KullĦadd 09.10.2022

Page 1

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech, reġa’ espona pubblikament il-qasma li teżisti fil-Partit Nazzjon alista. Firda li għalkemm qatt ma ntemmet dejjem toħroġ fid-dieher bid-deċiżjonijiet tal-Kap jew anke ta’ dawk li poġġewh fil-kariga.

F’intervista mal-Lovin Malta, Grech ilbieraħ ħa reġ jgħid li s-sitwazzjoni llum hi aħjar minn meta sar Kap hu. Dan minkejja li, taħt it-tmexxija tiegħu, il-PN kiseb l-akbar telfa fl-istorja. Biex qal dan, Grech saħansitra uża argumenti maħsubin biex inaqqas mill-profil tal-predeċessur tiegħu u bbottja dwar il-kon foffa li saret biex jitneħħa Delia u minflok

Ħarġa Nru 1,526 Prezz €1Il-Ħadd, 9 ta’ Ottubru, 2022
jitpoġġa hu. Tkompli f’paġna 4 BERNARD GRECH JIPPROVOKA U DELIA JIRRIBATTI RAKKONT TA’ MMINAR ANTIK MILL-PN KONTRA L-ISTITUZZJONIJIET DAQT NUŻAW MINA OĦRA Rapport f’paġna 3 Rapport f’paġna 4 F’intervista, il-Kap attwali Nazzjonalista jipprovoka lill-predeċessur tiegħu u Adrian Delia jgħidlu li mhux ġust jifraħ bi tradiment … ifakkru x’kien seħħ biex spiċċa Kap, waqt li tibqa’ evidenti l-qasma kbira fil-Partit Nazzjonalista

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla

L-Inqas

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja

ser tkompli testendi fuq iċ-ċentru tal-Mediterran u l-Libja

It-Temp: Ftit imsaħħab

Ir-Riħ: Ħafif min-Nofsinhar Lbiċ

Il-Viżibilità: Tajba

Il-Baħar: Ħafif

L-Imbatt: Ftit li xejn

It-Temperatura tal-Baħar:

It-Tnejn

Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, Il-Furjana — 21239310

National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Il-Ħamrun — 21225539

Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi — 21443221

Mint Care Pharmacy, 5B-71 Triq Brared, Birkirkara — 21442135

O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Il-Gżira — 21330268

San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke — 21378485

Brown’s Victor Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Tas-Sliema — 21330352

Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, In-Naxxar — 21417406

Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Il-Mosta — 21416426 St. Mary Pharmacy (Mġarr Dispensing Chemists), 71, Triq Sir Harry Luke, L-Imġarr — 21580711 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Paola — 21821646 Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura — 21807503 Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar — 21827939

Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq — 21663311

Milia’s Pharmacy, 42, Vjal il-Blue Grotto, Iż-Żurrieq — 21689971

Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera — 21482856

Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat — 21454274

Għawdex

09.10.202202 NUMRI IMPORTANTI MEZZI SOĊJALI SIT ELETTRONIKU INDIRIZZ POSTALI KUNTATT ĠENERALI DISINN TAL-PAĠNI REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI EDITUR STAMPAT KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 www.one.com.mt tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722 email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722 email: ronald.vassallo@partitlaburista.org Miller Newsprint Ltd. KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000 www.facebook.com/kullhadd KIMBERLY CEFAI KIMBERLY CEFAI RONALD VASSALLO Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182 DETTALJI
24°C 26°C 26°C 25°C 20°C 19°C 20°C 18°C UV 2 UV 3 UV 3UV 4 Il-Ħamis L-Erbgħa Is-Sibt
Temperatura: 26°C
Temperatura: 18°C L-Indiċi UV: 6
26°C
Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat — 21551841 Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imġarr, Għajnsielem — 21563017 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m. Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija. SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD 26°C 20°CUV 4 It-Tlieta 26°C 19°CUV 2 Il-Ġimgħa

938 IMPJIEG ĠDID GĦAWDXI F’GĦAWDEX STESS FL-2021

Fl-2021 kien hemm żieda ta’ 938 impjieg ġdid f’Għaw dex stess fuq is-sena ta’ qabel. Minn dawn 528 kienu fis-servizzi, filwaqt li kien hemm 312 fil-kostruzzjoni u 62 fl-industrija. Ta’ min jinnota wkoll li s-sena li għaddiet kien hemm ukoll żieda ta’ 83 full-timer mas-Settur Pubbliku, waqt li s-settur privat żied 716il full-timer u 87 kienu self-employed ġodda.

Bejn l-2013 u l-2021, l-ammont ta’ residenti Għawd xin f’impjieg żdied b’6,227, li jfisser li kull ġimgħa kien hemm mejda ta’ 15-il persuna iżjed li sabu jaħdmu. Din hi aktar mid-doppju taż-żieda li kienet osservata fl-impjiegi Għawdxin fl-aħħar leġiżlatura ta’ Gvern Nazzjonalista.

Minbarra hekk, il-maġġoranza ta’ din iż-żieda

kienet f’postijiet tax-xogħol qrib djarhom, jiġifieri ma kellhomx bżonn jaqsmu l-fliegu biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom. Fil-fatt, fil-perjodu indikat ta’ tmien snin, l-ammont ta’ impjiegi f’Għawdex żdiedu b’xejn inqas minn 5,051, żieda medja ta’ 12-il impjieg kull ġimgħa.

Imqabbel mal-aħħar leġiżlatura Nazzjonalista, id-differenza wkoll hi sinifikanti meta dak iż-żmien kien hemm żieda ta’ inqas minn żewġ impjiegi kull ġimgħa. Din hi l-aqwa konferma li l-Gvern Laburis ta qed iwettaq il-wegħda ta’ “xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin”.

Il-fatt li ż-żieda f’impjiegi ġodda kienet primarja ment mas-settur privat għolla l-proporzjon ta’ resi

denti f’Għawdex li jaħdmu fil-privat minn 54% fl-2010 għal 65% fl-2021.

Imqabbel mal-2013, l-impjiegi full-time mal-pri vat kibru b’madwar 4,300 jew bi kważi 90%, waqt li f’Malta dan it-tkabbir kien ta’ 60%.

Meta wieħed iħares lejn impjiegi mal-privat ib bażati speċifikament fil-gżira Għawdxija, isib li l-pro porzjon tela’ għal 70% is-sena li għaddiet, meta fl2010 l-ammont kien ifisser 58%.

Miż-żieda fl-impjiegi f’Għawdex bejn is-snin 2013 u 2021, kien hemm 1,661 fis-servizzi professjonali u s-servizzi amministrattivi, 915 fir-retail, lukandi u restoranti, 286 kienu fil-manifattura, 560 fil-kos truzzjoni u 292 kienu fil-qasam tar-rikreazzjoni.

IL-MINA TAL-IMRIEĦEL TIBDA TINTUŻA DAQT

Infrastructure Malta qiegħda tħejji biex fil-jiem li ġejjin tiftaħ il-mina l-ġdi da tal-Imrieħel, li toffri rotta diretta li tgħaqqad Triq l-Imdina mal-Bypass tal-Imrieħel, fil-junction ħdejn l-uffiċini tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA).

Waqt li l-aġenzija qed tippjana biex tlesti l-Underpass Project tal-Im rieħel sa tmiem din is-sena, vetturi se jkunu jistgħu jibdew jagħmlu użu mill-mina daqt. Fix-xhur li ġejjin il-kuntratturi inkarigati se jkomplu bilproġett, inkluż bil-bini tar-roundabout li ġejja fuq il-mina, kif ukoll punti ta’ qsim aktar siguri għal dawk li jivvjaġġaw bil-mixi jew bir-rota. Il-proġett jinkludi wkoll żoni ġodda msebbħin bis-siġar.

Il-mina tal-Imrieħel, twila 60 metru u b’żewġ korsiji fid-direzzjoni minn Ħal Balzan lejn l-Imrieħel, se tifforma parti mill-junction tar-roundabout ġdida flok is-sistema tat-traffic lights li kien hemm qabel f’salib it-toroq fl-akkwati. Permezz tal-mina, il-fluss prinċipali tat-traffiku, li minn Triq l-Imdina jkun sejjer lejn il-Bypass tal-Imrieħel (Vjal ir-Royal Malta Artillery), issa se jinfired mill-bqija tat-traffiku li jaqsam kontra xulxin f’din il-junction.

09.10.2022 03

STORJA ANTIKA NAZZJONALISTA

TA’ MMINAR TA’ ISTITUZZJONIJIET

Hi prattika normali għall-Partit Nazzjo nalista u l-esponenti ewlenin tiegħu li jimminaw l-istituzzjonijiet fil-pajjiż kull meta dawn jiddeċiedu jew jitkellmu kontra l-politika tagħhom mill-Gvern u wisq iżjed issa mill-Oppożizzjoni.

Din il-ġimgħa, fl-ewwel jiem mill-ftuħ mill-ġdid tal-Parlament, kien il-Minis tru għall-Ġustizzja Jonathan Attard li ġibed l-attenzjoni tal-Oppożizzjoni Naz zjonalista li l-fiduċja fl-istituzzjonijiet għandha tkun hemm dejjem. Hu kien qed iwieġeb lid-Deputat Mark Anthony Sammut wara li dan staqsieh jekk għan dux fiduċja fl-Avukat Ġenerali Victoria Buttigieg.

“Jekk temmen fis-saltna tad-dritt, irid ikollok fiduċja dejjem fl-istituzzjo nijiet,” kienet ir-rimarka tal-Ministru, b’referenza għall-fatt li, bħal sħabu, Sammut spiss jingħaqad f’attakki kon tra l-istituzzjonijiet tal-pajjiż.

Din, iżda, mhijiex prassi biss tal-lum il-ġurnata għall-PN.

Michael Sant, li kien Corporate Af fairs Manager fl-Uffiċċju tal-Ombuds man sal-2013, ilbieraħ elenka sensiela ta’ attakki kontra l-Ombudsman Joseph Sammut mill-Gvern Nazzjonalista ta’ Eddie Fenech Adami mal-20 sena ilu.

F’opinjoni ppubblikata fuq paġna sħiħa fil-ħarġa tal-bieraħ tat-Times, Sant kien qed jirreaġixxi għal argumen ti li kultant isiru mir-“reġim” fl-uffiċċ ju tal-Ombudsman illum dwar dak li, skonthom, hu nuqqas ta’ rispett millGvern tal-ġurnata.

Minkejja dan, Sant fakkar f’żebliħ

li kien isir fuq l-uffiċċju mmexxi minn Sammut taħt l-amministrazzjoni arro ganti Nazzjonalista, inkluż il-Prim Mi nistru nnifsu dak iż-żmien.

Dan seħħ partikolarment wara li f’intervista mal-Malta Independent on Sunday fl-1 ta’ Settembru tal-2002, l-Ombudsman kien ġibed l-attenzjo ni dwar amministrazzjoni ħażina, dis kriminazzjoni u nuqqas ta’ kontabilità fil-Gvern dak iż-żmien, waqt li, bħala uffiċjal tal-Parlament, ma kienx qed ji rċievi l-appoġġ tal-Kamra tad-Deputati.

Hu kien qed juri solidarjetà ma’ per suni li rrikorrew għandu dwar l-inġus tizzji li kienu qed iseħħu, inkluż fi pro mozzjonijiet fil-Forzi Armati ta’ Malta, fl-ingaġġ ta’ ħaddiema mal-linja nazz jonali tal-ajru Air Malta, in-nuqqas ta’ azzjoni mill-MEPA kontra bini illegali u insensittività kbira mid-Dipartimenti tal-Artijiet, tat-Taxxi Interni u tas-Sigur tà Soċjali, fost oħrajn.

Sant fakkar li, eżatt wara dik l-inter vista, il-Gvern Nazzjonalista kien saħan sitra ħareġ stqarrija uffiċjali biex jgħid li d-dikjarazzjonijiet tal-Ombudsman kienu “mhux approprijati, ma jistgħux jiġu spjegati u bla raġuni” u ttama li dan l-“iżvog dannuż” m’għamilx wisq ħsara lit-tmexxija tiegħu. L-istqarrija, komp la Sant, kienet anke qanqlet mozzjoni mill-Oppożizzjoni Laburista biex il-Par lament jaġġorna u jiddiskuti b’urġenza dan l-attakk fuq l-integrità tal-Ombuds man, li baqa’ jsostni l-pożizzjoni tiegħu.

Sant kompla jfakkar li l-PN fil-Gvern kien uża l-ħames seduti allokati biex

ikompli bl-assedju fuq Joseph Sam mut, waqt li dan sab l-appoġġ tal-Par tit Laburista, li wera ammirazzjoni għall-pożizzjoni soda tiegħu.

Fenech Adami, iżda, kien mexxa baraxx ta’ attakki minn Ministri bħal Austin Gatt, Tonio Borg u Francis Zammit Dimech, li poġġew f’dubju l-kapaċitajiet ta’ Sammut, anke jekk kien ilu fil-kariga bħala l-ewwel Om budsman sa mill-1995 fi żmien il-PN fil-Gvern.

Fost oħrajn, il-Gvern kien tenna li l-Ombudsman kien qed jigdeb meta jgħid li kien hemm xi inġustizzji jew, jekk kien hemm, ma kien qed isir xejn biex jiġu rranġati, kif stqarr Sammut.

“L-Ombudsman m’għandux iddon tal-infallibilità” kien ingħad fit-tentattiv li tiġi skreditata l-aw torità ta’ Sammut. Il-Gvern kien spiċċa wkoll jgħidlu li r-rakkoman dazzjonijiet kollha tiegħu ma kinux se jiġu implimentati “għax kien żbaljat … hu (l-Ombudsman) ressaq l-argumenti tiegħu, aħna ma naqblux magħhom u daqshekk”, f’konklużjoni arroganti tipika tat-tmexxijiet Nazzjo nalisti.

Kif inhu magħruf, Gvern Laburista mill-2013 mhux biss waqqaf bordijiet tal-inġustizzji biex isolvi l-mandra li ħallew 25 sena ta’ amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, iżda saħansitra – bil-maq lub ta’ dak li kellu jsofri l-ewwel Om budsman – introduċa l-kunċett li jana lizza kull każ li jiġi investigat mill-istess

L-opinjoni ta’ Sant dwar l-attakki fuq l-integrità tal-Ombudsman

Joseph Sammut mill-2002

uffiċċju tal-Ombudsman. Imbagħad lejn l-aħħar tas-sena beda joħroġ pubbli kazzjoni speċifika dwar l-istess każi u l-azzjonijiet kollha li jkunu ttieħdu mill-Gvern fil-konfront tal-maġġoranza tagħhom. F’minoranza fejn ma titteħidx azzjoni, il-Gvern, permezz tal-Uffiċċ ju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, jiġġustifika f’dan ir-rigward.

DELIA JIMMARKA D-DIŻRISPETT TA’ GRECH

Tkompli minn paġna 1

Grech qal lill-ġurnalist: “Il-PN hu ħafna aħjar milli kien sentejn u nofs ilu. Int taf f’liema stat u x’kien għaddej mill-Par tit.” Mistoqsi dwar fiex tinsab il-qagħda tal-PN, Grech wieġeb għaliex wieħed għandu jkollu xi dubju. “Qed tara lil xi ħadd għand il-President biex jippro va jbiddel il-Kap tiegħu?” staqsa Grech bit-tbissima sinonima tiegħu ta’ wieħed li jrid jilgħabha tal-intelliġenti, li, iżda, imbagħad jispiċċa iżjed jidħol fi sqaq.

Għalhekk, kif kien mistenni, Adrian Delia ma ħalliehx b’xejn u fuq Facebook kiteb: “Jekk il-Partit hux aħjar jew agħar jarawh in-nies. Imma li tifraħ għax lilek ma ttradewkx ma naħsibx li hu ġust.” Delia kiteb li l-attitudni ta’ Grech hi diżrispett lejn il-kunsillieri tal-Partit u fakkar li hu baqa’ leali, avolja qal: “Qatt ma nista’ naċċetta li dan għandu jkun l-episodju li nkejlu l-Partit miegħu.”

Ma naqsux il-kummenti tan-Nazzjo nalisti. Ħafna kellhom kliem iebes għal Grech, li fakkruh ukoll kif mexxa l-PN għall-agħar telfa fl-istorja.

Ta’ Aquilina jkomplu jieħdu over Sadanittant, jidher li, ftit ftit, id-Deputat

Karol Aquilina (xellug) qed jieħu over fil-Partit biex, għal darb’oħra, il-Kap talPN jerġa’ jinħakem mill-istess grupp ta’ nies li poġġewh fil-kariga.

Imkejjen fil-PN, li tkellmu ma’ din ilgazzetta, isostnu li bl-għajnuna ta’ nies, bħal Beppe Fenech Adami, Aquilina qed jipprova li fil-Grupp Parlamentari jieħu post l-Eks Deputat Jason Azzopardi bil li jimponi lilu nnifsu u jmexxi l-kruċjati fuq il-bqija tal-Oppożiz zjoni. Qed jiġi iżjed innotat kif Grech m’għandux għażla ħlief li jħallih, tant li Aquilina qed jingħa ta prominenza asso luta.

L-indikazzjonijiet huma li din l-istess prominenza żdiedet sew mal-mument li Aquilina ra li Joe Giglio qed jieħu ċertu spazju fil-Partit.

Kif inhu magħruf, dawn it-tnejn ma jarawx għajn m’għajn u ġew irrapportati diversi tentattivi minn Aquilina u sħabu biex jimminaw il-kredibbiltà ta’ Giglio u jtellfulu ċ-ċansijiet tiegħu fl-aħħar elezzjoni fejn kien qed jikkontesta wkoll l-istess distrett tiegħu. Aquilina ma jis tax iniżżilha li Giglio tela’ minn żewġ dis

tretti, filwaqt li hu lanqas minn wieħed li ma kienx għall-elezzjoni każwali.

Issa jidher ċar li, biex jimponi ruħu u jikkontrolla l-Grupp Parlamentari, qed ikun hemm kordinament organiz zat bejn l-istess Aquilina u ħuh Robert (lemin), li jmexxi l-għaqda Repubblika. Is-sorsi tal-KullĦadd jiddeskrivu dan bħala konferma oħra li fil-PN ma nbidel xejn.

Ta’ Repubblika stess kienu attakkaw blaħrax lil Joe Giglio wara kummenti li għadda fuq ir-radju tal-Knisja.

Fl-aħħar jiem u ġimgħat ġie nnotat kif ma kinitx l-ewwel darba li, f’temp ta’ ftit ħin, l-aħwa Aquilina joħorġu stqarrijiet fuq l-istess suġġett u bl-istess messaġġ permezz tal-entitaji et differenti li jagħmlu parti minnhom, Karol permezz tal-PN u ħuh Robert (xel lug) permezz tal-fergħa Nazzjonalista Repubblika.

Jilgħabha tan-“naive”, Karol Aquili na pprova jagħti x’jifhem li din hi biss kumbinazzjoni. Meta mistoqsi dwar dan minn ONE News nhar il-Ġimgħa li għadda, hu qal li ma jkunx jaf x’jagħmel

“ħaddieħor”.

“Jien noħroġ l-istqarrijiet li għandi noħroġ … x’jagħmel ħaddieħor jerfa’ r-responsabbiltà hu,” iddikjara Karol Aquilina. Minkejja dan, is-sorsi tagħna fl-“Istamperija” ftit li xejn niżlitilhom din id-dikjarazzjoni u sostnew li fil-PN kollox baqa’ l-istess u l-ikbar telfa f’elez zjoni ġenerali f’Marzu li għadda ma swi et għalxejn.

“Il-Kap ma jafx fejn hu qiegħed. Kollox kif jiġi u ta’ dak il-ħin mingħajr strateġi ja kif deher ċar fil-vroma li kellna l-Belt,” qalilna kunsillier imxebba’ b’din is-sit wazzjoni b’referenza wkoll għall-protes ta nhar il-Ħadd

Il-KullĦadd hi infurmata li d-deċiżjo ni li tiġi organizzata l-protesta, bl-iskuża ta’ xi serq tal-kwalità tal-ħajja, kienet waħda bejn ftit persuni u l-Kap innifsu, waqt li l-maġġoranza assoluta tal-Grupp Parlamentari ma kien jaf assolutament xejn dwarha.

