-ġebel huwa l-ħobża ta’ kuljum tagħha. Ħafna forsi jħarsu lejha minn lenti differenti, peress li aktar huwa assoċjat mal-irġiel. Ħallejt f’idejha sabiex tikkumenta dwar dan. “Għalkemm huwa xogħol li tara iktar irġiel milli nisa fih, dejjem bqajt determinata li nirnexxi. Kien ikun hemm xi mumenti fejn ix-xogħol tiegħi jiġi rrifjutat min-nies għax ma jerġgħux iċemplu wara li nkun ħriġt il-kwotazzjoni. Hemm jiġuk ftit ħsibijiet - eżempju tgħid għax mara jew għax forsi għadni studenta. Imma din il-ħaġa ma qatgħetlix qalbi dejjem bqajt għaddejja u fejn xtaqt nasal dejjem wasalt,” bdiet tgħidli Emma. Xogħolha aktar jinvolvi ħsieb u attenzjoni Mistoqsija xi tfisser eżatt Kapumastru, Emma fissritli li huwa l-aħħar fażi ta’ qabel tiggradwa, imma l-proċess jibda minn sewwej. Sewwej ikun gradwat fil-livell 3 u jkun jista’ jaħdem affarijiet bażiċi bħal tindif tal-ġebla, tikħil, u ftuħ ta’ fili. Imbagħad hemm il-mastru. Dan ikun gradwa mil-livell 4 u xogħlu jkun billi jgħallem u jieħu ħsieb lis-sewwej u jidderiġih aħjar x’għandu jagħmel u kif l-aħjar isir. Imbagħad, hemm il-kapumastru livell 5, iktar jgħallmek x’se ssib fid-dinja tax-xogħol

u affarijiet li tiġi bżonnhom bħal armar ta’ scaffolding, kif għandek tagħmel kwotazzjoni, business management u ħafna iktar. Il-kapumastru xogħlu huwa li jagħti xogħol lill-mastru u li jieħu ħsieb siti tar-restawr, jara li kulħadd qed jagħmel xogħlu sew u li x-xogħol jitla’ skont it-time management. Studjat l-MCAST u llum tispeċjalizza l-aktar fix-xogħol ta’ restawr u diġà rrestawrat diversi postijiet lokali, għalkemm bħalissa taħdem bħala foreman fuq siti ta’ kostruzzjoni. Għalissa għadha ma ġabitx il-liċenzja ta’ bennejja, għalkemm għandha tagħrif biżżejjed biex tieħu ħsieb siti ta’ kostruzzjoni. Xogħolha aktar jinvolvi ħsieb u attenzjoni. “Irrid inqassam il-ħaddiema fejn ser jaħdmu u x’ser ikunu qed

jagħmlu matul il-ġurnata u li kulħadd ikollu safety equipment, nara wkoll li għandhom materjal, magni u għodda biex jaħdmu. Ma jfissirx li għax tkun għassa man-nies ma jkollokx responsabbiltà jew ikollok xogħol faċli, lanqas xejn. Pjuttost għandek ir-responsabbiltà ta’ kull ħaddiem li għandek fuq ilpost tax-xogħol.” Emma bħala ħaddiema fil-kostruzzjoni tinsisti fuq l-importanza tas-safety fuq il-post tax-xogħol. Mistoqsija kemm issib koperazzjoni f’dan ir-rigward, weġbitni: “Il-health and safety huwa importanti kemm għall-ħaddiema biex ikunu iktar siguri kif ukoll għal min qed iħaddem sabiex ikollu moħħu mistrieħ mill-ħaddiema. Is-safety mhux biss l-ilbies bħal safety shoes, ear plugs,

