KullĦadd_21.03.2021

Page 1

ŻEWĠ LINJI TAL-AJRU SE JIRRILOKAW F’MALTA

Ħarġa Nru 1,445

Prezz €1

Ritratt: ONE NEWS

Il-Ħadd, 21 ta’ Marzu, 2021

Rapport f’paġna 7

ĦDAX JIFFAĊĊJAW GĦADD T’AKKUŻI Keith Schembri fost dawk miżmumin taħt arrest dwar allegati abbużi li ħarġu minn inkjesti maġisterjali li nbdew fl-2017 b’implikazzjoni ta’ frodi, korruzzjoni, ħasil ta’ flus u falsifikazzjoni, fost oħrajn Ħdax-il persuna, li jinkludu lil Keith Schembri, ilbieraħ waranofsinhar tressqu quddiem il-Qorti akkużati b’reati li jirriżultaw minn inkjesti maġisterjali li nbdew erba’ snin ilu. Dawn involvew, fost oħrajn, kuntratt għax-xiri ta’ makkinarju mill-Allied Newspapers Ltd u l-istamperija tagħha, il-Progress Press. Akkużi talPulizija nħarġu wkoll kontra 20 kumpanija. L-akkużati tressqu f’erba’ gruppi separati u għalkemm wieġbu lkoll li mhumiex ħatja, il-Qorti ċaħdet il-ħelsien lil għaxra minnhom, fosthom Schembri, sakemm ikomplu l-proċeduri. Rapport f’paġna 8

VARJANTI LI JGIDDBU LIL GRECH Pajjiżi jagħlqu inkluż fejn il-Kap tal-PN qal li se jiftħu Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kien imgiddeb mir-realtajiet f’pajjiżi madwar l-Unjoni Ewropea u rapporti f’midja influwenti internazzjonali. Dan meta fl-aħħar sigħat spjegaw kif l-effett ta’ varjanti tal-virus COVID-19 qegħdin jerġgħu jħallu ħerba f’diversi pajjiżi u wasslu biex ħafna minnhom daħlu f’lockdown. Fil-fatt, wara li ftit tal-ġimgħat ilu Malta bdiet tħabbar numru ta’ miżuri restrittivi biex tilqa’ għal żieda fil-każi, l-istess għamlu stati oħrajn, bil-kelma lockdown qed terġa’ tibda tkun l-aktar li tissemma minn ħafna mexxejja ta’ pajjiżi Ewropej. The Economist irrapporta kif il-virus reġa’ qed jiġġieled lura tant li kien deskritt bħala ‘the comeback king’. Biex tipprova trażżnu Franza daħlet f’lockdown u l-istess twissija qed tagħmilha l-Kanċillier Ġermaniża Angela Merkel. L-Italja diġà ħabbret lockdown għal żmien l-Għid. Dawn huma biss tlieta mill-bosta pajjiżi Ewropej li jew daħħlu iktar miżuri jew bdew iħarsu lejn miżuri ġodda. Tkompli f’paġna 4

“L-EKONOMIJA MALTIJA KIENET TISFRONDA” L-AĠENZIJA INTERNAZZJONALI TA’ KREDITU S&P TENFASIZZA X’IMPORTANZA KELLHA L-GĦAJNUNA VASTA LI L-GVERN QED JOFFRI MATUL IL-PANDEMIJA L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu S&P Global Ratings ikkonfermat millġdid ir-rating “A-/Stabbli” ta’ pajjiżna f’rapport maħruġ din il-ġimgħa, waqt li saħqet li mingħajr l-għajnuna tal-Gvern fl-aħħar sena tal-pandemija l-ekonomija lokali kienet tispiċ­ċa tisfronda u għadd ta’ negozji kienu jfallu. Ir-rapport jidħol f’ħafna dettall fl-analiżi tal-mod kif il-Gvern laqa’ għall-effett ekonomiku tal-COVID-19, tant li jsostni li “mingħajr ir-rispons fiskali (tal-Gvern), il-Prodott Gross Domestiku Malti kien jaqa’ b’mod konsiderevoli, ilqgħad kien jiżdied ferm aktar u b’rata mgħaġġla, waqt li negozji f’diffikulta­jiet kienu jiġu mġiegħla jfallu.”

Skont S&P Global Ratings, kieku paj­ jiżna ħalla li dan iseħħ, “il-bażi produttiva tal-ekonomija nazzjona­li kienet tisfronda, wisq probabb­li b’mod permanenti,” filwaqt li l-ekonomija nnifis­ ha ma kinitx tkun tista’ tirkupra wara li

5.5% s-sena d-dieħla. Filwaqt li l-miżuri ekonomiċi li ħa l-Gvern huma fattur importanti wara dan l-irkupru, l-esperti barranin isemmu wkoll il-fatt li “Malta attwalment qed tiggwida t-tilqim kontra l-COVID-19 madwar l-Unjoni Ewropea kollha” u li l-Gvern Malti rnexxielu jikseb pakkett sostanzjali ta’ L-ekonomija ma kinitx fondi Ewropej. Ir-rapport jgħid tkun tista’ tirkupra wara li “nemmnu li l-fondi Ewropej li tgħaddi l-pandemija se jgawdi minnhom it-tkabbir ekonomiku Malti, inkluż fuq proġetti ħodor relatati mal-ġentgħaddi l-pandemija. erazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli, itMinflok, l-esperti internazzjonali tnaq­qis ta’ tniġġis fis-settur tat-trasport huma ferm ottimisti dwar il-prospetti u d-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija.” ta’ pajjiżna tant li qed jantiċipaw tkabbir ta’ 4.5% din is-sena u saħansitra ta’ Tkompli f’paġna 7


02

21.03.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 16°C L-Inqas Temperatura: 14°C L-Indiċi UV: 5 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa minn fuq il-Gżejjer Maltin ser tersaq lejn il-Grigal. It-Temp: Pjuttost imsaħħab possibilment b’xi ħalbiet taxxita f’xi waqtiet Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mix-Xlokk il-Lvant għallewwel, li jsir ftit qawwi mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Ġeneralment tajba Il-Baħar: Moderat li jsir moderat għal qawwi L-Imbatt: Baxx għal moderat mix-Xlokk il-Lvant li jsir mill-Grigal It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

15°C UV 6

KUNTATT ĠENERALI

10°C

Il-Ħamis

16°C UV 5

9°C

Il-Ġimgħa

15°C UV 6

9°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

15°C UV 6

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

10°C

16°C UV 6

11°C

16°C UV 7

11°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21238577 National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Il-Ħamrun – 21225539 Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara – 21493549 O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Il-Gżira – 21330268 Penny Lane Pharmacy, Triq is-Sejjieħ, Is-Swieqi – 21375373 Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema – 21332243 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, L-Iklin – 21435567 Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Il-Mosta – 21416426 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 21827939 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622 42, Vjal il-Blue Grotto, Iż-Żurrieq – 21689971 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274 Għawdex Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970 Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 t’April 1688, In-Nadur – 21563589 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

21.03.2021

SPAZJU KREATTIV FIL-QALBA TAL-BELT Il-biċċerija l-antika fin-naħa t’isfel tal-kapitali se tiġi inawgurata nhar l-Erbgħa li ġej bħala spazju ġdid kreattiv wara xogħol estensiv ta’ rinnovar li sar flaħħar snin taħt it-tmexxija tal-Aġenzija Kulturali talBelt Valletta. Il-kumpless, magħruf ukoll bħala Spazju Kreattiv jew il-Valletta Design Cluster, se jkun aċċessibbli għal kull min irid ikun kreattiv u jaqsam l-għarfien tiegħu mal-komunitajiet, residenti u ħaddiema oħrajn, artisti, negozjanti u studenti. Il-Perit Chris Briffa, li kien responsabbli millproġett ta’ rinnovar, jisħaq li dan hu investiment importanti għal pajjiżna fil-qalb tal-kapitali, li l-Granmastru La Valette ppjana bħala “l-belt ideali” fejn l-aħjar kwalità ta’ arkitettura, difiża, infrastruttura u aċċessibilità jkunu garantiti.

Fi kliem Briffa, Spazju Kreattiv se jkun il-post ideali għall-ħolqien ta’ xi ħaġa ġdida li tibni fuq il-missjoni tal-Belt Valletta bħala ċentru ta’ eċċellenza, aktar u aktar meta maż-żmien Malta tilfet ċerti snajja’ u stili arkitettoniċi waqt li t-terminu “disinn” beda jingħata laqta elitista daqslikieku jfisser lussu. “Id-disinn hu dak li jagħmel l-affarijiet memorabbli,” qal Briffa. Il-Valletta Design Cluster jinkludi kmamar għal laqgħat u faċilitajiet għall-konferenzi, inklużi minn prattikanti internazzjonali, studios għal artiġjani u artisti, spazju għall-ikel u ġnien pubbliku fuq il-bejt, fost oħrajn. Dan hu proġett ieħor fil-legat tal-Fondazzjoni Valletta 2018, li kienet responsabbli għat-titlu tal-Kapitali Ewropea għall-Kultura, u twettaq grazzi għall-fondi Ewropej.


04

21.03.2021

Fost rapporti internazzjonali li jgiddbu lill-Kap Nazzjonalista

GĦADD TA’ PAJJIŻI JAGĦLQU U GRECH JGĦID LI QED JIFTĦU Tkompli minn paġna 1 Il-Kap tal-Oppożizzjo­ni, li fl-aħħar jiem kien selettiv fl-għażla ta’ pajjiżi biex isaħħaħ l-argumenti negattivi tiegħu li l-varjanti mhumiex skuża, ġie redikolat mhux biss minn dawn ir-rapporti, iżda anke minn miżuri li spiċċaw daħlu flaħħar ħinijiet f’pajjiżi, bħall-Greċja, li skontu kienu qed jiftħu. Fl-aħħar ħinijiet anke dan il-pajjiż favorit tal-Kap Nazzjonalista rrestrinġa l-moviment tal-poplu, tant li l-ħruġ mid-dar jista’ jsir biss biex jinxtraw affarijiet essenzjali biss. Minbarra hekk, dan irid isir ukoll f’distanza ta’ mhux iżjed minn żewġ kilometri ’l bogħod mir-residenza personali, li prattikament ifisser li ma tistax toħroġ mill-belt jew raħal fejn tgħix għall-ebda raġuni. Minbarra hekk, ġie impost ukoll curfew bejn id-9:00 p.m. u l-5:00 a.m. fost il-ġimgħa u bejn is-7:00 p.m. u l-5:00 a.m. fi tmiem il-ġimgħa. Fi Spanja wkoll in-nies ma jistgħux joħorġu minn djarhom sa Mejju li ġej, filwaqt li l-Gvern tar-Repubblika Ċeka impona lockdown iżjed strett u ngħalqu anki ċ-ċentri fejn jinżammu t-tfal żgħar. Fil-Belġju l-lockdown se jibqa’ għaddej sax-xahar id-dieħel u fid-dar tista’ tilqa’ sa persuna waħda biss. Min-naħa l-oħra, fil-Portugall, għalkemm l-ewwel tħabbar xi ftuħ ta’ ħwienet, għadu impost lockdown u l-pjan li jerġgħu jiftħu l-iskejjel hu għal wara nofs April, dejjem jekk is-sitwazzjoni titjieb. Fl-Italja, il-Prim Ministru l-ġdid Mario Draghi ordna lockdown strett ieħor fejn ir-restoranti, il-ħwienet u l-iskejjel ingħalqu u fi tmiem ilġimgħa tal-Għid, kollox se jkun magħluq kompletament. Dan qed jinħass b’mod partikolari fi bliet kbar bħal Milan u Ruma. Franza wkoll ħabbret lockdown, inkluż f’Pariġi. Jirriżulta li globalment il-każi żdiedu b’aktar minn 30% mill-20 ta’ Frar bl-Ewropa qed tiffaċċja fost l-akbar numri u l-isptarijiet f’diversi pajjiżi taħt pressjoni mingħajr preċedent. Quddiem din is-sitwazzjoni, Bernard Grech qal li pajjiżi oħrajn qed jibdew jiftħu, waqt li kien qed iwieġeb għal mistoqsijiet f’intervista li l-PN

xandar nhar il-Ġimgħa li għadda. Diskorsu wasal fl-istess ħin u anke wara li pajjiżi oħrajn kienu qed iħabbru jew kienu diġà infurmaw li qed jagħlqu, fost għadd ta’ miżuri restrittivi. Xi ħaġa li, wara kollox, Grech kien ilu jixtieq għal Malta mill-bidu tal-pandemija, għax li kien għalih il-pajjiż daħal f’lockdown sa mis-sena li għaddiet. Filwaqt li d-dinja xjenti­fi­ka qed tesplora kif tista’ tiġġieled aħjar dan il-virus, partikolarment il-varjanti tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni f’pajjiżna jinsab mehdi f’logħba politika partiġjana tant li juża l-COVID-19 biex kontinwament jattakka lill-Gvern. Mhux biss juża l-każi u jagħmel enfasi fuq iċ-ċifri tal-pandemija b’mod sistematiku, iżda saħansitra uża l-każi biex jibgħat email ħalli jiġbor id-donazzjonijiet għall-Partit. F’attitudni ta’ basta jgħid kontra t-tmexxija fil-pajjiż, kien ukoll ħareġ jattakka lill-Gvern talli ma qassamx il-vouchers aktar kmieni din is-sena, anke jekk fl-istess ħin jakkużah li ma ħax il-varjant bis-serjetà. Għal darb’oħra hi biss prova ta’ attitudni li ma turi xejn għajr opportuniżmu politiku.


05

21.03.2021

€20 MILJUN FI BREAKWATER ĠDID F’BUĠIBBA IL-PROĠETT SE JOFFRI INFRASTRUTTURA GĦAT-TRASPORT BIL-LANEĊ LEJN TAS-SLIEMA, IL-BELT U BORMLA Infrastructure Malta qed tippjana biex tibni mill-ġdid il-breakwater ta’ Buġibba u tintroduċi faċilitajiet aktar siguri għal-laneċ flimkien ma’ terminal tal-passiġġieri. B’dan il-proġett, li skont stimi preliminari jeħtieġ investiment ta’ €20 miljun, is-servizz tat-trasport bil-baħar f’Malta jkun jista’ jiġi estiż mill-Belt Valletta, Tas-Sliema u l-Kottonera lejn San Pawl il-Baħar. Il-breakwater ġdid ta’ 180 metru se jkun itwal minn dak eżistenti, li jinsab f’qagħda mwiegħra, u b’hekk jipprovdi iżjed kenn għad-dgħaj­ jes tas-sajd u opri tal-baħar oħrajn żgħar li jirmiġġaw f’din iż-żona. Se jkollu wkoll faċilitajiet għall-irmiġġ ta’ fast ferry għall-passiġġieri li jużaw isservizz tat-trasport bil-baħar, kif ukoll pjattaformi aktar siguri għall-irmiġġ ta’ laneċ oħrajn tal-passiġġieri li jużaw l-istruttura eżistenti fis-sajf għal vjaġġi rikreattivi, speċjalment dawk tat-turisti. Infrastructure Malta qed tipproponi wkoll li tibni moll ta’ 37 metru li jisporġi min-naħa tat-Tramuntana tal-breakwater u anke tibni mill-ġdid l-iskal li hemm ħdejh. Il-postijiet kollha li hemm għall-irmiġġ f’din ilbajja se jibqgħu, filwaqt li l-ispazju fil-baħar (fairway) li minnu jgħaddu l-opri talbaħar biex jidħlu f’din id-daħla mhux se jkun affettwat. Fuq l-art biswit il-breakwater, l-aġenzija qed tipproponi li tibni terminal żgħir, fejn ilpassiġġieri jkunu jistgħu jistennew għall-kenn u jaqtgħu l-biljett biex jivvjaġġaw bilbaħar lejn Tas-Sliema, il-Belt Valletta jew Bormla, fejn diġà jopera s-servizz tal-lanċa. It-terminal u s-sit il-ġdid għall-irmiġġ tal-laneċ se jkollu rampi u faċilitajiet oħrajn biex dan il-mezz alternattiv ta’ trasport ikun aċċessibbli għal kulħadd. Dawn il-faċilitajiet ġodda għat-trasport bil-baħar f’Bu­ ġibba se jkunu r-raba’ infrastruttura ta’ dan it-tip li Infrastructure Malta qed tiżviluppa għall-passiġġieri li jużaw dan is-servizz f’Malta. Fl-2019 fetħet l-ewwel fażi tal-faċilita­ jiet il-ġodda f’Marsamxett, il-Belt Valletta u bħalissa għaddejja wkoll bil-bini ta’ faċilitajiet simili ħdejn il-Fer-

ries f’Tas-Sliema u fl-inħawi tal-Baċir Numru 1 f’Bormla, li t-tnejn jinsabu fi stadju avvanzat.

Dehra artistika tal-breakwater il-ġdid li se jinkorpora wkoll terminal tal-passiġġieri


06

21.03.2021

TIBDIL FL-ILJIELI F’MALTA FL-2020 Jannar +6.7% Frar +10.4% Marzu -64.9% April -98.7% Mejju -98.6% Ġunju -95.9% Lulju -73.7% Awwissu -56.3% Settembru -69.8% Ottubru -75.4% Novembru -84.7% Diċembru -79.1%

PAJJIŻNA BIT-TIELET L-AKBAR DAQQA TURISTIKA FL-2020 DIFFERENZA TA’ SEBA’ MILJUN LEJL F’POSTIJIET LOKALI T’AKKOMODAZZJONI META JITQABBLU MAR-REKORD TAS-SENA TA’ QABEL Pajjiżna kien fost l-aktar affettwati fis-settur turistiku s-sena li għad­diet b’riżultat tal-miżuri restrittivi fl-ivvjaġġar u miżuri oħrajn ta’ prekawzjoni li ddaħħlu kawża tal-pandemija tal-COVID-19. Waqt li l-Unjoni Ewropea rreġistrat tnaqqis ta’ 52% fit-turiżmu b’mod ġenerali, fl-2020 Malta rreġistrat waqgħa ta’ 70.3% jew madwar seba’ miljun lejl inqas meta mqabbel mal-influss li kellha fl-2019. Skont statistika uffiċjali maħruġa mill-Eurostat, pajjiżna esperjenza t-tielet l-akbar daqqa f’dan ir-rigward wara Ċipru (77.7%) u l-Greċja (72.15%) rispettivament. Bħall-maġġoranza tal-istati membri, li għażlu li jagħlqu l-ajruporti, il-por­ tijiet u l-fruntieri kollha tagħhom fl-ew­ wel mewġa tal-imxija globali, pajjiżna ra l-akbar tnaqqis irreġistrat fil-perjodu ta’ April-Ġunju wara l-għeluq tal-Ajruport eżatt bħal-lum sena u ma fetaħx qabel l-1 ta’ Lulju ta’ wara. It-tnaqqis medju fl-iljieli fil-lukandi u fl-akkomodazzjonijiet kollettivi Maltin fit-tliet xhur imsemmija kien ta’ 97.7%, meta sa qabel feġġ l-ewwel każ pożittiv tal-COVID-19, l-iljieli li qattgħu t-turisti fostna kienu qed jesperjenzaw żieda – 6.7% f’Jannar u 10.4% fi Frar. Għalkemm it-titjib fl-ewwel xahrejn kien ikbar mill-medja Ewropea, li rr­ eġistrat żieda ta’ 5% f’Jannar u 6% fi Frar, id-daqqa turistika lokali kienet akbar mill-medja rreġistrata fil-blokk kollu f’April-Ġunju. Fil-fatt, fl-agħar perjodu għat-turiżmu matul l-2020, l-UE rreġistrat tnaqqis ta’ 95% f’April, 89% f’Mejju u 71% f’Ġunju meta mqabblin mal-2019, waqt li s-settur daqstant importanti f’pajjiżna rreġistra tnaqqis ta’ 98.7%, 98.6% u 95.9% fl-istess xhur rispettivament. Għalkemm l-irkupru mexa b’pass aħjar f’Lulju u Awwissu 2020, ix-xah­ rejn baqgħu baxxi mqabblin mas-sena preċedenti – 43% u 33% inqas rispetti-

vament. F’Malta x-xahrejn imsemmija rreġistraw tnaqqis ta’ 73.7% u 56.3% rispettivament. F’Settembru, meta l-Ewropa kollha bdiet tesperjenza żieda fil-każi pożittivi tal-COVID-19, bosta pajjiżi, inkluża Malta, introduċew miżuri temporanji li reġgħu naqqsu l-wasliet tat-turisti. F’Settembru, l-UE rreġistrat tnaqqis ta’ 41% mqabbel mal-2019, waqt li f’Malta dan kien 69.8% inqas minn Settembru tal-2019. Dan issokta f’Ottubru, Novembru u Diċembru 2020 fejn l-UE sħiħa rreġistrat tnaqqis ta’ 53%, 76% u 78% rispettivament. B’differenza f’Malta, it-tnaqqis kien akbar – 75.4%, 84.7% u 79.1%. Minbarra hekk, mill-istatistika ppubblikata joħroġ li, fuq sena sħiħa, Malta kellha tnaqqis ta’ xejn inqas minn 6,966,000 lejl fi stabbilimenti t’akkomo-

dazzjoni kollettiva. Dan kien ikkuntr­ astat minn żieda ta’ 15% fuq l-2019 fl-iljieli f’lukandi u stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni kollettiva minn Maltin stess, li ma setgħux isiefru jew qagħdu lura milli jivvjaġġaw barra l-pajjiż għall-vaganzi tagħhom. Il-Maltin, iċ-Ċiprijotti (15%) u s-Sloveni (33%) kienu l-uniċi ċittadini f’pajjiżi Ewropej li rreġistraw żieda ta’ turiżmu intern imqabbel ma’ sena qabel. Meta mqabbel mal-2019, is-sena l-oħra l-iljieli minn persuni mhux residenti tal-pajjiż naqsu bi 68%, waqt li l-iljieli miċ-ċittadini tal-istess pajjiż naqsu bi 38%. L-istħarriġ mill-uffiċċju tal-istatistika tal-UE wera li, b’riżultat tar-restrizzjonijiet għal vjaġġar barra l-pajjiż, it-turiżmu intern irkupra ferm qabel, b’tendenza li f’Awwissu li għadda jintlaħqu l-livelli rreġistrati fl-2019, għajr għal Malta

u ż-żewġ pajjiżi l-oħrajn li qabżu anke dawk il-livelli. Fl-iżvog tagħhom biex jaħarbu mir-rutina ta’ kuljum, is-sena li għaddiet il-Maltin irreġistraw żieda ta’ 16.6% fuq is-sena ta’ qabel f’iljieli fil-lukandi u akkomodazzjonijiet simili. Min-naħa l-oħra, l-akbar tnaqqis ta’ iżjed minn 40% fit-turiżmu domestiku fl2020 kien irreġistrat fi Spanja, il-Greċja, ir-Rumanija, l-Ungerija u l-Polonja. Il-Eurostat qal li, bħala wieħed mill-aktar setturi affettwati b’riżultat tal-pandemija, l-għadd ta’ ljieli f’lukandi u stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni kollettiva fl-UE fl-2020 laħaq l-1.4 biljun, tnaqqis ta’ 52% fuq l-2019 meta kienu rreġistrati 2.9 biljun lejl. Dawn l-istimi preliminari, li ma jiddistingwux bejn akkomodazzjoni għal vaganza jew negozju, jirriżultaw minn data ppubblikata riċentement.


