KullĦadd_15.11.2020

Page 1

MALTA TEGĦLEB LIL ANDORRA 3-1 Il-Ħadd, 15 ta’ Novembru, 2020

Ħarġa Nru 1,427

Prezz €1

Rapport f’paġna 9

JIBDEW JINTUŻAW IS-SEBA’ FLYOVERS KOLLHA F’DAQQA Rapport f’paġni 14 u 15

LOCKDOWNS DEVASTANTI INDIKAZZJONI LI L-EFFETTI FUQ IL-ĦWIENET U R-RESTORANTI F’PAJJIŻI EWROPEJ LI IMPONEW L-AKBAR RESTRIZZJONIJIET ILAĦĦQU SA TLIET DARBIET AGĦAR MIS-SITWAZZJONI LI GĦANDNA F’PAJJIŻNA L-ewwel sinjali mill-effetti mil-lockdowns li ġew imposti fl-aħħar jiem f’għadd ta’ pajjiżi Ewropej diġà rreġistraw riżultati devastanti fuq diversi oqsma. Tagħrif li ħareġ fl-aħħar jiem jixhed kif tal-ħwienet u tar-restoranti, li kienu fost l-agħar li ntlaqtu mill-miżura drastika fil-pajjiżi inkwistjoni, spiċċaw fl-agħar sitwazzjoni li qatt kienu jinsabu fiha mindu faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19. Bil-maqlub, joħroġ li l-istess setturi f’pajjiżna qed jirreġistraw andament li hu sa tliet darbiet aħjar minn dak li qed jesperjenzaw il-Belġju, Franza,

l-Awstrija, il-Ġermanja, ir-Renju Unit u partijiet mill-Italja, fost oħrajn. Fl-aħħar ġimgħa ta’ Ottubru numru ta’ pajjiżi ħabbru li minn dan ix-xahar se jibdew jimplimentaw lockdown fuq l-attività ekonomika. U għalkemm in-natura tar-restrizzjonijiet tvarja fil-pajjiżi kollha, l-ewwel indikazzjonijiet huma li d-deċiżjonijiet qed ikollhom impatt qawwi fuq l-ekonomiji ta’ dawn ilpajjiżi. Bil-maqlub, f’Malta ma ngħatawx xokkijiet simili lin-negozji. Dan ġie kkonfermat minn data li għadha kemm

ġiet ippubblikata minn Google, ibbażata fuq postijiet li ġew iffrekwentati minn persuni li jagħmlu użu minn smartphones fuq perjodu ta’ ġimagħtejn bejn Ottubru u Novembru. Analiżi ta’ din l-istess informazzjoni tindika li, għalkemm diġà kien hemm livelli relattivament baxxi ta’ moviment fi ħwienet u restoranti minn qabel ġew introdotti r-restrizzjonijiet, il-lockdowns wasslu għal waqgħat li kienu ferm aktar sostanzjali. Tkompli f’paġna 3


02

15.11.2020

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 22°C L-Inqas Temperatura: 14°C L-Indiċi UV: 3 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja fuq iċ-ċentru tal-Mediterran ser tippersisti It-Temp: Ftit imsaħħab, f’xi waqtiet ikun ftit jew wisq imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif l-aktar mil-Lbiċ li jsir ħafif għal moderat l-aktar min-Nofsinhar il-Lbiċ Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 22°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

KUNTATT ĠENERALI

23°C UV 3

16°C

Il-Ħamis

22°C UV 2

16°C

19°C UV 3

Il-Ġimgħa

15°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

20°C UV 2

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

14°C

20°C UV 2

15°C

20°C UV 1

13°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 2123 4567 Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21236477 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648 Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara – 21496089 Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird, Ta’ Xbiex – 21341649 Balluta Pharmacy, 7, Pjazza Balluta, San Ġiljan – 21317888 The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 21330376 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Il-Mosta – 21416426 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid – 21694818 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 St. James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar – 21666194 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 21663311 Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop – 21682028 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 21462068 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274 Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat – 21563233 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem – 27203615 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

15.11.2020

MALTA MINGĦAJR IMPATT ŻEJJED

Tkompli minn paġna 1 L-agħar sitwazzjoni s’issa jidher li ġiet irreġistrata fi Franza fejn minn nuqqas ta’ 19% fil-moviment lejn ħwienet u restoranti mqabbel ma’ qabel il-pandemija, wara l-lockdown dan in-nuqqas tela’ għal 54%. L-inqas impatt s’issa jidher li kien fir-Renju Unit, imma dan jista’ jkun minħabba li r-restrizzjonijiet damu ma bdew jiġu implimentati. Fil-fatt jekk wieħed iħares lejn l-aħħar jum analizzat, minflok fuq ġimgħa sħiħa, ir-rata tat-tnaqqis fir-Renju Unit ukoll toqrob lejn il-55%. Fl-Awstrija u l-Belġju t-tħabbir tal-lockdowns wassal għal daqqa enormi fl-attività, li diġà kienet iżjed kajmana qabel meta mqabbla ma’ pajjiżi oħrajn. Ħarsa lejn pajjiżna fl-istess perjodu ta’ bejn l-aħħar ġimgħa ta’ Ottubru u l-ewwel ġimgħa ta’ Novembru wieħed ma jinnota l-ebda impatt addizzjonali. It-tali movimenti lejn ħwienet u restoranti xorta hu 18% inqas milli kien qabel il-pandemija, imma dan it-tnaqqis hu bejn darbtejn u tliet darbiet aħjar minn dak osservat fil-pajjiżi fejn ġie implimentat lockdown. Il-lockdowns jidher li wasslu biex l-attività fil-pajjiżi Ewropej tmur lura għal dak li kienet f’Mejju li għadda fl-ew-

TNAQQIS GĦAL ĦWIENET U RESTORANTI (mqabbel ma’ qabel bdiet il-pandemija) Awstrija

Belġju

Franza

Ġermanja

Renju Unit

MALTA

L-aħħar ġimgħa ta’ Ottubru

-28%

-35%

-19%

-13%

-25%

-18%

L-ewwel ġimgħa ta’ Novembru

-41%

-54%

-54%

-27%

-31%

-18%

wel mewġa tal-pandemija, waqt li s-sitwazzjoni attwali f’Malta, għalkemm mhix tajba daqskemm kienet fis-sajf li għadda, hi kważi d-doppju ta’ dik li kienet fix-xahar ta’ Mejju. Id-deċiżjoni li jissejjaħ lockdown hi waħda serja ħafna u dan joħroġ ukoll meta wieħed iħares lejn data tal-attività f’reġjuni differenti Taljani. Il-Gvern Taljan, flok sejjaħ lockdown fuq il-pajjiż kollu, għażel li jimponih biss fuq erba’ reġjuni. L-istess statistika tal-Google tindika li l-moviment lejn ħwienet u restoranti waqa’ b’mod qawwi fir-reġjuni Taljani fejn issejjaħ lockdown. Pereżempju fil-Lombardija bħalissa l-attività hi 64% inqas milli kienet qabel il-pandemija. Fir-reġjun ġar ta’ Emilia Romagna d-daqqa lill-attività hi ta’ 26%, jew inqas minn nofs. Dan jgħodd għall-erba’ reġ-

Din l-informazzjoni tindika kemm hi għaqlija l-għażla tal-Gvern Malti mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela biex, bħalma kien sar fl-ewwel stadju tal-pandemija, ma jissejjaħx lockdown nazzjonali

juni affettwati u d-differenza tispjega għal xiex bħalissa hemm ħafna konflitt fil-pajjiż fejn ir-reġjuni milqutin qed joġġezzjonaw għar-restrizzjonijiet, waqt li oħrajn qed jiġġieldu biex ma jkunx imiss lilhom. Din l-informazzjoni tindika kemm hi għaqlija l-għażla tal-Gvern Malti mmexxi millPrim Ministru Robert Abela biex, bħalma kien sar flewwel stadju tal-pandemija, ma jissejjaħx lockdown nazzjonali, anke waqt li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista biex tagħmel ħafna pressjoni biex dan iseħħ minnufih. Minbarra li d-deċiżjoni meħuda lokalment salvat l-attività tan-negozji u għenet tissalvagwardja l-għajxien tal-familji, l-evidenza dwar l-effettività medika tal-lockdowns ukoll għadha baxxa. L-Organizzazzjoni Dinjija tasSaħħa (WHO) fil-fatt għadha tieħu pożizzjoni kontra l-lockdowns totali u minflok tissuġġerixxi li l-pajjiżi jinvestu aktar f’contact tracing u ttestjar effikaċi, l-istess strateġija li ttieħdet mill-Gvern Malti. Din id-deċiżjoni fissret li pajjiżna qed ikollu rata ta’ infezzjonijiet li hi erba’ darbiet inqas mill-Belġju, tliet darbiet inqas minn Franza u l-Awstrija, waqt li hi nofs dik fl-Italja. Anke meta nitqabblu mar-Renju Unit u l-Ġermanja, Malta miexja relattivament tajjeb u dan minkejja li bqajna ma dħalniex f’lockdown totali.


04

15.11.2020

L-AĦĦAR TISLIMA LIS-SINDKU QORMI

Is-Sindku maħbub mill-Qriema, Renald Falzon, ingħata l-aħħar tislima lbieraħ filgħodu fil-Knisja ta’ San Ġorġ Martri fl-istess lokal wara li nhar ilĠimgħa sar l-iżgħar vittma tal-COVID-19 fl-età ta’ 46 sena. Bosta residenti, għaqdiet Qriema u persuni distinti, inkluż il-Prim Ministru Robert Abela, ingħaqdu b’rispett lejn dan il-politiku Laburist, li kien maħbub minn kulħadd. Il-kondoljanzi jmorru lil familtu, martu u t-tliet uliedhom.

€4 MILJUN FI PROĠETTI TA’ TĦADDIR F’ŻONI URBANI INVESTIMENT MULTIMILJUNARJU MILL-FLUS TAL-PROGRAMM TA’ ĊITTADINANZA B’INVESTIMENT (IIP) Tliet proġetti fil-Ħamrun, f’Ħal Qormi u fil-Mosta se jkunu qed jitwettqu fi żmien qasir u f’żoni densi ta’ pajjiżna, li se jkunu qed jibdlu wħud mit-toroq ewlenin ta’ pajjiżna f’pulmuni ħodor, grazzi wkoll għall-investiment ta’ kważi €4 miljun mill-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali (NDSF). Għal dan il-għan twaqqfet ukoll taqsima ġdida fi ħdan il-WasteServ imsejħa GreenServ, li se jkollha l-mandat li twettaq proġetti ta’ natura infrastrutturali u ekoloġika fl-inqas żmien possibbli u bl-ogħla standards possibbli.

“Qed nieħdu t-tranżizzjoni ħadra u ekoloġika ta’ pajjiżna għal-livell li jmiss. L-ambizzjoni tal-Gvern favur aktar tħaddir fl-urban qed tieħu imbuttatura ’l quddiem biex noffru kunċetti ġodda ta’ għajxien fl-urban ibbażati fuq prinċipji ekoloġiċi bi proġetti infrastrutturali ħodor għall-familji Maltin u Għawdxin,” qal il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia. Il-Ministru spjega kif il-Gvern qed jimxi wkoll bil-proġett ta’ tisqif tal-mini ta’ Santa Venera, fejn se jiġi implimentat kunċett ġdid ta’ ġnien fuq waħda mill-iktar toroq traffikużi filpajjiż. Studji

ġeotekniċi, li se jsiru fil-bidu tas-sena d-dieħla, se jkunu essenzja­li għall-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett u se jkunu qed jiddeterminaw l-istat tal-ġeoloġija eżistenti u anke x-xogħo­l meħtieġ biex dan il-proġett isir realtà. GreenServ hi diviżjoni fi ħdan il-WasteServ li se tkun qed tara li timplimenta proġetti ta’ tħaddir f’diversi ċentri urbani madwar Malta. Permezz ta’ din id-diviżjoni, WasteServ se tkun qed tkompli twessa’ l-missjoni ambjentali tagħha u se tkun qed tiffoka fuq żoni li huma popolati ħafna u jeħtieġu trasformazzjoni favur il-kwalità tal-ħajja tan-nies. “Dan mhux se jkun proċess ta’ tħaddir b’modi konvenzjonali, imma se jkun qed jiffoka fuq l-aqwa teknoloġiji disponibbli li jistgħu jiġu applikati fis-siti urbani partikolari. L-għan tagħna hu li nagħtu lin-nies spazji ħodor li huma

aktar viċin tad-djar tagħhom. Irridu li t-tfal tagħna jgawdu minn spazji miftuħa, arja aktar nadifa u f’modi ta’ għajxien li mhumiex assoċjati ma’ żvilupp eċċessiv li saru sinonimi maċ-ċentri urbani ta’ pajjiżna,” qal il-Ministru Farrugia. Dwar dan l-investimenti minn miljuni li ġejjin mill-Programm ta’ Investiment Individwali (IIP), is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u Komunitajiet Alex Muscat qal li “nemmnu bis-saħħa fl-importanza ta’ infrastruttura blu u ħadra, li tinkludi l-immaniġġjar tal-ilma, l-addattament għall-klima, it-tnaqqis tas-sħana, aktar bijodiversità, kwalità tal-arja aħjar, produzzjoni ta’ enerġija sostenibbli u ħamrija b’saħħitha. Għal dawn ir-raġunijiet, temmejna investiment bla preċedent fi proġetti ambjentali li joffru kunċett ġdid fi tliet siti urbani, b’investiment ta’ aktar minn €1 miljun f’kull lokalità, biex inkomplu noffru kwalità ta’ ħajja aħjar lil dawn il-komunitajiet.” Hu ħabbar ukoll li għal dan il-proġett qed tiġi kkunsidrata żona fil-Mosta, li fil-preżent għadha mhix aċċessibbli għall-pubbliku. Din l-istess żona se tiġi riġenerata biex tkun miftuħa għall-pubbliku u tkun tista’ titgawda kemm minn residenti u anki minn nies oħrajn li jiġu jżuru dan is-sit.


05

15.11.2020

JITLESTA X-XOGĦOL FUQ L-GĦASSA TA’ MARSALFORN

Ix-xogħol ta’ tisbiħ fuq l-Għassa ta’ Marsalforn, b’investiment ta’ €130,000, tlesta fl-aħħar jiem biex issa din inbidlet f’waħda moderna li tilqa’ b’mod aħjar lil dawk li jkunu jeħtieġu jużawha, speċjalment tul ix-xhur tas-sajf. Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri lbieraħ żaru l-post u esprimew sodisfazzjon għal kif ix-xogħol li sar jikkumplimenta wkoll investiment li

riċentement sar fiż-żona turistika li hi frekwentata wkoll minn eluf ta’ persuni. Il-Ministru Camilleri spjega li din l-għassa, li kienet fi stat mitluq, se tkun aċċessibbli anke għal persuni bi bżonnijiet speċjali tant li ġie installat lift għal dan l-għan. Xogħlijiet oħrajn li saru fil-binja jinkludu titjib fl-infrastruttura u anke investiment fit-teknoloġija. Il-Ministru żied jgħid li, filwaqt li l-viżjoni tal-Gvern hi ta’ aktar pulizija fit-triq,

l-investiment fl-għases mhux se jieqaf, bil-Korp tal-Pulizija qed jistħarreġ kif jista’ juża aħjar dawn il-proprjetajiet. “Fejn għandna għases miftuħa dawn iridu jkunu ta’ livell li jixraq. Dan il-Gvern hu impenjat bis-sħiħ li jinvesti fis-sigurtà tal-pajjiż. Fil-fatt, dan l-investiment huwa parti minn sensiela ta’ proġetti oħrajn,” qal Camilleri, b’referenza għal dak li għadu kif tħabbar fil-Baġit 2021. Min-naħa tiegħu, il-Ministru għal Għawdex qal li

l-proġetti ma jfissrux biss infrastruttura tat-toroq, imma wkoll rinnovar u manutenzjoni f’binjiet li jagħtu servizz lill-poplu. Dan juri li, permezz tal-investimenti infrastrutturali, il-Gvern ikun qed jinvesti wkoll fin-nies li jaħdmu għall-ġid tal-poplu tagħna. Hu temm billi rringrazzja lill-Ministru Camilleri li filpjan ta’ mmodernizzar talgħases tal-pulizija qed jagħti importanza wkoll lil dawk f’Għawdex biex dawk ukoll ikunu aktar siguri.

L-AWTORITÀ TAL-MEDIĊINI F’LIVELL GĦOLI Grazzi għall-investimenti li seħħew fl-aħħar snin, l-Awtorità Maltija tal-Mediċini (MMA) illum hi rikonoxxuta bħala waħda mill-aqwa madwar id-dinja, tant li tiġi fdata minn pajjiżi oħrajn. It-trasformazzjoni pożittiva b’direzzjoni strateġika poġġiet lill-Awtorità fuq bażi soda biex twettaq il-viżjoni tagħha bħala ċentru ta’ eċċellenza, kif ġie kkonfermat din il-ġimgħa minn rapport tal-Awditur Ġenerali li ġie ppreżentat fil-Parlament. F’kummenti lil ONE News, iċ-Ċermen tal-Awtorità l-Professur Anthony Serracino Inglott spjega kif kienu meħtieġa azzjonijiet fuq l-livell amministrattiv, fi-

nanzjarju u tekniku. Hu stqarr kif l-Awtorità jkollha bżonn professjonisti li jkunu għamlu kisbiet akkademiċi kbar fil-qasam u għalhekk ħeġġeġ lill-infermieri Maltin ikomplu jistudjaw u jkunu jistgħu jaħdmu mal-Awtorità. “Mexxejna ’l quddiem l-għerf talMaltin, l-għerf tal-ispiżjara li għandna impjegati fl-Awtorità. Dan għamilnieh b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta fejn l-ispiżjara ġew offruti li jagħmlu dottorat ta’ interess lokali u interess Ewropew,” qal Serracino Inglott. In-numru ta’ ħaddiema fl-Awtorità żdied minn 36 fl-2012 għal 88 fl-aħħar tal-2019. Bl-istess mod, il-pagi tagħha telgħu minn €1.1 miljun għal €3.4

miljun matul l-istess perjodu. Dawn iċ-ċirkostanzi żvolġew wara t-twessigħ fil-mandat tal-MMA li, min-naħa l-oħra, issarraf f’żieda sinifikanti fl-ammont ta’ xogħol għall-Awtorità. Minbarra hekk, diversi sorsi tekniċi kkonfermaw li l-Awtorità għandha stabbiliti numru ta’ sistemi biex taċċerta produzzjoni tal-ogħla kwalità. Dan wassal biex l-Awtorità saret finanzjarjament kapaċi ssostni lilha nnifisha, tant li mill-2016 ’il quddiem irreġistrat bilanċ favorevoli ta’ aktar minn €1 miljun. Ir-rapport tal-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali stabbilixxa li r-reklutaġġ, għalkemm żdied, segwa prattiċi tajbin,

b’policies tal-Awtorità li jistabbilixxu l-proċeduri. Dawn il-konklużjonijiet kienu bbażati fuq 18-il sejħa għall-applikazzjoni li rriżultaw fi 33 reklutaġġ fl-2019 waħedha. Il-Professur Serracino Inglott spjega kif ir-reputazzjoni tajba tal-Awtorità kienet kruċjali biex din tkun tista’ tagħmel xogħlijiet barra minn pajjiżna, filwaqt li ġie mwessa’ l-mandat tagħha. “Issa ksibna reputazzjoni mhux biss f’Malta, imma anke iżjed qawwija mal-Ewropa kollha, bħala Awtorità ta’ ċerta statura. Pereżempju, xogħol, li jrid isir fl-Ewropa u qabel kien isir mill-Awtorità Ingliża l-MHRA, issa ġiet fdata bih l-Awtorità Maltija.”


06

15.11.2020

“PALADIN TAL-GOVERNANZA T-TAJBA” F’ĠIMGĦA MILL-AKTAR IMBARAZZANTI Il-Malti jgħid li min jipponta subgħajh, ikollu erba’ oħra jippuntaw lejh innifsu. Idjoma li żgur tapplika għad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. Dan li, kif jaf kulħadd, magħruf għall-ilsien laxk tiegħu, li dejjem ikun pront jakkuża u jipponta subgħajh lejn kulħadd min-naħa tal-Partit Laburista, fl-istess ħin li jilbes il-kappell tal-puritan, tal-kavallier kontra l-korruzzjoni, tat-tarka għall-governanza t-tajba u saħansitra xi eroj tal-poplu Malti u Għawdxi. Mhux l-ewwel darba li l-akkużi ta’ Azzopardi sfumaw f’invenzjonijiet fabbrikati. U mhux l-ewwel darba wkoll li l-fatti wrew li dak li jkun ħolom bih Azzopardi, ma jkun xejn għajr sitwazzjoni fit-

5 ta’ Novembru Kollox beda mill-programm Xtra ta’ TVM nhar il-Ħamis tal-ġimgħa li għaddiet. Waqt il-programm, Azzopardi kien mistoqsi b’mod dirett mill-preżentatur Saviour Balzan jekk qattx ħa xi ħaġa mingħand il-Grupp Tumas, li s-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, kien imexxi sa ftit taż-żmien ilu. Viżibilment mifxul u skomdu, Azzopardi qal li żgur mhux

tizja. Anke jekk fl-aħħar ġimgħa sab lill-Kap attwali Nazzjonalista Bernard Grech jaqbeż għaliha u ttanta jpinġih daqslikieku hu l-aktar membru indispensabbli li għandha l-politika lokali, Azzopardi nqabad f’sitwazzjoni imbarazzanti li ma setax joħroġ minnha bl-iskandlu tal-vaganza ta’ ħamest ijiem f’Tel Aviv, li għaliha talab lill-familja ta’ Yorgen Fenech biex teħodlu ħsieb għall-akkomodazzjoni. Id-Deputat Jason Azzopardi ilu x-xhur issa jipprova jħammeġ u jfajjar bl-addoċċ suppost konnessjonijiet ta’ persuni ma’ Yorgen Fenech. U kull darba li għamel dan, kien qiegħed jostor il-kon-

mingħand Yorgen Fenech. Għall-mistoqsija speċifika, li ġiet ripetuta lilu “bħall-avukati”, jekk qattx ħa xi ħaġa mill-Grupp Tumas, Azzopardi sostna li ma jiftakarx li qatt ħa xi ħaġa. Mill-istess programm sar magħruf li għad hemm inkjesta kriminali, li nfetħet seba’ snin ilu, dwar korruzzjoni, frodi u miżapproprjazzjoni relatat ma’ deċiżjoni fid-Dipartiment tal-Artijiet fi żmien li Azzopardi kien responsabbli minnu.

nessjoni tiegħu stess ma’ Fenech. Niftakru li qal li qatt ma kien iltaqa’ ma’ Yorgen Fenech, biex imbagħad ħarġet omm Fenech stess u fakkret lil Azzopardi li kien iltaqa’ ma binha f’okkażjoni speċjali – it-tieġ ta’ Yorgen stess. Issa meta tkun mistieden tieġ tkun tal-familja, kollega tax-xogħol jew ħabib tal-qalb! Din il-ġimgħa kienet waħda wkoll speċjali għal Jason Azzopardi, għax reġa’ ħareġ ċar kif dan konvenjentement jipprova jilgħab bl-intelliġenza tal-poplu u jkollhom ikunu terzi li jfakkruh dak li jixtieq li ħaddieħor jinsa. Hawnhekk ġbarna elenku ta’ din l-aħħar ġimgħa fis-saga u iżjed minn hekk. Nimxu pass pass…

6 ta’ Novembru ONE News ġera fi Triq ir-Repubblika l-Belt wara Azzopardi biex jerġa’ jistaqsih jekk qattx ingħata rigali mingħand Yorgen Fenech, imma d-Deputat, li kien akkumpanjat mid-Deputata Therese Comodini Cachia, baqa’ sieket, tbissem u ddeskriva biss il-mistoqsija tal-ġurnalist bħala li “ma titwemminx” (“unbelievable”).

