KullĦadd_07.11.2021

Page 1

ĦAMES SNIN TA’ TISWIR FIL-PARK TAL-INWADAR Ritratt: GARETH DEGIORGIO

Il-Ħadd, 7 ta’ Novembru, 2021

Ħarġa Nru 1,478

Rapport f’paġni 14 u 15

Prezz €1

10,000 IMPJIEG ĠDID TAĦT IT-TMEXXIJA TA’ ROBERT ABELA Maġġoranza assoluta kienu impjegati fis-settur privat … fis-settur pubbliku l-akbar investiment seħħ fis-saħħa u fl-edukazzjoni Minkejja l-isfida bla preċedent tal-pande­ mija, kien hemm żieda ta’ aktar minn 10,000 impjieg minn kemm ilu Prim Ministru Robert Abela. Fi tmiem l-2019, kien hemm 229,321 persuna impje­gati full-time u 61,702 kienu impjegati part-time. Sal-aħħar ta’ Mejju 2021, l-għadd ta’ dawk li jaħdmu full-time kien laħaq rekord ta’ 237,375, filwaqt li dawk jaħdmu part-time kienu telgħu għal 65,835. Dan ifisser li fi 17-il xahar, l-impjiegi full-time żdiedu bi kważi 8,100, waqt li l-part-time żdiedu b’aktar minn 2,200. B’kollox mal-10,300 impjieg addizzjonali, jew kważi 20 impjieg ġdid kuljum. Din ir-rata hi darbtejn u nofs aktar il-ħolqien ta’ impjie­gi li kien hemm tul it-tliet leġiżlaturi ta’ Gvernijiet Nazzjona­listi qabel il-bidla fl-amministrazzjoni f’Marzu tal-2013. Tkompli f’paġna 3

€84M FIL-BWIET TAL-FIRST TIME BUYERS BL-INTRODUZZJONI TAL-MIŻURA FL-2014, S’ISSA GAWDEW MAS-27,000 PERSUNA FUQ KWAŻI 20,000 KUNTRATT LI SAR GĦAX-XIRI TAL-EWWEL RESIDENZA TAGĦHOM

Mill-bidu tal-2021 sa Settembru li għadda diġà ntlaħaq rekord ta’ kważi €15-il miljun li ġew iffrankati f’taxxi

Il-miżura tal-First Time Buyers, li Gvern Laburista introduċa tmien snin ilu, diġà ffrankat mal-€84 miljun lil kważi 27,000 persuna, li xtraw l-ewwel proprjetà tagħhom. Ċifri f’idejn il-KullĦadd juru li x-xerrejja, fil-maġġoranza tagħhom żgħażagħ, kienu jammontaw għal medja ta’ 3,400 kull sena, waqt li l-kuntratti eliġibbli għat-tnaqqis fit-taxxa tal-boll laħqu medja ta’ 2,500 fis-sena.

Jirriżulta li fl-ewwel sentejn tagħha, il-miżura rat l-akbar ammonti s’issa ta’ be­nefiċjarji. Min-naħa l-oħra, il-valur tal-proprjetajiet mixtrijin żdied kull sena, bl-eċċezzjoni tal-2016 u l-2020 li rreġistraw ftit inqas mis-sena ta’ qabel. Dan ukoll kien rifless l-istess fit-traħħis tat-taxxa. Tkompli f’paġna 8


02

07.11.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 24°C L-Inqas Temperatura: 22°C L-Indiċi UV: 4 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni baxxa fuq il-Punent tal-Mediterran testendi sa fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Imsaħħab Ir-Riħ: Ftit qawwi għal qawwi min-Nofsinhar ix-Xlokk li jsir ħafif u varjabbli Il-Viżibilità: Ġeneralment tajba Il-Baħar: Moderat li jsir ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx mix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 23°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

22°C UV 1

KUNTATT ĠENERALI

17°C

Il-Ħamis

21°C UV 1

18°C

Il-Ġimgħa

21°C UV 2

17°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

22°C

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

UV 2

16°C

21°C UV 3

17°C

21°C UV 3

16°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 2123 4567 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun – 21234570 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488613 Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Il-Ġżira – 21332080 Balluta Pharmacy, 7, Pjazza Balluta, San Ġiljan – 21317888 The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 21330376 Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 21434137 Tat-Tarġa Pharmacy, Plot no.2, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21433141 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, Il-Qawra – 21580881 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21821646 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Ħaż-Żabbar – 21826529 Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, Il-Gudja – 21676294 Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, Il-Qrendi – 21680828 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21551841 Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur – 21566431 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

07.11.2021

SITT PERSUNI JSIBU IMPJIEG TA’ KULJUM B’differenza ma’ diversi pajjiżi oħrajn madwar id-dinja, fejn il-qgħad għadu qed jirranka sew, pajjiżna diġà kellu suċċess bla preċedent bil-fatti fil-ġlieda kontra l-effett ekonomiku li ħalliet il-pandemija tal-COVID-19. Fil-fatt, waqt li f’Mejju tas-sena li għaddiet l-ammont ta’ nies jirreġistraw għax qed ifittxu xogħol kien tela’ għal 4,409. Sal-aħħar ta’ Settembru li għadda n-numru naqas għal 1,352, li hu minimu storiku ġdid. Dan ifisser li, bħala medja kull ġurnata, mill-bidu ta’ Ġunju tas-sena l-oħra kien hemm sitt persuni fuq ir-reġistru tal-qgħad li sabu impjieg. F’16-il xahar l-ammont ta’ nies qiegħda naqas b’2,967 persuna. Il-pandemija globali kienet wasslet għal żieda ta’ 3,057 persuna jirreġistraw. Mhux talli dawk kollha li bdew jirreġistraw wara li bdiet il-pandemija issa mhumiex jirreġistraw, imma pajjiżna saħansitra laħaq rekord ġdid. Is-saħħa tal-irkupru ekonomiku qed tinħass saħansitra b’aktar qawwa fil-gżira Għawdxija. Fil-fatt, f’Għawdex kien żdied il-qgħad b’156 persuna, u minn Ġunju 2020 ’l hawn kien hemm tnaqqis ta’ 193 persuna. Mhux talli dawk kollha li kienu tilfu xogħolhom minħabba l-pandemija sabu impjieg, iżda saħansitra wieħed minn kull ħamsa, li kien qed ifittex xogħol qabel il-pandemija, sab impjieg ukoll. B’riżultat t’hekk l-ammont ta’ Għawdxin jirreġistraw hu sitt darbiet inqas minn dak li kien fl-2012, l-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista. Ta’ min jinnota li t-tnaqqis fil-qgħad kien qabad ritmu mgħaġġel proprju wara t-tħabbir tal-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun fil-bidu ta’ Ġunju 2020. Dan il-pjan kien ta fiduċja ġdida lill-konsumaturi Maltin u Għawdxin, li għall-ewwel darba fl-istorja ngħataw vouchers mill-Gvern biex jonfquhom fl-ekonomija tagħna. Minbarra hekk ingħata supplement, anke aqwa bħala ammont, lil dawk fuq l-In-Work Benefit, biex b’hekk ġew ippremjati dawk bl-inqas dħul. Fl-istess ħin il-Gvern daħħal diversi miżuri oħrajn biex jgħin direttament lin-negozji ħalli jerġgħu jibdew joperaw b’suċċess, filwaqt li ħabbar l-akbar pjan ta’ investiment fl-infrastruttura industrijali ta’ pajjiżna. B’riżultat ta’ dan kellna l-aktar tnaqqis veloċi fil-qgħad fl-istorja. Biex il-pajjiż reġġa’ lura ż-żieda fil-qgħad, li kienet seħħet wara r-riċessjoni tal-2008, kien dam 72 xahar. Ix-xokk ferm akbar tal-pandemija dam biss 16-il xahar biex kien irkuprat. Ir-rata li biha naqas il-qgħad bejn Mejju 2020 u Settembru 2021 kienet ħames darbiet il-medja tat-tnaqqis fil-qgħad li seħħet wara r-riċessjoni tal-2008. L-ammont ta’ persuni fuq ir-reġistru wkoll hu ferm inqas mill-medja storika ta’ pajjiżna. Fil-fatt f’Marzu 2013, qabel il-bidla fl-Gvern, kien hemm 7,350 persuna jirreġistraw, jew kważi ħames darbiet il-livell preżenti. Fl-eqqel tal-kriżi ekonomika tal-2009 l-ammont ta’ nies ifittxu impjieg kien kważi mess it-8,000. L-inqas darba li qatt naqas il-qgħad taħt amministrazzjoni Nazzjonalista ta’ qabel l-2013 kien fl-1991 meta kien laħaq 4,220. Dan kien daqs l-ogħla ammont ta’ qgħad li ġabet magħha l-pandemija.

L-ammont ta’ persuni fuq ir-reġistru wkoll hu ferm inqas mill-medja storika ta’ pajjiżna

80% TAL-IMPJIEGI MAS-SETTUR PRIVAT Tkompli minn paġna 1 L-aktar ħames setturi li sa issa ħolqu impjiegi matul l-amministrazzjoni ta’ Robert Abela kienu s-saħħa, il-kostruzzjoni, is-servizzi professjonali, is-servizzi finanzjarji, u r-remote gaming u l-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Dawn ħolqu tliet kwarti taż-żieda fl-impjiegi fl-ewwel 17-il xahar mindu Robert Abela sar Mexxej Laburista u effettivament Prim Ministru ta’ Malta. B’kuntrast, l-uniku settur li naqqas il-ħaddiema matul l-istess perjodu kien is-settur tal-lukandi u r-restoranti, fejn l-impjiegi naqsu b’aktar minn 2,100. Minkejja li l-Oppożizzjoni dejjem targumenta li s-suq tax-xogħol qed jinżamm għaddej, għax il-Gvern qed jimpjega eluf ta’ ħaddiema bla bżonn, jirriżulta li f ’Mejju li għadda is-sehem ta’ impjiegi full-time fis-settur pubbliku kien biss ta’ 21.5% mit-total ta’ impjiegi full-time. F’Marzu 2013 dan il-persentaġġ kien 26.6%. Minbarra hekk miż-żieda fl-impjiegi fis-settur pubbliku taħt il-mandat ta’ Robert Abela, 70% minnhom kienu f ’żewġ setturi partikolari

– is-saħħa u l-edukazzjoni. Mindu sar Prim Ministru, hu ppresieda fuq żieda ta’ żewġ full-timers kuljum fis-settur tas-saħħa pubblika u fuq żieda ta’ full-timer wieħed kuljum fl-edukazzjoni pubblika. Dan l-investiment fis-saħħa pubblika u fl-edukazzjoni hu wkoll bla preċedent fl-istorja tan-nazzjon tagħna. Fl-istess ħin, jirriżulta li mat-80% tal-impjiegi kollha li nħolqu kienu mas-settur privat. Riżultati inkoraġġanti f ’Għawdex Jekk wieħed iħares lejn Għawdex, li l-Oppożizzjoni wkoll tuża bħala eżempju ta’ “żieda bla bżonn fl-impjiegi”, issib li, bejn Diċembru tal2019 u Mejju ta’ din is-sena, kien hemm żieda ta’ 79 biss fl-impjiegi full-time mal-amministrazzjoni pubblika. Dan minn żieda totali ta’ 1,328 Għawdxi u Għawdxija li bdew jaħdmu. Li jfisser li miż-żieda ta’ 20 persuna taħdem kuljum, madwar tlieta minnhom kienu Għawdxin. Fil-ħames setturi tassaħħa, il-kostruzzjoni, is-servizzi professjonali, ir-remote gaming u l-informazzjoni u l-komunikazz-

joni, u s-servizzi finanzjarji nħolqu kważi 600 impjieg ġdid f ’Għawdex. Bis-saħħa ta’ miżuri speċifiċi ta’ assistenza mmirati għal Għawdex, anke setturi li f ’Malta sofrew matul il-pandemija, bħas-servizzi amministrattivi u l-lukandi u r-restoranti, komplew jespandu fuq in-naħa l-oħra tal-fliegu. Fil-fatt matul il-pandemija nħolqu 350 impjieg ieħor. Dan kien ir-riżultat tad-deċiżjoni għaqlija talGvern Laburista li jdawwar dak li l-Maltin kienu mdorrijin jonfqu barra l-pajjiż fis-safar tagħhom f ’injezzjoni ekonomika għal Għawdex, permezz ta’ miżuri bħall-għoti tal-vouchers ta’ €100 għal kull ċittadin, fost oħrajn. Eżempju ieħor tas-suċċess tal-politika progressiva talGvern attwali hi l-industrija. Kulħadd kien qed jistenna li l-manifattura ssofri ħafna bl-effetti tal-pandemija u bi tnaqqis fid-domanda internazzjonali. Minflok, l-impjiegi fulltime u part-time fl-industrija żdiedu b’aktar minn 500 persuna jew kważi persuna addizzjonali kuljum mindu Robert Abela sar Prim Ministru.



05

07.11.2021

IL-FAĦAM U SFIDI OĦRAJN GLOBALI “Li niżguraw futur isbaħ għal uliedna u għall-ġe­nerazzjonijiet futuri teħtieġ li l-pajjiżi jieħdu azzjoni urġenti biex idawru lura dak li qed jiġri bil-bidla fil-klima. Huwa b’ambizzjoni, kuraġġ u kollaborazzjoni hekk kif noqorbu lejn summit kruċjali tal-COP26 fir-Renju Unit li nistgħu naħtfu dan il-mument flimkien, biex inkunu nistgħu nirkupraw l-indafa, nibnu mill-ġdid l-ekoloġija u nirrestawraw il-pjaneta tagħna.” Messaġġ sabiħ mill-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson f ’pubblikazzjoni li ħarġet għas-summit tal-COP26 fi Glasgow bejn mexxejja dinjija biex tiġi indirizzata l-isfida tat-tibdil fil-klima. Imma bil-mexxejja dinjija li telqu millbelt Skoċċiża, bi qbil fuq fehmiet importanti, għadd mill-kwistjonijiet jaħarqu għadhom fuq il-mejda tan-negozjar. Il-protes­ti għadhom ukoll għaddejjin fit-toroq tal-aktar belt popolata Skoċċiża, u kien għadu għaddej ukoll l-istrajk tal-ġbir tal-iskart u t-tindif tat-toroq. X’kienu l-kummenti jew l-azzjonijiet maġġuri li nstemgħu waqt is-summit? L-ikbar fattur li jikkawża t-tibdil fil-klima bla dubju huwa l-użu talfaħam. Għalhekk, possibbilment l-aktar importanti s’issa kien ilpatt ta’ 23 pajjiż, fosthom il-Polonja, il-Vjetnam u ċ-Ċilì, li kkommettew ruħhom li mhux se jibqgħu jużaw dan is-sors ta’ enerġija. B’dikjarazzjoni ġdida ‘Global Coal to Clean Power Transition’, dawn ilpajjiżi qed jimpenjaw ruħhom ukoll li jżidu l-enerġija nadifa u jiżguraw tranżizzjoni ġusta ’l bogħod millużu tal-faħam. Madan­kollu, l-Awstralja, l-Indja, iċ-Ċina u l-Istati Uniti, li huma fost l-iktar pajjiżi dipendenti fuq il-faħam, ma kinux parti minn dan il-patt. Banek internazzjonali maġġuri wkoll ikkommettew ruħhom li sal-aħħar ta’ din is-sena se jwaqqfu kull finanzjament pubbliku għal proġetti ġodda li jużaw il-faħam. Hemm spinta wkoll għat-tmiem tal-użu tal-faħam, meta b’mod ġenerali koalizzjoni b’saħħitha ta’ 190 qed taqbel li tneħħi gradwalment l-enerġija tal-faħam u ttemm l-appoġġ għal impjanti tal-enerġija talfaħam ġodda grazzi għal pakkett ta’ appoġġ mir-Renju Unit u sħab internazzjonali. Tal-inqas 25 pajjiż u istituzzjonijiet relatati ma’ finanzi pubbliċi impenjaw ruħhom li jtemmu l-appoġġ pubbliku internazzjonali għas-settur tal-enerġija li jissejjaħ Unabated Fossil Fuel Energy sa tmiem l-2022. B’mod kollettiv, din id-deċiżjoni taffettwa madwar $17.8 biljun fis-sena f ’appoġġ pubbliku li jmorru lil hinn minn finanzjament għal din it-tip ta’ enerġija lejn it-tranżizzjoni għal waħda nadifa jew li tniġġes inqas. Pajjiżi li qed jiżviluppaw, inklużi l-Etjopja, il-Fiji u l-Gżejjer Marshall, offrew l-appoġġ tagħhom, f ’sinjal ta’ għaqda dejjem tikber biex issir

L-aktar sors ta’ tniġġis globali – il-faħam. Pajjiżi dipendenti fuqu, bħall-Awstralja, l-Indja, iċ-Ċina u l-Istati Uniti, ma ssiħbux f’patt ġdid għall-qalba għal sorsi aktar nodfa fil-produzzjoni tal-enerġija

xi ħaġa konkreta marbuta mattibdil fil-klima. Taħditiet kritiċi saru wkoll b’wegħdi li jnaqqsu t-tniġġis u li se jpoġ­ ġu lid-dinja fit-triq it-taj­ba biex ittisħin globali jkun limitat għal 1.8oC. Fost l-għexieren ta’ wegħdi ġodda li saru minn pajjiżi fil-COP26, l-Indja ħabbret mira għal tniġġis nett żero sal-2070, filwaqt li kważi 100 nazzjon iffirmaw wegħda konġunta bejn l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea biex kollettivament inaqqsu l-emissjonijiet globali tal-metanu bi 30% taħt il-livelli tal-2020 sal2030. Fost id-diskorsi, spikkat l-apolo­­ ġija mill-President Amerikan Joe Biden għall-azzjonijiet tal-pre­de­ ċes­sur tiegħu, Donald Trump, li

taħtu l-pajjiż kien ħare­ġ mit-Trattat ta’ Pariġi. Biden qal li l-COP26 mhix it-tmiem, iżda l-bidu. F’diskors imqanqal sew, is-Segretarju Ġene­rali tal-Ġnus Magħquda António Guterres qal li “qed inħaffru l-oqbra tagħna stess”, filwaqt li tkellem dwar l-użu ta’ riżorsi mhux rinovabbli li tefa’ l-umanità fit-tarf tat-tmiem. Kommoventi kien ukoll il-messaġġ ta’ Sir David Attenborough, li ta’ 95 sena għadu jikkampanja biex nieħdu ħsieb il-pjaneta tagħna, kif għamel prattikament għomru kollu. “Dak kollu li ksibna fl-aħħar 10,000 sena ġie minħabba l-istabbiltà tal-klima matul dan iż-żmien. It-temperatura globali ma naqsitx f ’dan il-perjodu b’aktar minn bejn

wieħed u ieħor grad Celsius – sa issa. Diġà qegħdin fl-inkwiet. L-istabbiltà li niddependu fuqha qed titkisser. Id-dinja qed tħares lejkom – u intom tinsabu hawn għad-dinja”. F’messaġġ qabel is-summit, il-Papa Franġisku wkoll appella lill-konferenza biex tħalli l-frott lill-ġenerazzjoni futura. Xejn xejn, il-pjaneta ma tibqax kif iddeskrivietha tfajla li tgħix fl-Amażonja: “Fi tfuliti missieri kien jgħidli biex nisma’ s-siġar itiru mar-riħ, imma llum lanqas annimali ma tisma’ jpassu”. Il-futur tal-pjaneta tinsab f ’idejn l-azzjonijiet li se jittieħdu minn din il-ġenerazzjoni ta’ mex­xejja, għall-ġenerazzjonijiet futuri.

16% INQAS ILMA TA’ TAĦT L-ART FIL-GŻEJJER MALTIN FIT-80 SENA LI ĠEJJIN

L-effetti fit-tibdil fil-klima li huma mbassra li se jseħħu sal-2100 se jirriżultaw fit-telfien ta’ aktar minn 16% tal-volum tal-ilma ta’ taħt l-art fil-Gżejjer Maltin. Dan huwa r-riżultat prinċipali li ħareġ minn stħarriġ li sar minn Xjentisti mill-Universitajiet ta’ Malta u ta’ Calabria. F’dan l-istħarriġ kienu żviluppati mudelli tridimensjonali ġeoloġiċi u wkoll tal-mappa tal-ilma ta’ taħt l-art għall-Gżejjer Maltin. L-ilma ta’ taħt l-art jissupplixxi kważi nofs l-ilma tax-xorb ta’ Malta u Għawdex, żewġ gżejjer li huma fost l-ifqar pajjiżi f’dak li huwa riżors naturali tal-ilma. It-tibdil fil-klima se jwassal ukoll biex sas-sena 2100 tinżel anqas xita, ikun hemm talba ikbar għall-ilma tax-xorb u wkoll jogħla l-livell tal-baħar. Minn dawn, l-iktar li se tinħass hija n-nuqqas ta’ ilma għax-xorb.