Il-gazzetta MaltaToday, nhar l-Erb għa indikat li l-protesta saret b’riżultat tal-kritika interna kontra t-tmexxija ta’ Grech fejn, għall-ewwel darba, din is-se na ma ġiex organizzat il-mass meeting fuq il-Fosos tal-Furjana għall-Indipen denza u minflok saret laqgħa għal ftit għexieren ta’ nies fil-Mall tal-Furjana.

09.10.202204

LEAVE GĦALL-PATERNITÀ

Permezz tal-liġijiet li-ġodda, il-missirijiet jew it-tieni ġenitur ekwivalenti, se jkunu intitolati għal għaxart ijiem imħallsa b’mod sħiħ, mingħajr ebda telf ta’ paga.

Dan id-dritt jgħodd ukoll f’każ ta’ adozzjoni tal-wild, u japplika irrispettivament għall-istat ċivili tal-koppja jew l-istat tal-familja tal-ħaddiem.

Fil-każ ta’ koppji LGBTIQ, dan id-dritt jiġi amalgamat mal-leave tal-maternità, fejn iż-żewġ livijiet jingħaddu flimkien, u dak il-leave umbagħad jinqasam bejn iż-żewġ ġenituri.

ta’ aħjar

LEAVE GĦALL-ĠENITURI

Permezz tal-liġijiet li-ġodda, kull ġenitur issa intitolat għal erba’ xhur leave, li xahrejn minnhom ikunu mħallsa u x-xahrejn l-oħra li mhux imħallsa jkunu jistgħu jiġu trasferiti bejn ġenitur u ieħor.

Ix-xahrejn imħallsa tal-Leave tal-ġenituri, ikunu jistgħu jittieħdu gradwalment matul l-ewwel tmien snin tat-tarbija sabiex fl-aktar mumenti li jkun hemm bżonn fit-trobbija tal-wild, il-ġenituri jkunu jistgħu jaqsmu dan il-piż flimkien. Il-Gvern Malti qed jestendi dan id-dritt biex jgħodd ukoll għall-foster carers.

Il-Ħaddiema kollha issa huma intitolati għal ħamest ijiem leave fis-sena mingħajr ħlas sabiex f’każ ta’ bżonn jipprovdu indukrar jew appoġġ personali lill-qarib jew lill-persuna li tgħix fl-istess dar mal-ħaddiem għal raġuni medika.

Skont l-avviż legali, hemm l-obbligu li wieħed jippreżenta ċertifikat biex jipprova li dawn il-ġranet ittieħdu għal raġuni valida.

DRITT GĦAL ARRANĠAMENT TA’

XOGĦOL FLESSIBBLI

Il-ġenituri li jaħdmu, issa għandhom d-dritt li sakemm it-tfal jaslu sal-età ta’ tmien snin, ikunu jistgħu li jitolbu arranġamenti ta’ xogħol flessibbli għal finijiet ta’ indukrar.

Dan ifisser, li l-Gvern ser ikompli jinkoraġġixxi l-flessibilta’ għall-ħaddiema biex dawn ikunu jistgħu jagħmlu bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol, u dik personali

LEAVE GĦALL-PERSUNI LI JINDUKRAW
facebook.com/djalogusocjaligovmt DRITTIJIET ĠODDA GĦALL-FAMILJI

Tliet abbozzi ta’ liġi, li ġew ip preżentati fl-ogħla istituzzjoni lokali din il-ġimgħa mal-ftuħ mill-ġdid tal-Parlament, se jagħtu l-ogħla livell ta’ protez zjoni għal dawk kollha li jaħd mu fl-industrija tal-midja.

Ir-riforma ġdida, kif im wiegħda fil-manifest elettorali tal-Gvern Laburista, se tkompli żżid ma’ miżuri oħrajn li ttieħ du erba’ snin ilu u saħansitra tagħmel lil pajjiżna fost l-ew wel li se jadottaw liġi kontra kawżi multipli, imsejħa SLAPP, li jintużaw biex jagħlqu ħalq il-ġurnalisti u l-kumpaniji rela tati mal-midja.

Dan il-pass, li se jwassal ukoll għal emendi Kostituzz jonali f’dan ir-rigward, hu pro va oħra ċara tal-kredenzjali tal-governanza attwali li twet taq tibdil istituzzjonali li għal diversi snin ma ngħatax l-im portanza li jixraqlu.

Wara li f’Lulju 2021 ġiet ippubblikata l-inkjesta pub blika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, il-Gvern ukoll ħa azzjoni biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet elen kati fiha, inkluż b’diversi dibat titi pubbliċi dwar is-suġġett.

Twaqqif ukoll ta’ kumitat ta’ esperti biex jipproponi l-ide at dwar kif il-ġurnaliżmu jis ta’ jissaħħaħ f’pajjiżna. Dawn kienu ppreżentati bl-abbozzi, li tressqu wkoll fil-Parlament mill-Prim Ministru Robert Abela f’Jannar li għadda.

Il-maġġoranza tar-rakko mandazzjonijiet ġew aċċetta

L-OGĦLA PROTEZZJONI

ti mill-kumitat tal-esperti, kif rifless ukoll fir-riforma li issa qed tingħata l-ħajja bl-ab bozzi mressqa mill-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan At tard.

Bħala r-raba’ pilastru taddemokrazija, ir-rwoli tal-ġur nalisti u l-kontribut siewi tagħhom f’din il-funzjoni huma kruċjali. Għaldaqstant, permezz tat-tliet abbozzi ta’ liġijiet ippreżentati mill-Min istru Attard din il-ġimgħa, se tkun qed tissaħħaħ il-protez zjoni u l-libertà tal-midja, waqt li l-ġurnalisti lokali wkoll qed jingħataw l-akbar serħan talmoħħ b’inklużjoni fil-Kosti tuzzjoni ta’ pajjiżna.

Erba’ snin ilu, Gvern La burista wkoll kien introduċa 18-il emenda fil-liġi relata ta fejn, b’mod speċjali, kien tneħħa l-libell kriminali.

L-abbozzi l-ġodda, li se jkomplu jsaħħu l-lib ertà tal-midja u s-sigurtà tal-ġur nalisti, jestab bilixxu b’liġi ku mitat li se jkun iffokat biss fuq il-protezz joni tal-ġurnalisti u professjonisti oħrajn tal-midja u fil-ħajja pubblika.

Ir-riforma se tagħmel lil Malta fost l-ewwel pajjiżi li jadottaw liġi Anti-SLAPP

Dan il-pass ’il qud diem, hu meqjus bħala kruċjali għar-rikonoxximent u l-protezzjoni tal-ġurnalisti u l-professjonisti tal-midja li jop eraw f’Malta.

Ma’ dan se jiddaħħal kunċett li jekk ikun hemm reat li jkun jik konsisti fi ħsara fuq ġurnalist jew per suna bi rwol fil-midja minħab ba t-twettiq tal-funzjonijiet tagħha, ir-reat jitqies bħala wieħed aggravat u allura l-pie

BI

Matul il-ġimgħa li ġejja, pajjiż na se jingħaqad mal-bqi ja tal-komunità globali biex jiċċelebra l-Jum Internazz jonali tal-Ikel. L-enfasi ta’ din is-sena hi l-bżonn li tinħoloq dinja sostenibbli għal kulħadd, ladarba fid-dawl ta’ kriżijiet ekonomiċi u ambjentali inter nazzjonali bħalissa, il-komu nità dinjija trid tkompli taħdem favur aċċess regolari, adekwat u ekwu għal sors tal-ikel bżon już.

F’dan ir-rigward, statistika uffiċjali tixhed kif l-għajnuniet li qed jingħataw mill-Gvern lis-setturi involuti taffew ilpiżijiet esaġerati li nħolqu bil-pandemija tal-COVID-19 u sussegwentement bil-kriżi talenerġija b’riżultat tal-gwerra fl-Ukrajna.

Minbarra hekk, din ilġimgħa wkoll, tħabbret ir-ri forma fil-liġi li għandha l-għan li ssolvi problemi li jirrelataw mal-kiri ta’ raba’ għall-produzz joni tal-ħxejjex lokali u li għal diversi snin ġew injorati. Ir-ri forma hi msejsa fuq tliet binarji prinċipali, li huma s-sostenib biltà tas-settur agrikolu, il-protezzjoni tal-art rurali u s-sigurtà tal-provvista tal-ikel għall-poplu Malti u Għawdxi.

Issa l-Gvern qed jimpenja ruħu li wkoll jippromwovi u jiċċelebra l-prodott lokali b’Fes ta Ikel Malti, li se tkun open day fil-Pitkalija nhar il-Ħadd li ġej bejn id-9:00 ta’ filgħodu u s-6:00 ta’ filgħaxija.

F’kumment ma’ din ilgazzetta, is-Segretarju Parlam entari Alicia Bugeja Said sostni

et kif inizjattivi bħal dawn huma importanti “biex nirrikonoxxu u niċċelebraw ix-xogħol li jsir mill-ħidma tal-produtturi lo kali. Ma nistgħux nitkellmu fuq is-sostenibbiltà fl-għelieqi tagħna, mingħajr ma nżommu f’moħħna l-bżonn li nsaħħu l-kwalità tal-prodotti lokali u l-aspett finanzjarju tas-settu ri kollha. Irridu naħdmu biex l-esiġenzi tal-lum, ma jimmi nawx l-obbligi li għandna biex nippriservaw il-legat kulturali, ambjentali u soċjali ta’ pajjiżna, għall-ġenerazzjonijiet futuri.”

L-importanza tal-ikel loka li kien ukoll suġġett f’riċerka, li ħarġet fl-aħħar ta’ Settem bru mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), u kkonk ludiet kif, minkejja l-impatt tal-pandemija, it-total ta’ ikel

na tiżdied.

Ir-riforma se tipprovdi li, f’kawżi għall-malafama ppre żentati skont l-Att dwar ilMidja u l-Malafama, il-ħlasi jiet tar-Reġistru tal-Qorti ma jkunux dovuti mill-imħarrek meta tiġi ppreżentata r-ris posta, iżda skont is-sentenza tal-Qorti meta tintemm ilkawża.

F’każi fejn awtur jew editur imut fi żmien li jkunu għad dejjin il-proċeduri ċivili dwar allegata malafama, dawn jinbdew jew jitkomplew kon tra l-eredi. Minkejja dan, meta tiddeċiedi l-kawża fuq il-mertu, il-Qorti m’għandhiex timponi danni kontra l-eredi tal-awtur jew editur li ma jkunx għadu ħaj. Il-Qorti se jkollha wkoll id-

prodott f’Malta laħaq il-valur totali ta’ €121.5 miljun, żieda ta’ 0.3% fuq is-sena li għaddi et. Madanakollu, meta wieħed iqis it-tkabbir tal-porzjoni talikel prodott li kien qed jintuża b’mod immedjat fis-settur agrikolu, it-total ta’ ikel li laħaq il-konsumatur fir-realtà niżel bi 8.3%.

Ta’ min jinnota wkoll kif il-politika tal-Gvern għenet biex l-ispiża tad-dawl u tal-fu el għall-bdiewa Maltin naqset b’medja ta’ 2.7% mis-sena preċedenti, fl-istess ħin li l-ef fetti tal-pandemija u l-gwerra fl-Ukrajna wasslu biex ċerti prodotti jogħlew b’mod konsid erevoli, b’mod speċifiku l-għalf tal-annimali (+13.4%), fejn ilGvern ukoll intervjena b’miżu ri speċifiċi biex itaffi l-isfidi li

nħolqu mill-bidu ta’ din is-sena.

It-tip ta’ ikel prodott f’pajjiż na jvarja b’mod konsiderevoli. Bħala valuri, l-ikbar tip ta’ ikel li ġie prodott f’pajjiżna, f’ter minu tal-valur tiegħu, hu l-ħax ix u l-ħalib. Min-naħa l-oħra, l-istħarriġ juri wkoll kif il-pro dutturi tal-inbid, tal-fniek u tal-patata kellhom l-akbar tn aqqis fit-total tal-valur.

Is-sitwazzjoni li ħolqot il-pandemija globali għall-pro duttur lokali kienet muri ja wkoll fejn tidħol l-analiżi tal-introjtu intraprenditorjali tal-produtturi lokali. Id-dħul medju ta’ €64,000 is-sena l-oħra fisser li kien hemm tn aqqis ta’ 8% fuq is-sena ta’ qa bel. Fl-aħħar ħames snin, l-am mont tal-2021 kien xi mkien fin-nofs bejn l-inqas wieħed

09.10.202206
Mal-ftuħ mill-ġdid tal-Parlament il-Ministru għall-Ġustizzja bi
tliet abbozzi ta’ liġi għal riforma li tixhed kif,
IMRESSQA
IL-PRODOTT MALTI
PRIJORITÀ U PROTEZZJONI   BIEX Is-saħħa ta’ miżuri li jħarsu l-produzzjoni lokali minn piżijiet internazzjonali u deċiżjonijiet li jsolvu problemi

LILL-ĠURNALIŻMU

fl-istess ħin magħrufa bħa la Strategic Lawsuits Against Public Participation (SLAPP).

Dan se jagħmel lil pajjiż na fost l-ewwel stati membri fl-Unjoni Ewropea li jilleġiżla biex il-ġurnalisti jkunu pro tetti minn dan. Fil-fatt, fl-Att dwar il-Midja u l-Malfama se jiddaħħlu dispożizzjonijiet Anti-SLAPP, waqt li, bla ħsara għal-liġijiet tal-UE u t-trattati li Malta tkun parti minnhom, il-Qorti Maltija se tingħata s-setgħa dwar sentenzi bar ranin li jikkwalifikaw bħala SLAPP.

Dan billi tillimita l-eżekuzz joni tas-sentenza fejn id-dan ni u l-ispejjeż li jiġu ordnati jitħallsu għandhom ikunu l-istess għal dak li kien ikollu jitħallas skont il-liġi ta’ Malta u tiċħad l-eżekuzzjoni tas-sen tenza jekk il-Qorti Maltija tqis li din tkun qiegħda tikser iddritt għal-libertà tal-espress joni kif protett f’Malta.

da li jagħmel emendi Kosti tuzzjonali, li jiġu adottati ladarba jkollhom l-approvazz joni tal-Kamra tad-Deputati.

Dan se jsir billi jiddaħħal artiklu ġdid fil-Kostituzzjoni, li espressament jirrikonoxxi l-libertà tal-midja u r-rwol talmidja bħala għassies pubbliku flimkien mad-dritt tal-eżer ċizzju ta’ ġurnaliżmu ħieles.

Minbarra hekk, ir-rikonoxx iment tal-protezzjoni tal-ġur nalisti u s-sorsi tagħhom se jkun elevat ukoll għal livell Kostituzzjonali. Id-dritt għallprivatezza se jitwessa’ u l-pro tezzjoni tal-libertà tal-espress joni se tissaħħaħ ukoll.

dritt tordna li l-proċeduri ma jitkomplewx f’każ li ma tkunx tista’ tiddeċiedi dwar il-malafa ma fin-nuqqas tal-awtur jew editur minħabba li jkun miet.

Riforma qawwija tinsab fil-pożizzjoni b’saħħitha ħaf na li l-Gvern qed jieħu kon tra l-paralizzar abbużiv talġurnalisti jew mezzi tal-midja, permezz ta’ numru ta’ kawżi

Il-Qorti se jkollha l-jedd li jekk il-kawża tirriżulta mill-bi du nett tal-proċeduri li tkun manifestament infondata, tordna li l-proċeduri ma jit komplewx. Meta l-imħarrek jestabbilixxi prima facie li l-kawża hi manifestament in fondata, l-oneru tal-prova jdur fuq l-attur li kapriċċjożament ikun ipprova biss irażżan jew ifixkel il-ħidma tal-midja.

Il-Gvern jemmen li l-ġurnal isti jridu jkunu kapaċi jwettqu r-rwol demokratiku tagħhom b’ċertezza u għalhekk iddeċie

Dawn l-emendi innovat tivi se jħaddnu d-dmir li jiġu rispettati l-libertà u l-plu raliżmu tal-midja, flimkien mas-sinifikat tar-rwol tal-ġur nalisti fis-soċjetà fil-Kosti tuzzjoni. Ladarba jiġu adottati, dawn se jiggarantixxu livell għoli ħafna ta’ protezzjoni għal atturi oħrajn tal-midja.

Gvern Laburista jinsab im penjat li jibqa’ jimplimenta l-bidliet li hemm bżonn biex bħala pajjiż jibqa’ miexi ’l qud diem.

“Fil-qasam tal-ġustizzja lokali dawn huma biss l-ew wel minn sensiela ta’ ri formi u nħares ’il quddiem biex fiż-żmien li ġej nerġgħu nippreżentaw aktar bidliet leġiżlattivi li jkomplu jsaħħu s-saltna tad-dritt,” tenna l-Ministru Attard f’kummenti lill-KullĦadd

PROTEZZJONI   BIEX JASAL SA FUQ IL-MEJDA

antiki fir-raba’ bħala parti mill-politika Laburista

ta’ €53,000 irreġistrat fl-2017 u l-akbar wieħed irreġistrat fl2018 bi €73,000.

Is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said reġgħet saħqet fuq il-bżonn li l-Gvern jibqa’ jagħ ti l-appoġġ kollu neċessarju lill-agrikoltura u s-sajd lokali, għax “mingħajr dawn is-settu ri tant kruċjali għalina, kapaċi nitilfu sors tant meħtieġ ta’ ikel frisk għall-popolazzjoni lokali.”

Hi tenniet ukoll li, biex dan jiġi assigurat, il-Gvern irid ikompli jaħdem mal-parti jiet kollha involuti, fosthom ir-restoranti, in-negozjanti u l-lukandi f’pajjiżna. “Irridu naċċertaw li s-settur privat ikollu l-enfasi neċessarja biex jiffoka fuq l-ikel prodott lokal ment, kif ukoll l-użu tal-ingre djenti naturali u organiċi. Se

naraw li nkomp lu naħdmu biex il-prezz ta’ dawn il-prodotti jkom pli jiġi stabbli, mingħajr ma jkun hemm im patt negattiv fuq il-produtturi.”

Pass impor tanti ħafna, li fl-aħħar jiem ġie mfaħħar anke minn għaqdiet li jirrap preżentaw lill-bdiewa, kien ir-riforma tal-qbiela mħabbra mill-Ministru għall-Agrikoltu ra, is-Sajd u d-Drittijiet tal-An nimali Anton Refalo u l-Minis tru għall-Ġustizzja Jonathan Attard.

Meqjusa bħala waħda mill-ikbar riformi ambjenta li fl-aħħar snin, il-Gvern qed

jara li l-bidwi se jingħata serħan il-moħħ, li ma jistax jiġi żgum brat mill-għalqa li jaħdem fil-pro duzzjoni tal-pro dotti, filwaqt li s-sid ikun assi gurat li ma jibqax fl-istess sitwaz zjoni kif xi wħud għadhom jesperjenzaw illum il-ġurnata, għax ma jitħallsux kumpens xieraq minħabba kirjiet antiki. Waqt li fl-aħħar jiem tressaq abbozz li jemenda l-liġi (Kapit lu 199) li ġiet stabbilita fl-1967, tnediet White Paper għall-kon sultazzjoni pubblika sa xahar ieħor wara li ġew studjati birreqqa l-kwistjonijiet li jeżistu f’dan il-qasam.

IR-REVIŻJONI FIL-KONTIJIET MINN GĦADA

Il-familji Maltin se jibdew jirċievu kontijiet tad-dawl u l-ilma aġġustati minn għada, hekk kif il-Gvern qed je menda r-regolamenti dwar il-kontijiet, introdotti minn amministrazzjoni Nazzjonalista fl-2009, u b’hekk biex jissolvew anomaliji fil-kalkoli. Dan il-pass, li hu retroattiv mill-1 ta’ Jannar li għadda, jirrappreżenta wkoll it-twettiq tal-miżura tal-Baġit għal din is-sena, kif imwiegħed ukoll fil-manifest elettorali Laburista.

