KullĦadd_22.01.2023

Page 1

L-AKBAR PJAN AMBJENTALI QED JIĠI ESTIŻ

Il-pjan ta’ investiment ambjentali ambizzjuż, kif imwiegħed fl-aħħar manifest elettorali, ta’ €700 miljun mifruxin fuq seba’ snin biex żoni urbani jinbidlu fi spazji miftuħa ġodda, qed jiġi estiż biex joffri pulmuni ħodor li jkunu eqreb ta’ kull ċ-ċittadin, fiż-żoni urbani abitabbli jew tax-xogħol. Simili għal kif il-wegħda tal-investiment ta’ €700 miljun fl-infrastruttura tat-toroq spiċċat mifruxa wkoll b’suċċess, permezz ta’ Infrastructure Malta (IM), għal tħaddir ta’ żoni żviluppati u ristrutturar ta’ żoni marittimi, dettalji li ngħataw mat-tnedija tal-aġenzija l-ġdida Project Green din il-ġimgħa jixhdu kif il-ħsieb ta’ ħolqien ta’ spazji miftuħa se jkun iżjed ħolistiku.

Il-pjani tal-aġenzija, li se tkun qed titmexxa minn Steve Ellul, mhux biss jinkludu r-reklamazzjoni ta’ siti li llum huma mibnijin u mistennija jinbidlu f’ġonna u spazji ħodor għal skop ta’ rikreazzjoni u rilassament, iżda wkoll it-titjib ta’ żoni diġà ħodor u saħansitra l-garanzija ta’ snin ta’ indokrar wara li jitlestew il-proġetti.

F’konferenza stampa fil-bidu tal-kampanja elettorali kważi sena ilu, il-Prim Ministru Robert Abela kien saħaq li l-prijorità ta’ Gvern Laburista tibqa’ l-kwalità ta’ ħajja aħjar, b’ambjent isbaħ u għaldaqstant kien “se jidħol għall-aktar proġett ambjentali ambizzjuż fl-istorja ta’ pajjiżna”.

Il-proposta Laburista kienet ibbażata fuq dak li hu magħruf bħala urban green reclamation, fejn anke tinxtara art mingħand il-privat biex fejn hu żviluppat jinbidel fi spazju miftuħ, jitħaffru mini taħt toroq traffikużi biex il-vetturi jinżlu taħt l-art u fuq isiru ġonna, waqt li jiżdiedu l-parkeġġi wkoll taħt l-art u flokhom isiru spazji miftuħin.

Tkompli f’paġna 4

Ħarġa Nru 1,541 Prezz €1 Il-Ħadd, 22
ta’ Jannar, 2023 Project Green: il-wegħda ta’ spazji miftuħa qrib tiegħek tmur lil hinn minn proġetti bla preċedent fejn żoni urbani se jiġu rreklamati
460
JGAWDU
TAL-KIRJIET ANTIKI Bis-soluzzjoni legali ta’ sena u nofs ilu biex jipproteġi eluf ta’ familji milli jispiċċaw bla saqaf fuq rashom, il-Gvern diġà ħareġ €1.7 miljun f’sussidji
3
FAMILJA DIĠÀ
SUSSIDJI
Rapport f’paġna
DEPOŻITATI 14-IL MILJUN KONTENITUR F’47 ĠURNATA Rapport f’paġni 6 u 7 Bl-intervent tal-Gvern, ingħata serħan il-moħħ lill-familji f’kirjiet ta’ qabel l-1995 u li hu stmat li jlaħħqu għal madwar 10,000

GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 12°C L-Inqas Temperatura: 8°C L-Indiċi UV: 2

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa minn fuq il-Baħar Tirren ser testendi sa fuq l-Italja u ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Imsaħħab bil-maltempati bir-ragħad u s-silġ Ir-Riħ: Moderat mil-Lbiċ li jdur mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Il-Baħar: Moderat L-Imbatt: Moderat mill-Punent Majjistru li jsir baxx It-Temperatura tal-Baħar: 17°C

It-Tnejn

Empire Pharmacy (Branch), 46, Triq Melita, Il-Belt Valletta — 21238577 Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Il-Marsa — 21221701

Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ — 21465346

Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara — 21488884 Brown’s Pharmacy, 92-94, Triq il-Mensija, San Ġwann — 21373275

Brown’s Pharmacy, Retail Outlet, Level 0, 135, Central Business Centre, San Ġiljan — 21333886 Stella Maris Pharmacy, 34, Triq Milner, Tas-Sliema — 21335217 St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Trasfigurazzjoni, Ħal Lija — 21435875

Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku, Il-Mosta — 21411197

Mġarr Pharmacy, Triq il-Kbira k/m Triq Vitale, L-Imġarr — 21577784

Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija — 21890111

Alpha Pharmacy, Triq Bormla k/m Vjal il-Kottoner, Il-Fgura — 21673811

Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar — 27826685

Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk — 21651278

Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Il-Qrendi — 21683781

Regional Pharmacy, Triq E. H. Furse, L-Imsida — 21312449

White’s Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, L-Imtarfa — 21452833

Għawdex

Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat — 21566170

Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Ta’ Sannat — 21564447

L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

22.01.2023 02 NUMRI IMPORTANTI MEZZI SOĊJALI SIT ELETTRONIKU INDIRIZZ POSTALI KUNTATT ĠENERALI DISINN TAL-PAĠNI REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI EDITUR STAMPAT KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 www.one.com.mt tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722 email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722 email: ronald.vassallo@partitlaburista.org Miller Newsprint Ltd. KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000 www.facebook.com/kullhadd KIMBERLY CEFAI KIMBERLY CEFAI RONALD VASSALLO Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182 DETTALJI IT-TEMP
14°C 14°C 14°C 15°C 8°C 10°C 9°C 9°C UV 2 UV 2 UV 1 UV 3 Il-Ħamis L-Erbgħa Is-Sibt
LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD 14°C 8°C UV 3 It-Tlieta 15°C 9°C UV 2 Il-Ġimgħa
SPIŻERIJI

Waqt li 460 familja diġà qed igawdu mis-sussidju offrut mill-Gvern fil-każ ta’ kirjiet protetti ta’ qabel l-1995, jirriżulta li r-riforma legali relatata, li twettqet inqas minn sentejn ilu, se tkun qed tkopri stima ta’ madwar 10,000 familja li huma affettwati.

Fl-ewwel sena mir-riforma legali, li ddaħħlet f’Ġunju tal-2021, kien hemm 122 familja li gawdew mill-għajnuna li kienet tlaħħaq il-€211,668, waqt li issa seba’ xhur wara l-ammont żdied b’aktar minn 340 familja oħra. B’każi pendenti quddiem il-qrati lokali u deċiżjonijiet fil-qrib, aktar familji dalwaqt mistennija jkomplu jiżdiedu mal-għajnuna offruta li sal-lum qed tlaħħaq il€1.7 miljun.

Bl-intervent tal-Gvern u l-introduzzjoni tar-riforma fisser li awtomatikament l-10,000 familja tneħħitilhom l-inċertezza li kienet qed taħkimhom u ġew salvati milli jispiċċaw bla saqaf fuq rashom.

Meta ħabbar pjan biex isolvi l-kwistjoni li rat każi jispiċċaw f’sentenzi ġudizzjarji kontra l-inkwilini, il-Prim Ministru Robert Abela kien qal li l-Gvern kellu pjan imfassal fuq tliet prinċipji – dak tal-protezzjoni lill-inkwilini biex ħadd ma jispiċċa bla saqaf fuq rasu; dak li min jistħoqqlu l-protezzjoni ta’ kirja soċjali ma jitgħabbiex b’kirja li ma jiflaħx; u li s-sidien jingħataw kumpens li hu xieraq għall-proprjetà tagħhom.

B’deċiżjonijiet fil-qrati, inkwili-

ni f’kirjiet simili kienu qegħdin jiġu żgombrati mill-postijiet fejn għexu għal ħafna snin, sakemm il-Gvern ma ħariġx b’din is-soluzzjoni, li ġabet ġustizzja u serħan il-moħħ għall-partijiet involuti, fejn il-kenn tad-dar hu meqjus bħala dritt universali u għandu jibqa’ jiġi protett.

Sidien ta’ proprjetajiet, li għandhom kirjiet protetti ta’ qabel l-1995, ukoll qed jirċievu qligħ ġust li jirrifletti l-valur tal-proprjetà tagħhom skont is-suq. Dan fl-istess ħin li, min-naħa l-oħra, ġie assigurat li l-ebda inkwilin ma jispiċċa bla residenza fejn jgħix u allura bl-eventwalità ta’ piż akbar fuq il-Gvern biex isiblu post alternattiv.

Is-sidien issa għandhom dritt li, b’rikors quddiem il-Bord li Jirregola l-Kera u proċedura spedita, jitolbu li l-kera tiżdied sa massimu ta’ 2% tal-valur tal-proprjetà fis-suq, flok il-kirja miżera li kienu jirċievu.

L-emendi li ddaħħlu assiguraw li l-inkwilini ma jħallsux lanqas aktar milli jifilħu għall-kirja, tant li dawk li jaħdmu full-time xorta ma jħallsux aktar minn 25% jew kwart tad-dħul tagħhom, bil-Gvern ikopri d-differenza taż-żieda fil-kera sa massimu ta’ €10,000 fis-sena. Ġie assigurat ukoll li l-Istat ikun viċin tal-pensjonanti u li jiddependu mill-benefiċċji soċjali billi jkopri ż-żieda imposta bl-istess ammont massimu.

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni

Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes spjega mal-KullĦadd li b’din ir-riforma, it-tieni l-akbar waħda fl-aħħar snin fis-settur tal-akkomodazzjoni soċjali wara r-riforma fil-liġi tal-kirjiet residenzjali privati, “illum il-Gvern diġà qed jagħti aktar minn €1.7 miljun f’sussidju fuq dawn il-kirjiet protetti, sussidju li se jkompli jiżdied fiż-żminijiet li ġejjin hekk kif qed ikomplu jinqatgħu aktar każi.” Hu nnota wkoll li diġà hemm aktar minn 460 familja li qed jibbenefikaw minn dan is-sussidju “biex b’hekk għal darba oħra rġajna wrejna kemm aħna bil-fatti tassew Gvern viċin in-nies u Gvern li jisma’.’’

Għajnuna fix-xiri ta’ proprjetà Din il-ġimgħa stess fil-Parlament, ilMinistru wkoll għadda tagħrif dwar kemm s’issa hemm persuni li qegħdin jibbenefikaw minn skema oħra, dik tal-Equity Sharing, li tinċentiva familji li ma jkunux jifilħu jħallsu għax-xiri ta’ residenza, waqt li l-Gvern jidħol għallħlas ta’ nofs il-proprjetà.

Galdes qal li sal-lum il-ġurnata aktar minn 230 persuna diġà xtraw proprjetà bi sħab mal-Awtorità tad-Djar, li min-naħa tagħha ħarġet aktar minn €10 miljun fuq din l-iskema, li hi waħda minn ħafna intenzjonati li jgħinu aktar persuni jsiru sidien ta’ darhom.

Matthew Zerafa, Kap Eżekuttiv talAwtorità tad-Djar, qalilna li, flimkien mal-Ministeru, diġà bdiet għaddejja ħidma ħalli din l-iskema introdotta fl-2019 tkompli tissaħħaħ u tibda tilħaq ukoll żgħażagħ li għandhom ’il fuq minn 25 sena. “B’hekk inkom-

plu nagħmlu s-suq tal-proprjetà aktar aċċessibbli. Bħalissa l-Awtorità għaddejja wkoll b’ħidma intensiva biex fil-ġimgħat li ġejjin tibda tagħti l-għotja tal-€10,000 lill-first-time buyers li xtraw proprjetà mill-1 ta’ Jannar 2022 ’il quddiem biex b’hekk ikollna dawk li jiġu megħjuna jwettqu l-ħolma tagħhom, waqt li ntaffulhom ftit millpiż li din id-deċiżjoni ġġib magħha,” tenna Zerafa.

Dawn il-miżuri u oħrajn għenu biex eluf iżjed ta’ familji jsiru sidien ta’ djarhom. Fil-fatt, statistika uffiċjali tindika li fl-2021 kien hemm 163,425 familja li kienu sidien ta’ djarhom, li jfisser li, mindu Robert Abela sar Prim Ministru, kien hemm żieda ta’ xi 12,100 familja li investew fi proprjetà li hi tagħhom.

Waqt li, skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), fl-2019 kien hemm 151,260 familja sidien ta’ djarhom, iż-żieda sinifikanti hi attribwita għal politika Laburista li tgħin u tiffaċilita lil aktar koppji żgħażagħ biex jistabbilixxu l-bażi tal-istatus fil-ħajja tagħhom.

Bħala medja f’sentejn, bejn l-2019 u l-2021, kien hemm żieda ta’ madwar 17il familja li saru sidien ta’ djarhom ma’ kull ġurnata. Dan f’kuntest ukoll talpandemija tal-COVID-19, li ħafna kienu bassru li kellha twassal għal qgħad rekord u għal kollass fil-bejgħ tal-proprjetà. Minflok, qatt fl-istorja ta’ pajjiżna ma kien hawn daqstant familji li wettqu l-ħolma li jkunu proprjetarji taddar tagħhom.

Minn analiżi li kienet wettqet din ilgazzetta, jirriżulta li, fil-leġiżlatura ta’ qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013, il-medja kull jum ta’ żieda fil-familji li saru sidien ta’ djarhom kienet biss ta’ sitta, kważi terz inqas. Fl-2012 waħedha, l-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista, kien hemm inqas minn 119,000 familja sidien tal-proprjetà fejn joqogħdu jew kważi 45,000 inqas minn dawk irreġistrati sentejn ilu.

22.01.2023 03 10,000 FAMILJA
B’MOD AWTOMATIKU Pjan imsejjes fuq tliet prinċipji li joħloq ġustizzja ma’ kulħadd
PROTETTI

MIRA LI JINĦOLQU SPAZJI ĦODOR

Tkompli minn paġna 1

Eżempji ta’ dan issemmew il-fabbrika tal-ħalib fil-Ħamrun, li se tiġi rilokata u minflok jinbena parkeġġ taħt park bid-daqs ta’ 10 tomniet, il-konverżjoni ta’ Triq Sant’Anna fil-Furjana u l-qalba ta’ San Ġwann u r-Rabat, Għawdex, u t-tisqif ta’ toroq arterjali bħal parti mill-Marsa-Ħamrun Bypass u fil-Wied ta’ Birkirkara.

Il-KullĦadd hi infurmata li issa l-ħidma se tkun qed tmur lil hinn minn hekk ukoll, inkluż bit-titjib u l-indokrar ta’ żoni diġà eżistenti. Fost dawn hemm l-irranġar u ż-żieda ta’ sigurtà fiż-żona ħadra vasta ta’ 60,000 metru kwadru bejn Tal-Pietà u l-Furjana, li iżda llum, minħabba r-reputazzjoni ħażina li għandha għall-abbużi u nuqqas ta’ sigurtà, ftit jazzardaw igawduha anke matul il-ġurnata.

“F’dan il-pajjiż kulħadd irid li jħalli lil uliedu pajjiż isbaħ, bi kwalità ta’ ħajja aħjar, u għaldaqstant il-mira tal-aġenzija ġdida hi proprju dik li tintlaħaq din l-aspirazzjoni,” qalet il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, Miriam Dalli, fil-bidu ta’ din il-ġimgħa.

“Din l-aġenzija se tkun qed taspira li tgħolli ’l fuq il-kwalità tal-ħajja tannies billi toħloq spazji miftuħa ta’ livell. Dan billi ssir konsultazzjoni wiesgħa mal-komunitajiet qabel u waqt l-implimentazzjoni tal-proġetti,” hi qalet.

Bħal ħafna gżejjer żgħar, pajjiżna għandu ċirkostanzi u sfidi partikolari fejn jidħlu spazju u art, waqt li għandu t-tielet l-akbar rata ta’ urbanizzazzjoni fl-Ewropa kollha, hekk kif 95% talMaltin u l-Għawdxin jgħixu f’żoni urbani. Bi kważi 1,700 persuna jgħixu f’kull kilometru kwadru, Malta wkoll għandha l-akbar densità li teżisti fl-Unjoni Ewropea u waħda mill-ogħla fid-dinja.

Minkejja dawn l-isfidi, iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin għandhom l-istess aspirazzjonijiet għal kwalità ta’ ħajja li għandhom ċittadini oħrajn.

Għalhekk l-iskop ta’ Project Green li taħdem esklussivament fuq din l-ambizzjoni bil-ħolqien ta’ spazji ħodor għal kull min jaħdem u jgħix f’pajjiżna fejn ikun jista’ jgawdi ambjent aktar trankwill u san, bi kwalità ta’ ħajja aħjar.

Minkejja l-isfidi f’pajjiżna, il-Maltin u l-Għawdxin għandhom l-istess aspirazzjonijiet għal kwalità ta’ ħajja bħal ċittadini oħrajn. Għalhekk Project Green se taħdem fuq din l-ambizzjoni bil-ħolqien ta’ spazji ħodor għal kulħadd

Fi kliem il-Kap Eżekuttiv tal-istess aġenzija, Project Green se tagħmel dan b’enfażi speċjali fuq iċ-ċen tri tal-irħula u l-ibliet tagħ “Irridu li kull ċittadin ikollu spazji miftuħa viċin fejn jaħdem u jgħix. Il-mira tagħna hi li fi tmiem dan il-proġett, int min int, tgħix fejn tgħix fuq din il-gżira tkun tista’ ssib spazju aħdar f’inqas minn 10 minuti mixi,” qal Steve Ellul.

Hu enfasizza li Project Green trid tagħti pulmuni liż-żoni urbani fil-pajjiż, filwaqt li terġa’ tagħti l-ħajja lil dawk l-ispazji ħodor li matul iż-żmien kienu mitluqa u tilfu mis-sbuħija tagħhom.

“Għalhekk se nkunu qed inniedu għadd ta’ proġetti oħrajn li se jkunu spazji miftuħa eqreb tal-komunitajiet

tagħna, waqt li se nirriġeneraw spazji eżistenti – proprju fil-qalba tal-lokalitajiet tagħna. Hawn qed nippjanaw u diġà

beda x-xogħol fuq portafoll ta’ proġetti differenti, minn ġonna ġodda al estensjonijiet ta’ parks eżistenti. Dan b’mod partikolari fin-naħa t’isfel tal-pajjiż fejn hemm konċentrazzjoni qawwija ta’ urbanizzazzjoni,” qal lil din il-gazzetta l-Kap Eżekuttiv tal-aġenzija. Minn riġenerazjoni ta’ spazji miftuħa, li maż-żmien tħallew jintelqu, għallħolqien ta’ spazji ħodor miftuħa flok

TIFĦIR GĦALL-

Diversi stakeholders faħħru t-tnedija tal-politika nazzjonali għall-avjazzjoni fl-aħħar jiem mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Aaron Farrugia (inset). L-industrija tal-avjazzjoni, li hi waħda mill-muturi ekonomiċi ewlenin ta’ pajjiżna, tinsab fi stadju kritiku ta’ rkupru b’mod speċjali wara l-pandemija talCOVID-19 u l-inizjattiva tal-Gvern Malti ntlaqgħet pożittivament.

Waqt konferenza dwar il-futur tas-settur fejn attendew rappreżentanti tal-industrija, esperti u oħrajn mill-komunità kummerċjali, nhar l-Erbgħa tħabbret il-politika “Civil Aviation Policy for Malta 2023-2030’’, li ġiet finalizzata bis-sehem tal-partijiet interessati li taw il-kontribut tagħhom bħala parti minn konsultazzjoni pubblika.

F’diskussjoni, David O’Brien, Kap Eżekuttiv ta’ MaltaAir, faħħar din il-politika u lill-Gvern talli għaraf ir-riskju li pajjiżna jsir vittma tas-suċċess tiegħu stess. Dan kollu hu importanti fil-kuntest

22.01.2023 04
Il-Ministru Dalli u Steve Ellul, li se jkun qed imexxi Project Green
L-avjazzjoni hi settur b’saħħtu f’pajjiżna u qed tkompli tikber, inkluż bl-investiment ta’ €175 miljun mill-MIA fuq il-ħames snin li ġejjin

LI JKUNU QRIB TA’ KULĦADD

FUQ: Wieħed mill-proġetti fil-pjan ta’ €700 miljun li se jara t-tisqif ta’ parti mdaqqsa tal-Marsa-Ħamrun Bypass fil-limiti ta’ Santa Venera XELLUG: Parti miż-żona mistkerrha ta’ 60,000m2 bejn il-Furjana u Tal-Pietà, li wkoll qed tiddaħħal fil-pjani tal-aġenzija biex titgawda

ma’ spazji miftuħa li jinkludu wkoll attivitajiet sportivi u edukattivi, skont il-ħtiġijiet tal-lokalità,” kompla jispjega Ellul.

Hu qal li l-ħsieb wara dawn il-proġetti hu li “nipprovdu spazji ħodor bi skop, jiġifieri b’tema li tkun tirrifletti l-ħtiġijiet u l-bżonnijiet ta’ min jgħix, jistudja u jaħdem f’dawn iż-żoni urbani.”

hemm pjan ċar u fattibbli ta’ żamma u indokrar għal mill-inqas 10 snin,” insista Ellul, waqt li saħaq li l-iskop aħħari se jibqa’ li f’dawn l-ispazji ġodda jkun hemm tfal jiġru u jiddevertu, żgħażagħ jistudjaw u jagħmlu l-eżerċizzju fiżiku, anzjani jirrilassaw u familji jgawdu l-ħin liberu tagħhom.

