KullĦadd 07.08.2022

Page 1

Il-Ħadd, 7 ta’ Awwissu, 2022

Ħarġa Nru 1,517

Prezz €1

IL-KELLIEMA TAL-PN IĠIBU L-BAŻIKU ĦAŻIN FL-ENERĠIJA

Rapport f’paġna 3

SITTA MINN SEBA’ “GVIERET” F’POSTHOM Waqt li din il-ġimgħa bdiet fażi importanti fil-ħolqien ta’ żewġ flyovers fl-akkwati tal-Gudja u Ħal Luqa meta tpoġġew f’posthom l-ewwel “gvieret” għall-qafas tagħhom, sal-bieraħ filgħodu dik qrib l-Ajruport kien jonqosha biss l-aħħar biċċa. Dawn iż-żewġ proġetti massiċċi, li jinkorporaw ukoll żewġ mini, se jnaqqsu drastikament it-traffiku u l-possibbiltà ta’ aċċidenti. Rapport f’paġni 14 u 15

8% IŻJED FAMILJI EWROPEJ IMĦASSBIN BIL-KONTIJIET Il-Maltin u l-Għawdxin bl-inqas problemi fost l-istati kollha, bid-differenza mill-Griegi li fil-maġġoranza assoluta jħossu l-akbar għafsa bil-pandemija u l-gwerra fl-Ukrajna, waqt li jgħidu li mhumiex se jfendu fit-tliet xhur li ġejjin Waqt li l-poplu Malti qed juri l-inqas tħassib bil-kontijiet tiegħu fost il-ġnus fil-bqija tal-istati membri fl-Unjoni Ew­ropea, is-sitwazzjoni kontinentali inġene­ rali hija differenti, tant li ġiet irre­ġis­trata żieda ta’ 8% fil-familji li qegħdin iħossu l-għafsa fuqhom, partikolarment bil-kontijiet tal-enerġija. Waqt li fl-aħħar ġimgħat il-Kap tal-Op­pożizzjoni Ber­nard Grech qies dawn il-problemi bħala biss skużi biex il-Prim Ministru ma jsostnix lill-poplu Malti, fil-verità jirriżulta minn statistika uffiċjali Ewropea li pajjiżna għandu l-inqas inkwiet f’dan ir-rigward, grazzi għall-miżuri nazzjonali li ttieħdu. Fil-ħames ħarġa fis-sensiela ta’ stħarriġ immexxija minn Eurofound, il-Fondazzjoni Ew­­ropea għat-Tit-

jib fil-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u x-Xogħol tal-UE, joħroġ li fir-rebbiegħa li għaddiet kien hemm 53% tal-familji Ewropej li ddikjaraw diffikultajiet finanzjarji biex ilaħħqu mal-kontijiet meta fl-istess perjodu tal-2021 dawn kienu 45%. F’pajjiżna l-persuni li qalu li qed jesperjenzaw l-istess problemi, ammontaw għal 12%, persentaġġ sew inqas mill-medja Ewropea. Terġa’ hemm qabża ta’ 51% bejn Malta u l-pajjiż Ewropew bl-akbar persentaġġ (il-Greċja) fejn 63% taċ-ċittadini tiegħu ddikjaraw li għandhom problemi simili. Tali stħarriġ tal-opinjoni pubblika, li s’issa diġà intervista aktar minn 200,000 ċittadin Ewropew, jitfa’ dawl ukoll fuq ċerti inċertezzi li qed jiffaċċjaw il-popli

Ewropej, b’riżultat tal-inflazzjoni u l-prezzijiet esaġerati li ħolqot il-pandemija tal-COVID-19 u issa l-gwerra fl-Ukrajna. L-istudju mill-fondazzjoni Ew­­ropea jikkonkludi li l-prezz tal-ħajja fl-UE qiegħed jiżdied b’livelli min­ għajr preċedent, b’rata ta’ inflazzjoni medja ta’ 8% fost il-pajjiżi, li primarjament ġejja minn prezzijiet ogħla tal-enerġija. Minbarra l-prezz ta’ kirjiet għall-akkomodazzjoni u d-djun fuq self tad-dar li baqgħu dejjem kostanti mill-bidu tal-pandemija fl-2020, il-problema bi ħlasi­ jiet tal-kontijiet qiegħda ssir iżjed komuni. Tkompli f’paġna 7


02

07.08.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 34°C L-Inqas Temperatura: 25°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja qed tippersisti minn fuq it-Tramuntana tal-Atlantiku sa fuq il-Libja. It-Temp: Xemxi u sħun Ir-Riħ: Ħafif mill-Majjistral it-Tramuntana li jsir ħafif mill-Majjistral Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 29°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

33°C UV 10

25°C

Il-Ħamis

KUNTATT ĠENERALI

33°C UV 10

25°C

Il-Ġimgħa

33°C UV 10

25°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

32°C UV 9

24°C

32°C UV 9

25°C

33°C UV 10

24°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, Il-Furjana — 21239310 National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Il-Ħamrun — 21225539 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi — 21443221 Mint Care Pharmacy, 5B-71 Triq Brared, Birkirkara — 21442135 Brown’s Medical Plaza, Cass-i-Mall Buildings, Vjal ir-Riħan, San Ġwann — 21372195 St. Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan — 21369426 Brown’s Victor Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Tas-Sliema — 21330352 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin — 21415499 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan — 21445741 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba — 21571649 Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien — 21672757 Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura — 21807503 St. Anne Pharmacy, Triq il-Qaliet, Marsaskala — 21637615 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq — 21663311 2, Triq l-Imterrqa k/m il-Konvoj ta’ Santa Marija, L-Imqabba — 21641133 Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera — 21482856 Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, L-Imtarfa — 21451261 Għawdex Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat — 21557819 St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Il-Qala — 21555348 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

07.08.2022

Stqarrijiet li saru fl-aħħar jiem minn esponenti tal-Partit Nazzjonalista kixfu l-faqar tal-Oppożizzjoni fl-oqsma tal-enerġija u s-settur tal-enerġija rinnovabbli. Mark Anthony Sammut, Deputat tal-Oppożizzjoni, u Peter Agius, li jiddeskrivi lilu nnifsu bħala espert fl-affarijiet Ewropej, kixfu n-nuqqas t’għarfien tagħhom dwar is-suġġett bi stqarrijiet li għamlu riċentement u li ma kinux maħruġa formalment mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit. Ironikament, l-istess Sammut ftit tal-ġimgħat ilu ilmenta li l-PN mhux jirnexxilu jippreżenta front wieħed magħqud. B’ħafna pompa biex jippruvaw jim­ mi­naw il-kisba ta’ Malta fl-eżenzjoni tal-eżerċizzju mandatorju biex jitnaq­ qas l-użu tal-gass mill-pajjiżi Ewropej, id-Deputat u Agius ma kinux kapaċi jifhmu d-diskors tal-istess proposta li huma stess irreferew għaliha. It-test bl-Ingliż kien jipproponi li “member states may request to limit the mandatory demand reduction by a maximum of 5% […]” – jiġifieri jillimitaw il-persentaġġ ta’ tnaqqis tal-użu u mhux jeżentaw. Lanqas ma fehmu l-bażiku, li negozjati tekniċi u politiċi fuq livell Ewropew iwasslu biex abbozz ta’ proposta jinbidel numru ta’ drabi f’qasir żmien. Iżda filwaqt li pajjiżna jibqa’ jiddefendi l-pożizzjoni tiegħu sal-aħħar, l-esponenti tal-PN huma aktar kuntenti jimminaw il-ħidma li tkun qed issir.