06

07.11.2021

ĠLIED “IBAQBAQ” NAZZJONALISTA L-iżbroff ta’ Caroline Muscat kontra Manuel Delia x-xahar li għadda u l-kontro-attakk mil-Lovin Malta fuq tat-Times din il-ġimgħa interpretati bħala “effetti ta’ vulkan li, meta u jekk jiżbroffa, se jidfen lill-PN” Dawk li setgħu dehru bħala sempliċi fehmiet ta’ titubar jew artikli instigati minn kompetizzjoni medjatika fuq reklamar, fil-verità jirriflettu iżjed minn hekk u qed jiġu interpretati minn sorsi mid-Dar Ċentrali bħala sinjali ġejjin minn “vulkan attiv ħafna”. Skont dawn, dak li qed jinstiga dan it-taqlib politiku mistenni jagħmel ħsara enormi lill-Partit Nazzjonalista stess b’riskju li jispiċċa darba għal dejjem. Il-ġrajjiet inkwistjoni, li kienu jinvolvu esponenti qrib ħafna tal-PN, speċjalment dawk li għandhom rabta mal-establishment l-antik, ġew deskritti bħala l-“ponta tal-iceberg” ta’ problemi u temperamenti bla kontroll. Ix-xahar li għadda, żewġ esponenti meqjusin “tal-istess zokk”, Caroline Muscat tax-Shift News u l-bloger ta’ Repubblika Manwel Delia, spiċċaw jiżvogaw f’xulxin wara li dan tal-aħħar qal li se jitlaq mill-pajjiż għax qed jibża’ għal ħajtu. Minkejja dan, Muscat għamlitha ċara li, fil-verità, Delia kien sejjer barra l-pajjiż biss għal ftit żmien ta’ mistrieħ. Din il-ġimgħa, is-sit Lovin Malta rrapporta wkoll storja kontra t-Times of Malta dwar kif din kienet qiegħda tiffroda lill-klijenti tagħha billi tiddikjara ċirkolazzjoni ferm ogħla minn kemm fil-fatt tistampa f’gazzetti u rivisti li tipproduċi. Is-sit, li għadu jappartjeni lil Chris Peregin, l-istrateġista magħżul mill-Kap Naz- zjonalista Bernard Grech, involva wkoll fl-istorja lill-Eks Viċi Kap u Deputat Nazzjonalista Mario de Marco.

“Dawk li jafu sew l-affarijiet u ħafna jsegwi programm temporanju ta’ sitt mill-intriċċi li jeżistu, konxji li hemm af- xhur f’belt fil-Ġermanja fejn jista’ jkomfarijiet kbar wara dak li qed joħroġ,” qa- pli b’xogħlu waqt li jitħallas, u fl-istess lilna s-sors b’esperjenza politika twila u ħin jeħodha bħala break. Hi qalet li ta’ min joqgħod fuqu. L-istess persuna dan tafu għax ġiet offruta l-istess prokompliet tinsisti, mingħajr ma daħlet gramm. f’dettalji, li “dawn kollha effetti ta’ vulL-Eks Chief of Staff ta’ Austin Gatt qal kan attiv ħafna li, meta li se jitlaq minn Malta u jekk jiżbroffa, se jidfen għax qed iħossu mhedlill-Partit”. ded. Madankollu, skont Waqt li rrefera għal Muscat, Delia sejjer dan it-taqlib fl-estabgħal żmien ta’ mistrieħ, Il-ġrajjiet inkwistjoni, lishment bħala “inu qalet li, bħala persuċidenti li ħassbu lil ħafna li ġieli għamlet proli kienu jinvolvu na ħaddiema (fid-Dar grammi simili, qatt ma esponenti qrib ħafna Ċentrali)”, is-sors qal kienet se tasal tbigħ tal-PN, speċjalment li jemmen li dan kien dak li se jagħmel Delia dawk li għandhom ir-riżultat tal-pressjoni bil-mod kif għamel hu, tal-aħħar ġimgħat dwar rabta ma’ dak magħruf b’referenza għall-fatt li l-eventwalità ta’ elezbħala l-establishment dan qagħad jilgħabha zjoni bikrija u li wasslet tal-vittma u pprol-antik, ġew deskritti lil xi wħud biex jitilfu va jpinġi sitwazzjoni li huma biss il-“ponta rashom jew fil-paniku drammatika fejn ħajtu jaħsbu għal xawwath- tal-iceberg” fost għadd kienet f’riskju serju. ta’ problemi oħrajn u om. F’artiklu, bit-titlu temperamenti “L-impjegati (tal-Par“Putting Things in Pertit) bħalissa wkoll bi spective”, Muscat qalet mingħajr kontroll msarinhom f’saqajhom li kwalunkwe ġurnalist … qed joqogħdu attenti li verament iffaċċja anke lil min jitbissmu,” kompla s-sors. theddida serja, jaf li ma jħabbarx it-tluq Fl-aħħar tax-xahar li għadda, Car- tiegħu mill-pajjiż. Saħansitra żiedet li oline Muscat, il-fundatriċi tax-Shift kieku vera t-theddida hi serja, Delia ma News, qalet li Manuel Delia se jitlaq kienx iħalli lill-familja warajh. minn Malta biex jieħu break ta’ sitt xhur Fl-inċident l-ieħor, li seħħ din ilfl-istess waqt li jkollu l-paga dieħla. ġimgħa, ħareġ attakk kontra t-Times L-eks ġurnalista matu Mario De Marco min-news portal ta’ Times u strateġisPeregin dwar qerq b’reklamar fuq gazta tal-kampanja zetti u rivisti stampati mill-Progress elettorali ta’ SiPress, l-istamperija tat-Times. Ġie almon Busuttil legat li l-kumpanija kienet qed titlob fl-aħħar eleziżjed flus, li wisq probabbli jammonzjoni ġenerali taw għal eluf ta’ ewro, ibbażati qalet li saret fuq ċifri minfuħin dwar taf li Delia se kemm jiġu stampati

kopji ta’ gazzetti, rivisti u pubblikazzjonijiet varji. Il-Lovin Malta rrapportat li kull min kien jirreklama f’pubblikazzjonijiet tatTimes u s-Sunday Times kien jingħata l-impressjoni li l-gazzetta u r-rivisti kienu jbigħu ferm aktar minn dak reali. Klijenti tagħhom li kienu jixtiequ jippubblikaw, pereżempju rivisti jew fuljetti biex jiġu infilsati fil-gazzetti, kienu allura jintalbu jħallsu għal ferm iżjed kopji milli jiġu stampati u ċċirkolati filpajjiż. Fil-każ li fuljetti, rivisti jew brochures tal-klijenti kienu wkoll jiġu stampati mill-Progress Press stess, allura l-ħlas mitlub kien ikun ukoll minfuħ darb’oħra u allura allegat frodi akbar. Sors, li tkellem mal-Lovin Malta, qal li l-Progress Press tat-Times kienet titlob il-ħlas ekwivalenti għal 35,000 kopja tal-gazzetta meta fil-verità l-pubblikazzjonijiet stampati kienu ferm inqas. Il-kumpaniji, li kienu jirreklamaw fir-rivisti li joħorġu mas-Sunday Times, kienu jintalbu jħallsu prezzijiet għoljin fuq il-premessa li l-gazzetta tbigħ 40,000 kopja, xi ħaġa ’l bogħod ħafna mill-verità. Fi tweġiba li ta bħala Avukat tal-Progress Press, De Marco, li hu wieħed mill-ħames membri tal-Kunsill tal-Fondazzjoni Strickland, ix-shareholder ewlenija tal-Allied Newspapers, qal li hu jinsab marbut bil-kunfidenzjalità u allura ma jista’ jgħid xejn. Il-Kap tal-Operat tal-Allied Newspapers Alex Galea u ċ-Ċermen Paul Mercieca saħqu li r-rapport tal-Lovin Malta huwa malafamanti, mimli ineżattezzi u bbażat biss fuq insinwazzjonijiet. Minkejja dan, Robert Hornyold-Strickland, li għandu 13% tal-ishma fl-istess


07

07.11.2021

Il-medja ta’ serqiet f’pajjiżna naqset b’mod drastiku fl-aħħar tmien snin, grazzi għal investimenti u mentalità differenti fil-Korp tal-Pulizija

Allied Newspapers xorta talab spjegazzjoni mill-amministrazzjoni dwar dawn l-allegazzjonijiet. Ta’ min jinnota li l-Lovin Malta ħarġet b’din l-istorja fuq it-Times ftit tal-ġimgħat wara li din tal-aħħar kixfet li l-istrateġist tal-Kap tal-Oppożizzjoni għad għandu kontroll fin-news portal, wara li baqa’ ma biegħx l-ishma tiegħu kif kien ta l-impressjoni li għamel. Minbarra hekk, attakk ieħor, li jista’ jiġi interpretat li kellu lill-familja De Marco fil-mira, kien dak li seħħ ftit tal-ġimgħat ilu fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi tal-Parlament (PAC) fejn Karol Aquilina, wieħed mill-perċimes tal-establishment, żvoga f’Dr Giannella De Marco, oħt id-Deputat Nazzjonalista u rappreżentanta legali tad-Direttur tal-Electrogas Paul Apap Bologna. L-istess inċident, fejn id-Deputat mis-Siġġiewi attakka lil Dr De Marco li qed taħdem għal flus tal-kriminali, ukoll ġie interpretat bħala attakk dirett kontra Dr Joe Giglio, avukat magħruf fil-kriminal u llum kandidat għall-PN fuq l-istess distrett ta’ Aquilina. L-istess sors mill-PN, li tkellem malKullĦadd, qal li jistenna li fix-xhur li ġejjin u fil-jiem eqreb tal-elezzjoni ġenerali se naraw ferm iżjed minn dawn l-inċidenti bir-riskju ta’ ferm aktar konsenturi. “Affarijiet simili rajniehom qabel l-(Elezzjoni tal-)2013 u l-2017 diġà … (l-elezzjoni) li jmiss abbli tkun talaħħar,” temm jgħidilna b’referenza għar-riskji li l-PN ma jibqax jeżisti kif ilu għal aktar minn 100 sena.

BEPPE JQARRAQ DWAR IS-SERQ L-istatistika tgiddeb lill-Kelliem Nazzjonalista – illum irrapportati nofs is-serqiet li kien hemm fi żmien li hu kien direttament responsabbli mill-Korp tal-Pulizija Id-Deputat Nazzjonalista u Kelliem tal-Partit fuq is-Sigurtà Nazzjonali Beppe Fenech Adami fl-aħħar jiem inqabad jivvinta minn żniedu dwar reati ta’ serq bl-iskop li jipprova jkompli jpinġi stampa falza tal-amministrazzjoni Laburista, waqt li jallarma lin-nies għalxejn. Waqt konferenza tal-aħbarijiet din il-ġimgħa u f’diskorsi ripetuti fil-Parlament, Fenech Adami insista li s-serq f’pajjiżna qiegħed jiżdied. Minkejja dan, fil-verità d-Deputat ma setax ikun iżjed qarrieqi minn hekk. Fil-fatt, statistika uffiċjali turi biċ-ċar li, bil-maqlub, isserq f’pajjiżna qiegħed jonqos drastikament sena wara l-oħra. Tagħrif, li kisbet din il-gazzetta, juri li mqabbel mal-perjodu Jannar-Awwissu tal-2013, is-serq f’pajjiżna kien id-doppju ta’ li hu llum. Dak iż-żmien id-Deputat Nazzjonalista kien direttament responsabbli mill-qasam tal-intern bħala parti mill-Gvern ta’ GonziPN. Minkejja anke żieda fil-popolazzjoni, fil-fatt isserq fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena naqas bin-nofs meta mqabbel mal-istess perjodu ta’ tmien snin ilu. Waqt li fl-2013 kienu qed jiġu rrapportati medja ta’ 25 serqa kuljum, is-sena li għaddiet ġew irrapportati 13il serqa kuljum. Din is-sena, anke wara l-pandemija, ir-rata kompliet tonqos hekk kif ta’ kuljum jiġu rrapportati 12-il serqa kuljum. Fil-fatt, il-biża’ mill-pandemija kienet fuq żewġ fronti. Kien hemm min qed jgħid li seta’ żdied is-serq fl-eqqel tal-pandemija minħabba l-pressjoni li ġġib magħha – xi ħaġa li ma ġratx. Minnaħa l-oħra, kien hemm min sostna li fil-pandemija seta’ jonqos is-serq, għax ħafna nies ikunu d-dar, imma mbagħad jiżdied wara – l-istess dan ma seħħx lanqas. B’hekk hu ċar li l-politika ta’ pre­ ven­zjoni, imsaħħa minn investimenti

b’saħħithom minn din l-amministrazzjoni, qed tħalli l-frott b’mod konsistenti, anke fil-protezzjoni taċ-ċittadini. Bil-maqlub, għal darb’oħra wkoll, in-numri jgiddbu lil Fenech Adami li pprova jbeżża’ li f’pajjiżna hawn rata għolja ta’ serq u kriminalità biex jipprova jiskredita l-ħidma li qiegħda ssir mill-Pulizija. Dan ir-riżultat ma ġiex waħdu, imma hu grazzi għall-ħidma li qed iwettaq ilKorp tal-Pulizija. Illum, minn Pulizija reattiva, qed narawha iżjed proattiva fejn toffri l-aqwa servizz liċ-ċittadini fil-qalba tal-komunitajiet tagħna. Meta jitkellem dwar uffiċjali tal-Pulizija fl-għases, aktar milli fit-triq, Fenech Adami jikkonferma li ma fehem xejn mill-mod li bih il-Korp qed jevolvi fis-servizzi li joffri. Bħal f’bosta ċirkostanzi oħrajn, l-Oppożizzjoni u l-esponenti tagħha jibqgħu jagħżlu ttriq tas-sensazzjonaliżmu, li wkoll tispiċċa biex tirredikolahom u ttellifhom iżjed kredibbiltà milli m’għandhomx. Għall-kuntrarju, dan il-Gvern qed ikollu l-kuraġġ li jwettaq il-bidla u jirranġa l-għases kollha fil-pajjiż. Fil-fatt ta’ min jinnota li, bħalissa, l-għases prinċipali kollha għaddejjin b’xogħlijiet ta’ rinnovar estensiv, flimkien ma’ għases sekondarji oħrajn li qed jinbidlu f’uffiċini għall-pulizija tal-komunità. Minbarra hekk dawn qed jiġu attrezzati b’tagħmir ta’ komunikazzjoni modern biex persuna, li tiġi bżonn is-servizzi tal-pulizija, tkun tista’ tiġi assistita fi żmien qasir. Il-Gvern qed jibqa’ jinvesti b’mod sħiħ fil-Korp tal-Pulizija fejn fil-baġit għas-sena d-dieħla l-ispiża kapitali se tkun id-doppju tan-nefqa tal-aħħar Gvern Nazzjonalista. Il-Korp tal-Pulizija qed jinvesti wkoll bissħiħ fir-riżorsi umani, fejn qed joffri taħriġ kontinwu

lill-uffiċjali kollha li jirrifletti l-ħtiġijiet ta’ soċjetà moderna u dinamika. Il-viżjoni ta’ Gvern Laburista qed twassal biex il-Korp tal-Pulizija jidħol fi ftehim anke mal-Università ta’ Malta u istituzzjonijiet edukattivi ewlenin oħrajn biex joffri l-aqwa skemi ta’ studju lill-pulizija f’pajjiżna. Madankollu, qed naraw kif il-Korp qed jibqa’ jixtri l-aqwa apparat għall-użu ta’ kuljum, waqt li jsaħħaħ it-taqsimiet kollha li jiffurmawh. Għal aktar minn darba, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri spjega kif il-Korp se jkompli għaddej bit-trasformazzjoni strateġika, li diġà twettaq iżjed minn 70% tagħha, ħalli din il-forza ewlenija tal-ordni fil-pajjiż tkun lesta għal-lum u għall-futur.

Beppe Fenech Adami


08

07.11.2021

REKORD TA’ TAXXA FFRANKATA Tkompli minn paġna 1 Waqt li l-valur tal-proprjetajiet li nxtraw permezz tal-iskema kien ilaħħaq medja ta’ €426 miljun fis-sena, din is-sena diġà nbiegħu b’kemm jiswew madwar €493 miljun sa Settembru li għadda. Minbarra hekk, l-2015 kienet l-aktar sena b’xerrejja u kuntratti eżentati, waqt li din is-sena se tkun l-aktar waħda fejn ġew iffrankati taxxi fl-iskema. Is-sena li għaddiet, li wkoll kienet sena rekord f’dan ir-rigward, ġew iffrankati xejn inqas minn €12.6 miljun. Miċ-ċifri tal-aħħar tmien snin joħroġ li llum il-First Time Buyers qed jiffrankaw iżjed taxxa milli kienu tmien snin ilu meta jitqabbel mal-ammont li jkun dovut minnhom lill-Istat. Fil-fatt, waqt li fl-2014 xerrej kien jiffranka medja ta’ darbtejn u nofs aktar it-taxxa li kellu jħallas, din is-sena

x-xerrejja se jiffrankaw kważi ħames darbiet iżjed minn dak li se jdaħħal il-Gvern minn tali bejgħ ta’ proprjetà. It-taxxa ffrankata fuq

il-bejgħ eliġibbli għall-2021 kienet diġà qorbot il-€15-il miljun sa Settembru, waqt li l-Gvern daħħal biss mat-€3 miljun.

Il-benefiċċju tal-First Time Buyers, flimkien m’oħrajn, għenu lis-suq tal-proprjetà jkompli jilħaq rekord sena wara oħra, waqt li l-poplu

investa iżjed f’residenzi privati. Individwi jew koppji jevitaw milli jħallsu t-taxxa tal-boll dovuta fuq l-ewwel €200,000 kemm-il darba ma jkunux xtraw proprjetà oħra qabel. Minn Lulju ta’ din is-sena, iżda, iddaħħlet emenda fil-liġi li tippermetti li persuni, li jkunu xtraw garaxx mhux akbar minn 30 metru kwadru, jikkwalifikaw ukoll għall-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-ewwel proprjetà. Il-miżura qed terġa’ tiġi estiża fil-Baġit għas-sena d-dieħla, bid-differenza li se tkun qed tissaħħaħ ukoll bi grant għal min jixtri post vakanti jew f’żona ta’ konservazzjoni urbana (UCA) inkella b’arkitettura tradizzjonali bħala l-ewwel residenza tiegħu. B’din iż-żieda First Time Buyers f’Malta se jgawdu minn grant ta’ €15,000, waqt li dawk f’Għawdex se jingħataw saħansitra €30,000.