żoni li jistgħu jiġu żviluppati f’bini ġdid jew l-eliminazzjoni ta’ bini eżistenti biex jagħmel wiesa’ għal dan il-għan, se jkun il-bażi tal-ħidma tal-aġenzija.

“L-objettiv tagħna hu li naraw li nniedu u nwettqu numru ta’ proġetti ta’ dan it-tip mifruxin mat-territorju kollu minn din is-sena stess. Filfatt, qed naraw estensjoni ta’ parks f’Ħaż-Żabbar u l-Mosta, fost oħrajn, investiment fi ġnien ekoloġiku fix-Xewkija, amministrar aħjar tal-Pinetum

f’Tal-Pietà, ġnien ta’ xejn inqas minn 60,000 metru kwadru, li sal-lum hu assoċjat l-aktar mal-abbużi; ħolqien ta’ spazji ħodor ġodda fiż-żona urbana tal-Gudja u l-Kottonera; żewġ proġetti ta’ spazji miftuħa f’Birżebbuġa u f’Bengħajsa; spazji oħrajn flok artijiet mitluqa f’Marsaskala, waqt li jibda jitgawda b’mod attiv il-Park tal-Inwadar; spazji ħodor f’artijiet f’żoni ta’ żvilupp; outdoor green campuses f’lokalitajiet iffrekwentati mill-istudenti, flimkien

B’dawn il-proġetti kollha, Project Green se tkun qed tara mhux biss li jitwettqu b’mod mill-aktar affiċjenti u effettiv, imma se nkunu qegħdin naraw li għal kull proġett ikun hemm pjan ċar u strutturat għall-manutenzjoni fuq terminu twil tagħhom.

“M’aħniex se nagħtu l-flus u wara sena kollox ikun reġa’ ġie kif kien, anzi se nkunu qed nassiguraw li x-xogħol isir kif suppost u jibqa’ jsir anke wara li jitlesta l-proġett u jiġi varat. Fil-fatt, din l-iskema se tkun qed tara li jkun

Mat-tnedija ta’ Project Green ukoll tħabbar li din se tkun qed tniedi struttura biex is-settur privat jinvesti direttament fi proġetti ħodor fil-komunitajiet jew oħrajn ta’ afforestazzjoni.

“Nista’ nikkonferma li f’dan is-sens diġà hemm interess qawwi mis-settur privat, tant li l-aġenzija diġà se tkun qed tara li ssib post id-daqs ta’ ftit aktar minn disa’ grawnds tal-futbol biex jitħawlu xejn inqas minn 7,500 siġra u arbuxell fit-12-il xahar li ġejjin, ilkoll iffinanzjati mis-settur finanzjarju Malti,” ħabbar Ellul waqt it-tnedija tal-aġenzija.

POLITIKA NAZZJONALI TAL-AVJAZZJONI

tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ pajjiżna, tal-fatt li aħna gżira żgħira, li kellna ħafna suċċess f’dan is-settur u li għandna żewġ organizzazzjonijiet kbar għall-manutenzjoni tal-ajruplani.

Hawn O’Brien irrimarka wkoll li l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) għandu aktar konnessjonijiet internazzjonali diretti minn Heathrow, li hu meqjus wieħed mill-hubs ewlenin Ewropej. Id-diskussjoni seħħet ukoll fl-istess ġimgħa li l-MIA ħabbar investiment massiċċ ta’ €175 miljun fuq il-ħames snin li ġejjin, inkluż fl-espansjoni tat-terminal. €39 miljun se jiġu investiti din is-sena biss.

“Il-Ministeru għamel u qed jibqa’ jagħmel biċċa xogħol tajba f’żewġ niċeċ tal-ekonomija tagħna: il-yachting u l-avjazzjoni,” qalet il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ Marthese Portelli, waqt li żiedet ukoll li hu inkoraġġanti li l-istakeholders qed jiġu involuti b’mod dirett, anke jekk ġejjin mis-settur privat.

O’Brien: Malta b’aktar konnessjonijiet internazzjonali diretti minn Heathrow

Fl-intervent tiegħu, Stanley Bugeja mill-Malta Business Aviation Association irringrazzja lill-Ministru talli jinvolvi ruħu f’konvenzjonijiet internazzjonali bħal dik tal-Aviation Convention & Exhibition (EBACE), għax “il-preżenza tiegħu tagħmel differenza meta pajjiżna qed jikkompeti ma’ pajjiżi oħrajn f’dan is-settur”. Hu spjega li dan jibgħat messaġġ b’saħħtu li jirrifletti kemm Malta qed tieħu dan is-settur bis-serjetà. Il-politika nazzjonali għall-avjazzjoni, li tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru, ġiet finalizzata wara djalogu mal-industrija, b’ħarsa lejn il-ħidma u l-investimenti li saru fil-passat flim-

kien mal-viżjoni għall-futur biex jiġu indirizzati l-isfidi u l-pajjiż ikun f’pożizzjoni jantiċipa l-opportunitajiet.

“Il-Gvern kommess li pajjiżna jkompli jsaħħaħ il-qafas regolatorju preżenti, ikompli jinvesti fl-industrija u f’niċeċ ekonomiċi ġodda, jiddekarbonizza u jħarreġ il-workforce li hi meħtieġa fir-reġjun. Se naraw li nirrispettaw l-obbligi ambjentali u dawk tat-tibdil fil-klima, li nkunu pijunieri f’niċeċ ekonomiċi ġodda u nużaw il-pożizzjoni ġeostrateġika ta’ pajjiżna biex nibqgħu nattiraw l-investiment u nkunu ċentru ta’ taħriġ li joffri l-ħiliet li din l-industrija se jkollha bżonn fil-ġejjieni,” qal il-Ministru Farrugia.

Dan il-pjan strateġiku tal-Gvern ikompli jibni fuq proġetti oħrajn, fosthom dak tar-riġenerazzjoni u l-estensjoni tal-airfield f’Għawdex u l-masterplan għaż-żona tal-Ajruport. Din il-ħidma se tkompli twitti t-triq biex jiġu attirati lejn pajjiżna iktar intrapriżi u proġetti innovattivi.

22.01.2023 05

MAL-14-IL MILJUN KONTENITUR  F’47

Il-Ġimgħa 30 ta’ Diċembru l-aktar ġurnata singolari li fiha ntużaw il-magni tal-BCRS mill-bidu tas-sistema

F’seba’ ġimgħat, mit-tnedija tal-iskema sal-aħħar tas-sena li għaddiet, inġabru kważi 14-il miljun kontenitur taxxorb fir-Reverse Vending Machines (RVMs) tal-operatur privat tal-Beverage Container Refund Scheme (BCRS). Waqt li fl-ewwel ġimgħa tal-iskema kien irrapportat il-ġbir ta’ miljun kontenitur, hu ovvju li l-ammonti baqgħu jiżdiedu tant li l-medja fuq seba’ ġimgħat laħqet iż-żewġ miljuni kull ġimgħa.

Minn tagħrif f’idejn din il-gazzetta joħroġ li f’ġurnata waħda biss u jumejn qabel il-bidu ta’ sena ġdida kienu ġew depożitati xejn inqas minn 459,941 kontenitur, li kien l-akbar ammont għal jum singolari mill-perjodu indikat ta’ 47 ġurnata.

Dawn ir-riżultati sinifikanti jfissru li daqstant miljuni ta’ kontenituri ġew iffrankati milli jintremew fil-borża l-griża flimkien ma’ skart ieħor riċiklabbli jew saħansitra milli jintremew b’mod irresponsabbli fl-ambjent. Iċ-ċifri wkoll jagħmlu kuraġġ biex l-iskema tkompli tindara fuq livell nazzjonali.

L-iskema, li tirrifondi fil-forma ta’ rċevuta l-10ċ imħallsin fuq kontenituri tax-xorb li huma magħmulin minn plastik, landa u ħġieġ, kienet tnediet fl-14 ta’ Novembru li għadda bħala parti minn miri ambjentali ambizzjużi nazzjonali, li mill-bidu tal-2021 ukoll wasslu għall-projbizzjoni tal-importazzjoni f’pajjiżna ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba biss u sena wara l-projbizzjoni tal-bejgħ tal-istess prodotti. Dak iż-żmien Malta kienet saret waħda mill-ewwel pajjiżi li waqqfu importazzjoni simili.

Jirriżulta lill-KullĦadd li l-aktar ġranet “popolari” ta’ depożiti fl-RVMs kienu nhar ta’ Sibt, it-Tnejn u l-Ġimgħa, f’dik l-ordni, waqt li l-iżjed hubs li laqgħu kontenituri tax-xorb vojta fl-ewwel ġimgħat tal-iskema kienu dawk ta’ Birkirkara, Luxol (Pembroke), San Pawl il-Baħar, Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun, li jinsabu fir-reġjuni taċ-ċentru, tat-Tramuntana u tal-Lvant rispettivament.

Issa l-operaturi tal-BCRS qed jimmiraw li, mat-300 magna li diġà jinsabu mferrxin mal-pajjiż kollu, inklużi 170 f’supermarkets ewlenin, jiżdiedu 20 oħra sa tmiem ix-xahar id-dieħel. Fi tweġiba Parlamentari mill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli ngħad li, waqt li l-operatur tal-iskema, BCRS Malta Ltd, hu privat, “bħala Gvern qegħdin naraw li issues li jinqalgħu jiġu indirizzati malajr kemm jista’ jkun, inkluż ukoll il-ħtieġa li jiżdiedu magni addizzjonali. Ninsab infurmata li se jkunu installati magni f’Bormla, il-Mosta, Ta’ Xbiex, Birkirkara (Ta’ Paris), in-Naxxar, il-Marsa, il-Belt Valletta, Santa Luċija, ix-Xagħra, l-Isla u l-Armier. L-installazzjoni ta’ dawn il-magni, flimkien mal-permessi neċessarji mill-entitajiet konċernati, mistennija jitlestew fl-ew-

wel kwart ta’ din is-sena.”

F’intervent ieħor Parlamentari l-ġimgħa li għaddiet, il-Ministru kienet ukoll spjegat kif il-Ministeru tagħha jinsab f’taħditiet kontinwi mal-operaturi, li min-naħa tagħhom qed juru rieda tajba biex jissolvew diffikultajiet li qed jiffaċċjaw il-konsumaturi.

“Pereżempju, kellna lmenti li d-depożitu ta’ flixkun, flixkun, kien qed jieħu wisq ħin u issa l-magni qed jiġu addattati aħjar,” saħqet il-Ministru Dalli, waqt li wkoll semmiet kif dawk li għandhom diffikultajiet biex jaċċessaw il-magni, bħall-anzjani, se jiġu offruti wkoll is-servizz tas-Silver T, it-trasport b’xejn li ġie introdott b’kollaborazzjoni mal-kunsilli u li attwalment iservi fil-lokalitajiet għall-bżonnijiet tagħhom ta’ kuljum. “Ninsabu f’taħditiet mal-Ministeru għall-Anzjanità Attiva biex nassiguraw lill-anzjani li jkollhom aċċess ukoll għal postijiet qrib djarhom fejn titħaddem din is-sistema,” qalet Dalli.

Is-Sibt, it-Tnejn u l-Ġimgħa kienu l-aktar jiem li fihom intużaw il-magni tal-BCRS … ir-reġjuni taċ-ċentru, tat-Tramuntana u tal-Lvant l-aktar li kkontribwew

L-operaturi tal-iskema qed jimmiraw li, minbarra t-300 magna li diġà jinsabu mferrxin mal-pajjiż kollu, inklużi 170 f’supermarkets ewlenin, jiżdiedu 20 oħra sa tmiem ix-xahar id-dieħel … minbarra hekk għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Ministeru għall-Ambjent u dak għall-Anzjanità Attiva wkoll biex is-servizz tas-Silver T jaqdi lill-anzjani biex ikollhom aċċess faċli għas-sistema

Jirriżultalna li l-magni fl-iskema sallum qed jitbattlu sa 10 darbiet kuljum, waqt li l-materjal jitwassal b’vetturi ddedikati fl-impjant tal-BCRS fil-Qasam Industrijali ta’ Ħal Far.

Bis-sistema tal-BCRS, la l-materjal kollu depożitat ma jitħallatx ma’ skart ieħor, ikun jista’ jiġi riċiklat u jerġa’ jintuża fil-produzzjoni ta’ kontenituri ġodda, bħala parti mill-prinċipju ta’ ekonomija ċirkolari. Dan hu possibbli, ladarba jiġi sseparat plastik trasparenti minn dak ikkulurit, minn bottijiet tal-landa, u ħġieġ.

Mill-bidu tal-iskema, BCRS Limited investiet €18-il miljun fl-infrastruttura li tinkludi kemm il-Clearing Centre f’Ħal Far kif ukoll diversi RVMs madwar il-pajjiż.

Din il-gazzetta hi infurmata li, sal-ewwel ġimgħat ta’ din is-sena l-ġdida, diġà ġew esportati mas-716-il tunnellata ta’ materjal lejn kumpaniji Ewropej li huma ċertifikati biex jagħmlu dan ix-xogħol. F’Malta għad m’hawnx

kumpaniji li jħaddmu tali proċess.

L-għan hu li pajjiżna jirriċikla iżjed fliexken tax-xorb li jintużaw darba u hu stmat li, sal-2026, disgħa minn kull 10 fliexken tax-xorb ikunu qed jiġu riċiklati.

F’kummenti lil ONE News ftit qabel daħlet fis-seħħ din l-iskema lura f’Novembru, il-Kap Eżekuttiv tal-BCRS Ltd, l-Inġinier Ed ward Chetcuti, spjega li l-konsumatur, apparti l-prezz li bih jixtri flixkun, iħallas depożitu ta’ 10ċ u wara li jitfa’ dan il-flixkun fir-reverse vending machines, jieħu flusu lura.

“Dan lanqas hu suġġett għall-VAT u jieħdu lura billi jirritorna dan il-kontenitur vojt f’waħda mill-RVMs installati madwar Malta u Għawdex. Il-kontenitur irid ikun sħiħ, mhux mgħaffeġ, vojt, ikollu l-barcode jidher u jkun ovv-

jament parti mill-iskema,” kompla Chetcuti.

Fil-każ tal-istabbilimenti tal-catering, id-depożitu għandu jkunu miżjud biss jekk il-kontenitur tax-xorb jinħareġ mill-istabbiliment mill-konsumatur stess. Dan filwaqt li meta jkun ikkonsmat fil-post, il-konsumatur m’għandux iħallas id-depożitu u l-istabbiliment għandu jżomm il-kontenituri tax-xorb u għalhekk l-istess stabbiliment ikun

22.01.2023 06
San Pawl il-Baħar Pembroke Birkirkara

jista’ jieħu lura d-depożitu meta dawn il-kontenituri jintbagħtu lura lill-BCRS. Chetcuti spjega wkoll li fost l-affarijiet aċċettati fl-iskema hemm kontenituri tal-ilma, soft drinks, energy drinks u birer, fost oħrajn, waqt li dawk li mhux aċċettati huma tal-inbejjed, spirti alkoħoliċi, juices, prodotti tal-ħalib u dawk f’kartuna.

F’Novembru tal-2021 il-kumpanija BCRS Malta Ltd iffirmat ftehim mal-kumpanija Envipco għall-provvista, installazzjoni u manutenzjoni tar-Reverse Vending Machines, li joperaw permezz tal-aħħar teknoloġija tal-Internet of Things.

BCRS Malta Ltd ġiet inkorporata fl2020 mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Pro-

l-ibħra u l-ambjent.

L-iskema lokali qed tindirizza l-problema billi tinċentiva lill-konsumaturi jirritornaw tali kontenituri għal rifużjoni ta’ depożitu u b’hekk effettivament iddawwar il-problema f’opportunità.

Liġi fl-UE se twaqqaf esportazzjoni ta’ skart tal-plastik barra l-UE

Sadanittant, il-Parlament Ewropew ivvota bi 93% favur rapport, li kien qed jinnegozja l-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer f’isem il-grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi, bil-għan li jiġi rivedut regolament Ewropew dwar l-esportazzjoni ta’ plastik għarriċiklaġġ ’il barra mill-konfini tal-UE.

“Ma nistgħux inkomplu naċċettaw sitwazzjoni fejn l-isfidi tal-iskart li qed niffaċċjaw fl-UE jbatuhom pajjiżi terzi b’konsegwenzi devastanti għall-klima, l-ambjent u s-saħħa tan-nies f’dawn il-pajjiżi. Wasal iż-żmien li ngħidu daqshekk għal din ir-realtà billi nerfgħu r-responsabbiltà tagħna u nittrattaw il-plastik bħala riżorsa importanti għall-ekonomija ċirkolari li tiffunzjona bis-sħiħ,” saħaq l-MPE Laburista, li kien ilu għal din l-aħħar sena jinnegozja r-reviżjoni.

Wara xhur ta’ negozjati, il-membri tal-Parlament Ewropew esprimew appoġġ kbir, waqt li Engerer esprima d-diżappunt tiegħu għall-politika talUE dwar l-iskart u l-mod kif din ipprovat tagħlaq għajnejha għal realtà inaċċettabbli li taffettwa tant komunitajiet vulnerabbli barra l-kontinent Ewropew.

“Innaddfu darna u nikinsu l-ħmieġ barra. Dak li qed nagħmlu fl-Ewropa biex nindirizzaw l-isfidi tagħna fejn jidħol l-iskart. Aħna ngħixu f’dinja waħda u l-esportazzjoni tattniġġis lejn pajjiżi terzi għandha impatt globali,” kompla Engerer, waqt li l-UE wkoll teħtieġ tibdel il-perspettiva tagħha fejn jidħol l-iskart biex jibda jitqies bħala riżorsa ta’ valur u għandu jintuża f’konformità ma’ ekonomija ċirkolari li taħdem bis-sħiħ.

Il-Gvern ħawwel 35,600 siġra u arbuxell f’diversi ġonna u siti naturali f’aktar minn 54 lokalità f’Malta u f’Għawdex fl-2022. Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli qalet dan waqt li kienet qed tħabbar kif dawn is-siġar se jkunu fost l-ewwel kontribuzzjonijiet ta’ Malta għall-mira tal-Unjoni Ewropea li l-Ewropa tħawwel tliet biljun siġra sal-2030.

Waqt tħawwil ta’ siġar fil-Park talMajjistral, il-Ministru spjegat kif issiġar li diversi entitajiet tal-Gvern qed iħawlu bħala parti minn din l-inizjattiva ambjentali Ewropea se jiġu rreġistrati f’MapMyTree, l-applikazzjoni online (website app) li nediet il-Kummissjoni Ewropea stess, u li f’Malta qed tiġi kkordinata minn Ambjent Malta.

Din l-applikazzjoni, li tinsab fis-sit mapmytree.eea.europa.eu, hi miftuħa għal kulħadd, mhux biss għall-entitajiet governattivi. Individwi, negozji u organizzazzjonijiet li jħawlu siġar indiġeni bl-għan li jsaħħu l-bijodiversità ta’ pajjiżna u jnaqqsu l-impatti tal-emerġenza fil-klima jistgħu jirreġistrawhom biex jikkontribwixxu għall-mira Ewropea ta’ tliet biljun siġra fit-tmien snin li ġejjin.

bjentali,” qalet il-Ministru Dalli. Il-Ministru fakkret ukoll li l-Ministeru għadu kif waqqaf l-aġenzija Project Green sabiex tiffoka u tixpruna t-twettiq ta’ dan il-pjan tal-Gvern li f’seba’ snin jinvesti €700 miljun fil-ħolqien ta’ spazji ħodor miftuħa f’kull lokalità. Fost l-ewwel proġetti tagħha, fl-2023 Project Green ser tħawwel mas-7,500 siġra indiġena, li ser jiġu ffinanzjati mis-settur privat bħala parti mill-impenn tagħhom lejn il-prinċipji tal-ESG.

dutturi tax-Xorb, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Importaturi tax-Xorb u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Bejjiegħa tax-Xorb.

L-iskema għar-rifużjoni tal-kontenituri tax-xorb introdotta f’Malta hi intiża li tagħlaq il-ħolqa fiċ-ċiklu tal-produzzjoni ta’ kontenituri tax-xorb li jintużaw darba. Kull sena, madwar id-dinja, jiġu prodotti tunnellati ta’ kontenituri tax-xorb li jintużaw darba biss, b’ammont konsiderevoli minnhom jispiċċaw mormijin b’mod irresponsabbli, bil-konsegwenza li jniġġsu

Permezz tal-ftehim milħuq kwalunkwe skart ieħor esportat ’il barra mill-UE jista’ jmur biss f’faċilitajiet tal-iskart li jissodisfaw l-istess standards applikabbli fl-UE. Il-Parlament Ewropew qabel ukoll li jiffaċilita t-trasport taliskart bejn l-istati membri tal-UE billi titnaqqas il-burokrazija u jittejjeb l-użu mill-ġdid tal-iskart.

Ir-rapport innegozjat minn Engerer issa jmur għal negozjati mal-Kunsill tal-UE bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim ta’ kompromess fix-xhur li ġejjin.

Il-Ministru Dalli rringrazzjat lill-entitajiet governattivi, għaqdiet volontarji u negozji li sena wara l-oħra qed iħawlu ħafna siġar u arbuxelli madwar Malta u Għawdex.