ingwanti, helmet, u safety goggles. Is-safety huwa wkoll kif tieħu ħsieb is-siti tal-kostruzzjoni eżempju tagħmel l-ilqugħ mad-dawra tal-lift, mal-gallariji, u mal-appoġġi biex ħadd ma jaqa’ għal isfel. Tara li ma jkunx hemm periklu bħal extentions viċin l-ilma jew xi toqob mal-art, tara li jitgħattew u ħafna iktar. Irid ikollok regoli biex timxi ’l quddiem u għalhekk meta keċċejt wieħed minn fuq is-sit tal-kostruzzjoni ħaduni iktar bis-serjetà. Ngħiduha kif inhi, ħadd ma jieħu gost jitlef il-leave minħabba ċuċati.” Ridt inkun naf, peress li taħdem fil-kostruzzjoni, idejha jkollhomx bżonn ċerta attenzjoni speċjali, sabiex tibża’ għalihom wara kull ġurnata xogħol. “M’iniex xi tfajla li nagħti kas. Qisni

maż-żmien drajt, imma nieħu prekawzjoni differenti bħal għajnejja u difrejja minħabba li ġieli nagħmel ħin twil fit-trabijiet.” Tipprova tara kollox minn lenti pożittiva Tlabt il-kummenti tagħha wkoll dwar l-elementi tattemp – xemx, riħ, xita. Naturalment immaġinajt li dawn kollha jtellfu xi ftit jew wisq waqt il-ġurnata tax-xogħol tagħha. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar. “L-elementi tat-temp jikkmandawli xogħli x’nagħmel u x’ma nagħmilx matul il-ġurnata, mhux l-ewwel darba li jkolli nbiddel il-pjan minħabba x-xita. Naturalment, ikolli nsib soluzzjoni li ġeneralment ninżlu fis-sular ta’ taħt u naraw xi xogħol li jista’ jsir,


08.11.2020 23.01.2022

23

SKEDA ONE 06:30 06:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari

19:20 19:30 20:10 20:30 21:15 22:50 23:30

ONE Sports & Temp ONE News Primetime Reboot Min Imissu Niftakru ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Telebejgħ

13:00 15:30 15:35 15:55 16:00 16:25 16:55 17:30 18:30

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:50 23:30

Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Point of Order Taf X’qed Jgħidu? Music Legends Mill-Chcina ta’ Dari ONE News

06:30 06:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00

15:30 15:40 15:57 16:05 16:28 17:15 18:00 18:30 19:14

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Pink Panther Imqades l-Istorja What’s Cooking Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari

19:20 19:30 20:10 20:30 21:05 22:30 23:30

ERBGĦA ONE Sports 26-01 & Temp ONE News Primetime The Local Traveller The Normans Flip the venue ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:56 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt

13:00 15:30 15:45 16:00 16:05 16:26 17:00 17:30 18:30

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Żona Sport Flip the venue Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30

Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reboot ONE News

06:30 06:45 07:54 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:45

13:00 15:30 15:35 15:55 16:00 16:20 17:30 18:15 19:13

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Maratona Missjoni Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari

19:18 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 23:30

ONE Sports 28-01 & Temp ONE News Primetime Niftakru Miraklu Maratona Missjoni One News

06:30 ONE News 06:45 Music Legends 07:25 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 Żona Sport 10:05 The Local Traveller 10:35 Dak li Jgħodd

11:35 12:00 12:30 12:35 13:10 15:30 15:35 17:25 18:00

What’s Cooking Popcorn ONE News Telebejgħ Maratona Missjoni ONE News Maratona Missjoni Sabiħa l-Ħajja Pink Panther

18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 23:36

Ondroad ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Maratona Missjoni ONE News

06:30 06:45 07:12 07:43 08:00 08:40 10:00 10:35 11:00

11:30 12:30 12:40 13:15 15:30 15:35 17:50 19:25

Flip the Venue ONE News Telebejgħ Maratona Missjoni ONE News Maratona Missjoni L-Argument One Sport & Temp

19:30 20:10

ONE News 30-01 Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Maratona Missjoni ONE News