8 ta’ Novembru Il-gazzetti tal-Ħadd jippubblikaw bi prominenza rapporti dwar l-aħħar żviluppi marbuta ma’ Azzopardi u l-konnessjoni tiegħu mal-Grupp Tumas. Fosthom, ilgazzetta Illum tiżvela li Azzopardi bbenefika minn akkomodazzjoni ta’ ħames stilel b’xejn fil-Lukanda Hilton f’Tel Aviv, iffinanzjata kompletament minn Tumas Group. F’kollegament telefoniku fuq ONE Radio, il-Prim Ministru Robert Abela jirreferi għal rapporti ppubblikati u jsostnu kif id-Deputat Azzopardi, li jpinġi lilu nnifsu bħala politiku verġni, fil-verità hu l-oppost t’hekk. Il-Prim Ministru jagħmel appell: “Nappella għal politika li taspira fiduċja fin-nies, onestà, trasparenti. Nemmen f’governanza tajba. Ħadd mhu perfett, imma hemm linji li ma jinqabżux.”

Il-post ta’ Marica Azzopardi Balzan, mart id-Deputat, bit-tagħrif dwar il-mawra f’Tel Aviv, inkluża l-iskuża li ried iqatta’ lejl fuq il-qabar ta’ Kristu.


07

15.11.2020

9 ta’ Novembru

waranofsinhar, il-Whip Glen Bedingfield u l-Ministru Owen Bonnici qalu li l-Kap tal-Oppożizzjoni L-eks mara ta’ Jason Azzopardi tikteb messaġġ Bernard Grech falla bil-kbir fl-ewwel test ta’ govtwil u sinifikattiv fuq il-profil tagħha fuq Facebook ernanza tajba li ġie quddiemu u jkomplu jikxfu fejn qalet li r-ragel tagħha (għax sal-lum għadhom s-sistema ta’ double standards tal-PN. legalment miżżewġin) stqarr li mar Tel Aviv għax Aktar tard il-PN ħareġ stqarrija fejn qal li l-Kap kien mistieden tieġ f’Lulju 2017. “Jista’ jkun li kellu tieġ ieħor f’Tel Aviv. Iżda jie- tal-Partit Bernard Grech iltaqa’ mad-Depuna nista’ nikkonferma li f’Marzu 2017, jiġifieri meta tat Parlamentari Jason Azzopardi, li informah kien għadu jgħix miegħi, konna mistednin għat- bid-deċiżjoni tiegħu biex jitlob lill-Kummissjoni tieġ tat-tifla tar-Rabbi f’Tel Aviv. Għal dan it-tieġ Etika, Dixxiplina u Midja Soċjali tinvestigah b’rabta jiena kont mistiedna wkoll għax l-invit tat-tieġ ġie mal-istejjer ippubblikati dwaru u Yorgen Fenech. għandi d-dar. Iżda r-raġel tiegħi ried li jmur waħdu Il-PN qal li b’effett immedjat, Azzopardi ssospengħal dan it-tieġ għax qalli li wara t-tieġ kien sejjer da ruħu mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista u Ġerusalemm u se jagħmel lejl fuq il-qabar ta’ Kris- mix-Shadow Cabinet sakemm tintemm din l-intu, għax għandu bżonn joqgħod ftit waħdu. Meta vestigazzjoni. ġie lura d-dar, xi jiem wara skoprejt li t-tieġ ma marx waħdu, iżda ħa lill-partner preżenti miegħu Stqarrija sussegwenti mill-Partit Laburista biex tirribatti għal dan, ingħad li fuq allegazzfloki,” stqarret Marica Azzopardi Balzan. F’konferenza tal-aħbarijiet mill-Partit Laburista jonijiet serji dwar id-Deputat Nazzjonalista, il-

10 ta’ Novembru F’kitba oħra fuq il-paġna soċjali tiegħu, Azzopardi jiftakar eżatt x’kien ġara b’konnessjoni mal-mawra f’Tel Aviv u ddikjara li messu insista biex iħallas il-kont kollu u mhux biss it-taxxi u spejjeż żejda tal-jiem li qatta’ mas-sieħba tiegħu fil-Lukanda Hilton, li kienet imħallsa mill-familja Fenech. Riċerka li għamel ONE News jirriżulta li kamra normali f’din il-lukanda għal ħamest ijiem tiswa mal-€2,000. L-establishment Nazzjonalista joħroġ għonqu għal wieħed mill-perċimes tiegħu u pprova jimminimizza l-għagħa li nqala’ bl-aħbar taż-żjara f’Tel Aviv. Fost l-esponenti ewlenin li ppruvaw jgħattu x-xemx bl-għarbiel kien hemm Manuel Delia, l-Eks Chief of Staff tal-Ministru Austin Gatt. Dan li kkonferma kemm il-PN spiċċa f’idejhom meta ġie elett Grech flok Adrian Delia, iddeskriva l-istorja bħala “kont żgħir ta’ lukanda għal Azzopardi”. Separata mill-kwistjoni ta’ Tel Aviv, imma bla dubju konnessa diretta mal-ipokrisija ta’ Azzopardi, mill-Qorti joħroġ li l-Maġistrat Rachel Montebello tordnalu jispjega kummenti li għadda waqt programm fuq l-istazzjon tal-Knisja, meta implika ħtija fuq Yorgen Fenech għall-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. F’digriet wara rikors ippreżentat mid-difiża ta’ Fenech, il-Maġistrat Montebello tgħid li kien “tal-mistħija” li l-atti tal-każ li kienu għad iridu jiġu ppreżentati fil-Qorti, kienu qed jixxandru lill-midja. “Dan hu att ta’ disprezz għall-istituzzjonijiet ġudizzjarji u jdgħajjef l-integrità tal-proċeduri u amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja,” qalet il-Maġistrat, waqt li esiġiet li Azzopardi jrid iwieġeb għal dan fil-jiem li ġejjin. Fi stqarrija l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler qal li, għalkemm ma setax jinvestiga l-aġir ta’ Azzopardi u l-vaganza f’Tel Aviv, tenna li rigal li seta’ nxtara lil Ray Fenech ta’ Tumas Group ma jpattix biex iħassar il-ħlas ta’ ħamest iljieli t’akkomodazzjoni f’lukanda ta’ ħames stilel bħalma hi l-Hilton ta’ Tel Aviv. Hyzler intalab minn Azzopardi stess biex jinvestigah, anke jekk konxju li l-Liġi kienet iċċaħħdu milli jagħmel dan.

PN ħareg jgħid li Azzopardi “awto-ssospenda” ruħu mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. “Li jfisser li Bernard Grech ma ħa l-ebda deċiżjoni għax m’għandu l-ebda saħħa fuq Azzopardi u jiddeskrivi l-mossa bħala waħda finta,” qalet l-istqarrija. F’kitba fuq il-paġna soċjali tiegħu, Jason Azzopardi ftaħar li rċieva ħafna messaġġi ta’ kuraġġ, tant li ma jistax ilaħħaq magħhom. “Għadkom ma tafunix. Jien Pawlist. Nazzjonalist minn Raħal Ġdid. Kburi,” qal Azzopardi. Il-ġurnal MaltaToday jirrapporta li meta Azzopardi talab l-għajnuna tal-Grupp Tumas għal akkomodazzjoni f’Tel Aviv f’Marzu tal-2017, il-PN kien diġà qed jegħreq fil-ħama taħt it-tmexxija ta’ Simon Busuttil minħabba donazzjonijiet ta’ flus mill-Grupp DB, moħbijin wara reklami finta, biex isostnu s-salarji tal-ogħla uffiċjali tiegħu.

Sezzjoni E Paragrafu 5(h) tal-Iskeda tal-Kap 113: Membru tal-Kamra tad-Deputati, li jkun għamel żjara barra minn Malta, li tkun ġiet imħallsa kollha kemm hi jew f’parti minnha minn xi persuna, grupp jew kumpanija li jkollha interess dirett f’leġiżlazzjoni li tkun quddiem il-Kamra, għandu jiddikjara dak il-fatt f’reġistru miżmum mill-Ispeaker għal dak il-għan u li jkun miftuħ għall-ispezzjoni tal-pubbliku. 11 ta’ Novembru Magħfus għal kumment dwar il-każ Tel Aviv, ilKap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ma jirrispondix, imma jiddeskrivi lil Azzopardi bħala politiku ta’ kwalitajiet kbar li għamel ħafna ġid lil Malta, xi ħaġa li “tinkwieta lill-Partit Laburista”. Il-ġurnal Times of Malta jgħid li l-mawra ta’ Azzopardi f’Tel Aviv kisret il-kodiċi ta’ etika tal-Membri Parlamentari, wara li dan naqas milli jiddikjara, kif kien obbligat li jagħmel, ir-rigal mingħand il-Grupp Tumas. Artiklu separat fil-MaltaToday jagħti sitt punti għal xiex Azzopardi naqas sew meta ħeba l-ħlas lilu tal-akkomodazzjoni f’Iżrael, fosthom: 1. Dnub ta’ ommissjoni talli ma ddikjarax ir-rigal; 2. Azzopardi jistenna li ħaddieħor iġib ruħu b’mod etiku, imma meta ma kienx taħt il-lenti, ma setax jirreżisti milli japprofitta ruħu għall-vantaġġ personali minn konoxxenzi fid-dinja tan-negozju; 3. Azzopardi jsostni li ma stenniex li l-akkomodazzjoni tkun b’xejn, imma jammetti li talab għajnuna mill-Grupp Tumas għal dan minflok fittex fuq l-internet, kif ġeneralment jagħmel kulħadd; 4. Azzopardi ħassu obbligat li jagħti rigal tal-fidda lil Fenech, imma din it-tranżazzjoni ta’ rigali qatt

12 ta’ Novembru Fl-editorjal tiegħu, il-ġurnal The Malta Independent jgħid li Azzopardi issa ma jistax jipprova jiddevja l-attenzjoni (“Who’s trying to divert attention now?”), waqt li jagħti ħarsa lejn l-aġir tad-Deputat li l-ewwel bħal speċi skuża ruħu għall-fatt li aċċetta rigal mill-Grupp ta’ Yorgen

ma ġiet iddikjarata b’mod li kienet tħassar kull sens ta’ obbligu. L-Eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia jiftħilha fuq NET FM stess kontra Azzopardi u wara telefonata minn semmiegħ li qanqal is-suġġett, pront daħal biex jikkwota ċ-ċanfira li ta l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika lid-Deputat li lilu għamillu ħajtu nfern fit-tliet snin li għamel imexxi l-Partit, sempliċiment għax ma kienx parti mill-establishment. Hu qal li “għad-dikjarazzjoni ta’ Dr. Azzopardi li hu rreċiproka l-ospitalità b’rigal tal-fidda, għandi nosserva bħala prinċipju ġenerali u dan b’ebda riflessjoni fuq il-mertu ta’ dan il-każ, li jekk deputat jingħata rigal, inkluż ospitalità u jirreċiprokah b’rigal min-naħa tiegħu, dan ma jikkanċellax ir-rigal mogħti lid-deputat u ma jeżentax lid-deputat mid-dispożizzjoni relevanti tal-kodiċi ta’ etika tal-membri tal-Kamra tad-Deputati.” L-eks mara ta’ Azzopardi terġa’ tirrikorri għal Facebook fejn tibgħat messaġġ qasir, imma wkoll sinifikanti. “Min jirredikola lil oħrajn biex jgħatti n-nuqqasijiet tiegħu, hu essenzjalment persuna miskina. Juri li wieħed ikun niżel fl-abbissi.” Ħabiba tagħha tirrispondiha, “Oh Ġesù! Juża l-qabar ta’ Kristu biex jaħbi l-qerq u infedeltà!”

Fenech, imma ftit wara qal li din hi storja vvintata mill-Partit Laburista. Il-ġurnal jgħid li inqas minn 12-il siegħa wara li għamel apoloġija, ħareġ jgħid li l-Gvern ivvinta storja fuqu. Imma bi kliem ċar, l-Editur tal-Independent jagħti ċamata lil Azzopardi u jgħid li ċertament, l-istorja ta’ Tel Aviv mhix aħbar falza.


08

15.11.2020

Ritratt: CLIFTON FENECH / DOI

€5 MILJUN GĦAX-XIRI TA’ 20 APPARTAMENT IEĦOR GĦAL PUTTINU

Waqt l-iffirmar tal-ftehim li bih il-Gvern se jgħaddi €5 miljun lil Puttinu Cares Il-Prim Ministru Robert Abela ppresieda fuq l-iffirmar ta’ ftehim, li, permezz tiegħu, il-Gvern Malti se jipprovdi €5 miljun mill-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF) lill-Fondazzjoni Puttinu Cares biex tkun tista’ tinvesti f’aktar appartamenti fiċ-ċentru ta’ Londra, ftit ’il bogħod mill-Isptar Great Ormond. F’konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja nhar it-Tlieta, il-Prim Ministru fisser is-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-ftehim u appella biex bħala poplu nibqgħu solidali u nwieżnu lil xulxin f’mumenti ta’ diffikultà hekk kif qed jiġri bħalissa fiż-żmien tal-pandemija. “Dak li qed niffirmaw illum hu riflessjoni tal-karatteristiċi sbieħ li għandu l-poplu Malti li f’mument ta’ diffikultà nkunu katina waħda biex nagħtu l-appoġġ tagħna lil xulxin,” qal il-Prim Ministru. Akkumpanjat mid-De­putat Prim

Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna, Dr Abela qal li l-idea tal-proġett nibtet erba’ snin ilu meta kien għadu volun­tier ma’ Puttinu u minn hemmhekk bdiet ħidma biex jinġieb il-finanzjament għalih. Stqarr li sa riċentement kien hemm mumenti li dan il-ftehim seta’ sfratta, iżda l-Gvern emmen li s-saħħa tal-pazjent Malti tirbaħ fuq kull konsiderazzjoni oħra. Il-Prim Ministru qal li dan il-ftehim seta’ jimmaterjalizza permezz ta’ fondi li ġew imġemmgħin fl-NDSF mill-Programm ta’ Investiment Individwali (IIP) u meta jsir il-konvenju għax-xiri tal-proprjetà, il-Fond se jgħaddi €5 miljun lill-Puttinu flimkien ma’ pagamenti oħrajn li se jagħmlu tajjeb għall-użu tal-appartamenti. Dr Abela tkellem dwar il-viżjoni tal-Gvern fil-qasam tal-mard fejn

sostna li l-inkwiet għandu jerfgħu l-Gvern. Qal li l-inqas ħaġa li persuni morda jkollhom fuq moħħhom huma l-kwistjonijiet finanzjarji. Qal li għalhekk dan il-ftehim jgħaqqad mal-valur li l-piż tal-batut u tal-marid jerfgħu l-Gvern. Il-Prim Ministru radd ħajr lil kull per­suna li tul is-snin iddedikaw lilhom infushom għal Puttinu Cares, inkluż dawk li spiċċaw tilfu xi persuna għażiża. Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna qal li hu kburi li l-Gvern wasal għal dan il-ftehim ma’ Puttinu Cares, li hi fondazzjoni li tagħmel ħafna ġid għax tagħti serħan il-moħħ lill-familji li jkollhom bżonn appartament flIngilterra waqt żmien ta’ mard. Il-Ministru Scicluna spjega li l-Gvern se jħallas rata ta’ £80 għallapparta­menti li Puttinu tmexxi f’Sutton u £170 għall-appartamenti li se

tkun qed tmexxi fiċ-ċentru ta’ Londra. Ħabbar ukoll li se tingħata għotja annwali ta’ £150,000 mill-bidu tas-sena d-dieħla u qal li dan il-ftehim ikopri perjodu ta’ 15-il sena. Il-Ministru qal ukoll li dan ilftehim se jagħti serħan il-moħħ lillbanek biex jagħtu s-self meħtieġ lillPutinu Cares mingħajr ma l-Gvern jidħol għal garanziji. Hu saħaq ukoll fuq it-trasparen­za ta’ dan il-ftehim u qal li f’każ li l-organizzazzjoni tiġi xolta, il-proprjetà tgħaddi f’idejn organizzazzjoni oħra li għandha l-istess għan. Min-naħa tiegħu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-ftehim fisser ġurnata sabiħa ħafna għas-servizz tas-saħħa. Spjega li parti mis-servizz li joffri l-Gvern lill-pazjenti Maltin hu kura barra minn xtutna f’ċentri speċjalizzati għall-każijiet rari. Fearne qal li kull sena jintbagħtu mat-800 pazjent barra minn xtutna u li l-maġġoranza tagħhom imorru fi sptarijiet f’Londra. Hu spjega li l-Gvern iħallas b’mod komplut l-ispiża tal-isptarijiet flimkien mal-passaġġ tal-ajru lill-pazjenti u liż-żewġ ġenituri f’każ ta’ tfal. Ħabbar li s-sena l-oħra tħallsu l-passaġġi ta’ 200 ġenitur u €250,000 f’servizz ta’ trasport għall-pazjenti Maltin minn u lejn l-isptarijiet. Id-Deputat Prim Ministru spjega li permezz ta’ dan il-ftehim il-ġdid ma’ Puttinu, il-pazjenti se jkollhom kura aktar ħolistika għax se jkunu qegħdin jgħixu f’ambjent ta’ komunità fejn jingħataw l-appoġġ kollu meħtieġ. Min-naħa tiegħu, Dr Victor Calvagna mill-Fondazzjoni Puttinu fisser ilftehim bħala memorabbli għall-poplu kollu. Hu spjega li, wara ħafna ħidma, instabet proprjetà nofs siegħa biss ’il boghod mill-qalba ta’ Londra. Sostna li bl-appoġġ finanzjarju mill-Gvern, Puttinu Cares se jkollha proprjetà li se tgħin lill-poplu Malti daqskemm għenu l-proprjetajiet f’Sutton. Dr Calvagna qal li kulħadd għandu jkun kburi b’dan il-ftehim għax se jnaqqas it-tbatijiet tan-nies li jkunu jeħtieġu kura speċjalizzata fl-Ingilterra. Hu temm billi radd ħajr lill-Prim Ministru u lill-Ministeri tas-Saħħa u tal-Finanzi għall-kontribut li taw biex seħħ dan il-ftehim, li ġie ffirmat minn Angele Cuschieri f’isem Puttinu Cares u mis-Segretarji Permanenti fil-Minis­teru għasSaħħa u fil-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji.

L-FŻL B’SEHEM FIL-“100 IDEA” LABURISTA Waqt li kien qed jieħu sehem f’workshops tal-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL), il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li ż-żgħażagħ huma l-mexxejja tal-lum. Hu insista wkoll favur kandidatura iżjed żagħżugħa fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, waqt li stqarr li kull fejn hemm mexxejja li huma żgħażagħ hemm riżultati ta’ suċċess, xhieda ta’ dan hu wkoll il-Kabinett tiegħu llum. L-FŻL din il-ġimgħa ħejja numru ta’ workshops bħala parti integrali mill-proċess ta’ konsultazzjoni imsejjaħ “100 Idea” mniedi mill-Partit Laburista, fis-sena li qed timmarka l-100 anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Il-proġett “100 Idea” għandu l-għan li jkompli jattira nies minn kull faxxa tas-soċjetà u jinstiga diskussjonijiet politiċi biex jitpoġġew fiċ-ċentru tal-ħidma

tal-istess Partit. L-ideat li se jiġu proposti minn dawn il-konsultazzonijiet se jirriflettu l-interess tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi. Skont il-President tal-FŻL Georvin Bugeja, dawn l-ideat se jkunu strumentali u parti integrali fil-manifest elettorali Laburista fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. L-ekonomija, is-saħħa mentali, Għawdex, il-kunsilli lokali, l-ambjent u l-ugwaljanza huma biss xi wħud mis-suġġetti li ddiskutew iż-żgħażagħ fl-attività organizzata din il-ġimgħa. Bis-saħħa ta’ dawn il-workshops, iż-żgħażagħ ikomplu jingħataw iċ-ċans jipparteċipaw u jużaw il-potenzjal tagħhom. Iż-żgħażagħ huma l-katalisti tal-bidla, li hi meħtieġa biex il-pajjiż ikompli jimxi ’l quddiem minn kull aspett, speċjalment dak ekono-

miku. L-argumenti profondi li ħarġu matul dawn il-workshops ikomplu jiġġustifikaw l-importanza talpreżenża żagħżugħa filwaqt li jagħtu kuraġġ li pajjiżna lest biex ikompli jinbidel. Il-vuċi żagħżugħa kompliet issawwar u ssaħħaħ dan il-proċess u dan kompla jikkonfermah id-Depu­tat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista Daniel Micallef li stqarr li dan il-proġett ma kienx ikun wieħed komplut mingħajr il-vuċi żagħżugħa. Huwa kompla jisħaq li biex il-Partit Laburista jkun kapaċi jimplimenta l-ġustizzja soċjali jrid ikompli jtajjar il-bandiera progressiva fejn l-ekonomija tkun fiċ-ċentru. Dan biss jista’ jseħħ b’moħħ żagħżugħ li kapaċi jqanqal ideat ġodda u jmur lil hinn mill-istatus quo.