“Lil hinn mis-sehem ta’ pajjiż żgħir bħal tagħna fil-miri Ewropej tal-afforestazzjoni, l-eluf ta’ siġar li qed inħawlu huma importanti sabiex inkomplu nseddqu l-ambjent naturali ta’ pajjiżna. Jiffurmaw ukoll parti mill-pjan fit-tul li noħolqu aktar spazji miftuħa fejn il-familji jistgħu jistrieħu u jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar qrib in-natura. MapMyTree hija għodda oħra li qed tgħinna biex flimkien inwettqu dan il-pjan am-

L-Unjoni Ewropea stabbilixxiet il-mira ta’ tliet biljun siġra sal-2030 bħala parti mill-European Green Deal, il-pjan ambjentali li se jgħin l-Ewropa tikseb is-sostenibilità u r-reżiljenza ambjentali meħtieġa b’reazzjoni għall-impatti tal-pandemija tas-sena 2020. Din il-mira tifforma wkoll parti milI-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità 2030.

Josianne Muscat, Direttur fi ħdan Ambjent Malta, spjegat li filwaqt li tkejjel il-progress Ewropew lejn din il-mira, l-applikazzjoni MapMyTree qed tgħin ukoll biex tqajjem kuxjenza pubblika dwar l-importanza tal-afforestazzjoni u l-ħarsien ambjentali f’pajjiżna.

Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll id-Direttur Ġenerali ta’ Ambjent Malta Herman Galea, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent Kevin Mercieca u d-Direttur Ġenerali ta’

22.01.2023 07 Ħaż-Żabbar Iż-Żejtun KONTENITUR  F’47 ĠURNATA bi kważi 460,000 flixkun li ġew depożitati dakinhar KONTENITURI AĊĊETTATI Ilma Soft drinks Energy drinks Birer u ciders Dilutables Xorb bit-togħma Kafè lest għax-xorb MHUX AĊĊETTATI Inbejjed Spirti Juices Prodotti tal-ħalib Prodotti fil-kartuna Prodotti fil-pouches
JITĦAWLU 35,600 SIĠRA U ARBUXELL MILL-GVERN FL-2022 … F’54 LOKALITÀ Malta bis-sehem tagħha fil-pjattaforma MapMyTree tal-UE Bħala parti mill-impenn tal-European Green Deal, l-UE stabbilixxiet il-mira li jitħawlu tliet biljun siġra
Parks Malta Adrian Attard.
Ritratt: CLODAGH O’NEILL/DOI

MALTA GĦAQLIJA WKOLL FIX-XIRI TAL-MEDIĊINI WAQT KRIŻI GLOBALI

Il-Gvern qed jipprovdi mediċina alternattiva għal dawk il-pazjenti li minħabba skarsezza ta’ mediċina fl-Ewropa, mhux qed isibu l-mediċina tagħhom. B’hekk qed ikun żgurat li l-ebda pazjent ma jbati minħabba din is-sitwazzjoni dinjija, inkluż fl-Unjoni Ewropea li qed ittella’ s-suġġett ’il fuq fl-aġenda tagħha. Dan qalu fil-Parlament id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne (inset) innifsu meta kien mistoqsi dwar is-sitwazzjoni tal-mediċina out of stock mid-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott.

Apparti dan, il-Gvern qed iħares lejn swieq alternattivi barra mill-UE biex jiżgura li t-22 tip ta’ mediċi na out of stock isiru disponib bli kemm jista’ jkun malajr.

Fearne ddeskriva wkoll kif is-sitwazzjoni f’pajjiżna hi ferm aħjar minn dik f’pajjiżi oħrajn, tant li fl-Italja pereżempju hu rrapportat li hemm mat-3,200 mediċina skarsi, iżda f’pajjiżna l-aħħar aġġornament jinkludi biss 22 mediċina skarsa u diġà hemm uħud minnhom li laħqu ġew disponibbli fissuq lokali.

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista issa ilha ġimgħat tipprova tqarraq u tgħawweġ il-fatti dwar il-mediċina out of stock biex tipprova tpoġġi l-Gvern f’dawl ikrah. Madankollu dan it-tgħawwiġ tal-fatti kien indirizzat mid-Deputat Prim Ministru Fearne meta tkellem fil-Parlament, waqt li l-KullĦadd stess il-ġimgħa l-oħra fakkret fis-sitwazzjoni li kien iffaċċja pajjiżna fl-2011 b’aktar minn 630 mediċina neqsin minn fuq il-formularju tal-Gvern.

Dan kien seħħ mhux minħabba xi kriżi oħra internazzjonali, kif inhu l-każ illum, iżda minħabba li l-amministrazzjoni Nazzjonalista kienet tixxaħħaħ mas-saħħa tal-poplu u ma kinitx qed tonora ħlasijiet dovuti lill-importaturi tal-mediċini.

Fl-aħħar jiem u ġimgħat kemm il-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll deputati tal-Oppożizzjoni pprovaw mhux biss jallarmaw, imma wkoll ipinġu stampa totalment differenti minn dik li fil-fatt hi, li l-mediċini li bħalissa ma jinsabux fis-suq, se jieħdu xhur u snin biex jerġgħu jkunu fuq l-ixkafef. Madanakollu, Fearne qal li din mhix is-sitwazzjoni reali, għax dawn ilmediċini se jkunu lura għand l-ispiżjara f’perjodu ta’ jiem u ġimgħat u xorta hemm mediċini alternattivi sakemm dawn ikunu lura għad-dispożizzjoni tal-pazjenti.

Anke dwar il-pubblikazzjoni tal-lista tal-mediċina out of stock, id-Deputat Prim Ministru fiehem li, kontra l-impressjoni qarrieqa li riedet tagħti l-Oppożizzjoni, il-lista ma kinitx ippubblikata fl-aħħar xahrejn għal raġuni sempliċi u mhux biex il-Gvern jostor is-sitwazz-

joni tal-mediċini out of stock, kif qal il-PN.

Il-lista ġiet fil-fatt ippubblikata nhar id-9 ta’ Jannar b’dewmien ta’ seba’ ġimgħat “minħabba li, kif kien diġà spjegat qabel, is-sistema kienet qed tinqaleb minn waħda manwali għal waħda diġitali. Il-lista ppubblikata fid-9 ta’ Jannar tikkonferma li hemm biss 22 mediċina li huma out of stock,” tenna Mr Fearne, waqt li kkonferma li l-lista se tibqa’ tiġi ppubblikata b’mod regolari.

Ta’ min jirrimarka li kien Gvern Laburista li beda jippubblika l-listi tal-mediċini out of stock b’mod regolari u trasparenti fl-2014, għax amministrazzjonijiet immexxija minn Gvern Nazzjonalista qatt ma kienu jippubblikawhom u l-informazzjoni kienet issir biss pubblika, meta ssir, b’talbiet fil-Parlament.

Dan il-mod kien il-bażi għall-informazzjoni ppubblikata nhar il-Ħadd li għadda minna dwar lista ta’ 14-il faċċata b’45 mediċina fuq kull waħda li kienet ippreżentata mill-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità fi Frar tal-2012, mingħajr ġustifikazzjoni għal dik l-iskarsezza. Fost mediċini neqsin kien hemm numru relatati ma’ kimoterapija u oħrajn li jingħataw lil pazjenti tal-kanċer biex jegħlbu l-effetti tagħha, bħal nausea u remettar. Innuqqas tal-istess mediċini kien ifisser li pazjenti kellhom bilfors jiġu rikoverati fl-Isptar.

Il-Ministeru, li dak iż-żmien kellu lil Claudette Buttigieg bħala l-kelliema tiegħu, kien qed iwieġeb għal mistoqsija tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis.

Wieħed irid jiftakar li l-problema massiva tal-mediċini out of stock kien wiritha Gvern Laburista fl-2013 u mill-ewwel kien ħa azzjoni biex jindirizzaha, tant li daħħal miżura speċifika filBaġit li kienet ukoll imfaħħra mill-Kamra tal-Ispiżjara fi stqarrija tagħha f’Novembru tal-2013.

Dwar in-nuqqas ta’ mediċini llum, b’riżultat tal-kriżi internazzjonali, idDeputat Prim Ministru Fearne diġà kien tkellem fil-bidu ta’ dan ix-xahar f’konferenza tal-aħbarijiet fejn nieda l-estensjoni tal-programm tat-tilqim tal-HPV għas-subien, bla ħlas.

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista tibqa’ tqarraq bl-iskop li tallarma għalxejn, waqt li tiġi mfakkra kif qabel l-2013 mijiet ta’ mediċini kienu jiġu neqsin minħabba li Gvern xħiħ ma kienx qed iħallas lill-importaturi L-ebda

Dakinhar kien serraħ ras il-pazjenti li s-sitwazzjoni tal-mediċini tal-POYC hi taħt kontroll, grazzi għal sensiela ta’ miżuri proattivi li kienu ttieħdu mill-awtoritajiet tas-saħħa fix-xhur li għaddew. Hu kien qal ukoll li jinsab konxju tad-diffikultajiet li qed isibu importaturi li jissupplixxu lis-settur privat u tenna li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jassistu lil dan is-settur ukoll. Minbarra hekk tenna li ma kien hemm l-ebda informazzjoni li xi ħadd ħtieġlu jixtri antibijotiċi u ma sabhom imkien, lanqas mill-ispiżeriji tal-Isptar Mater Dei.

Anke hawn kien diġà spjega li n-nuqqas ta’ ċerti mediċini fl-ispiżeriji żviluppa mhux biss f’Malta minħabba d-diffikultajiet li għaddejjin minnhom l-aġenti privati biex jimportaw mediċini li sa ftit ilu kien hemm domanda baxxa għalihom frott ir-restrizzjonijiet fi żmien il-pandemija u miżuri ta’ protezzjoni li kellhom jittieħdu miċ-ċittadini globali u allura kien hemm inċidenza inqas ta’ mard, bħall-influwenza.

Ma’ dan kollu, l-iskarsezza fl-ispiżeriji kompliet ukoll minħabba d-diffikultà ta’ aċċess għall-mediċini mir-Renju Unit wara l-iżviluppi ta’ Brexit u n-nuqqas ta’ provvista fil-materja prima mill-manifatturi fl-Indja u ċ-Ċina lejn l-Ewropa.

Madankollu, Fearne spjega li l-Gvern dejjem ħa ħsieb jaħżen provvisti biżżejjed ta’ mediċini u għalhekk mhu minnu xejn li l-Isptar Mater Dei ġie f’qagħda li ma setax jipprovdi xi antibijotiċi jew almenu l-ekwivalenti tagħhom.

Sadanittant, f’ittra lill-Kummissarji Schinas, Kyriakides u Breton, il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Partit Laburista Josianne Cutajar ħeġġet lill-Kummissjoni Ewropea biex tieħu miżuri urġenti ħalli tgħin lill-istati membri jiżguraw aċċess għal trattament lil pazjenti li qed jaffaċċjaw problemi fl-aċċess ta’ ċerti mediċini meħtieġa minħabba nuqqas ta’ stokk.

Cutajar ingħaqdet ma’ għadd ta’ deputati oħrajn minn gruppi politiċi differenti biex tagħmel pressjoni fuq il-Kummissjoni Ewropea fid-dawl taż-żieda f’daqqa ta’ mard respiratorju, li rriżulta fi pressjonijiet fuq l-isptarijiet u tnaqqis fir-riżervi tal-mediċini. Dan wassal biex is-sistemi tas-saħħa madwar l-Ewropa kollha jkollhom nuqqas ta’ mediċini, inklużi antibijotiċi, analġeżiċi u mediċini antipiretiċi.

Matul il-plenarja ta’ din il-ġimgħa l-MPE Cutajar għal darb’oħra enfasizzat li l-UE għandha tagħti prijorità lill-produzzjoni strateġika tal-farmaċewtika fi ħdanha, tinkoraġġixxi l-innovazzjoni, kordinament aħjar u d-dħul fis-suq ta’ apparat mediku kritiku.

“It-tfal żgħar, l-anzjani tagħna u dawk kollha fil-bżonn, m’għandhomx jiġu mċaħħdin minn mediċina u trattamenti adegwati, f’waqthom u bi prezz affordabbli,” saħqet Cutajar.

22.01.2023 08
tagħrif li min ħtieġ xi antibijotiċi ma
sabhomx, lanqas minn Mater Dei

JINBIDLU L-KELLIEMA, MHUX L-INKOMPETENZA!

Stqarrija maħruġa minn Albert Buttigieg, l-aħħar kelliem ġdid maħtur minn Bernard Grech biex jittratta s-suġġett tal-għoli tal-ħajja, ikkonfermat li l-inkompetenza ekonomika tal-Partit Nazzjonalista ma tidhirx li se tispiċċa fil-qrib.

F’din l-istqarrija l-kelliem tal-Oppożizzjoni pprova jagħti x’jifhem li r-rata tal-inflazzjoni f’Malta hi ogħla minn dik fl-Unjoni Ewropea. L-Eks Sindku ta’ San Ġiljan, li wara l-Elezzjoni li għaddiet akkuża lill-Partit tiegħu stess li kien ixxaħħam minn negozjant biex itelliflu miċ-ċansijiet li jiġi elett, nhar il-Ħamis qal li l-ħajja f’pajjiżna kompliet togħla bil-maqlub ta’ pajjiżi oħrajn fl-UE.

Fil-verità stqarrija uffiċjali tal-Eurostat ġurnata qabel uriet biċ-ċar li, waqt li r-rata tal-inflazzjoni madwar

METSOLA TERĠA’ TAQLAGĦHA FUQ

IT-TRASPARENZA

Transparency International EU, l-organizzazzjoni favur it-trasparenza u kontra l-korruzzjoni, reġgħet ħasset il-ħtieġa li ssemma’ leħinha fil-pubbliku kontra nuqqas ieħor min-naħa tal-President talParlament Ewropew, Roberta Metsola, flaħħar jiem.

L-organizzazzjoni internazzjonali diġà tkellmet b’mod iebes dwar il-każi kontroversjali li kienet involuta fihom Metsola fl-aħħar sena kemm ilha li ħadet il-kariga prestiġjuża. Fost dawn kien hemm id-deċiżjoni li ċ-Chief of Staff tagħha jiġi imbottat biex jilħaq Segretarju Ġenerali tal-Parlament permezz ta’ ftehim sigriet; it-tentattiv biex minflok tpoġġi lil Matthew Tabone, li jiġi r-raġel ta’ oħtha ż-żgħira, bħala ċ-Chief of Staff il-ġdid; u l-intenzjoni li jintefqu miljuni kbar fuq binja ġdida fi Strasburgu, anke jekk m’hemmx bżonnha.

Issa Transparency International EU ħarġet tikkritika lil Metsola wara d-dikjarazzjoni tard f’reġistru pubbliku uffiċjali dwar 142 rigal li rċeviet fl-aħħar sena.

Id-dikjarazzjoni waslet fl-isfond talakbar skandlu li laqat lill-Parlament Ewropew, Qatargate, fejn il-Pulizija Belġjana qed tinvestiga sejbiet ta’ flus kontanti fil-pussess tal-Membru Parlamentari Griega Eva Kaili, li kienet il-Viċi ta’ Metsola u s-sieħeb tagħha Pier Antonio Panzeri, allegatament f’każ ta’ tixħim u korruzzjoni mill-Qatar u l-Marokk.

NGOs, li suppost kienu qed jiġġieldu l-korruzzjoni, ukoll qed jiġu investigati.

Fl-aħħar jiem ukoll Panzeri ammetta

l-involviment tiegħu u qed jikkollabora mal-Pulizija biex jikxef dak kollu li jaf.

Metsola ddikjarat li fl-aħħar sena qalgħet rigali, li “ma jaqbżux il-€150”, avolja jinkludu statwa tad-deheb u libsa bl-embroidery tad-deheb, minn pajjiżi li mhumiex membri tal-UE.

Il-ġurnal influwenti Politico tenna li d-dikjarazzjoni kixfet iżjed kemm ir-regoli tal-Parlament Ewropew dwar it-trasparenza huma limitati. Hu rrimarka li dawn ir-rigali, ġew iddikjarati wara li kien diġà għalaq il-perjodu li d-deputati Ewropej huma obbligati bih, waqt li kkwota kelliem mill-uffiċċju ta’ Metsola jargumenta li d-data tal-għeluq ma tapplikax għaliha “għax hi l-President”. Madanakollu, Politico osserva li l-uffiċċju ta’ Metsola ma kienx f’pożizzjoni jgħid fejn teżisti tali eżenzjoni.

“Dan juri li s-sistema mhix taħdem,” wissa d-direttur tat-Transparency International UE, Michiel van Hulten. “Ma tistax tħaddem sistema ta’ etika fuq ilbażi ta’ regoli mhux miktubin.”

Minbarra hekk, f’rapport separat, Politico ħabbar li, fost ir-rigali tagħha, Metsola ħadet mawra ta’ lussu fir-reġjun ta’ Borgonja, fi Franza, li hu magħruf ferm għall-inbejjed tiegħu.

Iż-żjara kienet tinkludi ċena lussuża f’kastell medjevali u lejl f’lukanda għaliha u għar-raġel tagħha f’lukanda ta’ ħames stilel. F’dan il-każ il-kontijiet tħallsu minn fraternità magħmula minn esperti tal-inbid, il-Confrérie des Chevaliers du Tavestin.

l-UE hi ta’ 10.4%, dik f’pajjiżna hi 7.3% biss. Altru milli l-inflazzjoni f’Malta hi fost l-ogħla fl-Ewropa, l-istatistika uffiċjali tindika li fi 23 stat membru l-għoli tal-ħajja hu akbar milli f’pajjiżna. L-inflazzjoni saħansitra tilħaq 25% fl-Ungerija, jew kważi erba’ darbiet aktar minn pajjiżna. Anke fil-pajjiż ġar tagħna, l-Italja, l-inflazzjoni hi 12.3%, jew aktar minn darba u nofs dik tagħna.

Filwaqt li madwar l-Ewropa l-prezz tal-enerġija żdied b’aktar minn 25%, f’pajjiżna l-Gvern intervjena b’mod li l-ebda negozju jew familja ma ffaċċjaw żidiet. Dan hu differenti minn dak li seħħ fi żmien meta l-Oppożizzjoni kienet fil-Gvern. Dak iż-żmien Gvern Nazzjonalista kien għolla l-prezz taddawl f’Malta bi kwazi tliet darbiet aktar

mill-medja Ewropea. Fl-2012, l-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista, l-għoli tal-ħajja f’Malta kien akbar minn dak fl-UE f’10 mit-12-il xahar. B’kuntrast is-sena l-oħra l-inflazzjoni lokali dejjem kienet inqas mill-medja fl-UE.

Ta’ min ifakkar ukoll kif Bernard Grech kemm-il darba ħareġ favur ilpolitika ta’ qabel l-2013 fejn il-prezz tal-enerġija kien jimxi ma’ dak internazzjonali, waqt li kkritika bil-qawwa ċ-ċekkijiet li nħarġu s-sena l-oħra bħala sostenn kontra l-għoli tal-ħajja.

Għaldaqstant, hu ċar li l-inkompetenza ekonomika tal-PN, li kienet wasslet għall-agħar piżijiet fuq il-familji u n-negozji lokali, baqgħet ma nbidlitx u għadha xxaqleb biss lejn politika ta’ awsterità li kienet imħaddna qabel l-2013.

22.01.2023 09
Jiżdiedu aktar kontroversji fl-ewwel sena tagħha bħala President
Rapporti tal-ġurnal Politico dwar ir-rigali ta’ lussu li rċeviet Metsola Buttigieg, kelliem ġdid
… bl-istess
politika ekonomika inkompetenti

MALTA TTENNI R-RWOL B’SAĦĦTU FAVUR IL-PAĊI … MINKEJJA Ċ-ĊOKON

Pajjiżna minn dejjem kien katalist favur il-paċi mhux biss fil-Mediterran, imma wkoll fid-dinja. Mill-bidu ta’ din is-sena, bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, Malta tinsab f’pożizzjoni tajba biex bid-dehen u l-ħiliet tagħha twassal messaġġ ċar u b’saħħtu favur il-paċi, aktar u aktar meta x-xahar id-dieħel u f’April tas-sena d-dieħla jkollha l-Presidenza tal-istess Kunsill.

Fid-diskors tiegħu lill-Konsli Onorarji ftit tal-jiem ilu, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela esprima dawn il-ħsibijiet ukoll.

Fil-fatt, ix-xahar id-dieħel Malta trid torganizza diversi laqgħat ta’ livell għoli dwar it-tibdil fil-klima u b’rabta mal-invażjoni Russa fl-Ukrajna. L-importanza ta’ din il-ħidma kienet innotata dan l-aħħar minn analisti barranin, li qed jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar ix-xogħol li għandu pajjiżna kif ukoll l-Iżvizzera, bl-aħħar opinjoni li ngħatat it-titlu “Malta u l-Iżvizzera għandhom rwol kbir fl-akbar palk tal-Ġnus Magħquda”.

Il-ġurnalist David MacDougall jgħid li l-iżgħar stat membru tal-Unjoni Ewropea u l-aktar nazzjon newtrali tal-Ewropa jinsabu lesti fir-rwoli kbar li se jkollhom f’avvenimenti dinjin matul is-sentejn li ġejjin, hekk kif Malta u l-Iżvizzera jibdew il-mandat tagħhom bħala membri mhux permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-ĠM.

Minbarra Franza u r-Renju Unit, li huma tnejn mill-ħames membri permanenti tal-Kunsill, bil-voti tal-veto tagħhom Malta u l-Iżvizzera se jkollhom rwol importanti għall-Ewropa tal-Punent, meta se jkollhom f’idejhom deċiż-

jonijiet dwar suġġetti potenzjalment “jaħarqu”.

L-espert tal-ĠM Richard Gowan jgħid li “l-fatt li tkun stat gżira żgħira fil-ĠM għandu l-benefiċċji, kif ukoll sfidi. Malta tista’ tgħaqqad lill-istati gżejjer żgħar tal-Karibew u tal-Paċifiku biex jappoġġjawha fuq kwistjonijiet bħall-indirizzar tal-implikazzjonijiet tas-sigurtà tat-tibdil fil-klima”.

ffaċċjati bihom.