Żgarrar ripetut fuq it-tema tal-enerġija Iżjed minn kollox, din ma kinitx l-unika darba li Sammut u Agius żgarraw fuq it-tema tal-enerġija, jew fuq kif jitħaddmu fondi Ewropej. Id-duo ħareġ stqarrija iqabbel il-Bank għall-Investiment tal-Unjoni Ewropea ma’ fondi Ewropej. Li ma fehemx il-PN hu li fil-każ

IL-KELLIEMA TAL-PN IĠIBU L-BAŻIKU ĦAŻIN FL-ENERĠIJA ta’ Franza, il-Bank għall-Investiment se jkun qed jagħti self (jiġifieri dejn) biex jinbnew wind farms – meto­ do­loġija tajba, iżda ovvjament dan ma jfissirx li qed jingħataw fondi li mhux se jintraddu lura! Li ma jsemmux tal-PN hu l-progress b’saħħtu f’pajjiżna fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli, fejn minn madwar 10MW fl-2013, illum qbiżna il-200MW. Dan sar bis-saħħa tal-iskemi ta’ għajnuna li ta l-Gvern. Mhux għajnuna li tiskadi wara seba’ snin, kif kienet fi żmien il-PN, imma għajnuna li l-investitur jista’ jorbot fuqha, għal 20 sena. U dan ma kienx l-uniku każ fejn l-Oppożizzjoni żgarrat fuq l-enerġija rinnovabbli. Qabblu lil Malta mal-Iskozja, biex iġibu eżempju dwar offshore wind farms. Minkejja dan, fl-Iskozja, fejn il-fond tal-baħar hu ta’ bejn 60 u 80 metru, dak tal-ibħra Maltin jaqbeż sew il-100 metru, f’ċerti żoni anke sa 300 metru fond. In-nuqqas ta’ kredibbiltà tal-esponenti Nazzjonalisti fil-qasam tal-enerġija, bħal oqsma oħrajn, qed tkompli tinkixef ma’ kull stqarrija li joħorġu jew dikjarazzjoni li jgħidu. Dan hu l-istess Partit li, fiż-żminijiet ibsin għall-familji u n-negozji, tefa’ l-akbar piżijiet direttament fuq iċ-ċittadin meta kien fil-poter.

Mark Anthony Sammut

Peter Agius

Ibqa Tghallem!

Aħtaf l-opportunita’ u ibda kors illum. Għażla ta’ aktar minn 70 suggett, onlajn jew fil-klassi. Applika issa fuq www.lifelonglearning.gov.mt jew mill Kunsill Lokali tiegħek jew miċ-ċentri ta’ servizz.gov jew ċempel 153


04

07.08.2022

PN: IR-RENJU TAL-MIBEGĦDA U Robert Arrigo l-aħħar minn kullana fejn bosta, inklużi deputati, esprimew l-uġigħ kbir tagħhom għal dak li għaddewhom minnu n-nies tal-Kap Bernard Grech Mibegħda, firda u intriċċi. Tliet karatteristiċi li baqgħu jiddominaw fil-Partit Nazzjo­ na­lista. Bernard Grech kien tpoġġa Kap b’għajtiet differenti – kien wiegħed li se jgħaqqad, iżda minflok ġab qasma akbar. Taħtu baqa’ evidentement ma sar l-ebda progress, anzi wisq iżjed baqa’ kollox kif kien jekk mhux iżjed iddegrada, anke minkejja li l-aħħar elezzjoni ġenerali tagħtu l-akbar disfatta fl-istorja. Meta wara s-26 ta’ Marzu li għadda ddeċieda li jibqa’ Kap u tellaq waħdu, kważi 30% talmembri tal-Kunsill Ġenerali Nazzjonalista ma vvutawx

ARRIGO: Għadu ma jafx għaliex twarrab waqt li kien Viċi Kap

favur biex jikkonfermawh. Evi­ den­­tement fil-kważi sentejn li ilu jokkupa l-ogħla pożizzjoni fil-PN ħalla weġgħat kbar u fetaħ feriti ġodda. Dan kien rifless ukoll ġimgħa ilu fil-vot għall-magħżul għallkariga ta’ Viċi Kap tiegħu, Alex Perici Calascione, fejn din iddarba 40% tal-kunsillieri eliġib­ bli ddeċidew li ma jagħtux l-ap­ poġġ lil dan tal-aħħar. Dwar id-degradazzjoni fittmex­xija, din il-ġimgħa, tkel­ lem b’mod miftuħ u bla kan­ tunieri dak li kien il-Viċi Kap Nazzjonalista, Robert Arrigo, flimkien ma’ oħrajn, bħall-Eks Deputat Mario Galea, li wkoll għadhom iġorru l-ġrieħi ta’ dik li bosta jittimbrawha bħala l-agħar tmexxija Nazzjonalista. Il-weġgħat t’Arrigo kienu ċari fl-aħħar diskors li tħalla jagħmel fil-Kunsill Ġenerali fejn inħatar is-suċċessur tiegħu. F’Kunsill organizzat fid-daħla tad-Dar Ċentrali, minflok fis-sala prinċipali, u quddiem attendenza fjakka ta’ ftit għexieren ta’ uffiċjali u partitarji, Arrigo saħaq li weġġa’ ħafna u qal li ma jafx għaliex twarrab mill-PN. “Dawn affarijiet li m’għand­­h­om iseħħu qatt ak­tar,” iddikjara Arrigo, bil-Kap u l-ogħla

PERĊIMES: It-tmexxija ta’ Grech ma ġabet xejn għajr aktar firda u mibegħda fil-PN uffiċjali tal-Partit bilqiegħda quddiemu. Nies qrib il-Kap Nazzjonalista saħansitra ma ridux lil Arrigo jidher fil-Partit u kienu jgħidulu li “tajjeb biss biex jiġbor ilflus”. Arrigo indika lil Mario De Giorgio, Ħamruniż li fl-2016 kien instab ħati ta’ pedofelija wara li bagħat ritratt tal-parti sesswali tiegħu lil tfajla taħt l-età, u lil Emvin Bartolo, kunsillier filKunsill Lokali tal-Mellieħa u li hu magħruf sew kemm hu qrib Grech. Dan tal-aħħar ħadem ma’ Grech fil-kampanja għallħatra tiegħu bħala Kap fl-2020, fejn tqaċċat Adrian Delia. Għal dak kollu li sar lil Arrigo, l-istess Delia indirizza littmex­xija tal-PN u fuq il-midja soċjali saħaq li trid tinġarr ir-responsabbiltà u fuq din, għalih, mhux se tieqaf hawn. L-istess ikkonferma fuq ilmikrofonu ta’ ONE News din il-ġimgħa. Minkejja dawn l-akkużi, Grech ħareġ igiddeb lil Ar­rigo, waqt li lanqas ħa nota ta’ dak li kien qed jesiġi Delia. Filfatt, jumejn wara li Arrigo stqarr minn xiex għaddewh in-nies ta’ Grech fil-Partit, il-Kap tal-Oppo­żiz­zjoni spiċċa jid­dikjara li dak li ntqal mill-Eks Viċi Kap mhu veru xejn. Sadanittant, waqt li depu­tati, kollegi u partitarji

esprimew l-akbar solidarjetà ma’ Arrigo, il-weġgħat tiegħu sabu l-appoġġ u l-konferma mingħand Mario Galea, Eks De­­pu­tat Nazzjonalista t’es­per­­ jen­za. Hu reġa’ tenna dikjarazz­ jonijiet li għamel fil-kampanja elettorali dwar kif nies qrib Bernard Grech għamlulu ħaj­tu infern u affaċċja tgħajjir min­ ħabba sfidi fis-saħħa mentali. Galea kien saħaq li s-sitwazz­ joni fil-PN kienet waħda tossika u din il-ġimgħa tenna li Arrigo

l-Eks Sindku fis-Siġġiewi Ales­ sia Psaila Zammit, ilkoll ħas­ sewhom użati u mwarrbin. Borg kienet sostniet kif iddinjità tagħha ġiet ikkalpestata, Bartolo saħaq li l-PN m’għadux jingħaraf u Psaila Zammit, wara 20 sena taħdem fil-Partit, spiċċat ċediet anke s-siġġu fil-Kunsill. Ma’ Psaila Zammit, kien irriżenja wkoll żewġha, Frank Psaila, Eks Direttur Infor­mazzjoni tal-Partit u eks kandidat fl-aħħar Elezzjoni tal-