TWETTQU 80% TAL-WEGĦDI “GĦAWDXIN” Il-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli fost l-oħrajn, mill-implimentazzjoni tal-manifest elettorali, Carmelo Abela, u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, ħabbru li aktar minn 80% tal-miżuri elettorali relatati ma’ Għawdex ġew implimentati. F’konferenza tal-aħbarijiet f’Għawdex, il-Ministru Abela elenka kif fil-manifest sħiħ tiegħu, il-Gvern kellu 48 miżura li tqassmu ma’ tmien ministeri differenti, inkluż dak għal Għawdex. S’issa, 27 miżura ġew implimentati b’mod sħiħ, filwaqt li 13-il miżura oħra qegħdin fl-aħħar fażi tagħhom u allura r-rata ta’

twettiq hi ta’ ftit aktar minn 81%. Fir-rigward tal-ħidma bla waqfien li l-Gvern wettaq f’Għawdex, il-Ministru Abela semma wħud mill-miżuri relatati mal-“Gżira tat-Tliet Għoljiet”. Fost il-miżuri li ġew implimentati, semma l-benefiċċji li qed jieħdu l-ħaddiema, l-istudenti u ċittadini oħrajn Għawdxin, b’mod partikolari dawk li qed jaqsmu l-fliegu permezz talfast ferry. Irrefera wkoll għat-tisħiħ fil-konnettività diġitali permezz tat-tieni fibre-optic link, għall-investiment fl-isptarijiet Għawdxin u fil-kura tassaħħa, kif ukoll għall-wegħda

prinċipali biex jinħolqu iktar opportunitajiet ta’ xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin. Minbarra hekk, Għawdex se jibbenefika minn aktar fondi li ġejjin mill-UE matul is-seba’ snin li ġejjin. Hu qal li l-Gvern hu kommess li jwettaq dak li wiegħed u li se jkompli jaħdem bissħiħ biex il-miżuri mwiegħda jiġu implimentati. “Minkejja l-miżuri mmirati għal Għawdex, il-poplu Għawdxi gawda wkoll minn numru ta’ miżuri li kienu ta’ benefiċċju għall-poplu Malti; kemm fil-manifest elettorali nnifsu, kif ukoll mill-Baġit għall-2022 li tħabbar ftit tal-ġimgħat ilu,” ikkonkluda Abela.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru għal Għawdex ħabbar li aktar minn 80% tal-miżuri elettorali relatati ma’ Għawdex twettqu kompletament. Fost il-miżuri elenka t-titjib fil-konnettività bis-servizz tal-fast ferry, il-proġetti infrastrutturali u l-bini millġdid tat-toroq, aktar xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin permezz ta’ skemi implimentati fosthom it-teleworking scheme, kampanji nazzjonali ta’ reklamar għal Għawdex u t-twaqqif tal-Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex. Hu qal li “dawn huma biss ftit mill-miżuri li wettaqna bħala Ministeru għal Għaw-

dex u għalkemm qbiżna t-80%, kommessi li nkomplu naħdmu mingħajr waqfien biex inkomplu nwettqu. Fuq kollox, il-viżjoni tal-Gvern għal Għawdex hi ċara, dik li jkompli jkun mutur ta’ tkabbir fil-ġid nazzjonali u fit-titjib fil-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin”. Il-Ministru Camilleri temm jgħid li l-programm vast ta’ proġetti infrastrutturali kif ukoll l-investimenti li qed isiru, se jservu biex l-ekonomija Għawdxija tkun aktar reżiljenti, aktar dinamika u tirpilja aktar malajr mill-effetti tal-pandemija dinjija biex tkompli toħloq opportunitajiet ġodda.


09

07.11.2021

LEJN SERVIZZ PUBBLIKU TA’ EĊĊELLENZA Is-Segretarju Permanenti Ewlieni talGvern Mario Cutajar nieda l-istrateġija l-ġdida ta’ ħames snin għas-Servizz Pubbliku, bil-viżjoni aħħarija tkun li jinkiseb servizz ta’ eċċellenza. Din l-istrateġija ħolistika, li hi l-ewwel tax-xorta tagħha, se tibbaża fuq tliet elementi ewlenin li huma n-nies, it-tek­ noloġija u s-servizz, waqt li se jħaddnu tliet prinċipji bażilari – il-kwalità, ilkontabbiltà u s-sostenibbiltà – li se jkunu ta’ gwida f’kulma jsir. Waqt il-konferenza fejn attendew l-ogħla uffiċjali tas-Servizz Pubbliku, Cutajar fisser li din il-viżjoni għandha l-għan li twassal għal servizz pubbliku li jiffunzjona mingħajr intoppi, li jagħti rendikont u li jaħdem b’mod sostenibbli u konsistenti biex jagħti servizz ta’ eċċellenza. Hu spjega li l-istrateġija l-ġdida tinkorpora fiha 45 inizjattiva, maqsumin skont it-temi li se jservu bħala programm ta’ ħidma biex titwettaq il-viżjoni fil-ħames snin li ġejjin. L-istrateġija tispjega wkoll kif se jitkej­ jel il-progress, strutturi ta’ moniteraġġ u implimentazzjoni, il-valuri komuni tas-Servizz Pubbliku u l-prinċipji ta’ gwida.

Is-suċċessi tal-aħħar snin wasslu biex is-Servizz Pubbliku Malti jitqies bħala case study għal gżejjer stati żgħar oħrajn bħalna “Dawn l-inizjattivi se jwasslu għal servizz ta’ eċċellenza fejn il-klijent jibqa’ fiċ-ċentru ta’ ħidmietna bla ebda eċċezzjoni. It-tiġdid bla preċedent li sar fis-Servizz Pubbliku fl-aħħar tmien snin se jservi bħala bażi soda biex issa nagħmlu l-qabża li jmiss. Din l-istorja ta’ suċċess, fejn qatt ma saru daqstant riformi fi żmien daqshekk qasir, irridu nirrepetuha,” tenna s-Segretarju Permanenti Ewlieni. Hu semma diversi kisbiet li għamel is-Servizz Pubbliku fl-aħħar snin, fosthom żieda qawwija fil-fiduċja fl-amministrazzjoni pub­blika, rikonoxxi­m­enti internazzjonali għall-e-go­vernment u wieħed mill-aħjar persentaġġi ta’ nisa fi gradi ta’ tmexxija. Dan kollu wassal biex is-Servizz Pubbliku Malti saħansitra jiġi meqjus bħala case-study għal gżej­jer stati żgħar oħrajn ta’ kif isiru b’suċċess riformi fis-servizzi pubbliċi. Fil-fatt, dan il-proċess ta’ tiġdid issa ġie dokumentat ukoll permezz ta’ pubblikazzjoni ġdida li tikkumplimenta l-istrateġija mnedija din il-ġimgħa. Dawn iż-żewġ pubblikazzjonijiet jinsabu aċċessibbli b’mod elettroniku missit tas-servizz pubbliku.

OTTIMIŻMU GĦOLI FOST IN-NEGOZJI U L-FAMILJI DEPOŻITI REKORD MAL-BANEK U D-DOPPJU TA’ DAWK LI KIEN HEMM FL-2013 L-istħarriġ li jsir ta’ kull xahar mill-Kummissjoni Ewropea fost il-familji u n-negozji f’pajjiżna wera li matul Ottubru l-indiċi ta’ sentiment ekonomiku għal Malta laħaq il-livell ta’ 110. Dan hu 10% aħjar mill-medja storika u 28% aqwa mil-livell f’Ottubru tal-2020. Minbarra hekk jirriżulta li dan hu 4% aqwa mis-sentiment ekonomiku espress fix-xahar ta’ Ottubru ta’ sentejn ilu, jiġifieri qabel bdiet il-pandemija. F’kull settur, is-sentiment ekonomiku huwa pożittiv u fil-maġġoranza tas-setturi l-ottimiżmu fil-preżent hu aqwa mill-medja storika. Il-familji Maltin u Għawdxin kienu ferm ottimisti, tant li ġie osservat livell ta’ fiduċja li kien ilu ma jiġi osservat minn Lulju tal-2018. Dan is-sentiment hu wkoll ikkonfermat mil-livell rekord ta’ depożiti mal-banek lokali li għandhom il-Maltin u l-Għawdxin. Dawn id-depożiti laħqu l-€15.2 biljun fi tmiem Settembru, jew kważi d-doppju tad-depożiti li l-familji kellhom qabel inbidel il-Gvern fl-2013. Ta’ min jinnota li, minkejja x-xokk tal-pandemija, il-familji faddlu kważi €2 biljun. Dan b’kuntrast ta’ dak li kien ġara fil-kriżi tal-2008 meta d-depożiti tal-familji kienu naqsu għal madwar 15-il xahar u f’punt minnhom kienu naqsu b’aktar minn €200 miljun. L-istħarriġ tal-Kummissjoni jindi­ ka li maġġoranza ta’ 12% tal-familji, li ġew intervistati, sostnew li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom se titjieb fiż-żmien li ġej. Kważi kwart aktar jemmnu li l-ekonomija ta’ pajjiżna se tikber minn dawk li jemmnu li se tiċkien. Dan meta fl-Unjoni Ewropea l-maġġoranza tal-familji għadhom jistennew li l-ekonomiji filpajjiż rispettivi tagħhom se tkompli teħżien. F’pajjiżna maġġoranza ta’ 17% tal-familji qalu li jħossu li jaffordjaw li jidħlu għal spejjeż kbar bħalissa u 5% jistennew li anke fil-futur qrib se jibqa’ hekk. Dan filwaqt li maġġoranza ta’ 10% jemmnu li se jirnexxilhom ifaddlu aktar minkejja dan il-konsum. Fl-Ewropa, b’kuntrast, il-maġġoranza tal-familji jgħidu li ma jistgħux jidħlu għal konsum kbir, minħabba li jemmnu li l-qgħad se jirranka sew, kontra dak li jħossu

Bil-maqlub tal-bqija fl-UE, il-familji lokali żiedu d-depożiti fil-banek u jinsabu fiduċjużi li l-qagħda finanzjarja tagħhom se titjieb l-familji Maltin u Għawdxin li qed jistennew tnaqqis. L-ottimiżmu fost il-familji hu rifless ukoll f’fiduċja fost in-negozji. Anke dawn bħalissa għandhom livell rekord ta’ depożiti mal-banek lokali, fil-livell ta’ €3.6 biljun. Dan hu kważi €2 biljun aktar mid-depożiti li kellhom in-negozji qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013. Tul il-pandemija n-negozji faddlu kważi nofs biljun ewro. B’kuntrast fil-kriżi tal-2008 id-depożiti tan-negozji kienu damu sena jonqsu u f’punt minnhom kienu niżlu bi kważi €220 miljun. Meta intervistati mill-Kummissjo­ ni Ewropea, maġġoranza ta’ 26% tal-fabbriki lokali qalu li żiedu l-produzzjoni fl-aħħar xhur. Dan filwaqt li maġġoranza ta’ kważi 40% tal-operaturi qalu li qed jistennew aktar tkabbir fix-xhur li ġejjin, tant li wkoll sost-

Fil-kriżi tal-2008 id-depożiti tal-familji u n-negozji kienu damu jonqsu għal 15-il xahar u 12-il xahar rispettivament … f’punt minnhom saħansitra niżlu b’aktar minn €200 miljun

new li għandhom madwar erba’ xhur ta’ produzzjoni garantita f’ordnijiet li diġà rċevew. Għalhekk, 28% tal-fabbriki qed jantiċipaw li se jkollhom iżidu l-ħaddiema. Saħansitra aktar ottimisti kienu l-operaturi fis-settur tas-servizzi, fejn maġġoranza ta’ 5% minnhom rrapportaw titjib fl-attività fix-xhur li għaddew. Aqwa minn hekk, aktar minn 11% tal-operaturi esprimew aspettattiva li d-domanda se tkompli tirranka fix-xhur li ġejjin. B’riżultat ta’ dan, kważi nofs il-kumpaniji f’dan il-qasam qed jantiċipaw li se jkollhom bżonn jimpjegaw aktar ħaddiema. Anke fis-settur tal-bejgħ, is-senti­ ment hu aqwa mill-medja storika, b’maġġoranza ta’ kwart ta’ dawk intervistati qallu li qed jistennew titjib fl-attività tagħhom fiż-żmien li ġej u kważi wieħed minn kull għaxra rrapporta li diġà kellu żieda fl-ordnijiet. Fil-kostruzzjoni, maġġoranza ta’ waħda minn kull tliet azjendi sostnew li għandhom bżonn aktar ħaddiema. Dan f’kuntest li dawn l-operaturi, bħala medja, qalu li għandhom xogħol b’lura għal aktar minn seba’ xhur jew kważi darba u nofs il-medja storika. Kwart tal-azjendi tal-kostruzzjoni qed jantiċipaw li l-ordnijiet se jkomplu jiżdiedu.


10

07.11.2021

JIBDA T-TINDIF U T-TĦAMMIL FIL-QIEGĦ TAL-PORT IL-KBIR Aktar investimenti għal titjib estensiv fis-servizzi u l-attività kummerċjali fil-port prinċipali B’aktar investimenti biex ittej­ jeb l-attività kummerċjali filPort il-Kbir, inkluż billi toħloq aktar faċilitajiet għal vapuri kbar, it-taqsima responsabbli mill-infrastruttura marittima fi ħdan Infrastructure Malta għadha kemm bdiet it-tindif u t-tħammil tal-qiegħ ta’ dan ilport prinċipali. Permezz ta’ Avviż Lokali lillBaħħara, għadha kemm bdiet ħidma kbira ta’ tħammil f’di­ versi żoni tal-Port biex jitnad­ daf fejn hemm faċilitajiet għall-irmiġġ u anke jitneħħa materjal ikkontaminat minn

qiegħ il-baħar. B’hekk, diversi partijiet li jinsabu fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-Port il-Kbir se jsiru aktar aċċessibbli għal vapuri akbar, kemm tal-passiġġieri kif ukoll dawk li jġorru l-merkanzija. Dan il-proġett b’investiment ta’ €7 miljun beda ħdejn il-moll li hemm fix-Xatt l-Għassara tal-Għeneb fil-Marsa. Il-fond tal-baħar f’din iż-żona bħalissa hu ta’ seba’ metri u se jiżdied bi tliet metri oħra. Fix-xhur li ġejjin it-tħammil imbagħad se jissokta wkoll fil-parti ta’ ġewwa tal-Port, inkluż ħdejn il-

Moll tal-Pont u l-Moll tal-Knisja fl-istess żona, kif ukoll fiż-żona ta’ Ras Ħanżir, fl-inħawi ta’ Kor­ din. Fil-fatt, it-tħammil fil-Port il-Kbir se jwitti t-triq ukoll għal proġett ieħor ta’ €65 miljun li se jsir minn Infrastructure Malta biex tibni moll ġdid ta’ 360 metru għall-immaniġġjar tal-merkanzija fiż-żona ta’ Ras Ħanżir. Din il-faċilità ġdida se tintroduċi spazju ta’ rmiġġ ad­ dizzjonali tant meħtieġ fil-Port il-Kbir, se ttejjeb l-effiċjenza filPort, filwaqt li tipprovdi lill-aw­ toritajiet marittimi lokali b’ak­

tar flessibbiltà u disponibbiltà fl-użu tal-mollijiet l-oħrajn fl-istess żona. Qabel beda t-tħammil sar stħarriġ intensiv biex ġie iden­ tifikat x’hemm f’qiegħ il-baħar kif ukoll taħtu, waqt li saru wkoll studji ġeotekniċi. Min­ barra hekk ġew eżaminati kampjuni tal-materjal li hemm fl-inħawi qabel dan jittella’ minn qiegħ il-baħar. It-tħam­ mil mistenni jieħu madwar sitt xhur biex jitlesta. Fix-xhur li ġejjin mistenni jibda wkoll il-proġett biex jitk­ abbru l-mollijiet għall-vapuri

tal-passiġġieri fix-Xatt ta’ Pinto. Is-sejħa għal offerti biex il-mol­ lijiet Pinto 4 u 5 jitwessgħu b’madwar 16-il metru waslet biex tagħlaq fi ftit jiem oħra. Bit-tkabbir ta’ dawn il-mollijiet, vapuri kbar ikunu jistgħu jorb­ tu fil-Port mingħajr il-ħtieġa tal-braken. Sadanittant għaddej ġmie­ lu x-xogħol tal-Grand Harbour Clean Air Project li se jinkludi l-iżvilupp tat-tagħmir meħtieġ biex il-vapuri jkunu jistgħu jit­ fu l-magni tagħhom li jaħdmu bil-gass jew Heavy Fuel Oil u minflok iqabbdu mas-sistema għall-provvista tal-elettriku li se jkun hemm fuq ix-xatt, biex iħaddmu l-makkinarju għasservizzi kollha li jkun hemm bżonn jipprovdu waqt li jkunu weqfin fil-Port. Dan l-investiment ta’ €49.9 miljun se jnaqqas b’aktar minn 90% t-tniġġis tal-arja mill-va­ puri tal-passiġġieri u tal-mer­ kanzija fil-Port il-Kbir.

Sors: ECDC

MALTA “L-AKTAR SIGURA FIL-COVID DIN IX-XITWA” Waqt li wissa dwar żieda ta’ aktar każi ta’ COVID-19 fl-Ewropa kollha, partikolarment minħabba varjazzjonijiet kbar fit-tilqim, iċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard (ECDC) qal li Malta u l-Portugall se jkunu l-aktar żewġ postijiet siguri fix-xitwa li ġejja. It-tnejn mistennija jevitaw “mewġ konsistenti ta’ infezzjonijiet”, grazzi għar-rati għoljin ta’ tilqim li għandhom fost il-popli rispettivi. Dr Bruno Ciancio, direttur fl-ECDC, wissa li l-kontinent għadu f’“punt kruċjali” u ħeġġeġ lill-pajjiżi biex jimxu fuq il-passi ta’ Malta u l-Portu­ gall sabiex jiġi evitat aktar it-tixrid tal-virus. Nhar il-Ġimgħa tħabbar li pajjiżna se jkun qed jagħti l-booster tat-tilqima lil kull ċittadin minn 12-il sena ’l fuq.


RITMU FL-ATTIVITAJIET BI ĠBIR GĦALL-MCCFF Wara li l-ġimgħa li għaddiet tħabbret edizzjoni oħra talFun Run tal-President għall-21 ta’ Novembru li ġej, fl-aħħar jiem qabdu iżjed ir-ritmu tali attivitajiet li lkoll jikkontrib­ wixxu finanzjarjament għallMal­ta Community Chest Fund Foundation (MCCFF). Is-sena li għaddiet dawn kollha kienu affettwati ħażin b’xi mod jew ieħor minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Din il-ġimgħa, il-President tar-Repubblika Dr George Vella, li taħt il-patroċinju tiegħu jaqgħu dawn l-inizjattivi ta’ solidarjetà nazzjonali, ħabbar it12-il edizzjoni tal-kunċert tant mistenni Rockestra u l-kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank. Din tal-aħħar, li tinsab fit-18il edizzjoni tagħha, se tikkonsisti f’karusijiet magħmulin b’materjal riċiklat u bi tpinġijiet magħmulin mit-tfal. F’diskors tal-okkażjoni, il-President tkellem dwar l-importanza li “t-tfal jifhmu li fid-dinja mhux kollox hu ward u żahar u li jeżistu persuni vulnerabbli, u li rridu li t-tfal jitgħallmu li jridu jagħmlu xi ħaġa biex jgħinuhom”. Il-President Vella żied jirrin­ grazzja lil kull min hu involut f’din il-kampanja u ħeġġeġ lill-istudenti kollha biex jagħtu s-sehem tagħhom b’dan ilgħan f’moħħhom. Filwaqt li din is-sena mart il-President mhux se tkun qed iżżur l-iskejjel, hi se tkun qed tiltaqa’ ma’ għadd ta’ tfal minn skejjel differenti fil-Kitchen Garden tal-Palazz ta’ Sant’Anton. Sadanittant, tħabbret l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ Rockestra – Times Like These, li se ssir nhar il-Ġimgħa, 3 ta’ Diċembru, fl-MFCC, f’Ta’ Qali. Id-direttur artistiku ta’ Rockestra Paul Borg Bonaci u d-direttur mużikali ta’ Rockestra Sigmund Mifsud taw id-dettalji tal-kunċert, li se jirritorna bi spettaklu mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u

Is-sena l-oħra l-attivitajiet kollha tal-MCCFF kienu affettwati ħażin, b’xi mod jew ieħor, kawża tal-pandemija tal-COVID-19

bosta artisti lokali. Spjegaw kif, għall-ewwel darba, Rockestra ta’ din is-sena se tkun qed issir b’udjenza bilqiegħda. Il-President George Vella qal kif wieħed mill-iskopijiet ewlenin hu li dan l-avveniment jgħaqqad lill-poplu Malti u Għawdxi permezz tal-mużika. Il-biljetti għal Rockestra 2021

bdew jinbiegħu mill-Erbgħa li għadda u jistgħu jinxtraw minn showshappening.com.mt. F’din l-ewwel ġimgħa mindu tħabbar l-avveniment, wieħed jista’ jikseb erba’ biljetti u jin­ għata tnejn oħra bla ħlas. Kull min jattendi għal Rockestra jrid jippreżenta ċ-ċerti­fi­ kat tal-vaċċin.