07

21.03.2021

FIDUĊJUŻI LI PAJJIŻNA JIRKUPRA MALAJR Tkompli minn paġna 1 Ir-rapport tal-aġenzija internazzjonali wkoll hu pożittiv ħafna dwar il-finanzi pubbliċi, minkejja li dawn kellhom temporanjament imorru f’defiċit b’riżultat tal-programm ta’ għajnuna vasta mill-Gvern biex ġew salvati eluf ta’ impjiegi u negozji. L-esperti fil-fatt jinnotaw li bħalissa r-rata tal-imgħax hi baxxa u allura żieda fid-dejn mhux se tkun ta’ xi piż kbir. Minbarra hekk, teżisti likwidità qawwija, bir-rata ta’ tfaddil tal-familji tiżdied ħafna waqt il-pandemija, kif ukoll fil-banek li skont ir-rapport għandhom kapital adekwat u solidu. L-esperti tal-aġenzija wkoll ifaħħru r-riformi kbar li għamel il-Gvern biex isaħħaħ is-saltna tad-dritt u jtejjeb l-istituzzjonijiet f’pajjiżna. Fil-fatt, isostnu li “l-awtoritajiet Maltin saħħew b’mod sinifikanti l-livell ta’ superviżjoni” u li dan kien progress tajjeb fuq l-aħħar snin. F’dan ir-rigward jinnotaw, fost l-oħrajn, kif l-FIAU u l-MFSA żiedu ħafna r-riżorsi umani u finanzjarji tagħhom, kif ukoll kemm sar avvanz fil-kapaċitajiet ta’ dawn l-istituzzjonijiet. S&P Global Ratings semmew ukoll il-qasma fir-rwoli bejn l-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat, filwaqt li faħħru l-proċess ġdid ta’ għażla tal-Kummissarju tal-Pulizija, liema proċess skont dawn l-esperti ġie ttrasformat u “fetaħ il-proċess tal-għażla għal skrutinju akbar”.

Titan Airways

LINJI TAL-AJRU INGLIŻI SE JIRRILOKAW F’MALTA Iż-żewġ linji tal-ajru Ingliżi Titan Airways u Jota Aviation ħabbru li qed jistennew li jirrilokaw ħidmiethom f’Malta wara li applikaw biex ikunu jistgħu jope­ raw minn hawn. F’kummenti lill-midja Ingliża fl-aħ­ħar jiem, il-linji qalu li jridu jmorru lil hinn mill-burokrazija li rriżultat wara Brexit u li qed tiswiehom telf ta’ negozju li jlaħħaq il-miljuni ta’ ewro. Jirriżulta li meta l-applikazzjoni għal liċenzja tiġi approvata, ikunu jistgħu jibdew l-operazzjoni tagħhom mill-bażi sussidjarja ġdida f’pajjiżna fi żmien tliet xhur u b’hekk ikunu fuq l-istess livell tal-kompetituri tagħhom Ewropej. Il-linji rrapportaw li l-burokrazija ta’ regoli ġodda imposti fuq ir-Renju Unit wara li l-għażla tal-ħruġ mill-Unjoni Ewropea huma ta’ żvantaġġ kbir għalihom tant li t-telf ilaħħaq saħansitra sa 70% tan-negozju kollu. Titan Airways, li hi bbażata fil-mitjar ta’ Stansted, u Jota Aviation, li topera minn Biggin Hill, qalu li tilfu kuntratti sostanzjali minn klijenti kbar, fosthom ir-Royal Mail, il-Poste Italiane u l-klabbs rinomati tal-futbol Paris Saint-Germain u Bayern Munich.

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

messi fi żmien 48 siegħa. Il-linji jargumentaw li tant kemm qed ikunu penalizzati b’dawn ir-regoli konnessi mal-Brexit, li se jkollhom imexxu nofs l-operazzjonijiet tagħhom lejn Malta, pajjiż membru fl-UE. In-negozju qed jintilef kawża tal-inċertezza li waqgħet fuq tali kumpaniji u għalhekk il-klijenti mhux jissograw li jkun hemm dewmien jew titjiriet imħassrin. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Jota Aviation, Andy Green, qal li għalkemm hu ddispjaċut li se jkollu jmexxi n-negozju tiegħu barra l-pajjiż, dan il-pass kien meħtieġ biex tissalva l-kumpanija. Is-sitwazzjoni tant ħżienet għal dawn il-kumpaniji li x-xogħol tar-Royal Mail, inkluż dak intern, mill-bidu tas-sena beda jsir minn kumpaniji tal-ajru Spanjoli. “Dawn m’humiex il-kundizzjonijiet indaqs li konna mwegħdin fit-trattattivi li wasslu għal Brexit … aħna qed nitħabtu biex naraw għal xiex ma nistgħux inkomplu bil-kuntratt talposta Taljana filwaqt li l-linji tal-ajru Swiftair (Spanjoli) u West Air (Żvediżi) għaddejjin iwasslu pakketti tar-Royal Mail fir-Renju Unit stess,” tenna l-Kap Eżekuttiv ta’ Jota Aviation.

Jota Aviation

Plejers tal-futbol spiss jużaw is-ser­ vizz ta’ dawn il-linji biex jivvjaġġaw fuq jets privati. Klijenti oħrajn huma dawk li jipprovdu apparat tal-protezzjoni personali u kumpaniji li jaħdmu fil-qasam tal-mediċina u spare parts ta’ karozzi. Regola minn bosta li qed titfa’ lura sew l-operat tal-linji tal-ajru hi li dawn iridu jitolbu permess mingħand l-UE għal kull titjira minn u lejn kull pajjiż membru fl-UE u li f’ċerti każi twassal għal dewmien, anke ta’ xahar sħiħ, sakemm joħroġ il-permess. Min-naħa l-oħra, filwaqt li m’hemmx bżonn dawn it-tip ta’ permessi biex kumpaniji tal-ajru jmorru minn pajjiż tal-Unjoni għal ieħor, hemm bżonn permess biex ikun hemm titjiriet minn pajjiżi tal-Unjoni lejn ir-Renju Unit. L-Avjazzjoni Ċivili fir-Renju Unit qed toħroġ dawn il-per-


08

21.03.2021

RESTAWR TA’ TRADIZZJONI Għat-tielet sena konsekuttiva, l-industrija tas-sajd lokali se terġa’ tkun mgħejjuna bi skema ta’ fondi nazzjonali fejn sajjieda jistgħu jgawdu sa massimu ta’ €2,700 għall-manutenzjoni professjonali meħtieġa lill-bastimenti tradizzjonali tagħhom. Din is-sena hemm 247 opra tal-baħar li huma eliġibbli għall-għajnuna mill-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali, immexxi minn Anton Refalo. Is-sena l-oħra 90 sajjied gawdew minn investiment ta’ ftit iżjed minn €100,000. Bastimenti tradizzjonali tal-injam, bħal-luz­zu, il-kajjik, il-firilla, ilfrejga­tina u l-bimbu, maħdumin qabel l-2007 huma eliġibbli għall-ħlas ta’ spejjeż, bħal żebgħa, injam u materja prima oħra. L-applikazzjonijiet għal din l-iskema mistennija jiftħu mix-xahar id-dieħel.

FIL-QORTI DWAR ALLEGATI FRODI, ĦASIL TA’ FLUS U KORRUZZJONI Għaxar akkużati jinżammu arrestati … Eks Direttur Maniġerjali tat-Times meħlus b’għadd ta’ kundizzjonijiet 11-il persuna, li jinkludu lil Keith Schembri u Eks Direttur Maniġerjali tal-Allied Newspapers Ltd, li hi res­ponsabbli mill-pubblikazzjonijiet tat-Times of Malta, ilbieraħ waranofsinhar tressqu l-Qorti akkużati b’numru ta’ reati, fosthom frodi, falsifikar u ħasil ta’ flus. Magħhom inbdew proċeduri kriminali kontra 20 kumpanija. L-akkużi huma relatati ma’ inkjesti maġisterjali li nbdew fl-2017 u ntemmu fil-bidu ta’ dan ix-xahar u, fost l-oħrajn, trattaw kuntratt għax-xiri ta’ makki­ narju għall-istamperija Progress Press fil-Qasam Industrijali tal-Imrie­ħel. Għall-ħabta tal-5:00pm, il-Pulizi­ ja ress­qet quddiem il-Maġis­trat Charmaine Galea l-ewwel erba’ akku­żati – Brian Tonna, Marie Katrin Bon­din Carter, Manuel Castagna u Karl Cini. Huma ġew akkużati bi frodi, ħasil ta’ flus, xhieda falza u falsifikazzjoni. Għalkemm wieġbu li mhumiex ħatja, il-Maġistrat ma laqgħetx it-talba tad-difiża biex jinħelsu mill-arrest, waqt li rrimarkat li l-ebda kundizzjoni li tista’ tagħti ma tneħħi l-biża’ li dawn jaħarbu mill-pajjiż. Dehret ukoll Beverly Tonna għannom ta’ waħda mill-kumpaniji involuti. Sussegwentement tressqu Schembri, missieru Alfio, Malcolm Scerri u Robert Zammit li ġew akkużati b’ħasil ta’ flus, assoċjazzjoni għall-fini ta’ twettiq ta’ reat u frodi. Keith Schembri waħdu ġie akkużat b’xhieda falza, korruzzjoni u falsifikazzjoni. Scerri wkoll qed jiffaċċja l-akkuża ta’ korruzzjoni. Huma wieġbu mhux ħatja tal-akku­ żi, waqt li Schembri, missieru u Scerri wieġbu l-istess għal għadd ta’ kumpa­ niji. Il-Qorti ordnat l-iffriżar tal-assi tal-akkużati u l-kumpaniji tagħ­hom.

Vincent Buhagiar (fiċ-ċirku), Eks Direttur Maniġerjali tal-Allied Newspapers Ltd, u Keith Schembri (lemin), fost l-akkużati tal-allegati reati li żviluppaw minn żewġ inkjesti, inkluż dwar xiri ta’ makkinarju mit-Times Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużati, waqt li l-prosekuzzjo­ni oġġezzjonat hekk kif qalet li fejn jidħlu akkużi ta’ ħasil ta’ flus hemm ammonti kbar involuti. Ġie spjegat kif allegatament hemm atti ta’ falsifikazzjoni biex allegatament jinħbew numru ta’ reati. Spjegat kif hemm ukoll l-akkużi marbuta ma’ xhieda falza taħt ġurament quddiem il-Maġistrat inkwe­renti. Ir-rappreżentanta għall-Avukat Ġenerali spjegat kif uħud mill-akkużati preżenti fl-awla huma qrib ħafna ta’ persuni li għadhom qed ikunu investigati. Id-difiża rrimarkat li l-akkużi juru perjodu ta’ 12-il sena li fihom allegata­ ment sar ir-reat. Għalhekk staqsiet meta allegatament seħħ u meta ġew mixtrijin il-magni għall-istampar tat-Times. L-Is-

pettur Annemarie Xuereb ikkonfermat li fl-ewwel inkjesta ma nstabx li kien hemm korruzzjoni. Meta mistoqsija dwar id-deċiżjoni li jkun hemm il-police bail qalet li dawn damu taħt police bail sal-lum u għalhekk tressqu l-Qorti taħt arrest. Hi qalet kif dawk li ġew investigati qatt ma kien hemm biża’ li jaħarbu u dejjem żammew mal-appuntamenti kull darba li ssej­ħu mill-Pulizija, inkluż Schembri li ilu fuq bail mill-għeluq tal-ewwel inkjesta. Id-difiża argumentat li l-akkużi jġorru pieni minn erba’ xhur għal sena u tliet xhur għal tliet snin, waqt li jidher li numru ta’ akkużi huma wkoll preskritti. Għal dan, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali spjega kif dawn l-akkużi ġew ikkonfermati prima facie mill-eżitu tal-inkjesti.

Bħall-erbgħa ta’ qabilhom huma ġew irrifjutati l-ħelsien mill-arrest. Fit-tielet grupp tressqu żewġ rappre­ żentanti tal-kumpanija Zenith Finan­ce Limited, Matthew Pace u Lorraine Falzon, u ġew akkużati b’ħasil ta’ flus, falsifikazzjoni u li assoċjaw ruħhom Malta jew barra biex jagħmlu reat. Huma wkoll wieġbu mhux ħatja u wkoll inżammu arrestati. Fl-aħħar tressaq l-Eks Direttur Ma­ni­ ġerjali ta’ Allied Newspapers Ltd Vincent Buhagiar. Hu ġie akkużat b’ħasil ta’ flus, frodi, dikjarazzjonijiet foloz u li assoċja ruħu fit-twettiq ta’ reati. Hu wieġeb mhux ħati u ngħata l-ħelsien b’depożitu ta’ €20,000 u garanzija personali ta’ €40,000, fost numru ta’ kundizzjonijiet. L-assi tiegħu wkoll ġew iffriżati.


21.03.2021

09


10

21.03.2021

MALTA EŻEMPJU TA’ DRITTIJIET FIR-RENJU UNIT JUŻAW L-AVVANZI F’PAJJIŻNA BIEX JIKKRITIKAW IT-TKAXKIR TAS-SAQAJN GĦAL-LEĠIŻLAZZJONI DWAR “TERAPIJI TA’ KONVERŻJONI”, WAQT LI RIŻOLUZZJONI “MALTIJA” TGĦADDI B’VOT QAWWI FAVUR ŻONA ĦIELSA FL-UE Bħala l-pajjiż li għall-aħħar ħames snin igawdi mill-aħjar drittijiet fid-dinja għall-persuni LGBTIQ, Malta qed tintuża ripetutament bħala l-eżempju prinċipali bħalma kien il-każ fir-Renju Unit fl-aħħar jiem, fejn il-Gvern ta’ Boris Johnson jinsab akkużat li qed ikaxkar saqajh biex jikkriminalizza t-“terapija ta’ konverżjoni”. Fl-istess żmien Malta qed tiġi fdata biex tmexxi regolamentazzjoni fl-Unjoni Ewropea għal iżjed drittijiet lill-persuni LGBTIQ. Wara l-ħatra ta’ Helena Dalli bħala Kummissarju Ew­ ropew responsabbli mill-iż­ i­­lupp ta’ drittijiet simili, fil-Par­lament Ewropew għad­ diet riżoluzzjoni sini­fi­kanti mmexxija mill-Membru Parla­ mentari Ewropew Labu­rista Cyrus Engerer. Dibattitu mqanqal fil-House of Commons il-ġimgħa li għaddiet ġab diversi reazzjonijiet, inkluża kritika lill-Gvern Konservattiv Ingliż li baqa’ jkaxkar saqajh biex ikun hemm projbizzjoni fuq l-hekk imsejħin “terapiji ta’ konverżjoni”. Id-dibattitu, li kien iffokat fuq petizzjoni nazzjonali li ġabret aktar minn kwart ta’ miljun firma fl-2020 jitolbu biex isiru illegali fir-Renju Unit tali attivitajiet minn setet estremisti fil-konfront ta’ persuni LGBTIQ, uża lil Malta u l-Ġermanja bħala pajjiżi eżemplari. F’dan il-qasam, Malta kienet l-ewwel mill-istati membri kollha fl-UE li pprojbixxiet din it-“terapija” f’Diċembru tal2016, segwita mill-Ġermanja f’Mejju tas-sena li għaddiet. Dan il-pass tal-Gvern Malti kien irrapportat bi prominenza, inkluż fir-Renju Unit li kien

għadu membru tal-UE. Rapporti fil-midja Brittanika minn dak iż-żmien, li faħħru lil Malta, reġgħu tfakkru fid-dibattitu tal-aħħar jiem bil-għan li ssir pressjoni fuq l-amministrazzjoni Johnson. Fl-2018, l-Eks Prim Ministru Theresa May kienet wiegħdet li tipprojbixxi t-“terapija” bħala parti mill-Pjan ta’ Azzjoni LGBT+, impenn li kien ikkonfermah ukoll il-Prim Ministru Johnson. Minkejja dan, minn dak iż-żmien baqa’

Sa minn Ottubru tal-2015, Malta ġiet ikklassifikata fl-ew­wel post f’termini ta’ leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet LGBTIQ fost 49 pajjiż fejn l-assoċjazzjoni ILGA-­Europe tagħmel l-istħarriġ u l-osservazzjonijiet tagħha.

ma sar xejn tant li nħolqot rabja popolari li qed jesperjenza l-pajjiż illum. Minkejja li Johnson ukoll kien iddikjara li jemmen li t-“terapija” hi xi ħaġa li assolutament ta’ min jistmerra, bħallum ġimgħa se jiġu mmarkati l-1,000 ġurnata ta’ nuqqas t’azzjoni mill-wegħda oriġinali tal-Prim Ministru May. Attivisti LGBTIQ+ qed ifakkru li l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) kienet neħħiet l-omosesswalità

mill-klassifikazzjoni internazzjonali tal-mard fl-1990. Imma 31 sena wara, it-tentattivi biex “jitfejqu” persuni omosesswali għadhom qed iseħħu u mhemmx liġijiet li jipprojbixxuhom. Persuna fuq quddiem f’din il-kampanja għall-projbizzjoni tat-“terapija” hi Caroline Mercer ta’ 73 sena. Fis-sittinijiet, wara li kienet qalet li tħossha tgħix f’ġisem li mhux tagħha, Mercer kienet ingħatat “terapija” permezz ta’ xokkijiet biex tikkonverti mill-orjentazzjonijiet sesswali tagħha. Fl-aħħar jiem kienet ċara fil-konfront tal-Gvern Ingliż: “Kellek 1,000 jum minn meta għedt li se tilleġiżla; 1,000 jum li l-pubbliku qed jgħidlek li din it-terapija hi barbarika u għandha tieqaf; 1,000 jum meta żgħażagħ u mhux daqshekk żgħażagħ qalulhom li kienu żbaljati meta ġew suġġetti għal kundizzjonijiet li jagħmlu ħsara lil ħajjithom b’mod irriversibbli. X’qed tistenna aktar biex tipprojbixxi din it-terapija inumana?” Tliet konsulenti fuq il-bord tal-Gvern Ingliż LGBT+ ir-

riżenjaw fost tħassib li dan qed idum wisq biex idaħħal din il-leġiżlazzjoni. Id-Deputata Parlamentari mil-Liberali Demokratiċi Layla Moran kienet ċara: “Id-dewmien għall-projbizzjoni tat-terapija ta’ konverżjoni juri biss kemm dan il-Gvern hu kodard.” Hi saħqet ukoll li l-Gvern għandu jieqaf iġib l-iskużi u jipprojbixxi din il-prattika kontra l-umanità. Talbiet għall-projbizzjoni kontra “terapiji ta’ konverżjoni” saru wkoll miċ-Church of England riċentement, waqt li fl-2020 mijiet ta’ mexxejja reliġjużi varji minn madwar id-dinja, inkluż l-Arċisqof Desmond Tutu u l-Eks Rabbi Ewlieni tal-Irlanda David Rosen, ħarġu favur li jkun hemm liġijiet f’dan is-sens. Sadanittant, f’riżoluzzjoni speċjali, l-UE ddikjarat dan l-aħħar li t-territorju kollu tagħha hu żona ħielsa għallpersuni LGBTIQ. Engerer, li kien in-negozjatur f’isem il-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D), qal fil-plenarja tal-Parlament Ewropew li dan ifisser il-ħarsien tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, il-ħelsien, iċ-ċaqliq ħieles, id-demokrazija, il-paċi u l-ġustizzja. Malli tħabbar il-vot, il-Mem-


11

21.03.2021

LGBTIQ

bru Parlamentari Ewropew Laburista qal “illum bgħatna sinjal progressiv b’saħħtu, li kull persuna, għandha d-drittijiet tagħha, hi min hi, irrispettivament mill-identità tagħha jew f’liema parti tal-Ewropa tgħix. Irridu nkunu magħqudin, bħala istituzzjonijiet Ew­ ropej, li ma nħallu lil ħadd jerġa’ jipprova jelimina parti mill-popolazzjoni tagħna, fosthom billi jagħmilha inviżibbli. Għamilna kisbiet kbar f’dawn l-aħħar snin u se nkomplu naħdmu biex nipproteġu dak li ksibna, filwaqt li nagħmlu avvanzi oħrajn biex l-ugwaljanza ma tkunx biss bil-kliem jew fuq il-karta, iżda esperjenza għaċ-ċittadini kollha fl-UE.” Ir-riżoluzzjoni simbolika għaddiet b’risposta għall-azzjonijiet konservattivi fil-Polonja li fl-aħħar snin iddikjarat “żona ħielsa mill-ideoloġija LGBT”. Relazzjonijiet omosesswali lanqas huma biss rikonoxxuti u l-pajjiż ma jippermettix adozzjonijiet ta’ tfal minn koppji tal-istess sess. Minkejja dan, kif kien il-każ anke f’pajjiżna sa ftit ta’ snin ilu, il-liġi tippermetti adozzjonijiet minn persuni waħedhom u kien hemm min kien qed idur mar-regola billi jadotta waħdu. Emenda fil-liġi issa qed tagħti s-setgħa lill-awtor-

itajiet biex jagħmlu riċerka filfond u fejn jinstab li persuna tkun applikat waħedha għal adozzjoni, imma fil-fatt tkun f’relaz­z­joni omosesswali, allura tkun sux­xettibbli għal azzjoni kriminali. Dan hu kompletament l-oppost f’pajjiżna fejn saru avvanzi leġiżlattivi u anke fil-mentalità popolari li, f’dan ir-rigward, jixhdu ugwaljanza sħiħa fost il-poplu. Sa minn Ottubru tal-2015, ILGA-­Europe kklassifikat lil Malta, li wkoll iddikriminalizzat l-omosesswalità fl-1973 taħt Gvern ieħor Laburista, fl-ew­ wel post f’termini ta’ leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet LGBTIQ minn 49 pajjiż li fihom tagħmel l-istħarriġ u l-osservazzjonijiet tagħha. F’Ottubru li għadda, pajjiżna wkoll rebaħ id-dritt li jospita ċ-ċelebrazzjoni tal-EuroPride sentejn oħra, l-akbar avveniment Ewropew LGBTIQ+, li ta’ kull sena jattira eluf ta’ viżitaturi minn madwar id-dinja kollha. B’vot ta’ 54% fil-laqgħa ġenerali annwali tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Organizzaturi tal-Pride, li għandha l-liċenzji tal-EuroPride, f’Ottubru li għadda Malta għelbet il-kompetizzjoni mill-Olanda u l-Irlanda ta’ Fuq li kienu interessati wkoll fl-organizzazzjoni taċ-ċelebrazzjoni.