Esponenti esprimew kif it-tmexxija ta’ Grech bidlitilhom ħajjithom f’infern hu l-aħħar wieħed f’lista twila ta’ persuni li ġew mormijin. Andrè Grech, Eks Kunsillier Nazzjonalista u alleat tal-Eks Kap Delia, fisser lill-PN bħala “partit tal-haters”. Fi kliemu, fil-Partit ta’ Grech tirrenja biss il-mibegħda, iżda t-tweġiba tal-Kap Nazzjonalista mill-ġdid kienet waħda li tobdi lill-fergħa tal-establishment, Repubblika, u tinjorah. Kienu bosta oħrajn li spiċċaw vittmi tal-intriċċi fil-PN riċen­ ta­ment. Kandidati Nazzjona­lis­ti sal-aħħar elezzjoni li għaddiet, bħal Do­ris Borg, Ivan Bartolo u

Parlament Ewropew. Riżenji oħrajn bħal dik ta’ Jonathan Dingli minn Kun­sil­ lier Nazzjonalista tal-Imqab­ba, Daniel Attard minn Sindku Naz­ zjonalista tal-Għasri u Ro­selyn Borg Knight minn ka­ri­­ga fittmexxija tal-Partit ukoll kienu notevoli fl-aħħar żminijiet. Ma naqsux ukoll l-intriċċi u l-allegazzjonijiet fuq il-Kap min-nies bħall-Eks Deputat Jason Azzopardi, waqt li Albert Buttigieg, is-Sindku Ġiljaniż għadu għaddej minn proċeduri ta’ dixxiplina wara li akkuża lillistrateġisti tal-Kap li xxaħħmu


05

07.08.2022

L-GIDEB

biex jagħlqulu ħalqu u anke jtellfulu kull ċans li jiġi elett filParlament. Is-Sindku tan-Naxxar Anne Marie Muscat Fenech Adami baqgħet ma tafx bl-eżitu talproċeduri interni kontriha, wara li rrifjutat it-talba ta’ Grech biex tirriżenja mir-rwol u akkużatu b’logħob partiġjan. Skont Arrigo din il-ġimgħa stess, ir-rapport ilu sew lest, imma peress li r-riżultat ma jiġġustifikax it-talba għarriżenja li kien għamlilha l-Kap, allura tħalla fuq l-ixkaffa. Hu saħansitra għajjar lill-Kap talOppożizzjoni giddieb, wara li ftit ġimgħat ilu qal li dan għadu mhux konkluż meta kien qed jiġi intervistat fuq TVM. Stqarrija tal-PN f’isem Grech ipprovat tgiddeb lil Arrigo dwar dan ukoll, iżda jekk xejn ikkonfermat dak li qal l-Eks Viċi Kap, jiġifieri li r-rapport ilu lest sa minn żmien l-elezzjoni ġenerali, iżda tqiegħed fuq l-ixkaffa minħabba li l-perjodu ma kienx ideali biex jiġi ppub­ blikat. Għal dawn l-aħħar erba’ xhur tħalla jistrieħ quddiem ilKunsill Amministrattiv. Minkejja dan, wara d-dik­ja­­ razzjoni ta’ Arrigo, din il-ġim­­ għa ssejjaħ malajr il-Kun­sill biex jiddiskuti l-istess rapport flimkien mal-kon­klużjonijiet mill-investi­gazz­jo­ni dwar isSindku ta’ San Ġiljan Albert

Buttigieg. Wara l-elezzjoni, dan talaħ­ħar kien akkuża lit-tmex­ xija Nazzjonalista b’diskri­mi­ nazzjoni fil-konfront tiegħu wara li saħansitra xxaħħmet minn kuntrattur biex, fost oħrajn, (hu) ma jkollux ċans jiġi elett. Buttigieg ukoll qal li hu twarrab fil-kampanja elettorali, waqt li ħaddieħor kien qed jidher ripetutament fuq il-mid­ ja uffiċjali tal-Partit biex jiġi promoss, b’indikazzjonijiet lejn Graham Bencini, li spiċċa ġie elett hu minflok. Is-Sindku tan-Naxxar kienet qalet lil ONE News ftit tax-xhur ilu li tħossha ddispjaċuta fuq dak li kellha tiffaċċja mill-Partit tagħha stess. Fi stqarrija xotta, il-Ħamis fil­għaxija l-PN ċanfar lis-Sindku tan-Naxxar għax, skontu, mess­ ha għam­let l-affarijiet aħjar fil-każ tagħha, jiġifieri l-alle­ gat konflitt ta’ interess dwar żvilupp fil-lokalità tagħha, xi ħaġa li Muscat Fenech Adami dejjem ċaħdet. Fl-istess ħin ikkundanna lis-Sin­dku ta’ San Ġiljan dwar l-allegazzjonijiet li għa­mel u tenna li kull diffe­renza għandha ­ tiġi ttrattata internament. Iżda f’Partit, li bosta jqisu li l-firda u l-mibegħda fih sfortu­ natament huma r-regola talġurnata, anke dawk fiċ-ċirku ta’ ġew­wa ta’ Grech spiċċaw telqu. Strate­ġisti fl-aħħar sentejn, primarjament Chris Peregin, li qajjem rebus bis-sa­larju mdaqqas li kien qed jieħu, waqt li kien għadu s-sid talportal Lovin Malta; Jeremy Gingell; u anke l-id il-leminija tal-Kap, Ray Bezzina, li serva bħala Chief of Staff tal-Ministru George Pullicino fl-aħħar Gvern Nazzjonalista, parpru rashom fl-aħħar xhur. Il-ġlied u l-qasmiet issoktaw fil-jiem li għaddew meta l-Par­ la­ment ġie biex jivvota fuq l-emendi fil-Liġi tal-IVF. Id-De­putat Joe Giglio, li kellu jiffaċċja imminar kontinwu tul il-kam­panja elettorali, laqqatha b’erba’ kelmiet li ddikjara f’inter­vista fuq stazzjon tarrad­ju u malajr ġie taħt assedju minn bosta membri tal-estab­ lishment u deputati li ħadmu kontra l-kandidatura tiegħu, bħal Karol Aquilina. Dan kollu għadu qed joħloq sentiment qawwi intern ta’ apatija kif rifless mid-Deputat Ivan Bartolo tal-Mosta li din il-ġimgħa appella lil dawk filPN li qatgħu qalbhom biex ma jitilqux, għax l-affarjiet għad jinbidlu. F’Partit, li fih qed tirrenja din il-mibegħ­da, Bernard Grech xorta għażel li jibqa’ għaddej daqslikieku xejn mhu xejn … business as usual.