Ritratt: GEOFFREY ZARB ADAMI / DOI

11

07.11.2021


12

07.11.2021

SFIDI INTERNAZZJONALI FIS-SETTUR TAL-ENERĠIJA

ALEX AGIUS SALIBA Membru Parlamentari Ewropew

Suġġett li qajjem ħafna tħassib matul dawn l-aħħar xhur kemm fuq livell internazzjonali, u b’mod partikolari fuq livell Ewropew, huwa dak marbut mal-qasam tal-enerġija u ż-żiediet fil-prezzijiet tal-elettriku. L-Unjoni Ewropea hija fost ir-reġjuni li bħalissa qed jiffaċċjaw din il-kriżi, xprunata minn żidiet għoljin fil-prezzijiet tal-gass naturali

li qed jirriżultaw f’kontijiet tal-enerġija ogħla għaċ-ċittadini u n-negozji, speċjalment fl-Istati Membri bi swieq tal-enerġija liberalizzati fejn iż-żidiet fl-ispejjeż li jaffaċċjaw il-produtturi tal-enerġija huma riflessi direttament fil-prezzijiet li qed ikollhom iħallsu l-konsumaturi. Din iż-żieda fil-prezzijiet ma setgħetx ġiet fi żmien aktar sensittiv minn hekk, meta bħalissa għaddejjin sforzi kbar biex l-ekonomija globali tirkupra mill-effetti detrimentali tal-pandemija tal-COVID-19. Aktar minn hekk, dan qiegħed ikompli jżid mal-isfidi marbuta mal-klima u b’mod partikolari sabiex ikun hemm tranżizzjoni lejn in-newtralità tal-karbonju. L-impatt ta’ din iż-żieda fil-prezzijiet fuq l-Istati Membri jiddependi fuq diversi fatturi, inkluż it-taħlita tal-enerġija tagħhom, il-politiki tal-iħħeġġjar u l-istruttura tas-swieq tal-enerġi-

ja tagħhom. Fl-aħħar mill-aħħar, ir-realtajiet differenti kollha għandhom impatt dirett fuq wieħed mill-aktar prodotti bażiċi li jaffettwa liċ-ċittadini tagħna u lill-komunitajiet tan-negozju tagħna, b’żidiet li laħqu rata medja ta’ madwar 40% fi ftit ġimgħat. Dawn mhumiex żidiet insinifikanti, u ċertament li dawn il-piżijiet huma ħafna aktar diffiċli għal dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetajiet tagħna. Bħala pajjiż aħna xxurtjati li għandna Gvern li kemm ilu fit-tmun matul l-aħħar snin ħadem b’għaqal kbir f’dan is-settur u llum qed naraw ilfrott ta’ dan meta nikkumparaw ruħna ma’ dak li qed jiġi esperjenzat mill-maġġoranza tal-Istati Membri l-oħra li qed jitfgħu piżijiet enormi fuq il-familji u n-negozji, aktar u aktar issa li bdiet il-kesħa u hemm aktar bżonn ta’ enerġija biex tiġi ġġenerata

s-sħana. Dan huwa l-uniku Gvern f’pajjiżna li għandu kredibbiltà f’dan il-qasam u li ħadem sabiex jistabbilizza l-prezzijiet tal-enerġija filwaqt li naqqas b’ammont konsiderevoli t-tniġġis meta għalaq il-fabbrika tal-kanċer li ħallielna Gvern Nazzjonalista. Madanakollu, dan ma jfissirx li din ir-realtà ma tistax tolqotna għaliex l-ebda pajjiż ma jista’ jfendi għal rasu. Fid-dinja globalizzata li ngħixu fiha, b’modi indiretti xorta jista’ jkun hemm impatti fuq pajjiżna u għaldaqstant huwa daqstant ieħor importanti għalina, anke fid-dawl li aħna pajjiż b’riżorsi limitati, li fuq livell Ewropew insibu soluzzjonijiet li jwassluna għal aktar sostenibilità sabiex ħadd ma jaqa’ lura. Ma jistax ikun li filwaqt li qegħdin nirsistu sabiex inġibu l-ekonomiji tagħna lura fuq saqajha jkollna intopp kbir bħal dan li jisfratta l-isforzi kbar kollha li għamil-

na u li qed nagħmlu lkoll. Dan huwa l-messaġġ li mexxejt ’il quddiem fil-Kumitat għall-protezzjoni tal-Konsumaturi u s-Suq Intern fejn anke ħeġġiġt lill-Kummissjoni Ewropea tkompli tibni fuq il-ħidma li diġà bdiet, tfittex tintervjeni u tiġi ’l quddiem biex taħdem mal-Istati Membri sabiex flimkien isibu soluzzjonijiet li jagħtu lok għal miżuri speċifiċi li kull pajjiż irid jiddetermina sabiex jilqa’ għall-isfidi li qed jiffaċċja s-settur domestiku tiegħu. Filwaqt li kulħadd għandu l-isfidi, l-ebda pajjiż m’għandu sitwazzjoni identika għal dik ta’ Stat Membru ieħor. Bla dubju ta’ xejn, dan kollu jrid isir ukoll fi sfond tal-ħidma kbira kkordinata li għaddejja sabiex nilħqu l-miri biex innaqqsu t-tniġġis u fl-istess ħin niżguraw li l-partijiet interessati fl-ekonomija tagħna ma jiġux sopravalutati b’tali mod li dan jirriżulta fi tfixkil serju għall-irkupru tagħna.

L-IMPATT TAT-TIBDIL FIL-KLIMA FUQ STATI ŻGĦAR

ALEANDRA MUSCAT Parteċipanta tal-Programm LEAD

Din il-ġimgħa d-dinja kienet iffukata fuq is-summit ‘COP26’ li ġie organizzat ġewwa Glasgow sabiex il-mexxejja ta’ diversi pajjiżi jingħaqdu flimkien u jiddiskutu l-ikbar prijorità dinjija, it-tibdil fil-klima. Wara l-impatt li ħalliet il-pandemija tal-COVID-19, id-dinja kollha għandha quddiemha sfida sabiex l-irkupru ekonomiku u soċjali jkun wieħed li jkopri wkoll soluzzjonijiet għal din l-isfida internazzjonali li diversi esperti mediċi jqisuha bħala theddida

għas-saħħa pubblika akbar mill-COVID-19. L-impatt fil-fatt diġà beda jinħass f’temperaturi estremi, żieda fil-livell tal-baħar, maltempati kbar, għargħar u nixfa kbira f’diversi postijiet. Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela aċċenna b’mod speċjali għall-fatt li bħala gżira żgħira, Malta, flimkien ma’ stati gżejjer żgħar oħra taffaċċja sfidi kbar. Dan għaliex għalkemm il-produzzjoni tal-emissjonijiet ta’ gżejjer stati żgħar hija inqas minn 1%, in-natura tal-gżejjer tagħmilna l-aktar vulnerabbli għal temperaturi estremi u żidiet fil-livell tal-baħar. Huwa stmat li fil-100 sena li ġejjin il-livell tal-baħar se jogħla b’5mm kull sena, bidla li ġġib magħha konsegwenzi kemm soċjali kif ukoll ekonomiċi. Din it-theddida għall-kosta tagħna tħalli wkoll impatt fuq is-sistemi bijoloġiċi u l-bijodiversità marittima lokali, li fuqhom jiddependu kemm l-għajxien ta’ bosta Maltin u Għawdxin, kif ukoll it-turiżmu. Skema importan-

ti f’dan ir-rigward imnedija riċentement hija dik imsejħa ‘ship to shore’ fejn il-vapuri li jiddaħħlu fil-portijiet tagħna ma jżommux il-magni tagħhom mixgħulin iżda jinqalbu għall-enerġija elettrika permezz ta’ infrastruttura installata fil-portijiet tagħna b’investiment ta’ €50 miljun. L-emissjonijiet fit-toroq tagħna wkoll qed jiġu indirizzati permezz ta’ aktar inizjattivi sabiex iħeġġu aktar sewwieqa jagħżlu karozzi elettriċi. Fost dawn l-inizjattivi nsibu żieda sostanzjali fil-fondi mogħtija għal xiri ta’ karozzi elettriċi, li fl-2022 se jammontaw għal €12,000, filwaqt li ser jiżdiedu b’1,200 iċ‘charging points’ għal dawn il-vetturi madwar Malta u Għawdex fit-tliet snin li ġejjin. Iżda l-aktar żewġ proposti fil-qasam tat-trasport li jistgħu jħallu impatt pożittiv ħafna fuq l-ambjent, fl-opinjoni tiegħi huma t-trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd u l-introduzzjoni tas-sistema tal-Metro. Kollox jiddependi iżda fuq kemm dawn

is-servizzi jkunu effiċjenti kif ukoll fuq l-għażliet personali tagħna. Jekk verament nixtiequ ngħixu f’ambjent nadif u b’inqas tniġġis, irridu nkunu aħna li nagħmlu l-ewwel pass b’bidliet żgħar li kollettivament iwasslu għal effetti kbar. Iċ-ċokon ta’ pajjiżna jġib miegħu limitazzjonijiet kbar fejn jidħlu l-użu ta’ sorsi rinnovabbli differenti għall-produzzjoni tal-enerġija. Hekk kif l-ekonomija ta’ pajjiżna tkompli tikber, id-domanda għall-enerġija wkoll tkompli tiżdied u għalhekk sabiex inżommu mal-miri tal-emissjonijiet huwa meħtieġ li nsaħħu l-konnettività tagħna mal-grids elettriċi tal-Ewropa. Fl-aħħar mill-aħħar, il-pandemija serviet ta’ xhieda kemm l-ekonomija u s-saħħa jimxu id f’id. Ma jistax ikollna żvilupp ekonomiku jekk il-poplu ma jkunx b’saħħtu u għalhekk l-importanza li nnaqqsu l-impatt tat-tibdil fil-klima huwa kbir. Il-Prim Ministru semma wkoll il-fatt li Malta kienet proprju l-ewwel pajjiż li ġib-

det l-attenzjoni tal-Ġnus Magħquda fl-1998 dwar it-tibdil fil-klima, u din il-ħidma trid tibqa’ waħda kontinwa. Il-Kummissjoni Ewropea wkoll irrikonoxxiet l-impenn ta’ pajjiżna f’dan il-qasam hekk kif il-pjan għall-infiq talfond ta’ rkurpru wara l-pandemija huwa l-iktar wieħed li jinvesti fi proġetti ambjentali fost l-Istati Membri kollha. Dan l-infiq jista’ jgħin sabiex nilħqu l-miri ambizzjużi fejn jidħlu emissjonijiet. Dan ma jistax iseħħ iżda jekk il-pajjiżi kollha ma jimxux din il-mixja flimkien u jiġbdu ħabel wieħed. Bħala stati gżejjer żgħar għandna ningħaqdu flimkien sabiex niżguraw li l-isfidi tagħna jkunu magħrufa u naħdmu sabiex insibu mod effiċjenti sabiex negħlbuhom. Fl-aħħar mill-aħħar, dan huwa riżultat ta’ snin twal ta’ żvilupp bla preċedent li wasslu għal dawn l-effetti u huwa għalhekk id-dmir tagħna issa li nisimgħu l-karba tal-ambjent sabiex nagħmlu li nistgħu biex insalvawh qabel ma jkun tard wisq.


13

07.11.2021

GĦAJNUNA KONTINWA

CHRIS AGIUS Segretarju Parlamentari

Matul l-aħħar ġimgħa u għallġimgħat li ġejjin, il-Parlament qed jiddiskuti l-Baġit, fejn waqt kull seduta jiġi diskuss kull ministeru. Wara li tħabbar il-Baġit, illum ngħid b’aktar konvinzjoni kemm jien kburi u onorat li nagħmel parti minn dan il-partit. Jien għal dawn l-aħħar 25 sena irrappreżentajt lit-Tieni Distrett f’din l-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, distrett fejn il-maġġoranza assoluta tannies ġejjin mill-klassi tal-ħad-

diema, fejn persentaġġ għoli huma anzjani. Allura bilfors tkun kburi meta tara dan ilGvern iħabbar baġit mimli miżuri soċjali li jikkonferma li għad għandu fuq quddiem nett lil dawk l-aktar fil-bżonn. Gvern bi kredenzjali soċjalisti, li qatt ma nesa għal xiex twaqqaf u x’inhuma l-għeruq tiegħu. Għandna Gvern fejn fl-aktar mument ta’ bżonn, kien hemm sabiex jgħin lil kull min kellu bżonn l-għajnuna. Matul dawn l-aħħar sena u nofs, waqt iż-żminijiet diffiċli li għaddejna minnhom, ħarisna biex ebda impjieg ma jintilef, biex ebda negozju ma jżarma, biex ebda familja ma titlef mid-dħul tagħha. U issa b’dan il-Baġit komplejna ngħinu lill-familji tagħna, b’ħafna miżuri biex nassiguraw li nħallu pajjiż aħjar għal uliedna. Minbarra l-ħafna miżuri soċjali li għamilna, komplejna noħolqu u ntejbu skemi biex aktar Maltin u Għawdxin isiru sidien ta’ djarhom. Mhux hekk

biss, iżda rridu naraw li d-djar fiċ-ċentri tal-ibliet u tal-irħula tagħna, possibbilment jinżammu sabiex insalvaw l-istil tradizzjonali tagħhom. Inżommu dawk il-faċċati sbieħ u dawk il-gallariji u aperturi tal-injam. Allura issa qed nagħmluha aktar faċli li wieħed isir sid ta’ waħda minn dawn id-djar. Kull minn jixtri proprjetà f’UCA, jista’ jiffranka milli jħallas it-taxxa sa fuq l-ewwel €750,000. Dan żgur ser jgħin sabiex ikollna qawmien ġdid fiċ-ċentri tal-ibliet u tal-irħula tagħna. Mhux hekk biss, iżda jekk ix-xerrej ikun first time buyer, jirċievi €15,000 jekk il-proprjetà tinsab f’Malta u €30,000 jekk tinsab ġewwa Għawdex. U hemm aktar għajnuniet għal min jixtri din it-tip ta’ proprjetà. Ser ikun hemm rifużjoni fuq ħlas ta’ VAT li tintnefaq sa massimu ta’ €54,000. Dan minbarra l-iskema fejn wieħed jiffranka t-taxxa tal-boll fuq l-ewwel residenza sal-ewwel €200,000 u l-għajnuna għal min ma jistax iħallas l-10%. U

ħafna aktar skemi biex aktar familji jkomplu jsiru sidien ta’ djarhom. Dawn l-għajnuniet żgur kienu kruċjali sabiex is-suq tal-proprjetà kompla jikber anke waqt iż-żminijiet diffiċli waqt il-pandemija. Jekk wieħed jagħti ħarsa ħafifa kemm kiber is-settur insibu li fejn tidħol reġistrazzjoni ta’ kuntratti fl-ewwel disa’ xhur tas-sena 2018 kien hemm 9,400 kuntratt u din is-sena dawn telgħu għal 10,440. Jekk dawn il-kuntratti taqlibhom f’valur insibu li fl-2018 dawn il-kuntratti kienu jammontaw għal €1 biljun 7,760 miljun, li din is-sena telgħu għal €2 biljuni 262 miljun. Dan jagħmilha aktar importanti li dan is-settur nindukrawh. Għalhekk matul is-sena l-oħra waqqafna l-Awtorità għall-Bini u Kostruzzjoni sabiex ikollna settur regolat aħjar, fejn ikollna liġijiet li jimxu mal-bidliet li seħħu f’dan is-settur. Is-sena l-oħra wkoll waqqafna l-liġi li tirregola lil dawk kollha li jaħdmu fil-be-

jgħ tal-proprjetà. Dan ser iwassal sabiex dawk kollha li jaħdmu fis-settur irid ikollhom liċenzja sabiex ikunu jistgħu jaħdmu mill-1 ta’ Jannar 2022. Dan kien baġit li jkompli jibni fuq l-għaqal u l-bżulija ta’ dan il-poplu, baġit imsejjes fuq it-twemmin tagħna bi kredenzjali soċjalisti sabiex inħallu lil uliedna pajjiż ħafna aħjar minn dak li għandna llum.

Minbarra l-ħafna miżuri soċjali li għamilna, komplejna noħolqu u ntejbu skemi biex aktar Maltin u Għawdxin isiru sidien ta’ djarhom

L-AMBJENT FUQ NETT TAL-AĠENDA

ELAINE DEGIORGIO Chairperson Fondazzjoni iDEAT

Huwa ċar ħafna li fl-aħħar snin, hawn aktar kuxjenza fuq il-ħtieġa li nħarsu u nissalvagwardjaw l-ambjent ta’ madwarna. Spiċċa ż-żmien tal-egoiżmu u xi minn daqqiet bigottiżmu li l-ambjent nieħdu ħsiebu għada għax illum ninsabu komdi u għada ħadd ma rah. Fid-dinja li qed ngħixu fiha huwa ċar li l-effetti fuq l-ambjent qed jinħassu diġà aħseb u ara x’se jiġri għada. Tajjeb li nfakkru lilna nfusna qabel ma forsi ngħaġġlu u ngħidu, ‘imma għada min rah’ li għada se jgħixu fih uliedna u wlied uliedna. Għaldaqstant għandna obbligu li

nħarsuh. Ikun hemm min jistaqsi imma x’inhu t-tibdil fil-klima u kif qed jinħass issa? Din ilġimgħa stess li qed nispiċċaw illum, hija eżempju ċar. Sħana ferm aktar mis-soltu, għal xahar li normalment fih jibda jiksaħ mhux ftit u meta salġimgħa l-oħra kienet ġimgħa ta’ maltemp ta’ ċertu qilla. Eżempji prattiċi oħra tat-tibdil tal-klima huma kemm qed jogħla l-livell talbaħar li dan jista’ jfisser impatt dirett fuq lokalitajiet madwar id-dinja kollha li jinsabu viċin ix-xtajtiet jew li qegħdin f’livell mal-baħar. Dawn ir-realtajiet hemm bżonn li jkunu affaċċjati bl-aħjar mod u mingħajr aktar telf ta’ żmien. F’Malta, il-Gvern, mhux qed jirrikonoxxi din ir-realtà, iżda qed jaġixxi. Il-Gvern qabel mal-miri Ewropej li sa 2050, l-Ewropa tkun carbon neutral iżda fil-frattemp, kien hemm qbil ukoll li sas-sena 2030, jonqsu l-emissjonijiet tal-karbonju b’55%. Dawn il-miri, il-Gvern mhux biss qabel magħhom fuq biċċa karta iżda qed jaħdem fuqhom. U kif qed

jaħdmu fuqhom? L-ewwel sinjal b’saħħtu ħafna fl-aħħar xhur kien ilpjan ta’ rkupru post-Covid-19, fejn Malta ressqet ’il quddiem l-aktar pjan favur l-ambjent fl-Ewropa, tant li nnotat dan il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursola Von der Leyen. Permezz ta’ dan il-pjan, ilGvern Malti qed jikkommetti li juża dawn il-fondi sabiex iwettaq proġetti li jkunu aktar ‘ħodor’. Ma rridux ninsew ukoll li fil-bidu tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, lura fl-2013, il-Gvern kien bagħat sinjal b’saħħtu favur l-ambjent bit-tneħħija tal-heavy fuel oil, l-iktar fuel li jħammeġ, sabiex biddlu mal-gass. Illum il-Gvern terġa’ qed iħares lejn proġetti oħra fejn l-enerġija tiġi fil-forma tal-idroġenu jew saħansitra l-green hydrogen li terġa’ huwa aktar pro-ambjent. L-aħħar baġit imressaq wera wkoll b’mod b’saħħtu ħafna l-impenn tal-Gvern Robert Abela favur l-ambjent. Jiena nara tliet miżuri b’saħħithom ħafna f’dan ir-rigward. L-ewwel u qabel kollox ilfatt li minn Ottubru 2022 se

jkun qed jingħata t-trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd. Miżura li se tfisser li kulħadd se jkollu inċentiv biex ma jużax il-karozza tiegħu, iżda jagħżel li jibda jmur bit-trasport pubbliku. It-tieni hija ż-żieda fis-sussidju, li issa se jlaħħaq il-€11,000 għal dawk li se jixtru karozza li taħdem bl-elettriku u fl-aħħar u mhux l-inqas proġetti kbar ta’ afforestazzjoni fil-park tal-Inwadar fin-Nofsinhar ta’ Malta. Dawn kollha huma sinjali b’saħħithom ħafna u magħhom nistgħu nżidu wkoll miżuri u għajnuniet li se jirċievu dawk li jixtru proprjetà fil-qalba tal-irħula u l-ibliet tagħna li se jgħinu sabiex l-ambjent li ngħixu fih, ikun dejjem aħjar. Ma nistax ma nsemmix iżda l-aħħar avvenimenti, dik tal-laqgħa tal-COP 26 ġewwa l-Iskozja, laqgħa li għaliha attenda wkoll il-Prim Ministru Malti Robert Abela flimkien mal-mexxejja l-oħra dinjin. Dr Abela stqarr li quddiem il-problema tat-tibdil fil-klima hemm bżonn azzjonijiet kemm minn pajjiżi li huma kbar iżda anke dawk li huma żgħar. Din l-affermazzjoni hija

l-bażi ta’ kollox. Huwa meħtieġ li nibqgħu naħdmu b’mod iffukat sabiex din l-isfida globali tingħeleb billi kulħadd jagħmel il-parti tiegħu. Ilkoll kemm aħna għandna naħdmu sabiex l-ambjent jibqa’ fuq nett tal-aġenda ħalli tabilħaqq nassiguraw pajjiż li jixraq lil uliedna.