Il-ħidma ta’ Malta għall-paċi Mediterranja u dinjija ilha magħrufa s-snin u kellha impatt ukoll fuq diversi deċiżjonijiet internazzjonali.

TIĠDID WARA 30 SENA TA’ SUQ KOMUNI

“Sfidi serji li jeħtieġu t-trasformazzjoni u impenn politiku mġedded għas-suq komuni” hi l-bażi ta’ riżoluzzjoni li għaddiet mill-Parlament Ewropew b’537 vot favur, 35 kontra u 66 astensjoni wara ċerimonja u dibattitu fil-bidu tas-sessjoni plenarja ta’ nhar l-Erbgħa li għadda.

Fl-okkażjoni tat-30 sena anniversarju mit-tnedija tas-suq komuni lura fl-1993, tfakkar li llum il-ġurnata dan iħaddan 56 miljun impjieg u 25% tal-Prodott Gross Domestiku tal-Unjoni Ewropea kollha.

Iffurmat mis-27 stat membru tal-UE, b’ċerti eċċezzjonijiet addizzjonali, bħall-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja permezz talFtehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u l-Iżvizzera permezz ta’ trattati settorjali, is-suq komuni jibqa’ wieħed mill-akbar kisbiet Ewropej u għodda ewlenija biex tipproteġi lin-nies u lin-negozji fi żminijiet ta’ kriżi.

Il-kobor ta’ pajjiż mhux ta’ żvantaġġ fil-Kunsill u f’dawn l-aħħar snin oħrajn żgħar wettqu t-terminu tagħhom fih b’mod professjonali

Hu wera l-fehma li l-kobor tal-pajjiż mhux ta’ żvantaġġ fil-Kunsill u jsemmi oħrajn żgħar bħall-Estonja u St Vincent & Grenada li wettqu b’mod professjonali t-terminu tagħhom fil-Kunsill f’dawn l-aħħar snin.

“L-istati ż-żgħar għandhom it-tendenza li jibagħtu l-aħjar diplomatiċi tagħhom fi New York għax-xogħol fil-Kunsill u l-ambaxxaturi tagħhom ħafna drabi huma pjuttost flessibbli u kreattivi, għax m’għandhomx għalfejn joqogħdu għal burokrazija żejda,” jgħid Gowan, waqt li kompla li Malta tinsab imħejjija sew “għax il-Maltin għandhom tim tajjeb fi New York”, waqt li flaħħar sena investiet sew f’taħriġ biex tħejji lill-uffiċjali għall-isfidi li se jkunu

L-importanza li pajjiżna jagħti lillpaċi hu rifless f’kull settur, tant li sentejn ilu, bħala turija ta’ impenn b’saħħtu għar-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tasSigurtà tal-ĠM, Malta appuntat lil Cecilia Attard Pirotta bħala l-ewwel Ambaxxatriċi għan-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà. Rwol li jinkludi t-tmexxija ta’ kumitat responsabbli mill-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni nazzjonali, kif ukoll mill-kwistjonijiet kollha li jolqtu lin-nisa, il-paċi u s-sigurtà.

Wieħed ma jistax jinsa wkoll ir-rwol li kellha Malta fit-tmiem tal-Gwerra Bierda u wkoll l-att finali ta’ Helsinki li kien il-qofol tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (CSCE), li twaqqfet fl-1973. F’din il-konferenza l-preżenza ta’ Malta nħasset sew hekk kif il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Duminku Mintoff, waħdu, nieda kampanja biex ir-reġjun tal-Mediterran jiġi inkluż fil-miżuri li kienu qed jittieħdu biex jippromwovu l-paċi u s-sigurtà fl-Ewropa.

Hu magħruf sew ukoll li s-summit li kien sar f’Malta f’Diċembru tal1989 bejn il-President tal-Istati Uniti tal-Amerka George H. W. Bush u l-Mexxej tal-Unjoni Sovjetika Mikhail Gorbachev kien intemm b’dikjarazzjoni tat-tmiem tal-Gwerra Bierda.

Sinifikanti wkoll kien il-mod kif, fiż-żjara tiegħu fil-Laboratorju tal-Paċi f’Ħal far f’April tas-sena li għaddiet, il-Papa Franġisku ddeskriva lil pajjiżna bħala “Malta, il-Laboratorju tal-Paċi”.

Imma 30 sena wara qed tinħass sew il-ħtieġa ta’ riforma, mhux biss biex is-suq komuni jiffaċċja l-isfidi serji u ġodda prevalenti, imma wkoll biex ikun hemm tiġdid tal-impenn politiku mill-pajjiżi fi ħdanu.

Membri Parlamentari Ewropej qed isostnu li l-kisbiet tas-suq komuni ma jistgħux jitqiesu bħala fatt, minħabba l-ostakli serji li qed tiffaċċja llum l-UE – mill-konflitti ġeopolitiċi li qed itulu, għall-isfidi tat-tibdil fil-klima. Isemmu wkoll sfidi riċenti li affettwaw is-suq komuni, fosthom il-Brexit, il-pandemija tal-COVID-19 u l-Gwerra fl-Ukrajna, li kollha kemm huma kellhom impatt serju fuq l-integrità u r-reżiljenza tas-suq komuni. Għaldaqstant, qed jenfasizzaw l-importanza li jkun hemm tisħiħ tal-għaqda u l-koperazzjoni bejn l-istati membri.

Il-membri Parlamentari Ewropej appellaw għal impenn imġedded u rieda politika mill-pajjiżi membri fl-UE u l-istituzzjonijiet tagħha, kif ukoll pjan ta’ azzjoni speċifiku biex jiġi attwat mill-2030 ’il quddiem ħalli s-suq komuni jissaħħaħ u jiġi żviluppat aktar, speċjalment f’oqsma bħas-servizzi, l-enerġija, it-telekomunikazzjoni u s-suq uniku diġitali.

22.01.2023 10

QRIB TMIEMU PROĠETT MALTI DWAR KURA GĦALL-KANĊER FID-DEMM

Proġett fl-Università ta’ Malta, li għall-aħħar tliet snin kien qed jinvestiga l-użu ta’ estratti speċifiċi minn pjanti endemiċi bħala trattamenti għall-kanċer fid-demm, jinsab qrib tmiemu.

Ibbażat fuq studji li saru preċedentement, il-proġett, li ġie msejjaħ Agentnovobio, irnexxielu jiżola partiċelli minn pjanta li turi kapaċità li tista’ tagħmel distinzjoni kbira f’ċerti tipi ta’ ċelloli ta’ dan it-tip ta’ kanċer. Din it-terapija bbażata fuq l-amministrar ta’ mediċina estratta twassal biex iċ-ċelloli jerġgħu lura għall-istat b’saħħtu, qabel feġġ il-kanċer.

Agentnovobio hu mmexxi mill-Università ta’ Malta, b’finanzjament mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) taħt il-Programm ta’ Żvilupp tat-Teknoloġija tal-Fużjoni R&I.

Fiż-żmien tal-proġett seħħ

l-iżvilupp ta’ metodi ta’ separazzjoni kumplessi biex jiġi iżolat u identifikat l-aġent bijoattiv minn frazzjoni mhux raffinata tat-tessut tal-pjanti. Il-preżenza tal-aġent bijoattiv fis-sors tal-pjanti ġiet segwita b’diversi metodi matul il-perjodu u l-istudji wrew li dan l-aġent ikun dejjem preżenti, indikazzjoni li dan jista’ jkun riżors vijabbli u li jista’ jiġi estratt minn pjanti tipiċi Maltin.

Il-Professur Marion Zammit Mangion qed tmexxi l-proġett bil-kollaborazzjoni tal-Professur Pierre Schembri Wismayer mill-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija, bl-appoġġ tar-riċerkaturi Dr Lucienne Vassallo Gatt, Neil Cutajar, David Tovar u Dr Frederick Lia.

Il-kumpanija Għajn Rasul għenet bħala sieħba industrijali f’dan il-proġett u pprovdiet il-materjal bijoloġiku kollu.

KUMMISSJONI GĦOLJA TA’ MALTA FIL-GHANA

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg din il-ġimgħa inawgura b’mod uffiċjali l-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Accra, il-Ghana, fil-preżenza tad-Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-pajjiż, fost oħrajn.

Il-Ministru Malti qal li din hi turija ċara tal-impenn u r-rieda ta’ pajjiżna li jkompli jsaħħaħ ir-relazzjoni bilaterali ma’ dan il-pajjiż tant importanti fl-Afrika. Dr Borg qal li din hi l-ewwel rappreżentanza diplomatika Maltija fl-Afrika sub-Saħarjana u tmur id f’id mal-istrateġija Malta-Afrika 2020-2025 u sservi bħala xprun għal aktar tkabbir u żvilupp mal-kontinent ġar. Hu rringrazzja lill-Kummissarju Għoli Jean Claude Galea Mallia u l-istaff tiegħu għax-xogħol importanti biex dan il-pass isir realtà, u lill-Kummissarju Għoli tal-Ghana f’pajjiżna tax-xogħol importanti li qed tagħmel biex tkompli tqarreb liż-żewġ pajjiżi.

Id-Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Ghana Kwaku Ampratwum-Sarpong qal li hu ta’ unur li, bħala pajjiż fil-Mediterran u fil-qalba tal-Unjoni Ewropea, Malta fetħet din ir-rappreżentanza fil-pajjiż u jħares ’il quddiem biex titkattar il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.

Bħala parti minn din iż-żjara diplomatika, Malta lbieraħ iffirmat numru ta’ ftehimiet ta’ koperazzjoni li permezz tagħhom se tkompli tissaħħaħ ir-relazzjoni mal-pajjiż Afrikan fis-setturi tas-sajd, iż-żgħażagħ u anke l-isport, fost oħrajn.

Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa

*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com

22.01.2023 11

MIS-SEMA DRITT GĦALIHOM

jfissirx li m’għadx hawn min iħossu superjuri li hu biss jaf u li jħares ’l isfel lejn ħaddieħor.

Ma tridx wisq għerf biex tinduna li dawk li jmexxu lill-Partit Nazzjonalista jemmnu li Malta għandha bżonnhom lejl u nhar biex imexxuha. U li qed ngħid mhux għal dawn tal-lum biss.

Donnha xi ħaġa tintiret minn ġenerazzjoni għalloħra. Bħalikieku xi don mis-sema, dritt għalihom. Illum ma tantx għadna nisimgħu bid-dritt divin għax ilu li ntrema ’l hemm mis-seklu 18 imma b’daqshekk ma

Attitudni bħal din iġġiegħlek tingħalaq fik innifsek u dik hija waħda mid-daqqiet li ta lilu nnifsu l-PN biex wasal fl-istat li jinsab fih illum. Jien niftakar tajjeb ferm meta fit-tmeninijiet il-Gvern Laburista kien ħatar lill-Profs J.J. Cremona, Chairman tat-Telemalta. Kien żmien meta l-PN kien qed jagħmel minn kollox biex jirbaħ il-gvern u meta ngħid minn kollox jifhem min irid jifhem.

L-umiljazzjoni li għaddewh minnha lill-Profs Cremona kienet xi ħaġa ma titwemminx u ngħid jien ma tixraqx lil individwu li għamel karriera twila fil-qasam legali u anki kien Prim Imħallef tal-Qrati tagħna u magħruf li kiteb il-kostituzzjoni tal-1964 li n-Nazzjonalisti jiċċelebraw kull sena. Imma ġew jaqgħu u jqumu la azzarda jaċċetta li jservi taħt Gvern Laburista.

Illum mhux differenti. Prim Imħallef ieħor, din id-darba Dr J Azzopardi li l-Gvern Laburista nnominah l-ewwel għal Ombudsman imbagħad għal Kummissarju dwar l-Istandards fil-Ħajja Pubblika minflok Dr G. Hyzler Eks Segretarju Parlamentari fi żmien Gvern Nazzjonalista.

Għal dan tal-aħħar ma kinux għamlu frattarija u lanqas għamlu frattarija meta l-Gvern Laburista nnomina Ombudsman lis-Sur Anthony Mifsud li l-Gvern Nazzjonalista kien ħatru Awditur Ġenerali u iktar qabel Segretarju Permanenti.

Imma għal Dr Azzopardi għamlu din il-frattarija kollha u kieku kellkom tisimgħu l-kliem li jingħad fuqu mill-bankijiet tal-Oppożizzjoni tiskanta iktar kif jaslu s’hawn. Imma la għamlu hekk mal-Profs Cremona mhux se neħodha bi kbira li jagħmlu hekk illum ukoll.

Issa araw id-differenza. IlProfs Cremona kiteb il-kostituzzjoni tal-Indipendenza; Dr

Hyzler kien Segretarju Parlamentari tal-PN u s-Sur Mifsud maħtur mill-PN f’ħatriet għolja. Gvern Laburista ma warrab lil ħadd u baqa’ leali lejn dak li wiegħed li hu lest jaħdem ma kulħadd ladarba lkoll inħarsu lejn il-ġid ta’pajjiżna.

Ma’ dawn il-ġrajjiet, infakkar li kienu żewg Prim Ministri Nazzjonalisti li nstabu ħatja fil-binja tal-Qorti li ddiskriminaw politikament ma’ ħaddiema tal-Gvern għax kienu Laburisti magħrufa. Meta jsibu ruħhom b’nitfa poter dawn in-nies jibqgħu għaddejjin gaffa minn fuq min ma jaqbilx magħhom.

Imma anki meta jkunu fl-oppożizzjoni, meta jistgħu, jagħmlu l-istess. Mela mhix kwistjoni li l-poter jitlgħalhom għal rashom imma hija attitudni li jħossuha fihom. Mis-sema dritt għal għandhom.

U minfuq jippuntaw subgħajhom lejna u jgħidulna li arroganti għax żammejna sod fuq in-nominazzjoni li

tressqet għall-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Ara liema arroganti se jilqa’ nomina ġejja mill-Oppożizzjoni bħalma għamel ilGvern Laburista issa fil-każ tal-ħatra tal-Ombudsman blImħallef Zammit Mckeon!

L-istat li jinsab fih il-Partit Nazzjonalista llum ilu ġej nkiss inkiss mill-attitudni li huma biss tajbin u huma biss għandhom il-ħiliet ta’ tmexxija.

Jien ma nafx minn fejn ġabuha din fuq kollox għax l-ekonomija tal-pajjiż qatt ma mxiet b’passi ta’ ġgant ’il quddiem daqskemm imxiet taħt Gvernijiet Laburisti, in-nies qatt ma kienu tajbin daqskemm kienu taħt Gvernijiet Laburisti, id-drittijiet tal-minoranzi u tal-espressjoni qatt ma kienu stmati daqs bi Gvernijiet Laburisti u jekk ikolli nibqa’ sejjer b’din il-litanija nieħu din il-paġna kollha u probabbli iktar.

U jibqgħu jemmnu li huma għandhom il-ħiliet li jmexxu...

Il-kura tas-saħħa dejjem taħdem sabiex iżżomm, tmexxi ’l quddiem jew saħansitra ġġib lura s-saħħa ta’ l-individwu. Huwa ferm importanti li l-kura tas-saħħa tkun sostenibbli. Dan għaliex jekk ma tkunx sostenibbli, tonqos il-kwalità tal-ħajja tal-individwu, u l-benesseru tiegħu. Dan f’kuntrast qawwi mal-istess għan li l-kura tassaħħa nnifisha hija eżistenti. Ma jistax ikollna sistemi ta’ kura tas-saħħa li, minħab -

ba nuqqas ta’ sostenibilità, jispiċċaw ikunu ta’ deterrent għall-popolazzjoni u għall-individwu!

Tliet fergħat importanti li jagħmlu parti mill-kura tassaħħa huma: - ir-riżorsa umana - l-isptarijiet u l-kliniċi - il-farmaċewtika

Ir-riżorsa umana

Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar nirrealizzaw li għandna bżonn nies minn kull qasam sabiex ikollna sistema ta’ kura li tilħaq aktar nies bl-aktar mod effiċjenti.

Dan wassal sabiex kellna influss b’saħħtu ħafna ta’ persuni minn pajjiżi oħra li jaħdmu f’dan il-qasam. Dan minkejja l-fatt li lokalment qegħdin naħdmu dejjem aktar sabiex ikollna sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ ta’ livell għoli lil studenti li jinteressaw irwieħhom fid-diversi studji tal-qasam tal-kura tas-saħħa.

Huwa ferm importan-

ti li naraw li jkollna nies b’kapaċitajiet tal-ogħla livell sabiex inżommu s-sistemi tal-kura tas-saħħa fuq quddiem nett fid-dinja għallġid ta’ kull pazjent. Jekk ma jkollniex nies biżżejjed, u nies ta’ kwalità, il-kura tassaħħa tieħu daqqa fil-livell u nkunu fallejna lill-poplu kollu.

L-isptarijiet u l-kliniċi

Dawn il-binjiet, normalment ta’ ċertu kobor, huma bżonjużi sabiex nilħqu mhux biss aktar nies imma anke li fihom nipprovdu l-aqwa servizz f’ambjent komdu għal kull ħaddiem u anke għal kull pazjent li jagħmel użu minnhom.

Dan huwa obbligu soċjali għal kull individwu. L-effiċjenza u n-nuqqas ta’ ħela fl-isptarijiet u l-kliniċi huma kruċjali ghas-sostenibilità tagħhom.

Huwa essenzjali li jkollna kordinazzjoni tajba bejn il-ħaddiema waqt ix-xog -

ħol tagħhom u anke bejn l-isptarijiet u l-kliniċi sabiex ma jsirx xogħol doppju u jinħlew riżorsi tant prezzjużi, li jistgħu jintużaw fil-kura iktar effiċjenti ta’ aktar individwi, apparti ħin u finanzi. Huwa wkoll dan li jagħmilna iktar effiċjenti, u allura iktar sostenibbli.

Il-farmaċewtika

Is-sostenibilità fil-farmaċewtika hija kruċjali ħafna għaliex, iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed tikber l-età li wieħed jgħix. Għaldaqstant, akbar huwa ċ-ċans li jkollhom jintużaw il-mediċini.

Bħalissa għaddejjin minn perjodu ta’ nuqqas ta’ mediċini, fuq livell mondjali. Huwa tajjeb li nirriflettu għaliex qed tiġri din ir-realtà. Sirna niddependu wisq fuq kumpaniji fl-Asja, partikolarment fl-Indja u ċ-Ċina sabiex ikollna l-mediċini tagħna. Problemi f’dawn ilpajjiżi, bħalma fil-fatt qed

jiġri, jwasslu għal nuqqas ta’ mediċini f’kull pajjiż.

Apparti l-fatturi l-oħrajn kollha bħal Covid u l-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna, in-nuqqas ta’ materja prima għall-mediċini hija l-problema prinċipali li wasslitna fis-sitwazzjoni preżenti. Filfatt, pajjiżi bħal Amerka qed jirrealizzaw dan u qegħdin jippjanaw sabiex isaħħu l-industrija tal-farmaċewtika f’pajjiżhom stess.

Konklużjoni

Il-kwistjoni ta’ sostenibilità hija waħda kumplessa u b’ħafna aspetti. Is-sostenibilità mhix kwistjoni li tindirizza aspett wieħed tal-kura tas-saħħa. Madanakollu, meta nindirizzaw is-sostenibilità u l-metodi diversi biex din tintlaħaq, inkunu mhux biss qed intejbu s-servizz għall-popolazzjoni preżenti imma wkoll nissalvagwardjaw il-bżonnijiet tal-ġenerazzjonijiet futuri.

22.01.2023 12
Membru Parlamentari MALCOLM PAUL AGIUS GALEA Ministru ANTON REFALO
SOSTENIBILITÀ FIL-KURA TAS-SAĦĦA

F’SOĊJETÀ LI TAĦSEB F’KULĦADD

Filwaqt li pajjiżi Ewropej oħra għadhom isibu saqajhom wara l-impatt tal-COVID-19 u l-Gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna, dan il-Gvern ħa deċiżjonijiet strateġiċi billi appoġġja bil-kbir lill-familji u lin-negozji fuq il-prezzijiet tal-enerġija, fuel u qamħ.

għal spazji iktar miftuħa u ħodor. Dan l-investiment mistenni jmexxi lil Malta ’l quddiem. Twaqqfet ukoll l-Aġenzija li se tkun qed tieħu ħsieb li tmexxi ’l quddiem dan l-investiment ambizzjuż.

Fid-diskors tal-Prim Ministru l-Ħadd li għadda, smajna biċċar x’se jkun mistenni fis-sena 2023. L-impenn ta’ dan il-Gvern huwa dak li nibqgħu ngħinu lill-familji u lin-negozji.

Se nibqgħu viċin in-nies billi nagħmlu iktar bidliet f’soċjetà li taħseb f’kulħadd. Se nkomplu nimbuttaw riformi u nieħdu deċiżjonijiet għaqlin biex inkabbru l-ekonomija. Fuq quddiem tal-Aġenda talGvern hemm l-emenda tal-liġi li tipproteġi ħajjet il-mara.

Dan il-Gvern ra wkoll kif żamm ir-rata tal-inflazzjoni fost l-aktar baxxi fost il-pajjiżi Ewropej. Sabiex jibqa’ jgħin lill-familji tagħna, il-Gvern introduċa wkoll mekkaniżmu addizzjonali għall-għoli tal-ħajja. Dan il-Gvern żied il-pensjonijiet u ċ-Children’s allowance, fost għajnuniet diversi oħra fil-qasam soċjali biex il-familji tagħna jibqgħu jimxu ’l quddiem.