Din il-ġimgħa l-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli ħabbret din ir-reviżjoni tas-siste ma tal-kontijiet u spjegat li dan it-tibdil qed iseħħ wara xhur ta’ ħidma teknika u legali biex ġew solvuti inkonsis tenzi fit-test tar-regolamenti oriġinali.

“Il-Gvern wiegħed li se jsolvi dawn l-anomaliji li saru mill-amministrazzjoni preċedenti fl-2009. Illum, qed inwettqu din il-wegħda,” qalet il-Ministru. “Ma morn iex għal sistema annwali li tirrikonċilja l-kontijiet darba fis-sena. Din kieku kienet tfisser li 21% tal-konsuma turi jitilfu l-benefiċċji tal-eco reduction. Minflok, ħriġna b’soluzzjoni li tagħti aġġustament lill-konsumaturi kull xahrejn, biex b’hekk ikunu jistgħu janalizzaw u jippjanaw il-konsum tal-enerġija tagħhom matul is-sena.”

Dalli fakkret kif, fl-2014, il-Gvern naqqas it-tariffi b’25% biex ta stimulu qawwi ta’ tkabbir ekonomiku bla preċe dent lil pajjiżna.

Ir-regolamenti tal-2009 kienu ġew introdotti flimkien mas-sistema ta’ smart metering, fejn il-konsumatur kien qed jirċievi l-kont kull xahrejn, għall-kuntrarju ta’ kull sitt xhur. B’din is-sistema, li daħlet fl-1 ta’ Jannar tal2010, kien hemm il-possibbiltà li l-klijenti ma jagħmlux użu mill-units tal-faxex (bands) tat-tariffi kollha alloka ti lilhom. Ir-rati fil-konsum tad-dawl u l-ilma għad-djar residenjzali Maltin huma strutturati b’faxex ta’ tariffi, b’rati baxxi għall-ewwel konsum ta’ units u oħrajn aktar għoljin għal konsum akbar, biex jonqos l-użu ta’ enerġija b’mod eċċessiv.

B’riżultat ta’ din ir-reviżjoni l-ġdida, ARMS Ltd. se tniedi kontijiet xorta kull xahrejn, b’aġġustament għall-units li ma jkunux intużaw. Il-kontijiet tad-dawl u l-ilma se jżom mu l-istess format, però issa se jinkludu wkoll żewġ linji ġodda, “aġġustament” tal-konsum tal-elettriku u oħra tal-konsum tal-ilma f’termini ta’ flus. ARMS Ltd. ukoll se ttejjeb il-kalkulatur virtwali fuq is-sit tagħha – www. arms.mt – biex tagħti aktar dettalji lill-konsumaturi fuq il-komputazzjoni tal-kontijiet tagħhom.

09.10.2022 07 għal darb’oħra, il-Gvern Laburista qed iwettaq
dak li jwiegħed

MIJA U SENA TA’ DEPUTATI

Malta’s Members of Parliament 1921-2022 hi pubblikazzjoni ġdida tas-Sensiela Kotba Soċjalisti (SKS) u b’riċerka u kitba ta’ Richard Felice Pace, li tiġbor flimkien lil dawk kollha li ġew eletti fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna mindu din twaqqfet mija u sena ilu.

Bl-ismijiet u r-ritratti tal-495 kandidat, li kkontestaw b’suċċess l-elezzjoni ġenerali sallum il-ġurnata, il-ktieb jinkludi ċifri, voti mit fugħin u liema partit politiku rebaħ il-gvern.

Iċ-ċifri nfushom ukoll jirrakkontaw stejjer, li wħud minnhom huma tassew affaxxinanti.

Fost oħrajn, din il-pubblikazzjoni mill-iż jed riċerkata tinkludi anke r-ritratti tal-ew wel rappreżentanti tal-poplu eletti fil-Kamra tad-Deputati, uħud li se jkunu qed jiġu ppub blikati għall-ewwel darba.

Minbarra hekk, jiġu analizzati wkoll fatti

interessati, bħal, pereżempju, kif l-erba’ Prim Ministri qabel dak attwali – Karmenu Mifsud Bonnici, Eddie Fenech Adami, Alfred Sant u Joseph Muscat – kollha daħlu fil-Parlament permezz tal-co-option u kellu jkun Robert Abela li jikser din it-tendenza.

F’dan ir-rigward, il-ktieb juri wkoll kif fil-Partit Nazzjonalista l-iżjed li tirrenja l-co-option: il-Kap attwali Bernard Grech ġie co-opted, kif ukoll dak ta’ qablu Adrian Delia – żewġ co-options għall-ħatra ta’ żewġ kapiji et tal-istess partit f’leġiżlatura waħda.

L-ewwel kopja tal-ktieb ġiet ippreżenta ta lill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia mill-awtur innifsu, fil-preżenza ta’ rappre żentanti tal-SKS Publishers, Joe Borg u An thony Degiovanni. Il-pubblikazzjoni qed tin biegħ €25 mill-ħwienet ewlenin tal-kotba.

€1.6 BILJUN TA’

Il-Gvern investa €1,665,609,000 f’appoġġ finanzjarju dirett flaħħar sentejn u nofs, permezz ta’ pakketti ta’ miżuri bil-għan li jħares is-saħħa, l-impjiegi u l-finanzi tal-familji Maltin u Għawdxin kawża tal-pandemi ja tal-COVID-19, waqt li n-nego zji u l-industriji f’pajjiżna, in klużi dawk li kellhom iwaqqfu l-attività ħesrem, sabu l-akbar sostenn possibbli.

Ċifri ppreżentati din il-ġim għa fil-Parlament mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana, bi tweġiba għal mistoqsija tadDeputat Nazzjonalista Ivan Castillo, juru li l-ispiża talGvern relatata direttament mal-miżuri fil-pandemija kienet tfisser total ta’ €662.5 miljun fl-2020, €706.3 miljun fl2021 u stima ta’ madwar €296.6 miljun għal din is-sena.

Il-fondi nazzjonali kkontrib wixxew €1,515,609,000 filwaqt li l-bqija kienu għajnuna ġejja minn fondi tal-Unjoni Ewro pea. Il-pakkett finanzjarju millUE, madwar €150 miljun, ġie ffinanzjat permezz tal-Fond Soċjali Ewropew u REACT-EU.

Kif mistenni, anke minħab ba x-xiri ta’ mediċini u ap parat mediku speċjalizzat li kien meħtieġ fiċ-ċirkostanzi, il-Ministeru għas-Saħħa kien l-aktar wieħed li rċieva fondi ’l fuq mill-baġit normali tiegħu: €74.1 miljun fl-2020, €75.1 mil jun fl-2021 u stima ta’ €40 mil jun għall-2022.

Fis-settur edukattiv, l-iskej jel tal-Knisja u dawk indipen denti ngħataw ukoll għajnuna li laħħqet is-€6.8 miljun fl-2021 u stima ta’ €3 miljun għal din is-sena li ninsabu fiha.

Meta fil-bidu nett li faqqgħet il-pandemija l-Gvern beda jin

troduċi pakkett finanzjarju wara l-ieħor, il-Prim Ministru Robert Abela dejjem saħaq li l-Gvern ma kienx qed jaħseb biss għas-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi, li kienet prijorità assoluta, imma kien qed jaħseb ukoll għall-ekonomija, għax hi dik li tiggarantixxi l-għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi.

Dan wassal għal pakketti finanzjarji b’saħħithom biex tkun megħjuna l-ekonomi ja nazzjonali billi fuq quddi em ikunu sostnuti l-impjiegi u n-negozji. Ir-riżultat kien li Malta kienet fost il-ftit pajjiżi li evitaw li jitilfu għexieren ta’ eluf ta’ impjiegi jew falliment ta’ eluf ta’ negozji. Tant li llum il-ġurnata pajjiżna għandu liv ell ta’ qgħad baxx li hu rekord, minkejja l-effetti tal-pandemi ja.

F’Wage Supplement biss se jkunu nħarġu €380 miljun fl-2020, €353 miljun fl-2021 u stima ta’ €109 miljun għal din is-sena

L-ewwel minn sensiela ta’ miżuri biex jgħinu lin-negozji f’diversi oqsma kien f’Marzu tal-2020, pakkett ta’ €100 mil jun. Dan kien segwit minn pak kett ta’ miżuri fiskali biex jgħin lill-familji u lin-negozji jilqgħu għall-isfida tal-COVID-19, miżu ri li l-imsieħba soċjali kienu fissru bħala għajnuna pożittiva

09.10.202208
Il-Ministru Silvio Schembri (lemin) jiġi mgħarraf dwar kif se jkun qed jitħaddem dan il-proġett pilota

GĦAJNUNIET MILL-GVERN FIL-COVID

€43.8 miljun fl-2020 u €44.7 miljun fl-2021. Dawn il-vouch ers, parti mill-pjan għar-riġen erazzjoni tal-ekonomija, kienu indirizzati biex jipprovdu sti molu u tkun xprunata attività ekonomika.

Ta’ min jinnota wkoll li l-miżura, parti mill-pjan ta’ rk upru ekonomiku, ta’ tnaqqis ta’ €0.07c fil-prezz tal-petrol u diesel li kienet bdiet mill-15 ta’ Ġunju tal-2020, swiet lill-Gvern €7.3 miljun fl-2020, €16.2 mil jun fl-2021 u stima ta’ €15-il mi lun għas-sena 2022.

Waħda mill-miżuri li kienet iddaħħlet kienet il-leave talkwarantina li ngħata lill-imp jegat mingħajr telf ta’ paga f’każijiet fejn l-impjegat kien legalment obbligat li jħares ordni ta’ kwarantina. Din il-miżura swiet lill-Gvern €3.6 miljun fl-2020 u €5.5 miljun fl2021.

L-ispejjeż tar-ripatrijazzjoni u l-merkanzija kienu €50 mil jun fl-2020. Fil-bidu tal-pan demja din l-għajnuna għenet fir-ripatrijazzjoni ta’ residenti Maltin maqbuda barra minn Malta u barranin f’Malta. L-ap poġġ tal-Gvern kien meħtieġ biex it-titjiriet speċjalizzati jkunu jistgħu jgħinu lin-nies jivvjaġġaw lura lejn djarhom.

finanzjarja u riżultat ta’ kon sultazzjoni kollettiva.

L-iskemi ta’ appoġġ ekono miku li l-Gvern ta lin-nego zji u lil dawk li jaħdmu għal rashom biex jegħlbu l-effet ti tal-COVID-19 kienu l-ak bar fid-dinja. Studju li kien sar mill-Columbia University fl-Istati Uniti wera li, b’persen taġġ ta’ 22% tal-prodott gross

domestiku, Malta kienet l-ew wel fost 166 pajjiż, saħansitra qabel nazzjonijiet bħall-Ġap pun, il-Belġju, il-Lussemburgu u l-Istati Uniti.

Dan kien studju li jikkumpli menta ċertifikati oħra millKummissjoni Ewropea, l-IMF u aġenziji ta’ kreditu internaz zjonali dwar kif Malta kienet qed tinvesti b’mod b’saħħtu

biex ma jintilfux impjiegi u biex l-ekonomija tirkupra ma lajr. Dawn ir-riżultati kienu frott tad-deċiżjonijiet li ttieħdu f’waqthom fl-interess nazzjo nali.

Meta tħares lejn iċ-ċifri ppreżentati fil-Parlament tara li s-suppliment tal-pagi li tħal las lill-ħaddiema f’setturi fejn in-negozji waqfu kompleta

ment jew ġew affettwati b’mod negattiv minħabba restrizz jonijiet tal-pandemija, kien l-akbar nefqa tal-Gvern: €380 miljun fl-2020, €353 miljun fl2021 u stima ta’ €109 miljun għas-sena 2022.

Għajnuna oħra li ngħatat mill-gvern kienu l-vouchers ta’ €100 għal persuni ta’ 16-il sena jew aktar, li ammontaw għal

L-għajnuna finanzjarja per mezz ta’ pakketti finanzjarji u miżuri fiskali kienu riflessa wkoll fil-Baġit li qed ingawdu din is-sena. Il-Gvern affaċċjat minn sfidi ekonomiċi għażel li jkun ambizzjuż u minflok poli tika ta’ awsterità laqa’ għall-is fida bl-akbar Baġit ta’ għajnuna fiskali fl-istorja ta’ pajjiżna, li fil-fatt segwa tliet pakketti finanzjarji oħra ’l barra millBaġit għas-sena 2022.

PARK AND RIDE FIS-CENTRAL BUSINESS DISTRICT

Viżitaturi u persuni oħrajn li jaħdmu f’diversi fabbriki u postijiet oħrajn tax-xogħol li jinsabu fis-Central Busi ness Disctrict tal-Imrieħel minn għada se jkunu jistgħu jibdew jagħmlu użu minn proġett pilota ta’ servizz ta’ Park & Ride. Is-servizz se jkun ipprovdut b’xejn.

Waqt żjara li għamel nhar il-Ġimgħa, il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fon di Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri ddawwar mill-Kap Eżekuttiv tas-Central Business District Keith Fenech, u flim kien raw l-aħħar tħejjijiet taż-żona fejn se jkunu qed jipparkjaw il-ħaddiema u minn hemm ikunu jistgħu jagħmlu użu minn servizz ta’ vann li jwassalhom qrib il-post tax-xogħol rispettiv tagħhom.

“Hawnhekk qed naraw kif din iż-żona qed tiġi mibdula b’inizjattiva tat-tmex xija tas-Central Business District, li flimkien ma’ numru ta’ azjendi li jaħd mu f’dan il-qasam, wasslu biex tiġi ffaċilitata l-ħajja ta’ mijiet ta’ ħaddie ma meta dawn jaslu fil-post tax-xogħol

qabel kienet magħrufa bħala ż-Żona In dustrijali tal-Imrieħel, illum il-ġurnata nbidlet u saret waħda miż-żoni li tospi ta numru ta’ azjendi u fabbriki li fihom jaħdmu mijiet ta’ ħaddiema.

“Dan il-proġett pilota mhux l-uniku inizjattiva fiż-żona, hekk kif fl-aħħar xhur saru diversi xogħlijiet oħrajn biex din tkompli tissebbaħ, fosthom it-tabel li l-ġodda li jindikaw kif wieħed jgħad di minn dan il-qasam, manutenzjoni ta’ toroq u dwal ġodda, ġonna kif ukoll tisħiħ tas-sigurtà tal-istess żona,” kom pla l-Ministru.

tagħhom u permezz ta’ dan isservizz b’vann, dawn jitwasslu lejn ilpost tax-xogħol

mingħa

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tas-Central Business District spjega li s-servizz se jkun ipprovdut mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7:00 u l-10:00 ta’ fil għodu u bejn l-4:00 ta’ waranofsinhar u s-7:00 ta’ filgħaxija. Il-vann se jkun qed idur maż-żona industrijali, bi 13-il waqfa identifikati maħsuba bħala l-aktar kon venjenti għall-maġġoranza tal-ħaddie ma li jaħdmu fiż-żona.

09.10.2022 09
tagħhom … issa sew tkun aktar faċli li jsibu post fejn jistgħu jħallu l-vetturi
privati
b’aktar ħeffa u
jr telf
ta’ ħin żejjed,” saħaq Schembri, waqt
li
enfasizza
li
l-istess Park & Ride se
jkun ukoll
disponibbli għall-viżitaturi
li jżuru ż-żona. Il-Ministru semma li din iż-żona, li

55 SENA ILU S-“SINJUR TA’ MALTA” LAQA’ L-KATAVRU TA’ CHE GUEVARA

Julia Cortes tiftakar il-jum tat-8 ta’ Ottubru tal-1967 taj jeb ħafna. Cortes, li kienet qed titħarreġ bħala għalliema fi skola żgħira fir-raħal remot ta’ La Higuera, fil-Lvant tal-Bolivja, meta t-truppi tal-pajjiż bidd lu l-post tax-xogħol tagħha f’ħabs temporanju biex jilqa’ ġellied midrub li kienu għad hom kemm ħatfu. Hi ngħatat l-inkarigu biex tippreparalu u teħodlu l-ikel, mingħajr l-ebda għarfien għaliha li r-raġel ink wistjoni ma kien ħadd ħlief Che Guevara. Lanqas kienet taf li se tkun fost l-aħħar persuni ċivili li tarah ħaj.

“Niftakar raġel mogħni b’ka riżma kbira u intelliġenza lie ma bħalha. Ħadtlu s-soppa u qgħadna nitkellmu. Kien edu kat ħafna u wera rispett kbir lejja,” irrakkontat snin wara Cortes mal-ġurnalist David At kinson tal-BBC History Maga zine.

Ir-rivoluzzjonarju Latin Amerikan Che Guevara, li għadu meqjus bħala ikona għal bosta ġenerazzjonijiet, ivvjaġġa lejn il-Bolivja f’Novembru tal-1966 biex jimmobilizza r-rivoluzzjoni soċjali, iżda minflok ta l-libertà lill-klassijiet baxxi fiż-żoni ru rali, hu ġie ttradut mill-komu nità lokali. Wara li ġie ferut fi ġlieda bl-armi, spiċċa jinqabad mit-truppi Bolivjani u jittieħed bħala priġunier.

Meta l-għada filgħodu, Julia

marret biex tagħtih il-kolazz jon, is-suldati kienu diġà qat luh.

Dakinhar stess, bħal-lum 55 sena, il-katavru tiegħu kien it tieħed fi sptar fil-belt viċin ta’ Vallegrande. Hawn tpoġġa fuq sink tal-ġebel fil-kamra tal-ħasil tal-ħwejjeġ tal-isptar iddedikat għall-qaddis patrun tal-lokal, li inzerta għandu konnotazzjoni

jiet antiki ma’ pajjiżna stess, biex jiġi espost bi kburija quddi em il-midja tad-dinja.

Wara kien indifen b’mod sigriet f’post mhux magħruf, għalkemm il-katavru kien in stab fl-1997 u ttieħed f’Kuba għal difna dinjituża.

Il-qtil ta’ wieħed mill-iżjed persuni u politiċi prominenti fl-Amerka Latina dak iż-żmien

ftit ta importanza lill-post, li laqgħu biex tarah id-din ja kollha, anke jekk sal-lum għadu meqjus post sagru u meqjum minn eluf ta’ am miraturi tal-akbar rivoluzz jonarju Soċjalista li qatt rat l-Amerka Latina.

Wisq inqas ingħata im portanza l-patrun, li l-isptar kien iddedikat għalih, u sallum għadu jgawdi devozz joni kbira fil-lokal.

L-istatwa antika ta’ Kris tu iswed imsallab għandha rabta kbira ma’ pajjiżna, minn fejn oriġinat madwar 400 sena ilu. Mhux magħruf sewwa kif, għaliex u min kien il-moħħ wara pellegrinaġġ li wassal l-istatwa tas-“Sinjur ta’ Malta” (Señor de Malta), il-qad dis patrun ta’ din il-belt żgħira fir-reġjun muntanjuż ta’ Santa Cruz, fi vjaġġ bil-baħar minnaħa għall-oħra tad-dinja.

Li hu magħruf hu li, sal-lum il-ġurnata, fix-xahar ta’ Frar, għadha ssir purċissjoni tradiz zjonali bl-istatwa li tattira eluf ta’ devoti.

Sa xi 15-il sena ilu, min ried jimxi fil-passi tar-rivoluzzjo narju Che Guevara fil-Bolivja kellu jivvjaġġa f’żoni mitlufin fiż-żmien u toroq perikolużi, iżda, bl-inawgurazzjoni ta’ rot ta uffiċjali ddedikata għalih, ir-reġjun infetaħ għal eluf ta’ ammiraturi interessati fil-kult marbut mar-rivoluzzjonarju li

bidel wiċċ l-Amerka Latina. Ma’ għonq ir-rotta jinstabu serje ta’ tpinġijiet mill-Arġentin Rodolfo Saavedra, li kien ikkummissjo nat biex joħloq murali ispirati minn Che.

Dawn ukoll iwasslu sal-kam ra tal-ħasil fl-Isptar Señor de Malta fejn “straħ” il-ġisem bla ħajja ta’ Che Guevara u li flaħħar 55 sena żżejnet bi tpinġi jiet u messaġġi emozzjonanti ta’ devozzjoni.