Ma rridux ninsew ukoll li fil-bidu tal-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, lura fl-2013, il-Gvern kien bagħat sinjal b’saħħtu favur l-ambjent bit-tneħħija tal-heavy fuel oil, l-iktar fuel li jħammeġ, sabiex biddlu mal-gass


14

07.11.2021

IL-PARK NAZZJONA

IT-TISWIR TIEGĦU TUL Ħ Dr. Steve Borg, Chairperson tal-Bord tal-Governanza Dawk minnkom li dan l-aħħar bdejtu tmorru timxu u tgawdu l-beraħ li joffri l-Park Nazzjonali tal-Inwadar qegħdin issibu post nadif u li joffri ambjent san fejn tistgħu sserrħu l-menti mill-istorbju tal-inħawi urbana ta’ Malta u titpaxxew bil-veduti tal-kosta tipika Maltija Mediterranja. L-istorja ma kenitx hekk sa ftit ilu. Anzi bil-maqlub, minflok kien hemm miżbla li tagħmlilna għajb bħala poplu. Jiena trabbejt fl-inħawi u fi tfuliti niftakar din ix-xtajta mimlija mogħdijiet tar-riġel, il-ħbula tal-għelieqi mimlijin silla, xgħir u qamħ u r-riħa tfewwaħ tax-xagħri ftit wara li tagħmel ix-xita. Fis-sena 2000 studju xjentifiku mill-Fakultà tal-Bijoloġija fi ħdan l-Università ta’ Malta identifika għadd ta’ flora indiġena u endemika importanti li kienet tinsab f’dawn l-inħawi, speċjalment fix-xagħri tal-baħar li jinsabu tul il-medda tal-kosta. Minkejja l-evidenza xjentifika miġbura f’dan ir-rapport, kif ukoll li l-Pjan ta’ Struttura għan-Nofsinhar ta’ Malta tal2006 maħruġ mill-MEPA elenka żona biex il-Gvern jiddikjaraha park nazzjonali, dawn ir-rapporti tħallew jimmuffaw fuq l-ixkaffa u minflok ma tnaddaf u ġie indukrat, il-post kompla jmur għall-agħar bir-rimi ta’ kull tip ta’ skart u abbuż uman mingħajr l-ebda tip ta’ infurzar tal-liġi. Għajb. L-affarijiet bdew jinbidlu meta fl-2015 twaqqaf kumitat ta’ tmexxija fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, magħmul minn grupp żgħir ta’ nies li jispeċjalizzaw f’oqsma xjentifiċi differenti u li kellna għan wieħed biss – li nibdew nippjanaw kif medda ta’ art mitluqa bejn ix-Xgħajra u ż-Żonqor f’Wied il-Għajn twassal għall-ħolqien tal-Park Nazzjonali tal-Inwadar. Flimkien flejna r-rapporti eżistenti dwar l-inħawi, l-istat tal-art u anki l-obbjettivi li kellhom ikunu l-pilastri ewlenin li fuqu jitmexxa l-park. Kellu jkun f’Ottubru tal-2016 li ż-żona ġiet stabbilita bil-liġi bħala Il-Park Nazzjonali tal-Inwadar, ġie ippubblikat il-Management Plan Brief mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u twaqqaf il-Bord tal-Governanza, biex jibda jindirizza l-isfidi enormi li kellu quddiemu. Jgħidulek: Minn fejn taqbad tibda?. L-akbar sfidi kienu li jibda jitneħħa kull tip ta’ skart mormi hemm, il-parti l-kbira eluf ta’ tunnellati ta’ terrapien tal-industrija tal-kostruzzjoni li ntrema tul is-snin bl-aktar mod irresponsabbli, u miegħu kull tip ta’ skart domestiku u fdalijiet ta’ annimali, dan kollu b’dannu kbir fuq l-ambjent naturali u storiku. Imma fl-istess waqt ridna li matul it-tindif, inrażżnu rimi ieħor u nibdew ngħassu nħawi differenti b’sistemi ta’ CCTV, li joperaw lejl u nhar. Waqqafna r-rimi tal-iskart goff, bdejna nikkontrollaw

l-abbużi u rsistejna bi program maniġġjar biex filwaqt li nneħ ra tal-post u nnaqqsu l-perikli l-preġji tiegħu filwaqt li nagħm Twettqu diversi studji xjen li fihom identifikajna l-pjanti a kienu qegħdin jinfirxu u fil-pro hom uħud li ma jikbru mkien ie na tal-baħar u l-ġiżi ta’ Malta. L bir-reqqa wara rapporti ddet tar-Riżorsi Ambjentali (ERA), meħtieġa, anki fil-qafas tal-Ist sien tal-Bijodiversità. Bdejna nduru u nneħħu l-im pubbliċi, applikajna u wettaqn ti minnhom ukoll bi proġett t Għamilna diversi mawriet bil-la lokalitajiet ta’ Malta, biex ikunu jaraw il-Ġolf il-Kbir, l-għerien t viċin, filwaqt li għamilna għotji bjentali u storiċi lil ħafna librer inżidu l-għożża u l-għarfien fos Aħna konxji li ż-żoni fil-ber daqstant, ridna noħolqu mke jista’ jiġi jgawdi l-ħin u jistrieħ. tifika żoni li fihom in-nies jistg b’dannu minimu fuq il-flora u lL-isem tal-park ittieħed mi nom komuni ‘nadur’, li bil-Ma fejn tista’ tgħarrex fil-bogħod park, għolja naturali minnhom l-Inwadar. Ironikalment ftit ’il abbużiv u telqa totali, b’siġar i bruġ sħaħ xhieda ta’ rdim illega ambjentali. U għaldaqstant, twieled ilMasġar ta’ San Anard. Minn dan luq għall-abbuż għal kważi no inkisbu l-permessi u ġew imp terventi. Tneħħew eluf ta’ fliex ċeramika u kull skart immaġin terrapien. Saru l-konok u fil-we lu mijiet ta’ siġar tal-ħarrub, żn Kull konka ġiet imħaxilfa biex Malti u s-siġar issaqqew regola kif il-masġar jibda jimmatura b anki fix-xhur li ġejjin, inkunu q


15

07.11.2021

ALI TAL-INWADAR:

ĦAMES SNIN TA’ ĦIDMA

mmi metikolużi ta’ mikro-imħħu l-ġrieħi u l-kruhat fid-dehi, nibdew fl-istess ħin noħorġu mlu l-post aktar sikur. ntifiċi minn botanisti esperti, aljeni invażivi fil-park kollu, li oċess joqtlu pjanti Maltin, fosteħor fid-dinja, fosthom il-bebuL-ispeċi aljeni bdew jitneħħew ttaljati mibgħutin lill-Aġenzija li tirregola il-permessi kollha trateġija Nazzjonali għall-Ħar-

mbarazz fuq il-ħitan tas-sejjieħ qna b’suċċess restawr ta’ partal-EAFRD tal-Unjoni Ewropea. aneċ lil eluf ta’ tfal minn ħafna u jistgħu jgawdu l-kosta u anki tas-Swali u l-Ġolf l-Abjad milliet ta’ eluf ta’ kotba b’temi amriji pubbliċi madwar Malta biex st it-tfal tagħna. raħ f’Malta huma ftit. U għalejjen fil-park fejn il-pubbliku . F’dan ir-rigward il-Bord idengħu jmorru, u anki jinġemgħu, l-fawna tal-park. ill-kelma Inwadar, plural tanalti tfisser post fl-għoli minn mingħajr xkiel. U appuntu film ħdejn San Anard hija msejħa l bogħod sibna masġar fi stat ilhom snin mejtin jew aljeni u ali ta’ terrapien apparti l-ħerba

-proġett tal-immaniġġjar taln is-sit biss, abbandunat u mitofs seklu, saru studji xjentifiċi, plimentati diversi fażijiet t’inxken tal-ħġieġ u plastik, friġis, nabbli, u mijiet ta’ tunnellati ta’ esgħat imnaddfa bdew jitħawnuber, deru, alaternu u ballut. iżżomm it-tira fil-qilla tas-sajf arment minn Parks Malta. Hekk bis-siġar li se nkomplu nħawlu qegħdin noħolqu bijosfera nat-

urali b’veduta mill-isbaħ, u li sa ftit ilu l-poplu kien imċaħħad minnha. Mill-park kollu tneħħew mal-elf u mitt tunnellata skart. Sar restawr ekoloġiku fil-Ġolf il-Kbir fejn tħawlu mijiet ta’ bruka u tnaddfet il-Ponta taż-Żonqor, minn fdalijiet tat-tarmak u planki tal-konkos mormijin bl-addoċċ u minflok tħawlu siġar tal-bruka, li jifilħu l-melħ u l-maltempati tal-Grigal li huma esposti għalihom l-inħawi. Hawn il-pubbliku jista’ jgawdi l-kosta, kif jagħmel tul l-iljieli sajfin. B’riżultat tal-isforzi fejjieda u kontinwi tagħna, fl-2019 ilpark żdiedlu l-istatus tiegħu, billi ġie ddikjarat żona ta’ konservazzjoni speċjali ta’ importanza nazzjonali skont il-Liġijiet ta’ Malta. F’Mejju li għadda Parks Malta ħabbru li se ssir pjattaforma rikreattiva li fiha l-pubbliku se jsib armati fil-post settijiet tal-BBQ kbar, u bankijiet għad-diżpozzizjoni tiegħu u li se tkun aċċessibli għall-persuni li jużaw siġġu tar-roti. Dan għamilnieh mhux biss biex noffru post sikur u sabiħ mal-baħar lill-pubbliku imma anki biex nimmitigaw il-ħsara li kienet qiegħda ssir b’min inajjar u jkebbes fix-xagħri, li issa hija attività mhux permessa. Meta se jitlesta l-Park? Din hija mistoqsija fuq fomm ħafna. L-ebda park naturali fid-dinja ma jitlesta, għaliex dan huwa post ħaj, mimli bi ħlejjaq li huma organiżmi biċ-ċiklu naturali tagħhom, u li għalhekk jeħtieġu attenzjoni li ma tintemm qatt. Imma l-istat tal-indafa llum, permezz tal-persistenza tagħna, hija ħafna aħjar u diġà bdejna naraw żieda sostanzjali t’insetti, bħan-naħal u friefet li jirgħu fuq il-fjuri li żdiedu minħabba r-riġenerazzjoni naturali sforz tat-tindif metodiku u li xi drabi jsir bl-idejn. Minn sena ilu, ġew ikkummissjonati esperti biex iħejju l-Pjan tal-Immaniġġjar tal-Park għassnin 2022-2027 b’konsulta mal-Bord tal-Governanza u Parks Malta u b’hekk se nkunu nafu b’mod preċiż liema huma l-imkejjen fejn tista’ ssir l-afforestazzjoni b’siġar indiġeni, lil hinn mix-xagħri protett, kif ukoll x’obbjettivi se nkomplu nindirizzaw. Miżura li għadha kif tħabbret fil-Baġit hija l-allokazzjoni ta’ għoxrin miljun ewro, mifruxin fuq ħames snin, biex ilPark Nazzjonali tal-Inwadar jilħaq l-obbjettivi tiegħu. Hija konferma li l-Gvern, u l-Ministeru għall-Enerġija u l-Iżvilupp Sostenibbli mmexxi mill-Onor. Miriam Dalli, u bl-operat ta’ Parks Malta, immexxi mid-Direttur Ġenerali Adrian Attard, se jkompli jinvesti f’dan il-park kemm biex iħares il-wirt naturali u storiku tiegħu, kif ukoll għat-tgawdija tal-Maltin u dawk kollha li jogħġobhom iżuruh.


16

07.11.2021

IX-XLENDI – IL-PAZJENT LI WASAL FL-AĦĦAR

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Normalment, tobba u kirurgi li jsibu quddiemhom pazjent li jkun għadu kemm għadda minn trawma ta’ inċident li permezz tiegħu jkun imdendel b’ħajta jekk isalvax jew imut, anki jekk b’numri żgħar ta’ possibiltajiet li jistgħu jsalvawh, jagħmlu minn kollox biex jagħtuh il-ħajja mill-ġdid. Għadni rrid nisma’ b’każ, fejn pazjent jiddaħħal kważi mejjet l-isptar u xi ħadd jiddeċiedi li ma jagħmilx sens ekonomiku li jippruvaw isalvawh jew inkella se jkun ħela ta’ ħin li jagħmlu dan għaliex ikun diġà tilef wisq demm. Dawn xorta waħda jagħmlu dak kollu possibbli u ma jħallu l-ebda dubju li verament ħadu l-miżuri kollha meħtieġa biex jgħixuh. Jidher li f ’dak li hu ambjent u deċiżjonijiet meħudin fuq applikazzjonijiet ta’ żvilupp mhux l-istess jiġri. Donnu li fejn hemm l-ikbar emoraġija, minflok nieħdu l-miżuri drastiċi u f ’waqthom biex insalvaw il-pazjent, qed nirraġunaw b’mod li ladarba issa l-ferita hija fonda, ejja nagħtuh l-aħħar daqqa aħna ħalli ma jkomplix ibati u l-mewt tiġi aktar malajr. Fl-aħħar jiem, bħal ħafna, segwejt dak li ġara fix-Xlendi, Għawdex. Deċiżjoni tal-ftit li għażlu li jmorru kontra kollox u kulħadd u japprovaw permess li permezz tiegħu se jkompli jinqered il-Wied tax-Xlendi. Bħal donnu dawn irraġunaw li ladarba l-parti tan-naħa l-oħra diġà ħolot sfreġju totali fuq dik in-naħa talbajja, mhu se jkun ġara xejn li nkomplu bl-istupru fuq in-naħa l-oħra wkoll. Dak li qed jiġi propost se jeqred darba għal dejjem l-unika biċċa li għadha verġni f ’ din il-bajja. Ovvjament, kemm l-iżviluppatur kif ukoll min ħa d-deċiżjoni, għandhom il-konfort li dan qed isir skont il-policies eżistenti u allura dan huwa dritt sagrosant tal-iżviluppatur. Kemm trid huwa dritt tiegħu, imma ejjew nargumentaw dan il-mod ta’ ħsieb. Mela qed ngħidu li jekk tissottometti applikazzjoni li hija skont il-policies, ma nħarsu lejn xejn iktar u napprovaw, li ma jmurx immissu xi nitfa mid-drittijiet tal-iżviluppatur. Sewwa. Tajjeb wisq. Ejjew inpinġu xenarju realistiku. Farmhouse fl-Għasri Għawdex. Farmhouse li ilha mibnija għal għexieren ta’ snin fuq żewġ sulari, bħall-kumplament tat-triq. Is-sid jikri din il-farmhouse fix-xhur tas-sajf u jgawdiha hu fix-xhur tax-xitwa. Dan investa biex xtara din il-farmhouse kif deskritt hawn fuq. Dar-

ba fost l-oħrajn, ta’ maġenbu jiddeċiedi li jwaqqa’ l-farmhouse tiegħu u jtella’ appartamenti fuq tliet sulari u penthouse. Jixtri l-art li ddawwar din il-farmhouse u tliet ħitan minn erba’ li jduru mal-pool u bitħa ta’ din il-farmhouse, jispiċċaw għoli ta’ kważi erba’ sulari, miżbugħin bojod silġ. Imma x’jimporta! Is-sid ta’ maġenbu kellu dritt jixtri, kellu dritt jinvesti u kellu dritt jibni. Dan id-dritt l-Awtorità tal-Ippjanar trid tissalvagwardjah għaliex inkella tkun qed tmiss id-drittijiet tal-persuna. Il-mistoqsijiet leġittimi li jsegwu huma ovvji; • Min ħares id-dritt ta’ sid il-farmhouse li hu wkoll investa flok xtara appartament, xtara farmhouse bil-pool u ġnien biex jgħix kwalità ta’ ħajja aħjar ġewwa daru? • Min ħares id-dritt tar-residenti li issa tilfu kull aċċess għax-xemx fil-btieħi tagħhom? Dan l-eżempju japplika għal kull residenza oħra u kull tip ta’ żvilupp. Issa jien nifhem li kulħadd igerger sakemm hu wkoll jiddeċiedi li jagħmel l-istess. Però kif qed nagħmlu l-affarijiet, qed inkunu aħna stess li nimbuttaw lil min xtaq isalva dak li għandu, għalih u għal ta’ madwaru, li jagħmel dan. Għax if you can’t beat them join them hux! Huwa ċar u evidenti li l-pjanijiet lokali, bl-eċċezzjonijiet kollha li saru fihom tul iż-żmien, qed iwasslu għall-qerda tal-ftit li fadal. M’għandix ċans nidħol f ’dan issa għax l-ispazju huwa limitat, però rrid nagħlaq b’osservazzjoni. Aktar ma ndumu nitkellmu u nittitubaw, aktar se jkomplu jittieħdu deċiżjonijiet bħal dawk tax-Xlendi u tal-Għasri u ħafna oħrajn bħalhom. Jekk irridu nsalvaw dak il-ftit li fadal, irid ikollna l-kuraġġ nirranġaw dik il-ħsara kbira li konxjament għamel ħaddieħor fl-2006. Hemm soluzzjoni faċli? Ovvja li le. Imma li ma jsir xejn lanqas mhi alternattiva.