Se nibqgħu spalla għan-negozji tagħna. Dan il-Gvern ifisser ċertezza u stabbiltà anki lill-qasam kummerċjali. Ekonomija b’saħħitha frott ilġid li qed jinħoloq. Se nibqgħu fiduċjużi f’pajjiżna u dak li għandhom x’joffru l-Maltin u l-Għawdxin.

Il-Prim Ministru saħaq ukoll fuq l-ikbar investiment

Se nibqgħu nibagħtu messaġġi ċari anki bi proġetti infrastrutturali fejn qed jiġu inkorporati wkoll spazji ħodor. Għaliex is-saħħa u l-arja nadifa dejjem ingħatat prijorità minn Gvernijiet Laburisti.

Determinati li l-Gvern Ċentrali u dak Lokali jaħdmu b’sinerġija għal iktar spazji ħodor. Is-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali qed jara li jkollna iktar spazji ħodor għall-familji tagħna.

Dawn l-ispazji ħodor mhumiex biss se jwasslu biex ikollna ambjent sabiħ imma wkoll biex titjieb il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Bħala Segretarjat, qed ninvestu fi skemi fejn ’il fuq minn 22 Kunsill Lokali bbenefikaw minn fondi biex itejbu u jiżviluppaw il-playing fields. Dawn l-ispazji miftuħa se jservu wkoll bħala siti ta’ rikreazzjoni u sport

għall-familji tagħna. Dis-sena wkoll ħabbarna kif €1 miljun miċ-ċitazzjonijiet tal-LESA se jkunu qed jiġu mogħtija lura lill-komunitajiet tagħna. B’din l-iskema se jkunu qed jibbenefikaw ’il fuq minn 16-il Kunsill Lokali u 3 Reġjuni Lokali. Din il-ħidma tibqa’ ssostni l-impenn talGvern biex nibqgħu noħolqu iktar proġetti li jtejbu u jsebbħu l-lokalitajiet tagħna.

Bħala Segratarjat qed naħdmu wkoll ma’ diversi lokalitajiet sabiex dawn jipprovdu trasport għar-residenti anzjani. L-għan ta’ din l-iskema huwa li nibqgħu nkunu ta’ spalla għall-anzjani tagħna, filwaqt li nħeġġuhom jibqgħu attivi. Dan it-trasport jieħu ħsieb ukoll l-inkonvenjent u n-nies ikunu aktar indipendenti.

Fis-sena 2023, rajna wkoll bidla ġdida rigward l-iskeda tal-ġbir tal-iskart domestiku. Inħasset il-ħtieġa li jkun hemm iktar konsistenza filġbir tal-iskart.

Qed naraw li din il-bidla diġà qed tħalli l-frott tagħha għaliex

[DOUBLE] STANDARDS

il-Partit Laburista jemmen fid-demokrazija li bħala l-ewwel Kummissarju tal-Istandards inħatar Dr George Hyzler li kien Eks Segretarju Parlamentari taħt Gvern talPN. Dan sar bi qbil ta’ kulħadd. Dr Hyzler qeda dmiru u wieħed jista’ jgħid li b’mod ġenerali din il-liġi ssarrfet f’esperiment demokratiku tajjeb.

PN.

B’sorpriża kbira u wara li kien ċar li ntlaħaq ftehim bejn il-PM u l-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Onor Bernard Grech irtira minn parti tal-ftehim u ma riedx lil Dr J. Azzopardi bħala Kummissarju, mingħajr ma ta l-ebda raġuni valida għal dan.

mal-membri li kienu jmexxu l-Oppożizzjoni dak iż-żmien u nħatar l-ewwel Prim Imħallef fl-istorja ta’ pajjiżna b’vot unanimu tal-Parlament li hu l-Prim Imħallef Mark Chetcuti. Kien eżempju ta’ kif wiehed jimxi ’l quddiem.

l-iskart qed jinġabar fil-ħin. L-għan ta’ din il-bidla fl-iskeda hija wkoll tnaqqis ta’ tniġġis u inkonvenjent mit-trakkijiet. Nixtieq nirringrazzja lir-residenti tal-koperazzjoni tagħhom billi jisseparaw l-iskart ħalli jkollna ambjent iktar nadif u lokalitajiet isbaħ.

Inħeġġeġ ukoll lir-residenti biex jibqgħu jikoperaw mal-Kunsilli Lokali u mal-Kunsilli Reġjonali.

Gvern Laburista se jibqa’ jkun ta’ spalla għan-nies u għan-negozji. Aħna se nibqgħu fiduċjużi f’pajjiżna. L-investiment tagħna fin-nies u fin-negozju huwa għażla naturali għaliex nemmnu li dan il-pajjiż għandu ferm iktar x’joffri. Dan il-Gvern jemmen li jista’ jibqa’ jdawwar kull sfida f’opportunità ta’ titjib.

Nibqgħu viċin in-nies għaliex nemmnu li n-nies se jibqgħu jipproponu proposti li jtejbu u jsebbħu lil dan il-pajjiż. Nibqgħu nkunu sostenn għan-negozji tagħna għaliex nemmnu bis-sħiħ li ekonomija b’saħħitha, tista’ tissarraf f’ħafna ġid.

-

l-aħħar

Dibattitu dwar il-Kummissarju tal-Istandards. Tajjeb li wieħed ifakkar li dan il-Kummissarju li huwa Uffiċjal tal-Parlament sar permezz tad-dħul fis-seħħ ta’ liġi fis-sena 2018 [Kapitolu 570 tal-Liġijiet ta’ Malta].

Għalhekk, kien taħt il-Partit Laburista fil-Gvern li sar dan il-Kummissarju li fost il-funzjonijiet tiegħu jżomm id-dixxiplina lill-Eżekuttiv u lill-Membri Parlamentari. M’hemmx dubju li dan kien żvilupp pożittiv fis-sistema Parlamentari u demokratika ta’ pajjiżna.

Mhux hekk biss imma tant

Issa li ġie vakanti l-post, ilPM ressaq ’il quddiem żewġ ismijiet eċċellenti kemm għal Ombudsman kif ukoll għal dan il-Kummissarju u dawn huma l-Eks Imħallef J. Zammit McKeon u l-Eks Prim Imħallef Joe Azzopardi rispettivament.

Wieħed irid jgħid li l-ħatra ta’ Ombudsman issa ilha għal żmien twil mingħajr Ombudsman ġdid u dan ma jawgurax tajjeb billi din l-istituzzjoni hija t-tarka taċ-ċittadin meta huwa jħossu inġurjat mill-amministrazzjoni tal-pajjiż. L-Eks Imħallef Zammit McKeon kelli l-opportunità nsir nafu kemm bħala Avukat u mbagħad bħala Imħallef u ċertament hu magħruf għall-integrità, il-kompetenza u l-effiċjenza tiegħu. L-Eks Prim Imħallef Azzopardi nħatar Imħallef u mbagħad ġie elevat fil-Qorti tal-Appell fi żmien Gvern tal-

Dan m’hemmx dubju joħloq preċedent ikrah għaliex ir-regola li persuna tiġi approvata b’żewġ terżi tal-Kamra tad-Deputati ma jfissirx li għandha tissarraf f’rikatt tal-Oppożizzjoni fuq il-Gvern, imma bħala mezz ta’ consensus building sabiex tinħatar persuna tajba bil-qbil ta’ kulħadd.

Irrid ngħid li jiena kburi li dan għamiltu bis-saħħa ta’ Robert Abela fl-ewwel xhur tas-sena 2020 bi qbil

B’xorti ħażina Bernard Grech ma tgħallem xejn minn dan jew qed iħalli lilu nnifsu jitmexxa minn ħaddieħor. Ma tistax inti ma żżommx il-kelma tiegħek jew inkella tirrifjuta mingħajr raġuni valida persuna tal-kalibru tal-Eks Prim Imħallef Azzopardi.

Mhux ġust li persuni bħal dawn li ssagrifikaw parti minn ħajjithom u l-professjoni tagħhom sabiex jagħtu servizz, issa għall-konvenjenza politika, jiġu kkritikati bilmod kif sar. Jekk se nibqgħu

sejrin hekk mhux ser nibqgħu nsibu persuni validi sabiex jagħtu servizz f’dawn il-karigi. Jekk nagħmlu hekk aħna, imbagħad ma nistgħux nistennew li n-nies li aħna nirrappreżentaw jirrispettaw u jagħtu fiduċja lil dawn il-persuni.

M’hemmx dubju li politiku juri kemm hu demokratiku u kemm hu mexxej li jħobb lil pajjiżu meta jkun fil-poter. Robert Abela għamel riformi kbar kostituzzjonali u istituzzjonali meta kien fil-poter u meta seta’ jagħmilhom.

Hemm turi min hu mexxej. Ħaddieħor joħroġ b’ħafna proposti mill-Oppożizzjoni, imma fi kwart ta’ seklu filGvern ma jagħmilhomx!

Il-Kummissarju Parlamentari għall-Istandards twaqqaf fir-Renju Unit fis-sena 1995. Il-PN, għall-grazzja tal-argument, kellu 15-il sena biex jagħmel dan il-Kummissarju. Dan qatt ma sar. Hemm toħroġ l-ipokresija politika u d-double standards tal-PN.

Hemm joħroġ il-kobor tal-Partit Laburista fil-Gvern. Inkomplu naħdmu ħalli nibqgħu nagħmlu d-differenza filħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha!

22.01.2023 13
Dan kien hemm dibat titu interessanti fil-Parlament. Segretarju Parlamentari ALISON ZERAFA CIVELLI Membru Parlamentari EDWARD ZAMMIT LEWIS
Politiku juri kemm hu demokratiku u kemm iħobb lil pajjiżu meta jkun fil-poter … hemm turi min hu mexxej

Il-Formal Garden, li jifforma parti mill-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali, wasal qrib it-tlestija tiegħu biex se jkun qed joffri spazju rikreattiv kważi disa’ darbiet akbar milli kien tant li minn firxa ta’ madwar 16,000 metru kwadru issa se jlaħħaq mal-140,000 metru kwadru. Bl-investiment ta’ €14-il miljun oħra, il-masġar seta’ jitkabbar u jitwessa’ b’mod sinifikanti wara t-tneħħija ta’ numru ta’ garaxxijiet, li kienu mibnijin illegalment, u mill-inqas erba’ fabbriki abbandunati, fosthom waħda tal-konkos, li kienet esposta biss għall-abbużi.

Dan kollu jidħol fil-pjani nazzjonali tal-Gvern Laburista li jirdoppja l-ispazju aħdar fiċ-ċentru tal-pajjiż u proġetti oħrajn iżgħar u individwalizzati fl-irħula u fl-ibliet, grazzi wkoll issa bit-twaqqif tal-aġenzija Project Green.

Fil-Baġit għal din is-sena ġew allokati €13-il miljun oħra għar-rinnovar tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali, biex sal-aħħar ta’ din is-sena se jkunu diġà ntefqu kważi €37 miljun fuqu.

Meta kien tħabbar il-pjan għaż-żona kollha, li tattira eluf ta’ familji l-ġimgħa kollha, kien ingħad li l-ispazju li n-nies kellhom aċċess għalih qabel bdew ix-xogħlijiet kien daqs 30 grawnd tal-futbol, iżda meta jitlestew il-fażijiet kollha tiegħu dan se jirdoppja għal daqs 60 grawnd tal-futbol jew 450,000 metru kwadru ta’ spazji ħodor.

Kif imwiegħed ukoll fl-aħħar manifest elettorali, fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali se jitħawlu aktar minn 60,000 siġra ġdida u b’aktar minn 86,000 metru kwadru ta’ landscaping. It-tisbiħ fil-Formal Garden, li qed isir mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fil-Ministeru Għax-Xogħlijiet Pubbliċi u

l-Ippjanar, kien jinkludi pavimentar ġdid soft areas, b’ammont sabiħ ta’ siġar, arbuxelli, sistema ġdida għall-ġbir tal-ilma tax-xita eżistenti; u installazzjoni ta’ sistema moderna Minbarra hekk, saret żona ġdida għall-esebizzjonijiet arti u installazzjonijiet artistiċi oħrajn; ġie l-anfiteatru, inklużi l-faċilitajiet kollha ta’ modernizzati l-faċilitajiet sanitarji kollha, għalihom; rinnovata mill-ġdid il-funtana id-dħul ġdid għall-post; ġew installati erni u intelliġenti, sistemi ġodda l-park kollu biex tiġi aċċertata għal kulħadd u jiġu evitati atti il-portiku u twaħħlet għamara Bħala parti mill-proġett tal-Park Qali qed isir ukoll parkeġġ taħt minn 500 vettura, faċilità oħra iż-żona. Il-parkeġġ se jikkonsisti l-art u s-saqaf tiegħu se jiġi mgħammar jiet ta’ velodrome fil-miftuħ għall-isport tar-roti, kif imwiegħed ukoll fl-aħħar elezzjoni Fl-ewwel żona minn sitta li fihom se jkunu riġenerazzjoni bħala parti mill-investiment li f’Ta’ Qali, fl-aħħar tal-2021 kien ġie inawgurat Park, iddedikat għal tfal ta’ bejn it-tliet snin vestiment ta’ €2.3 miljun. Dan l-ispazju kien ment mill-ġdid, waqt li ġie attrezzat biex aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità u

ġodda.

b’faċilitajiet
22.01.2023 14 F’TA’ QALI 140,000M2 IEĦOR GĦALL-FAMILJI Flok garaxxijiet illegali u fabbriki abbandunati, siġar u spazju miftuħ Parti miż-żona ġdida li żdiedet mal-Formal Garden fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali

u modern, tisbiħ ta’ arbuxelli, pjanti u turf; u restawr tal-ġibjuni moderna ta’ irrigazzjoni. għall-esebizzjonijiet ta’ ġie riabilitat mill-ġdid ta’ wara l-palk; ġew kollha, b’sistemi ġodda il-funtana prinċipali; infetaħ installati dwal modġodda ta’ CCTV, li jkopru aċċertata sigurtà massima vandali; irrestawrat għamara ġdida tat-triq. tal-Park Nazzjonali f’Ta’ taħt l-art li se jesa’ ’l fuq oħra lill-pubbliku li jżur jikkonsisti f’żewġ sulari taħt mgħammar b’faċilitagħall-isport tat-tlielaq elezzjoni ġenerali. jkunu saru xogħlijiet ta’ mill-investiment fil-Park Nazzjonainawgurat l-Adventure snin u t-12-il sena, b’inkien inqala’ kompletaikun kompletament b’faċilitajiet sanitarji

22.01.2023 15 2 GĦALL-FAMILJI

IS-SENS ĊIVIKU

F’bosta postijiet li mmorru, probabbli nsibu spazji ta’ skart segregat. Fl-uffiċċju fejn taħdem, il-gym li tiffrekkwenta, postijiet pubbliċi eċċ. Huwa daqstant importanti li kull wieħed u waħda minna jkollna reċipjenti separati anki fid-djar tagħna. Ma’ dan imbagħad irridu nassiguraw li eventwalment, narmu l-iskart tagħna fil-bin it-tajjeb.

Fl-artiklu tal-lum u dak li jmiss ser naraw għaliex wieħed għandu jissepara u x’qed iwassal biex ma jkunx hemm konformità totali mir-residenti fil-lokalitajiet rispettivi.

Mhux biżżejjed li noħorgu l-kulur tal-borża t-tajba fil-ġurnata tagħha. Huwa daqstant ieħor importanti li narmu fil-borża l-kontenut it-tajjeb. Ma jagħmilx wisq sens li pereżempju għax il-borża s-sewda tinġabar nhar ta’ Tlieta u nhar ta Sibt, allura nħalltu kollox fiha u noħorġuha fil-ġurnata tagħha. Huwa dejjem aħjar milli noħorġuha f’ġurnata ħażina wkoll imma idealment, l-iskart jintrema skont il-kompożizzjoni tiegħu.

Dan m’għandux isir għax tiddaħħal xi liġi obbligatorja li jkun hemm separazzjoni fid-djar tagħna imma għaliex għandu jkollna sens ċiviku sabiex ngħinu f’din il-ħidma li qed issir sa-

biex ikollna pajjiż aktar nadif u effiċjenti fejn jidħol dan is-settur.

Irridu nitgħallmu aktar ukoll inħaddnu l-kunċett ta’ ekonomija ċirkulari. Dik li nnaqqsu l-iskart, li nergġħu nagħmlu użu minnu u li nirriċiklawh. Bl-Ingliż magħrufa wkoll bħala Reduce, Reuse and Recycle – the 3Rs.

Biex nagħti eżempju prattiku, ħafna jistaqsu f’liema borża għandhom ipoġġu l-iskart iġġenerat mill-ġonna wara xi żabra jew dawra mal-ġnien tagħhom. Dan l-iskart, jista’ faċilment jerġa’ jiġi użat billi jitqatta’ biċċiet żgħar u jerġa’ jintefa’ fil-ħamrija għaliex iservi bħala kompost u sustanzi għall-ħamrija. L-stess l-iskart organiku. Mela flokk intrema, dan reġa’ ġie riċiklat u użat mill-ġdid fl-istess sors li minnu ġie ġġenerat.

Meta nagħmlu dan, bħala residenti, inkunu qed nassiguraw li inqas skart ikun qed jintefa’ fil-miżbliet tagħna. Ifisser inqas spiża u piż fuq il-pajjiż biex dan jigi mmaniġġjat. Huwa wkoll ta’ vantaġġ sanitarju tajjeb għall-ambjent u għas-saħħa tan-nies. Huwa proprju għalhekk li importanti li kulħadd jiddisponi mill-iskart b’mod korrett u sigur u mhux imħallat.

Minkejja li għad m’hemmx obbligu legali, xi ħaġa li se tkun fil-futur qrib, xorta waħda hemm obbligu ċivili li nżommu l-ambjent ta’ madwarna nadif u li nħallu l-inqas impatt negattiv possibbli. Huwa obbligu tagħna wkoll li nħallu ambjent aħjar lil ta’ warajna.

Dan l-obbligu ma jiqafx biss mar-residenti u d-djar privati imma huwa estiż ukoll għall-komunità kummerċjali.

Fl-artiklu li jmiss ser naraw kif ilGvern qed jgħin lill-komunità tan-negozju sabiex dawn idaħħlu sistemi effettivi u aktar effiċjenti fl-immaniġġjar tagħhom, kif ukoll inħarsu lejn dak li għadna rridu ntejbu bħala poplu b’mod ġenerali sabiex verament nilħqu l-miri tagħna bħala pajjiż.

Sur Editur, M’hawnx għalihom tal-partit l-ieħor, Sur Editur. Kultant nitħasseb dwar xiex inkun se niktiblek xi ħaġa, imma għall-grazzja tal-ħanin Alla, ma tgħaddix ġurnata li hija ġurnata li ma jagħtunix pjaċir. Pjaċir bil-kazzati li jgħidu.

Mela fil-jiem li għaddew dawn l-intamati qalulna li l-Gvern ta’ Robert Abela falla fuq l-aktar ħaġa li jiftaħar biha: ir-ruħ soċjali. U jien ngħidilhom, Sur Editur, li tal-Oppożizzjoni fallew fuq l-ikbar ħaġa li tahom is-Sinjur: moħħhom. Għax trid tkun bla moħħ biex tgħid li l-Gvern tagħna falla fuq ir-ruħ soċjali ta!

Kellna Baġit kollu msawwar fuq ir-ruħ soċjali. U dan ma qaluhx innies tagħna biss, qalu kull min għandu rasu fuq għonqu, u kull min għandu l-materja griża fl-iskutella, u mhux fil-patella. Dejjem kien il-Gvern tagħna li ħa ħsieb ir-ruħ soċjali tal-poplu tagħna. Aqraw l-istorja ta’ pajjiżna, ħa taraw. U hemm bżonn li nuruhom lil dawn il-ġenerazzjonijiet li tilgħin, x’għamel il-Gvern tagħna matul is-snin għall-poplu ta’ pajjiżna e! Għax kieku ottu qegħdin. Tajjeb li nfakkru naqra.

Sur Editur, taf x’inhi waħda mir-raġunijiet li taw dawn l-imbeċilli biex jissostanzjaw li l-Gvern tagħna falla fir-ruħ soċjali? Trid taqra biex temmen ta! Li l-Maltin u l-Għawdxin huma mħassba għax qed jiffaċċjaw konsegwenzi mill-politika tal-Gvern minħabba ż-żieda filpopolazzjoni, apparti żewġ ċuċati oħra.

Issa ma nafx x’għandu x’jaqsam il-Gvern maż-żieda filpopolazzjoni jien. Ma naħsibx li Bertu tagħna għandu l-ispiji tiegħu fil-kmamar tas-sodda u kull min ikun qed iwettaq jaħli l-att talimħabba jordnalu biex l-att irid jispiċċa f’żieda tal-popolazzjoni!

Apparti ċ-ċajt, skont huma wkoll, il-Gvern tagħna mhux qed jipprovdi soluzzjonijiet biex iwieżnu lill-familji u biex jipprovdu impjiegi ta’ kwalità. Imma, Sur Editur, dawn ma jaqrawx l-istatistika li tiġi ppubblikata, jew?

Ma jaqrawx li taħt il-Gvern tagħna għandna rekord ta’ impjiegi u rekord tal-aktar qgħad baxx fl-istorja? Xiż-żikk qed jgħidu? U ma jaqrawx il-kummenti tal-Kummissjoni Ewropea, li l-pjan ekonomiku tal-Gvern, minkejja kollox, huwa wieħed mill-aħjar tal-Unjoni? Għax irnexxielu jżomm stabbiltà?