TLIETA 25-01

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

ĦAMIS 27-01

eżempju nżarmaw scaffolding u nnaddfu l-injam. Jekk ikun riħ qawwi u ma nkunx nista’ nsuq it-tower crane jkolli nikkanċella x-xogħol li nkun ser inħott. Ix-xemx ma tantx tagħtini problemi ħlief li x-xogħol ma jsirx b’rata ħafna iktar mgħaġġla minħabba s-sħana għax il-bniedem jgħeja iktar malajr.” Mistoqsija xi jdejjaqha mill-ħajja b’mod ġenerali, Emma weġbitni: “Fil-ħajja nipprova nara kollox minn lenti pożittiva, iżda hemm tliet affarijiet li vera jdejquni. L-ewwel waħda hi l-ipokrezija għaliex nippreferi li xi ħaġa jgħiduhieli f’wiċċi milli minn wara dahri jew milli nismagħha mingħand ħaddieħor. It-tieni ħaġa hija li jwaqqgħuli l-valur ta’ xogħli. Eżempju ċar li naffaċċja

fid-dinja tax-xogħol tiegħi huma nies li jaħsbu li għax jiena mara m’iniex kapaċi. L-aħħar ħaġa hija l-mard għax lanqas fuq l-akbar għadu tiegħi ma nkun nixtieq il-mard għax huwa xi ħaġa kiefra.” Fl-aħħar nett, stedintha tħalli messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Fid-dinja, li tixtieq qalbek aħdem għalih sakemm tikseb suċċess fih. Jien bħala persuna li inbati bid-dyslexia kelli naffaċċja sfidi li għal ħaddieħor huma affarijiet faċli sabiex illum il-ġurnata qed ngħix il-ħolma li tant ħdimt għaliha. Għalhekk, żomm rasek dejjem ’il fuq u qatt taqta’ qalbek. Int min int u int kif int fil-ħajja dejjem ser issib l-ostakli. Għelibhom bil-mod u ħu l-ħajja ġurnata b’ġurnata,” temmet tgħidli.

TNEJN 24-01

13:00 15:30 15:35 15:58 16:00 16:25 17:30 18:30 19:15

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up

SIBT 29-01

ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Il-Quddiesa tal-jum Paperscan Attività Politika The Local Traveller Sabiħa l-Ħajja

20:35 21:10 23:30

ĠIMGĦA

ĦADD


24

23.01.2022

reċensjoni tal-ktieb

IL-FORMA TAL-ILMA Polizjesk tajjeb minn dejjem kien jinżel tajjeb magħna l-Maltin. Ibda mir-rumanzi polizjeski u thrillers varji, u kompli bis-serje polizjeski fuq it-televiżjoni. U wieħed mill-aktar segwiti – jintwera fuq ir-RaiUno bit-Taljan imma segwit mad-dinja kollha, mhux b’inqas hawn Malta – huwa l-Ispettur Montalbano. Il-ħlejqa tal-awtur Sqalli Andrea Camilleri – li kif jixhed il-kunjom għandu nisel Malti – l-Ispettur Salvo Montalbano bl-investigazzjonijiet mhux ortodossi tiegħu u ta’ sħabu fir-raħal Sqalli immaġinarju ta’ Vigàta, seraq ilqlub ta’ miljuni ta’ nies. L-istejjer ta’ Montalbano nafuhom bħala serje televiżiva imma forsi mhux kulħadd jaf illi huma oriġinarjament kotba, li minnhom sar l-addattament televiżiv. U l-kotba bil-misteri ta’ Montalbano ġew tradotti mad-dinja kollha. Ħlief Malta. S’issa. Għax proprju dan l-aħħar l-awtriċi Antoinette Borg għadha kemm ittraduċiet għall-Malti l-ewwel każ tal-Ispettur Montalbano. Ippubblikat mill-Merlin Publishers, jieħu l-isem Il-forma tal-ilma. Il-ġisem nofsu mneżża’ tal-Inġinier Luparello, politiku prominenti fil-belt ta’ Vigàta, jinstab fil-karozza tiegħu f ’medda art żdingata magħrufa bħala la mànnara, il-Mandra – fl-antik mergħa għall-mogħoż, illum bej-