IT-TURIŻMU DIĠÀ F’LIVELL LI SKONT L-ESPERTI SETA’ JINTLAĦAQ BISS FL-2023 It-total ta’ ftit aktar minn 247,000 persuna, 87,909 turisti f’dan ix-xahar. Minn dawn, li żaru pajjiżna matul ix-xahar ta’ Ġunju li 153,684 kienu turisti taħt il-45 sena, waqt għadda, ilaħħaq għal kważi 88% tal-livelli li l-istess faxxa ta’ età kienet ammontat rekord ta’ turisti li kienu ġew tliet snin ilu għal 16,000 biss aktar fl-2019. qabel seħħet l-imxija tal-COVID-19. L-akbar irkupru ta’ turisti f’Ġunju kien Minn tagħrif li għandha l-KullĦadd ji- fost dawk għal skop ta’ negozju, li saħan­ rriżulta li dan il-persentaġġ mhux biss sit­ra qabżu ċ-ċifri tal-2019 b’109.1%. Il-fa­ jaqbeż il-massimu li kien imbassar mill-es- xex ta’ dawk sa 24 sena u bejn il-45 u l-64 perti għal din is-sena (75%), iżda saħansi- sena rreġistraw irkupru ta’ 91.7% u 82.9% tra hu ekwivalenti għal dak li kien maħsub rispettivament imqabblin mal-istess xali s-settur turistiku lokali kellu har tliet snin ilu. jilħaq is-sena li ġejja. L-NSO ukoll ippubblika Dawn ir-riżultati mill-iżjed ċ-ċifri tat-turiż­mu f’pajjiżna pożittivi, li jkomplu jsaħħu l-ir­ fl-ewwel sitt xhur tas-sena, kup­ru diġà mgħaġġel tal-eko­ fejn b’kollox ġew irreġistra­ L-akbar għadd nomija Maltija, huma isbaħ ti 895,096 barrani li ġew meta jiġi kkunsidrat li xahrejn ta’ turisti fostna għall-vaganzi tagħhom ta’ ilu mal-bidu tas-­saj­f l-infiq li kien fil-faxxa ta’ ftit inqas minn sitt miljun lejl. ġie rreġistrat (€215,958) kien dawk taħt il-45 L-infiq tagħhom hu stmat li jilħaq it-92% ta’ dak irreġistrat laħħaq kważi €700 miljun. sena u l-akbar f’Ġunju tal-2019 (€235,429). Fl-aħħar jiem, l-Ajruport InNhar il-Ħamis li għadda ternazzjonali ta’ Malta (MIA) irkupru fost l-Uf ­fi ċċju Naz­zjonali tal-Ista­ dawk għal skop bassar li sa tmiem din is-setistika (NSO) ħabbar li f’Ġunju na qed jistenna 5.4 miljun ta’ negozju 2022 l-għadd ta’ turisti li waspassiġġier, li jilħqu l-livelli li lu f’pajjiżna kienu 243,956 kienu waslu hawn fl-2016 u bl-ajru u 3,452 bil-baħar, waqt li qatt­għu l-2017. total ta’ 1,577,969 lejl fostna. Minn dawn F’Mejju li għadda, Malta wkoll saret jirriżulta li 16,953 ġew għal skop ta’ nego- l-ewwel pajjiż Ewropew fuq il-mappa ta’ zju. Forbes Travel Guide, l-aġenzija li tikklassiWaqt li l-akbar numru kien dak ta’ tur- fika l-lukandi u r-restoranti għas-servizz li isti Brittaniċi (48,682), it-Taljani, il-Franċiżi joffru lill-konsumatur. Seba’ lukandi lokali u l-Ġermaniżi flimkien laħħqu s-36% jew ġew rikonoxxuti għal-livell għoli tagħhom.


06

07.08.2022

IMFAKKAR IT-TWELID TAL-PERIT L-Eks Prim Ministru ħoloq il-pedamenti soċjali lokali Ilbieraħ tfakkar il-106 snin mit-twe­ lid tal-Eks Prim Ministru u Mexxej Laburista, Duminku jew Dom Mintoff. Hu kien magħruf ukoll bħala “l-Perit” għall-professjoni li kien jipprattika, għalkemm dan kien riflessjoni wkoll tal-ħajja politika tiegħu fejn fassal u bena ħafna mill-pedamenti soċjali f’pajjiżna u li għadna ngawdu sal-lum il-ġurnata. Għal din l-okkażjoni, il-Mexxej attwali Laburista u Prim Ministru Robert Abela sellem il-memorja ta’ Mintoff u sostna li, bil-viżjoni u bid-determinazzjoni politika tal-Perit, inbnew il-pedamenti li grazzi għalihom seħħew ħafna mill-avvanzi soċjali u ekonomiċi ta’ pajjiżna. Iben Wenzu u Ċetta, Mintoff twieled f’Bormla fl-1916, waqt li studja fl-Università ta’ Malta u anke barra, inkluż fl-Università ta’ Oxford.

JIĠI MĠEDDED IL-FTEHIM MA’ MANCHESTER UNITED Il-gżejjer Maltin se jkunu qed jiġu promossi fost iżjed minn biljun partitarju u ammiratur li l-klabb rinomat għandu mferrxin madwar id-dinja kollha Għall-ħames snin li ġejjin Malta se terġa’ tkun id-destinazzjoni uffiċjali tal-klabb tal-futbol ta’ fama internazzjonali Manchester United hekk kif l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) ħabbret it-tiġdid bejn iż-żewġ naħat u li permezz tiegħu l-klabb fit-Tramuntana tal-Ingilterra se jkun qed jippromwovi lil pajjiżna bħala destinazzjoni turistika mas-segwaċi u mal-ammiraturi li l-istess klabb għandu madwar id-dinja, madwar 1.1 biljun persuna. Manchester United u Malta għandhom rabta dejjiema, li hi karatterizzata minn storja twila, b’pajjiżna jkun issede tal-eqdem klabb tas-supporters ta’ Manchester United. Issa, permezz ta’ dan il-ftehim, ilbrand VisitMalta se jibbenefika minn viżibilità b’saħħitha waqt il-logħbiet li jintlagħbu fil-grawnd famuż ta’ Old Trafford, u anke fuq il-mezzi diġitali, il-midja soċjali u l-midja stampata madwar id-dinja kollha. Id-dettalji ta’ dan it-tiġdid tħabbru waqt attività organizzata f’Old Trafford stess, fil-preżenza tal-Ministru għatTuriżmu Clayton Bartolo, is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għatTuriżmu Anthony Gatt u l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Carlo

Micallef. “Il-fatt li VisitMalta se terġa’ tkun Official Destination Partner ta’ Manchester United se jwassal għal żieda bla preċedent fil-viżibilità u fil-kordinament tal-isforzi ta’ marketing għall-gżejjer Maltin, mhux biss fl-Ewropa, iżda wkoll fi swieq long haul bħall-Amerka, l-Ażja u l-Lvant Nofsani. Ninsab ottimist li dan il-ftehim ta’ sħubija jkompli jwassal biex Malta tiġi stabbilita bħala ċentru ta’ eċċellenza għat-turiżmu sportiv,” irrimarka l-Ministru Bartolo. “Waqt ix-xhur tal-pandemija, l-MTA kellha tkun innovattiva biex timmassimizza l-potenzjal ta’ din is-sħubija, u dan fi żmien meta kull forma ta’ attività sportiva kienet wieqfa. Dan sar permezz ta’ għadd ta’ inizjattivi ta’ natura diġitali, intiżi biex iżidu l-viżibilità u l-engagement, fejn stajna anke nesponu s-sbuħija tal-gżejjer Maltin mal-ammiraturi tal-United madwar id-dinja kollha, speċjalment fir-reġjun Ażjatiku, fejn huma rikonoxxuti bħala wieħed mill-aktar klabbs sportivi b’saħħithom fid-dinja,” saħaq il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità. Hu tenna l-impenn Malti li jkomplu jiġu massimizzati l-benefiċċji kollha ta’ dan il-ftehim. Id-Direttur tal-Alleanzi u s-Sħubijiet