By the way, la qed insemmu l-Unjoni. Happy birthday Miss Berta l-Metsola. Għax għalqet sena tmexxi l-Parlament Ewropew. How nice! U b’tipi kbar il-gazzetta tagħhom ftaħret bil-Metsola f’għeluq is-sena tagħha. Sena li matulha rajna xi tfisser korruzzjoni, kif tipprova ddaħħal nies jiġu minnek f’karigi importanti, kif tgħajjar lil pajjiżek u fuq l-istess ħaġa tfaħħar pajjiż ieħor. Happy birthday. Ovvja li dawn fil-ġurnal tagħhom ma qaluhx, Sur Editur.

Taf x’qalu fil-ġurnal tagħhom? Ara kemm huma tan-nelħ! “Boss ewlieni tal-Mafia b’konnessjonijiet ma’ Malta arrestat f’Palermo”. Għax jekk ma jdaħħlux lil Malta fin-nofs, ma jkunux huma dawn. Ovvjament jekk tkun xi ħaġa li tista’ tiġi interpretata li hija tort talGvern tagħna.

Qisu jkun hemm waħda mħallta ma’ Melda tiegħi u tagħmel xi ħaġa u l-għajta tkun: “Vitorin, b’konnessjonijiet ma’ Melda tal-Buras, tinqabad tiskanta lejn moħħ Nazzjonalist, rarità f’pajjiżna”. Issa dan eżempju ta, Sur Editur, ma jmurx Melda tiegħi tieħu għaliha u jkolli norqod wiċċi mal-ħajt il-lejla. Avolja jekk tħallini, żġur li mhux se nkabbru l-popolazzjoni aħna.

L-isbaħ waħda imma, hija din tal-Kummissarju tal-Istandards. Iridu kollox kif jgħidu huma u għax il-Gvern qed jiqfilhom, għax fuq kollox diġà kienu qablu mal-isem li ppropona l-Gvern u wara ħawdu kollox, issa qed jgħidu li l-Gvern dittatur u kollox kif jgħid hu.

Patetiċi bil-pedigree. Bilħaqq, smajt xi għaqda tikkundanna lill-istilla tal-PeNe, Eva l-Borg Bonello li għajret lill-Prim tagħna dittatur daqs Hitler, Sur Editur? Le, lanqas jien. Mur ġibha kienet bilmaqlub l-istorja! Kieku jfaqqsu xi żewġ għaqdiet ġodda biex joħorġu jikkundannaw. Xi erbgħa minn dawk it-tużżana li bejniethom jiffurmaw skoss għaqdiet f’isem il-partit tagħhom. Imma la kienet Nazzjonalista li qalet hekk, dik tista’ ħi.

Għad-dieħla!

22.01.2023 16
President Sezzjoni Kunsilliera PL MARIO FAVA

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici nieda l-kalendarju ta’ Heritage Malta b’aktar minn 70 attività għall-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, fejn qed tiġi ppreżentata għażla wiesgħa ta’ avvenimenti u esperjenzi li jistgħu jitgawdew minn nies ta’ kull età.

Waqt it-tnedija, il-Ministru Bonnici qal li dawn l-inizjattivi jservu ta’ opportunità biex iressqu lill-pubbliku lejn diversi aspetti tal-istorja u l-kultura Maltija.

“Dan il-programm hu ħolqa oħra minn ħidma sħiħa li twassal biex tingħata tifsira ġdida tal-aċċessibbiltà għall-patrimonju tagħna. Aktar minn hekk, tifsira ġdida lill-patrimonju li ma rriduhx ikun ġo vetrina biex inħarsu lejh u

nistagħġbu bih biss, imma ngħixuh u nħossuh għax hu dak li jagħmilna bħala poplu,” hu qal.

Il-kalendarju, li jkopri l-perjodu sal-aħħar ta’ Ġunju, hu mmirat lejn it-tfal, iż-żgħażagħ, l-akkademiċi kif ukoll il-pubbliku ġenerali.

L-attivitajiet ivarjaw minn esperjenzi ta’ gost u tagħlim għat-tfal għal wirjiet u rappreżentazzjonijiet minn atturi, attivitajiet għall-membri ta’ Heritage Malta, taħditiet minn kuraturi, tours tematiċi, ftuħ speċjali ta’ siti magħluqin, dawriet fuq il-baħar, mixjiet b’tema storika, esperjenzi fl-ekwinozju, kif ukoll ikliet organizzati minn Taste History, il-fergħa gastronomika ta’ Heritage Malta.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, Noel Zam-

mit, qal li bħala l-protettur ta’ aktar minn 8,000 sena ta’ storja, l-aġenzija għandha l-missjoni li tħares il-wirt kulturali ta’ pajjiżna u tagħmlu aċċessibbli għal kulħadd, kemm fiżikament kif ukoll virtwalment, u b’hekk tikkontribwixxi biex l-identità kulturali ta’ pajjiżna tiġi apprezzata ferm aktar.

“Dan hu dak li Heritage Malta tipprova twettaq kuljum bl-aħjar mod possibbli, u dan hu l-għan ewlieni tal-kalendarju ta’ attivitajiet,” spjega Zammit.

Aktar tagħrif dwar dan il-kalendarju ta’ attivitajiet sa Ġunju li ġej jista’ jinkiseb permezz tal-link uffiċjali (https://issuu.com/heritagemt/ docs/hm_events_calender_issuu).

22.01.2023 17
WIRT X’JITGAWDA FL-ART U FIL-BAĦAR Aktar minn 70 attività u biżibilju t’attrazzjonijiet fil-kalendarju ta’ Heritage Malta għall-ewwel sitt xhur tal-2023

L-EWWEL ATTUR MALTI FI BROADWAY

Meta llum nistaqsu min setgħu kienu l-Maltin li għamlulna isem barra minn Malta, faċilment ikun hemm min isemmi lil Oreste Kirkop, li kien tenur magħruf sew għall-opri u ħadem il-film The Vagabond King u lil Pawlu Axiak, li wkoll kien tenur imsemmi. Iżda qabel ma dawn kisbu l-fama tagħhom, Malta kellha artist ieħor tal-films, bl-isem ta’ Joseph Calleia, li ħadem f’bosta plays fi Broadway u f’aktar minn 60 film ċinematografiku. Kien ukoll pjanist, kantant u kittieb tal-kanzunetti. Dan it-tagħrif ksibtu mingħand JOSEPH BORDA, wieħed mill-ammiraturi tiegħu u li beda fan club ta’ Calleia. Illum diġà għandu aktar minn 1,700 segwaċi ta’ din il-paġna.

Joseph Calleja twieled fl-4 ta’ Awwissu tal-1897, fis-Saqqajja r-Rabat. Il-ġenituri tiegħu kienu Pasquale u Eleonore Calleja. Missieru li kien perit bagħat lil Joseph jistudja filKulleġġi ta’ San Ġiljan u San Alwiġi. Joseph safa ltim minn ommu meta kellu seba’ snin. Ta’ 12-il sena, b’lira Ingliża li kien qala’ għall-Milied xtara żewġ tużżani orgnijiet talħalq, u waqqaf banda lokali li l-wirjiet tagħha kienu jdaħħlu flus mhux ħażin.

Missier Joseph bagħat lil ibnu Londra biex jistudja l-inġinerija. Hemm, Calleia sab xogħol bħala tenur fis-swali tal-mużika, u kanta ballati tal-Highlands Skoċċiżi bil-libsa tradizzjonali. Minħabba li missieru ddiżassoċja mix-xogħol li qabad u ċaħdu milli juża kunjomu, Joseph addotta l-kunjom Spurin, kunjom xbubit ommu.

Jiddaħħal l-isptar

Fl-1914 Calleia ngħaqad mal-British Transport Service. Wara li dar id-dinja għal sentejn u nofs, il-bastiment tiegħu kien torpedinat filKanal Ingliż. Minħabba f’hekk, u għax weġġa’, iddaħħal l-isptar għal tliet xhur, Calleia ngħata midalja ta’ ġieħ u nħeles mill-kariga li kellu. Fl-1917 hu vvjaġġa lejn l-Istati Uniti. Beda jkanta għall-Organizzazzjoni tas-Salib l-Aħmar u għas-servizzi armati, u vvolontarja fl-American Tank Corps.

Calleia beda l-karriera tiegħu fuq il-palk f’Jum l-Armistizju. Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, kellu biss suċċess limitat fil-vaudeville. Qala’ l-għajxien tiegħu jnaddaf ilfran f’maħżen dipartimentali, u kiseb xogħol billejl jaħsel u jnaddaf it-trammijiet fil-belt ta’ New York. Bi nhar, kien jaħdem ukoll fl-uffiċċji tal-prenotazzjoni teatrali. L-aġenzija Henry W. Sav-

age bagħtet lil Calleia f’Denver, fejn iddebutta fuq il-palk ikanta fil-kor tal-kummiedja mużikali Have a Heart ta’ Jerome Kern. Fl-istaġun ta’ wara, kellu sehem ċkejken fi Pietro, dramm tal-1920 ta’ Otis Skinner li damet sitt ġimgħat fi Broadway u 40 ġimgħa fuq mawra. Calleia ssupplimenta s-salarju tiegħu billi ħadem bħala assistent maniġer talpalk u jsewwi l-bagolli għal tliet dollari l-wieħed.

L-ewwel rwol ta’ Calleia fejn tkellem fuq il-palk kien f’The Broken Wing (1920), kummiedja ta’ Broadway li kellha lil George Abbott u Louis Wolheim. Hu studja l-partijiet kollha u deher bħala seftur Messikan, fejn daqq il-kitarra u kanta kanzunetta msejħa Adelai. Calleia kkompona l-melodija, u talab lil Abbott biex jikteb il-lirika; il-kanzunetta ġiet ippubblikata u eventwalment kisbet royalties ta’ madwar $2,000 fis-sena lil kull wieħed minnhom.

The Broken Wing kien suċċess, u wara li dan iddramm ġera New York, Calleia u Thurston Hall ġew trasferiti fi produzzjoni ta’ Londra.

Rikonċiljazzjoni

Wara erba’ xhur, l-ispettaklu għalaq u Calleia żar Malta, fejn hu u missieru rrikonċiljaw.

Fuq talba ta’ missieru beda juża kunjomu reali, u għalhekk beda jkun rikonoxxut bħala Joseph Spurin-Calleia. Fl-14 ta’ Frar, 1925, Calleia għamel id-debutt tiegħu filkunċert li sar fit-Town Hall fil-Belt ta’ New York, akkumpanjat mill-pjanista Ferdinand Greenwald.

“Hu wera li kellu vuċi għolja pjaċevoli, li uża b’ħila kbira fl-arji Taljani,” kiteb il-kritiku tal-mużika ta’ New York Times Olin Downes, “inkluż dak ta’ Rodolfo minn La Boheme ta’ Puccini u oħrajn minn Trovatore u Rigoletto ta’ Verdi.”

Fil-recital fi Steinway Hall ta’ New York fil-21 ta’ Frar, 1926, Calleia “wera li għandu vuċi b’timbru pjaċevoli u attraenti.” Il-programm kien jinkludi xogħlijiet ta’ Scarlatti, Paisiello, Schumann, Gounod u Leoncavallo, kif ukoll żewġ kompożizzjonijiet tiegħu stess.

Joseph Calleia ħadem il-parti ta’ ambaxxatur Spanjol fil-produzzjoni ta’ Broadway, tal-Prinċipessa Flavia (1925), bl-adattament mużikali ta’ Sigmund Romberg ta’ The Prisoner of Zenda. Waqt li kien qed jistenna li tittella’ l-produzzjoni elaborata, beda jbigħ il-pjanijiet. Tant kellu suċċess,

li sid il-ħanut offra li jagħtih ħanut jekk jibqa’ miegħu.

Fl-1926, Calleia kiseb l-ewwel rwol prominenti fil-palk, fi Broadway, l-aqwa xogħol ta’ George Abbott u Philip Dunning. Huwa kellu l-parti ta’ waiter. Hu ħadem ukoll bħala l-maniġer tal-palk tal-kumpanija u għall-produttur Jed Harris, fejn issorvelja xi 10 produzzjonijiet duplikati ta’ Broadway fl-Istati Uniti u f’pajjiżi oħra barranin.

Segwew għalih suċċessjoni ta’ wirjiet b’suċċess fid-drammi ta’ Broadway, fejn ħadem bħala ġurnalist ta’ gazzetta f’The Front Page (1928); qattiel ikkundannat f’The Last

Mile (1930), u x-xufier fi Grand Hotel (1930). Calleia sar stilla bi Small Miracle (1934), produzzjoni ta’ Broadway deskritta minn The New Yorker bħala “melodrama sodisfaċenti ħafna b’Joseph Spurin-Calleia bħala l-iktar qattiel pjaċevoli li qatt rajt.”

Ammirazzjoni

U Orson Welles, li dderieġa u ħadem ma’ Calleia f’Touch of Evil (1958) kiteb: “X’attur – Joseph Calleia. Ħabbejtu bħala tifel ta’ 10 snin. Rajtu fi dramm fi New York ... melodrama mtellgħa tajjeb ħafna, li kienet suċċess kbir għal

22.01.2023 18

madwar sena—inħadmet bħala film aktar tard ma’ xi ħaddieħor. Kellu s-sehem ewlieni, u qatt ma nsejtu.

U matul is-snin kont rajtu fil-films, u qatt ma stajt ninsa dik il-prestazzjoni tiegħu. Hu dejjem kellu partijiet sterjotipati ħafna fl-istampi, iżda hu wieħed mill-aqwa atturi li qatt kont naf. Għandi rispett kbir lejh. Meta taħdem qribu tħoss li qiegħed ħdejn attur kbir.”

Waqt li rrefera għall-artisti li ħadmu partijiet ta’ brikkuni tat-teatru fis-sena 1934, l-artikolista Paul Harrison min-Newspaper Enterprise Association, għażel hekk: “lil Joseph Spurin-Calleia, li

r-rwol tiegħu ta’ gangster fi Small Miracle pprovda waħda mill-ifjen wirjiet li saru fi Broadway.”

Bil-parti tiegħu fi Small Miracle, Calleia għamel suċċess kbir u kien dan iddramm li wasslu f’Hollywood. Il-kuntratt ta’ Calleia mal-Metro-Goldwyn-Mayer ippermettielu waqfa ta’ sitt xhur fis-sena, biex ikompli bil-ħidma tiegħu fuq il-palk. Ma kienx ġdid fil-films — kien għamel tliet films fil-Kosta tal-Lvant — iżda meta l-MGM poġġiet lil Calleia taħt kuntratt, ippromwovew l-ewwel film tiegħu, Public Hero No. 1 (1935), bħala d-debutt tiegħu

“Nixtieq nitbiegħed minn partijiet ta’ brikkun,” qal f’intervista fl-1936. “Iżda m’għandi l-ebda xewqa li nkun eroj. Jiena nieħu pjaċir f’partijiet fejn niġi xi ftit imsawwat. Hu ferm aktar stimulanti li ninterpreta karattru li mhux kollu ħaġa waħda—mhux kollu ħażin u mhux kollu tajjeb

fuq l-iscreen. Ir-ritratt ta’ Calleia bħala raġel armat, kien elenkat mill-kritiku talfilms Andre Sennwald ta’ The New York Times bħala wieħed mill-aqwa 10 wirjiet maskili tas-sena.

Calleia eċċella bħala l-ġuvni ħażin fil-films, iżda ried joħloq ukoll karattri b’ċerta simpatija. “Nixtieq nitbiegħed minn partijiet ta’ brikkun,” qal f’intervista fl-1936. “Iżda m’għandi l-ebda xewqa li nkun eroj. Jiena nieħu pjaċir f’partijiet fejn niġi xi ftit imsawwat. Hu ferm aktar stimulanti li ninterpreta karattru li mhux kollu ħaġa waħda, mhux kollu ħażin u mhux kollu tajjeb.”

Ħoloq sensiela ta’ karattri misterjużi b’umoriżmu f’films fosthom Algiers (1938), Five Came Back (1939), Golden Boy (1939), The Glass Key (1942) u Gilda (1946).

Kiteb skripts

F’Ġunju tal-1935, tħabbar li Calleia ħa sehem fil-parti ta’ Joaquin Murrieta f’I Am Joaquin (aktar tard intitolat Robin Hood of El Dorado), film li għalih kien kiteb l-iskript. MGM ħadu posthom mal-attur Warner Baxter, apparentement minħabba li Calleia kien anzjan wisq, għalkemm Baxter kien sitt snin akbar. Imbagħad Calleia ħa sehem f’Man of the People (1937), drama politika fuq avukat żagħżugħ jiġġieled kontra sfruttaturi korporattivi.

L-attur Malti kompla jmur kontra l-partijiet li dejjem ħadem, u rrifjuta rwoli ta’ brikkuni li jħallsu tajjeb. Il-prestazzjoni tiegħu bħala l-Ispettur tal-Pulizija Slimane f’Algiers, ta’ Walter Wanger (1938) ġiet rikonoxxuta millBord Nazzjonali tar-Reviżjoni. Waqt li ħadem mad-direttur John Farrow f’RKO Pictures fl-1939, ħoloq studju tajjeb tal-karattru bħala l-anarkista kkundannat f’Five Came Back, u qaxxar il-parti ta’ qassis erojku f’Full Confession. Kien tħabbar li Calleia kellu jkollu l-parti ta’ Father Damien fil-film tal-RKO li kel-

lu jkun miktub u dirett minn John Farrow, iżda l-proġett ma sarx.

Il-parti li interpreta Calleia bħala Pete Menzies f’Touch of Evil ta’ Orson Welles (1958), tqieset bħala waħda mill-aqwa wirjiet tal-karriera tiegħu.

Calleia kellu tliet films li minħabba ċ-ċensura ma daħlux Malta. Dawn kienu Full Confession, tal-1939, fejn jidher bħala Fr. Loma, li jħeġġeġ lil min kien għamel żball biex jersaq ’il quddiem u jitkellem ħalli ma jeħilx min kien bla ħtija; Valentino, fejn interpreta l-parti tal-headwaiter Luigi Verducci, u li fih żifna Tango u l-film ftit vjolenti The Iron Mistress tal-1952.

Joseph Calleia sar ċittadin Amerikan naturalizzat f’Novembru 1941. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, hu mexxa l-organizzazzjoni Malta War Relief fl-Istati Uniti. Id-dar fejn twieled, fis-Saqqajja, inqerdet fl-1942, bil-familja tiegħu ikollha tieħu kenn taħt l-art f’katakombi antiki waqt il-bumbardamenti kważi kostanti mill-ajru fuq Malta. L-attakki mill-qawwiet tal-Assi damu għaddejjin għal aktar minn sentejn.

Taħt il-patroċinju tal-Motion Picture Division tal-USO Camp Shows, Joseph Calleia għamel dehriet personali f’faċilitajiet militari Amerikani fl-1943. Hu aċċetta wkoll stedina mill-Kumitat ta’ Victorja ta’ Hollywood biex jagħmel dawra fil-kampijiet militari fl-Afrika ta’ Fuq, partikolarment minħabba li l-itinerarju tentattiv kien jinkludi lil Malta.

Iferrħu lin-nies tas-servizz

Fil-vjaġġ ta’ 20,000 mil (32,000 km), Calleia u t-truppa żgħira tiegħu taw gost lin-nies tas-servizz f’Natal, Dakar, tul il-kosta sa Casablanca u lejn Tuneż, qabel ma marru Malta, fejn Calleia kien ilu ma jżurha sa mill-1922. Huma taw żewġ wirjiet kuljum u żaru l-isptarijiet kollha f’kull waqfa. F’Malta ppreżentaw sitt wirjiet bħala parti mill-programm ta’

skambju bejn unitajiet ta’ divertiment Amerikani u Ingliżi. Minbarra li ħadem b’mod kostanti fil-films għal 20 sena oħra, Calleia ħadem ukoll fil-premiere tal-palk f’Londra fl-1948, fid-dramm ta’ Arthur Miller All My Sons, rebbieħ tal-Premju Tony Awards, li rċieva akklamazzjoni unanima mill-kritiċi. Il-prestazzjoni tiegħu f’Touch of Evil (1958) bħala Pete Menzies, sieħeb għal żmien twil tal-Kaptan tal-Pulizija korrott Hank Quinlan (Orson Welles), hi meqjusa bħala waħda millaqwa tal-karriera tiegħu.

L-artist Malti kien ħabib sew tal-kantant tal-opri Oreste Kirkop, tant li meta siefer, kien laqgħu fil-villa li kellu f’Hollywood u offrielu l-alloġġ.

Calleia rtira għalkollox fl-1963 f’Tas-Sliema, Malta, wara li fis-snin 50 kien bena dar kbira fi Triq Imrabat, li fiha kellu l-ewwel intercom li kien jeżisti f’pajjiżna, l-ewwel apparat ta’ arja kundizzjonata u l-ewwel lift fid-dar. Dawn ġabhom miegħu mill-Amerka.

Jingħad li meta darba marret hairdresser biex tagħmel xagħar il-mara, din ċemplet il-qanpiena, u tant beżgħet meta semgħet il-vuċi tas-sinjura ħierġa mill-kaxxa ta’ mal-qanpiena, li telqet tiġri ’l hemm. Jaf ħasbet li kien hemm xi demonju.

Meta rtira f’pajjiżna, Joseph irċieva telegramma mingħand Francis Ford Coppola, li staqsieh kienx interessat jagħmel il-parti ta’ Godfather (il-Padrino). Hu ma weriex interess u minfloku, ħadem il-parti Marlon Brando.