ta tad-drogi u l-prostituti. Kollox jindika li Luparello miet mewtha naturali waqt attivitajiet sesswali ma’ persuna mhux magħrufa. Iżda l-Ispettur Montalbano ħadd ma jbellagħlu r-ross billabra. Xi ħaġa mhix tikkonvinċih f ’din l-affari, u – jgħidu x’jgħidu l-Kummissarju, il-Maġistrat u saħansitra l-Isqof – mhux lest jagħlaq il-każ qabel ma jsib il-verità. B’paċenzja u astuzja jidħol jgħaffeġ f ’mandra ta’ dmija, qerq, korruzzjoni organizzata u logħob tal-poter, fl-isfond maġiku tal-pajsaġġ u l-karattru Sqalli. Li tittraduċi għall-Malti kapolavur bħalma hu x-xogħol t’Andrea Camilleri mhix sfida faċli, u kellha tkun awtriċi u traduttriċi tal-ħila ta’ Antoinette Borg – rebbieħa ta’ bosta premjijiet letterarji fosthom il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti – biex irnexxielha. Proġett hekk ambizzjuż lanqas ma kien ikun possibbli mingħajr l-għajnuna finanzjarja li taw il-Ministero degli Affari Esteri Taljan, l-Istituto Italiano di Cultura bbażat hawn Malta kif ukoll il-Fond tal-Ktieb immexxi mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-forma tal-ilma jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, kif ukoll online b’pustaġġ lokali b’xejn mis-sit merlinpublishers.com.

Mistoqsija: Fejn huma magħrufa l-istejjer ta’ Montalbano? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IL-FORMA TAL-ILMA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 30 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb FALCON’S SHADOW hija:

S. DEBONO - MOSTA

05 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm-il passiġġier għamel użu mis-servizz tal-fast ferry mindu beda jopera?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

23.01.2022

“THE TORSO KILLER” Richard Cottingham werwer żewġ stati fl-istess żmien IT-TIENI PARTI

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

IL-VITTMI: MARYANN CARR, JEAN REYNER U VALERIE ANN STRETT L-arrest

marret biex tispara ntebħet li kienet falza. Il-ħaddiema tal-lukanda semgħu l-għajjat mill-kamra u marru jiċċekkjaw biex jaraw x’kien qed jiġri. Cottingham ġiegħel lil O’Dell tiftaħ u tgħidilhom li kollox kien sew iżda rnexxielha tagħmlilhom sinjal li kienet fil-periklu. Kien għalhekk li l-ħaddiema ċemplu lill-pulizija u marru arrestaw lil Cottingham. Kif sema’ s-sireni, Cottingham prova jaħrab iżda l-pulizija qabduh fil-kuritur u fuqu sabu l-manetti, pistoli foloz, pilloli li bihom kien jiddroga lill-vittmi u aċċessorji tal-ġilda li jintużaw waqt atti sesswali. Cottingham ġie mixli bi ħtif, b’attentat ta’ qtil, bi stupru, bi swat gravi u b’pussess ta’ sustanzi perikolużi fost akkużi oħrajn. Wara l-arrest tiegħu, il-pulizija ta’ New Jersey marru jfittxu fid-dar li kellu f’Lodi fi New Jersey u fil-kantina sabu “l-kamra tat-trofej” tiegħu fejn fiha kien hemm aċċessorji li ħa minn fuq il-vittmi tiegħu. Apparti din il-kamra, il-pulizija sabu affarijiet oħrajn tal-vit-