JAPPOĠĠJAW LIL MALTA F’DEKRIMINALIZZAZZJONI TAL-PROSTITUZZJONI Disa’ organizzazzjonijiet internazzjonali sejħu għad-dekriminalizzazzjoni tal-prostituzzjoni f’pajjiżna u taw l-appoġġ tagħhom lill-Gvern Malti f’dan l-iżvilupp li ddeskrivewh importanti ħafna għax jilħaq it-talbiet ċari tal-ħaddiema tas-sess. Permezz ta’ dikjarazzjoni konġunta, ILGA Europe, Transgender Europe, l-Organizzazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ u Studenti LGBTIQ, il-Pjattaforma għal Koperazzjoni Internazzjonali dwar Migranti Bla Dokumenti, in-network kontra t-traffikar La Strada International, European AIDS Treatment Group u l-Kumitat Internazzjonali għad-Drittijiet tal-Ħaddiema Sesswali fl-Ewropa qalu li Malta, bħala l-pajjiż prinċipali rikonoxxut madwar id-dinja kollha għall-protezzjoni tal-persuni LGBTI, qed terġa’ tisma’ l-appell li jsir mill-ħaddiema involuti u l-għaqdiet li jirrappreżentawhom biex il-prostituzzjoni tiġi dekriminalizzata, waqt li jingħataw id-dritt li jiddeċiedu huma u li jirregolaw lilhom infushom. “L-organizzazzjonijiet tagħna jappoġġjaw il-prinċipji li l-liġijiet u l-politika adottata, li jaffettwaw komunitajiet marġinati, għandhom ikunu żviluppati bl-involviment tassew ta’ dawk il-komunitajiet, bil-għan li jiġi assigurat li l-veduti tagħhom jinstemgħu u t-talbiet tagħhom inklużi,” qalu l-għaqdiet. Huma wkoll enfasizzaw li l-ħaddiema tassess huma ċari fit-talbiet tagħhom u dawn għandhom ikunu l-prinċipji li jiggwidaw it-tentattivi attwali għal riforma fil-liġi Maltija. L-istess talbiet huma sostnuti wkoll minn għadd ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali rinomati, li wkoll jappoġġjaw id-dekriminalizzazzjoni tal-prostituzzjoni u l-ħaddiema fih. Dawn jinkludu l-Ġnus Magħquda, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), Amnesty International, ilBank Dinji, Mèdecins Du Monde, Human Rights Watch u bosta oħrajn. Il-Prim Ministru Robert Abela ddikjara diversi drabi li, bħala Gvern, kommessi li nindirizzaw l-inġustizzja f’dan il-qasam u indika kif dan

għandu jiġi regolat u legalizzat. “Sal-lum għadna qed naċċettawhom. Minn għada m’aħniex se naċċettawhom iżjed. Il-prostituzzjoni f’pajjiżna ma tistax tibqa’ reat,” qal Dr Abela f’attività flaħħar ġimgħat. L-organizzazzjonijiet Ewropej saħqu li l-kriżi attwali tal-pandemija tenfasizza l-ħtieġa ta’ impenn akbar biex ikunu involuti u mismugħin komunitajiet u stakeholders fis-saħħa pubblika, waqt li jiġu implimentati liġijiet li huma bbażati kemm fuq evidenza xjentifika kif ukoll fuq standards tad-drittijiet tal-bniedem. “Il-ħidma tagħna għallmitna li, mingħajr eċċezzjoni, deċiżjonijiet politiċi li jikkriminalizzaw ħaddiema tas-sess, migranti u xogħolhom jew l-organizzazzjonijiet li jappoġġjawhom, iwasslu għal iżjed, mhux inqas, vjolenza u sfruttar. Dawn it-tip ta’ ambjenti ripressivi kontinwament jattakkaw l-aċċess għal servizzi, xogħol diċenti u ġustizzja, u jwasslu għal aktar ksur tad-drittijiet tal-bniedem,” tennew l-għaqdiet Ewropej, waqt li ġabu l-eżempji li dan kien il-każ f’pajjiżi fejn adottaw dak li hu magħruf bħala l-Mudell Żvediż, inklużi Franza, l-Irlanda u n-Norveġja, fost oħrajn.

Il-Prim Ministru Robert Abela ddikjara diversi drabi li, bħala Gvern, kommessi li nindirizzaw l-inġustizzja f’dan il-qasam u indika kif dan għandu jiġi regolat u legalizzat. “Sal-lum għadna qed naċċettawhom...”

IL-FONDAZZJONI IDEAT B’DISKUSSJONI DWAR IR-RIFORMA FIL-LIĠI TAL-KERA Il-fondazzjoni iDEAT se tkun qed torganizza diskussjoni dwar ir-riforma li temenda l-liġi tal-kera għall-proprjetajiet ta’ qabel l-1995. Din id-diskussjoni se sservi bħala sessjoni ta’ informazzjoni għal kull sid u inkwilin u għall-pubbliku inġenerali sabiex kulħadd ikun mgħarraf b’din ir-riforma u l-emendi legali li se jwasslu biex il-Gvern jagħti ferm aktar għajnuna ħalli ħadd ma jispiċċa mingħajr saqaf fuq rasu, filwaqt li s-sid jingħata kirja ferm aktar ġusta. Din l-attività se ssir nhar it-Tnejn 22 ta’ Marzu fis-6.30pm u se tixxandar b’mod dirett fuq l-paġna ta’ Facebook tal-Fondazzjoni iDEAT. Dawk li se jsewgu huma mħeġġa li jgħaddu l-kummenti, l-ideat u l-ħsibijiet tagħhom billi jikkumentaw waqt ix-xandira. Waqt din ix-xandira se jkun hemm il-parteċipazzjoni tal-Ministru għall-Ak-

komodazzjoni Soċjali Roderick Galdes li se jkun qed iwieġeb id-domandi kollha tul l-attività. F’kummenti dwar l-attività, iċ-Chairperson ta’ iDEAT, Elaine Degiorgio, saħqet li din ir-riforma hija waħda bżonjuża ferm u dan minħabba r-riskju li ħafna nies kienu qed jitilfu l-protezzjoni tal-liġi wara li l-Qorti Kostituzzjonali sabet illi l-pagament annwali tal-kirja kien baxx wisq meta kkumparat mal-valutazzjoni tal-proprjetà. “Għaldaqstant, ħafna nies kienu ser jispiċċaw barra minn djarhom wara snin twal jgħixu f’dik il-proprjetà. Kien għalhekk il-bżonn imminenti li ssir riforma sabiex filwaqt li l-inkwilin ikun protett u jingħata l-għajnuna kollha meħtieġa permezz ta’ sussidju b’saħħtu, is-sid jingħata kirja ekwa u ġusta għaż-żminijiet tal-lum,” temmet tgħid Dr Degiorgio.


12

21.03.2021

REKORD TA’ €150 MILJUN F’SENA FL-INFRASTRUTTURA

FREDRICK AZZOPARDI Kap Eżekuttiv Infrastucture Malta

Fl-2020, matul żmien li fih pajjiżna kellu jiffaċċja waħda mill-aktar snin diffiċli, Infrastructure Malta għamlet investiment rekord ta’ €150 miljun biex tejjibna l-infrastruttura pubblika, kemm fit-toroq kif ukoll fix-xtut tagħna. Dan l-investiment huwa tliet darbiet aktar mill-medja ta’ kemm kien jiġi investit fl-infrastruttura fis-snin ta’ qabel ma twaqqfet l-aġenzija. B’sodisfazzjon ngħid li l-ewwel sentejn urew li Infrastructure Malta għandha fi ħdanha professjonisti u ħaddiema dedikati li, mhux biss kapaċi jippjanaw b’suċċess investimenti infrastrutturali fuq skala kbira, imma fuq kollox, jassiguraw li l-proġetti jitlestew fil-ħin u skont il-baġits li jkunu ġew iddedikati għalihom. L-aqwa eżempji ta’ dan huma l-Marsa Junction Project, l-akbar proġett li qatt sar fl-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna u dak tal-mini ta’ Santa Luċija, żewġ proġetti li mexxejniehom id f’id. Barra minn hekk, ir-riżultati juru li qegħdin nilħqu l-miri ewlenin tagħna fit-twettiq ta’ dan l-investiment multimiljunarju bla preċedent li huma bbażati fuq erba’ prinċipji – kwalità, sigurezza, effiċjenza u sostenibilità. Dan jixhduh il-figuri li se nelenka wħud minnhom. Matul dawn l-aħħar sentejn bnejna mill-ġdid jew għamilna titjib f’aktar minn 500 triq madwar Malta kollha. Dawn ivarjaw minn proġetti kbar f’toroq arterjali bħal ta’ Triq Reġjonali, Tal-Balal u Ta’ Buqana, fost ħafna oħrajn, għal bini mill-ġdid ta’ toroq residenzjali f’kull lokalità biex eluf ta’ familji diġà qed igawdu minn ambjent aħjar u ferm isbaħ barra minn djarhom. F’dawn it-toroq biddilna jew żidna aktar minn 370 ki-

lometru f’servizzi tal-ilma, tal-elettriku u tat-telekomunikazzjoni, kif ukoll saħħaħna s-sistemi tad-drenaġġ u dawk għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita. Għamilna jew bnejna mill-ġdid 215-il kilometru ta’ bankini u introduċejna wkoll punti ta’ qsim pedonali aktar siguri għal min jivvjaġġa bil-mixi jew bir-rota, fosthom is-subway ġdida fit-Triq Tal-Barrani, bejn Santa Luċija u Ħal Tarxien, u t-tliet pontijiet li bnejna fi Blata l-Bajda, Ħal Luqa u Raħal Ġdid. Jekk nieħdu s-Central Link Project waħdu, dan mhux sempliċiment proġett li qed inwettquh biex innaqqsu binnofs il-ħin tal-ivvjaġġar tul

ir-rotta bejn l-Imrieħel, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Imma permezz tiegħu, qed noħolqu wkoll bosta faċilitajiet għal mezzi alternattivi ta’ vjaġġar. Dawn jinkludu 10.7 kilometri ta’ bankini u mogħdijiet għall-mixi, waqfiet aktar siguri għall-karozzi tal-linja u l-itwal korsija għar-roti mifruda mit-triq li se jkun hawn fil-gżejjer Maltin, li testendi 4.3 kilometri. Din se żżid it-total ta’ korsiji ġodda għar-roti li qed jiġu żviluppati minn Infrastructure Malta għal 14-il kilometru. Permezz ta’ kollaborazzjonijiet kontinwi ma’ konsulenti u organizzazzjonijiet internazzjonali dwar is-sigurezza

Ir-riżultati juru li qegħdin nilħqu l-miri ewlenin tagħna fit-twettiq ta’ dan l-investiment multimiljunarju bla preċedent li huma bbażati fuq erba’ prinċipji – kwalità, sigurezza, effiċjenza u sostenibilità

fit-toroq, qed naħdmu biex nintroduċu aktar teknoloġiji u nieħdu miżuri li jsalvaw il-ħajjiet fit-toroq tagħna. Fl2019, l-aġenzija introduċiet, għall-ewwel darba f’Malta, sistema aktar sigura ta’ crash barriers iċċertifikati internazzjonalment li jipprevjenu vettura milli tinqaleb u li jsiru ħabtiet frontali, u b’hekk jonqsu r-riskji ta’ korrimenti gravi. Minn meta introduċejniehom l-ewwel darba fi Triq Tal-Balal, sal-lum poġġejna 8 kilometri minn dawn il-crash barriers, bl-iżjed proġett riċenti fejn installajniehom huwa ta’ Triq Burmarrad. Infrastruttura oħra li qed nagħmlu biex intejbu s-sigurtà fit-toroq prinċipali tinkludi 3 kilometri ta’ pajpijiet għal sistemi kontra n-nirien fl-erba’ strutturi tal-mini f’Tal-Qroqq, Ta’ Giorni, Santa Venera u Ħal Kirkop. Bħala parti millproġett li għaddej bħalissa għar-rinnovar tagħhom, ilmini qed nattrezzawhom blaħħar teknoloġiji ta’ saħħa u sigurezza għall-eluf ta’ persuni li jgħaddu minnhom ta’ kuljum. Fost tagħmir ieħor, dawn jinkludu wkoll cameras ta’ sorveljanza, alarms ta’ kontra n-nirien, apparat li jkejjel il-kwalità tal-arja fil-mini u tagħmir ta’ komunikazzjoni

f’każi t’emerġenza. Mira oħra li qed tintlaħaq hija li l-proġetti li qed twettaq Infrastructure Malta qegħdin iwasslu għal titjib sinifikanti fil-kwalità tal-arja billi jonqos it-tniġġis. Huwa stabbilit li bis-saħħa ta’ seba’ milll-akbar proġetti qed ikunu frankati 62,000 tunnellata t’emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju kull sena, li jammontaw għal 11% tal-mira li għandu pajjiżna għat-tnaqqis tal-gassijiet serra sal-2030. L-istess impenn qed nuruh ukoll fil-qasam marittimu fejn il-Grand Harbour Clean Air Project se jnaqqas b’aktar minn 90% t-tniġġis ikkaġunat mid-dħaħen tal-vapuri tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Kull sena dan se jsarraf f’1,400 tunnellata inqas ta’ ossidu tan-nitroġenu, daqslikieku għandek 350 miljun karozza jinstaqu miċ-Ċirkewwa sa Marsaxlokk. Bħalma għamilna fl-ewwel sentejn, l-impenn tagħna huwa li l-investiment fl-infrastruttura pubblika jissokta fis-snin li ġejjin u nkomplu nistinkaw biex il-pajjiż ikollu infrastruttura effettiva u sostenibbli. Kif irrimarkajt fil-bidu, is-suċċess ta’ Infrastructure Malta huwa dovut għall-ħaddiema ħabrieka li għandha, u ta’ dan, jien grat ħafna lejhom.


13

21.03.2021

L-AGRIHUB U L-INNOVAZZJONI

ANTON REFALO Ministru

Waħda mill-isfidi ewlenin illi kelli meta ftit aktar minn sena ilu ħadt f ’idi l-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali, kien li jiġi stabbilit l-Agrihub. L-iskop ta’ dan il-proġett huwa li jgħin fit-twettiq tal-viżjoni ta’ dan il-Gvern biex Malta jkollha produzzjoni agrikola aktar sostenibbli. L-għan ewlieni huwa li

tinħoloq pjattaforma biex tappoġġja s-settur agrikolu permezz ta’ riċerka nazzjonali bbażata fuq il-ħtiġijiet tal-Politika Nazzjonali Agrikola għal Malta b’metodi mtejba li jħarsu l-ambjent u bi preċiżjoni. Il-proġett huwa mniedi b’investiment ta’ aktar minn €2 miljun b’fondi Ewropej li ġejjin mill-Programm ta’ Żvilupp Rurali 2014-2020. Permezz tal-Agrihub qed jiġu identifikati żoni f ’Malta u Għawdex li huma ta’ importanza agrikola u omoġenji, fejn dawn se jiġu mgħammra b’sensiela ta’ sensors li bihom tinġabar informazzjoni varja f ’ħin reali, liema informazzjoni tiġi użata sabiex jiġu żviluppati rakkomandazzjonijiet illi jintbagħtu lill-bdiewa direttament rigward previżjonijiet tal-popolazzjoni tal-pesti fl-inħawi tar-raba’ tagħhom. Fil-fatt minn dan l-aspett il-proġett tal-Agrihub

huwa primarjament ibbażat fuq monitoraġġ tal-pesti permezz ta’ nases. Filwaqt li n-nases huma komuni fil-komunità agrikola, dawn ġew imtejba billi ġie introdott l-użu tal-intelliġenza artifiċjali sabiex ikun hemm il-kapaċità li jkunu jafu x’inhi s-sitwazzjoni tal-livell ta’ pesti fiż-żona dak il-ħin stess (real time). Għaldaqstant, se jkunu qed jiġu indikati trends ta’ kif u fejn il-popolazzjoni tal-pesti jkunu preżenti, dan kollu fil-kuntest tal-fatturi klimatiċi. Tajjeb li wieħed isemmi li n-nases huma mħaddma permezz ta’ enerġija nadifa li ġejja mix-xemx. Minn dan il-proġett mhux biss se jgawdu minnu l-bdiewa. Il-konsumaturi se jkunu qed jikkunsmaw prodott ta’ kwalità ogħla, imkabbra bil-gwida tal-aħjar prattiċi agrikoli disponibbli. Barra minn hekk, parti minn

dan il-proġett qed tiffoka wkoll fuq it-tkabbir ta’ għalf għall-annimali. Dan sabiex jiġu identifikati mezzi kif l-għalf li jitkabbar għall-annimali jista’ jkun aktar nutrittiv għall-merħliet f ’pajjiżna. Id-Dipartiment għall-Affarijiet Rurali qiegħed ukoll jagħti importanza lill-viżjoni tas-Servizz Pubbliku sabiex bl-użu tat-teknoloġija nwasslu servizz tal-ogħla kwalità kemm lill-klijenti interni kif ukoll dawk esterni. Barra minn hekk, f ’dan il-proġett qed jipparteċipaw ukoll l-MCAST u ċ-CIHEAM li għandhom esperjenza vasta fis-settur u għaldaqstant id-Dipartiment qed jkun f ’pożizzjoni li jwettaq dan il-proġett bl-aktar mod professjonali. Ovvjament dan il-proġett jirrikjedi l-parteċipazzjoni attiva tal-bdiewa għaliex mingħajr il-koperazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-bidwi

nnifsu, dan il-proġett ma jistax ikun ta’ suċċess. Dan il-proġett huwa maħdum mill-Ministeru li nieħu ħsieb jien, li għandu taħtu r-responsabbiltà tattisħiħ tal-agrikoltura. Huwa għalhekk li l-għan tagħna hu li s-settur dejjem jinvesti f ’aktar innovazzjoni, sabiex inkomplu nsaħħu l-qasam tar-riċerka fl-agrikoltura, li se twassal għal aktar għajnuna għall-bdiewa u prodott aħjar għall-konsumatur. Dan il-proġett huwa eżempju klassiku tal-viżjoni li għandha l-Unjoni Ewropea fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tagħha fejn jinvolvu l-Green Deal u d-diġitalizzazzjoni. Għalhekk, aħna bħala tim wieħed, mhux biss bil-kliem imma bil-fatti ħa nkomplu nissoktaw f ’ħidma bla waqfien u nkomplu nagħmlu proġetti bħal dawn biex dejjem inkunu gvern għan-nies u ta’ spalla għallMaltin u l-Għawdxin kollha.