ta’ Manchester United, Ali Edge, qalet li l-klabb u Malta għandhom relazzjoni u storja rikka u jinsabu kuntenti li se jissokta dan il-ftehim ma’ VisitMalta. “Aħna tassew kburin b’dak li rnexxielna niksbu fl-ewwel snin tas-sħubija, speċjalment f’perjodu fejn l-ivvjaġġar internazzjonali kien ristrett u qed inħarsu ’l quddiem biex inkomplu dan ilftehim ta’ suċċess għas-snin li ġejjin,” tenniet Edge. Il-Partnership Performance Director, Liam McManus, qal li “sa minn meta nedejna dan il-ftehim ma’ VisitMalta, flimkien, irnexxielna nipprovdu, b’mod kontinwu, għarfien dwar Malta bħala destinazzjoni turistika mill-aqwa. Dan għen biex jinbnew pedamenti b’saħħithom biex bl-aktar mod ideali, Malta tkun f’pożizzjoni vantaġġuża f’dak li għandu x’jaqsam l-irkupru tas-settur turistiku wara l-eqqel tal-pandemija talCOVID-19.” VisitMalta se tkun qed torganizza wkoll u tieħu ħsieb li tniedi għadd ta’ offerti fuq is-sit elettroniku tagħha, liema offerti se jkunu mmirati speċifikament lejn l-ammiraturi ta’ Manchester United u dan bil-għan li l-istess ammiraturi jkunu jistgħu jesploraw is-sbuħija tal-gżejjer tagħna.

Minn Segretarju Ġenerali tal-PL għal Prim Ministru li kiseb il-Ħelsien Malti Hu kien Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista, qabel sar Deputat Mexxej u Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u r-Rikostruzzjoni fl-ewwel Gvern Laburista, immexxi minn Pawlu Boffa. Wara l-qasma fil-Partit, Mintoff sar Mexxej Laburista f’Ottubru tal-1949 u serva bħala Prim Ministru ta’ Malta f’erba’ leġiżlaturi differenti. L-ewwel leġiżlatura kienet dik tal1955, meta pajjiżna kien għadu kolonja tal-Imperu Ingliż. Wara li Malta kisbet l-Indipendenza, Mintoff sar Prim Ministru fl-1971 u baqa’ jmexxi lill-pajjiż għat-13-il sena sal-1984, hekk kif ħalla postu lis-suċċessur tiegħu Karmenu Mifsud Bonnici. Minbarra li salva lil eluf ta’ familji mill-miżerja u tellagħhom għal livelli ogħla ta’ għajxien, il-kisbiet li seħħew f’pajjiżna u lil hinn taħt it-tmexxija talPerit Mintoff kienu ħafna, mhux l-inqas il-ġrajja storika tal-kisba tal-Ħelsien fl-1979, fejn l-aħħar forzi militari Brittaniċi ħallew pajjiżna darba għal dejjem wara 150 sena ta’ preżenza kolonjali. Il-Perit Duminku Mintoff, li baqa’ attiv tul ħajtu kollha, ħalla din id-dinja fl-20 t’Awwissu ta’ 10 snin ilu fl-għomor ta’ 96 sena. Nhar il-Ġimgħa li għadda, delegazz­ joni uffiċjali tal-PL, immexxija midDepu­tati Mexxejja Chris Fearne u Da­ niel Micallef, poġġew kuruni tal-fjuri mal-monument li jfakkar lil Dom Mintoff f’Bormla.


07

07.08.2022

Malta fil-qiegħ tal-lista b’ċittadini li għandhom kontijiet b’lura (xellug) u bl-inqas persentaġġ ta’ persuni li għadhom ma sabux impjieg ġdid

DIFFERENZI BL-GĦAJNUNIET STATALI Tkompli minn paġna 1

riġ ta’ Eurofound sab li persentaġġ ukoll jinkludi lil dawk b’residenza priJirriżulta mir-rapport li 16% taċ-ċit- vata u bla dejn fuq il-proprjetà xi jħalltadini jinsabu b’lura fil-kontijiet tad- su li qed jgħidu li qed isibu diffikultajidawl u l-ilma, waqt li 28% tal-familji et imqabblin ma’ sena qabel. qed jistennew diffikultajiet akbar fitEurofound sabet li t-tqabbil bejn tliet xhur li ġejjin. Is-sena li għaddiet is-27 pajjiż fl-UE għall-problemi redawk li ddikjaraw li għandhom l-ar- latati mal-faqar tal-enerġija jvarjaw retrati fil-ħlasijiet dovuti minnhom ħafna minn 7% fid-Danimarka għal kienu jgħoddu 13%, waqt li fl-2020 50% fil-Greċja, waqt li l-persentaġġi ta’ kienu 11%. dawk imħassbin bil-kontijiet fiż-żmien Djun oħrajn b’lura li ġew irrappor- li ġej iġebbdu minn Malta bl-inqas rata tati kienu jittrattaw ħlas tat-tele- ta’ 12% għall-Greċja bl-ogħla b’rata ta’ fown, mobile jew internet u 63%, segwita mill-Bulgarija u kura tas-saħħa jew assigul-Latvja li jaqbżu l-40%. razzjoni tas-saħħa, fost Ir-riżultati ta’ pajjiżna oħrajn. Minbarra hekk, huma riflessjoni wkoll 31% tar-residenzi, li tal-fatt li llum Malta għandhom xi tip ta’ għandha l-inqas Minn dawk li ġew vettura, qed jantiċirata ta’ ħadqiegħda fil-pandemija paw li se jkollhom problemi finanzjarji fadal biss 1% f’Malta li biex ikomplu jħallsu l-ispejjeż relatati ma sabux xogħol għall-użu tagħha. ieħor Mhux biss, is-sitwazzjoni f’pajjiżna hi kompletament differenti, iżda, grazzi għall-għaj­nu­niet mill-Gvern biex iżomm il-prezzijiet stabbli tal-enerġija u l-fuels, fost oħrajn, il-poplu għan­du ferm inqas piż fuq moħħu bl-inkwiet ta’ spejjeż li ma jistax ilaħħaq magħhom u anke fost l-inqas rati fl-UE kollha ta’ ċittadini b’arretrati x’jitħallsu. Il-faqar b’riżultat tal-prezzijiet tal-enerġija hu problema li qed jaffettwa numru konsiderevoli ta’ ċittadini finanzjarjament batuti, skont Eurofound, b’45% taċ-ċittadini Ewropej inkwetati li mhux se jkunu f’qagħda li jħallsu l-kontijiet tal-enerġija fit-tliet xhur li ġejjin. Minn dawk li diġà għandhom l-arretrati xi jħallsu fuq dawn it-tip ta’ kontijiet u jbassru li mhux se jfendu iżjed fit-tliet xhur li ġejjin, ilaħħqu għal 74% filpajjiżi membri. U għalkemm it-tendenza ta’ dawk li jaqgħu lura fil-ħlasijiet ġeneralment tinstab fost dawk li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, l-istħar-

diema li tilfu xogħolhom matul il-pandemija u dan grazzi l-istess għall-għajnuna multimiljunarja li ngħa­tat b’mod partikolari permezz tal-Wage Supplement. B’hekk ġew evi­tati mal100,000 sensja u l-għeluq ta’ diversi negozji mill-bidu tal-pandemija. Bl-eċċezzjoni tal-Olanda u l-Lussemburgu fejn f’dan l-aħħar stħarriġ ta’ Eurofound irrapportaw żidiet finnies li ġew qiegħda mir-rebbiegħa tas-sena lil hawn, il-pajjiżi kollha Ewropej kellhom tnaqqis fost dawk li tilfu xogħolhom fl-aħħar 12-il xahar. Minn dawn, għal darb’oħra Malta kellha l-aħjar prestazzjoni u kif rifless ukoll fl-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja, għad fadlilha biss 1% ta’ dawk li tilfu xogħolhom matul il-pandemija u li għadhom ma sabux impjieg