tmi fil-bagoll tal-karozza tiegħu. Waqt l-investigazzjoni, il-pulizija ħadulu l-marki tas-swaba’ u ntebħu li dawn kienu jaqblu ma’ dawk li nstabu fuq il-manetti li kienu ma’ jdejn Valerie Ann Street. Din is-sejba u isem Cottingham ixxandru fil-ġurnali, li permezz tagħhom saru jafu l-pulizija ta’ New York. Isem Cottingham kien daqqilhom għax huma diġà kellhom il-marki tas-swaba’ tiegħu u b’hekk ikkomunikaw mal-pulizija ta’ New Jersey għax kienu jemmnu li Cottingham kien it-Torso Killer, li fil-fatt kien minnu. Il-ġuri Il-pulizija bdew ifittxu vittmi oħrajn li baqgħu ħajjin ħalli jixhdu kontra Cottingham u rnexxielhom isibu tliet nisa: Karen Schilt, Susan Geiger u Pamela Weisenfeld. Meta l-pulizija ħaduhom l-għassa biex juruhom min kien l-aggressur, huma ppuntaw lejn Cottingham, minkejja li kien qaxxar il-mustaċċi biex dawn ma jagħrfuhx.

ie

ar

res

tat

Fit-22 ta’ Mejju tal-1980, Cottingham għabba lil Leslie Ann O’Dell, prostituta ta’ 18-il sena. L-ewwel ħadha tixrob u bdiet tgħidlu li hi mdejqa bil-ħajja tagħha u li tixtieq taħrab mill-prostituzzjoni. Hu wegħedha li se jgħinha billi jagħtiha l-flus u jeħodha fi stat ieħor u O’Dell emmnitu. Hekk kif rikbet fil-karozza miegħu, Cottingham ħadha fil-Hasbrouck Heights Quality Inn, fl-istess post fejn ħalla l-aħħar vittma tiegħu, Valerie Ann Street. Cottingham rabatha u beda jittorturaha filwaqt li beda jheddidha b’pistola. O’Dell irnexxielha tieħu l-pistola iżda xħin iġ

Fil-5 ta’ Mejju tal-1980, waħda mill-fattigi tal-lukanda Hasbrouck Heights Quality Inn fi New Jersey sabet il-katavru ta’ Valerie Ann Street, li kienet prostituta ta’ 19-il sena. Street kienet immanettjata u moħbija taħt is-sodda. Hi kellha diversi marki ta’ gdim u kellha wkoll marki ta’ swat. Street inqatlet billi ġiet fgata. Il-pulizija ta’ New Jersey sabu marki tas-swaba’ fuq il-manetti iżda ma kinux jafu min kien il-qattiel għax ma sabu xejn fir-rekords tagħhom. Fl-istess xahar, il-pulizija sabu vittma oħra, din id-darba Jean Reyner, li nstabet mejta fis-Seville Hotel. Reyner ġiet fgata u mħanxra. I l- p u l i z i j a ta’ New Jersey bdew jipprovaw jibnu l-każ kontra l-qattiel u ’l quddiem jirnexxilhom jorbtu l-qtil ta’ Maryann Carr, li nstabet qrib il-Hasbrouck Heights Quality Inn, mal-qtil ta’ Street. Carr, radjologa ta’ 26 sena, instabet fgata wara li ġiet stuprata u msawta. Il-problema ta’ dak iż-żmien kienet li d-dipartimenti tal-pulizija ta’ stati differenti ma kinux jikkomunikaw bejniethom. Kieku kienu jikkomunikaw bejniethom, il-pulizija ta’ New Jersey kienu jsiru jafu li l-qattiel kien Cottingham għax il-pulizija ta’ New York kellhom il-marki tas-swaba’ tiegħu minn meta kien ġie arrestat fuq serq u sewqan taħt l-effett taxxorb.