09

15.11.2020

Ritratt: MFA

MALTA TEGĦLEB LIL ANDORRA 3-1

€20M INVESTITI MILL-MIA F’1,300 PARKEĠĠ ĠDID L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) din il-ġimgħa inawgura 1,300 parkeġġ imqassmin fuq diversi sulari fil-blokka ġdida msejħa “Park East”, wara investiment ta’ madwar €20 miljun. Il-proġett, li ħa inqas minn sentejn biex jitwettaq, se jkompli jtejjeb l-esperjenza fl-MIA, speċjalment ladarba l-industrija tal-ivvjaġġar tibda tirkupra. “Park East” jinkorpora fih żona ċentralizzata għal 17-il kumpanija tal-kiri tal-karozzi, li joperaw mill-Ajruport. Fil-ġimgħat li ġejjin, ilproċess biex wieħed jikri karozza se jsir ħafna aktar konvenjenti, minħabba li l-passiġġieri se jkunu jistgħu jiġbru u jħallu l-vetturi f’post wieħed li se jkun konness direttament mat-terminal permezz ta’ mina u passaġġ mgħotti, li qed isiru xogħlijiet fuqhom bħalissa. Is-sular ta’ fuq tal-parkeġġ, li jakkomoda aktar minn 450 spazju għall-vetturi tal-ħaddiema tal-Ajruport stess, se jintuża wkoll għall-installazzjoni ta’ sistema fotovoltajka s-sena d-dieħla, li tiġġenera l-enerġija kollha kkonsmata fil-binja stess. Il-proġett ta’ “Park East” kien wieħed minn żewġ investimenti prinċipali li ma ġewx sospiżi mill-kumpanija meta faqqgħet il-COVID-19, anke għaliex kienu diġà fi stadju avvanzat. Fl-2018 u l-2019, l-MIA rebaħ it-titlu tal-Aqwa Ajruport

fl-Ewropa minn ACI, waqt li fl2016 ingħata erba’ stilel minn Skytrax. Bl-iskop li jsaħħaħ is-sehem tiegħu lejn il-patrimonju kulturali u ambjentali Malti, fl-2014 l-Ajruport waqqaf ukoll il-Malta Airport Foundation, organizzazzjoni mmexxija b’mod indipendenti u li ma tagħmilx qligħ.

Wirja oħra mill-aqwa għat-tim nazzjonali Malti hekk kif proprju lbieraħ ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 3-1 kontra Andorra fil-Grawnd Nazzjonali f’Ta’ Qali. Malta issa żammet postha t-tieni fil-Grupp D1 tal-UEFA Nations League b’total ta’ tmien punti. Kienu Andorra li fetħu l-iskor kmieni fil-partita permezz ta’ Marc Rebes u r-riżultat baqa’ ma nbidilx sa tmiem l-ewwel taqsima. It-tim Malti ħareġ mill-ewwel fuq l-attakk fit-tieni taqsima u proprju fil-55 minuta għamel l-iskor indaqs

meta,minn azzjoni ta’ korner ta’ Teddy Theuma, kien Emili Garcia li tefa’ l-ballun fix-xibka tiegħu stess u għamel l-iskor 1-1. Tliet minuti biss wara, il-Maltin għamlu l-iskor 2-1 permezz ta’ Jurgen Degabriele. Fl-aħħar mumenti talpartita kien is-sostitut Shaun Dimech, wara biss ftit minuti fil-grawnd, li skorja t-tielet gowl għal pajjiżna għal skor finali ta’ 3-1. Malta issa se tkun fl-azzjoni nhar t-Tlieta li ġej konra l-Gżejjer Faroe flaħħar logħba tal-grupp.


10

15.11.2020

IT-TĦEJJIJIET GĦAL KULL EVENTWALITÀ FI BREXIT Il-Gvern ħejja dokument ta’ tagħrif dwar Brexit, flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija, li ġie diskuss ma’ diversi stakeholders li għandhom interess dirett f ’dak li se jiġri fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit wara l-1 ta’ Jannar li ġej. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, id-Direttur Ġenerali talUnit ta’ Kordinament tal-Unjoni Ewropea Glenn Micallef u l-President tal-Kamra tal-Kummerċ il-Perit David Xuereb, nhar il-Ħamis nedew pubblikazzjoni mimlija tagħrif importanti dwar Brexit. Sa din il-ġimgħa stess kienu għadhom għaddejjin in-negozjati bejn l-UE u r-Renju Unit dwar il-ftehim li għandu jseħħ wara Brexit u dan il-ftehim għandu jiddetermina x’tip ta’ relazzjoni se jkun hemm bejn iżżewġ naħat. Hemm tliet xenarji possibbli: jew jintlaħaq ftehim qabel l-aħħar ta’ din is-sena; jew ma jintlaħaq ebda ftehim; inkella jintlaħaq ftehim wara li jintemm il-perjodu tranżitorju. Wara kważi sena ta’ perjodu tranżitorju li fih ir-Renju Unit kien għadu parti mis-suq Ewropew u suġġett għal-liġijiet tal-istess UE, mal-UE mingħajr xi tip ta’ ftehim li mill-1 ta’ Jannar 2021 ir-Renju Unit jirregola r-relazzjoni futura. F’dan ilkaż, id-differenza maġġuri hi li issa jibda titqies bħala pajjiż terz. Kemm jekk jintlaħaq ftehim kif ċ-ċittadini Ingliżi li jkunu f ’Malta sa ukoll jekk ma jintlaħaqx, il-fatt li tmiem il-perjodu tranżitorju se jkollr-Renju Unit se jispiċċa pajjiż terz hom id-drittijiet tagħhom garantiti għall-UE se jġib miegħu bidliet li anke fil-futur. B’hekk, ġew anke salanke f ’pajjiżna rridu nħejju għali- vagwardjati l-interessi taċ-ċittadini hom, għax jimpatta bosta oqsma tal-istati membri. Waqt it-tnedija tal-pjan ta’ azzekonomiċi u soċjali, fuq livell nazzjonali daqskemm fuq livell Ewropew. joni, il-Ministru Bartolo tkellem dwar ir-relazzjonijiet bilaterali futuri Il-Gvern Malti dejjem sostna bejn Malta u r-Renju Unit li l-UE għandha jkollha u stqarr li, filwaqt li l-aktar relazzjoni qrib fuq materji ta’ kompossibbli u li l-aħjar petenza Ewropea triq għal kulħadd għandna nħalhi li jkun hemm lu lid-delegat ftehim li jirBħala Gvern speċjali tal-UE regola r-relabiex jinnegozzjoni futura. ippreparajna zja f’isimna, Il-prudenbħala stat za lokali titbis-sħiħ biex sovran irridu lob li nkunu il-qasam tan-negozju nagħtu kas mħejjijin għal ukoll ir-relazzkull eventwalwkoll ikun ippreparat jonijiet bilaterità. Il-prepaali li jmorru lura ramenti mingħal kull aktar minn żewġ naħa tal-Gvern eventwalità sekli. ilhom għaddejjin F’dan il-kuntest, hu għal dawn l-aħħar rrefera għall-arranġasentejn, tant li sena ilu menti eżistenti bejn Malta u kollox kien lest għax-xer-Renju Unit fir-rigward tas-saħħa u narju li kien quddiemna dakinhar, jiġifieri li t-tluq tar-Renju Unit isir l-kura speċjalizzata, liema arranġamenti “se nkomplu nsaħħu biex inmingħajr ftehim. Dawk il-preparamenti għadhom ħarsu l-aqwa interessi taċ-ċittadini jgħoddu wkoll għas-sitwazzjoni tal- tagħna, irrispettivament mill-eżitu lum, kemm-il darba l-Gvern Ingliż jid- tan-negozjati fuq livell Ewropew.” Ingħad li l-importanti f’dan l-istdeċiedi li jtemm ir-relazzjoni tiegħu

adju hu li jitwassal il-messaġġ li ma hemm l-ebda lok għall-allarm jekk kulħadd ikun ippreparat. B’mod partikolari, il-Ministru Bartolo ħeġġeġ liċ-ċittadini Maltin li jgħixu fir-Renju Unit u liċ-ċittadini tar-Renju Unit li jgħixu f’Malta biex japplikaw fl-iskemi rispettivi mill-aktar fis possibbli biex jirreġistraw ir-residenza tagħhom. F’dan ir-rigward tkellem ukoll is-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi li stqarr li “bħala Gvern ippreparajna bis-sħiħ biex il-qasam tan-negozju wkoll ikun ippreparat għal kull eventwalità. Il-ħidma bdiet f’livell ta’ Kabinett u saret kordinazzjoni bejn il-Ministeri u l-entitajiet tal-Gvern biex ħejjejna rwieħna. Kien hemm każi fejn żdiedu r-riżorsi amministrattivi f’entitajiet bħad-Dwana ta’ Malta li anke prepara korsijiet ta’ taħriġ għal entitajiet kummerċjali f’każ li dawn jintalbu.” Il-Gvern daħal fid-dettall ma’ entitajiet partikolari li se jintlaqtu direttament, bħall-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Hu qal li d-dokument li tħejja jirreferi għall-impatt li se jinħass fuq it-trasport, l-ivvjaġġar u l-konnettività mar-Renju Unit. Dettalji oħrajn jittrattaw id-drittijiet taċ-ċittadini. “Importanti li kulħadd iżomm quddiem għajnejh li mill-1 ta’ Jannar li ġej, ir-Renju Unit se jibda jitqies bħala pajjiż terz u għaldaqstant se jkun hemm impatt fuq l-oqsma tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti

u servizzi, il-kwalifiċi professjonali taċ-ċittadini u l-proċeduri u t-tariffi ġodda li se japplikaw. Il-pjan t’azzjoni li nedejna hu mimli tagħrif li b’mod komprensiv jindirizza dawn l-oqsma kollha. Hemm informazzjoni utli wkoll dwar oqsma bħal standards ta’ prodotti importati u l-moviment ta’ annimali domestiċi,” kompla s-Segretarju Parlamentari. F’dan ir-rigward, id-Dwana ta’ Malta ħabbret li aġġornat il-website uffiċjali tagħha b’tagħrif ġdid relatat. Hi qalet li nħolqot taqsima ġdida msejħa “Brexit”, li tiġbor fiha gwida relatata ma’ effetti fuq negozji varji, anke fil-perjodu ta’ tranżizzjoni, u avviżi li jinħarġu mid-Dipartiment. Bħala parti mill-kampanja ta’ informazzjoni li ġiet varata fl-aħħar jiem, id-dokument jista’ jkun aċċessat ukoll online fis-sit brexit.gov.mt li jiġi aġġornat kontinwament b’avviżi u informazzjoni dwar Brexit. Minbarra hekk tiġi offruta assistenza diretta liċ-ċittadini u lin-negozji permezz tal-Brexit Helpline 153, filwaqt li qed jitwieġbu mistoqsijiet individwali jew speċifiċi li jintbagħtu b’email fuq brexit@gov.mt. Waqt it-tnedija tat-tagħrif intqal li bla dubju ħafna kienu jixtiequ li r-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit ma jaslux sa dan il-punt, imma ladarba ż-żewġ naħat qegħdin f’dan l-istadju l-Gvern Malti ried ikun ċert li Malta, il-Maltin u l-Għawdxin ikunu mħejjijin bl-aħjar mod għal kull impatt li tista’ ġġib Brexit.


11

15.11.2020

OPPORTUNITÀ GĦAL NEGOZJU F’SUQ BARRANI NEGOZJI F’MALTA F’LAQGĦA DIRETTA MA’ KUMPANIJI MILL-AFRIKA T’ISFEL PERMEZZ TAN-NETWORK MALTA BNI Imprendituri mill-Afrika t’Isfel qegħdin ifittxu li jestabbilixxu kuntatti kummerċjali diretti ma’ imprendituri f’Malta li jixtiequ jespandu fi swieq barranin. Għal dan ilgħan, nhar il-Ħamis li ġej, 19 ta’ Novembru, se ssir laqgħa virtwali konġunta bejn Malta u l-Afrika t’Isfel, organizzata mill-BNI, fis-7:00 a.m. permezz ta’ Zoom. Aktar minn 30 imprenditur minn Gauteng, iċ-ċentru finanzjarju u ekonomiku tal-Afrika t’Isfel, se jieħdu sehem f’din is-sessjoni introduttorja ta’ madwar sagħtejn u nofs. Guateng tinsab biss xi 50 kilometru ’l bogħod mill-kapitali Johannesburg, u hi l-bieb biex isir negozju fil-bqija tal-Afrika. Minbarra hekk, dan id-distrett jikkontribwixxi 33% lejn l-ekonomija nazzjonali tal-Afrika t’Isfel, u xejn inqas minn 10% għall-PGD tal-kontinent Afrikan kollu. Dawn l-imprendituri jiffurmaw parti minn BNI Triple 1 u għadhom kemm iċċelebraw it-tielet sena tagħhom bħala kapitlu tal-BNI, li hi l-ikbar organizzazzjoni fid-dinja għar-riferimenti tal-kummerċ. Il-President tal-kapitlu, Paul Malherbe, qal: “Smajna li Malta BNI qed twettaq programm ta’ kuntatti internazzjonali attiv ħafna, u li għall-membri tagħha qed tagħmel kuntatti kummerċjali ma’ kumpaniji fl-Italja, Franza, id-Danimarka, Ċipru, u aktar ’il bogħod bħall-Indja u l-Malażja. Għalhekk ma ridniex nitilfu l-opportunitajiet ta’ negozju possibbli ma’ imprendituri fis-suq Malti. Nifhmu wkoll li numru ta’ imprendituri barra mill-UE jikkunsidraw lil Malta bħala punt ta’ dħul tajjeb għas-suq enormi Ewropew. Għal dan il-għan, mal-membri tal-Malta BNI, irridu nesploraw possibbiltajiet bħal dawn ta’ benefiċċju reċiproku. L-istedina tagħna hi miftuħa wkoll għal kull persuna fin-negozju f’Malta li tixtieq tissieħeb f’din il-laqgħa konġunta bejn imprendituri mill-Afrika t’Isfel u minn Malta.”

Id-Direttur Nazzjonali tal-Malta BNI David Bullock qal: “Matul l-2020, il-Malta BNI ħolqot inizjattivi ġodda. Dan minbarra li ġġenerat aktar negozju għal u fost il-membri tagħha f’Malta. Bdiet twettaq ukoll programm dinamiku li qed jesplora u joħloq relazzjonijiet kummerċjali sinifikanti ma’ diversi tipi ta’ negozji f’diversi pajjiżi. Filwaqt li fi żminijiet ta’ qabel il-COVID-19, kumpanija kellha talloka ammont sinifikanti ta’ ħin u finanzi biex tinvesti fl-iżvilupp tan-negozju, speċjalment barra minn Malta, fl-aħħar xhur il-Malta BNI, permezz ta’ network dinji ta’ aktar minn 9,750 kapitlu, bdiet toffri kuntatti bħal dawn fuq platt tad-deheb, u prattikament b’xejn. “Aħna nemmnu fil-kunċett ta’ Givers’ Gain. Kien proprju dan li wassal biex f’34 sena, in-network tal-BNI kiber minn 10 negozjanti biss għal aktar minn 220,000 membru madwar id-dinja. U tul din il-pandemija qed jikber b’rata aktar mgħaġġla minħabba l-valur li toffri l-BNI lin-negozji ta’ kull tip u daqs: minn professjonist li jopera waħdu sa kumpaniji żgħar u medji li fil-BNI sabu mezz kif iżidu l-operat tagħhom,” kompla Bullock. Il-laqgħa se ssir bejn is-7:00 a.m. u d-9.30 a.m. u tkun bl-Ingliż. Membri u viżitaturi li jattendu din il-laqgħa se jkollhom l-opportunità li jippreżentaw il-kumpaniji tagħhom, il-bżonnijiet tagħhom u s-swieq ta’ interess għalihom. Negozji f’Malta li mhumiex membri tal-BNI qed ikunu mistiedna wkoll biex jattendu, bla ħlas, għal din il-laqgħa virtwali biex huma wkoll jesperjenzaw ftit mill-potenzjal kbir li tista’ toffri d-dimensjoni internazzjonali tal-BNI, speċjalment f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida. Għal aktar tagħrif, tista’ tintbagħat email lil Viviana Premazzi fuq viviana@gmdmalta.com jew lil David Bullock fuq david.malta.bni@ gmail.com inkella lil Carmel Bonello fuq carmelbonello2020@outlook.com.

IL-PROGRAMM TA’ RESIDENZA SE JKOMPLI JITJIEB IL-KONTRIBUT FIL-FOND KONSOLIDAT S’ISSA QABEŻ IT-€23 MILJUN Il-Malta Residency Visa Agency (MRVA), li tieħu ħsieb il-Programm ta’ Residenza b’Investiment, irċeviet mal-2,500 applikazzjoni sa mit-twaqqif tagħha fl-2015. L-għan ta’ din l-aġenzija hu li, wara proċess rigoruż ta’ diliġenza, toffri opportunità ta’ residenza, permezz ta’ investiment f ’pajjiżna. Individwi u familji li ġejjin minn pajjiżi terzi, li qed ifittxu pajjiż stabbli u sigur fejn joqogħdu, jibagħtu lit-tfal l-iskola u fejn ikabbru n-negozju tagħhom, huma eliġibbli li japplikaw. Dan tħabbar waqt li s-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat, li taħt ir-responsabbiltà tiegħu fost l-oħrajn hemm l-MRVA, iltaqa’ mal-bord il-ġdid tal-istess aġenzija fl-ewwel laqgħa formali tagħhom mill-ħatra uffiċjali. Jirriżulta li f ’dawn is-snin kollha l-Aġenzija daħlulha 2,506 applikazzjonijiet, li minnhom ġew ipproċessati 72%. Sa issa nħarġu 743 ċertifikat ta’ residenza wara li ngħalaq il-proċess kollu u l-kumplament qed jiġu pproċessati wara li rċevew l-approvazzjoni fl-aħħar xhur. L-Aġenzija responsabbli tagħmel moniteraġġ regolari ta’ kull applikazzjoni approvata

L-ambizzjoni hi li nkomplu nżidu r-ritmu tal-ħidma tal-Aġenzija Maltija għar-Residenza u Viża biex inkomplu nkabbru l-operat fi swieq oħrajn ġodda madwar id-dinja

u tirriserva d-dritt li tirrevoka l-permess ta’ residenza f ’każ li l-applikanti ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji meħtieġa. It-total tal-kontribuzzjoni minn dan il-programm lejn il-Fond Konsolidat talGvern laħaq it-€23.25 miljun. Is-sena l-oħra biss iddaħħlu €9.6 miljun, aktar minn tliet darbiet minn dak iġġenerat fis-snin li għaddew. Din is-sena, sa Ottubru, iċ-ċifra laħqet €5 miljun oħra. F’kelmtejn tal-okkażjoni, Muscat saħaq li l-Aġenzija Maltija għar-Residenza u Viża tat kontribut b’saħħtu lill-ekonomija ta’ pajjiżna u li s-servizzi li toffri se jkomplu jitjiebu. “L-ambizzjoni hi li nkomplu nżidu r-ritmu tal-ħidma ta’ din l-Aġenzija biex inkomplu nkabbru l-operat fi swieq oħrajn ġodda madwar id-dinja,” tenna s-Segretarju Parlamentari. “F’dan is-settur, l-effiċjenza hi kruċjali, u għaldaqstant rajna li nkomplu naraw li x-xogħol professjonali li jsir jissaħħaħ u jikber. Dan anke fid-dawl li fiż-żmien li ġej, se jiġi varat il-programm il-ġdid ta’ residenza, fost id-diversi riformi li qed inwettqu. Dawn it-tip ta’ programmi se jsiru aktar popolari mal-investituri barranin, għax se jagħtu opportunità u lok ta’ alternattiva oħra ta’ residenza lil dawn in-nies, biex jinvestu u jiftħu l-operat tan-negozji tagħhom f ’pajjiż aktar sigur u ekonomikament stabbli.” Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Charles Mizzi spjega kif fiż-żmien li ġej se tiġi varata l-viżjoni l-ġdida għat-tibdil fil-Programm ta’ Residenza u jħares ’il quddiem b’ottimiżmu fejn l-Aġenzija tkompli ssaħħaħ ħidmietha u tibqa’ proattiva. Iċ-Chairperson tal-Bord il-ġdid Nadette Azzopardi tenniet kemm l-MRVA qed tkompli tikber sena wara sena, tant li l-uffiċini tagħha ġew rilokati hekk kif estendiet l-operat tagħha.