Fir-raħal ta’ La Higuera wkoll kien twaqqaf bust kbir tal-ġe bel fl-1997, li mmarka t-30 an niversarju minn mewtu, waqt li l-iskola fejn kien miżmum hi meqjusa bħala post sagru għall-pellegrini ma jaqtgħu xejn ta’ Che Guevara. Fil-post, li virtwalment baqa’ l-istess bħal dak iż-żmien, jispikkaw ukoll messaġġi rivoluzzjonarji, inklu ża kitba prominenti li tgħid “Minn dan il-bieb raġel għadda għall-eternità”.

Bħala student Arġentin tal-mediċina, Che vvjaġġa u dar l-Amerka t’Isfel biex jgħin volontarjament fost il-komuni tajiet foqra, imġewħin u morda. Dan il-vjaġġ irradikalizzah kon tra l-esplojtazzjoni kapitalista ta’ dawn il-pajjiżi minn idejn l-Istati Uniti tal-Amerka.

L-ewwel involviment politi ku tiegħu beda mill-Gwatema la fejn il-President Jacobo Ar benz kien qed iwettaq riformi kbar soċjali favur il-bdiewa li

09.10.202210
Is-sink
fil-kamra tal-ħasil tal-ħwejjeġ fl-Isptar Sinjur ta’ Malta fejn il-katavru tar-rivoluzzjonarju kien ġie espost għall-midja fl-1967 (lemin fuq). Wara li ndifen f’post mhux magħruf, il-fdalijiet instabu fl-1997 (fuq)
Il-kappella tas-Sinjur ta’ Malta fil-lokal ta’ Vallegrande, b’devozzjoni lill-istatwa antika ta’ Kristu iswed (inset)

kienu sfruttati mill-kumpanija ġganteska Amerikana United Fruit. It-tneħħija mill-poter ta’ Arbenz, b’kolp ta’ stat immexxi mis-CIA, saħħet l-ideoloġija po litika ta’ Guevara, li aktar tard f’Mexico City kien sar ħabib ta’ Raul u Fidel Castro u ssieħeb fil-Moviment tagħhom, imsej jaħ 26 ta’ Lulju.

Flimkien magħhom ivvjaġġa lejn Kuba bil-ħsieb li jqaċċtu mill-poter lid-dittatur appoġġ jat mill-Amerikani, Fulgenico Batista. Wara sentejn ta’ ġlied, il-gwerrilja, li poġġiet lil Gue vara t-tieni fil-kmand, irnex xielha tegħleb ir-reġiment ta’ Batista.

Wara din ir-rivoluzzjoni, iżżagħżugħ Arġentin kellu rwo li prominenti fil-gvern il-ġdid Kuban, inkluż fit-tribunali rivo luzzjonarji għal dawk misjuba ħatja ta’ reati tal-gwerra, bħala kap ta’ kampanja ta’ litteriżmu mal-pajjiż, direttur tal-forzi ar mati, Ministru għall-Industriji u President tal-Bank Nazzjonali, fost oħrajn.

Hu wkoll irrappreżenta lillpajjiż bħala diplomatiku mad war id-dinja u kien involut biex falla l-attentat ta’ invażjoni appoġġjata mill-Istati Uniti filBajja tal-Ħnieżer fl-1961 fejn eżiljati Kubani kontra Castro pprovaw jaħtfu l-pajjiż f’idej hom. Wara għen biex ittieħdu missili ballistiċi Sovjetiċi f’Kuba fil-kriżi Amerikana fl-1962.

Guevara ħalla Kuba fl-1965 biex jiffumenta rivoluzzjonijiet kontinentali kemm fl-Afrika kif ukoll fil-bqija tal-Amerka t’Is fel, iżda l-ewwel falla fil-Kongo u wara fil-Bolivja fejn inqabad mill-forzi Bolivjani assistiti misCIA u nqatel f’eżekuzzjoni fejn b’kollox ingħata disa’ tiri b’rifle tat-tip M2 Carbine.

STOCK TAL-GVERN

MALTA GOVERNMENT STOCKS

InvestimentSod

ta’€200,000,000

Government Stocks –B’Ratata’ Mgħax Fissa

drittlijiżdied l-ammont

€100,000,000)

Stocks tal-Gvern ta’ Malta B’Rata ta’ Mgħax Fissa L-Accountant Generaljavża li l-prezz għal kull Stock b’Rata ta’ Mgħax Fissa offruti għassottoskrizzjoni lill-membri tal-pubbliku ġie stabbilit kif ġej

(i)3.40% Stock tal-Gvern ta’ Malta(Is-SittĦruġ)

li jimmatura fl-2027, bil-prezzta’ €101.25 b’YTMta’ 3.124% (li jġibrendimentta’ rata annwaliekwivalentigħal 3.149%); u

(ii)4.00% Stock tal-Gvern ta’ Malta (Is-Seba’Ħruġ)

li jimmatura fl-2032, bil-prezzta’ €100.00 b’YTMta’ 4.000% (li jġibrendimentta’ rata annwaliekwivalentigħal 4.040%).

Applikazzjonijietminnmembrital-pubblikugħall-ammontsamassimuta’€100,000kullpersunaf’xi wieħedjewf’kullwieħedmiż-żewgstocksliqegħdinjiġuoffrutijiftħu t-Tnejn,l-10t’Ottubru2022 fit-8.30a.m.ujagħlqufis-2.30p.m. tal-Erbgħa,t-12t’Ottubru2022.

Applikazzjonijietminninvestituriwholesalelijkunumagħmulinf’offertib’irkantjiftħunhar ilĠimgħa,l-14t’Ottubru2022 fit-8.30a.m.ujagħlqu f’nofsinhar(CET) tal-istessġurnata,jewaktar kmienifid-diskrezzjonital-AccountantGeneral.

Il-formolital-applikazzjonijistgħujinkisbuminnujiġudepożitatigħandil-Membrikollhatal-Borża ta’MaltauProvditurioħraawtorizzatita’Servizzita’Investiment,fid-datimsemmija.Formolitalapplikazzjonijistgħujitniżżluwkollminnfuqis-sitelettronikutat-Teżorwww.treasury.gov.mtmillĠimgħa,s-7t’Ottubru2022.L-offertifuqil-formolipreskrittigħandhomjintbagħtupermezzta’emailfl-indirizziindikatifuqil-formolital-applikazzjoni.

09.10.2022 11 GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA’ FEJN L-IMGĦAX JITĦALLASSA DAK ILJUM LI L-iSTOCKS JINBIEGĦU  SIGURTA’  LIKWIDITA’  IMGĦAX KULL SITT XHUR  (Il-valurtal-investimentjista’ jitla’ jewjinżel sameta jimmatura) Dipartimenttat-Teżor, Development House, Level 2-3, Triq Sant’Anna, Floriana, Malta Tel: 2596 7125
Ħruġ
fil-Malta
(soġġettgħal
ligħandujinġabarsamassimuta’
Che Guevara

BAĠIT 2023

erġija bis-sussidju enormi li l-Gvern qed jagħti lin-negozji u lill-familji, il-prezz tal-fuel mad war id-dinja kollox ikkumplikat ma’ miri li bħala ġnus kellna f’moħħna fosthom id-dekar bonizzazzjoni, li mhux biss tof fri sfidi, iżda tfisser investiment kbir ħafna li ftit pajjiżi jifilħu għalih f’dan il-mument. U allu ra wieħed jifhem ukoll il-bżonn li nipprijoritizzaw il-proġetti tagħna u l-infiq tagħna.

proġett interessanti li permezz tiegħu noffru rotot siguri għal dawk li jużaw mezzi ta’ trasport alternattivi bħal roti, scooters jew mixi.

Magħhom u ma’ Transport Mal ta se nagħmlu l-bidliet neċes sarji fl-istrateġija għas-sigurtà fit-toroq 2024.

Il-Baġit li se jitħabbar fl-24 ta’ dan ix-xahar hu l-għodda li permezz tiegħu nimplimentaw il-manifest rebbieħ tal-Partit Laburista. Hu l-mod ta’ kif dak li ġie mwiegħed lin-nies, issa jibda jiġi implimentat hekk kif dan il-Gvern daħal fis-seba’ xa har tiegħu.

M’hemmx għalfejn ngħidu, qed ngħixu żminijiet straor dinarji fejn wara daqqa kbira lill-ekonomija dinjija minħabba pandemija li ħallietna weqfin għal sentejn, il-gwerra fl-Ukra jna kompliet toffri sfidi liema bħalhom lil kull Gvern. Biex timporta u tesporta, xi ħaġa li pajjiżna jrid jagħmel bilfors, sar iktar għoli. Il-prezz tal-en

Dan se jkun l-ewwel Baġit tiegħi bħala Ministru għat-Tra sport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali. Fl-aħħar xhur rajt u fhimt il-bżonniji et tal-pajjiż f’dawn is-setturi, ħarist lejn niċeċ ekonomiċi ġodda u tkellimt mal-esperti tal-industrija dwar x’jixtiequ jaraw fil-Baġit li jmiss.

Fuq quddiem nett il-bżonn li nkomplu ninvestu fl-infra struttura tagħna, xi ħaġa li gvernijiet oħra m’għamlux u għalhekk il-bżonn li nkomplu nibnu toroq ġodda, flyovers, underpasses u junctions biex b’hekk it-toroq tagħna jsiru iktar siguri. Fil-Baġit se jkolli l-opportunità nispjega liema proġetti għaddejjin u meta se jiġu inawgurati u proġetti oħra li se nħabbru fil-jiem li ġejjin. B’mod parallel qed naħdmu fuq

Fuq quddiem nett se tibqa’ l-isfida tat-traffiku li l-awtori tajiet kompetenti jaħdmu fuqu lejl u nhar. Mijiet ta’ ħaddiema fit-toroq biex jinfurzaw, oħrajn fil-control room, pulizija, LESA, biex flimkien ma’ Transport Malta jagħmlu l-ħajja tas-sew wieq iktar faċli. Għalhekk se naħdmu biex ikollna iktar uffiċ jali fit-toroq tagħna.

Dawn, flimkien ma’ flessib biltà fil-ħinijiet li fihom jiv vjaġġaw il-ħaddiema fir-rush hour u mal-ftuħ ta’ proġetti infrastrutturali li se jkollna filġimgħat li ġejjin għandhom jgħinu u jibnu fuq il-pjan “backto-school” li ġie ffinalizzat fixxhur tas-sajf. Se nkun qiegħed ukoll niftaħ diskussjoni wies għa mal-istakeholders konċer nati biex numru ta’ servizzi fit-toroq tagħna ma jingħatawx qabel id-9:00. Fir-rush hour, il-vetturi ta’ dawn is-servizzi m’għandhomx ikunu fit-toroq tagħna.

Il-karozzi fit-toroq ifissru wkoll aċċidenti. Fl-aħħar jiem kelli laqgħat mal-Kunsill kon sultattiv għas-sigurtà fit-toroq.

Nappella wkoll lil dawk ilġenituri li għadhom iwasslu lil uliedhom l-iskola biex ju żaw is-servizz bla ħlas li joffri l-Gvern. Bl-istess mod huwa inkoraġġanti n-numru ta’ abbo nati li qed jiżdiedu b’tallinja card biex jużaw is-servizz tattrasport pubbliku b’xejn. Biex naraw iktar numri, jeħtieġ li r-rotot jiżdiedu, il-frekwenza tiżdied u tal-linja tkun iktar filħin.

Fl-aħħar seba’ xhur ħdimt ma’ sħabi biex infittxu niċeċ ekonomiċi ġodda għall-pajjiż filwaqt li nikkonsolidaw dawk li diġà għandna. U għalhekk fixxhur li ġejjin se nkomplu nik konsolidaw il-pożizzjoni numru wieħed ta’ Malta fl-Ewropa fejn jidħol reġistru ta’ vapuri, iżda mhux biss. Se nsaħħu n-niċċa tas-superyachts u bħalis sa għandna team tekniku li qed ifassal l-ewwel politika għas-superyachts f’pajjiżna.

Hemm bżonn ukoll li Malta tibqa’ voċifera fil-fora inter nazzjonali għal bidliet leġiżlat tivi, sanzjonijiet u xejriet ekonomiċi ġodda. Bl-istess mod se nkomplu nippożizz

jonaw lil Malta bħala l-ġuris dizzjoni tal-għażla fl-industrija tal-avjazzjoni. Dan ifisser niċċa ekonomika importanti, dħul finanzjarju għall-Gvern u iktar impjiegi ta’ kwalità.

Fil-jiem li ġejjin se nħabbru iktar linji tal-ajru li se jimxu għal Malta biex jingħaqdu ma’ ħafna oħrajn li diġà għam lu dan, bħal WizzAir Malta u Flexjet. Il-pass li jmiss issa hu l-politika tal-avjazzjoni ċivili u l-implimentazzjoni ta’ master plan madwar l-ajruport biex pajjiżna jidħol f’niċeċ relat tivament ġodda għalina bħal leasing and cargo, drones u eVTOLs filwaqt li nikkonsoli daw il-business and commer cial aviation.

Biex nagħmlu dan u iżjed, hu meħtieġ li nikkumplimentaw dan bi proġetti u infrastrut tura tas-seklu 21. Qed naħd mu fuq ir-riġenerazzjoni talPort il-Kbir. Imbagħad hemm il-ħidma tagħna fuq proġetti interessanti ħafna bir-reklam azzjoni tal-art.

Dan hu fi ftit kliem dak li konna qed nagħmlu fl-aħħar xhur u dak li għandna prepa rat għax-xhur li ġejjin. Ħidma kbira li ma taqta’ xejn. Mimlijin enerġija, motivazzjoni u entuż jażmu biex inwettqu.

L-ISFIDI LI QATT MA BEŻŻGĦUNA

Bir-riperkussjonijiet kollha li ħolqot amministrazzjoni Naz zjonalista, waħda wara oħra, mhux l-inqas bl-eluf ta’ familji li tħallew jiżżerżqu fil-ħajja, kienu meħtieġa politiċi li kapaċi jieħ du deċiżjonijiet importanti, ku raġġużi u f’waqthom.

U jekk hemm fattur ewlieni li jiddistingwi lill-amministrazz jonijiet Laburisti minn dawk ta’ qabilhom hu proprju dak li qatt ma beżgħu jidħlu għal deċiż jonijiet, anke jekk kienu ilhom ikarkru għal snin twal jew lit teralment kienu skartati qabel.

tati minn barra.

L-għan prinċipali, kif espress mill-Ministri Anton Refalo u Jonathan Attard, hu li nigga rantixxu s-sostenibbiltà talbiedja, il-produzzjoni tal-ikel u l-ħarsien tal-ambjent rurali, u anke jinqata’ tilwim u spejjeż ġudizzjarji, li jispiċċaw fihom dawk li jaħdmu r-raba’ u s-sidi en tal-istess artijiet, minħabba liġijiet u regolamenti antikwati.

lill-bdiewa waħedhom quddiem sfidi kbar, bħal dik li jispiċċaw jitilfu r-raba’ li jaħdmu u tant jindokraw. Bir-riforma propos ta, li wkoll tieħu inkonsiderazz joni kawżi legali fil-qrati tagħna, se nkunu qed nissalvagwardjaw l-art agrikola.

u l-investiment fil-biedja.

Bħala Gvern Laburista, kontin wament nagħtu prova kif qalb na tħabbat mal-polz tal-poplu Malti u Għawdxi u t-titjib filħajja u l-għajxien tiegħu kienu prijorità sa mill-bidla fl-am ministrazzjoni disa’ snin ilu.

Iżjed minn hekk, bħala Soċ jalisti Demokratiċi, f’dan l-ist ess perjodu wkoll tajna u għad na nagħtu enfasi partikolari lil diversi faxex speċifiċi tas-soċ jetà li jkunu jeħtieġu spalla ak bar biex jimxu ’l quddiem, għax mingħajr dan ikunu qegħdin jissograw li jinqatgħu iżjed lura mqabblin mal-kumplament.

Kif isemmi l-Prim Ministru Robert Abela, Gvern Laburista mhux biss jagħraf l-isfidi li jaf fettwaw il-ħajja fis-soċjetà, iżda jagħraf iżjed kif jibdilhom f’op portunitajiet ta’ żvilupp.

Wara ħemel ta’ riformi, li ġabu rivoluzzjonijiet, anke xi wħud siekta, issa kien imiss li nipproteġu lill-bdiewa u lir-ra ba’ tagħhom. Ir-riforma mħab bra din il-ġimgħa għal diskuss joni pubblika diġà ntlaqgħet tajjeb ħafna minn dawk involuti f’industrija kruċjali, għax is sostni l-katina tal-ikel bi pro dotti lokali, li wkoll huma iżjed bnini minn dawk li jiġu impur

F’din il-kwistjoni, wieħed ma jistax iħares biss lejn il-valur tal-biedja Maltija f’termini ta’ kontribut lejn l-ekonomija, fejn in-numri huma minimi, imma fil-verità din is-sengħa hi kruċ jali ħafna għal pajjiżna u ġen sna, għax tipprovdilna frott u ħaxix frisk matul is-sena kollha u biex anke nibqgħu ngawdu ambjent rurali mill-isbaħ.

Il-valur intrinsiku tal-biedja hu ferm akbar u jmur lil hinn minn kull numru. Il-bidwi, li regolarment jaħdem l-għelieqi u fl-istess ħin jippriserva l-art naturali, diġà għandu kundizz jonijiet ibsin ħafna. La għandu ħin għal kwistjonijiet u wisq in qas jiflaħ għal spejjeż żejda.

Għalhekk, bħala Gvern, ħassejna u ddeċidejna li ma nħallux

Fl-istess ħin, se jkun qed jin ħoloq bilanċ ġust fejn tidħol il-kera li għandha titħallas lissid privat. Irridu nagħtu ser ħan il-moħħ lill-bidwi li jikri raba’ mingħand sidien privati ħalli jkompli l-ħidma fil-bied ja u jkompli jinvesti fl-oqsma agrikoli għas-sostenibbiltà tal-biedja, fl-istess waqt li dawn tal-aħħar jieħdu valur xieraq għall-proprjetà tagħhom.

Fost affarjiet oħrajn qed jiġi propost it-twaqqif ta’ awtorità ġdida, li tħares ir-raba’ privata u l-pussess tagħha, li tkun tista’ wkoll tagħti dritt ta’ preferen za lill-bdiewa kerrejja li jkunu jridu jixtru l-art li bħalissa hi mikrija lilhom. Minbarra hekk, il-bdiewa tagħna jiġu megħjuna b’miżuri ta’ taxxa mmirati biex joħolqu inċentiv għall-pussess u l-akkwist tar-raba’, flimkien ukoll ma’ inċentivi finanzjarji oħrajn li jinkoraġġixxu l-attività

Dan kollu hu simili għal ri forma oħra kbira li twettqet fl-aħħar żminijiet fejn il-Gvern daħal biex jipproteġi lill-anzja ni u lill-familji tagħhom f’resi denzi li nkrew mill-privat qabel il-bdil fil-liġi fl-1995, daqskemm qed jagħti kumpens ġust lis-si dien tal-istess proprjetajiet. Fiżżewġ każi, Gvernijiet Nazzjonal isti skartawhom. Meta pprova jibdel xi ħaġa, spiċċa għaffiġha waħda u sew, bħalma kien ilkaż tat-trasport pubbliku, meta introduċa l-Arriva.

Minflok, illum qed naraw il-politika progressiva u rifor mista ta’ Gvern Laburista, li mill-2013 ’l hawn ħa direzzjoni għalkollox differenti u r-riżul tati jagħtuh raġun. Kontra ħad dieħor, qatt ma bżajna nieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa, diffiċli kemm huma diffiċli, u nirrifor maw fejn hemm bżonn.

Dan hu Gvern li għandu għal qalbu dak kollu Malti, bil-maq lub ta’ ħaddieħor li kien kapaċi jherri kull impriża lokali; ħa dem il-ħin kollu kontra l-inte ressi nazzjonali, mindu ġie skreditat; u llum hu mmexxi minn Kap li jgħid li hu Grieg!