MIŻINFORMAZZJONI PANDEMIKA

SILVIO GRIXTI Membru Parlamentari

Illum, għeżież qarrejja, xtaqt naqsam magħkom ftit ħsibijiet dwar il-pandemija talCOVID-19 u dwar il-ħafna ansjetà żejda li qed tinħoloq minn ċerti kummenti, artikli, posts, u anke aħbarijiet li jidhru kemm fuq il-mezzi tal-midja soċjali kif ukoll waqt bullettini tal-ahbarijiet fuq diversi stazzjonijiet tar-radju u tat-televixin. Toħroġ il-għaġeb, imma l-ħsara li toħroġ minn dawn l-artikli, u l-kummenti u l-posts fuq il-midja soċjali hi inkredibbli. U jien inħabbat wiċċi mal-effett ta’ din il-ħsara kuljum. Pereżempju, niftakar il-battibekki li kellhi ma’ diversi pazjenti minn tiegħi meta daħlet ‘in vigore’ il-liġi dwar l-obbligu li bniedem jilbes maskra jew visor sew meta

jkun ġewwa ma’ ħaddieħor u sew meta jkun barra, fil-beraħ. Niftakar lil diversi nies jargumentaw li bil-maskri aktar ser jinxtered il-mard u li bl-ilbies tal-maskri aktar kienet ser tkompli l-imxija tal-pandemija. Niftakar lil xi wħud jikkwotawli anke xi mexxeja ta’ pajjiżi oħra li ddikjaraw fil-miftuħ u fil-beraħ li huma kontra l-ilbies tal-maskri jew tal-visors. Niftakar nipprova infiehem lil xi wħud il-benefiċċju li nżommu d-distanza soċjali bejn persuna u oħra kif rakkomandati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa f’pajjiżna u niftakarni l-keded li kienu jagħtuni għax tal-għaġeb... ikunu mlew moħħhom bil-ħmerijiet, b’informazzjoni skorretta minn fuq il-midja soċjali u addio li tkun qed tipprova tfehemhom inti għax jibdew isemmulek li t-tali President tat-tali pajjiż kien qal li l-maskri ghalxejn u li t-tali President jew Prim Minstru tat-tali pajjiż tkellem kontra d-distanza soċjali u li t-tali President tat-tali pajjiż kien tkellem kontra l-lock downs u li kien beda jisforza lill-Awtoritajiet tad-diversi stati ġewwa pajjiżu, li kienu qed jimplimentaw, sabiex ireġġgħu lura l-miżura tal-lockdown. Minn jemmen l-imbarazz li jara fuq il-midja soċjali beda jibża’ jilbes maskra jew visor

għax kien konvint li jekk jilbishom ser jimrad izjed. Mhux hekk biss. Kien hemm min daħħal f’rasu li b’din il-miżura l-awtoritajiet riedu sempliċement imarrdu lill-poplu bil-marda tal-COVID-19. Kien hemm imbagħad minn beda jemmen it-teorija l-oħra li l-maġġoranza tal-Awtoritajiet tas-Saħħa madwar id-dinja kienu qed jimponu dawn il-miżuri bħall-ilbies tal-maskri, iż-żamma tad-distanza soċjali u f’ċerti istanzi u f’ċerti ċirkostanzi anke lockdown sabiex ikunu jistgħu jikkontrollaw liċ-ċittadini tagħħom b’mod aktar totali u assolut. Kien hemm imbagħad min xerred storja online fejn qal li daħħal l-Isptar Mater Dei lil persuna tiġi minnu (xi ħadd mill-qraba tiegħu) b’xi marda jew kundizzjoni fil-pulmun u allega li tal-ITU, għall-ewwel, ma ndunawx x’kienet eżatt u ħasbu li kienet il-virus talCOVID-19 u tawh it-trattament tal-COVID-19 u, dejjem skont din il-persuna li qed ixxerred din l-istorja fuq il-midja soċjali, dan il-qarib tagħha ma kienx marid bil-COVID-19 u allura t-trattament li tawh ġewwa l-ITU kontra l-COVID-19 kompla għarraq is-sitwazzjoni tal-qarib. Tistgħu timmaġinaw il-biża’ u l-ansjetà li qabdet lil min kien

suxxettibbli li jaqa’ fl-ansjetà u kellu jidħol ġewwa Mater Dei għal xi kura minħabba xi kundizzjoni matul dawn l-aħħar xhur tal-pandemija. Ma nafx kemm il-diskussjoni kelli ma’ pazjenti tiegħi u ma qrabathom sabiex nikkonvinċihom imorru l-Isptar Mater Dei għax il-kundizzjoni tagħħom hekk kienet tirrikjedi. Dan biex ma nsemmix il-ħemel qlajjiet li ntqalu fuq il-mezzi tal-midja soċjali rigward il-vaċċini. X’ma ntqalx? X’ma ssemmiex? Minn kollox intqal fuq l-imberkin vaċċini. U miskin min ikun vulnerabbli u jkollu bżonn jieħu l-vaċċin u jibda jibża’ jieħdu. Ma nafx kif ser nibda niddeskrivilkom l-ansjetà u t-tensjoni li taqbadha persuna li jkollha xi kundizzjoni ta’ saħħa u tkun meqjusa bħala persuna vulnerabbli u jkollha bżonn tieħu l-vaċċin, imma tibda tibża’ tieħdu minħabba dak kollu li bħalissa għaddej fuq il-midja soċjali dwar il-vaċċini. Jien insostni u nibqa’ nsostni li dan mhux sew. Din il-miżinformazzjoni fuq dan is-suġġett daqshekk delikat u jaħraq, qed toħloq ħafna ansjetà u diżgwid u biża’ fost il-poplu. Però nixtieq ukoll nagħmel appell lill-poplu. Iva, nixtieq nagħmel appell minn qalbi lill-poplu Malti u Għawdxi. Temmnux kulma tisimgħu. Imxu b’moħħkom. Ħaddmu

moħħkom. Użaw moħħkom. L-informazzjoni fittxuha minn sorsi li huma affidabbli. Fuq is-suġġett tal-COVID-19 fittxu l-istqarrijiet u l-informazzjoni li hem disponibbli online fuq il-website tad-Dipartiment tas-Saħħa ta’ Malta u tal-World Health Organisation (WHO) u wkoll tal-European Centre for Disease Prevention and Contol (ECDC) li hi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea inkarigata milli tmexxi u tikkordina l-ġlieda kontra l-firxa ta’ din il-marda. U ħallikom mill-ħafna websites u paġni tal-Facebook li ma jagħmlu xejn ħlief ixerrdu l-biża’ u l-ansjetà. Insellmilkom u ħudu ħsieb ta’ xulxin.

Din il-miżinformazzjoni fuq dan is-suġġett daqshekk delikat u jaħraq, qed toħloq ħafna ansjetà u diżgwid u biża’ fost il-poplu.


14

21.03.2021

L-ABBATIJA TAD-DEJR: OQBR

Minn DANIELA ATTARD BEZZINA, Communications Execu Fl-irdoss ħiemed tal-katakombi u l-kappella tal-Abbatija tad-Dejr fir-Rabat, faċli tistħajjel li l-arloġġ ilu li waqaf itektek. Hekk tħossok minn xħin tmidd riġlejk fis-sikta mudlama t’hemm isfel u għajnejk jistrieħu għall-ewwel darba fuq il-ħnejjiet li sekli ilu laqgħu lil missirijietna għall-vjaġġ tal-ħajja ta’ dejjem u issa qed jistiednu lilek tidħol tgħarrex fil-mogħdijiet misterjużi ta’ bejniethom. L-Abbatija tad-Dejr hija sit storiku taħt il-ħarsien ta’ Heritage Malta, iżda tinżamm magħluqa għal raġunijiet ta’ konservazzjoni u tinfetaħ biss b’talba speċjali jew għal attivitajiet speċifiċi. Anke jekk forsi mhux kulħadd jaf biha, l-Abbatija hija wieħed mill-aktar siti importanti ta’ katakombi f’Malta, bi storja twila li tirrifletti dik ta’ katakombi oħra fir-Rabat. Il-Gżejjer Maltin huma għonja fejn jidħlu siti taddfin tal-perjodu Ruman tardiv u Biżantin, li bosta minnhom jinsabu fl-inħawi tar-Rabat. L-Abbatija tad-Dejr hija appuntu wieħed minn dawn is-siti, għalkemm l-użu tagħha nbidel mal-milja tas-snin sakemm waqaf għalkollox mijiet ta’ snin ilu. Dan ilpost jixhed ir-rabtiet sodi bejn l-identità kulturali Maltija u l-Kristjaneżmu, lura fi żmien meta n-nies kienu jidfnu lill-għeżież tagħhom f’katakombi mħaffrin taħt l-art minflok bil-modi li mdorrijin bihom illum. Kien Sir Temi Zammit li skava s-sit bejn l-1926 u l-1927, imbagħad saru aktar skavi minn Sir Louis Upton Way fl-1933. Madankollu, ħafna aktar qabel, fl-1647, Ġan Franġisk Abela kien ippubblika d-disinn tal-katakomba ewlenija u ta deskrizzjoni dettaljata tal-kappella, l-eremitaġġ u l-oqbra li nnota fis-sit. Il-post intuża l-ewwel bħala sit tad-dfin Puniku-Ruman, imbagħad f’fażijiet sussegwenti tħaffru mill-inqas erba’ katakombi paleokristjani, bejn ir-raba’ u t-tmien seklu wara Kristu. L-aktar katakomba importanti minn dawn l-erbgħa hija l-akbar waħda fosthom, li tidher li nbniet b’ċertu ħsieb u aktarx hija waħda mill-ftit katakombi lokali li tħaffru bi pjan. Hu maħsub li ma kinitx tappartjeni lil familja waħda iżda lil għadd ta’ familji sinjuri. Fil-fatt f’din il-katakomba ewlenija wieħed jista’ jammira ringieli puliti ta’ oqbra f’forma ta’ baldakkin, li huma meqjusa bħala l-aktar stil rikk ta’ oqbra fil-katakombi ta’ pajjiżna. Mhux biss l-istil huwa rikk, iżda wkoll it-tiżjin ta’ wħud mill-oqbra – tiżjin li jinkludi disinji ta’ weraq tal-palm u arzell, marbutin mat-twemmin Nisrani tar-rebħa fuq il-mewt. Ma hemm l-ebda dubju li meta kienu għadhom jintużaw

għad-dfin, il-katakombi ki ski li f’xi partijiet għadu j bu wkoll waħda mill-ftit f’Malta li ssemmi lil dawk m Aktarx li l-katakombi w tas-seklu 8 wara Kristu, iż fx hemm. Fil-fatt, fid-daħl iddur lejn ix-xellug, issib tmur lura għas-seklu 11 je kienet tintuża minn patri bħala eremitaġġ u li grazz nirreferu għal dan is-sit u l-ġabra tal-kappella jieħ fonda meta wieħed iqis li mill-ħitan tagħha nstabet joni tal-kurċifiss f’pajjiżna fis-seklu 14, turi wkoll lill Gabriel fuq kull naħa tal-k f’MUŻA. Għalkemm is-sit tal-Abb jinżamm magħluq għall-p ħasbet biex tqarreb in-ni Dan billi ħarġet bl-idea li fuq il-katakombi, u li għal abbandunat, jinqasam f’pa lin-nies biex jaħdmuhom fu Kif spjegali David Cardon Feniċi, Rumani u Medjeva “dan kien mod kif nagħtu lfl-istess ħin il-komunità ter l-istorja twila tiegħu.” L-ide kbir, tant li dak li għall-bid ħa sura aktar permanenti daħlu għall-impenn li jieħd għas-sentejn li ġejjin. Il-ġnien huwa maqsum hom 18-il persuna billi kien parti waħda. Huma ma jħa jaħdmu l-art u jħarsu r-re ma jaħartux, ma jibnux str f’żoni partikolari minħabb ġnien. Illum il-ġnien fih għaxq biss għax madwarek tara f nies li żergħu u indokraw k koli, iżda wkoll għax il-ġnie nità li rnexxielu joħloq, an dawk li jieħdu ħsiebu mhu Charlotte Geronimi hija


15

21.03.2021

RA ĦIEMDA U ĦAJJA ĠDIDA

utive - Heritage Malta

ienu mżejnin ukoll b’affrejidher ħjiel tagħhom. Insiskrizzjonijiet f’katakombi midfunin fil-post. waqfu jintużaw għall-ħabta żda l-użu tas-sit ma waqala tal-katakombi, hekk kif kappella ċkejkna ħafna li ew 12. Din probabbilment ijiet li kienu jużaw il-post zi għalihom illum għadna bħala Abbatija. Il-ħlewwa ħdu dimensjoni aktar proi f’niċċa mħaffra f’wieħed t l-eqdem rappreżentazza. Il-pittura, li aktarx saret l-Madonna u lill-Arkanġlu kurċifiss u llum hija esibita

batija tad-Dejr normalment pubbliku, Heritage Malta ies lejh b’mod alternattiv. l-ġnien pubbliku li hemm al żmien twil kien pjuttost artijiet żgħar li jiġu offruti fuq stil ta’ allotments. na, Kuratur Anzjan għal Siti ali fi ħdan Heritage Malta, l-ġnien lura lill-komunità u rsaq qrib is-sit u tapprezza ea ħadmet u kienet suċċess du kien proġett pilota issa i, bil-kuntratti ma’ dawk li du ħsieb il-ġnien jiġġeddu

f’21 parti, li jieħdu ħsiebn hemm min ħa aktar minn allsu xejn – sempliċement egolamenti, ngħidu aħna li rutturi u ma jħawlux siġar ba l-katakombi ta’ taħt il-

qa tgħaddi minnu, mhux frott il-ħidma ta’ dawn inkull xorta ta’ prodotti agrien jixhed is-sens ta’ komunke jekk kważi ħadd minn Rabti. waħda minn dawk li jkab-

bru l-prodotti fil-ġnien tal-Abbatija tad-Dejr u tħoss li l-familja kollha tagħha bbenefikat minn din l-esperjenza. “Ibni Luca minn dejjem kien joħlom li jkollu razzett bin-nagħaġ u ż-żwiemel, imma billi ngħixu f’appartament kien diffiċli li nkabbru l-prodotti tagħna stess. Għalhekk, meta sirt naf bl-inizjattiva ta’ Heritage Malta, applikajt mill-ewwel. Il-bidu kien iebes, għax il-ġnien kien mimli ġebel u ħaxix ħażin, iżda xammarna l-kmiem u dħalna għall-isfida u mażżmien bdejna naraw il-frott tax-xogħol tagħna. Dik li fil-bidu kienet sempliċement opportunità biex inqarrbu lit-tifel lejn in-natura, irriżultat f’esperjenza pożittiva għall-familja kollha, inklużi l-ġenituri tiegħi. Mhux l-ewwel darba li Luca jistieden lil sħabu jmorru ħdejh fil-ġnien, u jqattgħu sigħat sħaħ jilagħbu u jieklu l-piżelli u l-fażola li nkabbru aħna stess. Ix-xewqa tiegħi hi li jittieħdu inizjattivi simili fi bnadi oħra biex aktar familji jgawdu esperjenza bħal tagħna,” qalet Charlotte. Samuela Bossini, li tieħu ħsieb parti oħra millġnien, ukoll esprimiet sodisfazzjon dwar l-esperjenza pożittiva li offra lill-familja tagħha l-ġnien tal-Abbatija tad-Dejr. “Aħna familja ta’ erbgħa, b’żewġt itfal ta’ tlieta u sitt snin, u bħal ħafna familji oħra konna qed nissograw li nitilfu għalkollox il-kuntatt man-natura u mal-ħajja sempliċi tar-raba’. Li taqsam ġnien tal-komunità ma’ ħaddieħor huwa mezz tajjeb kif it-tfal jitgħallmu minn fejn jiġi l-ikel u japprezzaw ix-xogħol li tinvolvi l-biedja. Meta jaraw żerriegħa ċkejkna tikber u ssir pjanta, jitgħallmu kif taħdem in-natura u kemm hu importanti s-sehem tagħna f’din il-katina. Din l-esperjenza tintroduċihom ukoll għall-ħidma favur l-ambjent u għax-xogħol f’tim. Permezz ta’ dan il-ġnien, kellna l-opportunità li naqsmu l-esperjenza tagħna mal-ġirien u mar-residenti u dan kabbar fina s-sens ta’ komunità. Ma ninsewx ukoll li l-ġnien jinsab fuq kumpless importanti ta’ katakombi u dan il-fatt għen lil uliedna biex japprezzaw aktar l-istorja ta’ pajjiżna,” qalet Samuela. Heritage Malta kellha l-pjan li f’Marzu torganizza ftuħ speċjali tal-Abbatija tad-Dejr, iżda minħabba l-miżuri ġodda mħabbra kontra l-COVID-19, għalissa din l-attività kellha titħassar. Madankollu, Heritage Malta ħasbet biex xorta waħda toffri lill-pubbliku aċċess għal din il-meravilja medjevali permezz ta’ vjaġġ virtwali li se jkun qed jixxandar fil-ġranet li ġejjin. Għal aktar tagħrif dwar din l-inizjattiva, segwi l-paġna tal-Facebook tal-aġenzija.


16

21.03.2021

KIF INĦOBBU LIL PAJJIŻNA

EVARIST BARTOLO Ministru

“Fil-ħajja kultant hemm bżonn tkun taf tiġġieled mhux biss mingħajr biża’ iżda wkoll mingħajr tama.” “Jekk ma tridux li ħajjitkom tinħela fil-montonija, griża u vojta, agħmlu dak kollu li tistgħu biex tkun mixgħula bid-dawl ta’ idea kbira u nobbli.” Sandro Pertini, il-politiku soċjalista Taljan li serva lill-pajjiżu bħala President tar-Repubblika mill-1978 sal-1985 għexu dan il-kliem,

mhux biss qalu. Tul ħajtu kollha. F’żgħożitu ġġieled kontra d-dittatura Faxxista ta’ Mussolini li kien kisser il-unions u l-partiti tal-ħaddiema, neħħa kull libertà lill-poplu Taljan u qatel mexxejja tal-ħaddiema. Il-PN kien jappoġġja lil Mussolini. Mhux biss l-innu tiegħu huwa kopja tal-innu Faxxista ‘La Giovinezza’ iżda wkoll ried jagħmilna biċċa mid-dittatura krudila u korrotta ta’ Mussolini. Pertini baqa’ jgħid: “Nippreferi ngħix fl-agħar demokrazija milli fl-aħjar dittatura.” Kien iħobb ħafna lill-Italja u lill-poplu Taljan minkejja l-korruzzjoni, il-kriminalità u t-terroriżmu f’pajjiżu. Anki dwar il-ġirien tagħna Sqallin qal: “Il-poplu Sqalli huwa poplu qawwi, ġeneruż, intelliġenti. Il-poplu Sqalli huwa wild mill-inqas tliet ċiviltajiet: iċ-ċiviltà Griega, iċ-ċiviltà Għarbija u ċ-ċiviltà Spanjola. Għani fl-intelliġenza dan il-poplu. Għalhekk m’għandux jiġi mħallat

ma’ din il-minoranza li hija mafjuża. Il-mafja hija mikrobu li nħoloq f’dan il-ġisem f’saħħtu.” Qatt ma qal li kien jistħi li hu Taljan waqt li kien jikkritika n-nuqqasijiet tal-poplu tiegħu. “Jien kburi li jien Taljan. Nerġa’ ngħid li l-poplu Taljan ma jaħsibx li hu superjuri għall-popli l-oħra, imma lanqas ma hu inferjuri mill-popli l-oħra. Iċ-ċittadin Taljan għandu jkun den li hu Taljan. Min jagħmel atti diżonesti mhux den li jkun Taljan. Innies korrotti u diżonesti ma jixirqilhomx li jkunu parti mill-poplu Taljan, u għandhom jiġu kkastigati bla ħniena u bla favur. Allaħares li xi ħadd jiddefendi lin-nies korrotti, għall-ħbiberija jew għas-solidarjetà mal-partit. F’każi bħal dawn il-ħbiberija fi ħdan il-partit issir kompliċità u omertà. Nirrepeti li nies bħal dawn, diżonesti u korrotti, għandhom jitwarrbu għax joffendu l-poplu Taljan. Jof-

fendu miljuni fuq miljuni ta’ Taljani li biex jgħixu ħajja onesta jagħmlu sagrifiċċji kbar, huma u nieshom.” F’ħajtu ltaqa’ ma’ eluf ta’ żgħażagħ u kien jieħu gost ħafna jitkellem magħhom: “Iż-żgħażagħ m’għandhomx bżonn prietki, iż-żgħażagħ għandhom bżonn eżempji ta’ adulti onesti, li jgħixu l-valuri li jgħidu li għandhom u li lesti jservu lill-oħrajn.” Bħal f’oqsma oħra talħajja: ir-reliġjon, in-negozju, il-politika mhix ħażina jew tajba minnha nnifisha. Jiddependi minna l-politiċi, kif inħaddmuha: hux għall-interessi personali tagħna jew biex inservu lill-poplu u lill-pajjiżna. “M’hemmx moralità tal-individwu u moralità tas-soċjetà. Il-moralità hi waħda biss, bla dubju, u tmexxi l-attivitajiet kollha talħajja. U min jipprofitta ruħu mill-politika biex jakkwista siġġu fil-Parlament jew għallflus mhux politiku. Dak ikun negozjant, u diżonest.”

Dan il-kliem iebes dwarna l-politiċi qalu Sandro Pertini. Iżda l-eżempju tieghu jibqa’ ta’ boxxla għalina llum u għada. Pertini kellu umanità kbira u ma ħalla l-ebda tikketta politika ċċekken l-umanità tiegħu. Kien soċjalista u ħabib kbir tal-komunista Antonio Gramsci fi żmien meta s-soċjalisti u l-komunisti kienu jiżbranaw lil xulxin. Kien ateu u ħabib kbir tal-Papa San Ġwanni Pawlu t-Tieni. Tul ħajtu ħadha kontra l-korruzzjoni, it-terroriżmu, id-dittatura u l-gwerra. Kien iħobb lill-Italja u waqt li kien jikkritika n-nuqqasijiet ta’ pajjiżu qatt ma qal li kien jistħi li hu Taljan. “Jien kburi li jien Taljan. Nerġa’ ngħid li l-poplu Taljan ma jaħsibx li hu superjuri għall-popli l-oħra, imma l-anqas ma hu inferjuri millpopli l-oħra.” Kemm għandna x’nitgħallmu minn Sandro Pertini: kif inħaddmu l-politika u kif inħobbu lil pajjiżna.