Dak li qed jiġi propost se jeqred darba għal dejjem l-unika biċċa li għadha verġni f’ din il-bajja. Ovvjament, kemm l-iżviluppatur kif ukoll min ħa d-deċiżjoni, għandhom il-konfort li dan qed isir skont il-policies eżistenti u allura dan huwa dritt sagrosant tal-iżviluppatur

Sur Editur, Ara x’qallek ħej! Il-Prim Ministru kien se jagħmel l-elezzjoni f’Novembru, imma l-għaref aktar minn Salamun qal li wara li hu tkellem fil-Parlament, ġara xi ħaġa u l-Prim Ministru dawwar fehmtu. Imbierka s-sapjenza ta’ dan il-bniedem e! Naħseb hekk għamel il-Prim tagħna, qagħad jistenna lill-Kap tagħhom jitkellem biex ibiddel fehmtu, x’kull waħda wkoll. Naħseb ma jafx x’għandu jagħmel il-Prim, se joqgħod ibiddel fehmtu skont x’jgħid Bernard. Kieku nimxu ’l quddiem f’dan il-pajjiż, tridx tmur! Mela l-ewwel ħawwad il-kawlata hu, il-gazzetti tiegħu bdew jippumpjaw, ħolqu inċertezza fil-pajjiż, imbagħad bħall-ispiżjar, ipprova jagħti tiegħu lill-Prim. U ħallina Bern! Bħall-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Ilhom jaqilgħu fantasiji fuq dawn! Puuuu kemm jinqalgħu, ħaqq għall-felula li għandha fuq irkoppitha l-ġara. Jekk tneħħilhom il-fantasiji, il-qlajjiet li jaqilgħu u t-taħwid li għandhom jispiċċaw ottu aktar milli huma. Mela l-Awditur ħareġ rapport. Issa dan awditur. Ħa ngħidlek jien xi jkun awditur, Sur Editur. Awditur huwa dak l-imgħallem, uffiċjali, li jipproduċi verifika. Verifika fuq il-fatti. U meta l-awditur ivveri­ fika l-fatti sab li s-sistema tal-kontijiet użata minn dal-Gvern hija l-istess waħda li kienet hemm minn dejjem. Jiġifieri minn żmien ilGvern tagħhom. Jiġifieri wkoll li l-unika differenza li għandna llum hija li għandna kontijiet orħos. Ħuduha ma saqajkom ja intamati. Basta ħafna paroli fil-vojt. Dak li dejjem jgħidu huma li l-Gvern tagħna qed jisraq fil-kontijiet hija fl-arja. Mela l-Baġit huwa fl-arja! U ħalluna! Aħna bil-fatti nitkellmu, mhux bl-arja sħuna. U l-fatti huma li l-Gvern tagħna wassal biex il-Maltin u l-Għawdxin għandhom kontijiet orħos minn żmien Gvern Nazzjonalista. U mhux biss! Ħa ngħidha qabel ma tħallina f’Diċembru suppost, Sur Editur. Merkel eat our dust! Għax il-kontijiet tagħna huma wkoll orħos minn ta’ pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea u l-orħos fiż-Żona Ewro ’k ma tridx. Taf min jgħollihom il-kontijiet? M’hemmx premju stilla għal din ta. Għax vera stilla l-Partit Nazzjonalista biex bil-proposti mgħaġġla u mhux maħsuba tiegħu jispiċċaw jogħlew il-kontijiet. Faqqagħlu erba’ bozoz enerġisejvink Bernard. Imbagħad tisma’ lill-Kap tagħhom jgħid: “Ejjew nirrealizzaw meta jasal iż-żmien li ninbidlu”. Issa vera kien qed jitkellem f’xi forum ta’ xi ħaġa. Imma ara naqra kif jista’ jinbidel dan il-partit, aħseb u ara kemm jista’ jbiddel lil ta’ madwaru. Biex jinbidel il-partit tagħhom irid jagħmel kif ngħid lil Melda tiegħi meta tivvinta xi ħaġa fid-dar. Għax jien qiegħed sew ta. Lanqas l-aħħar snin ta’ ħajti ma tħallini nistrieħ ftit. Il-ġimgħa li għaddiet qaltli li wasal iż-żmien li nagħtu dehra ġdida lill-kamra tas-sodda. Jien offrejt li nneħħi l-imbarazz, kieku. Imma ħaditha li qed ngħid għaliha. Issa jien ridt ngħid li biex inbiddlu, ridna naqilgħu kollox mill-qiegħ, kollox ġdid, u vera tkun saret bidla, hux. Tagħtini tort, Sur Editur? L-istess il-Partit Nazzjonalista. Jekk il-Kap tagħhom qed jgħid jrid jirrealizza meta jasal iż-żmien jinbidlu, għadu stordut. Għax ilu li wasal iż-żmien li jinbidlu. Għadu ma rrealizzax, imma. Sur Editur, naħseb int familjari mal-espressjoni bl-Ingliż, no further comments needed hux hekk? Ħa nagħtik titlu li qrajt fil-midja tagħhom, li għalih m’hemmx għalfejn kummenti (għax niżbalja): L-għaqda Repubblika għadha kif ingħatat il-Premju għall-Ġurnaliżmu Ħieles 2021. Mela l-attur Russell Crowe jinsab lura f’Malta għal film ġdid. Nis­ pera li ma jkollhomx xi ġbid ta’ xeni ħdejn id-Dar Ċentrali. Għax idawru l-film u jagħmlu t-tieni wieħed tal-Gladiator, li kien inġibed Malta wkoll. Isemmuh Gladiator – The Modern Saga. Imma did-darba ma jkollhomx bżonn jibnu arena ta! Kemm jidħlu sad-Dar Ċentrali u jsibu kollox lest. Narah jien lil Adrian Delia liebes ta’ gladjatur modern. U narah lid-direttur tal-film joqros lil Bernard Grech biex isir iljun. Dik tkun ġlieda tajba naħseb. Għad-dieħla, Sur Editur.


17

07.11.2021

FTEHIM GĦALL-PROVVISTA TA’ REVERSE VENDING MACHINES Il-kumpanija BCRS Malta Ltd., l-operatur liċenzjat għall-iskema tar-rifużjoni tal-kontenituri tax-xorb f’pajjiżna, għadha kemm iffirmat ftehim mal-kumpanija Envipco għall-provvista, l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ Reverse Vending Machines (RVM). Dawn il-magni se jkunu strumentali għall-operat tal-iskema fil-ġbir tal-kontenituri tax-xorb vojta, li jintużaw darba, li se tibda topera minn April li ġej. Permezz tal-aħħar teknoloġija tal-Internet of Things, il-magni mistennija jirriċiklaw 85% tal-kontenituri tax-xorb vojta, li jintużaw darba u li jitqiegħdu fis-suq sal-2026. BCRS Malta Ltd., li ġiet inkorporata s-sena l-oħra mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Produtturi tax-Xorb, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Importaturi tax-Xorb u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Bejjiegħa tax-Xorb, qalet li se tkun qed tinstalla dawn l-RVMs madwar Malta u Għawdex kmieni s-sena d-dieħla. F’kumment qabel l-iffirmar, Pierre Fava, Chairperson ta’ BCRS Malta, innota li dan il-ftehim hu mira importanti għall-pajjiż fil-mixja lejn iżjed impenn ħalli jiġi protett l-ambjent u t-trażżin fit-tibdil tal-klima. Il-kuntratt iffirmat jipprovdi għall-installazzjoni ta’ madwar 300 magna RVM madwar Malta u Għawdex, waqt li l-proċess mistenni jibda fil-jiem li ġejjin, bit-tħejjija għad-data tal-bidu tal-iske-

ma, l-1 ta’ April 2022. L-Inġinier Edward Chetcuti, Kap Eżekuttiv ta’ BCRS Malta Ltd., qal li l-kumpanija hi ħerqana li taħdem millqrib ma’ Envipco, li għandhom esperjenza twila fil-qasam ta’ Skemi ta’ Rifużjoni ta’ Depożitu (DRS). Hu qal li l-esperjenza, l-impenn f’dan il-qasam, u l-firxa ta’ prodotti li joffru, għamlu Envipco l-aqwa għażla biex jaqdu l-bżonnijiet tal-iskema. Simon Bolton, Kap Eżekuttiv ta’ Envipco, qal li huwa ta’ privileġġ għalihom li għandhom din l-opportunità fl-im-

plimentazzjoni tal-iskema Maltija, permezz ukoll tassieħeb lokali tagħhom Joseph Cachia & Son Ltd. L-iskema għar-rifużjoni tal-kontenituri tax-xorb, li se tidħol f’Malta fi żmien ħames xhur oħra, hi intiża li tagħlaq il-ħolqa fiċ-ċiklu tal-produzzjoni ta’ kontenituri tax-xorb li jintużaw darba. Kull sena, madwar id-dinja, jiġu prodotti tunnellati ta’ kontenituri tax-xorb li jintużaw darba biss, b’ammont konsiderevoli minnhom jispiċċaw mormija b’mod traskurat, bil-konsegwenza li jniġġsu l-ibħra u

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

l-ambjent. L-iskema lokali se tkun qed tindirizza din il-problema billi tinċentiva lill-konsumaturi jirritornaw dawn il-kontenituri għal rifużjoni ta’ depożitu u b’hekk effettivament iddawwar il-problema f’opportunità. BCRS Malta Ltd. se tassumi r-responsabbilità għall-ġbir tal-kontenituri li jintużaw darba, minn Malta u Għawdex, f’isem il-produtturi, ilbejjiegħa u l-ħwienet tal-ikel u r-restoranti. Biex tilħaq dan il-għan, il-kumpanija qed tinvesti minn kapital privat ta’

€15-il miljun f’infrastruttura, għal sistema ta’ riċiklar tal-kontenituri front-end u back-end. L-iskema Maltija se tinċentiva l-ġbir tal-kontenituri tax-xorb li jintuża darba waħda biss, permezz tal-ħlas ta’ depożitu ta’ 10ċ fuq il-bejgħ tal-prodotti, li jkun jista’ jinġabar lura mill-konsumatur. Dawn il-prodotti jinkludu fliexken tal-ilma, xorb karbonizzat, xorb mhux karbonizzat, cider, birra, kafè lest biex jinxtorob, essenzi filħġieġ, fliexken tal-metall jew landa.


18

07.11.2021

IL-BELT VALLETTA IRNEXXIELHA TISFIDA L-AGĦAR MUMENTI TAL-PANDEMIJA Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Matul il-pandemija rajna kif bosta bliet madwar id-dinja sfaw fil-baħħ. Il-lockdowns li saru f ’pajjiżi barra minn xtutna, tista’ tgħid li qatlu għalkollox l-ibliet li konna mdorrijin naraw vibranti. Għalkemm il-kapitali Maltija, il-Belt Valletta ntlaqtet mill-pandemija wkoll għaliex wara kollox, pajjiżna huwa parti mill-globu, grazzi għall-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta mmexxija miċ-Ċermen Jason Micallef, baqgħet għaddejja u rnexxielha żżommha ħajja. Tkellimna miegħu u spjegalna wkoll x’hemm ippjanat għall-ġejjieni. Kif irnexxielkom iżżommu l-belt kapitali Maltija ħajja għal sena oħra waqt pandemija? Perseveranza u determinazzjoni kbira. Il-Belt Valletta kienet l-agħar li ntlaqtet fixxhur tal-pandemija, ekonomikament, kulturalment, u soċjalment. Din id-daqqa ġiet wara s-suċċess ekonomiku, soċjali u kulturali filBelt Valletta bejn l-2017, 2018 u 2019 sakemm faqqgħet il-pandemija. Illum ngħid li minkejja kollox mhux biss irnexxielna nilqgħu għal din l-isfida bla preċedent, imma rnexxielna nżommu l-ħajja għaddejja fil-Belt Valletta fiċ-ċirkostanzi straordinarji li kellna. Minkejja r-restrizzjonijiet kollha tal-miżuri xorta organizzajna kif stajna attivitajiet bħall-Valletta Green Festival, kunċerti żgħar imma effettivi inkluż qalb il-komunità, u anke t-tiżjin tal-Milied u produzzjoni speċjali għat-televixin ta’ lejlet l-ewwel tas-sena (202021) minn ġewwa Sant’Iermu. Fuq kollox waqt il-pandemija rnexxielna nlestu u niftħu l-akbar proġett infrastrutturali tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, il-Valletta Design Cluster. Dan hu ġojjell artistiku, kulturali u soċjali fil-qalba tal-komunità Beltija.

Kemm qed jirrikonoxxu l-ħidma tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta n-nies? L-attendenzi kbar li jkollna għall-attivitajiet li norganizzaw matul is-sena, dak li jinkiteb fuq il-midja soċjali u dak li jintqal fil-midja, jikkonfermaw is-suċċess tal-eżistenza tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Fuq kollox jikkonferma l-viżjoni li kellna tal-kontinwità wara l-2018 meta l-Belt Valletta kienet il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura. Sa minn dakinhar konna nitkellmu fuq il-legat li ridna nħallu wara l-2018 u l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fil-fatt hi l-akbar legat. Ftit jiem ilu tħabbar il-programm Christmas in

the City. X’hemm imħejji?

attivitajiet li qatt organizza- attività kuljum bejn it-22 jna fil-Belt Valletta għax-xa- ta’ Novembru li ġej u l-25 Dan hu l-akbar programm ta’ har tal-Milied b’medja ta’ ta’ Diċembru, Jum il-Milied.

L-attendenzi kbar li jkollna għall-attivitajiet li norganizzaw matul is-sena, dak li jinkiteb fuq il-midja soċjali u dak li jintqal fil-midja, jikkonfermaw is-suċċess tal-eżistenza tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Fuq kollox jikkonferma l-viżjoni li kellna tal-kontinwità wara l-2018 meta l-Belt Valletta kienet il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura


19

07.11.2021

Programm ta’ attivitajiet li jvarjaw minn kunċerti żgħar fit-toroq tal-Belt, bands lokali jallegraw lill-pubbliku b’kostumi u innijiet tal-Milied. Ser ikollna wkoll żewġ presepji tal-Milied, wieħed biswit il-Konkatidral ta’ San Ġwann u ieħor fi Pjazza Kastilja, is-siġra tal-Milied quddiem il-Parlament u dawl b’disinn ġdid mill-isbaħ fit-toroq ewlenin tal-Belt. Ma jonqsux it-teatru tat-triq, arti performattiva, korijiet u tant u tant aktar. X’qed ikun ippjanat għall-aħħar tas-sena? Lejlet l-ewwel tas-sena tirritorna bil-kbir fi Pjazza San Ġorġ. Hawn se jittella’ kunċert kbir minn The Palace String Orchestra, orkestra ta’ 17-il mużiċist u seba’

kantanti Maltin minn fost l-aqwa li għandna. Ftit wara t-tokki ta’ nofsillejl din is-sena mistieden speċjali, John Newman, il-kantant ta’ fama dinjija bl-aqwa suċċessi tiegħu fl-aħħar 10 snin. Lejlet l-ewwel tas-sena se jkun speċjali ħafna din is-sena. Titilfux din l-attività! Xi proġetti u ħsibijiet hemm għas-sena d-dieħla? Għas-sena d-dieħla, bit-tama li kollox imur lura għan-normal ħejjejna kalendarju kulturali ta’ ’l fuq minn 60 attività b’uħud minnhom kbar ħafna fosthom; Valletta Pageant Of The Seas fil-Port il-Kbir, Valletta Green Festival, Valletta Local Food Festival, The Three Tenors, Malta Fashion Week, u l-Ballu tal-Karnival fi Pjazza Trito-

ni. Dawn huma avvenimenti Kommessi li ntejbu u ngħinu sbieħ li jiġbdu lejn il-kapitali biex il-kwalità tkompli tagħna ħafna familji u anke tiżdied. turisti. Il-Valletta Design Cluster Xtaqna wkoll l-opinjoni - storja oħra ta’ suċċess. tiegħek dwar kemm taħseb Għidilna dwarha. li l-poplu huwa konxju tal-kultura u l-istorja Il-Valletta Design Cluster tagħna? Għad hawn nies li huwa proġett għall-qalbi ma jafux b’ċerti mużewijiet ħafna. Din il-binja li rriġenli ssib fil-Belt Valletta erajna wara li kienet mitpereżempju. Taqbel? luqa għalkollox għal 35 sena sħaħ, issa nbidlet f ’ċentru Nemmen li fl-aħħar snin, ħaj għall-artisti, għaqdiet, l-għarfien u l-apprezzamet NGOs u fejn tiltaqa’ l-kotal-poplu Malti għall-wirt munità. Fuq kollox tajna kulturali tagħna b’mod ġen- eżempju ħaj ta’ kif tiżviluppa erali, żdied. L-apprezzament proġett sostenibbli li jaħdem għall-attivitajiet kulturali 100% b’enerġija alternattiva. żdied ħafna u kif. Dan jawgu- Fl-istess waqt ħloqna pulmun ra tajjeb biex inkomplu nżi- aħdar fil-qalba tal-komudu fil-kwalità tal-attivitajiet nità permezz ta’ ġnien pubtagħna filwaqt li nkomplu bliku mill-isbaħ fuq il-bejt. nsostnu lill-artisti fil-karri- Il-Valletta Design Cluster hi eri professjonali tagħhom. aċċessibbli għal kulħadd in-

kluż għal persuni b’diżabilità. Hemm ukoll il-mira li l-Belt Valletta ssir belt ħadra. Xi jfisser dan? Din għandha tkun il-mira u l-viżjoni tagħna lkoll. Li jkollok belt dikjarata “ħadra” (green city) mhux kapriċċ, iżda neċessità. Din hi t-triq ’il qudddiem għall-ibliet madwar id-dinja kollha, u aħna ma neżistux ġo bozza. Għalhekk li fl-aħħar ġimgħat għaddejt sensiela ta’ proposti lill-Gvern mifruxin fuq medda ta’ tmien snin bejn l-2022 u l-2030. Meta u jekk jiġu implimentati, l-aktar li se jgawdu minnhom huma r-residenti tal-Belt Valletta. Għax li jkollok belt ħadra jfisser kwalità ta’ ħajja aktar b’saħħitha, b’arja nadifa, u ambjent isbaħ u aħjar. Dan jgħin ukoll fissaħħa mentali tagħna lkoll.


20

07.11.2021

ĦTIEĠA GĦAL WAQFIEN U RIFLESSJONI Din il-ġimgħa se nkomplu bl-intervista ma’ Dr Joan Camilleri, Clinical Psycholoġist li tmexxi l-Counselling Services Unit fl-Università. Hi tisħaq li l-għajnuna psikoloġika m’għandhiex tkun meqjusa bħala marbuta ma’ problemi ta’ saħħa mentali, iżda aħjar tiġi meqjusa bħala ta’ fejda għall-kwalità tal-ħajja. Meta wieħed jagħmel il-ħin biex jitkellem ma’ counselling professional ikollu l-opportunità li jieqaf ftit mill-ġiri sfrenat tal-ħajja ta’ kuljum u jirrifletti fuq il-kwalità ta’ ħajja li qed jgħix. Minn CHARLES B. SPITERI

Dr. Camilleri, tara li tinħoloq stigma meta l-istudenti jirriferu għall-għajnuna psikoloġika? Jista’ jkun li hemm min idaħħal f’moħħu li għax wieħed imur għand psikologu, sinjal li għandu xi problema mentali. Dan mhux il-każ. Il-każ hu li dak li jkun, ikun irid jibqa’ psikoloġikament u emozzjonalment b’saħħtu. Forsi wkoll ma jfittxux l-għajnuna psikoloġika, biex ma jidhrux koroh ma’ ħbiebhom? Meta tqis li wieħed minn kull erbgħa min-nies, tul il-ħajja, ser ikollhom bżonn għajnuna psikoloġika u ġieli psikjatrika, dan il-punt jista’ jinfluwenza l-kwalità tal-ħajja ta’ ħafna nies. Meta min ikollu bżonn ma jirrikorrix għall-għajnuna mill-ewwel, jaf jirriżulta li mbagħad ifittixha meta jkun daħal iż-żmien u jirrealizza li jkun ħa ċerti deċiżjonijiet, li tista’ ma tmurx lura minnhom, ibbażati fuq il-kundizzjoni tiegħu. Pereżempju tkun qed tagħmel kors l-università, tkun imdejjaq jew stressjat, ma tkunx qed tkampa u flok tmur tfittex l-għajnuna, titlaq mill-kors li tkun għażilt fl-università, jew inkella tibqa’ għaddej u ma tgħaddix mill-eżamijiet. Jiġifieri meta wieħed ikollu dawn il-kundizzjonijiet jibda jieħu deċiżjonijiet żbaljati, għax ikunu ddettati mill-kundizzjoni u mhux mil-loġika u r-razzjonalità. Allura pereżemju ħaddiema mal-Gvern li jkollhom kundizzjonijiet li jitfgħuhom

lura, għandhom fejn jirrikorru?

raġel. Li nħarsu lejn il-counselling professions bħala xi ħaġa aktar femminili hi komda, iżda mhux neċessarjament ta’ benefiċċju għall-klijenti tagħna. Dan kollu jaf jirriżulta għax ċerti aspetti tas-soċjetà jixtiequ jżommuha hekk. Naraw pereżempju li meta mara tidħol biex tmexxi dipartiment, numru sew ta’ rġiel ma jaċċettawx li jkollhom mara fuqhom. Barra minn hekk, hawn ukoll numru sostanzjali ta’ nisa li wkoll ma jaċċettawx li l-boss tagħhom tkun mara. Għal servizz ta’ counselling professions aktar bilanċjat u li jaqdi l-bżonnijiet ta’ min jipreferi professional raġel din il-perspettiva jeħtieġ li tinbidel.

tieħu ħsieb il-familja, il-paga tar-raġel tmur lejh innifsu u ma jidħolx għal xogħol li ma jħallasx tajjeb u jekk ma jkollux pożizzjoni tajba. Mela l-mara, għax kulturalment u soċjalment, hi prattikament kommessa li tiżżewweġ u jkollha t-tfal, tieħu ħsiebhom u ħsieb id-dar; meta tkun ħierġa għall-politika, ommha x’tgħidilha? “Binti, l-ewwel ħu ħsieb tal-familja.” Iżda lir-raġel qatt għednielu: “Ibni, jekk se toħroġ għall-politika, l-ewwel ħu ħsieb tal-familja?” Hemm bżonn li nkunu konxji tal-bżonn tal-ugwaljanza iżda wkoll tad-diversità bejn il-bnedmin.