09.10.202212
Membru Parlamentari ALEX MUSCAT Ministru
AARON FARRUGIA

GVERN LI JIEĦU ĦSIEBEK

bi 15%, u l-konsum tal-elettri ku b’5% fis-sigħat li l-aktar jintuża l-elettriku, aħna nne gozjajna sabiex il-Gvern Malti jikseb dawn id-derogi.

Minflok, qed naħdmu biex inħeġġu lin-nies ikunu aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija tagħhom u jagħmlu użu minn enerġija rinnovabbli. Lin-ne gozji, qed inkomplu ninċenti vawhom biex jinvestu f’oper at sostenibbli; f’makkinarju li huwa effiċjenti u f’sistemi ta’ enerġija rinnovabbli.

€600 miljun is-sena d-diehla.

Inqabblu ma’ dak li qed jiġri barra minn xtutna: Ilkont tal-elettriku fl-Italja flaħħar kwart ta’ din is-sena se jkun għola bi kważi 60% għall-familji. Mill-1 ta’ Ot tubru, il-kont tal-elettriku fir-Renju Unit żdied b’27%. Jiġifieri, kont annwali li kien £1,971, sploda għal £2,500.

sumaturi tal-ARMS Ltd se jkunu jistgħu jirċievu l-valur tal-units kollha skont il-faxex differenti.

Is-siti tal-aħbarijiet internaz zjonali li tiftaħ, kollha ffukati fuq il-piż li qed iġorru l-familji u n-negozji minħabba l-kon tijiet eżorbitanti li qed jif faċċjaw tal-enerġija: kontijiet tad-dawl u l-ilma; kontijiet tal-gass; il-fuel għall-karozzi.

F’dawn l-aħħar xhur, kon na għaddejjin b’ħidma inten siva ta’ negozjati biex naraw li n-negozji u l-familji tagħna ma jkunux sfurzati jqaċċtu l-użu tal-enerġija tagħhom. If faċċjati bi proposti mandator ji tal-Kummissjoni Ewropea biex innaqqsu l-użu tal-gass

Quddiem din il-kriżi inter nazzjonali, qed naraw li noffru sostenn lill-familji għax nafu kemm l-enerġija hija servizz essenzjali li juża kulħadd. Qed nagħmlu investiment ta’ aktar minn €400 miljun biex nassistu fil-prezzijiet tal-en erġija, fil-prezz tal-ġwież u dak tal-fuels. Dan l-investi ment se jitla’ għal €600 mil jun oħra s-sena d-dieħla.

Din is-sena permezz tiegħu familja ta’ tlieta tiffranka minn tal-anqas mal-€1,700 fis-sena filwaqt li familja ta’ erbgħa tiffranka minn tal-an qas mal-€2,000 fis-sena. Dan l-investiment se jitla’ għal

ERĠAJNA...

pajjiżna u l-ekonomija jkom plu mexjin ’il quddiem. Inutli tniżżel in-nies fit-toroq u ma tagħtix alternattiva. F’dak ilkaż il-poplu jkollu raġun meta jgħid “erġajna!”.

U r-realtà f’Malta x’inhi? Permezz tal-investiment li l-Gvern qed jagħmel fin-nies, familja ta’ tlieta tiffranka minn tal-anqas mal-€1,700 fis-sena filwaqt li familja ta’ erbgħa tiffranka minn tal-an qas mal-€2,000 fis-sena.

U għax Gvern Laburista jwiegħed dak li jwettaq, din il-ġimgħa implimentajna we għda tal-Baġit li tindirizza av viż legali tal-2009, introdott minn Gvern Nazzjonalista. Avviż legali li ħallitilna l-am ministrazzjoni ta’ dakinhar biex bih jinħadmu l-kontijiet. Sistema li bejn l-1 ta’ Jannar 2010, sal-Ġimgħa 7 ta’ Ottub ru, baqgħet dejjem l-istess. Minn għada, il-kontijiet se jibdew jinħarġu bl-aġġusta ment neċessarju li bih, il-kon

Minkejja l-qerq tal-Op pożizzjoni, li t-track record tagħha fil-Gvern jipponta biss lejn kontijiet ogħla u kapijiet li ma jisbu l-ebda problema li jgħaddu l-piż fuq iċ-ċittadini, l-unika bidla li raw in-nies mill-2013 ’l hawn kienu kon tijiet orħos b’25%. Bis-sistema li introduċejna, wara xogħol tekniku u legali estensiv, raj na li ħadd ma jintlaqat ħażin. Ir-realtà hi li mal-81% tal-kon sumaturi se jaraw tibdil min imu, li jvarja bejn €0 u €8 fis-sena. Bil-proposta tal-Par tit Nazzjonalista – li taħdim lek id-differenza kollha dar ba fl-aħħar tas-sena – aktar minn 20% tal-kontijiet kienu jitilfu l-benefiċċju tal-ECO-re duction. Riedu wkoll li s-siste ma tapplika għan-negozji: proposta li kienet tgħolli l-kontijiet għal numru ta’ ne gozji u tipperikola l-impjiegi ta’ eluf ta’ ħaddiema.

Is-sistema li ħabbarna, li se tibda titħaddem minn għada t-Tnejn 10 ta’ Ottub

ru, hija retroattiva mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena, u al lura fl-ewwel kontijiet se jkun hemm l-aġġustament mill-bidu tas-sena. Il-for mat tal-kont kif imdorrijin jarawh in-nies mhux se jin bidel għax ridna mmorru għal soluzzjoni li tagħmilha faċli għan-nies li jifhmu din il-bidla. Biex inkunu nistgħu nżommu l-istess sistema, f’kull kont li l-konsumatu ri se jircievu d-dar se jaraw żewġ linji addizzjonali li juru l-aġġustament fi flus f’kull kont għad-dawl, u għall-ilma. Dan se jgħin lill-konsumaturi jippjanaw aħjar u jifhmu aħ jar il-konsum tagħhom biex b’hekk, anke minn kont għal ieħor, ikunu jistgħu jikkalku law il-mod ta’ kif huma qed jutilizzaw l-elettriku.

Din il-ħidma kollettiva turi d-differenza bejn Oppożizz joni Nazzjonalista populista u Gvern Laburista, li quddiem l-isfidi internazzjonali li qed inħabbtu wiċċna magħhom illum il-ġurnata, mhux biss joffri stabbiltà imma jirranġa n-nuqqasijiet ta’ amminis trazzjoni Nazzjonalista.

Is-sajf spiċċa. Żgur li mhux mis-sħana. Spiċċa għaliex minn din il-ġimgħa reġgħet bdiet tiżdied il-klima politi ka f’Malta. Il-Parlament reġa’ fetaħ filwaqt li d-diskorsi politiċi ta’ kull nhar ta’ Ħadd taż-żewġ partiti bdew ukoll. L-ewwel kelma li tiġi f’moħħ xi wħud żgur li tkun “erġaj na!”. Ma nagħtikomx tort għax ħsieb li jiġi f’moħħ kulħadd.

Kollox iżda jħoll u jorbot mill-kredibilità ta’ dak li jkun qed jagħmel id-diskors. In utli tmur quddiem folla nies iċapċpulek għal ftit ħin u ma jkollokx il-kuraġġ tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex

Il-kredibilità tinġieb meta dak li twiegħed li ħa tagħmel twettqu, meta tikkomunika mal-poplu u tispjega s-sit wazzjoni kif tkun. Il-politi ku ma jistax jistaħba wara subgħajh u jagħlaq għajne jh għall-isfidi li l-poplu Malti qiegħed jaffaċċja llum. Inut li nitkellmu dwar dak li ġara lbieraħ u ma nagħtux kuraġġ għal dak li ġej għada.

Huwa dak li jagħmel id-dif ferenza kollha u għalhekk il-poplu jkompli jafda lill-Par tit Laburista. Il-poplu jaf li hemm sfidi li bħala dinja qegħdin naffaċċjaw. Iż-żie da qawwija fl-inflazzjoni u l-prezzijiet tal-enerġija huma tnejn minn ħafna sfidi li bħa la pajjiż, bħala dinja qegħdin naffaċċjaw flimkien. Madana kollu, jaf li Gvern Laburista se jkun ta’ spalla sabiex itaffi mill-piżijiet.

16-il jum ieħor se jkun qed jitressaq Baġit ieħor. Dan ilBaġit qed jitressaq f’sitwazz jonijiet pjuttost differenti.

Madanakollu, diġà nafu li mhux se jkun hemm piżiji et ġodda għall-familji Maltin u Għawdxin. Din waħedha diġà toħloq sens ta’ stabbiltà għan-negozji u għall-famil ji. Huwa fatt magħruf li l-ekonomija tal-pajjiż dejj em imxiet ’il quddiem grazzi għall-għaqal u għall-bżulija tal-Maltin li middew idejhom għall-ħidma sabiex idawru l-ekonomija tal-pajjiż.

Għaldaqstant, kemm huwa kruċjali dan is-sens ta’ stab biltà li għall-kuntrarju ta’ dak li kien jiġri fil-passat, ma jiddaħħlux miżuri t’awster ità biex ngħattu l-problemi ekonomiċi tal-pajjiż. M’għand niex għalfejn immorru wisq ’il bogħod biex niftakru x’kien ġara fl-2008 meta kien hemm kriżi oħra ekonomika fl-Ewropa. Dik kienet l-uni ka soluzzjoni tal-Partit Nazz jonalista. Xtaqt kieku nisma’ soluzzjonijiet oħra mingħand Bernard Grech dwar x’jis ta’ jsir ekonomikament biex aħna ż-żgħażagħ inserrħu rasna mill-impjieg tagħna, biex il-pensjonanti jserrħu rashom li l-pensjoni mhux ħa terġa’ tistaġna, biex min iħad dem iserraħ rasu mill-istab

biltà u mill-għajnuna biex ikompli jsostni n-negozju tiegħu. Minn dan iżda ma sar xejn anzi d-diskorsi kienu biss retorika li l-poplu xeba’ jisma’.

Il-poplu jrid soluzzjoni. Il-poplu jrid deċiżjonijiet.

Nhar il-Ħadd li għadda l-Prim Ministru Robert Abela saħaq punt kruċjali li proprju jirrispekkja dak li l-poplu jrid mill-politiku. Huwa tajjeb li politiku jkun kawt qabel jieħu deċiżjonijiet iżda mhux kawt iżżejjed li ma jittieħdu l-ebda deċiżjonijiet. L-ambjent u l-ip pjanar, is-sigurtà u l-infurzar, l-enerġija, it-tisħiħ tas-siste ma ġudizzjarja u tas-sistema edukattiva fost oħrajn huma setturi li fiż-żmien li ġej żgur li l-Gvern irid jieħu diversi deċiżjonijiet dwarhom, diffiċli kemm huma diffiċli.

Fejn jidħol l-ambjent u l-ip pjanar hemm bżonn li pajjiż na jimbarka f’konsultazzjoni dwar pajjiżna x’għandu bżonn u liema direzzjoni jixtieq jieħu minn aspett ambjentali. Inutli nibqgħu nippuntaw subgħa jna iżda mbagħad ħadd ma jixtieq ikun hu jew hi s-soluzz joni. Żgur li ħadd mhu kontra l-iżvilupp iżda kollox iħoll u jorbot kif isir l-iżvilupp. Kien

proprju b’dan is-sentiment li l-Partit Laburista fil-man ifest tiegħu wiegħed riformi dwar dan. 700 miljun fi spaz ji pubbliċi li jagħtu nifs ġdid lill-poplu Malti. Filwaqt li d-deċiżjonijiet diġà bdew jiġu meħuda ninsab fiduċjuża li dak li hemm imwiegħed se jkun qed jiġi mwettaq fl-intier tiegħu.

L-istess deċiżjonijiet ibsin iridu jittieħdu dwar l-infur zar u s-sigurtà, dwar it-tisħiħ tas-sistema ġudizzjarja. Barra minn hekk, nemmen li wasal iż-żmien ukoll li pajjiżna jibda diskussjonijiet formali dwar ir-riforma fis-sistema elet torali, il-liġi tal-ewtanasja u t-tisħiħ tal-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol.

Id-deċiżjonijiet diġà bdew jittieħdu u forsi xi wħud jista’ jkun li mhux neċessarjament ħallew togħma tajba għal xi wħud, iżda dan huwa dak li bħala pajjiż għandna bżonn fil-preżent. M’għadx fadal żmien għar-retorika.

B’hekk biss il-poplu ma jis max il-politiku u jgħid “erġa jna” għaliex fil-fond ta’ qalbu jkun jaf li se jittieħdu d-deċiż jonijiet neċessarji biex għada jkun jum ferm isbaħ mil-lum.

09.10.2022 13
Chairperson Fondazzjoni iDEAT ELAINE DEGIORGIO Ministru MIRIAM DALLI

IL-POPLU FIĊ-ĊENTRU TAD-DEĊIŻJONIJIET

l-ekonomija u ħajjet il-poplu Malti u Għawdxi, hekk kif l-industrija b’mod partikolari tiddependi ħafna fuq il-ġenerazzjoni tal-elettriku. Il-ħela mhi tajba qatt, anzi hija kundannab bli. Imma huwa fatt li huwa s-sajf li huwa l-aktar kiefer għal pajjiżna, kun trarju għall-kumplament tal-Ewro pa u barra minn hekk pajjiżna jgawdi minn sistema tajba ta’ energy mix li tinkludi supply ta’ gass li huwa garan tit, grazzi għall-ġenerazzjoni tad-dawl permezz tal-Powerstation il-ġdida tal-LNG (li ħaddieħor ikompli jisħaq li ma hemmx bżonnha), bi ftehim li jof tomna mill-problema enormi tas-sup ply tal-gass li għandha l-kumplament tal-Ewropa mar-Russja.

Sur Editur

Kont insejtu, Sur Editur. Għax tant ikun medhi jagħmel ġid għal pajjiżna, li ma tantx ikollu ċans jidher jew jikteb xi ħaġa, miskin. Hu u l-Metsola. Issa meta nsemmi lil dan, dejjem taqbeż fuqi Melda tiegħi. Għax dejjem tgħidli: “Ajma x’għandna bih lil Casa! Uġigħ, taqlib u dardir fl-istonku!”

“In-nies l-ewwel, u l-poplu Malti se jibqa’ fiċ-ċentru tad-deċiżjonijiet tagħna.’’ Hekk tenna l-Prim Ministru Robert Abela f’Raħal l-Ġdid il-Ħadd li għadda. U dan hu dak li jrid jisma’ l-poplu. Dan hu dak li jrid jesperjenza il-poplu. Tmexxija serja, soda, iffoka ta, imma fuq kollox deċiżjonijiet li jittieħdu u li jittieħdu f’isem il-poplu u għall-ġid komuni tal-poplu, parti kolarment biex ikunu mħarsa dawk li l-aktar għandhom bżonn l-għajnuna sabiex jintrefgħu ’l fuq.

U dan kollu jsir għax Gvern Labursi ta jemmen li din hi t-triq ’il quddiem, jitkellem b’serjetà u mhux bi kliem fi eragħ u jwettaq b’konvinzjoni u mhux b’konvenjenza. Dan għax jemmen tassew li f’kull deċiżjoni li jieħu jpoġġi lill-persuna fiċ-ċentru u jħares l-għa jxien tal-familji u l-pensjonanti.

B’ekonomija soda nistgħu nibqgħu noffru għajnuna u titjib fil-kwalità tal-ħajja tan-nies. Il-Ħadd li għadda, il-Prim Ministru l-Ħadd tkellem dwar investiment fin-nies u fin-negoz ji biex b’hekk il-fiduċja baqgħet ma naqsitx kemm min-negozjant kif ukoll mill-konsumatur, għax dan hu Gvern li ma jemminx fl-issikkar taċ-ċinto rin, ma jemminx fl-awsterità, imma jemmen fil-kunfidenza sabiex il-kon sumatur imur jixtri prodott jew servizz u r-rota ekonomika tibqa’ ddur.

Fl-1 t’Ottubru sfortunatament fl-Ewropa pajjiżi ġirien tagħna espe rjenzaw żieda fil-kontijiet tal-enerġi ja tagħhom sa 60% u anki 80%. Ġejja xitwa fl-Ewropa li ċ-ċittadini Ewropej iridu jagħżlu bejn isaħħnux djarhom jew jixtrux x’jieklu. Hemm pajjiżi li saħansitra attrezzaw binjiet kbar pub liċi u kkonvertewhom f’dormitorji sa biex nies li ma jaffordjawx li jsaħħnu djarhom, imorru jorqdu hemm mal-le jl. Din il-ġimgħa l-EU applikat curfew fuq l-użu tal-enerġija fuq il-pajjiżi membri tagħha. Din hi sitwazzjoni li qatt ma rajna qabel bħala sa mit-Tieni Gwerra Dinija ’l hawn. Għax iva, irridu nammettu li għaddejjin minn żmien ta’ gwerra.

Pajjiżna kien għaqli li permezz tal-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli kiseb deroga sabiex din il-curfew ma tapplikax għal Malta għax ikoll ha riperkussjonijiet devastanti fuq

Id-diskors tal-Prim Ministru l-Ħadd li għadda kien wieħed li tagħtih im portanza kbira, diskors ta’ kuraġġ minn individwu li jimpurtah, li għan du viżjoni u li għandu lin-nies fiċ-ċen tru tal-ħsibijiet u t-twettiq tiegħu. IlPrim Ministru saħaq fuq l-importanza li rridu nibqgħu nieħdu d-deċiżjonijiet ta’ kuljum, deċiżjonijiet kbar u żgħar imma li lkoll jagħmlu d-differenza u kollha sinifikanti, għax b’hekk biss nibqgħu niggarantixxu li l-programm tal-Gvern ta’ bidliet, ta’ elf proposta, jiġi imbuttat ’il quddiem.

U dan nagħmluh għax dan il-Gvern huwa mmexxi minn Prim Ministru li jixpruna l-kuraġġ u għax dan hu Gvern Laburista li dejjem kien il-partit katal ist għall-bidla u li dejjem ibbaża l-poli tika u t-twettiq fuq l-għaqda, dejjem ħadem għal tim magħqud li jimbotta ’l quddiem flimkien. B’hekk in-nies fdaw mill-ġdid elezzjoni wara l-oħra lill-Partit Laburista sabiex imexxi dan il-pajjiż u l-poplu bir-raġun jisten na u jemmen li dan il-Gvern se jim plimenta l-program elettorali tiegħu mimli riformi u se nwettquh flimkien, bis-saħħa ta’ kulħadd u għall-ġid ta’ kulħadd.

Għal David l-Għarukaża qed ngħid. Li ħlief ifaħħar lil Malta fil-Parlament Ewropew ma jagħmilx. Bħalma għamel fil-jiem li għaddew, meta għal darb’oħra qal li s-sitwazzjoni f’Malta sejra mill-ħażin għall-agħar. U kompla jfaħħar lil art twelidu, jekk twieled hawn fuq kollox dan, u qal li “kulħadd jaf li s-saltna tadDritt f’Malta hija mhedda”.

Nixtieq jien Nazzjonalist, Sur Editur u nikteb li rrid, għax inNazzjonalisti jistgħu, imma l-Laburisti le, għax ngħidlu x’hemm mhedded lil dan l-intamat. Imma taf x’inhi? Li meta dan l-Għarukaża jħoss pressjoni interna fil-partit tagħhom li tista’ thedded postu, iżid l-attakk fuq Malta. Biex jidher ħelu ma’ Papa Grech. Imma nsomma.

Taf x’naf, li sentejn ilu, dak li jaħseb li huwa l-kap tagħhom, Bernard il-Grech kien qabeż għal David l-Għarukaża u Roberta l-Metsola wara li dawn kienu vvutaw kontra riżoluzzjoni dwar is-saltna tad-dritt fil-Bulgarija, pajjiż li kien qed jiġi akkużat b’allegazzjonijiet serji ta’ korruzzjoni u użu ta’ kliem ta’ mibegħda fil-konfront ta’ minoranzi, fost akkużi oħrajn. U l-Grech meta kienu staqsewħ għaliex il-partit li jaħseb li jmexxi juża s-saltna tad-dritt biex isawwat biss lil Malta, kien qal li huwa jitkellem mal-Għarukaża u l-Metsola biex ikomplu jaħdmu. Biex ikomplu jaħdmu kontra Malta, imma, Sur Editur.