alternattiv. Fl-aħħar stħarriġ tagħha, Eurofound qalet li, waqt li l-qgħad naqas kważi kullimkien fl-UE mill-ogħla rata ta’ 7.8% fl-aħħar tal-2020 u għal 6.2% fir-rebbiegħa li għaddiet, anke inqas mis-6.5% fil-bidu tal-pandemija, ir-rata medja tas-sensji li ngħataw fl-aħħar sentejn u nofs niżlet minn 9.6% sena ilu għal 6.8% issa. L-aktar affettwati mis-sensji kienu ż-żgħażagħ fl-etajiet bejn it-18 u d-29 sena. F’analiżi oħra li toħroġ mill-istatistika miġbura minn Eurofound joħroġ li wieħed minn kull ħames ċittadini Ewropej esperjenzaw problemi fil-bżonnijiet ta’ kura tas-saħħa, wara li l-pandemija xeħtet pressjoni kbira fuq is-sistemi tas-saħħa u ħafna mis-servizzi mhux essenzjali ġew sospiżi, posposti jew mibdulin b’mod sinifikanti. Is-sistemi kollha tas-saħħa għadhom iridu jirkupraw mill-backlog li ġie akkumulat matul il-pandemija. Fil-fatt, 18% ta’ dawk intervistati qalu li għad għandhom kwistjoni medika li għaliha għadhom qed jistennew il-kura. Minkejja dan, dan ivarja sostanzjalment minn pajjiż għal ieħor, u pajjiżna kien wieħed minn biss sitta – flimkien mar-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, Spanja, ir-Rumanija u l-Ungerija – li għamlu titjib sinifikanti imqabbel mas-sena l-oħra. Il-Maltin u l-Għawdxin huma t-tieni l-inqas li rrappor­taw problemi bis-servizzi tas-saħħa u jaqbżuna biss iċ-Ċeki. Mis-sena l-oħra, ġie rreġistrat titjib minimu f’dan ir-rigward f’ħafna mill-pajjiżi, bħall-Italja, l-Irlanda, il-Greċja, is-Slovenja, ir-Ru­ma­nija, il-Kroazja, il-Portugall, il-Bulgarija u l-Po­lonja, waqt li Ċipru, il-Belġju, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, l-Iżvezja, l-Estonja, il-Finlandja, il-Litwanja u l-Latvja lkoll irreġistraw żieda fil-problemi b’kura li ma tilħaqx liċ-ċittadini tagħhom.


08

07.08.2022

IĊ-ĊENSIMENT, IL-POPOLAZZJONI L-NSO TIPPUBBLIKA L-EWWEL RIŻULTATI MILL-ISTĦARRIĠ NAZZJONALI TA’ KULL GĦAXAR SNIN, FEJN TIĠI Fi storja ta’ 180 sena minn meta, taħt il-ħakma tal-Imperu Ingliż, twettaq u ġie ppubblikat l-ewwel ċensiment nazzjonali u baqa’ jiġi ripetut prattikament kull 10 snin, għajr fi żmien l-Ewwel Gwerra Dinjija, jirriżulta li bħala ġens Malti żdidna b’erba’ darbiet u nofs minn 114,499 mill-1842 għal 519,562 is-sena li għaddiet. Waqt li dik tal-aħħar 10 snin kienet l-akbar żieda fl-istorja, b’riżultat ta’ żviluppi ekonomiċi mingħajr preċedent li seħħew minn kważi staġnar li kien jeżisti dak iż-żmien, riżultati simili jinstabu wkoll fi żminijiet simili fejn pajjiżna esperjenza tkabbir b’riżultati ta’ ċirkostanzi ta’ prosperità, kif tixhed analiżi li wettqet il-KullĦadd anke minn studji passati dwar kull ċaqliq filpopolazzjoni. Anke jekk il-popolazzjoni Maltija kienet dejjem għat-telgħa, b’eċċezzjoni­ jiet rari, fatturi oħrajn, lil hinn milleko­nomija jew in-nuqqas tagħha, ikkontribwew ukoll biex din tiżdied, bħal pereżempju l-preżenza tal-forzi militari u qrabathom f’150 sena ta’ ħakma Brittanika, priġunieri tal-gwerra fis-snin 20 tas-Seklu 20 u l-“baby boom” ta’ wara t-Tieni Gwerra Dinjija, li kellha l-effetti tagħha fuq id-dinja kollha. Bil-maqlub, ċirkostanzi li wasslu biex din titnaqqas jinkludu l-eżodu bl-emig­ razzjoni ta’ eluf ta’ ċittadini minn fostna, partikolarment fil-ħamsinijiet u s-sittinijiet u saħansitra l-eżilju sforzat mill-Ordni tal-Kavallieri ta’ dawk meqjusin “persuni inutli” jew “ta’ xkiel”, l-iżjed nisa u tfal, fit-tħejjijiet għall-attakki mit-Torok f’dak li kellu jkun l-Assedju l-Kbir, li wkoll stħarriġna bħala parti minn din l-analiżi fil-fond. Ittrattajna wkoll l-imwiet tal-massa matul iż-żminijiet, l-iżjed kawża ta’ mard u epidemiji, ferm qabel dik attwali tal-COVID-19, li affettwaw drastikament anke r-rata tat-twelid u allura n-numri fil-popolazzjoni. Fost oħrajn, ġie kkonsultat għal dan il-għan studju intensiv, li kien sar fl1960 għall-Università ta’ Durham fl-Ingilterra, dwar l-aspetti demografiċi ta’ pajjiżna. Mill-pubblikazzjoni fl-aħħar jiem tat18-il ċensiment nazzjonali, li twettaq is-sena li għaddiet, joħorġu diversi fatti interessanti. Minn kemm ilhom jiġu ppubblikati ċensimenti, dan hu l-ewwel ċensiment li juri li f’pajjiżna hawn aktar irġiel milli nisa, bi 52% tal-popolazzjoni ta’ 519,562, li huma rġiel. Popolazzjoni li kibret b’aktar mid-doppju fl-aħħar seklu, filwaqt li fl-aħħar 10 snin, żdiedet bi kwart. Interessanti li, bħala medja, il-popolazzjoni żdiedet b’10,000 fis-sena mill-2011 ’l hawn. Id-differenza bejn irġiel u nisa ilha tonqos sa mis-sena 1967. Madankollu dan hu l-ewwel ċensiment li juri li għandna maġġoranza ta’ rġiel. Jekk tieħu l-popolazzjoni bħala distretti ssib li fix-Xlokk hemm l-aktar persentaġġ ta’ rġiel li jaqbżu lin-nisa, bi 52.5% rġiel u 47.5% nisa. Hawnhekk qed inħarsu lejn Birżebbuġa, Marsaskala u ż-Żejtun. Min-naħa l-oħra, fil-Punent,