juter jirrekordja dak li jgħidulu u jirraġuna bl-informazzjoni li jirċievi, u skont Il-Gvern għandu programm il-kuntest li jgħix fih. Jekk xi tassew tajjeb, bl-Employment ħadd ikun trabba f’ambjent Support Programme (ESP) fejn jgħidulu li jekk mhux perli joffri servizz mill-uffiċċji fett mhux tajjeb, jew jekk iġib tagħhom. 90% f’eżami, jgħidlulu li ma ġabx 100%, mela dak li jkun U fil-maġġoranza, il-psikologi jikber u jemmen li qatt mhu kliniċi huma nisa? tajjeb biżżejjed. Bil-kontra hu minnu wkoll. Il-maggoranza tal-counselJiġifieri jekk min ikun ġab ling professionals huma nisa. 50 marka għax ma studjax u Hawn naraw influwenza kulkulħadd jgħidlu “u ma jimturali kbira. Wieħed jistaqsi: purtax, l-aqwa li għaddejt,” “Hi l-mara li hi ‘naturalment’ allura jikber jaħseb li l-ħajja miġbuda lejn din il-vokazzjoni, hi midjuna lejh għall-għajxien li toffri xogħlijiet impenjattivi, u jġib xi jġib kollox tajjeb. Imb’paga li ma tantx tkun għolja, bagħad jaf jieħu għalih, għax jew hi s-soċjetà li tinfluwenza Iżda nerġgħu lura fuq imur għal interview u ma din l-għażla? Possibbilment il-psikoloġija. Għaliex jagħżluhx. Għalhekk imporelementi kulturali, jagħtu bniedem jew ‘moħħu’, tanti r-riflessjoni fejn wieħed x’jifhem li l-mara tagħti aktar Din il-ħaġa forsi taf tirriżulta jiddettalu ħwejjeġ mhux jistaqsi lilu nnifsu xi jrid u kura, issegwi aktar, hi iżjed wkoll fir-riżultati elettorali mixtieqa? x’inhu tajjeb għalih? Dan jispaċenzjuża u hi dik li tgħin lil miksubin min-nisa. ta’ jagħmlu wkoll bl-għajnuna kulħadd, għax hekk kulturalFil-verità Charles konna qed ta’ counselling professional li ment ir-raġel jista’ jibqa jid- Appuntu, iżda din hi sterjotip, nitkellmu dwar il-psikoloġija jurih kif jiddixxerni l-għażliet her bħalha l-leader. Għalhekk li lis-soċjetà tiggwadanja ħafna wara l-politika, għax il-psi- tiegħu. filwaqt li l-maġġoranza huma jekk tbiddel. Riċerka tal-Profes- koloġija tinsab f’kollox, ukoll nisa, din mhix bilfors hi xi sur Josianne Cutajar, tindika li fl-ekonomija. Għar-rigward Il-letturi fl-università ħaġa mixtieqa. Biss biss ikoll- waqt li l-mara lesta tidħol għal din il-mistoqsija – hawn qed jkollhom xi ħjiel ta’ na min speċifikament jitlob kull xogħol adegwat, l-aqwa nitkellmu fuq psikoloġija kon- psikoloġija? għal counselling professional li jkollha l-flus biex tgħix hi u jittiva. Il-moħħ bħall-kompKulħadd jaf li teżisti l-psikoloġija. Illum ir-rwol tal-aspetti soċjo-emozzjonali u psiko-emozzjonali huma mifhuma u mħaddna minn ħafna dixxiplini. Hi l-applikazzjoni tat-teorija fil-ħajja ta’ kuljum – applied psychology – li wieħed irid iqis aktar Il-moħħ bħall-kompjuter jirrekordja dak li jgħidulu u fil-fond. Fl-Università, il-Human Resource Management jirraġuna bl-informazzjoni li jirċievi, u skont il-kuntest li Development (HRMD) f’kollaborazzjoni mal-Counseljgħix fih. Jekk xi ħadd ikun trabba f’ambjent fejn jgħidulu ling services joffri workshops li jekk mhux perfett mhux tajjeb, jew jekk iġib 90% f’dan il-qasam lill-letturi, liddekani u lill-kapijiet li volonf’eżami, jgħidlulu li ma ġabx 100%, mela dak li jkun jikber u tarjament jattenduhom bħajemmen li qatt mhu tajjeb biżżejjed la dipartiment jew fakultà.


21

07.11.2021

ma l-problemi li tista’ tiltaqa’ magħhom mara żagħżugħa, li wara li tispiċċa mill-Università trid tidħol fid-dinja tax-xogħol. Kull persuna li tersaq għal terapija għand il-Counselling Service Unit tiġi evalwata għal kwalunkwe kundizzjoni psikoloġika u mgħoddija għand counselling professional addattat. Noffru wkoll servizz ta’ psikjatra. Dan għall-membri kollha tal-Università. Liema kundizzjonijiet tittrattaw fl-Università?

Inħarrġuhom fil-leadership skills, il-mentoring skills u kif għandhom jimxu ma’ studenti li joffru ċerti sfidi jew li jkollhom ħsibijiet suwiċidali. Issa waħda mill-affarijiet li ninsistu fuqha waqt dawn il-workshops hi r-riflessjoni kritika li wieħed jeħtieġ jagħmel fuqu nnifsu biex b’hekk jimmatura fil-qasam tax-xogħol kif ukoll fuq livell personali. Jista’ dan ikun riżultat għall-fatt li l-ħajja saret mgħaġġla? Il-ħajja mgħaġġla u milli jidher ser tkompli tgħaġġel iżjed. Iżda min qed jgħaġġilha l-ħajja? Mhux aħna stess? Naħdmu aktar milli nifilħu mbagħad jeħtieġ nintroduċu kunċetti bħar-right to disconnect. Dan ġara għax tant nintilfu fix-xogħol, li spiċċajna li la jeżistu Sibtijiet u lanqas Ħdud. Infittxu x-xogħol u aktar xogħol matulhom ukoll. Finalment, ir-raġuni mhix il-ħtieġa jew ix-xenqa għall-flus? Mhux neċessarjament. Infermiera, tobba u bosta ħaddiema fosthom pulizija li jeħtieġ iżommu l-ordni, jaħdmu b’roster pereżempju day, night, rest u off u allura s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi jridu jaħdmuhom ukoll. Dan bżonn. Terġa’ llum, bis-sistema diġitali, kulħadd jagħmel kuntatt ma’ xulxin fl-inqas ħin. Minħabba f’hekk, b’mod ġenerali u mhux għall-psikologi biss, daħlet l-idea ta’ “The right to disconnect”. Iżda llum kif tista’ tlum lil xi ħadd li jaħdem u jibqa’

jaħdem, l-aktar jekk ikun irid jixtri proprjetà fejn joqgħod, meta l-prezzijiet huma fenomenali? Jien inħares lejha minn aspett ieħor. Jekk bħala persuni aħna maturi, għandna nkunu kapaċi nieħdu deċiżjonijiet raġonevoli. Dan ifisser li bil-ħila tagħna nfusna ngħidu ‘le’ għal dak li m’aħniex finanzjarjament lesti li nerfgħu. Inkella nidħlu għal kunċett ta’ keeping up with the Joneses. Min-naħa l-oħra hemm studji għaddejjin dwar dak li jissejjaħ post-occupancy health and wellbeing. Għax għadna ma nafux eżatt x’effett għandu li tgħix f’appartamenti żgħar jew f’shared housing għax ma tiflaħx tħallas aktar minn hekk. L-effett psikoloġiku ta’ dan l-ambjent jeħtieġ li jkun evalwat b’mod professjonali. Jien naħseb li li kieku nieqfu u nirriflettu ftit, is-sitwazzjoni ma tkunx kif inhi. Nemmen ukoll li dħalna f’rollercoaster b’veloċità qawwija ta’ qagħdiet, fejn tant tellajna t-threshold fil-għoli, li ma nilħquh qatt. Dan kollu jwassal għal ħafna ħsara li tinkludi stress, ansjetà, kollass mentali u fiżiku, naħdmu sigħat twal u naħsbu biss fix-xogħol, u mistħija. Iżda temmen li kollox jista’ jerġa’ jiġi għan-normal? Nemmen li bħala persuni aħna dejjem nitilgħu tarġa, anki fil-ħajja tagħna. Ta’ 20 sena kont naf s’hawn, ta’ 30 sena naf ftit aktar u nibqgħu sejrin. Mela suppost li ħajjitna hi garigor ta’ tagħlim. Iżda l-ewwel nett irridu nevalwaw

dak li qal Winston Churchill: “He who does not accept his own mistakes, is condemmed to repeat them.” Mela jekk qed ngħix ħajti u ma niqafx minuta nirrifletti u ngħid: “iżda jien kif stajt għamilt din il-ħaġa aħjar?” żgur li se nirrepeti l-istess żbalji. Dawn l-affarijiet nirrealizzawhom meta pereżempju ssajjar l-ewwel kejk. Tant iddum ittaqqbu biex tara sarx, li meta joqgħod, issibu b’toqba enormi fin-nofs. U bla ma trid tinduna li darb’oħra ma terġax tagħmel l-istess. Ovvjament din metafora għal affarijiet aktar serji. Semmejna dan l-eżempju. Iżda ma tarax li l-kejk hu xi ħaġa personalizzata? Jiġifieri ma jinvolvix lis-soċjetà kollha? Irridu nifhmu li s-soċjetà hi magħmula minn persuni. Illum sirna nħarsu lejn il-benesseri tal-persuna fi ħdan l-organizzazzjoni bħala fattur li jirrifletti l-effettività tal-organizzazzjoni. Għaliex in-nies jitilqu minn organizzazzjoni? Ejja ngħidu li bosta jkunu jridu jibdlu lil ta’ fuqhom u mhux ix-xogħol li jkollhom. Jekk wieħed ikun accountant u jbiddel xogħlu, probabbilment, mhux ser jipprova jsib xogħol ta’ accountant? Dik il-kompetenza li tgħallem. Mela tkun biddilt il-kumpanija u lill-kap tiegħek, iżda ma tibdilx ix-xogħol. Issa nittrattaw organizzazzjoni mil-lat psikoloġiku. Jekk għandek kumpanija fejn il-ħaddiema qed jieħdu ħafna sick leave, xi jfisser: li n-nies huma ħżiena, jew qed jagħmlu hekk għax qed iħos-

suhom imdejqin u għajjenin? X’tagħmel? Jekk tibqa’ tittrattahom bl-istess mod, mhux l-istess reazzjoni ser ikollok? U jekk in-nies jitilqu wara snin jaħdmu f’dak il-qasam, x’jiġri mill-għerf ta’ kull ħaddiem u l-esperjenza li jkun ġabar tul is-snin? Min jipprova jiġġustifika dan il-mudell billi jgħid li l-ħaddiema qed ifittxu art aktar għammiela f’post ieħor, forsi ta’ min jirrifletti li forsi jekk jiffertilizza l-art tiegħu din tkun itjeb u żżomm lill-ħaddiema f’posthom, u ma jitlifx l-esperjenza li jkunu akkumulaw. Meta bniedem ikun jeħtieġ is-servizz ta’ psikoloġija, ikun riferut lilkom, jew jersaq lejkom hu stess? Fl-Università naħdmu fuq bażi ta’ self-referral, jiġifieri jistgħu jersqu lejna mingħajr il-bżonn ta’ professjonisti oħra, għalkemm il-klijent jista’ jkun inkoraġġit millKap tad-Dipartiment jew minn ħabib jew ukoll minn xi għalliem biex jagħmel dan. Min-naħa l-oħra għamilna kampanja billi ppubblikajna videos fuq il-Facebook page li jistgħu jiġu aċċessati minn fuq – Health and Wellness University of Malta. Għamilna programmi fuq Kampus FM l-ewwel mal-Profs Carmen Sammut Pro Rettur għal Staff and Student affairs, programm li kien jismu Linja Kampus u li kellu l-intenzjoni li jgħaqqad il-Kampus online waqt il-COVID, u issa qed intellgħu programm ieħor jismu Vjaġġ ta’ Mara Żagħżugħa ma’ Dr Rebecca Dalli Gonzi. F’dan il-programm qed niddiskutu mal-esperti x’inhu-

Waħda mill-kundizzjonijiet li jinkwetawna hi l-eating disorders. Bħalissa f’Malta nqabdet id-drawwa ta’ restrictive eating u intermittent fasting; ma tikolx għal 16-il siegħa, biex tonqos u titnaddaf minn ġewwa. Tajjeb li jekk wieħed jiddeċiedi jagħmel dan, jieħu parir tat-tabib ta’ fiduċja tiegħu u mhux minn jeddu mingħajr ma jkun segwit medikament. B’restrictive eating dak li jkun jiekol ftit u joqgħod attent x’jiekol. Terġa’ llum daħlet taħt l-umbrella li l-bniedem għandu jiekol ikel li jagħtih is-saħħa. Ma naqbilx ma’ min jiekol pakkett gallettini, iżda lanqas ma naqbel li ma tikolx gallettini. Ma naqbilx li bniedem ikun oħxon, għax hu ħażin għal ġismu u għal saħħtu, iżda lanqas ma naqbel li min ikun hekk, jipprova jnaqqas il-piż billi ma jikolx u ma jagħmilx eżerċizzju, għax isostni li ma jsibx ħin għalih innifsu tul jum sħiħ. Bħalissa qed naraw ukoll ħafna persuni li jsofru minn post-COVID social anxiety – għax wara li draw id-dar, u joqogħdu attenti li ma taqbadhomx xi infezzjoni, issa qed jerġgħu joħorġu u jiltaqgħu man-nies. Ħafna qed jibżgħu jagħmlu dan. Aħna ninkoraġġixxu lil min ibati minn din it-tip ta’ ansjetà biex ifittex l-għajnuna. Jiġifieri l-psikologu jgħin lil dak li jkun jirrifletti fuq l-istil tal-ħajja tiegħu, biex fiha jsib il-bilanċ bejn il-ħin għalih u dak mal-familja, ħin għall-istudju u ieħor għax-xogħol. Nammettu li fil-ħajja li qed ngħixu, il-ħin għall-istudju u dak għax-xogħol forsi se jkun id-doppju tal-ħin għalina u l-ħin tal-familja, iżda dawn il-ħinijiet iridu jeżistu wkoll. Irridu nammettu li jista’ jkun li għal xi żmien ngħaddu minn ħajja xi ftit żbilanċjata. Tgħid: mela issa ġejjin l-eżamijiet, se nagħmel xahrejn ma noħroġx minn quddiem l-iskrivanija. B’hekk tkun qed tiġbor kollox f’daqqa, u hawn studenti li jagħmlu hekk. Iżda meta jasal Awwissu, iridu jkunu kapaċi jieħdu s-serħan mistħoqq.


22

07.11.2021

DAVID VIDAL

KOK MALTI LI JGĦIX U JAĦDEM L-IŻVEZJA

Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

L-għaxqa tiegħi niskopri talenti lokali li jkunu ħallew lil Malta u ssetiljaw f’xi pajjiż barrani. Tiskanta kif xorta jibqgħu jgħożżu lil Malta f’qalbhom, għalkemm ikunu mili ’l bogħod minn art twelidhom u hekk għandu jkun. Tul iż-żmien li ili nintervista personalitajiet differenti, nista’ ngħid li kull persuna ħalliet impatt tajjeb fuqi. Kull personalità jkollha x’tirrakkonta dwarha u ma’ dak kollu li tiltaqa’, u naturalment nitgħallmu minn xulxin ukoll. Fil-fatt, dan l-aħħar sirt naf b’kok Malti li jgħix u jaħdem l-Iżvezja. Għamilt kuntatt miegħu u rnexxielna nagħmlu din l-intervista flimkien. Qed nirreferi għal David Vidal. Għandu 39 sena, joqgħod Strömstad, ġewwa l-Iżvezja u jaħdem bħala Head Chef ġewwa Scandic Laholmen Hotel. Miżżewweġ u għandu żewġt itfal. Jirrilassa b’kull ħaġa li għandha x’taqsam mat-tisjir u permezz tal-futbol. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala kok Malti li jgħix u jaħdem ġewwa l-Iżvezja. Iħobb isajjar

speċjalment jagħmel il-ħelu. Bniedem ambizzjuż ħafna u dejjem jipprova jtejjeb dak li jagħmel. Iħobb ukoll iqatta’ l-ħin liberu ma’ martu u ż-żewġ uliedu. Bħala kok ġewwa Strömstad fl-Iżvezja, David joħloq immaġni ta’ platti liema bħalhom. Tara wieħed u tinsa l-ieħor, kollha joffru t-tjubija tagħhom. Fi kliemu stess joħloq dawn il-platti fl-aqwa tagħhom u jara li fuq kollox ikunu ġenwini u tajbin fit-togħma. Dejjem żamm f’moħħu u għażż dak li tgħallem mingħand il-letturi tiegħu meta kien jistudja l-ITS f’Malta. Ta’ min jgħid li meta kellu 12-il sena, David kien ġie jgħix Malta mal-ġenituri tiegħu sakemm għalaq 24 sena. Imbagħad kien mar l-Iżvezja minħabba li l-mara tiegħu hija minn hemm. Mistoqsi x’inhi l-konnessjoni tiegħu ma’ Malta, David weġibni: “Jien Malti minn ġenituri Maltin. Għandi zijiet jgħixu Malta u l-Kanada. It-tisjir li konna nsajru kien ikun Malti. Fil-weekend kont immur

ma’ missieri nixtru l-ħobż u l-pastizzi mill-fornijiet. Kburi li jien Malti.” Kompla jgħidli li minħabba l-pandemija tal-Covid, ilu ma jżur lil Malta, għalkemm jipprova jżurha meta jkun jista’. Bejn b’xi titjiriet lejn pajjiżi oħra fejn ikollu jmur biex jitgħallem aktar, u bejn ħaġa u oħra, jipprova li almenu darba f’sena jżomm l-appun-

tament biex jara lil qrabatu f’Malta. Waqt li kien jgħix hawn Malta, David tħajjar isir midħla tat-tisjir, minħabba l-fatt ukoll li kien jgħin lil zijuh fil-forn. Aktar tard daħal l-ITS jistudja u għal dawn l-aħħar ħames snin qaleb jaħdem fil-ħelu minflok flikel. Kienet sfida ġdida għalih li minn kok tal-ikel, jaqleb

għal dolċier, iżda l-lukanda fejn jaħdem kellhom bżonn jagħmlu xi tibdiliet u qabbduh jaħdem għal xi ftit xhur. Iżda minn dawk il-ftit xhur għadu jaħdem f’din is-sezzjoni sal-lum il-ġurnata u ma jiddispjaċih xejn. Serva diversi ċelebritajiet, iżda kull persuna dejjem trattaha l-istess

Ħafna drabi jiġru affarijiet li ma nkunx qed naħseb dwarhom jew li ma naħsibx li se jiġru hekk, imma noqgħod pass lura, nirrifletti u nerġa’ nipprova. Idealment, hekk ukoll għandu jagħmel kull wieħed u waħda minnkom


08.11.2020 07.11.2021

23

SKEDA ONE 06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari

19:20 19:30 20:10 20:30 21:15 23:30

ONE Sports & Temp ONE News Primetime Reboot Min Imissu ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt

13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:50 23:30

Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Revved X’Taf X’qed Jgħidu The Big Step Country Jamboree ONE News

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00

15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:15 18:00 18:30 19:15 19:20

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Pink Panther Mqades l-Istorja What’s Cooking Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp

ERBGĦA 19:30 ONE News 10-11 20:10 Primetime 20:30 The Local Traveller 21:00 Tuna ċ-Ċans Ħa Ngħidu Storja 22:25 Niftakru 22:45 Mill-Chcina ta’ Dari 23:30 ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt

13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Żona Sport Mhux kemm taf Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30

Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reebot ONE News

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 10:00 12:30 12:35 13:00

15:30 15:35 15:50 16:00 16:20 16:50 17:30 18:30 19:15 19:20

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Country Jamboree Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp

19:30 20:10 20:30 21:00 22:30 23:00 23:30

ONE News Primetime Niftakru Min Imissu Popcorn Żona Sport ONE News

06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:20 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:35 ŻonaSport 10:03 The Local Traveller 10:35 Dak Li Jgħodd

11:30 12:00 12:30 12:35 15:30 15:35 17:30 18:00 18:45

Telebejgħ Maratona Caritas ONE News Maratona Caritas ONE News Maratona Caritas Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad

19:20 19:30 20:10 00:10

ONE Sport & Temp ONE News Maratona Caritas ONE News

06:30 06:45 07:15 07:40 07:55 08:00 08:40 10:00 10:30 11:25

11:55 12:30 12:35 13:05 13:30 15:30 15:35 16:30 17:00 18:00

Mill-Chcina ta’ Dari ONE News Telebejgħ Niftakru Arani Issa ONE News Arani Issa Country Jamboree Mqades l-istorja L-Argument

19:20 One Sport 14-11 & Temp 19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Attività Politika 21:30 Min Imissu?! 22:50 The Local Traveller 23:30 ONE News

TLIETA 09-11

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

ĦAMIS 11-11

Mistoqsi jekk għandux xi tip ta’ deżerta għal qalbu li jħobb jipprepara, David stqarr miegħi li m’għandux, għax kull biċċa ħelu li joħloq jagħmilha b’passjoni kbira. Aktar u aktar dejjem jara x’jivvinta ġdid, u b’hekk ilmenù jkun dejjem varjat. Staqsejtu wkoll, jekk matul il-karriera tiegħu sajjarx għal xi ċelebritajiet. Filfatt, qalli li fil-lukanda fejn jaħdem kellu lill-Prinċipessa Victoria għall-ikla ta’ nofsinhar fejn kellu jippreparalha deżerta bil-frawli selvaġġ u ċ-ċikkulata. Minbarra lilha, kellu xi ċelebritajiet oħra, iżda għal David kull persuna li tiekol minn taħt idejh iqisha tal-istess livell. “Irrid li kull klijent ikollu esperjenza ugwali,” stqarr miegħi. Mistoqsi minn fejn normalment iġib l-ispirazzjonijiet tiegħu tal-ħelu, David qalli li minn kullimkien. Uħud mill-internet, uħud minn esperjenza ta’ kokijiet oħra, u wkoll jaqra ħafna kotba. “Kultant anke sempliċiment mixja tispirani. Tiskanta l-iċken idea, taf iddur għal

ispirazzjoni tajba ħafna.” Fil-proċess li jippubblika ktieb tal-ħelu Ta’ min jgħid li bħalissa, David jinsab fil-proċess li jippubblika ktieb. Fil-fatt, dan l-istess ktieb jinsab fl-istadju finali tiegħu, minħabba li l-proċess tiegħu kien weħel xi ftit waqt il-pandemija talCovid. Żvela miegħi li ser ikun ktieb dwar tipi differenti ta’ deżerti li ilu jagħmel matul dawn l-aħħar snin. “Kollox ma’ kollox, riċetti diversi li nemmen li huma sempliċi u prattiċi li jistgħu jitwettqu f ’kull kċina. Ninsab ħerqan sakemm ikun lest f ’idejja.” Fl-aħħar nett, David ħalla messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Ħafna drabi jiġru affarijiet li ma nkunx qed naħseb dwarhom jew li ma naħsibx li se jiġru hekk, imma noqgħod pass lura, nirrifletti u nerġa’ nipprova. Idealment, hekk ukoll għandu jagħmel kull wieħed u waħda minnkom,” temm jgħid David.