Nixtieq nibagħtu lil David l-Għarukaża ta! Kif kien bagħtu ’l hemm ħames snin ilu l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, it-Timermajns, jew xiż-żikk kien kunjomu. Tiftakar għaliex, Sur Editur? Ħa ngħidlek jien.

Dan l-Għarukaża ħames snin ilu kien ipprova jagħmilha talMister Mondo fil-Parlament Ewropew. Billi dejjem jaħdem favur pajjiżu li tant iħobb, kien għamel mistoqsija Parlamentari li fiha qal li l-Kummissjoni Ewropea għandha tħares lejn dak li qed jiġri f’pajjiżna, għax skont hu, is-saltna tad-dritt mhedda.

Imma it-Timmermajns, jew xiż-żikk kien kunjomu, bagħat lil David l-Għarukaża isaqqi – bil-pulit. Kien qallu li l-politika talKummissjoni Ewropea hija li ma tikkummentax fuq inkjesti u investigazzjonijiet individwali li jkunu għaddejjin. Flok qallu li għandu jkun kburi bid-demm Malti ta’ ġo fih u ma jaħsilx ħwejjeġ tal-familja fil-pubbliku. Kieku kont jien flok it-Timmermajns, jew xiż-żikk kien jismu, kont naqlagħlu l-ġbejniet. Imma!

Anki ħames snin ilu wkoll, kien ħa ħasla Ewropapali oħra dan ta! Ħa nfakkrek jien, Sur Editur. Dan l-intamat kien qed jieħu sehem fil-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Ewropew.

Il-Prim Ministru l-Ħadd li għadda tkellem dwar investiment fin-nies, fin-negozji biex b’hekk il-fiduċja baqgħet ma naqsitx kemm min-negozjant kif ukoll mill-konsumatur

U billi jħobb ħafna lil Malta u lill-Maltin Laburisti, ipprova jżeffen fin-nofs ta’ dan il-Kumitat Ewropew, l-aġenda tiegħu u tal-partit politiku partiġjan li jagħmel parti minnu. U ħaseb li f’dan il-Kumitat seta’ jaqbad u jgħid li jrid, u jgħajjar korrotti lill-Ministri Maltin, ja injorant tal-prima klassi li hu. Taf x’qaltlu ċ-Chairperson? Qaltlu: “Ejja nitkellmu fuq affarijiet li huma relevanti għal dan il-kumitat.”

U niftakar qabżu l-membri Ewropej ta’ dan il-Kumitat, ħarsu lejħ biċ-ċiera u qalulu: “And so say all of us”. Flok bagħtuh jieħu vaż kafè.

Iva, iħobbha lil Malta dan David l-Għarukaża. Daqskemm inħobb il-kirxa jien. Dik li meta tkun qed issajjarha timlielek iddar riħa ta’ pixxa tal-ħnieżer.

Għax dejjem hekk il-Metsola u l-Għarukaża. U mhux billi jilagħbuha tal-qaddisin se jtiru, ta! Għax spiżjar taqtagħlu l-mediċina, spiżjar jibqa’, kien jgħid l-għażiż missieri, Alla jagħtih il-glorja tal-ġenna.

Għad-dieħla!

09.10.202216
Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL CATHERINE FENECH

RELIKWA TA’ SAN PIJU V F’MALTA

Għada se tasal fostna relikwa tal-Papa San Piju V, dak li għen lill-Gran Mastru Jean Parisot de la Valette fil-bini tal-kapitali Maltija fuq l-għolja Xiberras, fl-ewwel okkażjoni li din se tkun qed tinħareġ mill-istat tal-Vatikan. Ir-relikwa, magħluqa f’urna tal-ħġieġ, tikkonsisti fl-ilbies liturġiku ta’ dan il-Papa Marjan u hi meqjusa mill-awtoritajiet ekkleż jastiċi bħala teżor. Fil-jiem li ġejjin din se tkun għall-wiri fil-Kappella Taljana fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

F’kumment lil din il-gazzetta, l-Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede Frank Zammit, li qed jieħu ħsieb dan ilvjaġġ speċjali, tenna li hu sar jaf b’din ir-relikwa madwar seba’ snin ilu meta pajjiżna kien qed iħejji biex jesebixxi l-presepju Malti fi Pjazza San Pietru għall-Milied tal-2016.

“Meta sirt naf b’din l-urna bil-paramenti ta’ dan il-Pa pa Dumnikan, bl-isem ta’ Michele Ghisleri, kont ħsibt biex nitlob il-permess lill-awtoritajiet Vatikani ħalli tkun tista’ tinġieb għal xi ġimgħat f’Malta. Naf kemm il-Papa San Piju V hu għażiż għall-Maltin, speċjalment għall-Beltin,” qalilna l-Ambaxxatur.

L-urna se tinħareġ għall-ewwel darba mill-Vatikan fl-450 anniversarju mill-mewt tal-Papa San Piju V

L-urna se żżur lil pajjiżna, ftit xhur biss wara ż-żjara im portanti tal-Kap tal-Knisja Kattolika, il-Papa Franġisku, u fl-okkażjoni tal-450 anniversarju mill-mewt tal-qaddis. Fil-fatt, in-negozjati mal-Vatikan biex tinġieb din ir-re likwa fostna seħħew f’Marzu li għadda meta l-pajjiż kien qed jipprepara biex jilqa’ lill-Papa Franġisku fl-ewwel jiem t’April, bl-approvazzjoni tasal f’Lulju.

“Għażilna Ottubru, għax kien f’dan ix-xahar tal-1571 li l-Papa San Piju V iddikjara li f’dik id-data kellha tibda tkun iċċelebrata l-festa tal-Madonna tar-Rebħa u tar-Rużarju. Dan wara li l-koalizzjoni ta’ diversi pajjiżi Kattoliċi kienu rebħu lil-Ottomani f’Lepanto,” kompla Zammit.

Il-Papa San Piju V kien għen lill-Gran Mastru de la Valette kemm billi kien inkariga lill-Perit tiegħu Frances co Laparelli biex jippjanta l-belt fuq l-għolja Xiberras kif ukoll ħallas l-ewwel xhur lill-ħaddiema kollha li kienu qed jaħdmu fuq il-proġett storiku.

“Nirringrazzja lil bosta entitajiet tal-Gvern u oħrajn privati li għenu finanzjarjament biex dan il-proġett ikun possibbli,” temm jgħidilna l-Ambaxxatur għas-Santa Sede, b’sodisfazzjon għal din il-kisba, anke jekk mhux se jkun jista’ jakkumpanja r-relikwa fil-vjaġġ minħabba li pitgħada se jkun qed jirrappreżenta lil Malta fil-Vatikan għaċ-ċelebrazzjonijiet tas-60 sena mill-bidu tal-Konċilju Ekumeniku Vatikan II.

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24.

Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek.

Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

09.10.2022 17

IX-XBIHAT FL-ARAZZI TA’ WARA L-1530

Il-ġimgħa li għaddiet ittrattajna s-sett tal-arazzi tal-Gran Mastri li nġieb Malta minn Rodi u li sar għall-ħabta tal-1400. Dawn l-arazzi waslu hekk kif l-Ordni tilfet dik il-gżira. Li hu żgur hu li kienu jsebbħu postijiet maġistrali Maltin. Ħadd ma jaf x’sar minn dawn l-arazzi. Imnalla kien bniedem kolt, għax qabbad biex ikun hemm kopji tal-arazzi f’pittura li għadha tinstab fil-Biblijoteka tal-Vatikan. Kieku ma sarx dan, ħadd ma kien ikun jaf b’dan it-teżor mitluf jew imqiegħed f’xi post fejn qatt ma ra aktar id-dawl tal-jum. Bħall-ġimgħa l-oħra, dan l-artiklu ġbartu mingħand ilProfessur William Zammit, li jispeċjalizza fl-istorja tal-komunikazzjoni fil-perjodu modern bikri, l-istorja tal-kotba u tal-pubblikazzjoni, il-kontroll biblijografiku ta’ pubblikazzjonijiet relatati ma’ Malta (Melitensia) u l-kontenut tal-arkivji lokali u barranin relatati ma’ Malta.

Minn CHARLES B. SPITERI

Il-materjal viżiv li jinsab fis-sett ta’ Chigi fil-Biblio teca Apostolica Vaticana jinkludi wkoll xogħlijiet ar tistiċi kkummissjonati wara l-wasla tal-Ordni f’Malta fl-1530, jew inkella xi wħud li ġew modifikati mill-for mat oriġinali tagħhom ta’ Rodi. Dawn jikkonsistu f’er ba’ pitturi ta’ Gran Mastri bi tliet tpinġijiet oħra ta’ valur tabilħaqq artistiku.

Tnejn minn dawn talaħħar inġiebu f’pajjiżna minn Rodi. Materjal viżiv ieħor relatat ma’ Malta fissett, huwa distinti mill-bqi ja u jikkonsisti fi pjanta tal-fortifikazzjonijiet tal-art tal-Belt Valletta u l-Furja na; pjanta tal-Belt Valletta u mappa ta’ Għawdex. Bħal filkaż tat-tapizzeriji ta’ Rodi, it-tpinġijiet jipprovdu dak li x’aktarx hu rekord viżiv uniku ta’ xogħlijiet artistiċi, li prattikament kollha ntil fu jew ġew modifikati aktar tard.

Ir-rappreżentazzjonijiet tal-Gran Mastri ta’ wara l-1530

Tliet Gran Mastri differenti ta’ wara l-1530 huma mpinġi jin bilwieqfa. Hu probabbli li fil-każi kollha, dawn huma kopji ikonografiċi ta’ Gran Mastri oriġinali bikrija ħaf na, possibbilment f’pittu ri taż-żejt. L-ewwel waħda hi dik ta’ Juan de Homedes (1536–1553). Il-pittura ta’ de Homedes forsi hi l-aktar waħda sinifikanti b’rabta mal-Ordni f’Malta u tmur lura għall-perjodu tal-was la tal-Ordni, fiż-żminijiet ta’

wara l-1530.

Il-Gran Mastru anzjan jintwera wieqaf f’sala b’art bil-madum u saqaf imżejj en b’forma ta’ kaxxi. L-armi tal-Ordni u tal-Gran Mastru jidhru fuq in-naħat tal-lemin u tax-xellug tiegħu rispettiva ment. Filwaqt li l-ambjent jis ta’ jkun sempliċiment liċenzja artistika, il-possibbiltà li tik kostitwixxi rappreżentazzjoni bikrija ta’ waħda mill-kmamar fil-Castello a Mare, u partiku larment waħda fir-residenza tal-Gran Mastri f’dan il-kum pless, ma tistax tiġi eskluża.

Ta’ interess partikulari hi l-għata fuq għajnu tal-lemin, li saret bi skop u għall-eżat tezza. Fir-realtà, De Home des kien tilef dik l-għajn waqt l-assedju ta’ Rodi tal-1522 u ġeneralment, f’pitturi oħra jn, dan il-Gran Mastru dejj em iġibuh iħares lejn il-lemin tiegħu, biex inaqqas milli juri dan id-difett. De Homedes jidher liebes l-iswed, bi speċi ta’ kowt b’fur abjad li jiswa

l-flus, filwaqt li jżomm il-borża tal-kariga fil-lemin tiegħu, waqt li idu x-xellugija tinsab fuq ix-xabla. Ta’ sinifikat hija d-data ‘N.[sic M?]D.L.’ fl-aħħar tat-titlu oriġinali tal-pittura. Dan jagħmel ir-ritratt wieħed kontemporanju mill-aħħar snin tal-maġistratura ta’ de Homedes.

Il-Gran Mastru Jean de Valette (1557–1568) jidher f’żewġ rappreżentazzjonijiet differenti, li jissimbolizzaw id-duwalità tar-rwol tal-Os pitalarju. L-ewwel rappreżen tazzjoni turi Gran Mastru għarkupptejh, qiegħed jitlob, liebes il-manto di punta ċer imonjali. Fit-tieni rappreżen tazzjoni narawh liebes ar matura, miksija bit-tunika Ospitaliera. Bħal fil-każ tar-ri tratt ta’ de Homedes, dawk ta’ de Valette ma jidhru mkien u fl-ebda sors ieħor minbarra fis-sett ta’ Chigi.

Ir-raba’ xbieha maġis trali turi lill-Gran Mastru Martin Garzés (1595–1601).

Il-qagħda u l-kompożizz joni ġenerali tar-rappreżen tazzjoni tagħmilha tal-bidu fis-sensiela ta’ ritratti uffiċjali xi ftit jew wisq sterjotipati ta’ Gran Mastri. Għalhekk, Garzés jintwera liebes it-tunika sew da, li toffri dehra malinkon ika, fuqha hemm is-salib bi tmien ponot, u l-kappell jew il-berettone, simbolu tal-aw torità maġistrali tiegħu.

B’kuntrast mar-ritratt ta’ dan il-Gran Mastru, insibu lil ta’ qablu - dak ta’ La Cassière. Il-Gran Mastru La Cassière huwa mpitter kemm fir-rwo li reliġjużi kif ukoll sekulari tiegħu. Filwaqt li jipponta lejn kurċifiss, Garzés, bħal kull prinċep ieħor, hu akkumpan jat minn segretarju u paġġ, dan tal-aħħar huwa wkoll novizz tal-Ordni. Ir-ritratt jif forma l-ewwel dikjarazzjoni viżiva li nstabet tal-affer mazzjoni tal-poter sekulari minn Gran Mastru u għalhekk huwa importanti f’dan ir-rig ward.

Xogħlijiet artistiċi oħra

Wara r-ritratti tal-Gran Mastri hemm ritratti ta’ żewġ artifatti reliġjużi li t-tnejn inġiebu minn Rodi. L-ewwel tikkonsisti f’kopja tal-pittura Christus Passus. It-tpinġija ta’ Chigi hi waħda devozzjonali ħafna u għad ha tista’ titgawda sal-lum. L-arma tal-Prijur ta’ Santo Stefano, Fra. Aloisio Mazzin ga, li hu maħsub li ffinanzja l-qafas tal-metall dekorattiv tal-pittura tal-bidu tas-seklu 17, jidher fil-qiegħ tat-tpinġi ja. In-nota taħt it-tpinġija issa tikkonferma li l-pittura nġiebet minn Rodi.

Il-Gran Mastru Jean de Valette (1557–1568) jidher f’żewġ rappreżentazzjonijiet differenti, li jissimbolizzaw id-duwalità tar-rwol tal-Ospitalarju. L-ewwel rappreżentazzjoni turi Gran Mastru għarkupptejh, qiegħed jitlob, liebes il-manto di punta ċerimonjali. Fit-tieni rappreżentazzjoni narawh liebes armatura, miksija bit-tunika Ospitaliera

L-album fih ukoll akk warell tal-Madonna ta’ Filérimos, magħrufa aħjar bħala Philermos. Dan jikkon sisti fl-aktar rappreżentazz joni viżwali dettaljata bikrija tal-ikona miġjuba minn Rodi. Turi l-ikona li għadha mżejna fi kwadru elaborat tal-fid da li tneħħa bil-forza mat ul l-okkupazzjoni tal-gżira, mir-Repubblikani Franċiżi, f’Ġunju 1798, qabel ma l-iko na ttieħdet minn Malta millGran Mastru Hompesch. L-ikona Filérimos u d-deh ra tagħha fis-sett ta’ Chigi kienu s-suġġett ta’ studju riċenti fil-fond mill-Profes sur Mario Buhagiar.

L-aħħar artifatt li jinsab riprodott fis-sett jikkon sisti fir-roundel tal-ġebel fil-kappella ta’ Sant’Anna fil-Forti Sant’Anġlu u fih ri tratt tal-bust tal-Gran Mas tru Philippe Villiers de l’Isle Adam. Hu maħdum fil-profil. Ir-rappreżentazzjoni artis

09.10.202218

Il-lista tal-Arazzi tal-1634

tika u l-iskrizzjoni madwar il-bust, kif muri fit-tpinġija tas-sett, jaqblu eżatt malopra tal-arti kif għadha tid her sal-lum.

Materjal ieħor Malti fis-sett

Il-volum S.334 ta’ Chigi fih materjal ieħor ta’ inter ess għall-istorja tal-Maltin u tal-Ospitalieri, minbarra kwantità ta’ materjal li jap partjeni għal oqsma differ enti u li Chigi possibbilment akkwista wkoll waqt iż-żjara tiegħu f’Malta. Il-materjal ta’ Malta jikkonsisti f’dan li ġej:

1. Kopja tad-Disegni del la Guerra, Assedio et Assalti dati dall’Armata Turches ca all’Isola di Malta l’anno MDLXV ta’ Lucini... (Ruma, 1631). Dan jinkludi l-Crono logia dei Gran Maestri ta’ de Rossi, li tinkludi x-xbihat ta’ Gran Mastri sa, u inkluż, An toine de Paule (1622–36).

2. Iskrizzjonijiet bil-Latin fuq l-oqbra tal-Gran Mastri L’Isle Adam; De Homedes, La Sengle, Wignacourt, Del Monte, La Cassière, Garzés, Verdalle u Vasconcelos (ff. 49-52).

3. Pjanta tal-Belt Valletta

bla data tas-snin 1630. Tik konsisti f’folja waħda mit wija f’qies ta’ 410 x 545 mm. Tikkonsisti fi pjanta dettal jata tal-Belt Valletta u l-eww el waħda magħrufa li tagħti l-ismijiet tat-toroq u dettalji oħra, qabel l-elenkar ta’ Abe la fl-1647 (ff. 53-4).

4. Pjanta mitwija kbi ra u bla data tas-snin 1630 tal-peniżola ta’ Sceberras li turi l-faċċati tal-art forti fikati tal-Furjana u tal-Belt Valletta. Magħmula minn żewġ folji magħqudin li jkej lu 1015 x 570 mm (ff. 55-6).

5. Mappa mhux datata ta’ Għawdex u Kemmuna tassnin 1630. Tikkonsisti f’folja li tkejjel 345 x 265 mm (f. 57r).

Din il-mappa ġiet studjata u ppubblikata minn Albert Ga nado. 7 (f. 57).

Is-sett ta’ Chigi jikkostit wixxi rekord uniku ta’ arti, materjal stampat u kar tografija li għandu jkun ta’ interess għar-riċerkaturi ta’ diversi aspetti tal-istorja Malt ija u Ospitaliera. Bħal fil-każ tar-riproduzzjoni tat-tapiz zeriji maġistrali tas-seklu 15, ir-ritratti tal-Gran Mas tri ta’ Malta jikkostitwixxu kontribut fundamentalment

Il-mod kif inħadem il-Gran Mastru D’Omedes biex juri li kien jara minn għajn waħda, wara li kien ferut fil-ġlied

X’ġara mill-oriġinali li minnhom ġew ikkupjati t-tpinġijiet ta’ Chigi jibqa’ misteru. Hawnhekk għal darb’oħra, ir-ritratti jiftħu toroq ġodda għar-riċerka. L-oriġinali baqgħu ħajjin xi mkien? F’liema punt tneħħew mill-post oriġinali tagħhom, u għal liema raġuni tneħħew?

importanti biex inkomplu nifhmu l-evoluzzjoni tar-ri tratti maġistrali.

Ir-ritratti de Homedes u Garzés huma partikularment importanti f’dan ir-rigward; l-ewwel waħda hija l-aktar rappreżentazzjoni bikrija u possibbilment l-unika fil-ħajja reali ta’ dak il-Gran Mastru tal-bidu ta’ Malta, filwaqt li tal-aħħar tista’ titqies bħala l-ewwel magħrufa f’ġeneru li qed jevolvi ta’ ritratti maġis trali tal-istat.