12

15.11.2020

NAQTGĦU L-ABBUŻ U NGĦINU LIL MIN GĦANDU BŻONN

RODERICK GALDES Ministru

Dan il-Gvern investa fuq li investa fis-settur tal-housing. Insemmi biss il-fatt li introduċejna skema wara skema ta’ home ownership, saħħaħna l-benefiċċju tal-kera u rregolarizzajna s-suq tal-kirjiet privati. Qegħdin ukoll inwettqu l-akbar proġett ta’ housing soċjali fl-aħħar snin. Iżda rrid inkun ċar. Ma jien se naċċetta qatt li nara li dan ix-xogħol kollu li qed nagħmlu biex ngħinu lil min hu filbżonn jittappan minħabba r-regħba u l-egoiżmu ta’ xi wħud li jippruvaw jimmanipulaw is-sistema. Nirrabbja għall-fatt li minn żmien għal żmien, l-Awtorità jkollha tin-

furmani b’każijiet ta’ abbuż. Abbuż li aħna nagħtuh biss definizzjoni waħda, dik li jċaħħad lil persuna ġenwinament fil-bżonn milli jkollha saqaf adegwat fuq rasha sabiex tibda t-triq tal-mobbiltà soċjali. Fil-fatt, fl-aħħar jiem tkellimna dwar persuna li kienet qed tikri post ta’ akkomodazzjoni soċjali fuq is-sit booking. com. Kienet qed tirreklamah għal skopijiet turistiċi u kienet qed tagħmel qligħ minn fuq dahar il-Gvern. Każ li dwaru għaddejjin bi proċeduri legali kontra din il-persuna u hekk qegħdin nagħmlu fuq kull min jinqabad jabbuża mis-sistema. Inweġġa’ wkoll meta nisma’ xi kumment li kull min qiegħed fil-housing soċjali jabbuża minnu. Ma nistgħux niġġeneralizzaw. Il-maġġoranza assoluta huma każi ġenwini li jirrikjedu l-għajnuna u l-attenzjoni tagħna. Wieħed irid iżomm f’moħħu wkoll li l-abbuż mill-housing soċjali mhux neċċessarjament isir mill-inkwilini stess. Eżempju ċar ta’ dan huwa każ ta’ persuna li kellna fl-

aħħar ġimgħat, li allegatament għamel tabirruħu li hu impjegat tal-Awtorità tadDjar, abbuża mill-istat emozzjonali ta’ familja li għandha bżonn housing soċjali u talabha flus bħala depożitu. Qalilhom li dawn il-flus se jservu ta’ garanzija biex żgur jieħdu post tal-housing soċjali milli qegħdin nibnu. Spiċċaw ħarġu eluf. Irrid niċċara, ħalli kulħadd ikun jaf u jżomm għajnejh miftuħa, li aħna fl-ebda punt ma nitolbu depożitu lill-applikant għall-housing soċjali u t-tieni nett nappella lil kulħadd biex dejjem jitolbu għall-identifikazzjoni uffiċjali tal-ħaddiema tal-Awtorità tad-Djar. Dwar dan il-każ ukoll, minnufih tajna direzzjoni biex l-Awtorità tgħaddi din l-informazzjoni lill-Pulizija sabiex issir l-investigazzjoni u jittieħdu l-passi neċċessarji. Dan huwa eżempju ċar ta’ persuna li ma tgħixx fil-housing soċjali u ħadet vantaġġ mill-vulnerabbiltà ta’ din il-familja li għandha verament bżonn li tingħata post. Għalina ma jeżistux inkwilini tal-ewwel jew tat-tieni

klassi. Fl-aħħar jiem ħabbart proġett li se jkun qed ifisser riġenerazzjoni tal-faċċati ta’ tliet blokok ta’ housing soċjali f ’Ta’ Ramija fis-Siġġiewi. Minn dan il-proġett se jkunu qed jibbenefikaw 50 familja. Dan se jsir b’investiment ta’ €300,000 u se jkun parti minn investiment totali ta’ €2.6 miljun li l-Gvern qed jinvesti għar-riġenerazzjoni tal-Oqsma tad-Djar. Meta jintemm dan l-investiment kollu, se jkunu qed jibbenefikaw 500 familja. Is-Siġġiewi huwa wieħed mill-isbaħ irħula li nsibu fil-Gżejjer Maltin u ma nistgħux inħallu l-oqsma taddjar jintelqu u jispiċċaw żdingati. Bħala Gvern nemmnu bis-sħiħ li l-oqsma tad-djar huma parti mit-tessut soċjali u arkitettoniku ta’ belt jew raħal u l-apparenza tagħhom trid tagħmel ġieħ lil-lokal kollu kemm hu. Għal snin twal issottovalutajna l-impatt viżiv tal-oqsma tad-djar fuq l-ibliet u l-irħula tagħna. Irridu nkunu ċerti li ma nkunux aħna li noħolqu żoni żvantaġġja-

ti jew emarġinati fiċ-ċentri urbani tagħna. Kont ċar u għedt bla tlaqliq li m’aħniex se nistrieħu qabel ma naraw li l-oqsma tad-djar kollha f ’Malta u Għawdex jirċievu l-attenzjoni li jixirqilhom. Dan tas-Siġġiewi huwa biss parti minn proġett ta’ riġenerazzjoni li se jwassal għar-riġenerazzjoni tal-oqsma tad-djar kollha f ’Malta. Dan huwa wkoll investiment fil-familji tagħna. Għalina ma jeżistux inkwilini tal-ewwel jew tat-tieni klassi. Għalhekk qed naħdmu qatigħ biex kull min jgħix f ’housing estate ikollu titjib sostanzjali fil-kwalità talħajja tiegħu, u dan jibda b’intervent kif jixraq fuq dawn il-binjiet. Wara snin ta’ abbandun, illum, bħala Gvern, qed ninvestu fir-riġenerazzjoni ta’ dawn il-binjiet. Għalhekk, l-appell tiegħi huwa wieħed u hu indirizzat lir-residenti: issa npoġġi responsabbiltà f ’idejkom li tgħixu fihom biex tieħdu ħsiebhom u biex tagħmlu wkoll manutenzjoni regolari sabiex tibqgħu tgħixu f ’ambjent sabiħ, nadif u sigur kif jixirqilkom.

INĦEJJU U NIKKONSOLIDAW

MIRIAM DALLI

Membru Parlamentari

L-aħbar li l-ewwel vaċċin talCOVID-19 f ’Malta huwa antiċipat għall-bidu tas-sena d-dieħla u li l-vaċċin żviluppat minn Pfizer u BioNTech kien effettiv f ’aktar minn 90% ta’ dawk li ġew ittestjati, qed tqawwi l-qalb ta’ ħafna. Dan għaliex mill-aspett ta’ saħħa, iċ-ċittadini qed ikollhom it-tama li l-affarijiet jistgħu jirritornaw għan-normal u jgħixu l-ħajja mingħajr restrizzjonijiet. Mill-aspett

ekonomiku, il-kumpaniji jittamaw li n-negozju tagħhom jirpilja. Meta nitkellem ma’ min iħaddem u l-ħaddiema, kollha jsemmu li l-għajnuna li ta l-Gvern kienet kruċjali biex ma jagħluqx u jintilef l-impjieg. Mill-banda l-oħra iżda jittamaw li tinstab soluzzjoni fit-tul għal din il-pandemija. Meta fil-Parlament nazzjonali konna qed niddiskutu l-estimi finanzjarji għas-sena d-dieħla, ħsibt li se nisma’ min-naħa tal-Oppożizzjoni proposti konkreti biex ngħinu lill-industrija lokali. Dan wara d-diskorsi li saru li fi żmien ta’ pandemija, in-negozji għandhom bżonn l-appoġġ tal-Gvern. Ħsibt li se nisma’ suġġerimenti iżda minflok smajt proposti li diġà mexxa ’l quddiem il-Gvern – bħal li l-wage supplement tingħata wkoll lil dawk li sabu xogħol wara Marzu ta’ din is-sena – u min

tkaża bil-vouchers minkejja r-rispons pożittiv li kien hemm. Minkejja li ninsabu f ’pandemija, il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela ħaseb li jkompli jattira l-investiment u qed inħejju ruħna għall-futur. Fl-immedjat qed inkomplu nikkonsolidaw u nipproteġu l-industriji f ’pajjiżna, b’miżuri li jsostnuhom u li jgħinhuom jissaħħu. Fiż-żmien aktar fit-tul, qed naraw li nkomplu naħdmu fuq pjan li jibni fuq dak li jagħmilna b’saħħitna bħala pajjiż biex inkomplu nattiraw aktar investiment b’saħħtu f ’niċeċ ekonomiċi differenti. Fejn qabel konna nitkellmu dwar il-bżonn ta’ surplus, illum qed nitkellmu dwar il-bżonn li ninvestu fin-nies. Għax pajjiżna kien bil-għaqal, Malta u Għawdex jinsabu f ’pożizzjoni aktar komda minn pajjiżi oħra biex

jilħqu għad-daqqa ekonomika kkawżata mill-pandemija. Illum qed ninvestu fin-nies għax nemmnu fil-bżulija tal-poplu u nafu wkoll li b’dan il-mod inkunu qed ninkoraġġixxu l-ħaddiema u l-industrijalisti biex flimkien naħdmu aktar ħalli nkunu l-ewwel pajjiż li noħorġu mid-daqqa tal-pandemija. Ma nistax ma nqabbilx ma’ dak li jingħad fil-Parlament Ewropew, fejn l-akbar tħassib huwa kif l-industrija u n-negozji – inkluż in-negozji ż-żgħar u s-self employed – se jkomplu jilqgħu għal din il-pandemija. Kont inħares lejn dak li kienu qed jagħmlu pajjiżi oħra u x’kienet qed tagħmel Malta. Dejjem ħareġ biċ-ċar kif Malta kienet minn ta’ quddiem fejn jidħol l-investiment fin-nies u fin-negozji. Dan qed ngħidu anke fil-kuntest li din is-sena, jiġifieri minkejja l-pandemija,

pajjiżna attira 35 kumpanija barranija li se jkunu qed joħolqu x-xogħol f ’oqsma bħall-avjazzjoni, il-manifattura, il-loġistika u l-intelliġenza artifiċjali fost oħrajn. Fl-istess ħin, kumpaniji diġà stabbiliti f ’pajjiżna qed ikomplu bi proġetti ta’ espansjoni. Din il-ħidma hija kkonsolidata wkoll b’dak li l-Kummissjoni Ewropea qed tbassar għall-Ħarifa 2020, fejn qed tipproġetta li Malta se tirreġistra l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea fl-2022. Ir-rata ta’ tkabbir imbassra ta’ 6.2% hija d-doppju tal-medja Ewropea – konferma oħra li l-miżuri li qed jieħu l-Gvern mistennija jwasslu għar-riġenerazzjoni tal-ekonomija Maltija. Nemmen li f ’idejna diġà għandna l-għodda biex nieħdu lil pajjiżna ’l quddiem... għodda li għandna nużaw bl-aħjar mod possibbli.


13

15.11.2020

GVERN B’KUXJENZA SOĊJALI

CARMELO ABELA Ministru

Faċli nieħdu for granted il-ġid ta’ madwarna, għaliex ikun sar in-norma ta’ kuljum. Xi kultant sabiex napprezzaw fejn wasalna, irridu nerġgħu nħarsu lura minn fejn bdejna. Jekk nagħmlu l-paragun kemm kienet in-nefqa tal-benefiċċji soċjali fis-sena 2012, li skont Bernard Grech konna għaddejjin fl-aqwa żmien tal-pajjiż, konna qed nonfqu fuq benefiċċji soċjali biss (mhux indaħħal edukazzjoni u saħħa hawnhekk), €1,082 miljun. Issa għas-sena d-dieħla dan il-Baġit ħa jkun qed jonfoq €1,700 miljun. Jiġifieri aħna żidna b’€700 miljun aktar l-ispiża, jew inkella iktar milli spiża – l-investiment – fil-qasam soċjali biex aħna

ngħinu dawk in-nies li l-iktar li għandhom bżonn. Il-pensjonanti? Il-pensjonanti: Gvern Nazzjonalista, fi żmien meta Bernard Grech qed jgħidilna li konna ħafna aħjar, kienu jieħdu appena (għax mhux dejjem ħaduha sħiħa) iż-żieda tal-għoli talħajja (u mbagħad bdew joħduha sħiħa lejn l-aħħar). Illum qed jieħdu tliet darbiet iż-żieda tal-għoli tal-ħajja. Infakkar li dan il-Gvern f’dawn is-seba’ snin beda jżid il-pensjonijiet, mhux biss jagħti ż-żieda tal-għoli tal-ħajja b’mod sħiħ, imma beda jżid anke l-pensjonijiet per se, u din id-darba ħa nagħtu €5 żieda fil-ġimgħa lill-pensjonanti kollha, lil kull pensjoni: kemm kontributorja, kif ukoll mhux kontributorja. Jiġifieri jekk dan il-Gvern m’għandux kuxjenza soċjali, u jekk dan il-Gvern ma ħadimx biex aħna anke dawk li huma fir-riskju tal-faqar intellgħuhom iktar ’il fuq, ma nafx liema Gvern ħadem, u mhux ta’ b’xejn ngħidu li dan huwa l-aħjar Baġit meta wieħed jara t-termini ta’ flus li aħna qed ninvestu. Miljuni kbar fix-xahar li qed jiġu investiti biex aħna nipproteġu lill-ħaddiema tagħna. Il-flus jgħaddu għand min

iħaddem biex min iħaddem jgħaddihom lill-impjegati tiegħu. B’hekk qed niggarantixxu d-dħul lill-familji tagħna. Jiġifieri hemm ħafna xi tgħid fuq il-miżuri tagħna. Hemm madwar 100 miżura ewlenija tal-Baġit, li 25 minnhom imissu b’mod dirett mal-qasam soċjali. L-underdogs Kull elezzjoni tibda 0 - 0. Ħadd ma jkollu vot fil-kaxxa, u kull vot aħna rridu naħdmu għalih biex nakkwistawh. Dan l-aħħar il-Prim Ministru għamel dikjarazzjoni – li tgħidli diġà smajnieha mill-predeċessur tiegħu – insellem lil Joseph Muscat hawnhekk tal-ħidma kollha li għamel f’seba’ snin ta’ tmex­ xija bħala Prim Ministru – fejn qal “aħna dejjem nibdew bħala l-underdogs”. U jekk tara u tifli anke d-diskors ta’ Robert Abela u għaliex wasal ukoll għal din il-konklużjoni – għax meta tara l-gazzetti kważi kollha b’eċċezzjoni ta’ waħda jew tnejn; is-soċjetà ċivili, jew dawk li jiddeskrivu lilhom infushom bħala s-soċjetà ċivili u l-mod kif jaħdmu, aħna dejjem żvantaġġjati. Trid tara li aħna rridu naħdmu kontra kulħadd

kważi bħala Partit. Jiġifieri fuq livell ta’ Partit, l-establishment tal-pajjiż idur kontra l-Partit Laburista. U allura bilfors inkunu l-underdogs. Jiġifieri aħna s-saħħa tagħna hija s-saħħa tan-nies. L-enerġija tagħna ġejja mingħand in-nies. Is-saħħa biex aħna mmexxu dan il-pajjiż ġejja mingħand in-nies, li jixprunawna, li jżommuna għaddejjin. Jiġifieri aħna żgur ma nistgħux, ħa ngħid hekk, tikbrilna rasna għax naraw ċerti sondaġġi, imma s-saħħa tagħna ġejja mingħand in-nies u aħna nibqgħu f’kuntatt dirett man-nies il-ħin kollu. Il-wegħda elettorali Bħala xogħol min-naħa tiegħi niġri ħafna wara l-kollegi tiegħi biex aħna nimplimentaw il-programm elettorali tagħna. Jiġifieri aħna bħala Gvern din neħduha b’serjetà kbira. Il-programm elettorali mhuwiex biss sal-elezzjoni, imma qiegħed hemmhekk għax huwa l-programm tal-Gvern. U allura jien kburi li s’issa jien u sħabi wettaqna, jew inkella jinsabu fi stadju avvanzat ħafna, 80% tal-programm elettorali, li mhux ċajta; li anke fi żmien pandemija bqajna naħdmu

biex, iva, kemm jista’ jkun nimplimentaw il-proposti elettorali. Jiena meta nħares ’il quddiem ngħid: għad fadlilna ħafna x’nagħmlu bħala moviment Laburista, għad fadlilna ħafna x’nagħmlu fuq livell ta’ Gvern. Bdiet ħidma wkoll fuq livell ta’ Partit, u ċertament anke dak li ġie varat mid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit biex aħna nkomplu niġġeddu u jkollna anke ideat għall-futur, flimkien mal-ħidma li qed jagħmel il-Gvern u anke l-ideat li l-Gvern stess qed joħroġ bihom, ċertament jagħtu garanzija ta’ futur lil dan il-pajjiż. Kburin li aħna Maltin U allura aħna, iva, kburin li aħna Maltin. U jiena ma nistax ma naqbilx mal-Prim Ministru meta jgħid li meta jkun barra minn Malta jgħid li huwa “Abela minn Malta”. Jien ngħid bħalu wkoll bil-kunjom b’kollox, jiġifieri żgur li naqbel miegħu mija fil-mija. Però iva aħna kburin li aħna Maltin, kburin li aħna Għawdxin, kburin li aħna pajjiż li jħares ’il quddiem. B’saħħitna ’l quddiem u nibqgħu mexjin taħt id-direzzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela.

L-IMMIGRAZZJONI ILLEGALI

KEITH TANTI Kandidat

Ta’ spiss niltaqa’ ma’ nies li jgħiduli kemm f’pajjiżna, speċjalment fil-lokalitajiet tal-Marsa u l-Ħamrun hawn wisq barranin, speċjalment immigranti Afrikani li kienu daħlu f’pajjiżna b’mod illegali. Kliem bħal dan ġieli nisimgħu wkoll min-nies li jgħixu fil-kumplament tal-lokalitajiet l-oħra li jiffurmaw parti mill-ewwel distrett elettorali. Jgħiduli l-post fejn ngħixu

nbidel u m’għadux l-istess kif kienu jafuh sa ftit taż-żmien ilu. In-nies jikkummentaw hekk mhux għax huma razzisti, imma għaliex xi wħud minn fost din il-komunità jagħtuhom fastidju jew iwettqu atti illegali, bħal serq, vandaliżmu, iħammġu barra u jdejquhom bl-istorbju. Ma nistgħux ngħaddsu rasna fir-ramel u ngħidu li din il-problema ma teżistix. Ma nistgħux inħeġġu lill-Maltin biex jibdlu drawwiethom u jaċċettaw dak li mhux aċċettat fin-normi tas-soċjetà Maltija. Jien nifhem sew it-tħassib u l-inkwiet ta’ dawn ir-residenti! Nifhmu sew, għaliex jien ukoll resident f’dawn il-lokalitajiet. L-inkwiet li għandhom huma, huwa l-inkwiet tiegħi! Li jħossu huma, inħossu jien, għaliex jien wiehed minnhom! Is-soluzzjoni mhix faċli. Faċli tgħid inkeċċu lil kulħadd meta taf li l-ebda liġi internazzjonali u lokali mhi se tippermettilek tagħmel dan.

Kliem bħal dan iwassal biss biex tikber il-firda. Li ngħidu li nifhmu l-problema hu biżżejjed? Dażgur li le! Imma bil-kritika biss ma naslu mkien. Tul dan l-aħħar żmien, Gvern Laburista mmexxi minn Dr Robert Abela ħadem kemm felaħ, u għadu għaddej b’ħidmietu sabiex din il-problema tal-immigrazzjoni tittaffa. Saru kuntatti mal-Libja biex dawn iħarsu aħjar ixxtut tagħhom, bil-għan li anqas dgħajjes jitilqu mix-xtut Libjani. Huwa stmat li minn Marzu sal-lum l-awtoritajiet Libjani ma ħallewx ibaħħru lejn Malta iżjed minn 6,000 immigrant din is-sena. Frott din il-ħidma din is-sena s’issa waslu Malta inqas minn nofs tas-sena li għaddiet. L-għajnuna li nistgħu noffru lil-Libja u lill-pajjiżi Afrikani hija neċessarja sabiex anqas persuni jkollhom il-ħtieġa li jħallu pajjiżhom. Ovvjament ma’ dawn il-pajjiżi rridu naħdmu sabiex jittieħdu passi kon-

tra t-traffikanti tal-bnedmin. Il-Gvern ħadem sabiex jipproteġi biss dgħajjes li jkunu f’diffikultà kbira b’possibiltàa li jintilfu l-ħajjiet. Xogħol ilGvern jibqa’ li filwaqt li ma jħallix ħajjiet jintilfu, jara li dawn l-immigranti jiġu ripatrijati. Hu hawn fejn mhux qed insibu appoġġ biżżejjed. Bejn l-2005 u l-2020 il-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea ħadu biss 8 minn kull 100 li waslu Malta. Dan meta ħafna minn dawn il-membri kienu kolonizzaturi ta’ ħafna mill-pajjiżi Afrikani minn fejn ġejjin l-immigranti illegali. Nifhem perfettament lil min jinkwieta dwar il-kriminalità. Il-Gvern qiegħed jagħmel ħiltu biex iċ-ċittadini jkunu protetti. Żdiedu l-pulizija fit-toroq li qed jagħmlu xogħol tajjeb ħafna. Ta’ dan nirringrazzjahom. Biss, jien bħalkom nemmen li pulizija waħdu ma jista’ jagħmel xejn. Il-penali jridu jkunu ta’ de-

terrent. Imma dan hu xogħol il-Qorti. Allaħares il-Gvern jew il-Prim Ministru jindaħal x’sentenzi jingħataw minn xi Maġistrat. Ikun qed imur kontra l-prinċipju tas-separazzjoni tal-Gvern u l-ġustizzja. Dan is-suġġett hu wieħed delikat ħafna, għax jolqot liċ-ċittadini kollha. Hemm bżonn li bħala pajjiż niġbdu l-istess ħabel. Kultant lanqas nemmen li ssib min jiftaħ kawżi kontra Malta għax ma daħħalniex xi immigranti. Bħalissa għandek fuq naħa Gvern li qed jaħdem sabiex din il-problema tittaffa u fuq naħa għandek nies li jaraw kif itellfu l-ħidma tal-Gvern b’akkużi u kawżi fil-Qrati. Għax jien ċittadin u resident bħalkom fil-lokalitajiet milquta, se nkompli nagħti l-appoġġ tiegħi lill-Gvern Laburista u nxammar il-kmiem biex naħdem iktar għax hu dan il-Gvern li qiegħed jagħmel ħiltu kollha fuq din il-problema.