B’riżorsi limitati u opportunitajiet mill-iżjed skarsi, eluf kbar minn pajjiżna għażlu u anke ġew sforzati biex jemigraw lejn bnadi oħrajn tad-dinja, kif jidher hawn fil-ħamsinijiet

jiġifieri Ħ’Attard, ir-Rabat u Ħaż-Żeb- 22.2% mill-popolazzjoni ta’ 519,562, jew buġ, il-persentaġġ jonqos għal 50% rġiel aħjar 115,449, li huma barranin. Filwaqt u 49.4% nisa. li dan ifisser li wieħed minn kull ħames Dan iċ-ċensiment juri wkoll il-qabża persuni hu barrani, dan il-persentaġġ fil-popolazzjoni ta’ San Pawl il-Baħar, hu bil-wisq aktar minn dak irreġistrat tant li dan il-lokal issa sar l-aktar post 10 snin ilu. li għandu residenti. Iż-żieda f’dan il-loFil-fatt, fl-2011 kienu rreġistrati kal bdiet tinħass sew tant li, filwaqt li 20,289 persuna ta’ nazzjonalità barfl-2005 kien il-ħames l-akbar, fl-2011 sar raniija – 4.9% biss tal-popolazzjoni. it-tielet l-akbar u issa jinsab fil-quċċata Din żdiedet bi 17.3% għal 22.2%. L-akbar bħala l-post li għandu l-akbar popolazz- żieda kienet f’San Pawl il-Baħar – akjoni, dik ta’ 32,042. Mill-2011 ’l hawn San tar minn 14,000 – biex issa hemm akPawl il-Baħar kellu żieda qawwija ta’ tar minn 17,000 barrani li joqogħdu 95.4%. f’din il-lokalità. Fit-tieni post hemm Wara San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema, b’żieda ta’ 7,510 tibqa’ fuq quddiem Birkirbarranin u mbagħad tiġi kara, li għandha popolal-Gżira b’6,756. zzjoni ta’ 25,807, u Interessanti wkoll li warajha l-Mosta bi anke fil-popolazzjoni 23,482 resident. barranija li toqgħod L-emigrazzjonijiet, Jekk tgħodd dawn f’pajjiżna, l-aktar li l-immigrazzjonijiet, it-tliet lokalitajiet hawn huma rġiel, flimkien, insibu li fili jammontaw għal il-mard u r-rati għoljin hom hemm popola59.3% tal-barranin. tat-twelid li l-iżjed zzjoni ta’ 81,331 jew Minkejja dawn aħjar 15.7% tat-total iċ-ċifri ta’ hawn fuq, affettwawna tul tal-popolazzjoni MaltSan Pawl il-Baħar iż-żminijiet ija u Għawdxija. mhux l-aktar popolat L-akbar żieda fil-popolameta tqis kemm jgħixu zzjoni li ġiet irreġistrata wara persuni għal kull kilometdik f’San Pawl il-Baħar kienet ru kwadru. Hawnhekk tispikka fiż-Żebbuġ, Għawdex, b’79.4% u wara Tas-Sliema li għandha densità ta’ 15,167 l-Imsida b’75.4%. persuna għal kull kilometru kwadru. San Pawl il-Baħar qiegħed ukoll Wara Tas-Sliema hemm l-Isla u Tal-Piquddiem nett f’dik li hi popolazzjoni età. barraniija. Fil-gżejjer Maltin għandna Fuq in-naħa l-oħra, insibu li l-inqas

lokalità li għandha densità ta’ popolazzjoni hu r-raħal ċkejken Għawdxi tal-Għasri, li kull m’għandu huma 104 persuni għal kull kilometru kwadru ta’ art. Dan iċ-ċensiment juri wkoll li pajjiżna mhux biss baqa’ l-aktar pajjiż li għandu densità ta’ popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea, imma din kompliet tiżdied, tant li issa laħqet l-1,649 persuna kull kilometru kwadru fl-2021 – 324 persuna iżjed kull kilometru kwadru (jew 24.5%) meta mqabbel ma’ 10 snin ilu. Il-medja fl-UE fl-2019 kienet ta’ 109 persuni għal kull kilometru kwadru, bit-tieni pajjiż dens ikun l-Olanda. Xorta waħda dan tal-aħħar hu aktar minn tliet darbiet inqas dens minn Malta, b’507 persuni għal kull kilometru kwadru. Malta hi 3.4 darbiet aktar popolata minn Għawdex, b’1,948 persuna kull kilometru kwadru meta mqabbla mal-572 persuna kull kilometru kwadru rispettivament. B’mod ġenerali, id-densità tal-popolazzjoni żdiedet fis-sitt distretti kollha. Meta mqabbla fuq livell distrettwali, l-akbar żieda mill-2011 kienet fid-Distrett tat-Tramuntana (47%), ekwivalenti għal kważi 30,000 persuna. L-inqas żieda kienet fid-Distrett fin-Nofsinhar talPort, b’żieda ta’ 8.3% fuq l-2011. Fil-fatt, din iż-żona rreġistrat l-iżgħar bidla fl-għadd tal-popolazzjoni matul l-aħħar seklu, bil-popolazzjoni tagħ­ha tibqa’ taħt id-90,000 resident, għall-


09

07.08.2022

U Ċ-ĊAQLIQ FOSTNA F’470 SENA RREĠISTRATA L-AKBAR POPOLAZZJONI U BL-IRĠIEL LI JAQBŻU LIN-NISA FI KWAŻI ŻEWĠ SEKLI U FUQHOM PERJODI FL-ISTORJA LI GĦAMLU DIFFERENZA FIL-POPOLAZZJONI MALTIJA

POPOLAZZJONI F’ELUF

Stabbiltà akbar u żviluppi bla preċedent taħt l-Ordni attiraw xi 90,000 immigrant

Bejn l-1830 u l-1837 mietu mas-7,000 kawża tal-ġidri u l-kolera

Il-Pesta s-Sewda (1813-1814) qatlet xi 5,000 persuna u affettwat l-iżvilupp

L-ewwel emigrazzjoni tal-massa seħħet

Il-baby boom, l-aktar mis-snin 30 u 60, ġabet żieda ta’ 62% fit-tfal

Fl-Ewwel Gwerra Dinjija, it-tuberkolożi qatlet sa 80% tal-persuni infettati

L-akbar qabża storika wara investimenti u żviluppi bla preċedent

B’opportunitajiet skarsi, iżjed minn 109,000 Malti emigraw fis-snin 50 u 60

B’interess akbar fil-kura tas-saħħa, bdiet titnaqqas ir-rata ta’ mwiet

Qabel l-1551 u fl-1561 Maltin “inutli” eżljati mill-pajjiż mill-Ordni

SENA Stima

Ċensiment

L-AKTAR SNIN TA’ MIGRAZZJONI MILL-POPLU MALTI WARA T-TIENI GWERRA DINJIJA

kunt­rarju tad-distretti l-oħrajn kollha f’Malta li kważi rdoppjaw fid-daqs, ħlief għad-Distrett tat-Tramuntana. Dan żdied b’aktar minn sitt darbiet – minn 14,672 għal 93,755 resident. Ir-riżultati miċ-Ċensiment tal2021 juru li l-akbar konċentrazzjoni tal-popolazzjoni tibqa’ fid-Distrett fit-Tramuntana tal-Port b’157,297 resident jew 30.3% tal-popolazzjoni kollha li huma residenti hemmhekk. Dan kien segwit mid-Distrett tat-Tramuntana (18%) u Distrett fin-Nofsinhar tal-Port (16.6%). Ilna żmien ngħidu li l-età medja tal-popolazzjoni qed tiżdied, jiġifieri li l-popolazzjoni Maltija qed tixjieħ u dan kien ikkonfermat minn dan iċ-ċensiment. Mill-aħħar ċensiment fl-2011, l-età medja kienet dik ta’ 40.5 u issa, din żdiedet għal 41.7. Din iż-żieda hi riżultat ta’ aktar anzjani u tnaqqis fiż-żgħażagħ irreġistrati. L-anzjani minn 65 sena ’l fuq fostna issa jgħoddu għal 18.8% tal-popolazzjoni u l-ammont ta’ żgħażagħ (24 sena u inqas) jammontaw għal 23% tal-popolazzjoni. L-età medja tal-Għawdxin hija ferm akbar minn tal-bqija tal-Maltin u tilħaq it-43.8. Minkejja dan, fejn jidħlu l-lokalita­jiet, jirriżulta li attwalment l-Imdina hi l-aktar waħda “anzjana” (53.8 snin), filwaqt li l-lokal li l-aktar li hu “żagħżugħ” hu