Jeżisti misteru

X’ġara mill-oriġinali li minn hom ġew ikkupjati t-tpinġijiet ta’ Chigi jibqa’ misteru. Hawn hekk għal darb’oħra, ir-ritratti jiftħu toroq ġodda għar-riċer ka. L-oriġinali baqgħu ħajjin xi mkien? F’liema punt tneħħew mill-post oriġinali tagħhom, u għal liema raġuni tneħħew? It-tpinġijiet tal-artifatti jgħinu wkoll b’mod kruċjali fl-istudju fil-fond tal-oriġina li, kif intwera mill-istudju

tal-Professur Buhagiar fuq l-ikona Filérimos. Il-mapep u l-pjanti inklużi fil-volum, kollha jikkostitwixxu valur kontributorju siewi għall-is torja kartografika u militari ta’ Malta. Barra minn hekk, is-sett jibqa’ kontribuzzjoni dejjiema minn sidha kif ukoll riflessjoni tal-gosti kkulturati tiegħu. Fabio Chigi kien bnied em ta’ nisel illustri, Inkwiżitur prudenti, Papa kbir u fuq kol lox, wieħed mogħni b’sensib biltà artistika raffinata.

09.10.2022 19

TISSOKTA L-KAMPANJA ‘NGĦIDU LE GĦALL-PUPLESIJA’

Wara s-suċċess fl-ewwel ġranet tal-kampanja ‘Ngħidu le għall-puplesija’, il-Minis teru għall-Anzjanità Atti va flimkien mal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ser ikomplu din il-kampan ja f’aktar lokalitajiet sabiex aktar anzjani jiċċekkjaw saħħithom.

Waqt din il-kampanja, l-anzjani ser ikunu jistgħu jagħmlu testijiet mediċi bla ħlas. Dawn it-testijiet jinklu du wkoll ittestjar taz-zok kor u tal-pressjoni, li huma indikaturi għal riskju ta’ puplesija. Ser ikun hemm tobba biex, jekk jkun hemm il-ħtieġa, min jinstab li għan du bżonn aktar testijiet jint bagħat għal aktar investi gazzjonijiet.

X’inhi l-puplesija?

Puplesija, xi drabi hija wkoll imsejħa attakk fil-moħħ, isseħħ meta xi ħaġa tim blokka l-provvista tad-demm għal parti mill-moħħ jew meta jinfaqgħu vini taddemm fil-moħħ. Fi kwalunk we każ, partijiet mill-moħħ issirilhom ħsara jew imu tu. Puplesija tista’ tikkawża ħsara dejjiema fil-moħħ, diżabilità fit-tul, jew saħan sitra mewt.

Hekk kif ir-riskju li persuni jkollhom puplesija jirdoppja ma’ kull deċennju li jgħaddi wara li jagħlqu 55 sena, in ħasset il-ħtieġa li tinħoloq kuxjenza dwar il-prevenzjoni tal-puplesija. Dan, fost oħra jn permezz ta’ screenings ap posta sabiex jiġu identifikati fatturi li jistgħu jwasslu għal puplesija.

X’inhuma s-sinjali ta’ puplesija?

Il-maġġor parti tas-sinjali jkunu tnemnim jew dgħufi ja f’daqqa fil-wiċċ, driegħ, jew riġel, speċjalment fuq naħa waħda tal-ġisem. Kon fużjoni f’daqqa, problemi biex titkellem, jew diffikultà biex tifhem id-diskors. Jista’ jkun hemm ukoll problema f’daqqa biex tara minn għa jn waħda jew anke miż-żewġ għajnejn.

Din il-kampanja tgħin u tinkoraġġixxi l-anzjani jgħixu ħajja aktar b’saħħitha, u b’hekk itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom. Wara li saret fl-inħawi ta’ madwar in-Naxxar/Ħal Għargħur u Tas-Sliema, din il-kampanja se tkompli fil-lokalitajiet kif elenkat hawnhekk:

Fit-28 u fid-29 ta’ Ottubru:

f’Dar il-Fjuri, ir-Rabat Għaw dex u f’Dar Padova, Għajnsi elem għall-anzjani Għawdxin kollha;

Fl-4 u fil-5 ta’ Novembru: fiddar tal-anzjani ġewwa l-Mell ieħa għall-anzjani li joqogħ du l-Mellieħa, l-Imġarr u San Pawl il-Baħar.

Fid-dar tal-anzjani ġewwa l-Imtarfa għall-anzjani li jo

qogħdu l-Imtarfa, ir-Rabat, is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, l-Imdina, Ħad-Ding li, Ħ’Attard, il-Mosta, Santa Venera u l-Ħamrun.

Fil-11 u fit-12 ta’ Novemb ru: fid-dar tal-anzjani Dar l-Annunzjata, Ħal Tarxien għall-anzjani li joqogħdu ż-Żurrieq, il-Qrendi, l-Imqab ba, Ħal Safi, Ħal Kirkop,

il-Marsa, Ħal Luqa, il-Gud ja, Ħal Għaxaq, Ħal Tarxien, il-Fgura, Santa Luċija, il-Belt Valletta, il-Furjana u Tal-Pi età.

Fid-dar tal-anzjani St. Thomas Community Liv ing, Marsaskala għall-anz jani li joqogħdu Raħal Ġdid, Ħaż-Żabbar, Marsaskala, ix-Xgħajra, Bormla, l-Isla, il-Birgu, il-Kalkara, Marsax lokk, Birżebbuġa u ż-Żejtun.

Il-ħin li fih isiru dawn it-testijiet huwa bejn it-8 ta’ filgħodu u l-4 ta’ waranofsin har.

Puplesija, xi drabi hija wkoll imsejħa attakk fil-moħħ, isseħħ meta xi ħaġa timblokka l-provvista tad-demm għal parti mill-moħħ jew meta jinfaqgħu vini tad-demm fil-moħħ

L-anzjani huma mitluba biex jattendu fil-postijiet imsemmija skont il-lokali tà fejn jgħixu u fil-ġurnata indikata skont id-dettalji maħruġa. Dawk li għandhom kunjomhom jibda mill-ittra A sal-ittra G għandhom jatten du fl-ewwel ġurnata indikata għal-lokalità tagħhom. Fil waqt li l-kumplament (millittra H sal-ittra Z) għandhom jattendu fit-tieni ġurnata in dikata.

Qed ikun appellat ukoll

09.10.202220

Issieħeb magħna!

Reading Recovery Resource Leaders (full-time)

(Permess tal-Jobsplus 218/2022)

Għal aktar tagħrif dwar l-irwol, il-kriterji tal-eliġibilità, u kif tapplika, ara education gov mt/nla jew ibgħat ittra elettronika lil nlarecruitment@ilearn.edu.mt jew ċempel fuq 2598 3325.

L applikazzjonijiet jintlaqgħu sal Ġimgħa, 21 ta' Ottubru 2022 f'nofsinhar

sabiex persuna tixrob l-ilma iżda, kemm jista’ jkun, ma jiġix ikkunsmat ikel sagħtejn qabel it-testijiet.

Il-puplesija hija kundiz

zjoni li taf tkun fatali. Meta ma tkunx fatali, din il-kun dizzjoni kapaċi tħalli ħafna tbatija. Għalhekk, ittestja ruħek u informa lilek innif

sek. L-anzjani huma kontin wament fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Gvern. Inħeġġu lill-pubb liku biex jirrikorri għal din l-opportunità favur is-saħħa.

09.10.2022 21

ISAAC RAPA

TELAQ JGĦIX BARRA MINN MALTA MINĦABBA SAĦĦTU

Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ li minħabba l-kundizzjoni li għandu, kellu jmur jgħix barra minn Malta sabiex ikun jista’ jgħix ħajja aktar faċli u komda għa lih. Qed nirreferi għal Isaac Rapa.

Għandu 28 sena, trabba Birżebbuġa u jħobb jittren ja l-gym, jisma’ ġeneri ta’ mużika differenti, jipprepa ra xi ikliet id-dar, jimxi fuq il-muntanji, u jmur xi dawra bil-muturi. Jaħdem fl-indus trija tal-Enerġija bħala Tech nical Compliance Expert/IT Security.

Jikkunsidra lilu nnifsu bħala bniedem pożittiv u ot timist. Ħafna drabi jħares lejn it-tazza nofsha mimlija u jaspira għal affarijiet ak bar u aħjar f’ħajtu, filwaqt li jħobb jgħin bi tbissima lil ħaddieħor.

Isaac telaq minn Malta biex mar jgħix u jaħdem Am sterdam proprju minn Marzu tas-sena 2020, ftit qabel bdi et il-pandemija tal-COVID-19. “Kienet deċiżjoni iebsa speċ jalment meta dak iż-żmien l-ivvjaġġar kien se jieqaf. Li mmur ngħix Amsterdam kienet deċiżjoni bbażata fuq żewġ fatturi. Ridt ink abbar l-għarfien personali

tiegħi u nikseb esperjenzi barra minn Malta, kif ukoll insaħħaħ il-kwalità tal-ħajja tiegħi peress li jien Type 1 Di abete, u peress li Malta hija limitata f’dan ir-rigward,” beda jgħidli Isaac.

Fil-fatt, ta’ min jgħid li Isaac ilu 20 sena jbati minn Type 1 Diabetes. Kien jieħu tmien injezzjonijiet kuljum minħabba z-zokkor. B’xorti tajba, xi xhur ilu, skopra ap parat li dejjem xtaqtu f’ħajtu u li ra kambjament fil-liv ell taz-zokkor tiegħu. B’dan l-apparat m’għadx għandu bżonn jittaqqab tmien dar biet kuljum. L-istess apparat fih pompa li jimlieha b’200 unit ta’ insulina u jitwaħħal miegħu għal tlett ijiem sħaħ.

Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Persuna di jabetika tirrikjedi ċerta ru tina kuljum bħal tiċċekkja l-livell tal-glucose, tittaqqab bl-insulina u tgħodd il-car bohydrates. Dan jista’ jvar ja minn persuna għall-oħra fl-ammont ta’ injezzjonijiet meħtieġa u f’diversi fatturi oħra. Il-fatt li jien ili dijabeti ku għal 20 sena, dejjem kont irrid inkun naf jekk hawnx xi tip ta’ metodi għal ħajja aħ jar għalija.

Fil-fatt, skoprejt bl-Omni

pos Insulin Pump u l-Free style Libre 2 CGMS (Contin uous Glucose Monitoring System) minn fuq online forums, diabetic social me dia influencers li jgħixu l-In gilterra u l-Amerka u studji oħra ġenerali relatati ma’ Type 1 diabetes.”

Kien jinnota ċerti persuni mlibbsa patch fuq idhom

Kompla jgħidli li qabel ma beda jgħix Amsterdam, kien imur ħafna drabi l-Olanda fuq xogħol. “Kont ninnota ċerti persuni mlibbsin patch fuq idhom li sa dak iż-żmien kont naħseb li hija patch kontra n-nikotina. Iżda kelli żball, għax skoprejt li l-istess patch kienet CGMS sensor li kienet tingħata lil persuni dijabetiċi li joqogħdu l-Olan da.

Dak iż-żmien dan l-appa rat ma kienx possibbli li ssi bu Malta, allura bla ma ridt kelli nara kif stajt immur ngħix l-Olanda u nkun aw tomatikament intitolat għa lih ukoll. Maż-żmien skopre jt ukoll li kont intitolat biex ikolli l-pompa tal-insulina Omnipod. Iż-żewġ apparati –CGMS u Omnipod nirċevihom id-dar tiegħi kull tliet xhur.

L-ammont totali ta’ kemm ikolli bżonn jiġi kkalkulat awtomatikement mill-isptar skont l-esiġenzi tiegħi. Fi kliem ieħor, m’għandix bżonn li jien noqgħod im mur fl-ispiżerija tal-loka lità tiegħi biex niġborhom, għaliex dawn jaslu diretta ment id-dar tiegħi bil-kum dità kollha,” spjegali tajjeb Isaac.

Minbarra dan l-apparat, hemm sensor li jiċċekkja z-zokkor u dan jinbidel kull ġimagħtejn. Jaħdem per mezz tal-bluetooth fuq An droid jew iOS, u permezz tal-application tkun tista’ tiċċekkja u taqra l-livelli taz-zokkor fuqek. Is-sen sor awtomatikament ikun imqabbad mal-isptar fejn jindika live feed tiegħu u b’hekk ikun jista’ jiġi segwit CGM (Continuous Glucose Monitoring) u hemm ikun jista’ jiġi diskuss il-proċess tiegħu u kif jista’ jiġi kko reġut. Teknikament permezz ta’ dan rari jkollu għaliex jer saq lejn l-isptar ħlief għal xi check-ups regolari.

Ta’ min jgħid li dan l-ap parat ma jiċċarġjax, kemm iwaħħlu miegħu, jużah għal tlett ijiem u jintrema – f’kel ma oħra huwa disposable u

jiġi riċiklat mill-kumpanija tal-insurance stess. “Fil-fatt, is-sistema ta’ healthcare fl-Olanda hija waħda uni versali, fejn il-Gvern jitlob li persuna trid tkun tgħix jew taħdem l-Olanda. Health in surance bażika fl-Olanda tiswa sa massimu ta’ €120 fix-xahar, fejn lura ningħata dawn l-apparati b’xejn.

Meta kont għamilt il-kalkoli tiegħi, kieku żgur l-istess apparati jiswewni aktar, allura bl-insurance qed inkopri diversi van taġġi għal saħħti u għal buti. Għalkemm dawn l-apparati ma ssibhomx f’Malta, minn riċerka li għamilt sirt naf li huma aċċessibbli biex jinx traw online minn siti bħal Amazon. Ic-CGMS tista’ ssi bu online, però l-prezz huwa għoli ħafna u bosta drabi jkun out of stock peress li hawn domanda kbira għalih. Min-naħa l-oħra, il-pompi tal-Omnipod ma ssibhomx għall-bejgħ online għax jeħtieġu preskrizzjoni flim kien ma’ taħriġ intensiv dwar kif jintużaw,” stqarr miegħi.

Aktar milli lussu, isejħilha neċessità

Ma’ Isaac ġibt id-diskors li 09.10.202222

meta wieħed joqgħod jeval wa u jqis l-affarijiet sew, din hija xi ħaġa ta’ lussu, għax meta jmur tiekol, jew joħroġ m’għadx għandu għalfejn joqgħod iġorr miegħu l-in jezzjonijiet kif kien jagħmel qabel. Illum kemm iġorr l-apparat miegħu, il-mobile u l-pompa. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Ak tar milli lussu, insejħilha neċessità għal persuni bħali li huma dijabetiċi. Wara 20 sena nista’ ngħid li ħajti tjieb et.”

Immaġinajt li fi żmien l-iskola, Isaac kien diġà jit taqqab tmien darbiet kuljum. Kienet xi ħaġa li tgħajjieh u tkissru mentalment. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora ak tar. “Nirringrazzja lill-familja tiegħi għall-mod kif kampaw miegħi meta kont ġejt iddi janjostikat bid-dijabete fl-età ta’ tmien snin. B’mod pariko lari ommi, għal kif ikkoperat miegħi u għallmitni ntaqqab lili nnifsi biex inkun indipen denti, u fil-fatt illum jien dak li jiena bis-saħħa tagħha.”

Kompla jgħidli li ma kienx żmien faċli għal tifel li kien fejn sar jaf li ma setax jieħu

aktar ħelu minħabba l-insuli na. Minbarra dan kollu, Isaac minn ċkunitu kien ibati minn virus imsejjaħ laryngitis li hija tip ta’ infjammazzjoni filvoice box (larynx).

Illum il-ġurnata, Isaac jis ta’ tgħid li wara 20 sena, qed jgħix ħajja normali permezz ta’ dawn l-apparati provdu ti. “Ninsab grat ħafna lejn l-Olanda għall-fatt li elimina jt minn ħajti l-injezzjonijiet ta’ kuljum li kont nieħu waqt tfuliti u fil-bidu ta’ żgħożi ti. Għal ftit mumenti, bihom ninsa li jien persuna dijabe tiku.”

Żied jgħidli wkoll li die ta bilanċjata u tip ta’ ħajja għaqlija apposta jgħinuh jibbilanċja d-dijabete tiegħu wkoll.

Fl-aħħar ta’ din l-interv ista, Isaac ħalla messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Nixtieq li permezz ta’ din l-intervista, l-awtoritajiet f’Malta jkunu jistgħu jsegwu l-istess passi tal-Olanda, ħal li b’hekk il-Maltin dijabetiċi wkoll ikollhom ħajja aħjar. Ħadd m’għandu jħossu in qas minn ħaddieħor,” temm jgħid.

TLIETA

11-10

SKEDA ONE

News

Telebejgħ

10:00 Fost il-Ġimgħa

ONE News

Telebejgħ

Denfil

Update

tal-jum

Update

06:30 ONE News 06:45 Żona Sport

07:15 Mill-Chcina ta’ Dari

07:20 PrimeTime

07:50 HazZzard Update

08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 09:55 Denfil

06:30 ONE News

Esperti

07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 09:55 Denfil 10:00 Fost il-Ġimgħa

ĦAMIS

06:30 ONE News

06:45 The Local Travel

07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 09:55 Denfil

06:30 ONE News

06:45 Taste & Travel 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 PrimeTime

07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 09:55 Denfil

10:00 Fost il-Ġimgħa

SIBT

15-10

06:30 ONE News

06:45 Country Jamboree

07:15 Mill-Chcina ta’ Dari

07:20 PrimeTime

HazZzard Update

Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Dak li Jgħodd

09:30 The Local traveller 10:00 Aroma Kitchen

06:30 ONE News 06:45 Ondroad 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:40 Paperscan 10:00 Esperti

10:30 Attività Politika 11:25 What’s Cooking

Kalamita

ONE News

PrimeTime

HazZzard Update

Indhouse

The Local Traveller

10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News

12:35 Telebejgħ 12:50 Denfil 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 15:55 HazZzard Update 16:00 Flimkien ma’ Nancy

17:00 Ondroad 17:30 Dak li Jgħodd

12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ

12:50 Denfil

13:00 Kalamita

15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 15:55 HazZzard Update

16:00 Dak li Jgħodd

17:00 Investigaturi tal-Mużika

17:15 Pink Panther

18:00 What’s Cooking

10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News

12:35 Telebejgħ 12:50 Denfil 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 15:55 HazZzard Update 16:00 What’s Cooking 16:30 Esperti 17:00 Żona Sport

12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 Denfil 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 15:55 HazZzard Update 16:00 Aroma Kitchen 17:00 Popcorn 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza

11:00 Popcorn

11:30 Żona Sport

11:55 Telebejgħ

12:30 ONE News 12:35 Awla 14:00 Brillanti

15:30 ONE News 15:35 Brillanti 16:15 Flimkien ma’ Nancy

17:15 Sabiħa l-Ħajja

11:55 Telebejgħ

12:30 ONE News 12:35 HazZzard

14:35 Arani Issa 15:30 ONE News

15:35 Arani Issa

17:00 Ieqaf 20 minuta

17:30 L-Argument

18:55 PrimeTime

19:30 ONE News

17:30 Flimkien ma’ Nancy

18:30 Pjazza

19:20 Rapport tat-Temp

ONE News

20:05 PrimeTime

20:35 HazZzard

22:35 Teżori fil-Garaxx

23:30 ONE News

18:30 Pjazza 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 PrimeTime 20:35 Esperti 21:00 Awla

22:45 Country Jamboree

23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News

18:30 Pjazza 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 PrimeTime 20:35 The Local Travel 21:00 Jackpot 4 22:15 Imqades L-Istorja 23:00 Ondroad 23:30 ONE News

12-10 ERBGĦA

17:30 Aroma Kitchen 18:30 Pjazza 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 PrimeTime 20:35 Taste & Travel 21:00 The Women of George Cross Island 21:30 Teżori fil-Garaxx 22:10 Awla 23:30 ONE News

19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 PrimeTime 20:35 Niftakru 21:00 Pandora

ĠIMGĦA

14-10

21:00 Imqades l-Istorja 22:30 Żona Sport 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News

17:45 Ondroad 18:15 Pink Panther 18:55 PrimeTime 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Arani Issa 23:30 ONE News

20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Attività

Politika

21:15 Teżori fil-Garaxx 22:15 Country Jamboree 22:45 Pink Panther 23:30 ONE News

16-10 ĦADD

08.11.2020 09.10.2022 23
06:30 ONE
06:45 Popcorn 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 PrimeTime 07:50 HazZzard
08:00 Quddiesa
08:30 Pjazza 09:20
09:50 HazZzard
09:55 Denfil
12:30
12:35
12:50
13:00
15:30
15:35
15:55
16:00
17:00
19:30
07:50
08:00
10-10
06:45
13-10
TNEJN

IR-RUĦ TQELL BIL-POEŻIJA

LOUIS BRIFFA: IL-ĦSIEB INĊANAT

Louis Briffa (1971- ) jidħol fil-kontemporanjetà talġrajja letterarja Maltija. Il-poeżija kontemporanja hija bħal karozza li tkun qed tinbena waqt li tinstaq; jiġifieri, tibqa’ tinbidel waqt li tkun miexja u wara ċertu żmien ma tibqax kontemporanja. F’dan il-ktieb se nieħu l-aktar l-ewwel żewġ deċennji tas-seklu 21 bħala l-perjodu tal-kontemporanjetà poetika Malt ija – imma kultant ikolli bżonn ukoll l-aħħar żewġ deċennji tas-seklu 20. U, allura, b’mod ġenerali, x’in huma l-karatteristiċi ta’ dan il-poeta kontemporan ju?