14

15.11.2020

IS-SEBA’ FLYOVERS TAL-MARSA BDEW JINTUŻAW F’DAQQA Infrastructure Malta lbieraħ filgħodu reġgħet fetħet it-tliet flyovers tal-Marsa Junction Project li kienu tlestew is-sena l-oħra, din id-darba fid-direzzjoni proprja tagħhom lejn it-Tramuntana tal-pajjiż. B’hekk, għall-ewwel darba, is-seba’ flyovers ta’ dan l-akbar proġett infrastrutturali li qatt sar fit-toroq ta’ pajjiżna qegħdin jintużaw kollha f’daqqa u jagħtu l-potenzjal sħiħ tagħhom tul ir-rotta ewlenija lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta. Tlieta mill-erba’ strutturi ta’ flyovers li kienu miftuħin sa tmiem il-ġimgħa li għaddiet jipprovdu konnessjonijiet diretti ġodda minn Triq Aldo Moro, il-Marsa, għal żewġ rotot ewlenin lejn in-Nofsinhar li jingħaqdu f’din il-junction. L-ewwel tnejn mit-tliet strutturi ta’ flyovers magħqudin flimkien jeħduk mill-Marsa lejn Vjal Santa Luċija u Triq Tal-Barrani, Ħal Tarxien. It-tielet struttura ta’ flyover tgħaqqad Triq Aldo Moro ma’ Triq Giuseppe Garibaldi, fid-direzzjoni ta’ Ħal Luqa, il-Gudja, l-Ajruport u l-Mini ta’ Ħal Kirkop. Il-flyover l-oħra li bdiet tintuża wkoll ftit talġimgat ilu fil-junction ġdida tal-Marsa tgħaqqad il-karreġġjata tat-Tramuntana ta’ Vjal Santa Luċija maċ-Ċimiterju tal-Addolorata u l-inħawi fejn se ssir il-faċilità ta’ park and ride bħala parti mill-istess

proġett, lejn Triq il-Gvern Lokali fid-direzzjoni lejn Ħal Qormi, fejn hemm iċ-Ċimiterju tat-Torok. Mal-ftuħ tat-tliet flyovers lejn in-Nofsinhar, Infrastructure Malta għalqet dawk li kienet lestiet is-sena l-oħra u li kienu qed jintużaw b’mod temporanju f’din id-direzzjoni bħala rotot lejn in-naħa t’isfel tal-pajjiż. Dan sar biex il-kuntratturi tal-proġett setgħu jiksuhom bl-aħħar saff t’asfalt, jinstallawlhom l-expansion joints u jagħmlulhom il-marki tal-linji u t-tabelli meħtieġa biex jindikaw id-direzzjoni finali tagħhom lejn it-Tramuntana. L-ewwel flyover minn dawn it-tlieta li nfetħu mill-ġdid ilbieraħ tibda minn Vjal Santa Luċija u tingħaqad mat-tieni flyover fid-direzzjoni lejn Triq Aldo Moro, il-Marsa. It-tielet flyover tgħaqqad ukoll Triq Giuseppe Garibaldi mat-tieni waħda biex din ukoll twassal għal Triq Aldo Moro. Il-Marsa Junction Project li qed isir b’investiment ta’ €70 miljun jinkludi aktar minn 12-il kilometru ta’ korsiji ġodda li jgħaddu b’mod separat minn fuq xulxin fi tliet livelli differenti. It-tliet flyovers lejn in-Nofsinhar jinsabu fil-livell tan-nofs tal-junction il-ġdida u dawk lejn it-Tramuntana jinsabu seba’ metri ’l fuq minnhom, waqt li seba’ metri u nofs taħthom se jgħaddu diversi toroq ġodda li għadhom qed

jinbnew. Flimkien, dawn qed joħolqu konnessjonijiet diretti f’direzzjonijiet opposti bejn it-toroq arterjali li jingħaqdu f’din il-ħolqa. B’hekk jispiċċa l-ħin ta’ stennija li kien ikun hemm bis-sistema ta’ traffic lights tul din ir-rotta prinċipali lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta u jonqos it-tniġġis tal-arja mill-konġestjoni fil-Marsa u lokalitajiet oħrajn fil-madwar. Fil-ġimgħat li għaddew, Infrastructure Malta fetħet ukoll il-mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija u b’hekk ħolqot konnessjoni diretta wkoll bejn Vjal Santa Luċija ma’ Triq Tal-Barrani. Dawn il-mini ġodda qegħdin inaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar b’aktar minn 30%, kif ukoll it-tniġġis mill-emissjonijiet minħabba l-konġestjoni li kien ikun hemm f’din ir-roundabout, li fiha kienu jiltaqgħu u jaqsmu kontra xulxin diversi rotot traffikużi, fosthom tliet toroq arterjali u tliet toroq oħrajn li jagħtu għal Santa Luċija, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien. Bil-junction ġdida fuq żewġ livelli, l-iżjed rotta li tintuża f’dan is-salib it-toroq, bejn Triq Tal-Barrani u Vjal Santa Luċija (it-Telgħa tal-Addolorata), issa qed tgħaddi minn korsiji separati minn ġol-mini. B’hekk saret ukoll eħfef biex tivvjaġġa b’mod aktar sigur bejn il-konnessjonijiet l-oħrajn tar-roundabout.


15.11.2020

15


16

15.11.2020

ENERĠIJA GĦAL IŻJED PROGRESS SOSTENIBBLI

MICHAEL FARRUGIA Ministru

B’sodisfazzjon nibda biex ngħid li qed nara li l-interess minn individwi, għaqdiet volontarji u mis-settur privat, biex jinvestu f’enerġija rinnovabbli qiegħed dejjem jiżdied. Il-Gvern qed ikompli jgħin permezz ta’ skemi li joffru għajnuna finanzjarja, kemm lil individwi, lill-għaqdiet volontarji u anke lis-settur privat biex jinvestu f’arja aktar nadifa. Flimkien mal-Ministru għal Għawdex Clint Ca-

milleri, din il-ġimgħa żort il-gżira ta’ Għawdex fejn kelli l-opportunità nara żewġ proġetti relatati ma’ ġenerazzjoni ta’ enerġija rinnovabbli. L-ewwel żorna s-Sede tas-Soċjetà Filarmonika La Stella fir-Rabat fejn se jkunu qegħdin jitpoġġew 40 pannella fotovoltajka u wara morna f’wieħed mill-ikbar impjanti ta’ pannelli tax-xemx fuq razzett fil-periferija tax-Xewkija. Dawn huma żewġ proġetti li qed jikkontribwixxu għal arja aktar nadifa. Kulħadd jaf kemm l-għaqdiet volontarji għandhom piżijiet finanzjarji, u kelli kliem ta’ tifħir lejn is-Soċjetà li qed tagħmel dan l-investiment li minnu jgawdu l-membri tagħha iżda wkoll qed tikkontribwixxi għal arja aktar nadifa.

l-Ministru għal Għawdex, il-Gvern jaħseb ukoll għall-gżira Għawdxija u dan ikompli jagħti l-messaġġ li aħna pajjiż wieħed. Kull inizjattiva li jagħmel il-Gvern mhix biss għal Malta imma għal Għawdex ukoll. Qed isir ukoll investiment kbir f’wieħed mill-ikbar irziezet f’Għawdex, proprju fix-Xewkija, mill-kumpanija Solar Engineering fejn qegħdin jitpoġġew 35,000 pannella li jipproduċu 10 megawatt ta’ enerġija rinnovabbli. Dan huwa metodu ta’ kif wieħed jutilizza b’mod tajjeb ħafna areas li diġà huma użati u permezz ta’ hekk inkomplu nassiguraw li anke Għawdex ikun hemm proġetti li qed jipproduċu enerġija nadifa li jgħinu biex inkomplu nilħqu l-miri ambjentali ta’ pajjiżna.

l-opportunità nżur ilgrawnd tal-futbol tal-Mosta biex nuru s-sapport mhux biss lil dan il-klabb iżda wkoll lill-għaqdiet kollha sportivi li investew f’tagħmir li jnaqqas l-użu tal-enerġija. Din hija miżura tal-programm elettorali tal-Gvern li issa hija miżura oħra kompluta, miżura li mhux biss se tgħin lil dawn il-klabbs fl-operat tagħhom, billi jonqsilhom il-kont tad-dawl, iżda wkoll tgħinhom joffru servizz aħjar. Taħt din l-iskema bbenefikaw 45 klabb li ġejjin minn oqsma varji tal-isport, bħal futbol, tenis, boċċi, waterpolo, atletika, basketball, judo, hockey u aktar sport. L-investiment l-aktar popolari kien dak ta’ bdil ta’ floodlighting għal sistemi ta’ LED. Kien hemm klabbs li investew f’upgrades ta’ appliances, air-conditionPajjiż wieħed Għaqdiet sportivi ers u heat pump water heaters, u sistemi ġodda ta’ Kif irrimarka l-ħabib tiegħi Din il-ġimgħa kelli wkoll dawl għal binjiet tagħhom.

Tnaqqis ta’ 460 tunnellata ta’ emissjonijiet Sal-aħħar ta’ din is-sena se jkunu ngħataw total ta’ €800,000 f’għotjiet lil dawn l-għaqdiet, li jsarrfu fi tnaqqis ta’ 460 tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ CO2 fis-sena. L-ammont tal-investimenti kien ivarja skont il-proġett maħsub millklabb partikolari. Iżda tajjeb li wieħed jinnota li l-investiment medju kien ta’ €20,000 bl-akbar tnaqqis fil-konsum ikun fejn sar investiment fi floodlighting ta’ grawnds u pitches fejn il-klabbs qegħdin jiffrankaw anke sa €4,000 kull sena. Nirringrazzja lill-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma u lil Sport Malta tax-xogħol li sar u nħeġġeġ lill-entitajiet sportivi biex ikomplu fil-mixja tagħhom biex itejbu l-konsum tal-enerġija u l-ilma f’din il-mixja ta’ progress sostenibbli talpajjiż kollu.

100 SENA RELEVANZA

LYDON VELLA

Fil-politika jgħidu li ġurnata twila wisq u kollox jista’ jinbidel. Din il-frażi smajtha minn diversi politikanti u nies li ilhom snin fil-politika. Aħseb u ara 100 sena kemm huma itwal! 100 sena li għalaq il-Partit Laburista li minkejja t-tlajja’ u l-inżul fl-istorja tiegħu, sal-lum għadu relevanti mal-elettorat. Li tibqa’ relevanti wara 100 sena mhix ċajta, li tibqa’

mfittex u popolari wara dawn is-snin kollha huwa sinjal li dan hu partit ħaj li jimxi maż-żminijiet li kulma jmur qed jinbidlu. Illum qed ngħixu f’dinja avvanzata minn diversi angoli li tista’ tħares lejha. Dinja li aktar ma jmur, aktar ma jgħaddi żmien dejjem tiġi mmodernizzata. Dinja li qed taddatta għaż-żmien li ngħixu fih kif ukoll taddatta għall-bżonnijiet u l-ħtiġijiet tal-bniedem. Dan l-aħħar sikwit nisimgħu bil-kelma dritt. Iżda ftit huma dawk li jaraw id-dmirijiet tagħna. Il-kelma dmir li għalkemm qasira u ħafifa, hija diffiċli biex tipprattikaha. Il-Partit Nazzjonalista qed jipponta subgħajh lejn ilGvern u lejn il-Prim Ministru Abela għax qed jiżdiedu l-każijiet tal-COVID-19. Partit Nazzjonalista li qed jibqa’ jipprova jippolitiċizza pandemija minnflok jiġbed ħabel wieħed mal-poplu Malti. Naħseb li m’għandna bżonn

l-ebda wieħed minn dawn biex jgħidilna kif għandna nieħdu ħsieb saħħitna jew saħħet dawk li ngħixu magħhom. Bl-informazzjoni li llum il-ġurnata ħadna mit-televixin, mill-internet u minn kull tabella ta’ informazzjoni li qed naraw kull fejn immorru, nafu li rridu naħslu jdejna spiss, nilbsu l-maskra u nżommu d-distanza minn xulxin. Dan nagħmluh biex nipproteġu lilna nfusna u nipproteġu lil ta’ madwarna mill-COVID-19 imma b’dispjaċir ninota li hawn min lanqas qed jikkopera mal-awtoritajiet tas-saħħa meta jiġi kkuntattjat biex josserva kwarantina obbligatorja. Dan hu dmir tagħna li nkunu responsabbli u nosservaw kull direttiva li jgħidulna l-awtoritajiet kompetenti. F’messaġġ li għadda fuq il-midja soċjali, il-Kap tal-Oppożizzjoni jrid li l-Prim Ministru Abela jserraħ ras is-sidien tal-ħwienet u n-negozji biex

ma jitilfux il-bejgħ fi żmien il-Milied. Niskanta kif il-Partit Nazzjonalista ma jistħix isemmi l-Milied u n-negozji meta kienu huma stess li ħarbtu u kissru l-bejgħ tal-ħwienet tal-Belt is-sena l-oħra, bid-demostrazzjonijiet li saru bil-barka ta’ Simon Busuttil u sħabu fl-establishment fil-partit. Naturalment, il-moħħ ta’ dan kollu kien Manuel Delia li llum qiegħed f’pożizzjoni li jhedded lil Bernard Grech u jgħidlu li jekk mhux se jagħmel li jgħidu huma ser jispiċċa bħal ta’ qablu. Il-Prim Ministru diġà ta r-risposta tiegħu u serraħ ras mhux biss lil tal-ħwienet u n-negozji biss għal żmien il-Milied, iżda lill-Maltin u l-Għawdxin kollha għall-10 snin li ġejjin, bil-Baġit. Baġit li hu mifrux biex jilħaq lil kull faxxa fis-soċjetà imma b’mod speċjali lil dawk li jirrikjedu aktar għajnuna. Fejn pajjiżi oħra kellom baġits t’awsterità, Malta kellna l-aqwa baġit

f’dawn l-aħħar seba’ snin. Imma dan ma kienx biżżejjed skont Dr. Grech għax skontu, il-Gvern tal-mument għeja u ma għandu l-ebda viżjoni għall-futur. Għadhom ma għejewx Beppe Fenech Adami, Chris Said u Robert Arrigo. Ma nafx kif jistgħu jkunu għajjenin Prim Ministru li ilu tmien xhur fil-kariga, Miriam Dalli u Clyde Caruana li dakinhar tal-baġit ħadu l-ġurament tagħhom bħala membri ġodda parlamentari. Apparti l-uċuħ ġodda li l-Partit Laburista għandu, dan li qal il-Kap Nazzjonalista ma jirriflettix lanqas kif jaħsibha l-poplu għax f’survey li ġie ppubblikat ġimgħa qabel ilbaġit jidher li l-poplu għandu l-istess fiduċja li kien igawdi fl-2017. Gvern li joffri soluzzjonijiet, Gvern li joffri serħan ilmoħħ, imma fuq kollox iħoss il-polz tal-poplu u joffri tama sabiex verament inkunu Maltin b’saħħitna ’l quddiem.


17

15.11.2020

IL-POLITIKA

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Id-definizzjoni tal-kelma politika hija: sett ta’ attivitajiet li huma assoċjati sabiex isiru d-deċiżjonijiet fi gruppi jew f’forom oħra ta’ relazzjonijiet ta’ poter bejn individwi, bħad-distribuzzjoni tar-riżorsi. Madanakollu, meta ninżlu fit-toroq u nistaqsu lin-nies x’inhi l-politika, avolja l-maġġoranza fil-fond ta’ qalbhom tinteressahom, se jwieġbu għal politika b’mod negattiv u jgħidu li l-politika hija għodda sabiex tmexxi pajjiż jew lokalità imma ħafna drabi hija għodda li tintuża ħażin, li ssir għodda maħmuġa, issir għodda biex tħammeġ u tweġġa’ lil sieħbek. Din l-attitudni xettika ta’ kif tħares lejn il-politika hija attitudni li qed narawha tikber speċjalment fil-ġenerazzjoni żagħżugħa li sfortunatament narawhom jiddiżinteressaw ruħhom fil-politka meta jaraw li l-politika tispiċċa pika bejn individwi u tfigħ ta’ tajn, allegazzjonijiet u gideb għal gwadann tal-poter, milli għodda sabiex tuża l-poter biex tagħmel il-ħajja tal-komunità aħjar u sabiex il-komunità tgħix flimkien f’armonija. Benjamin Lauder Nicholson, pittur Ingliż li twieled lejn l-aħħar tas-Seklu 19 jgħid hekk fuq il-politika: “Il-politika hija sabiħa. Tagħti lok lill-komunità li tikber kollettivament, wieħed mal-ieħor. Il-politika mhix dwar kif persuna ssawwat lil oħra minn wara dahra imma hija dwar kif tagħti lok lin-nies jilħqu l-miljiet, il-ħolm u l-kuntentizza tagħhom.’’ Hekk għandha tkun fil-verità l-politika. Imma bħal kull ħaġa tajba oħra maħluqa mill-bniedem, din l-għodda tintuża għall-vantaġġ individwali minn xi wħud. Agħar minn hekk hija meta fil-politika jiżdied l-ingredjent tal-ipokrisija. Din il-ġimgħa assistejna xempju ta’ fejn twasslek l-ipokrisija min-naħa tal-bankijiet tal-Oppożizzjoni. Esponent ewlieni li jippontifika fuq il-korrettezza u r-rule of law, fuq il-purità u l-qdusija u mbagħad allegatament qed jiġi maqbud f’gidba wara oħra dwar korrettezza politika mil-midja stess.

Ħadd mhu perfett fid-dinja. Kulħadd soġġett għall-iżbalji. Imma meta tkun hekk voċiferu fuq korrettezza politika u agħar minn hekk, tixli bla ebda skrupli u ħsieb lil sħabek politiċi oħra b’diżonesta politika u mbagħad jinstab li allegatament għamilt azzjonijiet xejn korretti politikament, tissejjaħ ipokrisija grassa u diżonesta lejn l-elettorat li fdak bil-vot u l-fiduċja tiegħu. Għax biex tiskonġra trid tkun pur, ġaladarba tkun il-persuna li tridha tal-kampjun tas-sewwa, tal-verità u ta’ subgħajk dritt. L-Oppożizzjoni għad trid turina s-serjetà tagħha ta’ kif teżerċita l-kunċetti tar-rule of law, imqar fi ħdanha stess. S’issa ħlief mill-ġdid ipokrisija u paroli ma rajniex. Biżżejjed naraw il-kumitat tal-etika fi ħdan il-PN li jaġixxi skont min jidher quddiemu. Issa reġa’ għandhom test ieħor quddiemhom li qajla għandi tama li mhux se jkollu l-istess eżitu ipokrità bħal ta’ qablu. Milli jidher l-istaġun tal-pantomini beda kmieni reġa’ f’Tal-Pieta’ u jerġgħu jagħtu lill-poplu dak li jgħidu l-Ingliżi “more of the same”. Il-poplu huwa konsapevoli ta’ dan. Konsistentement survey wara l-ieħor l-elettorat jibqa’ jagħti l-fiduċja f’dan ilGvern li qed imexxih. Jaraw biss tama fil-Partit Laburista sabiex pajjiżna jitmexxa bis-serjetà ’l quddiem. U l-elettorat ma tahx tort għax meta jħares lejn l-alternattiva fuq in-naħa l-oħra jara partit mifrud u diżorganizzat, magħmul minn individwi li jriduha tal-puri u qaddisin u kif jgħollu abthom għandhom ħafna xi jxommu, partit magħmul minn individwi li farrku l-ideali u l-finanzi tal-partit tagħhom stess aħseb u ara x’ħerba jagħmlu mill-pajjiż. Partit magħmul minn individwi li għandhom għal xulxin, aħseb u ara kemm għandhom għal min ma jaqbilx magħhom. Il-poplu jaf jiżen, jagħraf, jixtarr u jikkonkludi. Il-kumpass morali u politiku tal-poplu ma ċċaqlaqx, jinbidlu kemm jinbidlu kapijiet tal-Oppożizzjoni. Il-poplu sondaġġ wara sondaġġ qed juri b’maġġoranza assoluta li ma tafdax lill-PN fit-tmun tal-pajjiż, ma jiġix ingannat b’bidliet kożmetiċi u musical chairs fi ħdan l-Oppożizzjoni biex taparsi saret il-bidla u mbagħad profondament jibqa’ kollox l-istess, anki fi ħdanhom stess aħseb u ara fit-tisrif u t-tfassil ta’ policies li jagħmlu l-ġid lill-poplu u jġibu aktar ’il quddiem lil pajjiżna. Il-poplu mhux beċċun u jaf min tassew iħobb lill-pajjiż. Żgur ma jħobbux il-pajjiż dawk li l-għaxqa tagħhom imorru barra minn Malta u jagħmlu l-ħsara lil Malta bit-tir li jnaffru l-inves-

Mid-Dj arju t a’ timent minn pajjiżna ħalli jkun hawn il-qgħad u l-ġenerazzjoni tal-ekonomija tiddgħajjef ħalli n-nies igergru u jitnaffru minn dan il-Gvern u forsi hemm ikollhom xaqq tama li xi darba jkunu fil-poter. Għax minn dak biss jinteressahom.... mill-poter u żgur mhux mill-kuntentizza u l-ħolm tal-poplu Malti u Għawdxi. Renald Falzon Dawn il-jiem kienu jiem ta’ niket u diqa kbira meta ġejt mgħarrfa li l-ħabib tiegħi Renald Falzon, is-Sindku ta’ Ħal Qormi kien qiegħed l-isptar jissielet għal ħajtu. Diżgrazzjatament Renald tilef din il-battalja mal-mewt u tar għand il-Ħallieq. Insellem lil sieħbi Renald. Nistqarr li tlift ħabib sinċier u simpatiku. Kien raġel eżemplari f’xogħlu bla daqq ta’ trombi, fil-karriera politika tiegħu u fil-ħajja personali tiegħu bħala kap ta’ familja, bħala raġel miżżewweġ u bħala missier. Spiss kont nitkellem miegħu fuq xogħol relatat mal-partit, mal-kunsilli u aktar fuq nota privata meta konna niltaqgħu fil-parents’ days u attivitajiet organizzati mill-iskola għax uliedna kumbinazzjoni jattendu fl-istess skejjel. Dejjem kien ta’ pjaċir li nitħaddet miegħu u mal-familja tiegħu. Renald kellu karattru li jiġbdek u kellu ħeġġa sabiex jagħmel il-ġid fil-Partit Laburista u filBelt ta’ Pinto. Din kienet xi ħaġa meraviljuża li ssarrfet f’fiduċja sħiħa mill-elettorat Qormi hekk kif kien ġie elett sindku ta’ din il-belt u kien ukoll il-President tal-kumitat lokali Laburista ta’ Ħal Qormi. Ma ninsa qatt kemm fraħna fil-mument ġewwa l-counting hall meta ġie konfermat sindku fl-aħħar elezzjoni tal-kunsilli lokali. Kien iħobb immensament lill-Partit Laburista, lil Ħal Qormi u fuq kollox lill-familja tiegħu. U għalhekk hija telfa kbira għall-partit, għal Ħal Qormi, għall-pajjiż imma fuq kollox għall-familja tiegħu. Insellem lill-familja tiegħu partikolarment lil martu u t-tliet uliedu. Minn qalbi nwassal il-kondoljanzi profondi tiegħi. Inżommu lil familtu f’qalbna, imma fuq kollox f’moħħna. Nitolbu għalihom u nkunu ta’ sostenn morali u materjali għalihom f’dan il-mument diffiċli li għaddejjin minnu bħalissa u fil-futur. Dak li għandu jiddistingwina fil-politika u f’organizzazzjoni politika: l-imħabba lejn xulxin, il-fraternità, is-solidarjetà imma fuq kollox solidarjetà b’azzjoni u mhux bil-paroli biss. Strieħ fis-sliem, ħabib tiegħi. Insellimlek b’rispett u bi mħabba. Sa ma nerġgħu niltaqgħu.