F’Malta, mart Joseph, Eleanor Vassallo Calleia, li kienet iżżewġitu fl-1929, ma tantx damet ħajja, għax mietet fl1967, sewwasew wara erba’ snin. Imbagħad, Joseph Calleia ħass immens għall-mewt tagħha, forsi wkoll peress li ma kellhomx tfal, u miet fil31 ta’ Ottubru, 1975, fl-età ta’ 78 sena. Huwa ġie midfun fil-qabar tal-familja fiċ-Ċimiterju Santa Marija Addolorata f’Raħal Ġdid.

22.01.2023 19

NIPPROMWOVU KULTURA AĊĊESSIBBLI STRATEĠIJI KULTURALI REĠJONALI

Fl-aħħar tas-sena 2022, il-Kunsill Malti għall-Arti, b’kollaborazzjoni mad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, nieda sitt Strateġiji Kulturali Reġjonali. Kull waħda minn dawn l-Istrateġiji Kulturali Reġjonali hija mmirata biex issaħħaħ u żżid l-aċċessibbiltà tal-arti u l-kultura fir-reġjuni tagħna, u hemm waħda ddedikata għal kull reġjun f’pajjiżna li huma Għawdex, it-Tramuntana, il-Lvant, il-Punent, il-Port u n-Nofsinhar.

Din hija l-ewwel darba li pajjiżna għandu strateġija kulturali għal kull reġjun, u ġew żviluppati ma’ kull reġjun innifsu. Dan sabiex bħala Gvern nisimgħu u nifhmu l-bżonnijiet li jridu jiġu indirizzati. Permezz ta’ dawn l-istrateġiji, qegħdin nużaw il-kultura biex nindirizzaw l-isfidi fi ħdan ir-reġjuni, b’mod li nsaħħu l-ekonomija kreattiva ta’ pajjiżna.

F’kull strateġija, wieħed isib sezzjoni ddedikata għall-għarfien u l-informazzjoni fuq l-aspetti u l-assi kulturali fi ħdan ir-reġjun kif ukoll qafas dwar ir-rwol li għandha l-kultura. Bis-saħħa tagħhom, qegħdin naraw aktar attenzjoni lejn il-bini u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet, sabiex jiġi żgurat li l-kultura tieħu r-rwol ċentrali tagħha fl-iżvilupp tar-reġjuni.

Il-lokalitajiet tagħna jafu jservu ta’ fulkru għall-arti u għall-kultura. Arti u kultura distinta li anke fiċ-ċokon tagħna taf tkun rikka immens. Huma bosta t-tradizzjonijiet li nsibu f’pajjiżna, li wasslu wkoll għal affarijiet u drawwiet kontemporanji li jibqgħu jinbidlu matul iż-żmien. Huwa essenzjali li nagħrfu, u niċċelebraw dawn id-distinzjonijiet, li flimkien jagħmlu u jsaħħu l-kultura ta’ pajjiżna. Huwa għalhekk li kull strateġija hija distinta. Però, kollha kemm huma bdew minn qafas komuni.

Dawn l-istrateġiji saru minnies, għan-nies, b’mod ħaj bħalma hi l-kultura vibranti tagħna, li hi parti intrinsika mill-identità tagħna li

tagħmilna Maltin u Għawdxin. L-istrateġiji kulturali reġjonali jimxu id f’id mal-Istrateġija 2025 tal-Kunsill Malti għall-Arti, li għandha bħala viżjoni tagħha li l-arti tkun fil-qalba u fil-futur ta’ pajjiżna. Apparti minn hekk, dawn l-Istrateġiji, jimxu mal-affermazzjonijiet tal-UNESCO, u huma mnebbħa minn kif il-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi “r-rwol essenzjali li l-kultura għandha fl-iżvilupp lokali, partikolarment fit-tnaqqis ta’ distakk f’opportunitajiet bejn partijiet differenti tal-Ewropa”.

L-Istrateġiji Kulturali Reġjonali huma mfassla minn tliet temi trasversali ewlenin għall-kultura madwar pajjiżna, li huma l-iżvilupp tat-talent, l-involviment tal-udjenza, u l-innovazzjoni tal-wirt storiku.

L-iżvilupp tat-talent

Waħda mir-riżorsi ewlenin ta’

pajjiżna hija bla dubju l-poplu tagħna. Poplu kreattiv u mimli b’talent kulturali, li naraw taħlita qawwija tagħhom f’kull wieħed mis-sitt reġjuni. Permezz ta’ din l-istrateġija, se nkunu qegħdin nindirizzaw il-karrieri fis-setturi kulturali u kreattivi b’mod li jkun hemm

tisħiħ fil-bini tal-kapaċità, ħiliet u sħubijiet, sabiex bħala pajjiż, inkomplu nsaħħu l-pjattaforma ta’ professjonalizzazzjoni f’dan is-settur.

Apparti minn hekk, din it-tema tieħu ħsieb li tagħti prijorità lill-aċċessibbiltà b’mod li l-ideat u l-ħiliet tal-poplu

jibqgħu jiffjorixxu fis-settur, permezz tal-introduzzjoni u l-iżvilupp ta’ programmi u strutturi li jistgħu jtejbu dan.

L-involviment tal-udjenza Filwaqt li hawn avvenimenti kulturali bħall-festi u

Il-lokalitajiet tagħna jafu jservu ta’ fulkru għall-arti u għall-kultura. Arti u kultura distinta li anke fiċ-ċokon tagħna taf tkun rikka immens. Huma bosta t-tradizzjonijiet li nsibu f’pajjiżna, li wasslu wkoll għall-affarijiet u għad-drawwiet kontemporanji li jibqgħu jinbidlu matul iż-żmien

22.01.2023 20

Filwaqt li hawn avvenimenti kulturali bħall-festi u bħaċ-ċelebrazzjonijiet tal-karnival li għandhom parteċipazzjoni qawwija f’pajjiżna, tant li hawn min dawn huma parti intrinsika minn ħajtu, għad hawn ħafna attivitajiet kulturali oħra li għadhom emerġenti

bħaċ-ċelebrazzjonijiet tal-karnival li għandhom parteċipazzjoni qawwija f’pajjiżna, tant li hawn min dawn huma parti intrinsika minn ħajtu, għad hawn ħafna attivitajiet kulturali oħra li għadhom emerġenti. B’din it-tema, se jkun hemm aktar attenzjon lejn it-tisħiħ ta’ udjenzi attivi u diversi fil-varjetà ta’ forom kulturali fi ħdan ir-reġjun, b’mod li tingħata prijorità lejn l-inklużjoni soċjali. Din it-tema wkoll tħeġġeġ il-kollaborazzjoni bejn għaqdiet kulturali u organizzazzjonijiet mhux governattivi, biex ikun hemm aktar kordinazzjoni u komunikazzjoni dwar il-programmi

tagħhom u permezz t’hekk se tintlaħaq firxa aktar wiesgħa ta’ udjenzi.

Innovazzjoni tal-wirt storiku

Din it-tema tindirizza l-passat u l-futur tagħna, b’mod li l-passat tagħna li bena kemm lil pajjiżna kif ukoll lilna bħala poplu narawh minn lenti friska ta’ innovazzjoni li jkompli jarrikixxi s-settur kulturali u kreattiv u l-ekonomija kreattiva. Pajjiżna huwa rikk b’wirt tanġibbli u intanġibbli, u permezz tal-innovazzjoni tal-wirt storiku, qed naraw il-patrimonju tagħna bħala riżorsa għal żvilupp kontemporanju

u innovazzjoni. Din it-tema wkoll titlob għall-kollaborazzjoni, sabiex il-wirt storiku u l-innovazzjoni jiltaqgħu u jiġġeneraw dħul ġdid, li jista’ jerġa’ jiġi investit fis-settur.

Għal dawn it-tliet temi trasversali ewlenin, kull reġjun għandu l-prijoritajiet strateġiċi tiegħu. Apparti minn hekk, l-Istrateġiji għandhom ukoll numru ta’ prijoritajiet oħra komuni, li huma t-tressiq tal-komunitajiet rurali u rħula żgħar, it-tisħiħ tas-sħubija u d-diversifikazzjoni tal-investiment, id-dimensjoni Ewropea u lil hinn, u l-evalwazzjoni u l-evidenza.

Dawn is-sitt strateġiji

kienu pass importanti għal pajjiżna u għas-settur kulturali u kreattiv, kif ukoll biex nirrikonoxxu d-distinzjonijiet u l-uniċità ta’ kull reġjun. It-twettiq tagħhom huwa f’idejn il-partijiet ikkonċernati, sabiex jaħdmu id f’id u jkun hemm kollaborazzjoni.

Bħala Kunsill Malti għall-Arti nifhmu li din hija sfida, imma hija sfida eċċitanti, u se nibqgħu nisimgħu, nifhmu u nikkollaboraw biex insaħħu l-arti u l-kultura fi ħdan il-komunitajiet u l-lokalitajiet. Wieħed jista’ jsib l-Istrateġiji Kulturali Reġjonali fuq is-sit tal-Kunsill Malti għall-Arti – www.artscouncil.

mt

L-Istrateġiji Kulturali Reġjonali jiffurmaw parti millproġett ESF.04.079 bl-isem Create 2020: Investiment f’Ħiliet ta’ Kapaċità Kulturali u Kreattiva fis-Settur Pubbliku ta’ Malta, iffinanzjat permezz tal-Fond Soċjali Ewropew, Programm Operattiv II – Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 20142020 “Ninvestu fir-riżorsi umani sabiex noħolqu aktar opportunitajiet filwaqt li nippromwovu t-tisħiħ tas-soċjetà”. Ir-rata ta’ kofinanzjament tal-proġett hija ta’ 80% fondi mill-Unjoni Ewropea u 20% fondi nazzjonali.

22.01.2023 21

KELLY PISANI DILETTANTA TAT-THRIFTING

Dan l-aħħar skoprejt b’persuna li tħobb tagħmel it-thrifting. Għall-ewwel forsi ħafna nies ma jkunux jistgħu jifhmu l-kunċett sħiħ. Però, meta wieħed jesplora eżattament x’joffri, jifhem aħjar il-vantaġġi li hemm warajh. Qed nirreferi għal Kelly Pisani.

Għandha 21 sena u oriġinarjament minn Ħal Tarxien, bħalissa għalliema tal-iskola primarja u tqatta’ ħafna millħin tagħha tiġbed ir-ritratti bi ħwejjeġ thrifted, tħit, u taqra.

Tqis ruħha kreattiva immens, sensittiva fis-sens li ma tafx tagħlaq għajnejha għall-bżonnijiet ta’ ħaddieħor, speċjalment nies li m’għandomx ix-xorti li jitkellmu għalihom infushom, tħobb tagħti l-opinjoni tagħha, u flaħħar mill-aħħar tħobb ħafna tesprimi ruħha fl-għażla tal-ħwejjeġ tagħha ta’ kuljum. Il-burdata tagħha tkun tirrifletti fl-istil tat-tibdila li tkun liebsa.

It-thrifting hu l-kunċett li tixtri ħwejjeġ u affarijiet second hand, jiġifieri diġà użati, u tagħtihom ħajja ġdida bil-mod tiegħek. Tista’ tmur thrifting minn ħwienet tal-karità, carboot sales, flea markets u anke fuq il-midja soċjali fejn nies ibigħu ħwejjeġ minn tagħhom li m’għadhomx isibu użu għalihom.

Mistoqsija kemm ilha tinteressa ruħha fit-thrifting u x’ħajjarha eżattament, Kelly weġbitni: “Ili mmur thrifting minn mindu kont żgħira, proprjament, l-anqas niftakar l-ewwel darba li mort thrifting. Però meta nipprova niftakar l-ewwel darba li kapaċi tagħtini l-memorja, immur lura għad-darba li morna car boot sale f’Marsaskala, u ħriġna minn hemm b’borża taż-żibel mill-kbar kollha ħwejjeġ li kien irnexxielna nsibu mill-car boot sale! Kull darba li konna mmorru l-car boot sale, malli naslu lura d-dar, ommi kienet tfittex taħsel kollox u wara kont noqgħod nipprova l-ħwejjeġ kollha li konna nsibu biex nurihom lil ommi.

Iktar ma kbirt, bqajt immur thrifting għal żewġ raġunijiet; (1) li ġenwinament nieħu pjaċir immur u qatt ma naf eżatt x’ser insib, imma dejjem noħroġ sodisfatta minn ġo charity shop; (2) li b’kull oġġett li nixtri minn ġo charity shop, inkun qed nagħmel karità u nnaqqas

il-ħwejjeġ li jispiċċaw mormija; u (3) li kull ħanut tal-karità b’xi mod ifakkarni f’ommi u f’missieri u f’kemm-il darba morna flimkien meta kont żgħira,” bdiet tgħidli.

Hija l-fundatriċi ta’ Thrifted District Vintage

Kelly hija l-fundatriċi ta’ Thrifted District Vintage. Ridt inkun naf l-għan tagħha u kemm ilha li waqqfitu u kif miexja b’dan il-proġett bħalissa. “Thrifted District Vintage hu l-passjoni tiegħi magħqud ma’ wieħed mit-talenti tiegħi. F’Thrifted District, jiena nuża materjal vintage jew second hand bħal flokkijiet, ilbiesi, suits eċċ... u noħloq ħwejjeġ, basktijiet, aċċessorji tax-xagħar, fost l-oħrajn.

L-għan huwa li nagħti ħajja ġdida affarijiet li jien inħobb insejjaħ outdated. Thrifted District qed jintlaqa’ tajjeb ħafna mal-pubbliku speċjalment minħabba l-għan primarju tiegħu, u ġenwinament ma nistax inħossni iżjed kuntenta.

Nixtieq li ngħaddi l-imħabba li għandi lejn it-thrifting u l-moda sostenibbli lejn il-pubbliku, u huwa għalhekk li ddeċidejt li nibda Thrifted District apparti

li diġà nitkellem fuq it-thrifting fuq instagram tiegħi @kellyypisani. Nixtieq li l-pubbliku jħossu motivat li jgħin inaqqas il-carbon footprint tiegħu u jsibha faċli li jagħmel dan billi jixtri affarijiet second hand anke jekk wieħed jiddejjaq idur ħwienet tal-karità.”

Ta’ min iżid jgħid li Kelly l-hena tagħha ssib u tixtri ħwejjeġ użati minn ħaddieħor, u tilbishom biex toħroġ bihom. Ġieli jkollha tibdila fuqha minn fuq s’isfel li b’kollox ġieli lanqas tkun tiswa aktar minn ħames ewro. Ħallejt f’idejha sabiex tikkummenta dwar dan.

“Naħseb li meta niġu għall-moda, il-flus m’għandhomx ikunu l-problema. Bħalma għedt diġà, il-moda għalija hi waħda mill-modi kif nesprimi ruħi. Il-fatt li meta mmur thrifting, insib ħwejjeġ sbieħ, partikolari u ta’ kwalità permezz ta’ ftit ħsieb waqt li nkun qed nixtri, bi ftit flus, hu l-ikbar vantaġġ tat-thrifting personalment,” stqarret miegħi.

Immaġinajt li jkun hawn ħafna persuni li jgħidulha li żgur li ma jilbsux ħwejjeġ tagħha wara ħaddieħor, speċjalment ta’ nies li ma jkunux jafuhom. B’hekk ħadt l-opinjoni tagħha

dwar dan. “Sfortunatament din għadni nismagħha ħafna, anke mingħand nies li jistaqsuni fuq kif jirnexxili nsib affarijiet sbieħ meta mmur thrifting.

Sfortunatament ċerti nies għadhom jaraw affarijiet second hand bħala ‘maħmuġin’, u r-realtà ma tistax tkun iżjed l-oppost ta’ hekk. Meta wieħed jagħti ħwejjeġ u affarijiet tiegħu li m’għadx għandu użu għalihom lill-ħwienet tal-karità, dawn iduru l-affarijiet; ħaġa ħaġa, jaraw x’inhu u x’mhux tajjeb u jieħdu l-ħin tagħhom biex jaraw li l-affarijiet li jmorru għall- bejgħ ikunu ta’ kwalità. Imbagħad, meta inti tixtri l-ħwejjeġ mill-ħwienet talkarità, ovvjament ser taħsilhom! Jiena anke coats ħsilt fil-washing machine, u dejjem ħarġu ġodda,” stqarret miegħi.

Kollox ma’ kollox, il-pjaċir tat-thrifting huwa li tidħol f’ħanut u ma tafx x’ser issib tajjeb għalik. Bis-saħħa t’hekk il-gwardarobba d-dar dejjem tkun updated bi stock ta’ ħwejjeġ differenti. Fi kliem sempliċi, tista’ tilbes mingħajr ma tonfoq wisq. Ridt inkun naf jekk thrifting shop u charity shop humiex l-istess ħaġa. “Iva, charity shop u thrift shop huma l-istess ħaġa. Lokalment, insibu

anke bażars li jkollhom ħwejjeġ second hand għall-bejgħ. Ġieli nsibu bażars ġo xi skola, taħt il-knisja.”

Il-ħjata u t-thrifting imorru id f’id

Hawn ħafna moħħhom fid-ditti tal-ħwejjeġ, iżda Kelly tisħaq li permezz tat-thrifting tkun qed tgħin biex tnaqqas il-ħwejjeġ li jintremew, u tgħin karitajiet li jiġu megħjuna minn dawn il-ħwienet stess, kif ukoll tagħmilha għax tħobb l-ambjent. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar.

“Meta mmur thrifting, jiena la nagħti kas id-ditti tal-ħwejjeġ, la s-sizes u wisq anqas jekk humiex tan-nisa jew tal-irġiel. Jiena nemmen li l-ħwejjeġ m’għandhomx ġeneru. Kemmil darba xtrajt ġkieket, flokkijiet u qliezet li sibt mis-sezzjoni tal-irġiel minn ġol-ħwienet tal-karità. Permezz tal-ħjata, kollox inkun nista’ nirranġa u jiġini eżatt kif irrid jiena.

Meta tmur thrifting, ser issib biss ħaġa waħda minn kollox, anke sizes. Allura jekk flokk jogħġobni, m’iniex ser inħallih hemm għax ma jiġinix tajjeb u għalhekk nemmen li l-ħjata u t-thrifting imorru id f’id! Iċ-

22.01.2023 22

ċans tiegħek li ssib affarijiet sbieħ mill-ħwienet tal-karità jimmultiplika meta ma jkollokx għalfejn toqgħod tinkwieta jekk qalziet jiġikx kbir, għax taf li tista’ tirranġah,” stqarret miegħi.

Xi ħaġa wkoll li forsi wieħed jikkunsidra f’dan ir-rigward hija li forsi maż-żmien, persuni oħra ħarsu lejn Kelly b’mod differenti, fis-sens jarawha stramba li tilbes ħwejjeġ wara ħaddieħor li ma tafx. B’hekk staqsejtha jekk esperjenzatx xi bullying matul is-snin. “Meta ddeċidejt li bdejt naqsam l-imħabba tiegħi lejn it-thrifting mal-pubbliku, u ftaħt iċ-channel tiegħi fuq YouTube, kont għadni fl-ewwel sena tiegħi s-sixth form.

Dak iż-żmien, kont nisma’ studenti oħra jaraw il-videos tiegħi u jistagħġbu fuq kif qed nilbes ħwejjeġ maħmuġin. Dak iż-żmien, ma tantx kelli ħbieb, u kont nweġġa’ ħafna li ċerti żgħażagħ ma setgħux jifhmu għaliex iddeċidejt li naqsam din l-imħabba tiegħi u x’inhuma l-benefiċċji tat-thrifting u għaliex inħobb immur thrifting daqshekk.

Iktar ma kbirt, iżjed fhimt li din il-ħaġa għandi ngħożża iżjed u iżjed għax tiddistingwini mill-bqija u tagħtini sens uniku ta’ identità. Illum il-ġurnata, tant ma niddejjaqx li ċerti nies xorta waħda ser isibu xi jgħidu fuq il-fatt li nilbes ħwejjeġ diġà użati, li naqsam kif insib, kif nirranġa u kif nilbes dawn l-istess ħwejjeġ użati mal-ħamest elef followers tiegħi fuq instagram li ftit ftit dalwaqt isiru sitt elef. Hemmhekk, għandi komunità ta’ nies li, bħali, għandhom imħabba għat-thrifting, u dik li bl-Ingliż insejħulha circular fashion,” tbissmet tgħidli.

Barra dan kollu, meta speċ-

jalment il-ħwejjeġ ikunu vintage tħares lejn l-oġġett bi storja warajh. “L-isbaħ ħaġa hi meta mmur thrifting u nsib xi ħaġa vintage. Il-fatt li oġġett li issa sibtu jiena u ser ikollu ħajja ġdida miegħi u diġà għandu storja warajh wisq jintrigani.

Meta nsib xi ħaġa vintage, inħobb immur id-dar u noqgħod infittex fuq id-ditta (jekk ikollu!), materjal, meta sar magħmul u fejn; kemm saru bħalu, eċċ... Inħoss li ħwejjeġ vintage għandhom karattru; u allura b’mod awtomatiku, meta nilbishom f’outfit; inħoss li jagħtu karattru lit-tibdila li nkun liebsa b’mod li ħwejjeġ t’issa ma jistgħux. Apparti minn hekk, iċ-ċans li ssib xi ħaġa vintage u tiltaqa’ ma’ xi ħadd li għandu eżatt bħalha hu verament żgħir; li jkompli jgħinek tkun iżjed u iżjed unika fl-istil tal-ħwejjeġ tiegħek.”