TNEJN 08-11

13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:30 18:30 19:15

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

SIBT 13-11

ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Mill-Chcina ta’ Dari Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Sabiħa l-Ħajja

ĠIMGĦA 12-11

ĦADD


24

07.11.2021

reċensjoni tal-ktieb

IL-PARABBOLI TAL-IMĠIENEN Wara s-suċċess tal-ktieb riċenti The Patient in Hospital Zero ta’ Ramona Depares, issa hemm ktieb ieħor tal-istess ġeneru fuq l-ixkafef – din id-darba bil-Malti – li żgur se jintlaqa’ tajjeb mill-qarrejja: Il-Parabboli tal-Imġienen. Din il-ġabra ta’ stejjer ta’ Keith Borg, awtur familjari ma’ min jattendi ljieli letterarji u li diġà ppubblika poeżija u proża kemm Malta kif ukoll barra minn xtutna, hija wkoll pubblikazzjoni ta’ Merlin Publishers. It-tema rikorrenti ta’ dawn iż-żewġ kotba hija l-oskur, l-istejjer li jinħmew u jiġu rrakkontati fid-dlamijiet, li minn dejjem affaxxinaw lill-qarrejja tal-kotba. L-istejjer huma diversi fil-ħsieb, fit-temi, fit-trattament, imma tgħaqqadhom hemm il-vena oskura, surreali, differenti. Keith Borg hekk jispjega l-qofol tal-istejjer tiegħu: “Il-ġenn f’dawn l-istejjer, fid-diversi forom tiegħu, huwa l-punt tat-tluq, il-pedament biex inkun nista’ nilgħab bejn dak li hu reali u dak li hu fantastiku. Din il-linja fina dejjem tintrigani għaliex fl-aħħar mill-aħħar il-ġenn huwa arbitrarju. Dak li kien meqjus ġenn mitt sena ilu llum forsi nqisuh ‘normali’. U dan il-progress f’dak li hu meqjus bħala ġenn hu tal-ġenn.” F’Il-Parabboli tal-Imġienen insibu villaġġ stramb, borża tal-plastik li mhix kuntenta b’ħajjitha, inkontru mad-divin (forsi), Repubblika mnejka, ċess, sess u tuffieħ. Uħud mill-istejjer żviluppaw minn fram-

menti ta’ ħolm tal-awtur (“Ħolma” u “Storja ta’ mħabba”), oħrajn (“L-attur famuż”) minn stejjer bħal The Pit and the Pendulum ta’ Edgar Allan Poe. U oħrajn (bħal “Repubblika”) minn avvenimenti reali li qed jiġru madwarna. Pereżempju, Borg jgħidilna illi “l-idea għal ‘Inkontru’ żviluppat waqt break tax-xogħol ġewwa l-Ingilterra waqt li kont qed naqra Fictions ta’ Jorge Luis Borges. ‘Borża’ nkitbet waqt li kont kwarantina ġewwa ċ-Ċina.” Allura, b’firxa daqstant wiesgħa’ ta’ ispirazzjonijiet, x’inhuma t-temi li l-aktar jintrigaw lil Keith Borg meta jiġi biex jikteb l-istejjer? Staqsejnieh, u weġibna hekk: “Is-surreali, l-oskur, dak kollu li hu sopranaturali: dawn huma t-temi li jaffaxxinawni. F’uħud mill-istejjer norbot dawn it-temi ma’ sitwazzjonijiet reali u ma’ ħsus li kull bniedem jgħaddi minnhom.” Is-sensazzjoni, meta wieħed jaqra l-istejjer ta’ Borg, hi ta’ vjaġġ fl-oskur, f’dak li jaf jaħsad u jiskomoda. Imma huwa wkoll vjaġġ ftit jew wisq b’laqtiet ta’ maġija jew sopranaturali, u ambigwu. Il-ħakma ta’ Malti sabiħ, rikk u poetiku, tkompli tgħin biex il-qarrej jintilef f’dawn id-dinjiet u ambjenti mimlija mistoqsijiet li jwasslu għal ftit tweġibiet u ħafna aktar mistoqsijiet. Il-Parabboli tal-Imġienen jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, kif ukoll online minn merlinpublishers.com

Mistoqsija: X’inhuma t-temi li l-aktar jintrigaw lil Keith Borg meta jiġi biex jikteb l-istejjer? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IL-PARABBOLI TAL-IMĠIENEN. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 7 ta’ Novembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb JIFRIDNA BISS IS-SKIET hija:

A. VASSALLO - SAN ĠWANN

04 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Liema żewġ postijiet ser ikunu l-aktar sikuri fix-xitwa li ġejja skont iċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard (ECDC)?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

07.11.2021

ALBERT FISH QATTIEL U KANNIBALU Fish kellu diversi laqmijiet fosthom ‘The Gray Man’, ‘Il-Vampir ta’ Brooklyn’ u ‘Il-Babaw’ IT-TIENI PARTI

Grace Budd Fil-11 ta’ Lulju tal-1924, Fish prova jikkonvinċi lil Beatrice Kiel, li kellha tmien snin, biex tmur miegħu tgħinu jfittex xi ħxejjex. Eżatt kif kienet se tmur miegħu, ħarġet omm Kiel u keċċiet lil Fish. Fish ma qatax qalbu u reġa’ mar biex jerġa’ jara lil Kiel. Din id-darba, Fish sab lil missier it-tifla u dan reġa’ keċċieh. Tlett ijiem wara dan l-attentat ta’ ħtif, Fish qatel lil Francis McDonnell li kellu biss disa’ snin. Fish qal li ‘Alla’ sejjaħlu u beda jikkmandah biex iwettaq dawn l-atti li kienu jinvolvu t-tortura, tbiċċir u qtil ta’ tfal żgħar bl-istess tliet għodod – żewġ skieken li jqattgħu l-laħam u serrieq żgħir.

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Id-dar fejn Fish qatel lil Grace Budd Frank Howard, reġa’ mar iżur lil Budd u ltaqa’ ma’ oħt Edward, Grace Budd. Kif ra lil Grace Budd, Fish bidel fehmtu u tefa’ ħarstu fuqha. Waqt li kien qed jitkellem mal-familja Budd, hu sab skuża li se jattendi għall-festin ta’ għeluq snin in-neputija tiegħu u kkonvinċa lill-ġenituri ta’ Grace biex jeħodha miegħu. Fish qalilhom li filgħaxija jerġa’ jeħodha lura iżda Grace ma rritornat qatt. Peress li Fish gideb li kien jismu Frank Howard, il-pulizija ma setgħux isibuh. Fil-fatt, il-pulizija arrestaw lil Charles Edward Pope fuq l-għejbien ta’ Grace Budd wara li rrappurtatu l-mara tiegħu. Pope għamel ftit ’il fuq minn 100 jum il-ħabs u nħeles

hekk kif ma nstabx ħati. Ittra lil omm Grace Budd F’Novembru tal-1934, omm Grace Budd irċeviet ittra anonima li wasslet għall-arrest ta’ Fish. F’din l-ittra kien hemm storja fuq kaptan li kien jismu John Davis. Davis baħħar lejn Hong Kong fiċ-Ċina, niżel fuq l-art jixrob u xħin irritorna lejn il-port ma sabx il-vapur. Fiċ-Ċina kien hemm ġuħ kbir u l-laħam kien jiswa bejn dollaru u tliet dollari. Tant kien hemm ġuħ u għaks li n-nies bdew ibigħu t-tfal li kellhom taħt 12-il sena lill-biċċiera biex jinbiegħ il-laħam tagħhom.

Il-vittma ċkejkna, Grade Budd Fil-25 ta’ Mejju tal-1928, Fish ra avviż fuq gazzetta fejn kien hemm miktub li ż-żagħżugħ ta’ 18-il sena, Edward Budd, qiegħed ifittex xogħol fir-raba’ u niżżel l-indirizz tad-dar tiegħu. Tlett ijiem wara, Fish mar fir-residenza ta’ Budd f ’Manhattan biex taparsi jimpjegah miegħu iżda l-intenzjoni tiegħu kienet li jittorturah u joqtlu. Fish, li qallu li kien jismu

Waqt li kien qed jitkellem mal-familja Budd, hu sab skuża li se jattendi għall-festin ta’ għeluq snin in-neputija tiegħu u kkonvinċa lill-ġenituri ta’ Grace biex jeħodha miegħu

L-ittra tkompli li meta Davis irritorna lejn New York, hu ħataf żewġ subien u qagħad jiekol minnhom. Il-kittieb tal-ittra, li ’l quddiem isir magħruf li kien Fish, irrakkonta kif hu kien joqgħod viċin ta’ Davis u li l-istejjer tiegħu ħajruh jipprova l-laħam uman. Kompla jgħid kif fit3 ta’ Ġunju tal-1928, hu żar id-dar tal-familja Budd u kien hemm Grace li poġġiet fuqu. Saħaq li kif poġġiet fuqu, hu ddeċieda li kien se jikolha. Kien għalhekk li qal lill-familja Budd li taparsi kellu festin ta’ għeluq snin tan-neputija tiegħu u li xtaq jieħu lil Grace miegħu. Minflok ħadha l-festin, hu ħadha f ’dar battala f ’Westchester fejn qatilha u kiel partijiet minnha. L-ittra spiċċat għand il-pulizija u ma setgħux jivverifikaw l-istorja tal-kaptan Davis u tal-ġuħ f ’Hong Kong iżda d-dettalji tal-għejbien ta’ Grace kienu eżatt kif seħħ dakinhar. L-ittra ntbagħtet f ’envelopp li fuqu kellu mniżżel ‘N.Y.P.C.B.A.’ li tfisser ‘New York Private Chauffeur’s Benevolent Association’. Purtinar tal-kumpanija qal li hu kien ħa xi materjal tal-kumpanija d-dar fejn kien jikri u ħallieh hemm xħin telaq.

TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA


26

07.11.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

07.11.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 406

Y. COLEIRO - SANTA VENERA

MIMDUDIN: 9. 1. Jista’ jkun tal pikles (5) 10. 4. Kompli l-qawl: F’San Mattew 12. iżra’ t-.......... (4) 16. 7,21W. Kattiv (5) Bi 3 NUMRI B’4 NUMRI 170 0130 175 0137 233 0295 320 0374 346 0707 516 1646 573 2273 746 2279 776 2477 783 2484 863 2803 931 3823 4048

4050 4238 4269 4307 4771 5277 5729 6013 6214 6532 6838 7215 7218 7251

7433 7448 7505 7684 8163 8261 9202 9662 9821 B’5 NUMRI 03110 03777 09360

09895 18110 20886 23932 38813 39981 45493 60477 72748 77181 79193 88658 89353 90875

Bi 8 NUMRI 27410536 B’6 NUMRI 97487725 070062 212579 B’9 NUMRI 299981 018576223 440258 622744498 99828

B’7 NUMRI B’10 NUMRI 0467183 7832622616 1702236 8652812881 2306379 3471532

WEQFIN: 1. Joħroġ wara 6,11. x-xita (6) 2,3. Tella’ fuq is-salib 8. (6) 11. 3. Ara 2 12,22. 5,19. Lingwa ta’ żmien 13.

Ballu waqqa’ 18,21M. Hekk kien jisim l-aħħar tnejn (3) ha l-Madonna (5) L-irġiel tal- 19. Ara 5 baqar? (6) 20. Għajnuna? (5) Ibajjad dan (6) 21. Ara 18 Raġel imdaħħal 23. Jittella’ l-qorti (4) fiż-żmien (3) 24. Kanċer (5) Kristu (6) Kienu jikluha fi żmien Mosè (5) Xennaqhom (9) Ara 6 L-istess (5) Joseph Muscat

14. 15. 17. 21. 22.

Abela (1,1,1) Qalla’? (6) Tefa’ l-ballun fix-xibka (6) Mhux issa (3) Ara 7 Ara 12 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Friex, 4.Borġ, 7,18.Insa, 9,23. Zeppoli, 10.Havana, 12.Stanga, 16.Art, 19,17.Terrur, 20.Iskot, 24.Ardit

WEQFIN: 1.Fażola, 2,5.Ippoż, 3.Xiħ, 6,11. Ġgant, 8.Nannakola, 12,21 mimduda. Stira, 13.Ass, 14.Attard, 15.Ċraret, 21.IBP, 22.All


28

07.11.2021

ĠID TAL-PAJJIŻ, MHUX TAL-PARTIT Editorjal

Illum kulħadd kapaċi jagħraf id-differenza bejn Gvern li qed juża l-politika għall-akbar ġid nazzjonali u Oppożizzjoni li kienet u għadha trid tuża l-ġid nazzjonali għall-politika tagħha

F’diskors ieħor partiġjan fil-Par­ lament, il-Kap tal-Oppożiz­zjo­ni din il-ġimgħa rrepeta l-ħan­qa, li kien uża wkoll il-predeċessur tiegħu, biex l-ogħla istituzzjoni fil-pajjiż talloka kull finanzjar neċessarju “ħalli jwettaq aħjar ir-rwol tiegħu u joffri gvern alternattiv”. L-enfasi ġiet irrimarkata fil-midja, anke jekk ma tawhiex l-importanza li forsi xtaq Bernard Grech innifsu. L-insistenza tiegħu ovvjament ma toħroġx minn sejħiet, anke internazzjonali, biex ikollna Parlament u Parlamentari full-time. Rikeb fuqhom biss bħala skuża għall-iskopijiet ta’ moħħu jew – aħjar ngħidu – għall-ħtiġijiet ta’ karus imtaqqab li tħallielu minn dawk kollha ta’ qablu. Huwa ċar li kliemu ħares biss lejn l-interess tal-Partit biex ikampa f’dejn multimiljunarju li baqa’ jieklu minn ġewwa għal mill-inqas l-aħħar tmien snin. Sakemm kien hemm Gvern immexxi mill-PN, ilkoll konxji ta’ sistema diretta ta’ finanzjar minn fondi pubbliċi. Sa żmien it-tmexxija ta’ Law-

rence Gonzi, li l-Gvern tiegħu herra l-finanzi pubbliċi, biegħ il-baqar kollha statali li kienu jaħilbu u għabba lill-poplu blagħar piżijiet possibbli, kien hemm “vit” fid-Dar Ċentrali li l-ħin kollu jippompja l-eluf kbar ta’ ewro li ġejjin minn perċentwali ta’ kuntratti pubbliċi li jinħarġu regolarment mill-Gvern. L-infami JS List, kif kienet magħrufa, tikkopja waħda millagħar prattiċi Mafjużi u li għal snin twal sostniet il-kriminalità organizzata barra minn xtutna. Għall-PN din kienet introjtu qawwi fejn negozjanti, li jieħdu l-kuntratti tal-Gvern, kellhom obbligu li jgħaddulu f’taparsi donazzjo­nijiet ta’ għexieren, u anke mijiet, ta’ eluf t’ewro bħala kumpens għall-flejjes li se jinħarġulhom mill-Kaxxa ta’ Malta. Min ma jikkollaborax, jista’ jaqta’ jiesu li jieħu biċċa xogħol oħra. Ma rridux lanqas ninsew l-allegat introjtu qawwi għallPN sal-2006 meta seħħ il-massakru ambjentali taħt Gvern li ddeċieda li jwessa’ ż-żona

ta’ żvilupp b’artijiet li flimkien kienu jagħmlu daqs is-Siġġiewi. B’riżultat ta’ dik id-deċiżjoni kontroversjali, kien allegat li pak­ketti ta’ flus kienu jit­wasslu fid-Dar Ċentrali f’jiem speċifiċi biex ċerti artijiet jiddaħħlu fiż-żona ta’ żvilupp u allura l-valur tagħhom jimmultiplika minnufih b’xi għaxar darbiet. Dan kollu għadu jippersegwita lill-PN sal-lum, anke għax fid-deċiżjoni tat-twessigħ tażżo­na ta’ żvilupp kienu invo­luti direttament żewġ persu­ni – Ray Bezzina u Chris Cian­­tar – li llum wieħed hu stra­­te­ġista u l-ieħor konsulent tal-Kap il-ġdid Nazzjonalista. Dak iż-żmien kellhom il-karigi ta’ Kap tas-Segretarjat u Segretarju Permanenti tal-Ministru George Pullicino rispettivament. Dawn l-iskandli waħed­­hom ukoll kienu raġuni biżżejjed għaliex il-PN fil-Gvern baqa’ qatt ma wera l-intenzjoni li jdaħħal liġijiet, li jagħtu traspa­ renza, bħal dik għall-iffinanzjar tal-partiti. Kif kulħadd jaf dan kollu nbidel malli seħħet il-bidla fil-Gvern fl-2013.

La kull ilma jaqta’ l-għatx, il-PN reġa’ kellu joħroġ fil-pubbliku jitkarrab għal soluzzjonijiet li jistgħu jtaffulu l-problemi serji li għandu. Xi jsir minn taħt ma nafux, anke jekk sirna nafu x’sar sa ftit ta’ snin ilu. Issa jekk għadhiex fis-seħħ il-prattika ta’ rċevuti għal rek­ lamar li qatt ma eżista, imma minflok il-flus kienu jmorru biex ikopru s-salarji tal-ogħla uffiċjali, jaf qatt ma nkunu nafu. Li hu żgur, iżda, li din il-ġimgħa Grech tana l-impressjoni li qisu wieħed mitluq f’nofs deżert mejjet biex ixarrab xufftejh. Bil-maqlub ta’ dan kollu, u grazzi għall-akbar għaqal ta’ Gvernijiet Laburisti, għandna poplu sħiħ li qed igawdi minn benefiċċji, miżuri u deċiżjonijiet anke diffiċli li qed jissarrfu fl-aħjar kundizzjonijiet ta’ għajxien, anke f’sena u nofs ta’ pandemija. Dik hi d-differenza bejn min juża l-politika għall-ġid nazzjo­ nali u dak li juża l-ġid nazzjo­nali għall-politika tiegħu. U din ma tistax tkun iżjed ċara llum. Dan kulħadd kapaċi jagħrfu.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.