L-esperimentazzjoni u r-radikalizzazzjoni fi Briffa jittieħdu biex ikun hemm tħassib xieraq fuq ir-reazz joni tal-lingwa fuq il-ħajja umana. Ħajja mġarrba. Inħossu f’dan il-poeta kwalità intrinsika li ssawwar id-dehra tal-ħsieb u tiddetermina s-saħħa tal-poeżi ji. Dan kollu jsaħħaħ l-idea li the arts are the supreme form of the communicative activity. (DLLC 107)

Fil-poeżiji ta’ Louis Briffa (li b’mod indirett iqajj em il-mistoqsija, xi tfisser li tkun bniedem) insibu kompożizzjonijiet organiċi għax f’kitbietu l-impuls u l-forma huma ġejjin direttament mill-qawwiet interni tal-esperjenza. Bil-poeżija organika tiegħu jagħraf il-perċezzjoni tiegħu għax il-poeżija, ibbaża ta fuq l-intuwizzjoni fl-esperjenzi, issir esploratorja: ħidma esploratorja fid-dawrien psikoloġiku.

Briffa huwa kontemporanju konxju tal-eżistenza tiegħu, u jirrifletti fuq l-isforzi tiegħu ta’ għajxien fid-dawl tal-poeżiji tiegħu. Hemm dinja esterna li fiha l-poeta għandu post: dinja ta’ ħwejjeġ li tikkon trolla u tirregola l-għerf u l-għarfien li l-moħħ po etiku jrid jifhem. L-ambizzjoni tal-ħsieb poetiku hija li din id-dinja jagħmilha intelliġibbli u komunikab bli. B’hekk bis-suġġettività tingħata forma. Imma fit-twassil ta’ din il-forma l-poeta jkun qiegħed jik seb u jikkomunika lilu nnifsu (aktar milli l-għerf). Fil-poeżija l-ħassieb ikun qiegħed ikun hu nnifsu,

hu li qiegħed f’din id-dinja li qed tkun hi nnifisha. U l-poeta jdur mid-dinja esterna għad-dinja pri vata żvelata fl-għarfien tiegħu nnifsu; u jagħmel il-poeżija s-sit u s-sors tiegħu nnifsu. Isib il-lib ertà u l-għażla, u jieħu pożizzjoni fuq xi sitwazz joni definita. Isib lilu nnifsu skont id-deċiżjonijiet li jieħu b’mod konxju.

Poeta li qed jaħseb

Għaldaqstant, poeżija hija dehra perċettiva, u bil-poeżija jinbena l-jien tal-poeta.

Dan kollu joqrob ħafna lejn dak li kien kiteb Mor ris W. Croll (1872-1947) meta qal li x-xogħol tal-kit tieba tal-Barokk kien mhux li juru ħsieb imma li juru l-moħħ jaħseb: not a thought, but a mind thinking. (MCBS) U dan il-kunċett ittieħed minn Elizabeth Bishop (1911-1979), poeta Amerikana, biex targumenta fuq l-ideat poetiċi tagħha. (LMPM 175)

U hawnhekk nistgħu wkoll ngħidu li għal Briffa poeżija turi moħħ jaħseb (u mhux sempliċiment prodott statiku ta’ ħsieb), u tippreżenta dehra ta’ għemil il-moħħ imġarrab (u mhux ta’ xi ħolm): moħħ li jaħseb biċ-ċarezza Cartesjana biex it-tif sir jingħata lill-ħsieb. Fi Briffa l-idea qatt ma tin fired mill-esperjenza; il-ħerqa tal-konċepiment tal-idea fil-moħħ hija parti siewja tal-verità tagħha. Dan narawh fit-temi li jittratta, li fosthom insibu l-familja, l-imħabba sesswali, l-imħabba lejn ġensu, l-ambjent, l-ivvjaġġar, u t-tbatija soċjali li tagħmel monstri mill-bnedmin kif tidher fl-oppressjoni, innuqqas ta’ ħelsien, il-qgħad, il-vjolenza, il-korruzz joni, l-esperimenti fuq l-umanità. F’idejh il-poeżija tissara biex issib għarfien ċentrali ħalli turi l-es perjenza; u kultant iġagħalna nħossu l-movimenti tal-poeżija bħala a mind thinking. Il-moħħ jagħmel il-kisbiet tal-ħsieb; u l-poeżija tikxef dan il-moħħ.

Mistoqsija:

Kif tista’ tiġi deskritta l-poeżija kontemporanja?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IR-RUĦ TQELL BIL-POEŻIJA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 16 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi.

Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb ORKUBELLU huwa:

V. WILLIAMS - RAĦAL ĠDID

09.10.202224 reċensjoni tal-ktieb Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 02 Ta’ min kien il-katavru li laqa’ 55 sena ilu s-“Sinjur ta’ Malta”? Tweġiba: Isem: Numru tat-telefown: Indirizz:

IL-KANNIBALU TA’ MILWAUKEE

Jeffrey Lionel Dahmer, magħruf bħala l-Kannibalu ta’ Milwaukee, kien qattiel tal-massa Amerikan li kien jinsab ukoll fuq ir-reġistru tal-pedofeli. Bejn l-1978 u l-1991, Dahmer qatel 17-il persuna, fost hom żewġ subien ta’ 14-il sena. Hu kien jesperimenta fuq il-vittmi, kien ikol lu x’jaqsam sesswalment mal-katavri, kien iqatta’ u jiekol partijiet minnhom u kien saħansitra jżomm il-fdalijiet fl-ap partament tiegħu. Minkejja li l-ġirien ilmentaw kemm-il darba bl-irwejjaħ jintnu li kienu ġejjin mill-appartament ta’ Dahmer, hu ġie investigat biss wara li l-aħħar vittma rnexxielha taħrab u ħa ditlu l-pulizija fuq l-għatba tiegħu.

Fl-1992, Dahmer weħel 16-il sentenza ta’ għomor il-ħabs u ntbagħat fil-Colum bia Correctional Institution f’Portage, f’Wisconsin. Wara li skonta biss sentejn u nofs mis-sentenza tiegħu, Dahmer in qatel minn ħabsi u qattiel ieħor, Chris topher Scarver.

It-tfulija ta’ Jeff Dahmer

Jeffrey Dahmer twieled fil-21 ta’ Mejju tal-1960 f’Milwaukee, fl-istat ta’ Wiscon sin fl-Istati Uniti. Hu kien l-ewwel wild miż-żewġ subien ta’ Joyce Flint u Lionel Dahmer. Missier Dahmer kien iqatta’ ħafna ħin ’il bogħod mid-dar minħabba l-istudji tiegħu filwaqt li ommu kienet tieħu diversi mediċini għas-saħħa men tali tagħha.

Bħala tifel, Dahmer kellu trobbija fejn ma ngħatax ħafna attenzjoni u lill-ġen ituri tiegħu jafhom dejjem jargumen taw. Darba minnhom, ommu belgħet pilloli żejda u ntilfet minn sensiha, u kien Dahmer li ċempel lill-ambulanza għall-għajnuna. Dahmer għamel żewġ operazzjonijiet qabel ma għalaq erba’ snin, u missieru jgħid li dawn affett wawlu s-saħħa mentali tiegħu.

Hu ma tantx kellu ħbieb l-iskola u kien tifel pjuttost kwiet u magħluq fih innifsu. F’Ottubru tal-1966, il-familja Dahmer marret toqgħod f’Doylestown, f’Ohio. Xahrejn wara din iċ-ċaqliqa, omm Dahmer welldet lil ħuh, David –isem li għażillu Jeff. It-tqala u wild ieħor ma tantx għenu għad-dipressjoni talomm, hekk kif din kompliet taħkimha iżjed.

L-interess fil-katavri tal-annima li beda wara li ra lil missieru jneħħi l-għadam ta’ xi annimal mejjet minn taħt id-dar. Dan wasslu għal passatemp ġdid – dak li jfittex il-katavri tal-anni mali jew il-fdalijiet skeletali tagħhom. Dan il-passatemp seta’ jwettqu iktar meta l-familja marret toqgħod f’reġjun ieħor ta’ Ohio, dak ta’ Bath Township, f’Summit County. Hawnhekk, id-dar kienet imdawra b’bosk u ftit passi ’l bogħod mid-dar kellhom għarix.

Darba minnhom, Dahmer staqsa lil

missieru x’jiġri mill-għadam tat-tiġieġ jekk ipoġġihom fil-bleach u missieru, li ħaseb li ibnu kien interessat fix-xjen za, urieh kif jista’ jagħmel dan bla ma jagħmel ħsara lill-għadam. Flimkien ma’ missieru, Dahmer kien isib l-an nimali mejtin biex jesperimentaw fuq il-preservazzjoni tal-għadam.

Iż-żgħożija

Meta sar żagħżugħ, il-problemi fil-famil ja komplew jiżdiedu u Dahmer qabad il-vizzju tax-xorb. Hu kien saħansitra jieħu l-birra miegħu l-iskola u dar ba nqabad minn waħda għalliema, li ċanfritu biss wara li qalilha li l-iskola kienet taf u r-raġuni għal dan l-aġir kienet minħabba l-problemi li kien hemm id-dar. Hekk kif kompla jiżvi luppa, Dahmer intebaħ li kellu ġibda lejn l-irġiel u moħħu beda jinħakem minn fantasiji sesswali fejn hu kien ikollu kontroll fuq ir-raġel l-ieħor. Dawn il-fantasiji komplew joskuraw hekk kif bdiet dieħla d-dissezzjoni f’dan il-ħolm.

Meta kellu 16-il sena, Dahmer kien inzerta raġel attraenti jiġri u ddeċieda li jrid jitilfu minn sensih biex ikun jista’ jwettaq atti sesswali miegħu. Kien għal hekk li darba minnhom inħeba wara xi arbuxelli u qagħad jistenna lil dan ir-raġel biex jattakkah. Fortunatament

għal dan ir-raġel, dakinhar li Dahmer kien lest għalih, hu ma tfaċċax.

Il-problemi fid-dar komplew jiżdie du hekk kif il-ġenituri ta’ Dahmer id deċidew li jiddivorzjaw. Missieru telaq mid-dar fil-bidu tal-1998 u lejn nofs is-sena, wara li Dahmer iggradwa, ommu ħadet lil ħuh iż-żgħir magħha

għand xi qraba filwaqt li lilu ħallietu jfendi għal rasu.

L-ewwel qtil

Fit-18 ta’ Ġunju tal-1978, tliet ġimgħat wara li ggradwa, Dahmer qatel lill-ew wel vittma tiegħu, Steven Mark Hicks.

09.10.2022 25 L-EWWEL PARTI
Jeffrey Dahmer joqtol 17-il persuna, fosthom tnejn minorenni Kitba
ta’
STEPHANIE
CACCIATTOLO TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA
Dahmer flimkien ma’ ħuh iż-żgħir u missieru Dahmer flimkien ma’ ħuh iż-żgħir u ommu

IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

09.10.202226 GĦAQQAD
IL-VALUR
1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24
09.10.2022 27 TISLIBA 455 MIMDUDIN: 1.Basal, 4.Ħall, 7.AS, 9.Ran, 10.Mar sin, 12.Salvat, 16.Lok, 19.Nar, 20.Sit ta, 23.Saqa, 24.Iraqi WEQFIN: 1.Barmil, 2.San, 3,11.Lampa, 5.Ass, 6,18.Landa, 8.Salvaturi, 12,21mim duda.Skoss, 13.LDI, 14.Tnalja, 15.Trabbi, 17.Ors, 21.OSS, 22.Suq SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 E.VELLA - BIRKIRKARA Isem: Indirizz: WEQFIN: 1. Issir fuq arblu mimdud midluk bix-xaħam (6) 2. Joħroġ l-ilma minnu (3) 3. Fl-affermattiv (3) 5,11. Ħut (5) 6,21M Tmienja għal tnejn (6) 8. Offenda (9) 11. Ara 5 12. Attorney General (1,1) 13. Ara 9 14. Ra lil xi ħadd (6) 15. Nopponi (6) 17. Ara 7 21,22. Tixxotta (6) 22. Ara 21 wieqfa MIMDUDIN: 1. Mhux miżżewweġ (5) 4. Kompli l-qawl: Għal Santa Marija, il-jum jagħmel... ta’ tarbija (4) 7,17. Aktarx tal-ħadid tkun (5) 9,13. Sitt għaxriet (6) 10. Marbut? (6) 12. Jirreċtaw dawn (6) 16. Arġentina mqassra (3) 18,19. Gazzetta Maltija (5) 19. Ara 18 20. Tellajt (5) 21. Ara 6 23. Għandi konoxxenza tiegħu (4) 24. Kunjom (5) Bi 3 NUMRI 051 111 165 225 256 318 330 337 528 553 574 575 645 672 723 777 819 844 885 B’4 NUMRI 0202 0214 0327 0506 0702 0811 0848 0908 1234 1235 1440 1932 2358 3226 3252 3559 3582 3633 3737 4501 5021 5588 5928 6110 6262 6535 6541 6653 7118 7255 7284 7584 7626 8416 9405 9441 9452 9658 9795 9887 B’5 NUMRI 08225 12019 14363 17252 18110 21001 23382 27513 33256 44217 44292 48134 48195 52019 52454 B’6 NUMRI 007083 196115 450115 528958 631154 707221 965696 984566 B’7 NUMRI 9146385 9181798

RIŻULTATI TA’ FIDUĊJA REĊIPROKA

Il-fatt li, f’kull deċiżjoni meħu da, il-Gvern ipoġġi lill-persuna fiċ-ċentru u jagħti l-ħarsien neċessarju lill-għajxien tal-fa milji u l-pensjonanti hu sinjal tal-fiduċja qawwija reċiproka li teżisti bejn l-amministrazz joni nazzjonali u l-maġġoran za assoluta tal-poplu Malti u Għawdxi. Din ukoll ġiet riflessa u ttestjata fi żminijiet diffiċli sa mill-bidu tal-2020 u l-poplu għadu mill-aktar rikonoxxenti.

L-istess fiduċja amminis trattiva tintwera regolarment lejn l-istituzzjonijiet li jridu ja dottaw u jħaddmu l-politika tal-ġurnata.

Dan ukoll hu parti mis-suċċess tal-amministrazzjonijiet Labu risti u t-titjib fl-għajxien li es perjenza kull ċittadin mill-2013 lil hawn.

U waqt li ċerti oqsma mxew sew ’il quddiem, it-tmexxija nazzjonali titfa’ wkoll ħarsitha fuq oħrajn li jonqoshom jitjie bu, anke b’riformi simili kif rajna fl-aħħar snin, bħal per eżempju fil-qalba tal-produz zjoni tal-elettriku, fl-ambjent, fil-qasam tal-impjiegi, fil-bene fiċċji soċjali, fl-akkomodazzjoni soċjali u f’kirjiet privati ta’ qa bel l-1995, fost oħrajn.

jibqa’ jikber u joffri l-aħjar pro tezzjoni lil niesu, illum iżjed mill-bieraħ. Pajjiżi oħrajn qed jogħtru għax mhumiex isibu kompromessi simili ma’ ġens hom jew għax ma jistgħux jof fru l-istess protezzjoni li qed ingawdu f’pajjiżna.

Ir-rieda tal-Gvern favur koperazzjoni u rispett reċiproku mal-poplu hija ċ-ċavetta għal mergħat ta’ opportunitajiet biex il-pajjiż jibqa’ jikber u joffri l-aħjar protezzjoni li jista’ lil niesu, illum iżjed mill-bieraħ fiċ-ċirkostanzi

F’laqgħa x-xahar li għadda mas-Segretarji Permanen ti tal-Ministeri, l-ogħla forum fl-amministrazzjoni pubblika, il-Prim Ministru Robert Abela kien fiduċjuż li dawn se jmexxu l-programm ta’ ħidma talGvern b’effiċjenza u ħeffa, bilgħan li jitkompla l-programm riformista favur il-ħtiġijiet talpajjiż u n-nies.

Dan għax hi l-fehma soda tal-Partit Laburista fil-Gvern li, jekk il-fiduċja tonqos minn xi naħa jew oħra, allura xejn ma jista’ jipprogressa u jitjieb.

Din il-ġimgħa stess, tibdil fil-liġi għal protezzjoni akbar lill-ġurnaliżmu, ir-riforma li se tittratta l-kwistjoni dwar qbiela tar-raba’ privata u r-reviżjoni fl-anomaliji fil-kontijiet taddawl u l-ilma, li welled Gvern Nazzjonalista fl-2009, kienu l-aħħar mis-sensiela pożitti va. Ġimagħtejn oħra din tieħu spinta akbar bil-preżentazzjoni tal-Baġit għas-sena d-dieħla.

Il-maġġoranza fostna taf li din ir-rieda ta’ koperazzjoni u rispett kollettivi hija wkoll iċ-ċavetta li tiftaħ mergħat ta’ opportunitajiet biex il-pajjiż

Is-sitwazzjoni lokali f’dan ir-rigward ukoll tista’ titjieb iżjed kieku għandna Oppożizz joni, li bħala istituzzjoni nazz jonali, tibda tieħu l-affarijiet bis-serjetà. Kif inhu ttamat minn kulħadd, tibda sservi għall-iskop proprju li għalih teżisti – jiġifieri ħidma b’risq is-soċjetà kollha Maltija.

Sfortunatament sal-lum, din hi biss servili għal xi erba’ indi vidwi b’interessi ferm differen ti u li m’għandhom xejn mill-al truwiżmu.

Il-fatt li llum il-Partit Nazz jonalista jbati primarjament minn nuqqas ta’ fiduċja, propr ju għax hu kkontrollat u dipen denti b’dan il-mod, awtoma tikament iwassal għal ħsara fil-fibra soċjali, anke qabel biss jibda jiftaħ ħalqu biex jitkellem. Aħseb u ara meta jaġixxi biex jimmina l-ħidma tal-Istat u kull interess komuni.

Din kienet l-istess storja flaħħar disa’ snin u b’erba’ Kapi jiet differenti baqa’ ma nbidilx pulzier minn din il-politika, li skadiet mal-mument li l-poplu rriġetta l-aħħar amministrazz joni tal-PN, li kienet maqtugħa għalkollox mir-realtajiet talħajja. Fejn il-fiduċja ma tista’ qatt teżisti u tgħix b’saħħitha.

B’arroganza għadhom sallum jistagħġbu kif il-poplu ma jifhimhomx jew anke kif il-Par tit Laburista jgawdi daqstant fiduċja fil-Gvern, l-akbar waħda skont l-istħarriġ tal-Kummiss joni Ewropea.

Bir-riżultati f’wiċċhom ukoll jinsistu li huma l-aqwa u l-aħ jar, waqt li ma jammettu l-ebda żball. Fl-istess nifs jiddandnu bi “żminijiet glorjużi” ta’ meta kienu jgħixu qishom allat f’Tor ri tal-Avorju. Dak iż-żmien, daqs illum, l-arroganza kienet siste matika kontra kull min ma jir rispettax il-politika li jħaddnu, kif ġustament tfakkar ilbieraħ mill-eks uffiċjal għoli fl-ewwel Uffiċċju tal-Ombudsman (ara paġna

4)

Jippretendu, minn fuq, li jer ġgħu jiġu fdati anke mħawdin fl-ispag li jikkontrollahom.

2809.10.2022
Editorjal
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.