W

ar

a

l

COTTINGHAM QAXXAR IL-MUSTAĊĊI BIEX IL-VITTMI MA JAGĦRFUHX

TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA


26

23.01.2022

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

23.01.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 417

M. MIFSUD - BIRKIRKARA

Bi 3 NUMRI 066 162 363 369 485 605 684 690 717 718 773 788 813 837 865

899 B’4 NUMRI 0106 0403 0799 0974 1156 1230 1260 1681 2087 2716 2744 3522 4108

4470 5402 5463 5522 5572 6000 6058 6099 6354 6401 6664 6665 7357 7782 7817 8167

8624 8697 9388 9396 9617 B’5 NUMRI 05975 06668 07960 17664 30050 30387 39033 43395 43526

55854 63177 65141 65418 68350 68884 70937 71248 76944 80169 83752 87063 96348 B’6 NUMRI 016070

068698 177246 401704 452442 474077 584108 663789 681104 685230 970326 973730

MIMDUDIN: 10. Jekk titlifha 20. 1. Kompli l-qawl: jkollok l-inkwiet (6) 21. Ġimgħa bla ħlas 12. Jilagħbu l-futbol ------ bla ras (5) bih (6) 23. 4. Bla saqaf dan (4) 16,21W. Jistgħu jkunu 24. 7,19. Eks President anġli (6) Amerikan (5) 18. Mhux iva 9,11. Nisimgħu biha (5) 19. Ara 7 WEQFIN: 1. Basket (6) 8. 2. Proprjetarju (3) 11. 3,22. Dawn Amerikani (6) 12,13. 5. Ħoss (3) 13. 6. L-ewwel nofs ta’ 14.

tlieta 15. Tiżfen din (9) Ara 9 17. Aktarx ta’ revolver (5) 21. Ara 12 wieqfa 22. Fjura tfuħ (6)

Opinjoni? (5) John Andrew Inglott (1,1,1) Tat-taxi dawn? (4) Ħaddem moħħok (5)

Verb minn salib? (6) Kunjom (3) Ara 16 Ara 3

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Ġidra, 4.Mazz, 7,9.Ħbieb, 10.Sultan, 12.Slogan, 18.Ra, 20,23. Stromboli, 21.Kop, 24.Altra

WEQFIN: 1.Ġrieħi, 2.Dab, 3,11.Aħsel, 5,16. Artist, 6,15.Zunnarija, 8.Bulgarija, 12,19.Staħa, 13.Ort, 14.Namrat, 17.Sko, 21.Kob, 22.Pil


28

23.01.2022

FL-INTERESS NAZZJONALI Editorjal

L-aħħar disa’ snin ta’ Gvern Laburista, mhux l-inqas l-aħħar sentejn tal-pandemija, urewna biżżejjed li l-interess nazzjonali qatt ma kien fuq l-aġenda tal-Partit Nazzjonalista. L-istorja politika lokali tixhed li l-istess ġara kull meta l-PN kien fil-poter

L-aħbar li l-Kap tal-Oppożizzjo­ ni Bernard Grech m’għamel l-ebda sforz – lanqas tqan­­żi­ ħa – biex jipprova jikkonvinċi lil politiċi fil-“familja” tiegħu fl-aħħar jiem biex jibdlu fehmithom favur finanzjament Ew­ ropew ta’ proġett nazzjonali, il-pipeline tal-gass jew l-idroġenu, tassew kellha għax tixxokkja u tiskandalizza. Minkejja dan, illum eluf kbar f’pajjiżna m’għadhomx jinħasdu b’tali attitudni. Sa ċertu punt ukoll jistennewha minn xi ħadd bħall-Kap tal-Partit Naz­­z­jonalista li żgur ma jafx aħjar. L-esperjenza li għandna lkoll f’dan ir-rigward hi morra biżżejjed u l-attitudni talmagħżul tal-establishment titqies bħala ħolqa oħra f’katina twila li tixhed kif l-interess nazzjonali qatt ma kellu postu fl-aġenda Nazzjona­lista. Ninsabu wkoll konvinti li hemm ukoll esponenti Nazzjo­ nalisti wara l-korrispondenza minn Membri Parlamentari Ewro­pej tal-Grupp tal-Popolari (PPE) bi protesta kontra l-finanzjament tal-pipeline, li Malta qatt ma tista’ ssostni waħedha. Dawn għandhom