L-IMPATT MENTALI TAL-COVID

MARIAH MELI

Il-pandemija preżenti bdiet kmieni fl-2020 madwar id-dinja. Madankollu, l-ewwel każijiet lokali tal-COVID-19 ġew irreġistrati fis-7 ta’ Marzu 2020. Dan ħalla bidla drastika f’ħajjitna. L-Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa faħħret l-istrateġiji li f’Malta ħadna biex indirizzajna s-sitwazzjoni. Ma nistax neskludi l-impatt li ħalla dan il-virus fuq issaħħa mentali tan-nies, bħal stress, ansjetà u dipressjoni. Tul il-pandemija dejjem kellna komunikazzjoni ċara dwar dak li qed jiġri. Dan huwa fattur ewlieni u effettiv sabiex jillimta l-isfidi tas-

saħħa mentali. Mill-banda l-oħra, il-midja soċjali tista’ tintuża wkoll b’mod qarrieqa u dan iwassal għal problemi mentali. Huwa importanti li noqogħdu attenti għal dak li nsegwu sabiex ma nxerrdux għajdut foloz. Jekk ikollna nagħtu ħarsa lura ta’ kif ġraw l-affarijiet lokalment, meta ngħalqu l-iskejjel f’Marzu 2020, is-sitwazzjoni ħalliet impatt fuq ir-rutina tan-nies billi inqalbet ta’ taħt fuq. F’riċerka li ġiet ppubblikata f’Lulju 2020 minn Paulann Grech u Reuben Grech, ir-rutina ta’ kuljum ma nbidlitx biss għall-istudenti u l-edukaturi, iżda wkoll għall-membri tal-familja li riedu jagħmlu arranġamenti sabiex ma jħallux lit-tfal tagħhom mal-anzjani sakemm ikunu x-xogħol. Kawża t’hekk ħafna kellhom sintomi ta’ dipressjoni, ansjetà u stress. L-effett mentali nħass ukoll meta s-servizzi reliġjużi ġew itterminati, bħall-quddies ta’ nhar ta’ Ħadd li għal uħud mhix biss tradizzjoni imma wkoll sors ta’ soċjalizzazzjoni fost oħrajn. Id-distanza fiżika ħalliet impatt ukoll fuq in-nies

għaliex bħala nazzjon aħna poplu mdorrijin nagħmlu kuntatt fiżiku ma’ ħaddieħor, b’sempliċement tgħanniqa. Ma nistax ma nsemmix in-nies li tilfu l-impjieg jew ħassew telf fin-negozju tagħhom. Il-psikjatra Dr Mark Xuereb li huwa l-kap tal-Crisis Resolution f’Malta qal li l-organizzazzjoni bdiet toffri linji telefoniċi għall-każijiet ta’ kriżi b’xejn b’mod nazzjonali sabiex tappoġġja lil dawk il-persuni li jsibu ruħhom f’diffikultajiet varji u b’hekk ir-rata tas-suwiċidji lokalment tiġi kkontrollata. IlGvern waqqaf ukoll linja t’għajnuna għall-individwi li jħossuhom mentalment vulnerabbli tul il-pandemija. Apparati minn hekk, infetħu wkoll żewġ ċentri li joffru servizzi ta’ saħħa mentali f’Ħal Qormi u fil-Fgura. Għalkemm baqa’ xi jsir, dak li ġie msemmi għen sabiex titnaqqas ir-rata ta’ suwiċidji u self-harm matul il-pandemija minħabba l-iżolament li wħud sabu ruħhom fih. Ftit tal-jiem ilu, il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali,

Michael Falzon, ħabbar l-investiment ta’ €105,000 li ġie mogħti lill-Victom Support Malta sabiex jassistu individwi li jkunu ppruvaw jagħmlu suwiċidju u anke joffru appoġġ adegwat lill-familji tagħhom. Is-saħħa mentali tillimita lin-nies milli jkollhom opportunitajiet soċjali u ekonomiċi. Dr Darrell L. Hudson jispjega dan billi jgħid li n-nies li jaffaċċjaw sfidi ta’ saħħa mentali wisq probabbli li jtemmu l-iskola. Ir-riżultat tar-rata baxxa fl-edukazzjoni hi assoċjata ħafna ma’ qligħ aktar baxx. Il-Fondazzjoni Richmond iddikjarat li l-konsegwenzi tas-saħħa mentali jħallu effetti fit-tul fis-soċjetà. L-ispejjeż ekonomiċi u finanzjarji jiżdiedu drastikament fis-sistema tal-kura tas-saħħa u indirettament r-rata ta’ produzzjoni lokali tonqos b’impatt fuq it-tkabbir ekonomiku. Is-sostenibbiltà effettiva bħala nazzjon tiddependi fuq x’kapaċi jasal jagħmel moħħ il-bniedem. Għalhekk ma nistgħux ninjoraw dan il-fatt u ma ninvestux fuq dan is-settur. L-effett ħażin fuq is-saħħa

mentali huwa waħda mir-riperkussjonijiet ewlenin li lockdown assolut seta’ jġib fuq is-soċjetà tagħna. Tajjeb li wieħed jifhem li soċjetà b’saħħa mentali tajba ttejjeb l-ambjent soċjevoli tal-popolazzjoni, inkluż l-attendenza għall-edukazzjoni xierqa li twassal għal impjieg tajjeb. B’hekk individwi jkunu jistgħu jgħixu b’mod komdu ekonomikament, billi jkollhom aċċess għall-bżonnijiet tal-ħajja, inkluż li jkollhom saqaf fuq rashom. Dan iwassal sabiex inqas persuni jiddependu fuq l-benesseri soċjali u għalhekk jiżdied iktar il-kapital soċjali u r-rata tas-suwiċidji lokali tonqos.

Is-saħħa mentali tillimita lin-nies milli jkollhom opportunitajiet soċjali u ekonomiċi


17

21.03.2021

TIM MALTA BIL-FATTI pajjiżna hu l-aktar wieħed fl-UE li qed ilaqqam ras għal ras. U dan ma jiġrix b’kumbinazzjoni, imma għax saret ħidma sħiħa biex pajjizna jkun assigurat li jkollu ammont kbir ta’ vaċċini, li dawn il-vaċċini jaslu fostna u jingħataw lin-nies, possibbil­ ment bla ma jinħela xejn. Tant kemm ir-rollout talvaċ­ċin hu tajjeb f’pajjiżna li hemm oħrajn li weġgħethom żaqqhom u akkużawna li kellna xi ftehim bil-moħbi malforni­turi tal-vaċċini. Il-fatt hu li pajjiżna għandu Gvern bilgħaqal li tassew għandu f’qal­ bu lin-nies fejn juża r-riżorsi tiegħu bl-aħjar mod biex ifassal strateġija f’dan ir-rigward. Għal dan kollu trid ukoll l-appoġġ tal-poplu li jirrispondi u jilqa’ l-istedina tad-Dipartiment tas-Saħħa biex jieħu l-vaċċin, u l-poplu qed jirrispondi b’mod pozittiv. Ukoll trid l-appoġġ tal-poplu biex dan jimxi u jobdi l-miżuri ta’ restrizzjonijiet ħalli nikkumbattu u ntaffu l-imxija ta’ dan il-virus. Il-maġġoranza kbira tal-poplu tifhem l-importanza ta’ dan u timxi mar-regolamenti li jsiru għall-ġid tagħna lkoll. Dan hu dak li rridu nfissru b’għaq-

għat u nofshom diġà ġew imlaqqmin bit-tieni doża wkoll. Qalulna li l-vaċċin mhux is-soluzzjoni, meta qed naraw diġà sinjali għalkemm għadu kmieni tal-effett pożittiv li qed tħalli fost il-faxex ta’ etajiet ta’ persuni li qed jingħataw ilvaċċin. L-importanti għall-Oppożizzjoni hi li tmur tagħmel stunt politiku u tixgħel ix-xem­ għat fuq it-taraġ ta’ Kastilj­a jew CATHERINE FENECH saħansitra jibagħtu emails perSegretarju tal-Eżekuttiv sonali lill-individwi u joqogħdu Nazzjonali tal-PL jwerwru lin-nies u jikkritikaw ħidmet il-Gvern u l-awtoritrajiet tas-saħħa u mbagħad fl-istFil-jiem li għaddew il-Gvern ess email jitolbu­hom donazzreġa’ ħa mizuri ta’ restrizzjo­ni joni li, jekk ma tridx, tlaħħaq biex il-pandemija tiġi mrażżna l-€1,000. Dan hu mod sfaċċat fit-tixrid tagħha hekk kif qed u vili ta’ kif partit politiku jipjidher ċar kemm il-varjanti ta’ prova jirkeb u jippolitiċizza sitdin l-imxija jinfirxu b’rata ferm wazzjoni kerha bħal din li qed mgħaġġla, l-aktar fost l-etajie­t tgħaddi minnha d-dinja kollha iż-żgħar. Mhu pjaċir tal-ebbilli jitfgħu l-ħtija ta’ kulma da Gvern li jkollu jieħu dawn jiġri fuq il-Gvern. id-deċizjonijiet kemm minħabIl-poplu mhux iblah, però. ba l-impatt fuq l-ekonomija kif Jaf sew x’qed jiġri f’pajjiżi oħraukoll fuq il-kwalità tal-ħajja u jn madwarna li jinsabu f’sitl-istat psikoloġiku tan-nies. wazzjonijiet ferm ferm agħar Biex tipproteġi dan kollu minna, kemm intilfu mpjiegi, llum u għal quddiem jeħtieġ li kemm għalqu negozji, l-ebda taħseb fis-saħħa l-ewwel u qaGvern minnhom ma wieżen u bel kollox u aktar minn hekk għen daqskemm għen il-Gvern fuq l-impatt li jkollha fuq isMalti. Konvinta li l-poplu dan jisistemi tas-saħħa ta’ rrikonoxxih u hu ponn pajjizna jekk ma tiwieħed mal-Gvern u trażżanx il-veloċità ta’ mal-awtoritajiet taskif qed jiġi trażmess saħħa. Dan tafu anke il-virus. l-Oppożizzjoni. Tant hu Il-vaċċin jibqa’ Il-poplu jaf li ma jistax jafda partit hekk li għax mhux qed s-soluzzjoni ewlenija li, għax mhux fil-poter hu, jogħxa iħossu li qed jagħmbiex nattakkaw il-vilu effett mal-poplu jagħmel il-ħsara lil pajjiżna rus, imma fl-istess minkejja li jipprovaw ħin hemm bżonn nidifixklu u jirkbu fuq defendu permezz tal-miżuri da nazzjonali, b’solidarjetà u is-sitwazzjoni tal-Covid, din ristrettivi ħalli nagħ­tu ċ-ċans fraternità, b’Tim Malta. Imma il-ġimgħa reġgħu talbu l-għaj­ meħtieġ biex il-vaċċin jibda l-ħabel wieħed irid jinġibed nuna ta’ sħabhom tal-EPP biex jagħmel xogħlu u tinħoloq ukoll mill-Oppożizzjoni. Jitkell- pajjiżna jkun fiċ-ċentru ta’ dik imsejħa herd immunity. mu ħafna fuq għaqda u appoġġ attakk b’riżoluzzjoni fil-ParlaU għalhekk hemm bżonn li u mbagħad ma jitilfux okkaż­ ment Ewropew. kulħadd jifhem kemm hu im- joni waħda fejn jipprovaw Marru jittallbu l-għajnuna portanti li nobdu l-miżuri għax jagħ­tu gambetti u jikkritikaw lil sħabhom tal-EPP, li wħud dawn se jipproteġu lilna lkoll u b’mod distruttiv il-miżuri li minnhom ukoll kellhom il-wiċċ l-għajxien tagħna. jkunu ttieħdu mill-Gvern im- jakkużaw lil pajjiżna li qed jikMadankollu, il-Gvern m’għa­ sejsin fuq il-pariri tal-esperti korrompi biex ikollna aktar milx biss ir-restrizzjonijiet u mediċi u bbażati fuq ix-xjenza. dożi ta’ vaċċini. Ma smajt l-ebda waqaf hemm. Kulħadd kien L-unika soluzzjoni li pprov­ MEP tal-PN jew esponenti talikun għaref biex jasal jagħmil- dew fl-aħħar jiem l-Oppożizzjo­ PN iwieġbu lil dawn il-mexxejja, hom. Il-Gvern wessa’ l-faxxa ni kienet li niddikjaraw emer­ fosthom lill-Mexxej Awstrijak u ta’ persuni u negozji intitola- ġen­za medika nazzjonali. jaqbżu għal pajjizna. Ma tarax! ti għall-Wage Supplement u Moħħhom biex ineħ­ħu l-poter Ara għall-Ungerija u għall-Bulkumpensi oħrajn biex jgħinu tat-tmexxija tal-pajjiż minn garija qabżu. lill-persuni u n-negozji milqu- idejn dan il-Gvern leġittimu li Għandna Kap tal-Oppożizztin. Il-Gvern kompla jkun ta’ għażlu l-poplu b’mod massiċċ joni li qalilna li dawn il-miżuri spalla biex ħadd ma jitlef l-imp- u konvinċenti biex imexxih. Ma li ttieħdu fl-aħħar jiem imiss­ jieg tiegħu u wliedna jibqgħu jitilfux okkażjoni waħda biex hom ilhom li saru. Dan hu l-istjieħdu l-edukazzjoni online jippolitiċizzaw il-pandemi­ ess Kap li ftit tal-ġimgħat ilu bl-inqas riperkussjonijiet fejn ja u jippruvaw jiskurjaw punti staqsa għalfejn għadhom ma ukoll qed jiġi pprovdut internet politiċi minn fuqha. Faċli toq­ tqassmux il-vouchers, bid-detu apparat teknoloġiku b’xejn lil għod gallarija u kif tara li terrent li jkollok aktar nies tfal f’familji b’diffikultajiet fi- hemm intopp, toħroġ tikkritika jiġġerrew barra u jitħalltu. nanzjarji. u ma tagħti l-ebda soluzzjoni Il-poplu jaf li ma jistax jafda Din id-difiża kollha qed issir konkreta li tagħmel sens. u jemmen partit li issa jgħid fl-isfond li d-Dipartiment tasImissna nisimgħu mill-PN ħaġa u minuta wara jgħid oħra, Saħħa qed jaħdem bis-sħiħ fuq meta dawn qalulna li vaċċi- partit li jogħxa fl-inkonsistenza programm eċċellenti ta’ tilqim ni jmissna biss 40,000 doża. u fuq kollox partit li ġaladartal-vaċċin kontra l-COVID-19. Sal-Ħamis li għadda ġew im- ba mhux fil-poter hu, jogħxa Dan ma ngħidux jien, imma laqqmin bl-ewwel doża diġà jagħmel il-ħsara lil pajjiżna tgħidu l-WHO u l-istatistika fejn 21% tal-popolazzjoni f’10 ġim­ anke barra minn xtutna.

BLA BIŻA’ JEW FAVUR

LYNN FAURE CHIRCOP Kandidata fl-1 u t-8 Distrett

Fil-professjoni tiegħi niltaqa’ ma’ nisa u rġiel, bħali u bħal żewġi, li huma ommijiet u missirijiet, ħaddiema, fuq kollox, nies li jagħmlu ħafna sagrifiċċji biex ikollhom stabilità fil-ħajja, biex irabbu f’ambjent fejn il-prinċipji u l-valuri ma jkunux biss l-ideal iżda jiġu pprattikati. Fost dawn il-persuni, hemm dawk, bħali, li jkunu attivi biex jitfasslu policies, dak li bil-Malti hija l-politika għall-ġid komuni. U tajjeb li nirrikonoxxu li l-isfidi jikbru għall-irġiel kif ukoll għan-nisa li jkollhom familja. Iżda hi realtà li mara biex tkun frontliner fil-politika, trid tkun lesta li tikkumbatti sistema ta’ sterjotipi, tribujiet li joħolqu kompetizzjoni kon­ tinwa, fejn il-maġġoranza talirġiel ikunu diġà addattaw għal din is-sistema, għax ikollhom il-mezzi jew ir-rwol tagħhom fil-familja jkun jippermetti. Forsi mhux kulħadd japprezza x’tinvolvi kampanja politika, l-ispejjeż li ġġib magħha u l-ħin li trid tinvesti u timmaniġġja huma fost il-ftit sfidi li trid taffaċċja sakemm ma jkunx hemm min jgħinek tkampa. L-Ingliżi jgħidu “behind every great man there is a great woman”. U nemmen ukoll li wara kull mara ta’ prinċipju hemm raġel jew partner eżemplari u ddedikat daqsha jekk mhux iktar minnha, għaliex issib min mhux imdorri jagħmel rwoli li tradizzjonalment jagħmluhom in-nisa. Fl-opinjoni tiegħi l-ugwaljanza trid tibda fil-familji tagħna għaliex is-sehem ta’ kulħadd huwa bżonjuż. F’kuntest politiku, jinħass il-bżonn li l-ugwaljanza tiġi prattikata f’kuntest nazzjonali. Din id-darba fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż permezz ta’ mekkaniżmu korrettiv biex ikun hemm aktar rappreżentanti femminili fil-Parlament Malti. Hija realtà li l-votant jistenna li jkun rappreżentat minn persuni li jipprattikaw il-prinċipji

legali, morali u etiċi li jiġu mxandra fuq il-mezzi tal-midja u li nsibu f’dawk l-istrumenti kollha legiżlattivi li jfasslu l-politiċi fil-Parlament. Għalhekk, flimkien ma’ din l-opportunità li ser joffri l-mekkaniżmu lill-votanti, biex ikun hemm aktar rappreżentanza femminili, nixtieq nara aktar nisa jiġu rikonoxxuti, l-ewwel u qabel kollox, għal xogħol bla ħlas li qed iwettqu d-dar u s-sehem tagħhom fit-trobbija tat-tfal, dawk li qed jagħtu sehemhom fis-soċjetà u bla dubju fuq il-postijiet tax-xogħol għaliex huma wkoll qed jikkontribwixxu għall-ekonomija tal-pajjiż bit-taxxi li jħallsu. Biex ikun sostenibbli dan il-mekkaniżmu jinħass ilbżonn li jkun hemm strutturi u mezzi aktar aċċessibbli għan-nisa interessati fil-politika, bħal għajnuna aktar prattika lin-nisa, mill-punt li jersqu ’l quddiem għas-servizz tal-poplu sakemm jiġu eletti, biex ma jaffaċċjawx l-isfidi waħedhom. In-nisa wkoll iridu jwasslu l-messaġġ tagħhom fil-komunitajiet, permezz tal-karigi tagħhom, tar-riċerka li qed jagħmlu fl-istudji tagħhom u riżorsi ugwali, l-istess kif jingħataw lill-irġiel fil-politika. Mill-perspettiva tiegħi l-mekkaniżmu li qed jiġi propost se jagħti l-opportunità lill-votanti mhux biss li jkun hemm aktar membri femminili, iżda jagħtihom għażla aktar wiesgħa, lista itwal ta’ rappreżentanti li huma kompetenti biex jakkwistaw il-fiduċja tagħhom filkamp politiku. Min jaf, forsi ’l quddiem mara li temmen fil-prinċipju tal-indipendenza, tkun tista’ wkoll tibbenefika minn dan il-mekkaniżmu u tirrappreżenta lill-votanti b’mod indipendenti. Hekk il-Parlament ikun verament rappreżentat minn dawk li għandhom prinċipji differenti minn dawk tal-partiti l-kbar, fuq ċerti temi. Fl-aħħar mill-aħħar il-vot huwa ħieles u sigriet. U hekk għandu jibqa’ biex il-votant jibqa’ liberu li jagħti l-fiduċja tiegħu lil min jemmen li huwa l-aktar kompetenti biex jirrappreżentah fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Bl-għajnuna ta’ dawn il-mekkaniżmi, l-isfidi li għandhom in-nisa ma jsirux kompetizzjonijiet li jintgħażlu fost l-aktar kontestanti, irġiel u nisa, li għandhom riżorsi, imma wkoll dawk li għandhom il-kompetenzi għal rappreżentanza mingħajr biża’ jew favur.


18

21.03.2021

IS-SANTWARJU MARBUT MA’ SAN PAWL F’BUĠIBBA Kont taf li dik il-kappella ċkejkna ta’ San Pawl, f’nofs ta’ triq, f’San Pawl il-Baħar qrib il-Gillieru, hi santwarju nazzjonali? Baqgħet dejjem iżżomm postha hemm għax ħafna jemmnu li dak kien il-lok fejn San Pawl u n-nies li kien hemm miegħu, ingħataw merħba mill-Maltin u saret mixegħla biex jisħnu. Fil-fatt, il-kappella hi magħrufa wkoll bħala ‘tal-Ħġejjeġ’ (nar qawwi). Dan it-tagħrif ksibtu mingħand it-Tabib Stanley Farrugia Randon.... Minn CHARLES B. SPITERI Nafu f’liema sena nbniet din il-kappella?