Fl-aħħar nett, stedint lil Kelly tgħaddi messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Apparti li nixtieq inħeġġeġ lin-nies li qed jaqraw dan l-artiklu biex ma jħallux il-kunċett tat-thrifting ibeżżagħhom għax mhux il-mod meqjus ‘normali’ ta’ kif nixtru l-ħwejjeġ, nixtieq ngħidilhom ukoll li jekk jixtiequ jmorru thrifting għall-ewwel darba u ma jafux minn fejn se jaqbdu jibdew; jien għandi kollox lest għalihom fuq l-instagram tiegħi @kellyypisani; kemm lista ta’ charity shops li hawn madwar Malta, kemm fuq kif jistgħu jagħmlu ħjata bażika u apparti minn hekk, inkun qed nistenniehom biex juruni xi jsibu (l-hena tiegħi!), u jistaqsuni xi mistoqsijiet li jistgħu jkollhom. Jiena lesta biex inkompli naqsam l-imħabba tiegħi għat-thrifting u l-moda sostennibbli mal-pubbliku,” temmet tgħidli.

SKEDA ONE

06:30 ONE News 06:45 Popcorn

07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta

07:25 Primetime

08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza

09:20 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News

12:35 Telebejgħ

12:55 Ħajjitna Makkjetta

13:00 Kalamita

15:30 ONE News

15:35 PrimeTime 16:00 Indhouse

17:00 The Local traveller 17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta

19:30 ONE News

20:05 Ir-Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime

20:35 Reboot Podcast

21:15 The Tattoo Challenge 22:15 Żona Sport

22:45 Investigaturi tal-Mużika 23:00 Esperti 23:30 ONE News

TLIETA

24-01

06:30 ONE News 06:45 Żona Sport 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa

06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ

ĦAMIS

06:30 ONE News 06:45 What’s Cooking 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News

12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita

15:30 ONE News

15:35 PrimeTime 16:00 Flimkien ma’ Nancy 17:00 What’s Cooking 17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta

12:55 Ħajjitna Makkjetta

13:00 Kalamita

15:30 ONE News

15:35 Primetime 16:00 Dak Li Jgħodd 17:00 Ħajjitna Makkjetta

17:15 Pink Panther

18:00 What’s Cooking 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS

19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Awla 22:30 Country Jamboree 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News

20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:35 The Local Travel 21:00 Twenty2Sixty 22:00 Awla 23:30 ONE News

25-01 ERBGĦA

26-01 28-01

06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza

09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa

SIBT

06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:21 Mill-Chcina ta’ Dari 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Dak li Jgħodd 09:30 The Local Traveller 10:05 Investigaturi tal-Mużika 10:30 Aroma Kitchen

06:30 ONE News 06:48 Ondroad 07:22 Mill-Chcina ta’ Dari 07:26 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:40 Paperscan 10:00 Ieqaf 20 Minuta 10:30 Politika 11:25 What’s Cooking

12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita

15:30 ONE News

15:40 Primetime 16:00 Ieqaf 20 Minuta

16:30 Esperti

17:00 Żona Sport

17:30 Aroma Kitchen 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS

20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Madwar Mejda 22:30 Il-Willy 23:30 ONE News

12:30 ONE News

12:35 Telebejgħ

12:55 Ħajjitna Makkjetta

13:00 Kalamita

15:30 ONE News

15:35 Primetime

16:00 Maratona Missjoni

17:00 Popcorn

17:30 Indhouse 18:30 Pjazza

11:30 Popcorn 11:57 Telebejgħ

12:30 ONE News

12:35 Maratona Missjoni 15:30 ONE News 15:35 Maratona Missjoni 17:15 Sabiħa l-Ħajja 17:45 Ondroad 18:15 Pink Panther 19:00 Primetime

11:55 Telebejgħ

12:30 ONE News

12:35 Maratona Missjoni 15:30 ONE News

15:35 Maratona Missjoni 16:30 PrimeTime 17:00 Ieqaf 20 Minuta 17:30 L-Argument 19:30 ONE NEWS

27-01 ĠIMGĦA

19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE NEWS 20:10 Ieqaf 20 Minuta

20:35 Maratona Missjoni 23:30 ONE News

20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Politika 21:00 Il-Willy 22:00 Maratona Missjoni 23:30 ONE News

29-01 ĦADD

08.11.2020 22.01.2023 23
23-01
TNEJN
19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Esperti 21:00 Maratona Missjoni 00:00 ONE News

TNAX-IL SENA WARA

Victor trabba b’għożża f’familja reliġjuża fi żmien meta r-reliġjon kellha dominanza fi mħuħ il-Maltin. Is-sittinijiet kienu żminijiet partikolari… il-kwistjoni poltiko-reliġjuża, l-indipendenza u l-qawmien taż-żgħażagħ fil-moda, il-mużika fost l-oħrajn. Victor inbidel minn tifel dieħel u ħiereġ il-knisja għal ġuvni fuq ruħu, imqareb f’għajnejn bosta.

Il-fittaġni ta’ Dun Saver u ta’ missieru biex jippruvaw iżommuh fl-istil ta’ ħajja li kienu jafu huma joħloq ribelljoni f’Victor li twasslu jaħrab minn Malta ma’ ħabibu Salvu. Id-destinazzjoni tagħhom… l-Ingilterra. Bl-għajnuna ta’ baħri, li kien jaħdem ma’ bastiment merkantili, jirnexxilhom jidħlu fil-pajjiż b’mod illegali u jispiċċaw jaħdmu fir-restorant tas-Sur Young fl-akkwati ta’ Westminster.

Hawn jiltaqa’ ma’ Carol, tfajla sabiħa, bint u l-mimmi t’għajnejn is-sid tal-post. Victor u Carol jinġibdu lejn xulxin b’mod istantanju. Iżda Victor kien maħrub minn pajjiżu, mingħajr wisq skola filwaqt li Carol kienet tfajla intelliġenti u dħulija u kienet qed tistudja biex tidħol l-Università.

Din ir-relazzjoni ħolqot problema għal missieha… waqt li Victor kien dejjem jagħmel ta’ rasu.

Mistoqsija: F’liema tip ta’ familja trabba Victor?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb TNAX-IL SENA WARA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 29 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb JIEN U BEPPE, BEPPE U JIEN hija:

R.MUSCAT - BORMLA

Tweġiba:

22.01.2023 24 reċensjoni
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 05 X’jinkludi fih il-kalendarju ta’ Heritage Malta għall-ewwel sitt xhur tal-2023?
tal-ktieb
Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:

THE GRANNY KILLER

Atti indiċenti u iktar qtil minn Glover

IT-TIENI PARTI

Waqt li kien għaddej bil-qtil, Glover kien qed imur ukoll f’diversi djar tal-irtirar u f’diversi toroq fejn kien joqgħod imiss b’mod indiċenti lil nisa anzjani. Fis-6 ta’ Ġunju tal-1989, Glover mar fil-Wesley Gardens Retirement Home u sab lil Marjorie Moseley ta’ 77 sena. Il-vittma qalet li r-raġel li daħal f’kamritha, li ma kinitx taf li kien Glover, daħħal idu taħt il-libsa ta’ taħt u messha. Fl-24 ta’ Ġunju, Glover mar fil-Caroline Chisholm Nursing Home u hemmhekk għolla libsa ta’ pazjenta u messilha l-warrani. Wara daħal f’kamra ta’ pazjenta oħra u messilha sidirha. Din tal-aħħar għajtet għall-għajnuna u ġew il-ħaddiema biex jaraw x’ġara. Huma staqsew xi affarijiet lil Glover u kkonviċiehom biex iħalluh jitlaq. Fit-8 ta’ Awwissu, Glover attakka lil Effie Carnie fi triq ftit kwieta. Fis-6 ta’ Ottubru, Glover mar f’Wybenia Nursing Home, fejn taparsi għamilha tat-tabib. Hu daħal fil-kamra ta’ Phyllis McNeil u qagħad imissha minn taħt il-libsa. McNeil, li kienet nieqsa mid-dawl, għajtet għall-għajnuna iżda Glover kien laħaq ħarab. Ħmistax wara, Glover ra lil Doris Cox, armla ta’ 86 sena, miexja fi Spit Road. Hekk kif kienet tielgħa t-taraġ tad-dar tagħha, hu ħabbtilha rasha mal-ħajt u waqgħet. Hi salvat iżda ma setgħetx tiftakar min attakkaha jew id-dehra tiegħu, għax kienet tbati bid-dimensja.

Fit-2 ta’ Novembru tal-1989, Glover kellem lil Dorothy Beencke ta’ 78 sena. Beencke kienet miexja lejn id-dar tagħha bix-xirja u Glover mar joffrilha l-għajnuna. Hi aċċettat u kif waslu quddiem id-dar stednitu għal belgħa te. Glover m’aċċettax u telaq ’l hemm. Tista’ tgħid li Beencke setgħet tgħoddha b’waħda għax kif telaq minn ħdejha, Glover inzerta lil Margaret Pahud ta’ 85 sena u attakkaha minn wara b’oġġett bil-ponta u jaqta’, li wisq probabbli kien il-martell tas-soltu. Bħall-qtil ta’ qabel, Glover irranġa l-poża tal-katavru u wara ħarab bil-basket tal-vittma. Kull darba li kien joqtol, Glover kien jisraq il-basket tal-vittmi u l-flus li jsib kien jilgħabhom.

L-għada, Glover ra lil Olive Cleveland ta’ 81 sena bilqiegħda fuq bank. Hu mar ħdejha u prova jaqbad konverżazzjoni magħha iżda din bdiet tħossha skomda u telqet ’l hemm. Glover segwieha u qatilha bl-istess mod li qatel lil Lady Ashton, jiġifieri b’daqqiet ta’ martell u wara fgaha bit-tights tagħha stess. Sadanittant, il-Gvern beda joffri somma ta’ 200,000 dollaru Awstraljan għal min seta’ jagħti tagħrif dwar il-qattiel. Tliet ġimgħat wara l-qtil ta’ Cleveland, Glover ra lil Muriel Falconer ta’ 93 sena miexja bix-xirja. Hu segwieha u hekk kif fetħet il-bieb tad-dar tagħha, hu attakkaha bil-martell. F’dan il-każ,

Glover fgaha wkoll bil-ħwejjeġ ta’ taħt. Għall-ewwel darba, il-pulizija rnexxielhom jiġbru evidenza forensika minn fuq ix-xena taddelitt, fejn fosthom sabu l-marki tas-saqajn mal-art. Hekk kif inqatlet Fal coner, il-pulizija żiedu s-somma b’50,000 oħra.

L-arrest

Fil-11 ta’ Jannar tal-1990, Glover mar fi Greenwich Hospital biex ibigħ it-torti. Hemmhekk, Glover daħal f’kamra fejn kien hemm erba’ pazjenti anzjani u fosthom kien hemm Daisy Roberts ta’ 82 sena. Glover staqsieha kinitx qed tħoss il-bard u għollielha l-libsa u qagħad imissha. Kif għamlilha hekk, Roberts qabdet tgħajjat għall-għajnuna u daħlet infermiera biex tara x’kien ġara. Kif raha, Glover ħarab iżda l-infermiera rnexxielha teħodlu n-numru tal-pjanċa tal-karozza u għarrfet lill-pulizija b’dak li kien ġara.

Il-ħaddiema tal-isptar kienu jafu lil Glover għax kien imur ta’ spiss biex ibigħ it-torti. Għall-bidu, il-pulizija ma bdewx jaħsbu li Glover kien il-Granny Killer u s-suspett kiber hekk kif bagħtu għalih biex jintervistawh u ma marx. Hekk kif ikkuntattjaw lil martu, din qa-

ltilhom li żewġha prova jneħħi ruħu b’idejh u li kien qiegħed l-isptar. Il-pulizija marru jżuruh u rrifjuta li jiġi intervistat iżda rnexxielhom iġibu n-nota suwiċidali li ħalla Glover fejn kien hemm miktub “no more grannies... grannies” u “Esse (il-kunjata) started it.”

Minn hawn, il-pulizija bdew jgħassu wara Glover biex jiġbru biżżejjed evidenza ħalli jkunu jistgħu jakkużawh bil-qtil tan-nisa anzjani.

Fid-19 ta’ Marzu tal-1990, Glover qatel lill-aħħar u l-iżgħar vittma tiegħu, Joan Sinclair ta’ 60 sena, li kellu wkoll relazzjoni magħha. Il-pulizija raw lil Glover jidħol għand Sinclair għal ħabta tal-10.00 .a.m u sas-1.00 p.m. ma raw l-ebda azzjoni. Il-pulizija bdew jinkwetaw u xi l-5.00 p.m. talbu għall-permess biex ikunu jistgħu jidħlu fid-dar. Siegħa wara, iż-żewġ pulizija pajżana ngħataw il-permess u marru jħabbtu fuq il-bieb. Kif ma ngħatawx tweġiba, huma ttawlu mill-bieb ta’ wara u raw martell f’għadira demm. Huma talbu għall-għajnuna u kif daħlu fid-dar sabu lil Sinclair mejta u rasha mgeżwra fix-xugamani. Hi kienet bla ħwejjeġ minn qaddha ’l isfel u kellha t-tights imdawwar m’għonqha. Il-pulizija komplew ifittxu fid-dar

u sabu lil Glover fil-banju bil-polz maqtugħ u mitluf minn sensih.

Il-ġuri

Fit-28 ta’ Marzu tal-1990, Glover ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih minħabba l-istat mentali tiegħu. Minkejja dan, hu jidher li kien f’sensih meta wettaq id-delitti għax kien joqtol biex jisraq ilflus għal-logħob, u b’hekk instab ħati għas-sitt omiċidji u weħel għomru l-ħabs.

Fid-9 ta’ Settembru tal-2005, Glover instab mgħallaq fiċ-ċella tiegħu.

Għall-bidu, il-pulizija ma bdewx jaħsbu li Glover kien il-Granny Killer u s-suspett kiber hekk kif bagħtu għalih biex jintervistawh u ma marx

22.01.2023 25 TMIEM
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju:

Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

22.01.2023 26
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri. 1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24
22.01.2023 27 TISLIBA 470 MIMDUDIN: 1.Qadim, 4.Iduq, 7.UK, 9.Dam, 10.Rutina, 12.Bastun, 16,18.Sħabu, 19.Kju, 20.Firda, 23.Ħjar, 24.Igara WEQFIN: 1.Qaddis, 2,Dam, 3.Mur, 5.DOI, 6,12W. Qraba, 8.Kulturali, 13,21M Sbirri, 14.Nkalla, 15.Pulita, 17,22. Ħarifa, 21.Riħ SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 L.MIZZI - RAĦAL ĠDID Isem: Indirizz: WEQFIN: 1. Taqbida (6) 2,12W. Ċirasa bla ras (5) 3,21M. Tarmak? (6) 5,11. Kunjom (5) 6,19. Iċċarrat (6) 8. Iġorru t-turisti (9) 11. Ara 5 12. Ara 3 13. Ara 9 14. Ta fastidju (6) 15. Ħamra tajba (6) 17,23. Appik (7) 21. It-tmien xahar imqassar (3) 22. Tony Attard Quintano (1,1,1) MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: Għarusa ...... kulma tmiss ifuħ (5) 4. Jintlibes fix-xitwa (4) 7,16. Għadda żmienu (5) 9,13. Jaqli? (6) 10. Belt fil-Portugall (6) 12. Kamra fejn tilqa’ l-mistednin (6) 16. Ara 7 18. Lawrence Żammit (1,1) 19. Ara 6 20. Ikla favorita ta’ ħafna (5) 21. Ara 3 23. Ara 17 24. Iniżżel il-baħar (5) Bi 3 NUMRI 045 092 167 187 188 367 376 441 497 526 770 B’4 NUMRI 0427 0451 0517 0585 0651 0918 0979 0980 1495 1857 1866 1888 3323 3854 4187 4308 4318 4691 5812 6031 6060 6243 6737 7410 7658 7684 7865 8164 8422 8585 8895 9081 9138 9157 9642 9684 B’5 NUMRI 10138 11445 18965 28639 29177 31317 35689 50011 50908 51354 59850 61185 62092 65812 86964 89492 97247 B’6 NUMRI 062671 221865 776016 952389 B’7 NUMRI 1259026 8874725 B’9 NUMRI 103262417 197312827 B’10 NUMRI 0351089709 1380804228 6827100982 8251631717

L-ANTIDEMOKRATIĊI

Editorjal

Qatt ma kien hemm dubju millfatt li dawk li jippożaw ta’ paladini tad-demokrazija, fil-verità lanqas jemmnu fis-sinifikat tal-kelma. L-istess fejn jidħlu r-regoli. Għalihom dawn jgħoddu biss għall-bqija tas-soċjetà u mhux għalihom infushom. Jippretendu li huma jagħmlu li jridu, jgħidu li jfettlilhom u r-regoli, jekk xejn, jitgħawġu magħhom, skont kif jaqbel.

Min mhux lest jaqbel ma’ dan it-twemmin, anke jekk hu wieħed bażwi u jaġevola unikament lil grupp żgħir ħafna ta’ nies, allura sempliċiment jiġi ddikjarat għadu ieħor tal-establishment Nazzjonalista.

Fil-fatt, dan il-modus operandi antik tal-Partit Nazzjonalista nissel armata sħiħa ta’ għedewwa, li llum stabbilixxew ruħhom bħala l-maġġoranza assoluta tal-poplu.

minn min jitmexxa pajjiż, prattikament baqa’ ma nbidel xejn.

Għaxar snin ilu, meta kienu fil-poter, injoraw anke kritika interna li kienu biss Gvern ta’ oligarkija. Minn dakinhar ma nfatmu qatt minn dik il-mentalità dittatorjali.

Qed narawh f’dawn il-jiem li joġġezzjonaw għall-ħatra talEks Prim Imħallef Joseph Azzopardi bħala l-Kummissarju l-ġdid għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, anke jekk il-Kap attwali Nazzjonalista kien diġà kkommetta ruħu bil-miktub mal-Prim Ministru li “lest jgħix bih” fil-kariga msemmija jew saħansitra bħala Ombudsman, uffiċċju li jġorr piż akbar.

li jgħid jew jemmen iċ-ċittadin komuni.

Dan ġie kkonfermat minn waħda minnhom stess, id-Deputata Claudette Buttigieg, li ma ddejqitx tiddikjara pubblikament li ma ddispjaċihiex li kienet parti mill-konġura biex ittajjar l-Eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia, li qatt ma kien jifforma parti mill-fazzjoni tal-establishment.

Ma ddispjaċihiex, lanqas, avolja l-poplu ma qabilx magħhom u ta’ dan hi l-ewwel waħda spiċċat tħallas prezz qares, għax kellha titkaxkar biex tiġi eletta mill-ġdid fil-Parlament.

ta’ tensjoni, ibbażata fuq ċifri ħżiena fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika li kienu qed jikkontribwixxu direttament għalihom huma stess. Tant li spiċċat għaddiet tagħhom u tajru lil Delia bla ma ġġudikawh fuq imqar riżultat wieħed elettorali, għax lanqas tawh iċ-ċans li jiffaċċja elezzjoni waħda.

Hu ċar li aktar ma l-establishment jgħid u jipprietka fuq xi ħaġa, aktar il-poplu jirraġuna u jemmen li l-maqlub hu biss it-triq it-tajba … f’ġieħ id-demokrazija!

Miż-żminijiet tal-arroganza tal-Gvern ta’ GonziPN, li injora l-karbiet ta’ poplu mgħattan taħt l-akbar piżijiet fl-istorja, b’riżultat tan-nuqqas ta’ għarfien u tbażwir galore amministrattiv, sal-lum il-ġurnata flOppożizzjoni fejn xorta waħda jippretendu li jiddettaw kif u

Imma l-estremisti tal-establishment, li llum jikkontrollaw lill-Partit u lil Bernard Grech f’daqqa, kellhom ħsibijiet differenti u sa waslu jiftħu attakk personali fuq Dr Azzopardi, avolja qatt ma tlissnet kelma kontrih sakemm mexxa l-qrati.

Dan il-mod kif dawk magħrufin ukoll bħala l-fazzjoni ta’ Busuttil jew anke l-“Blue Heroes” jirrispettaw (!) lill-istituzzjonijiet u min imexxihom. Wisq aktar jitmejlu minn dak

L-istess ħassewha oħrajn tal-klikka fir-riżultat personali elettorali, bħal Karol Aquilina, Chris Said, Jason Azzopardi, Beppe Fenech Adami, eċċ.

Minkejja dan, dik it-tbeżbiża xorta waħda ma servietx wisq, għax l-istess għadhom jippretendu li jgawdu mid-“don ta’ superjorità” fuq kulħadd. Ma jinteressahomx wisq x’jaħsbu l-bqija dwarhom, inklużi Nazzjonalisti stess.

Injoraw proċess demokratiku intern fil-Partit tagħhom stess sa ma ħolqu sitwazzjoni

Aħseb u ara kemm qatt jistgħu jagħtu kas proċessi jew sistemi demokratiċi fuq livell nazzjonali … il-ħafna paroli u dikjarazzjonijiet fil-vojt biex jippruvaw jagħtu impressjoni bil-maqlub huma biss travestiment ta’ dak li tassew jirrappreżentaw.

Fortunatament, illum il-poplu jikkalkulahom tajjeb ta’ li huma, għax fil-verità ma jikkalkulahom xejn. Bl-istess mod li huwa meqjus f’għajnejhom, il-poplu sar jinjorahom kull darba li jagħmlu preżenza fil-pubbliku jew jiftħu ħalqhom.

Anzi sar iżjed ċar li aktar ma dawn jipprietkaw fuq xi ħaġa, aktar kull Ċikku l-Poplu qed jifhem li allura hu għandu jaħseb eżatt bil-maqlub tagħhom, li bilfors tkun it-triq it-tajba … ukoll f’ġieħ id-demokrazija!

22.01.2023 28
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.