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 5 ta’ Novembru Ħadt ir-ruħ bl-aħbar li post il-mibki Frederick Azzopardi fil-Parlament se jieħdu Joe Ellis. L-ewwel u qabel kollox għax b’hekk ħlisna mill-inkwiet li żgur kien se jinqala’ kieku kien elett Ryan Mercieva. Bħallikieku mhux biżżejjed għandna inkwiet. Imma barra minn dan, ħadt ir-ruħ, u ħadt gost għax ta’ Ellis minn dejjem kienu minn ta’ quddiem fil-partit darba glorjuż tagħna, fil-Gżira Għawdxija. Ħaqqhom ikollhom lil xi ħadd fil-Parlament u mhux dejjem jiddominaw tan-Nadur. U bilħaqq! X’sar minnha Giovanna Debono, kif sparixxiet għalkollox mix-xena?! U x’sar minnha l-kawża ta’ żewġha, tgħid għadha għaddejja? Il-Ġimgħa, 6 ta’ Novembru Dawn tal-Labour ħafna drabi jdaħħquni u huwa proprju għalhekk li ma nistax nifhem kif qegħdin jiġru bina f’kull elezzjoni. Qegħdin jagħmlu plejtu għax id-Deputat tagħna (għalkemm jien m’għandix grazzja miegħu) Jason Azzopardi, qal li ma jiftakarx jekk qattx ħa xi ħaġa mill-grupp li kien imexxi Yorgen Fenech. Qegħdin jagħmlu plejtu meta Jason Azzopardi lanqas biss ftakar li kien mistieden u mar it-tieġ tal-istess Yurgen Fenech, x’kull waħda! M’hemmx x’tagħmel, għandu memorja qasira r-raġel, ovvjament fejn irid hu, u fejn jaqbel lilu. Insomma, mhux lakemm wieħed jagħtih tort, għax imħabbat sew! Is-Sibt 7 ta’ Novembru Inkwetat u mhux, sieħbi tal-Istamperija, tal-anqas hekk qalli meta mort sa ħdejh dalgħodu. Inkwetat għax sema’ li dak Salvu Balzan għandu xi stejjer jaħarqu dwar id-Deputat tagħna Jason Azzopardi li tgħidx kemm jipprietka dwar governanza tajba. Qalli li inkwetat għax dawn l-istejjer se jimbarazzaw mhux biss lil Jason Azzopardi, imma lill-partit kollu għax il-Kap ilġdid Bernard Grech se jkun ippressat biex jieħu passi kontra tiegħu. Imma fl-istess ħin mhux inkwetat għax jieħu gost jekk il-Kap jieħu passi kontra Jason Azzopardi, għax sieħbi wkoll kien jappoġġja lil Adrian Delia. Imma jien ma nafx kemm il-Kap jista’ jieħu passi kontra Jason Azzopardi! Il-Ħadd, 8 ta’ Novembru Sewwa qalli sieħbi tal-Istamperija lbieraħ. Diġà bdew ħergin l-istejjer fuq Jason Azzopardi li lil Saviour Balzan qallu li ma jiftakarx li qatt ħa xi ħaġa mingħand Yorgen Fenech jew mingħand Tumas Group. Imma issa sirna nafu

li Tumas Group lil Jason Azzopardi kienu ħallsulu għal numru ta’ ljieli li kien qatta’ fil-Lukanda Hilton f’Tel Aviv. Milli jidher Jason Azzopardi pprova jillapazza l-biċċa imma skont ma qrajt, ftit li xejn irnexxielu għax ħadd mhu jieħdu bis-serjetà u ħadd mhu jemmnu. Mhux ta’ b’xejn li l-Eks Kap Adrian Delia kien jgħidlu giddieb, man! It-Tnejn, 9 ta’ Novembru Qatt ma kelli grazzja mad-Deputat tagħna Jason Azzopardi, imma llum bdejt naħsibha mod ieħor, għax milli jidher, Jason Azzopardi jħaddan sew il-prinċipji u l-valuri tal-partit darba glorjuż tagħna, jiġifieri l-prinċipji u l-valuri ta’ reliġjon u patria. Tant iħaddanhom li meta ġietu l-okkażjoni li jmur l-Art Imqaddsa, jew viċin tagħha, nesa dak kollu li kellu x’jaqsam mal-okkażjoni, saħansitra nesa lil martu, biex ikun jista’ jmur iqatta’ lejl fuq il-qabar ta’ Kristu. Issa jekk il-lejl qattgħux fuq il-qabar ta’ Kristu jew f’xi kamra f’xi lukanda, jien ma nafx. U lanqas jinteressani. L-aqwa li jħaddan il-prinċipji u l-valuri ta’ reliġjon u patria. It-Tlieta, 10 ta’ Novembru Milli jidher fl-aħħar id-deputat issa mhux tagħna, Jason Azzopardi, sab kappell jiġih. Ipprova jżeffen fin-nofs lil George Hyzler, li tal-Labour ħatruh Kummissarju tal-Istandards, jew ma nafx xiex, iżda dan ma damx biex beżaqlu fis-sunnara, kif kienet tgħid in-nanna Gerit. Is-sabiħa hi li lanqas il-Kap il-ġdid Bernard Grech ma jista’ jagħmel xi ħaġa, għax Jason Azzopardi m’għadux magħna, ladarba issospenda lilu nnifsu. Għandek tgħid, jien kont naħseb li biex neħilsu minnu, ridna nikkonfermaw lil Adrian Delia, imma issa spiċċajna biex ħlisna minnu, ħelu, ħelu! Tal-inqas hekk nittama! L-Erbgħa, 11 ta’ Novembru Ara reġa’ tfaċċa isem Maria Efimova! Qiegħda tkun mixlija li ħadet ġurament falz fil-każ tal-Egrant. Sa fejn naf jien Maria Efimova kellha tiġi Malta biex tikxef ma nafx xiex. Saħansitra kienet ġabret eluf ta’ ewro biex tiġi, imma baqgħet ma tfaċċat qatt. Is-sabiħa hi, li minflok ġiet hawn hi, spiċċajna nfittxuha aħna għax milli jidher sparixxiet. Li kont jien minflok il-Pulizija, jew il-Qrati, inqabbad lill-Ewroparlamentari David Casa għax dak żgur li jaf fejn qiegħda daqskemm huma qrib xulxin. Anzi jien persważ li David Casa se jieħu l-inizjattiva minn jeddu u jkun hu li jgħidilha biex tiġi tiddefendi ruħha u tikxef ma nafx xiex!


18

15.11.2020

IL-LAMPIER LI MA NTEFIEX Is-Santwarju tal-Madonna tal-Għar fir-Rabat minn dejjem ġibed lejh pellegrinaġġi kbar, iżda żdiedu bil-kbir meta saret l-inkurunazzjoni tal-Madonna. L-ewwel ma nsibu miktub hu li fl-1630, fl-għar, Fra Pawl Muscat sab it-tazza tal-lampier li kien hemm, għadha mimlija biż-żejt wara li kienet ilha tixgħel għal erbat ijiem sħaħ. L-għar kien magħluq u ċ-ċavetta kienet għand l-imsemmi Muscat. Jumejn wara, il-qaddejja ta’ Marietta Cassar għamlet ftit żejt tal-lampier fuq idejn u riġlejn binha; ċertu Ġwanni Marija Galea, li kellu 18-il xahar u kien twieled paralizzat. B’għaġeb ta’ kulħadd, it-tifel fieq minnufih. Hekk bdiet id-devozzjoni taż-żejt tal-Madonna tal-Għar. Dan hu tagħrif miġjub bl-għajnuna ta’ Patri Mikiel Fsadni. Minn CHARLES B. SPITERI

Grazzja oħra reġistrata mill-istoriku F.M. Azzoppardo hi dik li qala’ Tumas ta’ Gioannello, minn Bormla. Dan, f’madwar l-1640, kif kien tiela’ fuq ix-xini għax-xogħol, f’salt wieħed, bil-qilla tar-riħ marru s-sarsi, tkissret l-antenna u waqgħet fuq rasu. Kulħadd ħaseb li Tumas baqa’ mejjet b’daqqa bħal dik. Iżda kif lemaħ l-antenna mkissra u nieżla fuqu, talab lill-Madonna tal-Għar; indarab biss ħafif u fieq fi ftit jiem. Tumas ta’ Gioannello kien devot ħafna tal-Madonna talGħar. Qabel, kien tela’ bosta drabi jżur is-Santwarju tagħha fil-knisja tad-Dumnikani tar-Rabat. Wara l-inċident li kien għadda minnu, reġa’ mar għal żjara fis-Santwarju u bid-dmugħ f’għajnejh stqarr il-grazzja li kiseb bl-interċessjoni tagħha waqt li ħalla ‘tabella bħala tifkira, li aktarx kienet pittura eks voto. Insibu wkoll li meta d-Dumnikani tar-Rabat bnew l-ewwel knisja kbira, ħasbu biex iqiegħdu l-għar devot tal-Madonna fil-bidu tal-istess knisja, bħala post l-aktar prominenti. Kull min xtaq, seta’ jinżel b’taraġ ħalli jżur, jitlob u jrodd ħajr lill-Madonna tal-Għar. Il-ħitan tal-għar kienu mżejnin b’bosta pitturi sbieħ u d-daħla tiegħu, kienet imsebbħa b’żewġ kolonni tal-ġebel bi blata tal-irħam fuqhom, li kienet minquxa b’ordni. Ġann Franġisk Abela jikteb li din kienet fdal ta’ xi tempju Ruman.

bil-pedamenti tal-antiporta tal-knisja u bis-seba’ oqbra li saru wara l-faċċata tal-artal li hemm fl-għar. Skont l-istess Ġ.F. Abela, fid-Descrittione di Malta, kiteb li fil-qedem, l-għar kien jinfed mal-Katakombi jew Ċimiterju ta’ Santa Marija talGħar. Tabilħaqq, meta tħaffru l-pedamenti għall-bini li hemm f’Misraħ San Duminku u fittriqat tal-qrib, instabu bosta oqbra, b’ħafna fuħħar fihom. Parti minn dan il-fuħħar jinsab fl-istudentat tad-Dumnikani tar-Rabat. Għall-bidu tas-seklu 17, id-Dumnikani bidlu x-xbieha tal-Madonna li kien hemm flgħar u minflokha qiegħdu oħra tal-irħam alabastru, maħduma fuq stil Sansovino. Iżda din ma damitx wisq ma tbiddlet ukoll. Madwar 100 sena wara, tqiegħdet xbieha oħra minquxa fuq il-ġebla ta’ Malta mill-iskultur Pawlu Zahra. Din irnexxiet ħafna, iżda l-Maltin baqgħu jqimu wkoll ix-xbieha tal-irħam: għall-ewwel fuq l-artal tal-kappella ta’ Santa Katerina ta’ Siena u wara fuq l-artal tal-kor, fejn baqgħet sal-1886, meta reġgħet tniżżlet fl-għar. Ix-xbieha tal-Madonna maħduma minn Pawlu Zahra lanqas ma twarrbet, iżda tqiegħdet fil-kappella li kienet għadha kemm tlestiet fid-dormitorju ġdid tan-novizzjat. Tibdil u tiżjin

Meta fil-bidu tas-seklu 18, id-Dumnikani tar-Rabat qabbdu lill-imgħallem Salvu L-għar tal-Madonna kien ak- Borg biex jibni l-frontispizju bar milli jidher illum. Iċċekken tal-knisja tagħhom mill-ġdid, Jiċċekken l-għar

riduh jagħti sura aħjar lit-taraġ tal-għar. Fil-fatt, tneħħa dak li kien hemm u minfloku saru żewġ turġien, wieħed fil-lemin u l-ieħor fix-xellug tal-bieb ewlieni tal-knisja. Aktarx li f’dan iż-żmien ukoll, il-patrijiet fetħu l-bokkatura ovali li hemm fis-saqaf tal-għar, li tagħti għall-knisja. Din ingħalqet bi sprall tal-ħadid iddisinjat u ddawret b’kanċell tal-bronż. Barra milli swiet bħala ventilatur għall-umdità tal-għar, il-bokkatura bdiet tkun ta’ okkażjoni biex dawk li jkunu deħlin u ħerġin mill-knisja, jaraw u jsellmu lill-Madonna. Fi tmiem is-seklu 19 u l-ewwel snin tas-seklu 20, l-għar kiseb l-aħħar għamla tiegħu, barra mid-dekorazzjoni tassaqaf. Ix-xogħol inbeda minn Patri Piju D’Amato, li ħabrek biex il-faċċata tal-għar, l-artal bil-prospettiva tiegħu, kif ukoll l-art, jinksew bl-irħam. Imbagħad Patri Beneditt Bonnici ssokta jiksi bl-irħam l-għar kollu kemm hu u ħabrek kemm felaħ biex iżejnu b’seba’ medal-

juni intarsjati bi rħam ikkulurit li jfakkru, minbarra wieħed, ilġrajja tal-għar. Fl-istess żmien ukoll, inħadmu minn irħam abjad, żewġ anġli adoraturi b’torċa f’idejhom. Dawn tqiegħdu fuq żewġ pilastri tal-irħam abjad ta’ Carrara. L-għar iżżejjen ukoll b’gastri jew kolonni tal-irħam alabastrino ta’ Trani, b’vażuni kbar skolpiti tassew tajjeb mill-istess irħam. Fl-aħħar nett, bħala tħejjija għall-inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Għar, Patri Ambroġ Darmanin ħabrek biex iżejjen il-volta tal-għar. Din ġiet dekorata b’ornamenti ta’ stukki, induratura u kuluritura fl-arkati, fil-mitri u taħt il-bokkatura ovali. Dan ix-xogħol irnexxa tassew għax ġie jaqbel ferm mat-tiżjin tal-għar. Is-Santwarju kif inhu llum Kif wieħed jidħol fil-knisja, bla ma jrid, għajnejh imorru lejn l-apertura ovali mdawra bilkanċell tal-bronż. Minn hemm

Id-devoti bdew jattendu minn kull raħal u belt biex iżuru s-Santwarju u jroddu ħajr lill-Madonna għall-grazzja li tathom, li jaraw l-inkurunazzjoni tagħha. Minn dakinhar bdew ikunu organizzati bosta pellegrinaġġi

jidhru l-artal u x-xbieha devota tal-Madonna tal-Għar. Iddawl madwar din ix-xbieha u t-tnemnim tax-xama’ jixgħel quddiemha, joħolqu kuntrast kbir f’dik id-dalma tal-għar, li jiġbed l-attenzjoni ta’ kulħadd. Ħafna jitħajru jinżlu fl-għar biex jaraw sew dan is-Santwarju devot. Kif semmejt diġà hemm turġien fiż-żewġ naħat tal-bieb ewlieni tal-knisja. Fil-bidu ta’ kull taraġ hemm kitba minquxa fl-irħam: dik tat-taraġ tan-naħa tax-xellug tfakkar fl-għotja tal-privileġġi u l-grazzji li bihom is-Santwarju ġie mogħni bissaħħa tal-affiljazzjoni tiegħu mal-Knisja-Bażilika ta’ S. Maria Maggiore. Il-kitba li hemm fittaraġ l-ieħor tfakkar fil-privileġġ li bih is-saċerdoti kollha, kull nhar ta’ Sibt, jistgħu jiċċelebraw fil-għar, il-quddiesa votiva tal-Madonna. Dawn iż-żewġ turġien, għamla ta’ S, għandhom issaqaf nofs tond skolpit tajjeb fuq il-ġebel u huma miksijin bi rħam abjad u b’zokklatura griża. Fil-faċċata tal-ħajt ta’ qabel l-aħħar liwja ta’ kull taraġ hemm medaljun ovali. Wieħed ifakkar il-grazzja li Tumas ta’ Gioannello, minn Bormla kien qala’ bl-interċessjoni tal-Madonna tal-Għar u l-ieħor jirrappreżenta l-ħruq tal-knisja mit-Torok wara t-telfa li ġarrbu meta ħabtu għall-Imdina fl-1551. Dawn huma magħmulin minn irħam intarsjat. Kif wieħed jinżel fis-Santwarju, ħarstu tmur mill-ewwel fuq ix-xbieha devota tal-Madonna, kollha ħlewwa u ħniena, tħaddan lil binha Ġesù. Ix-xbieha hi ingastata fil-ħajt,


19

15.11.2020 sewwasew f’nofs il-prospettiva tal-artal waħdieni li hemm fis-Santwarju, u mdawra bi gwarniċa skolpita minn irħam isfar ta’ Siena. Taħtha hemm kitba mnaqqxa fl-irħam: “Ersqu lejja intom ilkoll li tixtiquni, għax l-ispirtu tiegħi hu aqwa mill-għasel ħelu”. Irħam b’diversi lwien L-artal hu mdaqqas għaċċokon tas-Santwarju u hu miksi bi rħam ta’ diversi lwien. Fil-quċċata tal-faċċata tas-Santwarju, mad-dawra tal-volta, hemm il-kitba: “Jiena nħobb lil dawk li jħobbuni u nimla t-teżori tagħhom”. Mad-dawra wkoll tal-volta, fuq naħa hemm il-kitba: “Min isib lili jsib il-ħajja”, u fuq in-naħa l-oħra hemm: “U jikseb is-Salvazzjoni mingħand il-Mulej”. L-għar hu miksi kollu kemm hu bi rħam abjad u għandu zokklatura tal-irħam iswed portoro. Iżejnu l-ħitan hemm xi wħud mill-wegħdiet tal-fidda li d-devoti taw b’radd ta’ ħajr għall-grazzji li qalgħu bl-interċessjoni tal-Madonna, kif ukoll ħames medaljuni artistiċi intarsjati fl-irħam. Wieħed minn dawn il-medaljuni jirrappreżenta lil Sant’Anna u lil San Ġwakkin bil-Madonna ħdejhom. L-erbgħa l-oħra huma dwar il-ġrajja tal-għar. Għalhekk insibu d-dehra tal-Madonna lill-kaċċatur; it-tberik tal-għar mill-Isqof ta’ żmien id-dehra; l-għoti tal-għar lil Patri Pietru Zurki u lil sħabu; l-affiljazzjoni tal-għar, għall-indulġenzi, mal-Bażilika ta’ S. Maria Maggiore, f’Ruma. Il-medaljuni kollha nħadmu bl-akbar għaqal tal-arti mill-imgħallem Ġwanni Darmanin. Il-qima lejn il-Madonna tal-Għar Sa minn qabel ma d-Dumnikani waqqfu l-Ordni tagħhom f’Malta, il-qima lejn l-għar kienet diġà mxerrda fost il-Maltin, peress li kif jingħad, il-Madonna kienet dehret lil kaċċatur. Din il-qima ssuktat tinfirex bit-tħabrik tal-patrijiet imsemmija, li bidlu l-għar f’kappella, u aktar tard iddedikaw il-knisja kbira li bnew lill-Madonna talGħar u qiegħdu l-għar fl-aktar post prominenti tal-istess knisja. L-akbar xhieda ta’ din il-qima lejn il-Madonna, tul is-seklu 15, huma l-għotjiet u l-legati li bosta devoti taw lid-Dumnikani biex dawn setgħu jibnu knisja kbira u kunvent xieraq iddedikati lill-Madonna tal-Għar. Fil-ktieb Descrittione di Malta, f’nofs is-seklu 17, Ġann Franġisk Abela stqarr: “Il-kripta msejħa ta’ Santa Marija talGħar kienet dejjem miżmuma b’devozzjoni u b’qima kbira mill-antiki: hekk ukoll għadha mħarsa sa dan il-jum u hekk tibqa’.” Il-festa tal-Madonna tal-