Il-pittura ta’ San Pawl iferfer il-lifgħa minn ma’ idu għal ġon-nar

Ħadd ma jaf eżatt meta nbniet, iżda skont it-tradizzjoni lokali, ma damitx wisq li saret wara li kien seħħ in-nawfraġju ta’ San Pawl. Jista’ jkun ukoll li l-ewwel knisja twaqqgħet mill-Għarab, iżda reġgħet inbniet wara li n-Normanni rebħu lil Malta. Li hu żgur hu li din il-knisja kienet tgawdi sew mir-renti ta’ bosta bini fil-viċinanzi u wkoll minn oħrajn qrib Burmarrad. Maż-żmien sfat abbandunata u aktarx li fis-seklu 14, il-familji Bordino u Desguanez reġgħu bnewha mill-ġdid. Jista’ jkun ukoll li l-isem ta’ San Pawl ilBaħar jew il-Bajja ta’ San Pawl, ingħataw minħabba din il-kappella. Reġgħet inbniet xi darba oħra mis-seklu 14 ’l hawn? Naturalment, u dan sar fl1442. Bernardo Janer, id-Dekan tal-Kapitlu tal-Imdina reġa’ bena din il-kappella qadima u taha benefikati mill-aqwa. IlPatri Ġiżwita Girolamo Manduca (1573-1643), kiteb fid-djarju tiegħu li ra l-armi tal-kunjom Hemm ukoll kappella ċkejkna, tal-familja De Nava u ta’ Maz- mibnija bil-ġebel, li hi meqjuma zara, li bi flushom irrestawraw mhux ħażin. il-knisja. Għall-istorja, spiss tissemma Kien għad hemm xi rabta bejn ż-żjara li kien għamel Monsinjur Pietro Dusina. in-nies ta’ San Pawl il-Baħar, F’liema stat kien sab dan fil-maġġoranza tagħhom sajjieda mal-qaddis San Pawl? is-santwarju? Ir-rabta baqgħet dejjem, tant li Johannes A. E. Quintinus, li kien l-Awditur tal-Gran Mastru L’Isle Adam, fir-rapport tiegħu fuq l-istat tal-gżejjer Maltin, datat 1536 kiteb: “Is-sajjieda Maltin jinkludu lil Pawlu fl-istorja ta’ gżirithom: apparti dan jivveneraw il-passi tiegħu f’ħafna postijiet. Ix-xatt ta’ dak il-post, li jinsab bejn żewġ ibħra, jista’ attwalment ikun invistat (skont Ptolemy hu msejjaħ Chersonensos u tabilħaqq hekk hu); u sa minn żminijiet imbiegħda ħa ismu minn Pawlu kif għamel is-sit fejn sar in-nawfraġju.

Iż-żjara tan-Nunzju Appostoliku Monsinjur Pietro Dusina seħħet fl-1575. Hu kien żar ukoll il-Bajja ta’ San Pawl il-Baħar, li dak iż-żmien kienet tagħmel parti mill-parroċċa, b’abitazzjoni ċkejkna ferm, tal-Mellieħa. F’dawk l-inħawi, li wieħed jista’ jgħid li ma kinux protetti, il-Misilmin kienu għamlu ħerba. Dusina kien sab 11-il kappella fl-inħawi tal-Mellieħa, ħafna minnhom kważi meqrudin għalkollox. Il-kappella tan-Nawfraġju ta’ San Pawl kienet fi stat li jġiblek ħasra u meqruda sew. L-armi ta’ ċer-

ti familji nobbli bħall-familja Bordino u l-familja Desguanez, baqgħu jidhru sal-1610. Jidher ukoll li l-kappella kienet proprjetà tal-Katidral, għax ma kien hemm l-ebda persuna partikulari jew entità, bi dritt legali għaliha. Kif ħares lejn din il-kappella, l-Ordni ta’ San Ġwann? L-Ordni ried iżid il-wirt Pawlin fuq il-gżejjer. Naturalment ried jagħmel dan biex iżid fil-popolarità tiegħu mal-abitanti tal-Gżejjer Maltin, għalkemm il-Gran Mastru Wignacourt kellu rispett u mħabba ġenwina lejn il-qaddis. Dak iż-żmien l-unika kappella eżistenti fl-inħawi kienet qrib is-sit fejn illum insibu t-Torri ta’ Wignacourt. Nafu li fis-6 ta’ Novembru, 1609, il-Gran Mastru Alof de Wignacout laqqa’ lill-Kunsill

tal-Ordni u ttrattaw it-twaqqif ta’ numru ta’ torrijiet tal-għassa, b’wieħed minnhom ikun fil-Bajja ta’ San Pawl. Aktarx, li kif konna semmejna diġà, il-bini tħalla f’idejn l-Arkitett Malti Vittorio Cassar, li kien tal-fehma li t-torri jinbena fil-post fejn qabel kien hemm il-knisja ta’ San Pawl. B’hekk sar qbil u kien deċiż li kappella oħra dedikata lill-qaddis kellha tinbena f’post ieħor, qrib. Għalhekk saret ċerimonja, li għaliha attenda l-Gran Mastru u l-Isqof Tommaso Gargallo. L-Isqof iċċelebra quddiesa għall-aħħar darba fuq l-artal, u wara li kien intunat it-Te Deum, tneħħiet waħda mil-lapidi tal-artal tal-knisja l-qadima, li nġarret f’purċissjoni u ttieħdet fis-sit fejn kellha tinbena l-kappella l-ġdida; dik li naraw illum. Wara li tbierket u kien irreċtat xi talb, dik il-lapida serviet bħala l-ewwel ġebla tal-fundazzjoni

għall-kappella l-ġdida. Taħtha tqiegħdu u ndifnu muniti u medalji kemm mill-Isqof kif ukoll mill-Gran Mastru. Inizjalment taħt liema ġurisdizzjoni kienet taqa’ l-knisja santwarju? Għall-bidu kienet taħt il-ġurisdizzjoni tal-Isqof u bħala Rettur tagħha kien hemm Fr. Leonardo Abela. Biex inbniet ħadet ftit snin mhux ħażin. Il-Gran Mastru Wignacourt ried li l-Kappella ta’ San Pawl u l-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat jaqgħu taħt Fundazzjoni waħda. Fi żmien il-perjodu Spanjol, l-eremita Juan Benegas de Cordoba kien jgħammar qrib il-frotta u kiseb permess biex jindukraha u jżid id-devozzjoni lejha b’mod internazzjonali. Kemm Benegas kif ukoll ilGran Mastru bdew jagħmlu pressjoni fuq il-Papa f’Ruma


19

21.03.2021 biex titwaqqaf il-Fundazzjoni. Il-Gran Mastru Wignacourt ried jixtri l-art biex permezz tagħha u mill-flus li tħalli, il-knisja setgħet tkun vijabbli. Hu ried jgħaqqad dawn il-profitti mal-benefiċċji ekkleżjastiċi tal-kappella nnifisha, iżda meta ra li se jkollu jħabbat wiċċu ma’ bosta problemi biex jikseb il-permess, qatagħha li joffri flusu għall-istess kawża.

San Pawl iżur u jfejjaq lil missier Publiju

L-istorja tixhdilna li fit-13 ta’ Mejju, tal-1615 kien għamel żjara pastorali l-Isqof Cagliares. X’sab? Hu kien kiteb li l-bini tal-kappella kien għadu fi stadju bikri u ordna lill-benefiċjaru, Fr. Leonardo Abela biex iżid ċimiterju madwar il-kappella. Fit-23 ta’ Mejju ta’ sena wara, l-Isqof Baldassere Cagliares (1615-1633) inkariga lill-Vigarju Ġenerali tiegħu, il-Kanonku John Baptist Psaila biex iżur il-knejjes f’San Pawl il-Baħar. F’dik l-istess sena, il-Gran Mastru Wignacourt ippjana li jibni l-kappella tan-nawfraġju ta’ San Pawl. Dak iż-żmien, il-benefiċjarju tal-kappella kien il-Kanonku John Habela, kanonku tal-Katidral tal-Imdina. Il-kappella l-ġdida kienet ftit ’il bogħod minn dik ta’ qabilha, u nbdiet fl-1616. Finalment, seħħ dak li dejjem xtaq il-Gran Mastru Wignacourt? Kien fl-1 ta’ Frar tal-1617 li nsibu fl-atti notarili tan-Nutar Giovanni Tholossenti, li l-Gran Mastru Wignacourt, bl-approvazzjoni tal-Kunsill tal-Ordni, irnexxielu joħloq stituzzjoni biex tieħu f’idejha l-Grotta ta’ San Pawl, li l-Ordni rnexxielha takkwista mingħand l-eremit Giovanni Benegas. Il-Gran Mastru rnexxielu wkoll jgħaqqad lill-Gotta mal-kappella l-ġdida li nbniet f’San Pawl il-Baħar. Il-kappella kellha sservi wkoll il-ħtiġiet tas-suldati li jindukraw it-torri fil-qrib. Issa, li l-Gran Mastru rnexxielu jistabbilixxi l-Fundazzjoni Wignacourt, ix-xogħol fuq il-kappella beda għaddej b’ritmu aktar mgħaġġel. Hi ġiet ikkonsagrata mill-Isqof Cagliares fl-1617. L-istruttura prinċipali u oriġinali kienet iż-żieda ta’ arkata madwar it-tliet ħitan tal-kappella, waqt li l-bini kollu ttella’ fuq pjattaforma.

Ir-Rettur, li issa kien taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ordni, kellu jiċċelebra l-quddiesa fil-Ħdud u l-festi. Il-Gran Mastru Wignacourt sebbaħ lill-kappella tan-Nawfraġju b’pitturi mill-episodji tal-waqfa ta’ San Pawl f’Malta. Pittura enormi, tal-Miraklu tal-Lifgħa, turi lil San Pawl iferfer u jeħles mil-lifgħa minn miegħu, bl-istagħġib ta’ dawk preżenti. Fiha naraw lil wieħed minn dawn in-nies għarkupptejh, iħares lejn il-bażi tannar fl-art, fejn faċilment tidher il-figura ta’ wiċċ fih. Il-Gran Mastru Wignacourt ikkummissjona l-pittura hu nnifsu u jidher fiha, kif jidher ukoll l-artist innifsu bħala attendant. X’jirrappreżentaw il-pitturi l-oħra? Waħda minnhom turi lil San Pawl jikkura lil missier Publiju u l-oħra tirrappreżenta lil San Pawl fil-laqgħa li kellu mal-abitanti tal-post. F’din ukoll, l-artist juża wiċċ fil-bażi tan-nar imqabbad. L-istil tat-tliet pitturi huwa dak ta’ Caravaggio. Sal-1970 kienu attribwiti lil Lionello Spada, li r-relazzjoni ipotetika tiegħu ma’ Caravaggio kienet tqanqal bosta mistoqsijiet. Iżda Dr John Cauchi attribwixxa l-pitturi lil Cassarino, purament fuq il-kriterja stilistika. Jidher li Cassarino kien

influwenzat mill-pitturi ta’ Caravaggio. Patronizzat mill-Prijur tal-Knisja Konventwali ta’ San Ġwann, Fra Pietro Urrea Camarasa Cassarino kien kemm-il darba kummissjonat b’xogħlijiet tal-arti. L-aqwa xogħol ta’ Cassarino hu l-qtugħ ir-ras ta’ Santa Katerina, fil-knisja parrokkjali taż-Żejtun. Il-Gran Mastru Wignacourt mhux biss bena u sebbaħ il-kappella tan-nawfraġju, iżda bena wkoll it-torri tal-għassa qrib, biex iħares is-sigurtà tannies tal-post u jkeċċi lill-għadu li jersaq lejhom mill-baħar. Fis17 ta’ April 1693, l-Isqof Cocco Palmieri ċċelebra quddiesa solenni wara t-terrimot li laqat lil Malta fil-11 ta’ Jannar. Kellha qatt xi tibdiliet strutturali mindu twaqqfet?

servizzi regolari. Sfortunatament, dan is-santwarju ġarrab ħsarat kbar hekk kif fl-10 ta’ Marzu tal1942, bomba tal-għadu niżlet direttament fuqu. B’xorti tajba, il-pitturi kienu salvati bil-ħila tal-komunità Franġiskana tal-inħawi. Meta reġgħet inbniet u fuq liema disinn? Inbniet xi 10 snin wara li ntemmet il-gwerra, fuq id-disinn li kien bnieha Wignacourt. L-ispejjeż għaliha tħallsu mill-War Damage. Imbagħad tbierket u reġgħet infetħet għall-pubbliku fis-7 ta’ Frar tal1956. Matul iċ-ċelebrazzjonijiet Pawlini tal-1960, intużat għal uħud miċ-ċelebrazzjonijiet important li saru. L-arkitettura tagħha hi waħda sempliċi, b’loġġa dawra tond biex isservi ta’ lqugħ mix-xemx u x-xita lin-nies li jkunu għaddejjin minn ħdejha. L-arkata għandha saqaf lixx magħmul mix-xorok u megħjuna minn arkati oħra. Il-bieb prinċipali li jħares lejn il-Punent, għandu tieqa tonda fuqu u l-fatt li l-kappella hi mibnija fuq pjattaforma, kellhom jiddaħħlu t-turġien, li jagħtuha dehra dominanti.

Iva. Hawn irridu nsemmu li tul il-perjodu Brittaniku, il-kappella ntużat bħala residenza u biex jitkabbru n-numru ta’ kmamar, ingħalqet il-loġġa u nqasmet f’żewġ sulari. B’hekk inħolqu żewġ appartamenti li nkrew. Ftit qabel ma faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija, il-kappella kellha tixhed telqa liema bħalha u kienu jidħlu fiha nies mill-agħar li jagħmlu storbju sħiħ. Iżda kif bdiet il-gwerra, ħafna nies fittxew ir-refuġju tagħhom fil-qrib u bis-saħħa t’hekk il-kappella reġgħet kis- Maż-żmien, f’idejn min bet ħajjitha. Tnaddfet sew waqgħet il-kura ta’ minn ġewwa u bdew isiru fiha din il-knisja?

X’kienet ir-reazzjoni tal-Papa għal dan kollu? Fl-1620, Papa Pawlu V awtorizza l-affiljazzjoni tal-kappella mal-Grotta ta’ San Pawl fir-Rabat u t-tnejn ingħataw l-istess prerogattivi, privileġġi u indulġenzi. Il-kappillani tal-Grotta kellhom jieħdu ħsieb u jwettqu l-funzjonijiet liturġiċi fil-kappella ta’ San Pawl ilBaħar.

L-istil tat-tliet pitturi huwa dak ta’ Caravaggio. Sal-1970 kienu attribwiti lil Lionello Spada, li r-relazzjoni ipotetika tiegħu ma’ Caravaggio kienet tqanqal bosta mistoqsijiet

Fl-1962 il-Fundazzjoni Wignacourt għaddiet f’idejn id-djoċesi u għalhekk il-Grotta ta’ San Pawl waqgħet f’idejn il-ġurisdizzjoni tal-parroċċa ta’ San Pawl ir-Rabat u l-kappella f’San Pawl il-Baħar waqgħet taħt il-ġurisdizzjoni tad-djoċesi u l-Kapitlu tal-knisja ta’ San Pawl, tar-Rabat ukoll. Fl-1992, il-Kapitlu tal-Kolleġġjata tar-Rabat beda jkollu diffikultà jsib saċerdoti biex iqaddsu. Għalhekk sar arranġament mal-Kunsill tat-Turisti ta’ San Pawl fi ħdan il-Kummissjoni Emigranti biex dawn imexxu l-kappella huma. Mons. Philip Calleja, President tal-Kummissjoni, sebbaħ id-daħla b’sitt lapidi tal-irħam, bi skrizzjonijiet mill-Atti tal-Appostli. Dawn huma bil-Malti, Ingliż, Taljan, Franċiż, Spanjol u Ġermaniż. Imbagħad it-tmexxija tal-kappella, bejn l-1997 sal2007, ħadha f’idejh Mons Michael Agius, id-Direttur tal-Kummissjoni Emigranti. F’dawk il-11-il sena sar il-konsolidament tal-bini tal-kappella u ngħatat il-membrana fuq is-saqaf. L-art inqalgħet u saret tal-irħam u ddaħħal medaljun Pawlin. U l-pittura x’sar minnha? Grazzi għall-għajnuna tal-Fundazzjoni Farsons, Novità Ltd u V.J. Salamone, il-pittura kienet restawrata. Ir-restawratur kien Alfred Briffa. Affarijiet oħra li saru, inkludew Via Sagra taċ-ċeramika, xogħol ta’ Silvio Deguara; għamara ġdida għas-sagristija u sistema CCTV. Fuq is-sagristija nbniet kamra fejn jinħażnu 100 siġġu, li jinfetħu fil-portiku meta ma jkunx hemm aktar post ġewwa. Ħames skrizzjonijiet oħra fuq lapidi tal-irħam, li jiddeskrivu l-ħidma ta’ San Pawl fi ġżiritna żdiedu mal-oħrajn. Din id-darba huma bl-Għarbi, bil-Latin, bil-Pollakk, bl-Ukren u bil-Grieg Bibliku. Il-portiku kompla jiżżejjen bi tmien medaljuni oħra tal-bronż, li juru ħidmet l-Appostlu f’pajjiżna. Żewġ roundels tal-bronż, rigal mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata tal-Knisja ta’ San Pawl fir-Rabat, twaħħlu mal-faċċata tal-kappella. Dawn fihom l-immaġini tan-Nawfraġju; il-Miraklu tal-Lifgħa; il-Fejqan ta’ missier Publiju; il-Konsagrazzjoni Episkopali ta’ Publiju; il-ħidma Appostolika ta’ San Pawl fil-Grotta u t-Tluq tiegħu minn fostna. L-artist ta’ dawn il-medaljuni hu Joseph Scerri mir-Rabat. Illum, il-kappella ta’ San Pawl il-Baħar isservi l-ħtiġiet pastorali tal-komunità enormi li ‘tinvadi’ l-lokalità fix-xhur sajfin u li żżid ferm is-servizzi ta’ kuljum tagħha.


20

21.03.2021

REBECCA PACE

L-IMMUDELLAR LAQQAGĦHA MA’ DIVERSI PROĠETTI

Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Li persuna tkun mudella ma jfissirx biss li timxi fuq catwalk jew li tippoża bi ħwejjeġ ta’ xi ditta u daqshekk, iżda jirrikjedi ħafna xogħol, devozzjoni u tattiki oħra sabiex joħroġ proġett finali u li jiġbed l-għajn. Dan l-aħħar sirt naf b’mudella lokali li l-immudellar laqqagħha ma’ diversi proġetti kemm lokali u anke barra minn xtutna. Qed nirreferi għal Rebecca Pace. Għandha 23 sena, minn Birżebbuġa u fil-preżent taħdem ma’ kumpanija privata, kif ukoll tagħmel xi xogħol ta’ mudella. Tikkunsidra lilha nnifisha bħala persuna ambizzjuża, outgoing, mimlija enerġija u lesta tiskopri aktar il-ħolm tagħha. L-immudellar u l-fitness huma żewġ suġġetti għal qalbha ħafna. “Inħobb nittrenja l-gym, nagħmel yoga, niġri u hikes qalb in-natura. Meta nkun qed nimmudella, inħobb noħloq ritratti b’ċerta kreattività ma’ persuni differenti, filwaqt li naħdem fuq diversi proġetti. Hija xi ħaġa li tagħmilni kuntenta ħafna. Din is-sena ħadt ukoll żewġ korsijiet tad-diving u b’hekk stajt niskopri qiegħ il-baħar tagħna. Inħobb insiefer, u bħalissa qed inħoss nuqqas kbir minħabba s-sitwazzjoni li qegħdin fiha. Nittama li nkun nista’ nerġa’ nibda nsiefer fil-ġimgħat li ġejjin,” ħadt sehem fil-kompetizzjoni ta’ Supernova Model, bdiet tgħidli Rebecca. fejn tgħallimt ħafna u kelli wkoll l-opportunità li nidIlha miġbuda lejn l-immudellar ħajjitha kollha her fuq it-televixin. Minn hemm bdejt nagħmel xi phoFil-fatt, Rebecca tistqarr toshoots u nibni l-portfolio li ilha miġbuda lejn l-im- tiegħi u eventwalment bdejt mudellar ħajjitha kollha. nieħu sehem waqt fashion Maż-żmien irnexxielha tik- shows ukoll. Wara dan kollu, seb il-kunfidenza kollha kont ġejt magħżula sabiex magħha nnifisha sabiex nieħu sehem fuq programm takkwista l-għanijiet u l-ħol- televiżiv – Venere. Ġara li miet tagħha f ’dan ir-rigward. fl-aħħar tal-programm kont B’kurżità fuqi staqsejtha ġejt imħabbra r-rebbieħa ta’ kif bdiet. “Niftakarni bħala dik is-sensiela li pparteċipajt tifla ċkejkna kont insegwi fiha. Din l-esperjenza żgur li America’s Next Top Model, ġabitli aktar kunfidenza fija u kont ngħid li din kienet xi nnifsi u tatni wkoll opporħaġa li xtaqt nagħmel. Meta tunità li naħdem ma’ diversi kelli 13-il sena ġejt avviċi- persuni differenti f ’din l-innata minn persuna midħla dustrija,” spjegatli Rebecca. Ftit wara, Rebecca bdiet tal-immudellar. Għalkemm kont żgħira, kont determi- timmudella u tieħu sehem nata sabiex nitgħallem dak f ’kompetizzjonijiet lokali, u li hemm bżonn. Maż-żmien eventwalment iddeċidiet li

tieħu din il-karriera b’avvanz fejn anke ffirmat kuntratt ta’ sentejn ma’ aġenzija barranija – Noticed Models. Xtaqt inkun naf x’kien jin-

volvi u jikkonsisti għaliha dan il-kuntratt. “Dan kien fis-sena 2015 meta ffirmajt dan il-kuntratt ma’ Noticed Models. Matul dak iż-żmien,

ħdimt u ltqajt ma’ diversi persuni kemm minn Malta stess u anke barranin, sabiex naħdem fuq diversi brands u komplejt insaħħaħ il-portfo-

Meta kelli 13-il sena ġejt avviċinata minn persuna midħla tal-immudellar. Għalkemm kont żgħira, kont determinata sabiex nitgħallem dak li hemm bżonn. Maż-żmien ħadt sehem fil-kompetizzjoni ta’ Supernova Model, fejn tgħallimt ħafna u kelli wkoll l-opportunità li nidher fuq it-televixin