kull intenzjoni li jagħmlu ħsara lil pajjiżna. Issa bil-konferma ta’ Grech li s-suġġett ma tqanqalx fi Strasburgu f’laqgħa ma’ wieħed mill-perċimes fit-talba lill-Kummissjoni Ewropea, ġejna mfakkrin bl-għira endemika Nazzjonalista kull meta jxommu s-suċċess b’ħidma ta’ Gvernijiet Laburisti. Inzerta din il-ġimgħa wkoll inqabdu jgħiru għar-rekords nazzjonali li twettqu mindu Robert Abela laħaq Prim Ministru sentejn ilu u użaw il-forċini kollha tagħhom biex jattakkaw anke lil din il-gazzetta li fakkret dan l-anniversarju, kif kellna dmir nagħmlu. L-aħħar disa’ snin u l-ħol­qien ta’ gruppi antagonis­ti bl-iskop li jimminaw il-ħidma governat­ tiva u jkissru l-ekonomija nazzjonali, huma friski f’moħħ kulħadd. Din hi l-politika perikoluża li l-PN jibqa’ jagħżel li jimxi fiha. Dan l-aħħar inċident ta’ Bernard Grech hu konformi wkoll ma’ każi oħrajn kontra kull interess nazzjonali, inkluż meta l-PN kien fil-poter u allura l-esponenti tiegħu kienu wkoll

taħt il-ħalfa li jieħdu biss l-aħjar deċiżjonijiet favur Malta, ilMaltin u l-Għawdxin. Wieħed mill-eżempji, li min­ għajr dubju ma kienx fl-inte­ress nazzjo­­nali, idur ma’ dik l-hekk imsej­ħa “razzjonalizzazzjo­ni” taż-żoni ta’ żvilupp fl-2006. Din id-deċiżjoni am­ministrattiva wessgħet l-artijiet għall-iżvilupp b’daqs ekwivalenti għasSiġġiewi sempliċiment biex erbgħa tal-qalba saru miljunarji mil-lum għall-għada, waqt li l-amb­jent ġie kkundannat għal għomru, anke jekk diġà limitat. L-imħuħ wara din il-manuv­ ra maħmuġa ta’ 16-il sena ilu, illum huma magħżulin ta’ Bernard Grech innifsu bħala konsulent personali u rappreżentant uffiċjali tal-PN fl-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi. Każ ieħor klassiku kien meta mar lura mid-deċiżjoni meħuda f’livell ta’ Kabinett biex il-pajjiż jibda jipproduċi l-elettriku bl-u­żu tal-gass. Sussegwentement dan ġie segwit bit-tnaq­ qis tal-livelli fil-liġi ambjentali biex effettivament jiġi aġevolat l-użu tal-agħar fuel fid-dinja, il-Heavy Fuel Oil, fl-impjant talBWSC. Dawn kienu biss uħud

mill-iskandli ta’ GonziPN li żgur ma jġibux l-interess tal-poplu jew il-pajjiż l-ewwel. U nistgħu nibqgħu għaddejjin. Din il-klikka, li llum għadha fl-Oppożizzjoni, oġġezzjonat u fixklet lill-Gvern Laburista fl-għajnuna li ta b’mod kollet­tiv biex tiġi salvata l-ekonomija, biex jiġi evitat l-għeluq ta’ negozji, biex ma jiżdidux il-persuni fuq ir-reġistru tal-qgħad u biex il-familji jkomplu jgħixu bl-aħjar mod, fost oħrajn. Dan kollu esperjenzajnieh fl-aħħar sentejn ta’ pandemija tal-COVID-19, li matulhom il-PN iddeskriva bħala tberbiq il-flus minfuqin mill-Gvern fisservizzi tas-saħħa u fis-setturi, li ntlaqtu l-agħar. Fl-istess ħin ma ddejjaqx jibgħat messaġġi konfliġġenti, inkluż li “l-vaċċin mhux is-soluzzjoni”. Lejlet elezzjoni għand­na nis­ tennew dan u ħafna iżjed. Il-PN ta’ Grech jaf li mhuwiex alternattiva denja għall-Gvern ta’ Robert Abela u l-maġġoranza tal-poplu mhix lesta tafdah. Għalhekk, bħal iddisprat li qed jegħreq, tistenna li jaqbad ma’ kull tibna li jsib biex jipprova jsalva ġildu.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.