Għar bdiet tkun iċċelebrata mill-patrijiet Dumnikani fil5 ta’ Awwissu, nhar il-festa tal-Madonna tas-Silġ. Għat-tixrid tal-qima lejn il-Madonna, kull nhar ta’ Erbgħa, fil-għar kienet issir quddiesa kantata bil-prietka, u kull nhar ta’ Sibt, il-patrijiet kienu jinżlu fl-għar biex ikantaw l-antifona Inviolata quddiem ix-xbieha tal-Madonna. Fil-kronaka tal-kunvent, l-istoriku F.M. Azzoppardo kiteb li dawn il-funzjonijiet kienu jsiru “b’qima u b’konkorrenza l-aktar kbira.” Il-ġiranju li baqa’ frisk Il-qima tal-Maltin lejn il-Madonna tal-Għar baqgħet dejjem sħiħa, iżda nfirxet u tkattret bil-bosta fosthom wara l-ġrajja mhux komuni meta fjur tal-ġiranju mqiegħed fuq ix-xbieha li kien hemm fil-għar, baqa’ frisk għal madwar xahar. Qabel ma tbiel, kienu bosta li marru jarawh: kanonċi, nisa, għonja u foqra, mill-irħula u l-ibliet. Kulħadd baqa’ miblugħ, għax kienu jafu li fjuri oħra, tal-ġiranju u ta’ speċi oħrajn tbielu u mietu malajr wara li tqiegħdu fl-għar. Dan il-fatt seħħ fi dħul is-sajf tal-1880 u tniżżel fil-kronaka tal-kunvent mill-majjistru Patri Lawrenz Caruana, kif semgħu mingħand bosta reliġjużi tal-komunità Dumnikana tar-Rabat, partikolarment mingħand il-Pirjol Patri Vinċenz Borg. Minn dik il-ġrajja żdied sew l-għadd ta’ Maltin li bdew iżuru s-Santwarju tal-Madonna. Ħafna minnhom bdew jaqilgħu grazzji kbar bl-interċessjoni tagħha. Żewġ patrijiet li ħadmu ħafna għall-ħeġġa u t-tixrid tal-fidi lejn il-Madonna tal-Għar kienu Patri Piju D’Amato u Patri Beneditt Bonnici, li flimkien mal-għajnuna tad-devoti, ksew l-għar bl-irħam. Fis-17 ta’ Novembru 1901, digriet affilja lis-Santwarju mal-Bażilika Liberjana, magħrufa aktar bl-isem ta’ Santa Maria Maggiore. Din l-għażla kienet xierqa, billi kif semmejna, il-festa tal-Madonna tal-Għar kienet tiġi ċċelebrata nhar il-festa tal-Madonna tas-Silġ, meta ssir ukoll il-festa tal-Bażilika msemmija. Diffikultajiet li ħassru kollox Bit-tħabrik ta’ Patri Ġużepp Xuereb, fl-1922, l-Isqof Anġlu Portelli kkonsagra l-artal li hemm fis-Santwarju tal-Madonna u 30 sena wara twittiet it-triq għall-inkurunazzjoni tal-Madonna. L-ewwel ma kellha ssir kien fit-23 ta’ Ottubru, 1924, iżda nqalgħu diffikultajiet li ħassru kollox. Fil-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija, Patri Ġużepp Xuereb reġa’ fisser xewqtu lill-Arċisqof Dom Mawru Caruana, li qabel

ferm max-xewqa. Iżda l-Arċisqof laħaq miet. Issa l-inkurunazzjoni kienet imsaħħa minn tliet Kapitli Provinċjali wara xulxin; dak tal-1948, tal-1952 u tal-1956. B’hekk l-inkurunazzjoni tal-Madonna tal-Għar kienet dikjarata u approvata bħala xewqa tal-istess Provinċja Dumnikana. L-Arċisqof Mikiel Gonzi laqa’ t-talba tal-inkurunazzjoni, tal-14 ta’ Lulju, 1956 u xahrejn u jumejn wara rċieva digriet mill-Kapitlu Vatikan, biex f’isem il-Papa Piju XII jinkuruna solennement lill-Madonna talGħar. L-aħbar tad-digriet tal-inkurunazzjoni tħabbret lill-komunità tar-Rabat mill-Pirjol Patri Dovik Boffa, u Patri Ġużepp Xuereb xandarha fil-knisja, immedjatament wara l-purċissjoni tal-Madonna tar-Rużarju. Id-devoti bdew jattendu minn kull raħal u belt biex iżuru s-Santwarju u jroddu ħajr lill-Madonna għall-grazzja li tathom, li jaraw l-inkurunazzjoni tagħha. Minn dakinhar bdew ikunu organizzati bosta pellegrinaġġi. Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi tal-inkurunazzjoni nbdew fit30 ta’ Mejju u ntemmu fid-9 ta’ Ġunju, 1957. Fl-ewwel tlett ijiem sar tridu bħala tħejjija għall-inkurunazzjoni, li saret fit-2 ta’ Ġunju, u mit-3 sad-9 tal-istess xahar kienu ċċelebrati sebat ijiem festi f’ġieħ il-Madonna inkurunata. Inkurunazzjoni fil-Katidral Fl-aħħar jum tat-tridu, is-Sibt l-1 ta’ Ġunju, id-Dumnikani u eluf ta’ devoti, ilkoll b’xemgħa tixgħel f’idejhom, ħadu proċessjonalment lix-xbieha tal-Madonna tal-Għar lejn il-Katidral. L-għada l-Ħadd,

jum l-inkurunazzjoni, fl-istess post kien ċelebrat pontifikal solenni, bix-xbieha tal-Madonna tal-Għar fuq l-artal maġġur, imdawra b’raġġiera sabiħa tal-fidda, u filgħaxija saret l-inkurunazzjoni tal-Madonna fuq iz-zuntier tal-istess knisja. Iċ-ċelebrazzjonijiet saru mill-Arċisqof Gonzi, megħjun mill-Isqfijiet Ġużeppi Pace, isqof ta’ Għawdex u Emmanuel Galea, Isqof ta’ Tralles u l-kanoniċi tal-Katidral. Wara l-inkurunazzjoni, ix-xbieha tal-Madonna ttieħdet b’dimostrazzjoni devota lejn il-knisja tad-Dumnikani. Fissitt ijiem ta’ wara, il-pellegrinaġġi ma qatgħu xejn. Fost il-pellegrinaġġi li kienu

saru qabel u wara l-inkurunazzjoni, kien hemm dak li d-Dumnikani tar-Rabat kienu organizzaw għall-kaċċaturi. Kien pellegrinaġġ xieraq u f’waqtu, li sar fil-25 ta’ Mejju, 1957, minħabba r-rabta li dawn għandhom mal-Madonna, li kif jingħad, kienet dehret lil wieħed kaċċatur. Il-kaċċaturi kollha minn Malta bdew il-pellegrinaġġ fil5.30 p.m. bl-ilbies tal-kaċċa jew għallinqas biċ-ċinturin, bl-iskrataċ u bl-ixkubetta. Kienet tassew dehra sabiħa u ta’ ferħ tara lill-kaċċaturi għaddejjin mill-istess triq li minnha, mijiet ta’ snin qabel, kien għadda l-kaċċatur li ra lill-Madonna filgħar għaliha.


20

15.11.2020

EDWARD MIFSUD

IL-MUŻIKA HIJA L-ĦOBŻA TA’ KULJUM U L-PASSJONI TIEGĦU Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Li kieku l-bniedem ma jkollux xi żvog f ’ħajtu, kieku nofs ħajtu tkun vojta. B’hekk ir-rota ddur ukoll, għax min iħobb ħaġa u min iħobb oħra. Il-mużika hija waħda mill-passjonijiet tal-bniedem. Dan l-aħħar sirt naf persuna li għalih il-mużika hija l-ħobża ta’ kuljum u l-passjoni tiegħu. Qed nirreferi għal Edward Mifsud. Għandu 28 sena u joqgħod San Ġwann. Il-mużika għalih hija kemm xogħol kif ukoll passatemp. Bħalissa jgħallem il-mużika fi skola sekondarja, u jdoqq u jorganizza bosta attivitajiet u produzzjonijiet matul is-sena. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem motivat, organizzat, ambizzjuż u jħobb jaħdem man-nies. “Fil-verità, bħala mużiċist, diffiċli ma jkollokx xi kwalità jew oħra minn dawn, għax ix-xogħol innifsu jwasslek biex tikber f ’dawn l-aspetti anke jekk ma tridx,” beda jgħidli Edward. Diversi esperjenzi mużikali vasti Prinċipalment, Edward huwa pjanista, u jdoqq kemm bħala solista, kif ukoll ma’ bosta gruppi mużikali. “Bdejt nieħu l-lezzjonijiet tal-pjanu minn età żgħira mas-Sa Amelia Calleja u avvanzajt fl-istudji tiegħi ma’ Mro Michael Laus fl-Università ta’ Malta. L-istil li studjajt l-iktar matul dawn is-snin kien il-mużika klassika, li fiha ksibt ukoll id-DipLCM u l-ALCM. Il-mużika rock, speċjalment il-progressive rock, u l-jazz huma stili li jinteressawni immens ukoll. Barra minn hekk, dejjem kelli interess fil-kompożizzjoni mużikali. Matul issnin ktibt diversi biċċiet ta’ mużika sagra korali, mużika orkestrali, mużika għall-pjanu u kanzunetti bbażati fuq poeżiji Maltin. Kelli wkoll l-unur li nikteb il-mużika għal short film lokali, bl-isem ta’ Stenbaħ! li tela’ għallCannes Film Festival fl-2011. Regolarment naħdem ukoll

fuq songwriting ma’ mużiċisti oħrajn fil-gruppi mużikali li ndoqq magħhom. Matul is-snin, tant kabbart l-interess fil-kompożizzjoni li dħalt nistudjaha l-Università ta’ Malta, fejn gradwajt b’baċellerat u fejn bħalissa qiegħed inkompli l-istudji tiegħi b’Masters.” Mhux hekk biss, iżda Edward, kemm-il darba jservi wkoll ta’ direttur mużikali fi produzzjonijiet teatrali u mużikali. “L-iktar kunċert riċenti kien ‘Some Enchanted Evening’, kunċert ta’ mużika mill-musicals li ttella’ fi Frar 2020 fis-sala Robert Samut, il-Furjana. Kunċert memorabbli ieħor kien ‘Your Song’, li ttella’ f ’Ottubru 2019 fil-Biblijoteka Nazzjonali, il-Belt. Dan il-kunċert involva orkestra tal-korda, band, kor u wħud mill-aqwa kan-

tanti Maltin, b’arranġamenti oriġinali tal-mużika ta’ Elton John. Kunċert interessanti ieħor kien ‘Dari Niftakar’, li ttella’ f ’Lulju 2018 fit-Teatru Manoel u li rriproduċa l-mużika ta’ Gaetano Buttigieg, kantant popolari f ’Malta fil-ħamsinijiet u s-sittinijiet. Dawn it-tliet kunċerti kienu produzzjoni tal-kumpanija ġdida Revamp, li tagħha jien direttur mużikali. F’Settembru 2017, idderiġejt ukoll produzzjoni multidixxiplinarja bl-isem ta’ ‘Sfumat’. Din il-produzzjoni ttellgħet fit-Teatru Salesjan, Tas-Sliema, u involviet madwar 80 żagħżugħ u żagħżugħa.” Mistoqsi kif jimmaġina ħajtu mingħajr mużika, Edward dlonk stqarr miegħi li l-attivitajiet u l-inizjattivi mużikali li huwa involut fihom jok-

kupawlu l-maġġoranza talħin, u għalhekk diffiċli ħafna jimmaġina ħajtu mingħajr mużika. “Minbarra li hija l-ħobża ta’ kuljum, il-mużika hija wkoll il-passjoni tiegħi.” Kull stil ta’ mużika fih il-preġju tiegħu Rigward, jekk japprezzax kull stil ta’ mużika, jew jekk hemmx xi stil li ma jissaportix, jew li ma japprezzax biżżejjed, Edward weġibni: “Naħseb li kull stil fih il-preġju tiegħu u bħala mużiċist nemmen li nista’ nikber aktar kemm inkun espost għal stili differenti u aktar kemm indoqq ma’ mużiċisti differenti. Nipprova kemm jista’ jkun inżomm moħħ miftuħ anke fil-mużika li nisma’ fil-ħin liberu tiegħi.” Bħala mużiċist, Edward

huwa wkoll involut f ’bosta proġetti kontemporanji u matul is-snin ħadem ma’ għadd ta’ artisti ġejjin minn stili differenti. B’hekk ridt inkun naf jekk kienx hemm xi artist li ħalla xi tip ta’ impatt fuqu b’mod speċjali. “Il-mużiċisti u l-kantanti li naħdem regolarment magħhom kollha huma serji, motivati u kapaċi ħafna, u meta naħdem magħhom dejjem nitgħallem xi ħaġa. Mużiċist Malti li nammira ħafna huwa Mro. Dominic Galea. Il-mod kif idoqq sabiħ wisq. Niftakar li meta kien ikolli l-lezzjonijiet miegħu kont verament nitpaxxa nisimgħu jitkellem u jdoqq.” Edward jagħmel parti mill-grupp stil progressive metal bl-isem ta’ Twenty-Six Other-Worlds u mill-gruppi popolari Beatroots u Ver-


21

Ritratti ta’ VINCIENNE BEZZINA

15.11.2020

Naħseb li kull stil fih il-preġju tiegħu u bħala mużiċist nemmen li nista’ nikber aktar kemm inkun espost għal stili differenti u aktar kemm indoqq ma’ mużiċisti differenti. Nipprova kemm jista’ jkun inżomm moħħ miftuħ anke fil-mużika li nisma’ fil-ħin liberu tiegħi

satile Brass. Mistoqsi kif jirnexxilu jlaħħaq ma’ dawn il-proġetti kollha, weġibni: “Ovvjament biex tlaħħaq ma’ kollox, normali li l-ġurnata tipika tkun impenjattiva ħafna, b’impenn wieħed wara l-ieħor. Li tkun organizzat tgħin ħafna u li ssib ħin għall-mistrieħ huwa essenzjali ukoll. Nemmen li meta tkun tħobb xi ħaġa, dejjem jirnexxilek issib ħin għaliha.” F’Malta s-settur tal-arti ħa spinta kbira fl-aħħar snin Mistoqsi jaħsibx li hawn Malta bħala mużiċist għandu opportunitajiet varji biżżejjed, jew jixtiqx jibda jikkolabora barra minn xtutna, Edward stqarr miegħi li esperjenzi barra minn Malta dejjem

jgħinu fl-iżvilupp tal-individwu u jekk tiġi xi opportunità, żgur li jidħlilha b’ruħu u ġismu. “Iżda f ’pajjiżna, s-settur tal-arti ħa spinta kbira flaħħar snin, u l-opportunitajiet dejjem qed jikbru. Barra minn hekk, bħala artist, tajjeb li tkun proattiv u toħloq inizjattivi u attivitajiet min jeddek.” Fl-aħħar nett, Edward xtaq jgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Wara ż-żmien diffiċli li ġabet magħha l-pandemija, nappella biex inkomplu nkunu ta’ sapport lill-artisti kollha, li żgur li ntlaqtu b’mod negattiv ħafna min-nuqqas t’attività tal-aħħar xhur. Nawgura lil kulħadd mumenti sbieħ mal-familja u malħbieb,” temm jgħid.


22

15.11.2020

IDEAT GĦALL-MILIED FIL-PANDEMIJA

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

MIN QALILKOM LI TRIDU TOĦORĠU BIEX IKOLLKOM MILIED MIMLI U KREATTIV? AGĦMLU KURAĠĠ! IL-MILIED XORTA SE JASAL. AĦNA RRIDU NKUNU LI NQAJMU L-ISPIRTU SPEĊJALMENT ĠEWWA FINA. Kif jgħid il-kliem ta’ kanzunetta tal-Milied ta’ xi snin ilu, “m’hemmx post bħad-dar fi żmien il-Milied.” Din is-sena, il-lirika ta’ din il-kanzunetta għandha tifsira ikbar. Jidher li l-pandemija tal-COVID-19, ħa ġġiegħel lil ħafna familji jiċċelebraw dan iż-żmien fid-dar, minflok fi gruppi ikbar ta’ ħbieb u qraba. Żgur li ħa jkun hemm ukoll nies li se jsibu ruħhom jiċċelebraw waħedhom. Jekk dak huwa l-każ għalik jew għall-familja tiegħek, m’għandniex naqtgħu qalbna - hemm bosta ideat kif nistgħu nħejju u niċċelebraw Milied “ta’ kwarantina” filwaqt li nżommu ruħna ’l bogħod mill-perikli soċjali ta’ dan il-virus. Għaldaqstant nixtieq nissuġġerilkom bil-quddiem, ftit ideat ta’ kif nistgħu niċċelebraw il-festi tal-Milied id-dar. Hekk waqt li qed tgeżwer ir-rigali, tista’ tlesti xi ħelu tal-Milied jew tagħmel xi puzzle b’tema natalizja, tisma’ kanzunetti u għanjiet tal-Milied jew tagħmel tiżjin oriġinali magħmul bl-għaġina u li bihom tikkommemora din is-sena partikolari tal-2020. Huwa f’idejk li tiddeċiedi, imma

naħseb li l-kliem tal-kanzunetta ta’ dari issa huwa iktar minnu minn qatt qabel: “Fi żmien il-Milied, m’hemmx isbaħ mid-dar” – home sweet home. Titilfux din l-opportunità biex għalkemm b’differenza, dan il-Milied ikun wieħed sabiħ u pożittiv li nibqgħu niftakruh. • Din is-sena ħu l-opportunità li ser tqatta’ iktar ħin id-dar biex tagħmel l-ispazju tat-tiżjin tal-ħolm tiegħek. Issettja baġit u ixtri xi tiżjin ġdid jew utilizza l-kreattività tiegħek biex toħloq it-tiżjin inti stess. Tkun ħaġa sabiħa jekk it-tiżjin tad-dar ikun marbut ma’ tema partikolari tal-Milied jew ma’ skala ta’ kuluri. • Il-ħami tal-gallettini huwa attività mill-isbaħ u minbarra li timlielek il-ġurnata timlielek ukoll id-dar b’riħa delikata li tfakkrek sew fil-Milied. Illum għandek issib diversi forom lesti għall-gallettini tal-Milied li jkunu kompluti meta tiddekorahom b’ġelu aħmar u aħdar, il-kuluri ta’ dan l-istaġun tas-sena. • Żmien il-Milied huwa żmien ta’ togħmiet xitwin anke fejn jidħlu xarbiet. Sib riċetti ta’ xorb

tal-Milied bħalma huwa l-inbid sħun (mulled wine), l-imbuljuta jew iċ-ċikkulata sħuna u ibda preparahom u duqhom minn kmieni biex jgħinuk tiċċelebra l-ispirtu ta’ dan l-istaġun. • Tista’ tagħmel ukoll maskri tal-Milied. Dawn jistgħu jsiru minn platti tal-karti. U meta jkunu lesti tista’ tużahom biex tieħu ritratti tal-familja b’differenza biex tfakkar dawn il-festi. • Bi tħejjija għall-Milied tista’ wkoll tixtri u tgħaqqad jigsaw puzzle b’xena tal-Milied. Li tagħmel puzzle huwa mod rilassanti kif tqatta’ waranofsinhar jew wieħed mill-iljieli li jwasslu sal-Milied. • L-istaġun tal-Milied 2020 żgur li ser jkun wieħed uniku fl-istorja, allura nissuġġerixxi li tagħmlu xi tip ta’ ornament li jibqa’ tifkira tiegħu. Tista’ tuża riċetta tal-għaġina tal-melħ (kulma għandek bżonn huwa dqiq, melħ u ilma) u tagħmel forma pereżempju bil-marka tal-idejn tal-membri tal-familja jew xi ornament relatat ieħor. Tinsiex tikteb is-sena fuqhom b’xi tip ta’ żebgħa. • Aqra ktieb tal-Milied. Il-qari

ta’ ktieb fuq is-sufan huwa mod komdu biex tidħol fl-ispirtu tal-Milied. Jekk għandek it-tfal id-dar ħalli lilhom jagħżlu ktieb u jaqrawh lill-bqija tal-familja. • M’għandekx għalfejn tkun familja mużikali biex tieħu gost tisma’ l-melodiji tal-kanzunetti u l-għanjiet tal-Milied. Tista’ ssib mill-internet stazzjonijiet speċjali li jdoqqu biss mużika tal-Milied jew iddoqq is-CDs natalizji favoriti tiegħek minn żmien sew qabel il-25 ta’ Diċembru. Permezz tal-mużika tal-Milied tgħin lilek innifsek u lil dawk li jgħixu miegħek fiddar jidħlu fl-ispirtu tal-festi. Jgħinuk ukoll biex tibni stennija fid-dar għall-ġurnata speċjali tal-Milied. • Peress li din is-sena m’aħniex ser niltaqgħu ma’ qraba u ħbieb għall-festini tal-Milied, ibgħatilhom rigal żgħir bil-posta biex turihom li xorta jinsabu magħqudin miegħek. Tista’ tkun anke xi ħaġa artiġjanali mill-ħelu tal-Milied li tkun għamilt inti stess imgeżwra f’kaxxa sabiħa apposta għar-rigali. • Organizza party virtwali online. Sempliċement għax ma


15.11.2020 08.11.2020

tistax tiltaqa’ flimkien personalment ma jfissirx li ma tistax tara lil sħabek u lill-familja tiegħek fil-Milied. Ibgħat lil kulħadd invit għal Zoom, Google jew Skype u ospita l-festa tiegħek virtwalment. Kun żgur li għandek ukoll ftit logħob bil-lest għal dan il-mument flimkien. • Li tara film huwa mod idejali biex tqatta’ l-ħin fil-ġranet tal-Milied speċjalment wara l-ikla ta’ filgħaxija. Għal waqt il-film tinsiex tlesti xi ħaġa xi tnaqqar u xi waħda mix-xarbiet ta’ dawn iż-żminijiet li semmejt qabel. Għandek issib lista estensiva ta’ films b’temi marbuta mal-Milied. • Iċċekkja l-gazzetti jew websites informattivi fuq l-internet biex issib il-lista tat-toroq imżejna għall-Milied li ħa jkun hawn f’pajjiżna. Din tista’ tkun ħarġa sabiħa bil-karozza f’xi wieħed mill-weekends ta’ qabel il-Milied. Jekk it-temp jippermetti tkun ħarġa sabiħa wkoll jekk tmur mixja madwar il-belt jew raħal fejn toqgħod biex tammira d-dwal tal-Milied u t-twieqi mżejnin fl-inħawi tiegħek. • Nissuġġerilek ukoll li tilbes ħwejjeġ li jirriflettu l-kuluri u s-sbuħija tal-ferħ ta’ dan iż-żmien qaddis. Jeżistu anke piġami tal-Milied għad-dar! U jekk il-familja kollha taqbel, tkun verament ħaġa sabiħa u ferriħija għall-mumenti li fihom il-familja tkun flimkien f’dawn il-ġranet ta’ festa. • Organizza Family Christmas Breakfast fid-dar nhar jum il-Milied filgħodu, biex tiċċelebraw il-mument tal-ftuħ tar-rigali. Ipprova pprepara l-affarjiet mil-lejl ta’ qabel ħalli filgħodu kulma tagħmel huwa

23 li ssaħħan l-affarijiet u hekk tgawdi l-kolazzjon int ukoll. • Il-pranzu huwa u għandu jibqa’ l-avveniment ewlieni fiddar nhar il-Milied. Sempliċement għax għandek inqas nies għall-ikel din is-sena ma jfissirx li għandek tagħmel inqas sforz fit-tħejjijiet. Iddeċiedi fuq menù qabel iż-żmien u kun żgur li għandek dak kollu meħtieġ biex tagħmel festa xierqa. • Fl-aħħar nett appell mill-qalb biex ma ninsewx it-tradizzjonijiet tant sbieħ li jagħmlu l-Milied tagħna, Milied uniku u verament Malti ... il-presepju, il-Bambin tal-Milied fit-twieqi, l-ġulbiena, il-qagħaq tal-għasel, in-novena tal-Milied u l-quddiesa tal-lejl tal-Milied ... u fuq kollox is-solidarjetà unika ma’ dawk ħutna Maltin u Għawdxin li vera jeħtiġuha. Nieħdu l-okkażjoni niftakru f’dawk li għaddejjin minn tbatijiet ukoll u dawk li forsi jinsabu ma jifilħux. Qatt ma tista’ titfa’ lil kulħadd fl-istess keffa. Hemm min ibati fis-skiet, hemm min hu marid u ma jkollux moħħ veru. Xorta waħda nawguraw li dan il-Milied jgħinna nirriflettu ftit. Mhux biss fuq fidi għax kulħadd huwa liberu jagħmel u jaħseb hu, imma fil-verità, il-Milied jaffettwa xi ftit lil kulħadd għaliex la ċ-ċelebrazzjonijiet isiru kważi tista’ tgħid kullimkien, anke min għandu fidi differenti jħoss spirtu differenti. Hux ta’ ferħ jew le dak argument ieħor. Suppost huwa mument ta’ festa, iżda meta taħseb waħdek, inti miegħek innifsek, tinsab kuntent? Iċċelebra l-Milied u tejjeb ħajtek ftit ftit. Kuraġġ!