21

21.03.2021

Hija xi ħaġa li ma tantx nista’ nispjegaha. L-immudellar jagħtini ċertu sodisfazzjon u gost. Meta nkun qed naħdem fuq xi reklam, nassigura ruħi li nidħol fl-irwol li nkun qed nirrappreżenta. Għalija l-immudellar huwa forma oħra ta’ arti, fejn nista’ noħroġ kull espressjoni permezz tal-pożi u l-wiċċ

lio tiegħi. Peress li kont għadni nistudja u wisq iżgħar dak iż-żmien, ma stajtx insiefer bħall-mudelli l-oħra. L-istudji tiegħi ħadu prominenza, u allura kont iddeċidejt li nsiefer fuq moda malli niggradwa u kont nagħmel xogħol ta’ mmudellar hawn Malta biss.” Ħadmet ma’ diversi fotografi lokali u barranin Hekk kif il-kuntratt tagħha skada, Rebecca kompliet taħdem u tirsisti fuq il-portfolio tagħha kemm ma’ fotografi lokali u anke barranin, fejn ħadmet diversi reklami għat-televixin u l-midja soċjali, kemm f ’Malta u anke barra minn xtutna. Ridt inkun naf x’jogħġobha l-aktar meta tkun qed tim-

mudella u taħdem f ’xi reklami u Rebecca weġbitni: “Hija xi ħaġa li ma tantx nista’ nispjegaha. L-immudellar jagħtini ċertu sodisfazzjon u gost. Meta nkun qed naħdem fuq xi reklam, nassigura ruħi li nidħol fl-irwol li nkun qed nirrappreżenta. Għalija l-immudellar huwa forma oħra ta’ arti, fejn nista’ noħroġ kull espressjoni permezz talpożi u l-wiċċ.” Mhux hekk biss, iżda Rebecca ħadmet ma’ diversi fotografi – kollha b’ideat u stili diversi. B’hekk, ridt inkun naf x’jattiraha l-aktar fil-photomodelling. “Proprjament inħobb kemm il-photomodelling u anke meta nimmudella fuq catwalk. Iżda peress li jien mhux daqstant twila kif jirrikjedi li jkunu l-mudelli tal-moda, bdejt nispeċjalizza

bħala mudella kummerċjali. Li nista’ ngħid hu li xorta nista’ naħdem kemm f ’Malta u barra minn xtutna.” Kollox ma’ kollox, Rebecca rnexxielha tikseb xi titli fl-immudellar, u anke rrappreżentat lil Malta barra minn xtutna. “Fis-sena 2019, iddeċidejt li nieħu sehem fi beauty pageant. Fil-fatt, l-ewwel waħda tiegħi kienet Miss Universe Malta. Ħdimt ħafna għaliha u ħadtha b’serjetà kbira sabiex nagħti l-aħjar, speċjalment minħabba li din kienet l-ewwel waħda tiegħi. Kelli ħafna preparamenti ta’ taħriġ, dieta, ilbies, personalità u catwalk. Għalkemm tajt l-almu tiegħi kollu, kont ġejt fir-raba’ post, li xorta kien ta’ sodisfazzjon għalija. Ma waqaftx hemm u lanqas qtajt qalbi. Aktar tard f ’dik l-istess sena, ħadt sehem f ’pageant oħra – Miss Supranational Malta. Din id-darba tfajt l-enerġija doppja fuqha, u ġejt imħabbra rebbieħa bħala Miss Supranational Malta 2019. Fi ftit ġimgħat, mort Katowice, il-Polonja, għal tliet ġimgħat sħaħ sabiex nirrappreżenta lil Malta hemmhekk,” qaltli sodisfatta Rebecca. “Fis-sena 2019, kont iffirmajt kuntratt ġdid ma’ Cyrus Models fl-Awstrija. Peress li kont lestejt il-kors tal-Università, l-involviment tiegħi

magħhom kien itwal u ffirMhux hekk biss, iżda immajt kuntratt għal ħames maġinajt li matul il-karriera snin sħaħ,” kompliet tgħidli. tagħha fl-immudellar, ġiet wiċċ imb wiċċ ma’ xi sitwazzFis-sena 2020 bdiet jonijiet diversi, fejn setgħet l-avventuri internazzjonali tħossha skomda bihom. “Iva tagħha f ’Delhi darba esperjenzajt xi ħaġa hekk. Kont Malta niġbed xi Mhux hekk biss, iżda fis-sena ritratti ma’ fotografu barra2020, Rebecca sabet ruħha ni. Kien pjuttost arroganti. f ’Delhi fl-Indja sabiex tkom- F’sitwazzjoni bħal din bqajt pli tesperjenza aktar xog- nippoża b’mod professjonħol ta’ mmudellar. Dan kien ali sakemm lestejt li kellu proprju lejn il-bidu tas-sena f ’moħħu. F’sitwazzjonijiet 2020. Fi kliemha stess din simili nipprova nibqa’ dik li kienet esperjenza inkredib- jiena.” bli. Kienet taħdem kuljum Bla dubju ta’ xejn, Rebecca fuq xogħol ta’ e-commerce żgur li qed taħdem bis-sħiħ u photoshoots għal katalgi sabiex issaħħaħ il-karriera tal-ħwejjeġ. “Kont ukoll ġejt tagħha barra minn xtutna. magħżula sabiex naħdem di- Iżda fi kliemha stess, minn sat ijiem fl-Auto Expo ġewwa mindu bdiet il-pandemija Greater Noida li tittella’ kull tal-COVID-19 din il-karriera sentejn. Kont għext l-Ind- internazzjonali tagħha kellja għal tliet xhur u kelli niġi ha tieħu pawża kemxejn twilura Malta qabel ma għalaq la. “Wara li kont mort l-Indja, il-kuntratt minħabba l-pan- kelli pjanijiet li naħdem l-Indemija tal-COVID-19,” qaltli doneżja, iżda għal raġunijiet b’dispjaċir fuqha. ovvji bil-pandemija ma stajtx Matul din l-intervista, immur. Qed ngħodd il-ġranet ridt inkun naf jekk Rebecca sabiex inkun nista’ nerġa’ kellhiex xi tip ta’ sitwazzjoni- nsiefer.” jiet skomdi ma’ xi fotografi Fl-aħħar nett, il-messaġġ li ġieli ħadmet magħhom. ta’ Rebecca lejn il-qarrejja “Mhux eżatt. Kull fotografu jgħid hekk. “Dejjem imxu jew direttur għandu l-meto- skont kif tiggwidakom qalbdu tiegħu. Xogħli huwa li kom. Tagħtux kas tal-ostakli nifhem dak li jkunu jridu li li tistgħu ssibu ma’ wiċċkom. nwasslu flimkien, u nimxi M’hemmx isbaħ milli persufuq id-direzzjoni tagħhom na tkun kuntenta u tagħmel sabiex inwasslu l-prodott fi- dak li tħobb,” temmet tgħid nali tajjeb.” f ’din l-intervista Rebecca.


22

21.03.2021

FL-AĦĦAR IN-NAXXARIN SE JKOLLHOM GRAWND Kif baqa’ l-poplu Naxxari? Fiex wasal il-grawnd u x’se jkun qed jistenna? Risposta mingħand Marlon Brincat, Chairman ta’ Naxxar Lions Nursery: L-istennija għall-grawnd tal-futbol fin-Naxxar ilha żmien twil. Niftakar meta kelli biss 12-il sena fl-1992, fejn it-taħriġ tan-nursery kien isir fejn kienet issir it-trade fair u dak iż-żmien kienet qamet stennija kbira fejn kien beda x-xogħol u anke twaqqgħu l-kmamar li konna nużaw bħala dressing rooms. Wara ftit skoprejna li dan kien sar kollu bla permess u dan il-proġett imwiegħed qatt ma sar. Fis-sena 2017 iltqajt mal-Ministru tal-Edukazzjoni, dak iż-żmien Onor. Evarist Bartolo fejn urejtu f’liema stat tinsab in-nursery tagħna, fejn lanqas toilets ma kien hemm aċċessibbli għat-tfal tagħna. Nirringrazzjah għaliex minn hemm tlaqna fuq dan il-proġett. Sinċerament kien hemm ħafna diżappunti tul dawn l-erba’ snin li għaddew, però b’determinazzjoni u b’kuraġġ wasalna biex f’Mejju 2020 ħarġu l-permessi għal dan il-grawnd li tant ilu mistenni. Minnufih bdew joħorġu tenders għal dan il-proġett, sfortunatament anke hawnhekk minħabba l-COVID-19 u dewmien burokratiku ttawwal iż-

żmien ħafna aktar milli kien mistenni. Illum nistgħu ngħidu li d-dipartiment responsabbli minn dan il-proġett lesta t-tender tal-iskavar u bini fejn dan ġie mgħoddi lid-dipartiment tal-kuntratti biex jiġi ppubblikat fil-jiem li ġejjin. Qed jiġi mistenni li x-xogħol jibda immedjatament wara li jiġi aġġudikat dan it-tender. Dan il-proċess mistenni li jwassalna biex fis-sajf li ġej jibda dan il-proġett. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Onor. Clifton Grima tal-għajnuna li dejjem sibna mingħandu biex nibqgħu għaddejjin b’dan ilproġett.

fett ta’ din il-bidla, il-kwalità tat-taħriġ titjieb u b’hekk jibbenefikaw il-membri kollha tal-klabb - minn etajiet żgħar sa kbar. Minn din is-sena, in-nursery daħlet fi spejjeż żejda biex tipprovdi faċilitajiet għattaħriġ lit-timijiet li jikkompetu minn etajiet ta’ taħt it-13-il sena ’l fuq. Il-pjan tan-nursery hu li tipprovdi l-aħjar servizz u għalhekk ma kellniex alternativi oħra. Hu ta’ piż kbir għalina li mmexxu nursery imma l-iskop aħħari jibqa’ li nagħtu dak kollu li jixraq lit-tfal tagħna. Għalina t-tfal huma l-iktar ħaġa importanti u ma nieqfu qatt naħdmu għalihom.

Għaliex ser ikun importanti dan il-pass?

Għaliex grawnd huwa daqstant importanti għal uliedna?

Risposta mingħand il-Head coach Charles Muscat: Ilgrawnd se jkun l-ikbar għodda li jista’ jkollu l-Klabb. Hu ta’ neċessità kbira għat-taħriġ tat-tfal, żgħażagħ u anke għat-tim tal-kbar biex ikunu lkoll jistgħu jibdew jitħarrġu f’faċilitajiet addattati. Filpreżent, in-nursery tagħmel użu minn grawnd li d-daqs tiegħu hu addattat u tajjeb biss sa ċerta età. Għalhekk, meta dan il-proġett isir, it-timijiet kollha tan-nursery se jkunu jistgħu jagħmlu taħriġ b’mod aktar professjonali u fi spazju ġust għall-etajiet varji. B’ef-

Risposta mingħand il-Head coach Charles Muscat : Tajjeb li wieħed janalizza s-sitwazzjoni ta’ fejn isir it-taħriġ preżentament. Tista’ tgħid li l-kwalità ta’ wiċċ il-pitch kważi telqet għalkollox. Dan hu ta’ periklu għas-saħħa ta’ wliedna. Dan l-aħħar anke bdejna ninnutaw li hemm xi partijiet mill-wiċċ li qed jinqalgħu! Apparti li jtellef waqt li jkun qed isir it-taħriġ, jista’ jweġġa’ xi ħadd. Tajjeb li nsemmu li dan il-grawnd ilu miftuħ għal dawn l-aħħar 13-il sena u filgħodu jintuża wkoll minn mijiet ta’ studenti.

In-nuqqas ta’ kobor talpitch jagħmilha impossibbli li t-tfal tagħna jilagħbu friendlies jew logħob ta’ kompetizzjoni kontra timijiet oħra. Mill-under 12s ’il fuq, in-nursery ma tistax torganizza logħob għat-tfal u ż-żgħażagħ tagħha. Din hi ta’ weġgħa kbira għalina bħala nies li mmexxu nursery. Minn dan l-istaġun bdejna nikru post alternattiv biex inkunu nistgħu norganizzaw logħob aħna, fl-istess post fejn it-tfal ukoll kienu qegħdin jitħarrġu. Nerġa’ naċċenna li n-nursery qiegħda tagħmel dak kollu li hu possibbli biex ma tnaqqasx l-opportunitajiet lit-tfal. Kellna kollox pjanat li ntellgħu Tournament Nazzjonali skont il-linji gwida maħruġa mill-Youth FA u d-Dipartiment tas-Saħħa. Dan kollu seta’ jkun possibbli grazzi għan-nies li qed jemmnu fil-viżjoni u s-serjetà li qed titmexxa n-nursery fil-preżent. Għal dawn l-aħħar snin, il-ġenituri tat-tfal ikollhom bilfors jieħdu lil uliedhom fi grawnds oħra madwar Malta u f’xi każi Għawdex. Xi ngħidu mbagħad għall-protagonisti? Is-self esteem tagħhom bħala tim jitbaxxa meta jirfsu l-għatba ta’ faċilitajiet sportivi kbar, professjonali, attrezzati u sbieħ li ġustament għandhom nurseries oħra. Qabel jibdew il-logħba, it-tfal diġà jħossuhom inferjuri mill-av-

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

versarji tagħhom. Hija ħasra kbira wara li nagħmlu tant sagrifiċċji. Kamra żgħira fil-grawnd preżenti qed tintuża bħala maħżen għat-tagħmir tattaħriġ kif ukoll il-post uffiċjali fejn il-mexxejja tan-nurseries jagħmlu laqgħat ta’ bejn il-kowċis, jilqgħu lill-ġenituri biex jitkellmu dwar il-progress ta’ wliedhom, dressing room kif ukoll uffiċċju ewlieni. Iva, dan kollu jsir f’din il-kamra żgħira! Bis-sitwazzjoni talCOVID-19, konna kostretti li ma nużawhiex biex isiru l-laqgħat - minħabba d-daqs limitat tagħha. Jista’ jkun, min-naħa l-oħra, li fis-sena 2021, klabb ma jkollux post fejn ilaqqa’ lill-plejers għall-preparazzjoni ta’ qabel il-logħob? Mhux talli ma nistgħux ninvestu f’tagħmir diġitali modern biex nanalizzaw il-logħob minħabba n-nuqqas ta’ spazju ... talli lanqas post fejn isiru laqgħat ta’ analiżi tal-logħob m’għandna! Jekk jasal il-grawnd u jkollna kamra mgħammra b’faċilitajiet tajbin, dan kollu jwassal għal żvilupp atletiku, fiżiku u anke tal-karattru tal-plejers tagħna. Dan kollu jagħmel plejers aktar b’saħħithom mentalment, fiżikament u anke moralment ħalli mbagħad, ix-xewqa u l-bżonn ta’ dawk il-plejers li għada pitgħada jistgħu jkollhom futur jew


21.03.2021 08.11.2020

23

SKEDA ONE 07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40

Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Pjazza

19:15 19:30 20:10 20:30 20:45 21:30 22:30 23:30

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News

12:35 12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:30

Ftit Ħin għal saħħtek Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Follow Up Dak li Jgħodd

18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:30 Lux Aeterna 20:50 Gladiator 22:20 Distintivi 23:30 ONE News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 Better Living 18:30 Pjazza

19:15 ONE 24-03 Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:30 Lux Aeterna 20:45 The Local Traveller 21:15 Drama 22:30 Reboot 23:30 ONE News

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Ftit Ħin għal saħħtek

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35 18:00

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt Mhux kemm taf

18:30 19:15 19:30 20:10 20:30 20:45 21:15 22:55 23:30

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 Press Conference: Covid-19

13:15 13:20 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:00 17:30

ONE News Kalamita ONE News Kalamita Telebejgħ Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Twenty One Indhouse

18:30 Pjazza 26-03 19:15 ONESports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Lux Aeterna 20:45 Kick OFF 22:00 Country Jamboree 22:30 Gladiator 23:30 ONE News

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Twenty One 10:18 #Pajjiżi 10:57 Indhouse

11:53 12:30 12:37 13:10 13:43 14:25 14:45 15:30 15:35 16:30

Telebejgħ ONE News Żona Sport Country Jamboree Reboot Ħabrikt The Local Traveller ONE News Dak li Jgħodd Flimkien ma’ Nancy

17:30 18:05 18:45 19:22 19:30 20:04 20:30 20:45 23:30

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55 12:30

12:35 15:30 15:35 15:50 16:15 17:30 19:15 19:30

Arani Issa ONE News Arani Issa - Ikompli Duurella Gladiator L-Argument One Sport & Temp ONE News

20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Lux Aeterna 20:45 Attività Politika 21:30 Mija 22.30 Distintivi 23:30 ONE News

TLIETA 23-03

karriera fil-qasam tal-futbol – ikollha bażi aktar soda minn età żgħira. Kif qed tiżdied il-pressjoni fuq it-tfal illum il-ġurnata? Risposta mingħand il-Head coach Charles Muscat: Il-pressjoni fuq it-tfal minn dejjem kienet, għadha u tibqa’ u qed tiżdied minn sena għal oħra. Mil-lat ta’ futbol, il-pressjoni għal rebħ minn etajiet żgħar qed tkun ta’ detriment għattfal u tħalli effetti psikoloġiċi negattivi u ttellef l-iżvilupp komplet tagħhom. Il-pressjoni tiġi l-aktar mill-ġenituri iżda wkoll mill-klabb innifsu. Għalhekk, aħna bħala Naxxar Lions Youth Nursery, fil-bidu u matul l-istaġun isiru laqgħat mal-kowċis fejn tiġi spjegata l-metodologija ta’ kull kategorija – b’enfasi wkoll mil-lat mentali. Dejjem nesiġu dwar l-importanza li l-kowċis ikunu l-ikbar eżempju għat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Kif tara li f’pajjiżna nħarsu lejn l-eżerċizzju fiżiku? Fadlilna x’naqdfu? Risposta mingħand il-Head coach Charles Muscat: Il-mentalità f’Malta qed tinbidel fittfal. Il-miri tat-tfal dejjem qed juru xewqa għal professjonalità li biha jkunu kapaċi jkomplu jaħdmu u jikbru fl-isport. Il-fatt li l-adulti qegħdin ikunu iktar konxji mill-benefiċċji tal-eżerċizzju fiżiku – dan qed jimmotiva aktar liż-żgħar tagħna. Il-midja qed tkun iktar influwenti minħabba li l-industrija tal-isport qed tikber fis-suq ekonomiku. Din tinkludi ħafna oqsma oħra fosthom fitness, nutrizzjoni u dixxiplini ta’ sports differ-

enti. Madanakollu, l-aċċess u l-logħob teknoloġiku li qed jikber ta’ kuljum, żgur li mhux qed jgħin. Għandna ħafna iktar tfal mhux attivi minħabba li jirrikorru biss għal logħob elettroniku. Il-ħin sar iktar limitat kemm għat-tfal u wisq aktar għall-adulti. Konsegwenza t’hekk, ħafna nies iġibu l-iskuża li ma jsibux ħin għall-isports. Fin-nursery ikun hemm numru tajjeb li jkunu jixtiequ jingħaqdu magħna fletà ta’ 14 -il sena. Dan hu żmien li ż-żgħażagħ jiġu iktar konxji tal-benefiċċji tal-isport fosthom dak soċjali. Fl-opinjoni tiegħi, nixtieq li ndaħħlu iktar l-isport fil-ħajja ta’ kuljum tagħna. Lit-tfal tagħna jgħinhom ħafna kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Din hi l-viżjoni tan-nursery ta’ Naxxar Lions li nippromwovu l-futbol fuq firxa iktar wiesgħa fit-tfal u ż-żgħażagħ. Għalkemm nagħmlu minn kollox u ħafna drabi jirnexxilna, żgur li fil-preżent ma nistgħux nikbru aktar mingħajr ma jkollna grawnd ġdid. Bl-appoġġ ta’ kull min huwa mdaħħal f’din id-deċiżjoni, din il-ħolma tagħna għall-ġid tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna tista’ verment issir realtà. Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li l-lokalità tan-Naxxar għandha jkollha faċilitajiet sportivi denji u adekwati għat-tfal tal-lokalità. Qal ukoll: “Ser inkunu qed nassiguraw li ż-żgħażagħ u l-familji Naxxarin ikollhom dawn il-faċilitajiet sabiex ikun hemm żvilupp pożittiv fil-qasam sportiv, iżda fuq kollox flimkien nikkontribwixxu lejn ħidma fil-qasam soċjali li żgur hija parti mill-identità ta’ din il-lokalità tant sabiħa.”