SKEDA ONE 07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40

TNEJN Pjazza ONE Sports 16-11 & Temp ONE News Prime Time Reboot Follow Up Gizelle ONE News Night Transmission

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30

Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy

18:30 19:15 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 23:30 23:45

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:30 Better Living 10:30 Espresso 12:30 ONE News

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:30 18:30

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Follow Up Dak li Jgħodd Pjazza

19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:45 Ħabrikt - Reel 8 21:00 Mija - PL 22:15 Music Legends 22:50 Ondroad 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40 12:45

13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30 19:15

Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Pink Panther Pajjiżi Pjazza ONE Sports & Temp

19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:30 Distintivi 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

08:30 09:15 09:30 10:30 12:30

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Pajjiżi Espresso ONE News

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt - Reel 8

18:00 18:30 19:15 19:30 20:15 20:35 21:00 22:30 23:30 23:45

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Flimkien ma’ Nancy Espresso ONE News Teftif

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30 19:15

Telebejgħ Kalamita ONE News Kalamita Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Indhouse Pjazza ONE Sports

& Temp 20-11 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Min Imissu?! 22:00 Kick OFF 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:30 Pajjiżi 10:30 Popcorn 11:00 Indhouse

11:55 12:30 12:35 13:05 14:45 15:00 15:30 15:35 16:30 17:30

Telebejgħ ONE News Mhux kemm taf Kick Off Ħabrikt The Local Traveller ONE News Dak li jgħodd Flimkien ma’ Nancy Il-Kelma

18:00 Pink Panther 18:40 Ondroad 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Mr & Mrs World Malta 2020 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55 12:30

12:35 15:30 15:35 15:35 16:15 17:30 19:15

Arani Issa ONE News Arani Issa Duurella Mija L-Argument One Sport & Temp

19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Attività Politika 21:30 Min Imissu?! 23:30 ONE News

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Indhouse Espresso ONE News Teftif

TLIETA 17-11

ĦAMIS 19-11

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Dak li jgħodd Espresso ONE News Teftif Telebejgħ

SIBT 21-11

ONE News ONE News Duurella Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ ONE News

ERBGĦA 18-11

Mhux kemm taf Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Prime Time Dirett Ilsien in-Nisa Reboot ONE News Night Transmission

ĠIMGĦA

ĦADD 22-11


24

15.11.2020

reċensjoni tal-ktieb

L-ESPERJENZA TAT-TAGĦLIM Ftit jiem qabel ma jien u sħabi konna se noħorġu ngħallmu għall-ewwel darba fi skola, skoprejna li ridna nagħmlu ‘l-fajl’. Kien waqt tutorial ta’ School Experience li l-lettur tana din l-aħbar. Dakinhar, ma nafx x’fettilli nistasi: “X’inhu dan ‘il-fajl’?” It-tutur baxxa n-nuċċali: “Il-fajl?... Il-fajl!... X’jiġifieri ma tafx x’inhu l-fajl?!... Mur... Mur u fittex agħmel ‘il-fajl’.” Dak il-ħin issummajt. Skiet imbarazzanti waqa’ fl-uffiċċju li konna fih. Wara komplejna niddiskutu xi dettall li llum m’għadnix niftakar x’kien, imma din tal-fajl, ma nsejthiex. Fil-jiem u x-xhur ta’ wara, staqsi minn hawn, staqsi minn hemm, bil-mod il-mod u b’ħafna żbalji, jien u sħabi tgħallimna nagħmlu xi forma ta’ ‘fajl’ ukoll. Qiegħed nikteb dan qisu ġara lbieraħ... anki jekk kollox seħħ aktar minn sebgħa u għoxrin sena ilu. Illum, għadda wisq żmien biex nibqa’ niftakar kemm għamilt iljieli nipprova nfellel sillabu mifrux sew fi pjan ta’ ħidma ta’ ftit ġimgħat u xhur, kemm ħejjejt lezzjonijiet, kemm domt nhewden meta lezzjoni ma ħarġitx kif xtaqt, jew kemm-il darba soqt lura d-dar bi tbissima għax xi student qalli, bla xejn mistenni, ‘Grazzi, Sir.’

U meta bdejt il-karriera akkademika fil-Fakultà tal-Edukazzjoni, mill-ewwel ħsibt biex l-għalliema ta’ għada ma jgħaddux mill-istess esperjenza tiegħi u ta’ sħabi. Anzi, mill-bidu għamiltu għan tiegħi li l-istudenti-għalliema joħorġu jgħallmu b’serħan il-moħħ li jafu sew x’tinvolvi t-tħejjija għat-tagħlim. Ikolli nammetti li nsib sodisfazzjon speċjali ngħallem din it-taqsima ta’ studju għaliex, kif jgħiduli l-istudenti nfushom, tagħtihom mudell ta’ ħsieb li mid-dehra jibqa’ jtul ħafna wara li jintemm il-kors. Mhux darba jew tnejn niltaqa’ ma’ xi għalliema li jsemmuli kif għadhom jippjanaw b’reqqa, u kemm jinvestu ħsieb, ħin, u riżorsi biex ifasslu esperjenzi pożittivi ta’ tagħlim f’kuntest li mhux dejjem ikunu rikonoxxuti l-isforzi bieżla tagħhom. Jien u nikteb kelli f ’moħħi studenti-għalliema li qegħdin jiskopru univers ġdid, u lil dawk l-għalliema li jixtiequ jwessgħu l-orizzonti tal-edukazzjoni tagħhom. Ippruvajt inħaffef, niskematizza, u kultant niddimistifika, l-għażliet u d-deċiżjonijiet professjonali kumplessi li l-għalliema mistennija jagħmlu ta’ kuljum. Dan ma kienx faċli, speċjal-

ment fejn xi kunċetti u ideat għandhom għeruq u tradizzjonijiet differenti, u li meta jintużaw għadhom qegħdin jevolvu f’direzzjonijiet differenti, kultant kunfliġġenti wkoll. Dan il-ktieb: jispjega kunċetti bażiċi bħal tagħlim u tħejjija (ara Taqsima 1); jgħaddi għal fehim tal-identità tal-għalliema, l-istudenti

u l-kuntest tat-tagħlim (ara Taqsima 2); japprofondixxi l-kunċett tal-programm tattagħlim, mis-sillabu sal-pjan ta’ ħidma (ara Taqsima 3); iqiegħed is-sisien ta’ pjan tal-lezzjoni (ara Taqsima 4), bir-riżorsi għal miegħu (ara Taqsima 5) u x’mistenni dwar xi lezzjonijiet speċjali (ara Taqsima 6); u jagħlaq b’attenzjoni għall-evalwar u l-assess-

jar (ara Taqsima 7), flimkien mal-proċessi tar-riflessjoni fuq l-esperjenza tat-tagħlim u l-evalwazzjoni ta’ xi aspetti tagħha b’risq titjib kontinwu (ara Taqsima 8). Għalkemm dan il-ktieb miktub bil-loġika tiegħu, il-ħafna kapitli qosra għandhom jgħinu lill-qarrejja jfittxu dak li għandhom bżonn u jadattawh għall-esiġenzi tagħhom. Dan jgħodd b’mod speċjali għall-iskedi fl-aħħar kapitlu tal-ktieb. Fl-aħħar mill-aħħar, kull esperjenza tat-tagħlim hi mera ta’ min jagħmilha, u tirrifletti l-valuri ta’ komunità u l-ideat għeżież li tħaddan is-soċjetà. L-istudenti jistennew u ħaqqhom bi dritt għalliema mħejjija sew. U jien konvint li bi tħejjija sistematika u mirquma, tiżdied il-possibbiltà ta’ twettiq aħjar, u għaldaqstant jitjiebu l-possibbiltajiet ta’ suċċess għall-istudenti u ta’ sodisfazzjon għall-għalliema nfushom. Xejn ma jisboq għalliema mħejjija sew fi professjoni li bħal professjonijiet oħra għandha l-mumenti ta’ tensjonijiet tagħha, iżda li minnhom jinbtu opportunitajiet sbieħ ta’ tama u ta’ mħabba. Awguri, u l-ħidma t-tajba.

Mistoqsija: Kemm fih taqsimiet dan il-ktieb? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb L-ESPERJENZA TAT-TAGĦLIM. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 22 ta’ Novembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb L-ARLEKKIN ISFAR hija:

R. CUTAJAR - MOSTA

03 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm ser jipprovdi l-Gvern Malti mill-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali lill-Fondazzjoni Puttinu Cares biex tkun tista’ tinvesti f ’aktar appartamenti fiċ-ċentru ta’ Londra?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

15.11.2020

MIN KIENET JENNIFER FAIRGATE? TFAJLA TINSTAB MEJTA F’LUKANDA RINOMATA F’OSLO Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Evidence Photos

Fit-3 ta’ Ġunju tal-1995, tfajla żagħżugħa nstabet mejta b’tir f’rasha fil-kamra li kriet fil-Plaza Hotel f’Oslo fin-Norveġja. Għall-bidu, il-pulizija bdew jaħsbu li t-tfajla neħħiet ruħha b’idejha għax kellha l-arma tan-nar f’idha iżda iktar ma żvolġiet l-investigazzjoni iktar bdew jaħsbu li dan kien omiċidju. Il-każ ta’ Jennifer Fairgate Uffiċjal tas-sigurtà tal-lukanda mar iħabbat mal-bieb tal-kamra ta’ Jennifer Fairgate, tfajla li kienet ilha tlett ijiem fil-lukanda mingħajr ma ħallset. L-uffiċjal mar biex jiġbor il-karta ta’ kreditu ħalli Fairgate tkun tista’ tħallas il-kirja tal-kamra. Hekk kif ħabbat mal-bieb, l-uffiċjal sema’ tir. Mal-ħoss, hu mar jiġri jitlob għall-għajnuna u laħqet għaddiet kwarta sakemm ġew il-pulizija. Dan kien ifisser li l-bieb ma kienx mgħasses għal

kwarta sħiħa u ħadd ma jaf ħariġx xi ħadd minn ġol-kamra. Minkejja dan, il-bieb kien imsakkar. Hekk kif il-pulziija daħlu fil-kamra, huma sabu lil tfajla żagħżugħa, mixħuta fuq is-sodda b’tir ta’ arma tan-nar f’rasha. Hekk kif bdew jinvestigaw, il-pulizija rawha stramba kif din il-mara tħalliet tidħol fil-lukanda mingħajr ma provdiet passaport, karta ta’ kreditu jew xi forma oħra ta’ identifikazzjoni. Fil-fatt, il-pulizija ma setgħu jsibu xejn minn dan fil-kamra u nnotaw li l-ħwejjeġ li kellha kellhom it-tabelli kollha maqtugħin. Iktar ma komplew ifittxu, iktar il-kobba kompliet titħabbel għax ma setgħux isibu affarijiet li minnhom setgħu jieħdu xi kampjun tal-ġenetika tagħha bħal toothbrush u brush taxxagħar. L-arma tan-nar li kellha f’idha kellha mneħħi n-numru ta’ reġistrazzjoni minn fuqha

Tpinġijiet ta’ Jennifer Fairgate

b’mod professjonali ħafna. Ilmod kif it-tfajla kienet mixħuta fuq is-sodda u l-mod kif kellha l-arma tan-nar miżmuma f’idha qajmet suspetti kbar fil-pulizija. Apparti minn hekk, l-arma tan-nar ma kellhiex traċċi tad-demm tal-vittma. B’hekk, il-pulizija kienu konvinti li dan ma kienx suwiċidju imma kien omiċidju. Meta l-pulizija staqsew min irreġistraha fil-lukanda, ħadd mill-ħaddiema ma qal li kien hu iżda ngħad li Jennifer Fairgate kienet fil-kumpanija ta’ raġel. Dan ir-raġel baqa’ misteru għax ma setgħu jsibu xejn dwaru u lanqas kienu ċerti jekk kienx hemm raġel fil-preżenza tal-vittma. Il-pulizija damu sena jipprovaw isibu l-identità ta’ ‘Jennifer Fairgate,’ tfajla li kitbet isem falz, indirizz falz u numru falz meta rreġistrat fil-lukanda. Ġurnalist li kien mixħut fuq il-każ tagħha saħansitra mar il-Belġju fl-indirizz li kit-

bet u sab it-triq iżda n-numru tad-dar ma kienx jeżisti. Wara sena investigazzjoni, il-pulizija ma sabu xejn u b’hekk għalqu l-każ u difnu l-katavru tagħha fis-26 ta’ Ġunju tal-1996. Hekk kif ingħalaq il-każ, l-evidenza li kienet inġabret ġiet meqruda.

l-ebda tip ta’ identifikazzjoni u ma setgħux jifhmu kif ħadd ma rrapportaha nieqsa. Huma jemmnu wkoll li kien hemm sforz kbir biex il-vittma ma tiġix identifikata mill-pulizija.

Jerġa’ jinfetaħ il-każ wara 20 sena

Il-każ ta’ Jennifer Fairgate xxandar fuq it-televixin biex forsi xi ħadd jgħaddi xi informazzjoni fuq l-identità tagħha. Apparti minn hekk, il-ġurnal Norveġiż, VG, għandu dehra viżwali tax-xena u l-investigazzjoni li saret online ħalli dak li jkun jara x-xejriet strambi tal-każ u x’qalu n-nies li kienu fil-kamra ta’ ħdejn Fairgate. Kien hemm raġel partikolari li qal li filgħodu xħin mar jagħti ċ-ċavetta tal-kamra lura lill-ħaddiema tar-reception, huma qalulu b’dak li kien ġara. Il-ħaġa interessanti hi kif il-ħaddiema kienu jafu bl-inċident meta t-tfajla kienet għadha ma mititx, għaliex it-tir instema’ iktar tard mal-ħin. Dan qalu l-istess ġurnal imsemmi. Minkejja l-isforz biex il-pulizija jsiru jafu min kienet fil-verità Jennifer Fairgate, s’issa ħadd għadu ma ta informazzjoni ġdida li tista’ tgħin fil-każ.

Il-ġurnalist Lars Christian Wegner baqa’ moħħu fil-każ ta’ Jennifer Fairgate, jhewden fuq min setgħet kienet, min qatilha u għaliex. Fl-2016, il-katavru tagħha ttella’ mill-qabar biex jittieħdu kampjuni tal-ġenetika tagħha. Mill-ġenetika rriżulta li hi kienet Ewropea u li wisq probabbli kienet ġejja mil-Lvant tal-Ġermanja. Sabu wkoll li l-mara kellha madwar 24 sena. Minkejja dan kollu, ħadd ma fetaħ xi rapport fuq l-għajbien ta’ din it-tfajla u ħadd ma tkellem mal-pulizija fuq min setgħet kienet. Dawn l-intriċċi li ma bdew iwasslu għal imkien ħassbu lill-pulizija u bdew jemmnu li din il-mara kienet xi aġenta sigrieta jew xi spija. Il-pulizija ma setgħu jaħsbu f’xejn iktar għaliex din il-mara ma kellha

Il-każ jixxandar fuq programm televiżiv


26

15.11.2020

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

15.11.2020

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 355

V. DEBONO - MOSTA

B’2 NUMRI 21 93

636 741

B’4 NUMRI Bi 3 NUMRI 0524 045 0774 113 1505 206 1515 254 1525 324 1874 336 1947 474 2051 545 2161

2258 2265 2611 2673 3211 3254 3737 4004 4124 4176 4454 4935 5521

5608 5672 5684 5689 6020 6140 6520 7338 7501 7572 9021 9134 9262

9969

71266 71552 74254 74452 75183 85050 88155 95407

598623

B’5 NUMRI B’7 NUMRI 06114 0332935 09112 1391347 20115 1424986 22324 1834415 37373 3501649 42271 5110574 51845 B’6 NUMRI 5847715 52505 107567 6350563 60457 151247 7536607 65876 235071 9194191

MIMDUDIN: 7. Ara 2 19. 1. Parti mill-intern 9. Espressjoni 20. tal-bniedem (5) moderna (3) 4. Kompli l-qawl: 10. Mhux maħmuġa (6) 21. F’Lulju s-suq 12. Isa! (6) 23. mimli bil-ħut u 16,21M. Nies ta’ 24. s-sajjied bil-...... Marsaskala (6) fil-but (4) 18,19. Lemħitek (5)

Ara 18 Ġejja u sejra tinkiser (5) Ara 16 Ara 3 Mhu lixx xejn (5)

WEQFIN: 1. Serduq żgħir (6) 2,7. Agħmel bħall-bank (5) 3,23. Għandu trid tmur għal snienek (7)

Probabbli (6) Enormi imma bla sieq! (3) Naħa? (3) Norman Buttiġieġ Scicluna (1,1,1)

5,11. Bla ġenituri (5) 15 6,12W. Ħmarlu wiċċu (5) 17. 8. Tħobb tiftaħar (9) 11. Ara 5 21. 12. Ara 6 22. 13. Ajk (3) 14. Ma nesiex (6)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Ġunju, 4.Blat, 7,16.Bkara, 9,11. Notti, 10.Baqqun, 12.Tirana, 18,23.Ewropa, 19.Tod, 20.Ħlejt, 21.Par, 24.Ardit

WEQFIN: 1.Ġungla, 2,5.Nitlaq, 3,15.Ubbidjent, 6.Tin, 8.Karawetta, 12,17.Tarka, 13.REL, 14.Attard, 21.Pur, 22.RIP


28

15.11.2020

VERĠNI IKTAR MILL-PAPA Editorjal

Din l-ipokrisija, li ċ-ċorma f’Tal-Pietà reġgħet għażlet li togħdos fiha fil-fond, diġà ġiet irrifjutata bil-goff diversi drabi mill-kumplament tal-poplu mill-2013 ’l hawn

Id-dikjarazzjoni tal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech fil-bidu ta’ din il-ġimgħa biex jiddefendi u jiskolpa lil Jason Azzopardi dwar iż-żjara gratis tiegħu f’Tel Aviv, intlaqgħet mill-maġġoranza tal-poplu b’niskata melħ, kif ngħidu. Ħadd f’sensih ma jista’ qatt jaċċetta l-iskuża banali tal-Kap tal-Oppożizzjoni li “ma nistgħux nippretendu li nkunu iżjed verġni mill-Papa” u neħduha bi kbira għax il-Kelliem Ewlieni tiegħu għall-Ġustizzja qatta’ ħamest ijiem t’akkomodazzjoni minn fuq dahar negozjant prominenti. Daqstant ieħor ħadd f’sensih ma jistenna li l-azzjonijiet tal-istess Deputat Nazzjonalista jiġu bbilanċjati b’xi argument pwerili u fantażjuż li dan “għamel affarijiet kbar għall-pajjiż”. Ovvjament hemm l-eċċezzjonijiet li jgħoddu biss għal dawk li jappartjenu lill-establishment l-antik Nazzjonalista u li llum għandhom il-fakultà li jċaqilqu kif jidhrilhom xie­ raq l-ispag marbut mal-Kap

tal-Oppożizzjoni. Fl-aħħar snin drajniehom sew li huma biss predikaturi esperti fuq is-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba sakemm l-affarijiet ma jkunux jinvolvu lil xi ħadd minn ħdanhom. F’dak il-każ, l-ebda nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxa jew reati oħrajn finanzjarji, l-ebda użu ta’ kliem ta’ mibegħda, l-ebda abbużi ta’ vjolenza domestika u l-ebda pożi b’simboli mistmerra mhuma kbar biżżejjed biex ikunu mċanfrin. Għaldaqstant jerġgħu jidhru u jinstemgħu foloz illum meta jipprovaw jimminimizzaw l-iskandlu li nqabad fih Jason Azzopardi u li kulħadd stenna li kellu wkoll jitkej­ jel bl-istess riga. Il-fatt li dan qed jiġi ġġustifikat mill-Kap tal-PN, għax hekk kien jaqbillu jew għax ma kellux alternattiva ħalli ma jurtax lil min poġġieh fuq it-tmun, jixhed li b’kaptan ieħor xorta baqa’ ma nbidel xejn fil-PN. Wara li fl-aħħar snin wiċċu kien fuq quddiem nett ta’ kull kawża tal-establishment, Dr

Azzopardi nnifsu wkoll ma jis­­ tax jistenna li xi ħadd jieħdu bis-serjetà meta jħabbat fuq sidru u jistqarr li seta’ kien aktar attent qabel aċċetta akkomodazzjoni ta’ ħames stilel b’xejn, jew li ma setax isib lukanda minn qabel, inkella li mar iqatta’ lejl ta’ meditazzjoni fuq il-qabar ta’ Kristu. Anke l-ġustifikazzjonijiet tiegħu li ma kisirx il-kodiċi ta’ etika għall-Parlamentari, ladarba ta’ Tumas Group “dak iż-żmien ma kellhomx interess f’xi leġiżlazzjoni quddiem il-Kamra”, jew li patta b’rigal tal-fidda għall-pjaċir li rċieva mingħand il-familja ta’ Yorgen Fenech, sfumaw ­fix-xejn­­. Kif qallu l-Kummissarju għall-Istandards filĦajja Pubblika George Hyzler, dan ma jpatti xejn għal dak li aċċetta li jiġi kkumpensat bih. Din l-ipokrisija, li ċ-ċorma f’Tal-Pietà reġgħet għażlet li togħdos fiha fil-fond, diġà ġiet irrifjutata bil-goff diversi drabi mill-kumplament tal-poplu mill-2013 ’l hawn. Sakemm l-Oppożizzjoni ma tinbidilx u

tibda taġixxi b’responsabbiltà u b’maturità, u ma tista’ qatt tippretendi li tittieħed b’serjetà. Kemm-il darba, b’sinċerità, irridu u nippretendu livelli dejjem ogħla minn kull min jagħżel li jinvolvi ruħu fil-ħajja pubblika, tant li nkomplu nibdlu r-regoli u l-liġijiet, kif esperjenzajna partikolarment fl-aħħar xhur, allura ma jistax ikun hemm fl-istess ħin żmien ta’ infurzar u żmien meta nagħlqu għajnejna, eżatt kif indika li hu twemminu Dr Grech nhar it-Tnejn. Ma nistgħu nlumu lil ħadd li jkollu dubji kemm Dr Azzopardi jew xi ħadd minn sħabu xi darba se jniżżluha minn griżmejhom li huma wkoll suġġetti biex jitkejlu bi kliemhom stess. Min-naħa l-oħra, il-poplu jserraħ rasu mill-ġejjieni meta jara li l-Partit Laburista jibqa’ xprunat bl-enerġija u d-determinazzjoni biex mill-Gvern, u anke barra, jibqa’ jiġġedded ħalli dejjem jagħti verżjoni aħjar tiegħu nnifsu.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.