TNEJN ONE Sports & Temp 22-03 ONE News Prime Time Lux Aeterna Reboot Follow Up Stejjer wara t-Tmienja ONE News

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

ĦAMIS 25-03

08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:35

SIBT 27-03

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ ONE News

ERBGĦA

Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Prime Time Lux Aeterna Twenty One Ilsien in-Nisa Country Jamboree ONE News

ĠIMGĦA

Il-Kelma Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 minuta Lux Aeterna Arani issa ONE News

ĦADD 28-03


24

21.03.2021

reċensjoni tal-ktieb

BEJN STORJA U MITI: TREVOR ŻAHRA Fil-ġimgħat li għaddew id-dar tal-kotba Horizons ippubblikat il-ktieb Trevor Żahra: Bejn Storja u Miti editjat minni. Kif jafu min hu midħla tas-sensiela, din hija kullana ta’ kotba fejn nistħarrġu personalitajiet ta’ ċerta importanza f’Malta bħal Mintoff, Fenech Adami u Mabel Strickland. Sa issa l-konċentrazzjoni aktarx li kienet fuq politiċi u membri tal-kleru. Ilkoll iddominaw mhux ħażin is-soċjetà Maltija. Il-forom letterarji konna għadna ma missejnihomx. Kollu minnu kien hemm il-volum dwar Herbert Ganado li fostna jibqa’ magħruf għall-volumi Rajt Malta Tinbidel. Imma konna għadna ma esplorajniex biżżejjed il-forom kreattivi miktuba u Trevor Żahra kien il-kandidat ideali. Taħt ismu għandu 130 ktieb jekk mhux iktar, diversi drammi u illustrazzjoni mill-aqwa waħda isbaħ minn oħra. Għalhekk fittixt 19-il persuna li setgħu jevalwaw min hu Trevor Żahra – figura nazzjonali maħbuba minn ħafna tfal u adulti. Ir-riżultat finali huwa dan ilktieb li għandna f’idejna li nieħu gost ninnota li qanqal ħafna interess. Jekk noqgħod naħseb u nqis kollox, nirrealizza li lil Trevor Żahra ili nafu ħajti kollha. Jew ejja ma nesaġerax, kważi ħajti kollha. L-għeżeż tifkiriet ta’ tfuliti, b’xi mod jew ieħor, Trevor Żahra kien protagonist tagħhom. Għadni niftakar, fi żmien meta bħala tfal, meta ma kellna xejn u konna kuntenti, konna nixtru l-kotba – jew għall-preċiżjoni, konna nixtru l-ftit kotba li konna nsibu, għax dad-dipartiment kien nieqes ħafna – ta’ Trevor Żahra u ta’ awturi oħra. U dawn l-awturi li kienu jiktbu għat-tfal bilMalti kont tgħoddhom fuq il-pala tal-id. Min hu tampari jew ikbar kien ixxurtjat li twieled f’familji li kienu jemmnu fl-edukazzjoni tal-ulied u qatt ma ċaħħ-

duna minn ktieb jew xi ftit lezzjonijiet privati. Fil-familja tiegħi, kienet saret drawwa li nagħmlu mawra s’għand Margaret tal-gazzetti (fil-pjazza taż-­Żejtun), kif kienu jsibuha tal-familja tiegħi, u minn hemm konna nsibu nixtru l-kotba. Jew, nerġa’ ngħid, il-ftit kotba li kien joffri s-suq Malti. Waħda miz-zijiet tiegħi kienet tixtri l-gazzetta kuljum mingħandha u allura kien hemm ċerti żjarat spissi f ’dak il-ħanut. U lili Margaret kienet dejjem tindirizzani b’ismi. Il-ħanut ta’ Margaret kien fil-pjazza ewlenija tar-raħal bejn il-fergħa tal-Mid-Med Bank u l-każin tal-Għaqda Mużikali Banda Żejtun. Niftakar eżatt fejn Margaret kienet iżżommhom il-kotba. Kellha biċċa għamara bajda kif tidħol fuq il-lemin. Dari dawn il-ħwienet kont issibilhom id-dinja kollha. Minn gomom sa kobob tas-suf. Minn lapsijiet sa ħelu. Imma hi kienet tistiva kollox pulit u għandi nifhem li kellha ċerta klijentela li kienet iżżommha għaddejja. Ommi minn hemm kienet tixtri l-Burda u kienet tagħmel is-sigħat tfassal u tħit. X’memorji! U għadni niftakar, Margaret, li kienet dejjem pulita fi ħwejjiġha u mġibtha, kien ikollha għall-bejgħ diversi kotba ta’ Enid Blyton u waħdiet bilMalti. Dak iż-żmien, ħadd ma kien għadu ddemonizza lil Enid Blyton u bl-Ingliż aktarx kont issib kotba tagħha bħall-Famous Five u s-Secret Seven jew il-ħrejjef klassiċi tradizzjonali internazzjonali. Anki l-iskola, il-kotba ta’ Blyton kienu l-mimmi ta’ għajnejn l-għalliema. Forsi għax ma kinux jafu awturi oħrajn verament imma dejjem kienu jemmnu li l-Ingliż tagħha kellu jispira l-Ingliż tagħna u jekk taqra kotba minn tagħha kellek l-assigurazzjoni li se tgħaddi mill-eżami tal-Ingliż.

Għal dawk li huma kotba bil-Malti għat-tfal għand Margaret kont issib titli ta’ Trevor Żahra, Charles Casha u Carmel G. Cauchi. Il-bqija kien jirrenja l-baħħ assolut. Qed nigbeb. Kien hemm stejjer ippubblikati mill-P.E.G. bħal ta’ Karamella Karamellu ta’ Ġorġ Peresso u Perlinu ħareġ Idur ta’ Mary Puli. Ġorġ Mifsud Chircop kien għaddej bil-kotba ta’ Ġaħan u xi leġġendi oħrajn bħal Torsinella. Imma dawk kienu kotba ta’ darba. Okkażjonali jekk trid. Kien ikollha wkoll il-kotba għall-adulti imma dawk ma kinux ħobż għal snienna u sa ċertu punt ħadd ma kien ifittixhom. Fuq kollox, il-kotba kienu fil-għoli. Anki għax naħseb kien hemm il-biża’ li jqattgħuhom f ’idejhom it-tfal. Kienu

żminijiet oħra bla dubju. Trevor Żahra kien sar isem li aħna t-tfal tal-primarja konna sirna nafuh għalkemm nistqarr li kont domt xi ftit ma fhimt jew intbaħt li Trevor kien mill-istess raħal tagħna u li fil-verità familtu kienet toqgħod pass lil hinn mill-ħanut ta’ Margaret. Kemm taqsam it-triq. Jew aħjar il-pjazza. U hemm beda l-qari tal-avventuri li min jaf kemm-il edizzjoni ħarġet minnhom. Fosthom Il-Pulena tad-Deheb, L-Għar tax-Xelter u Il-Kaxxa taz-Ziju. Min ma qrahomx dawn l-istejjer? Il-mudell sa ċertu punt kienet Blyton. Ta’ Trevor, bħala tfal, konna naħdmu dawk il-famużi workbooks tal-Bebbuxu. Hekk konna laqqamniehom ta’ tfal li konna. Min ma jiftakarhomx? Niftakar ċarissimu li dak iż-żmien kien dnub mejjet li tipprova tikteb fuqu l-ktieb. Kien kważi reat. Dik il-ħabta, l-indafa fil-kitba u l-pitazzi u l-kotba kien valur importanti għall-għalliema. Kien hemm mod ieħor fejn lil Tr­ evor konna nafuh. Permezz tar-rivista Sagħtar. Is-Sagħtar oriġinarjament kien proġett tal-Moviment Qawmien Letterarju u wara ħaduh f’idejhom il-Malta Union of Teachers. Is-Sagħtar, niftakru allura kemm bħala student u meta lħaqt għalliem, kien għadu hemm jitqassam fil-klassijiet. Iktar ma kbirt iktar skoprejt il-­valur ta’ dan l-awtur li għallimna waħda kruċjali – it-tiġdid. Minn ktieb għal ktieb mhux biss ma stajtx tirrepeti l-istorja imma anki l-ġeneru u fl-istess ħin iżżomm ritmu qawwi ta’ qari. Dan kollu ispira l-volum numru tmienja Trevor Żahra: Bejn Storja u Miti. Apparti, f’dan il-ktieb ma jonqsux rakkonti komiċi, praspar u fares li daħal fihom Trevor. Nixtiqilkom sigħat ta’ qari sbieħ.

Mistoqsija: Semmi tliet kotba li ħareġ Trevor Żahra li jissemmew f’din ir-reċensjoni? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb TREVOR ŻAHRA: BEJN STORJA U MITI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 28 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb KISSIRTU KULLIMKIEN hija:

A. GARAS - ĦAMRUN

01 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Minn meta Malta bdiet tiġi kklassifikata fl-ewwel post dwar id-drittijiet LGBTIQ? Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:

Rebbieħ: D. ZARB - ŻEJTUN


25

21.03.2021

PAUL BERNARDO: ‘THE SCARBOROUGH RAPIST’ MAGĦRUF UKOLL FLIMKIEN MAL-MAĦBUBA TIEGĦU BĦALA ‘THE KEN AND BARBIE KILLERS’ Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO IR-RABA’ PARTI

Paul Bernardo jinħareġ mill-qorti

Fid-9 ta’ Frar tal-1993, l-investigaturi tal-Metro Toronto Sexual Assualt Squad intervistaw lil Homolka, fejn din bdiet tirrakkonta fuq l-abbuż li kienet tgħaddi minnu waqt li kienet ma’ Bernardo. Dakinhar filgħaxija, Homolka qalet lil zitha li Bernardo kien l-Iscarborough Rapist u li hi, flimkien ma’ Bernardo, kienu stupraw u qatlu lil Mahaffy u French. Qaltilha wkoll li kienu rrekordjaw kollox. Jumejn wara, Homolka ltaqgħet mal-Avukat George Walker fejn talbitu għal immunità minn proċedimenti legali biex tikkopera. Walker iltaqa’ mad-Direttur tal-Crown Criminal Law Office fejn qallu dwar il-video tapes tal-istupri u d-Direttur qallu li minħabba l-involviment ta’ Homolka, din ma setgħetx tingħata immunità minn proċedimenti legali totali. Fis-17 ta’ Frar,

Karla Homolka llum il-ġurnata

il-pulizija arrestaw lil Bernardo u bdew ifittxulu fid-dar. Minħabba l-fatt li l-evidenza kontrih dwar id-delitti kienet waħda minima, il-mandat ta’ tfittxija li ngħata lill-pulizija kien wieħed bażiku. Dan kien ifisser li l-pulizija ma setgħux joħorġu affarijiet li jsibu fid-dar u lanqas setgħu jkissru l-ħitan biex isibu fejn kienu moħbijin il-video tapes. Il-video tapes li sabu setgħu biss jarawhom fid-dar ta’ Bernardo stess u ma setgħux joħorġuhom minn hemm ġew. It-tfittxija fid-dar damet għaddejja għal 71 jum u l-uniku video tape li nstab kien dak fejn Homolka bdiet tagħmel atti sesswali mat-tieni vittma li ħatfu, jiġifieri dik li għamlet ħbieb magħha f’ħanut. Fil-5 ta’ Mejju, Walker qal li l-Gvern offra lil Homolka sentenza ta’ 12-il sena minflok sentenza agħar fuq akkużi ta’ żewġ delitti tal-ewwel grad u ieħor tat-tieni grad, flimkien ma’ akkużi oħrajn. Walker aċċetta s-sentenza u ftit wara Homolka

Il-Millhaven Institution, fejn qiegħed iservi s-sentenza tiegħu

qablet ukoll. tal-ħabs. Hekk kif il-ftehim ġie ffinalizzat, Fil-21 ta’ Frar tal-2006, BernarHomolka bdiet tgħid li Bernardo do ammetta li abbuża sesswalment kien jiftaħar li stupra mat-30 mara, minn tal-inqas 10 tfajliet oħrajn flammont li kien id-doppju ta’ kemm 1986. F’din l-istess sena, Bernardo ħa ħasbu l-pulizija. Fl-1995, Bernardo sehem f’intervista fil-ħabs fejn qal li tressaq il-qorti akkużat bil-qtil ta’ huwa rriforma ruħu u li kien ħaqqu French u Mahaffy, fejn waqt il-ġuri xe- ċ-ċans għall-parole. hdet kontrih Homolka u kien F’Settembru tal-2013, hemm ukoll il-video Bernardo ġie trasferit tapes bħala evidenfil-Millhaven Instituza. Bernardo qal li tion f’Bath f’OntarIt-tfittxija l-imwiet kienu io. Huwa għadu aċċidentali u li jinżamm issepfid-dar damet martu kienet arat mill-ħabil-qattiela u sin l-oħrajn għaddejja għal 71 jum u mhux hu. Fl-1 għas-sigurtà l-uniku video tape li nstab ta’ Settembta’ kulħadd ru tal-1995, s a l - l u m kien dak fejn Homolka Bernardo il-ġurnata. nstab ħati Skont test bdiet tagħmel atti sesswali ta’ diversi akpsikjatriku li mat-tieni vittma li ħatfu, kużi, fosthom sarlu, Bernarfuq żewġ każi do wera 35 xejra jiġifieri dik li għamlet ta’ qtil tat-tieminn 40 xejra li ni grad u fuq żewġ turi li kien bniedem ħbieb magħha attakki sesswali ta’ psikopatiku. f’ħanut natura gravi. Hu weħel Fl-2015, hu applika għomor il-ħabs u seta’ jitlob għad-day parole għax kien għall-parole wara li jkun serva 25 eliġibbli għaliha. Din tfisser li hu bħala sena mis-sentenza. Bernardo tniżżel ħabsi seta’ joħroġ mill-ħabs mal-ġurukoll fuq il-lista ta’ nies perikolużi, li nata u jieħu sehem f’attivitajiet pubtagħmilhielu iktar diffiċli biex xi dar- bliċi iżda jkollu jirritorna l-ħabs filba joħroġ mill-ħabs. għaxija. Id-day parole tista’ tingħata Homolka xehdet kontra Bernar- bħala għażla alternattiva sakemm do u l-Kanadiżi kkritikaw il-ftehim li dak li jkun isir eliġibbli għall-pangħatat mill-Gvern, dak li tiskonta role normali. Bernardo applika wkoll biss 12-il sena ħabs. Jidher li l-Avu- għall-parole normali fi Frar tal-2018 kat ta’ Bernardo ħeba 17-il video iżda hu ġie miċħud kemm it-talba tape għal sena u nofs u li kieku tad-day parole kif ukoll dik tal-pal-Gvern kien rahom qabel żgur li role normali fis-17 ta’ Ottubru talma kinux jilħqu ftehim ma’ Homol- 2018. L-Avukat li deher f’isem il-vitka. Għal dan l-aġir, l-Avukat kellu tmi, Tim Danson, qal li Bernardo ma jidher quddiem bord dixxiplinarju tantx għandu ċans joħroġ mill-ħabs minħabba li kien ta’ xkiel fl-għot- minħabba li hu aggressur perikoluż. ja tal-ġustizzja. Mill-banda l-oħra, Mill-banda l-oħra, Homolka Bernardo ttieħed fil-Kingston Pen- ddivorzjat lil Bernardo u skontat itentiary fejn ġie msawwat diversi is-sentenza tagħha. Kif ħarġet milldrabi minn ħabsin oħrajn, minkejja ħabs, iżżewġet u bdiet ħajja ġdida li kien mitfugħ fil-parti segregattiva mar-raġel tagħha.

Tmiem


26

21.03.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

21.03.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 373

D. BONNICI - QAWRA

Bi 3 NUMRI B’4 NUMRI 091 1415 131 1543 184 1910 214 2285 363 2372 434 2550 435 2599 782 2837 946 3041 972 3117 995 3188 3530 3789

3838 4235 4764 5217 5231 5479 5550 5574 5666 6705 7476 7533 7540 7768

7777 7833 7864 7945 8021 8265 8585 8611 8625 8695 8747 8949 9215 9382

9443 9579 9714 9939 9963 B’5 NUMRI 13313 15039 15807 25059 26936 29430 37129

37245 43146 47669 49367 50035 53051 53836 61497 78938 81594 88392 96379

B’6 NUMRI 276361 397704 673719 684648 698640 799612 B’7 NUMRI 7539751 7543272

MIMDUDIN: 1. Il-plural ta’ bieb? (5) 7,21M. 4. Kompli l-qawl: 9. Meta l-qalziet 10. tal-missier jiġi 12. lill-......., il-missier16.

jista’ jmur jindifen (4) Vuċijiet? (5) Pożittiv (3) Kunjom (6) Azzjonijiet (6) Ara 14

WEQFIN: 1,11. Ħallelin (9) 2,6. Hekk jagħmel il-kantant (6) 3,5. Għasfur (6) 6. Ara 2

Tal-Labour (9) Ara 1 wieqfa 15. Tim prominenti tal-futbol fl-Italja (5) 17. Għamel żjara (3) 21. Hekk qed jagħmilli 22.

8. 11. 12,17. 13. 14,16.

18,19. 19. 20. 21. 23. 24.

Tost (5) Ara 18 Isem (5) Ara 7 Tista’ tkun mużikali (4) Kunjom (5) l-mutur! (9) Jistgħu jkunu reliġjużi (6) Ara 12 wieqfa Iżommu l-arloġġ (3) Nimxu fuqha (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Korla, 4.Nhar, 7,23.Sfafar, 9.USS, 10.Sarima, 12.Sellem, 18.Si, 20.Qamel, 21.Blu, 24.Trabi

WEQFIN: 1.Krudil, 2,12W. Russi, 3,22.Assuma, 5,19.Ħrieqi, 8.Falliment, 11,16.Kelli, 13.LSA, 14.Melita, 15.Miżati, 17.Lol


28

21.03.2021

IT-“TBERBIQ” SKONT IL-PN Editorjal

Li ma kienx għall-għaqal Laburista tal-aħħar tmien snin, kieku m’għandniex rasna mistrieħa li se nkunu kapaċi nsoddu t-toqba finanzjarja li qed toħloq il-pandemija. Pajjiżi oħrajn ma jafux fejn se jagħtu rashom.

Bħala dixxendent tal-klassi an­tika Nazzjonalista (avolja għadu novizz politiku), Bernard Grech jgħaxxaqha kull darba li jiftaħ ħalqu biex jipprova juri kemm għandu qalbu tħabbat għall-poplu Malti u Għawdxi jew li hu ffokat favur il-ġid komuni u nazzjonali. Mingħajr dubju kull tentattiv fallut tiegħu hu sintomu ewlieni ta’ kemm hu mġebbed minn imnieħru minn min diġà ġie ttestjat fl-istorja u skartat f’kull elezzjoni wara li mill-poter ma kienx kapaċi jagħmel għajr frejjeġ. Meta fl-aħħar jiem il-Kap tal-Oppożizzjoni fettillu jiddikjara sfaċċatament li flaħħar 12-il xahar tal-ġlieda nazzjona­li kontra l-pandemija l-Gvern Laburista, immexxi minn Ro­bert Abela, kulma għamel kien li “berbaq il-miljuni”, kompla jinkixef kemm hu tassew politiku vojt. Jinqabad ukoll, bħal min poġġieh fuq it-tmun, li moħħu biss biex iqarraq bl-intelliġenza tannies, anke jekk illum kulħadd hu konxju dwar x’qed jiġri f’kull pajjiż ieħor madwarna u lil hinn minna kawża tat-tielet mewġa tal-COVID-19 … issa

wkoll bil-varjanti tiegħu. Biżżejjed jingħad li, millat mediku, l-għaqal u l-investiment bikri Malti fix-xiri tal-vaċċin u t-tqassim tiegħu wassalna għall-akbar suċċess fl-Unjoni Ewropea sħiħa bħala l-iżjed pajjiż li kiseb tilqim u bl-ogħla rata ta’ tilqim ras għal ras. Dan saħansitra tefagħna fiċ-ċentru tal-għira ta’ pajjiżi, bħall-Awstrija u l-Bulgarija, li ma jridux jaċċettaw il-fatt li l-iżgħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea laħaq tali livelli jew li, fl-ewwel lok, huma stess setgħu kienu ineffiċjenti. Minbarra hekk, is-servizzi mediċi tagħna mhux biss kienu attrezzati b’kull tagħmir neċessarju, iżda lanqas qatt ma kienu xi mkien qrib kriżi­ jiet li daħlu fihom oħrajn. Mil-lat ekonomiku, żgur jonqosna biżżejjed spazju biex nispjegaw hawn il-miżuri kollha li ddaħħlu biex itaffu l-impatt taċ-ċirkostanzi li ħadd ma kellu kontroll fuqhom u r-restrizzjonijiet li kellhom jiġu imposti b’konsegwenza. Il-COVID Wage Supplement waħdu, li diġà salva xejn inqas minn 100,000 impjieg u evita l-falliment ta’ eluf ta’

negozji sas-sena l-oħra, ukoll jiddistingwina minn kif ġabu ruħhom oħrajn. Din l-għajnu­ na mill-Istat s’issa swiet diġà aktar minn €373 miljun u mistennija tlaħħaq xi €600 miljun sal-aħħar tas-sena. Kien hemm pajjiżi li ma kellhomx il-mezzi biex jippro­teġu lil nieshom b’imqar il-minimu, aħseb u ara bil-mod tagħna, waqt li oħrajn, bil-maqlub, għażlu li jirrikorru għal miżuri t’awsterità jew litteralment baqgħu ċassi f’dan ir-rigward biex ma jgħabbux lill-pajjiż b’piżijiet “żejda”. Li ma kienx għall-għaqal Laburista tal-aħħar tmien snin, inkluż bl-introduzzjoni tal-Programm Individwali ta’ Investiment (IIP), li renda miljuni kbar għall-ġid tal-iżvilupp nazzjonali, kieku s-sitwazzjo­ ni mhijiex dik li hi. Kieku wkoll m’għandniex rasna mistrieħa li t-toqba finanzjarja li qed toħloq il-pandemija effettivament se nkunu kapaċi li nsodduha wkoll, bħalma saddejna kull toqba li nstabet wara l-2013. Għal daqshekk biss, pajjiżi oħrajn illum ma jafux fejn se jagħtu rashom.

U waqt li Bernard Grech illu­m iwerżaq bi “tberbiq” fejn jidħlu miljuni li qed imorru biex jindokraw is-saħħa inġe­ nerali taċ-ċittadini u event­ wal­ment l-għajxien tagħhom, ta’ min jiftakar f’kull okkaż­jo­ ni ripetuta ta’ tberbiq ta’ veru li sar sakemm kien hemm Gvern Nazzjonalista. Ħafna minn dawk li għadu mdawwar bihom il-Kap Nazzjonalista sal-ġurnata mqaddsa tal-lum kienu wkoll parti mill-aħħar Kabinett Nazzjona­ lista. L-istess marmalja, li meta kellhom il-poter f’idej­ hom, mhux biss biegħu l-assi kollha li kellu l-pajjiż, wara li rnexxielhom iqarrbuhom lejn il-falliment, iżda saħansitra nixxfu kull riserva li kellu l-Bank Ċentrali ta’ Malta biex anke jissodisfaw il-korruzzjo­ ni flag­ranti li kienet tipprovdi għan-nifs tal-ħajja lill-finanzi tal-Partit innifsu. Għall-Kap tal-Oppożizzjoni dak ukoll kien “l-aħjar żmien” għal pajjiżna!! Hi wkoll raġuni oħra ġustifikata għaliex illum għandna amministrazzjoni Laburista li tgawdi l-fiduċja tal-akbar maġġoranza fil-pajjiż.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.