SENA

EMIGRAW

ĠEW LURA

SENA

EMIGRAW

ĠEW LURA

SENA

EMIGRAW

ĠEW LURA

1948

3,150

131

1954

11,447

950

1973

4,059

230

1949

5,368

109

1955

9,007

861

1974

4,189

535

1950

8,503

495

1956

4,492

388

1975

1,624

2,957

1951

7,692

470

1963

6,579

536

1976

1,107

2,472

1952

5,342

1,009

1964

8,987

495

1977

1,237

2,261

1953

4,532

949

1965

8,090

530

1978

1,577

1,678

x-Xgħajra (37 sena). L-istorja taċ-ċensimenti lokali Minn ħarsa lejn l-istorja ta’ żamma ta’ rekords dwar il-popolazzjoni, jirriżulta li l-ewwel numerazzjoni dettaljata ġiet irreġistrata f’pajjiżna f’almanakk tal-1807. Dan seħħ wara t-tkeċċija talFranċiżi minn pajjiżna u kien ibbażat fuq ir-reġistri tal-parroċċi. Dan indika popolazzjoni ta’ “Kattoliċi nattivi” ta’ 93,000 u total ta’ 22,100 “stranġieri domestikati u abitanti oħrajn”. Waqt li l-pesta fl-1813 wasslet għal nuqqas ta’ tkabbir, in-numri ftit varjaw f’“ċensiment” fl-1828. Kummissjoni rjali, li fl-1836 intbagħ­ tet biex tinvestiga l-pożizzjoni politika u ekonomika f’Malta, irrapportat li kien biss fiż-żminijiet tal-pesta u l-ġuħ li r-rata ta’ mwiet qarrbet għar-rata tat-twelid, li kienet għolja ħafna anke mqabbla ma’ livelli Ewropej, u ż-żieda fil-popolaz­ zjoni baqgħet soda fi tliet sekli. Fil-fatt, waqt li fl-1530 kienu rreġistrati 20,000 resident, dawn telgħu għal 90,000 fl-1800 u 114,000 fl-1842. Sal-1956, il-popolazzjoni telgħet għal madwar 316,000 b’densità ta’ 1,553 abitant kull kilometru kwadru. Is-sena l-oħra, din telgħet għal 1,649 persuna kull kilometru kwadru. Sadanittant, l-ewwel ċensiment proprju, dak tal-1842, iffirmat mill-Ispettur tal-Pulizija, kien jiffoka biss fuq

seba’ suġġetti relatati mat-tqassim tal-popolazzjoni skont il-lokalitajiet, il-livell litterali tal-poplu, ix-xogħol li kienu jagħmlu u l-għadd ta’ studenti. Fl-1851 l-informazzjoni kienet iżjed estensiva u s-suġġetti twessgħu għal 30, biż-żieda tal-faxex ta’ età, it-tip ta’ akkomodazzjoni u l-iskejjel, fost oħrajn. Sussegwentement, l-ewwel ċensiment voluminuż, li wkoll kien jitqabbel ma’ dak li kien isir fir-Renju Unit fil-perjodu, ġie ppreżentat 10 snin wara b’varjazzjoni ta’ suġġetti (142) u f’iżjed dettall. Minkejja dan, sa dan iż-żmien, ħafna mill-informazzjoni li kienet tinġabar xorta kienet deskritta approssimattiva, kemm minħabba l-livell ta’ edukazzjoni ta’ ħaf­na miċ-ċittadini, iżda wkoll għax ħafna ma kinux iħossu l-obbligu li jieħdu sehem. Bl-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni aħjar fl-1891 u pubbliċità akbar, l-iżjed fil-quddies ta’ nhar ta’ Ħadd minn ġimagħtejn qabel il-ġbir tal-informazzjoni, l-affari­ jiet tjiebu drastikament minn hemm ’il qud­diem. Bejn l-ewwel ċensiment u dak tal2011, il-popolazzjoni Maltija kienet diġà kibret bi 3.6 darbiet, minn 114,499 għal 416,055, u kważi rduppjat minn 211,564 għal 417,432 fil-perjodu 1911-2011. Bejn iż-żewġ ċensimenti li saru fl-1842 u l-1851, il-popolazzjoni żdiedet b’medja ta’ 0.9% kull sena. L-istess ġara bejn l-1851 u l-1861, iżda fl-20 sena ta’ wara din niżlet marġinalment għal 0.6% fis-sena.

Dan kien segwit minn perjodu ta’ aċċellerazzjoni fejn il-popolazzjoni żdiedet b’mod sinifikanti biex fl-1911 ilħaqna l-livell ta’ 211,564 ċittadin. Id-diċennju 1911-1921, li kien jinkludi l-Ewwel Gwerra Dinjija, kien ikkaratte­ rizzat minn tkabbir insinifikanti li m’affettwax ir-rata annwali. Dan wassal biex f’dan iż-żmien kien hemm biss żieda ta’ 694 persuna biss. Biż-żieda fil-popolazzjoni, maż-żminijiet, waslu wkoll lokalitajiet ġodda – Tas-Sliema u Raħal Ġdid fl-1851, San Ġiljan, l-Imsida u Għajnsielem fl-1861, il-Ħamrun u Tal-Pietà fl-1881, Kerċem, l-Għasri u l-Qala fl-1891, il-Kalkara, l-Imġarr (Malta), San Pawl il-Baħar, Marsaxlokk u San Lawrenz fl-1901, Santa Venera, il-Marsa u Birżebbuġa fl-1921, u l-Gżira fl-1948. Wara, żviluppi, li twettqu fi żmien Gvernijiet Laburisti, inkluż bit-tkeċċija tal-forzi militari Brittaniċi kollha, inħolqu lokalitajiet ġodda, bħal Pembroke u Santa Luċija. Il-ġimgħa li ġejja nkomplu nittrattaw l-iżviluppi li seħħew storikament f’artna mal-milja taż-żmien, inkluż minn meta l-pajjiż kien taħt it-tmexxija tal-Kaval­ lieri tal-Ordni. Partikolarment nanaliz­ zaw perjodi mill-iżjed diffiċli fejn eluf tilfu ħajjithom b’riżultat ta’ infezzjoni­jiet kbar u t-tluq ta’ eluf oħrajn għal artijiet aħjar fejn setgħu jgħammru aħjar. Jissokta l-ġimgħa d-dieħla


10

07.08.2022

TM FAVUR IS-SIGURTÀ FIT-TOROQ Spezzjonijiet fuq vetturi kummerċjali bl-għajnuna ta’ awtoritajiet oħrajn

Il-bastiment tal-Awtorità Ewropea tas-Sajd, Lundy Sentinel, sorġut fil-port Malti din il-ġimgħa

L-UE TILQA’ T-TALBA MINN MALTA GĦAL PROTEZZJONI AKBAR LIS-SAJJIEDA LOKALI Wara tliet snin ta’ ħidma u pressjoni, din il-ġimgħa waslet f’pajjiżna Patrol and Inspection Vessel mill-Aġenzija Ewropea tal-Kontroll tas-Sajd, bl-isem ta’ Lundy Sentinel. Il-bastiment se jgħin fl-ispezzjonijiet tal-opri tas-sajd fl-ibħra tal-Mediterran, kemm Ewropej kif ukoll dawk ta’ pajjiżi terzi. Il-wasla ta’ dan il-vapur hi aħbar tant mistennija mis-sajjieda Maltin u Għawdxin kollha, hekk kif se jingħataw ħarsien u protezzjoni akbar waqt li jkunu għaddejjin bil-ħidma tagħhom. Matul is-snin li għaddew, kien hemm diversi rapporti ta’ sajjieda minn pajjiżi terzi, ewlenin fosthom mit-Tuneżija, li kienu qegħdin joperaw ’il barra mill-konformità tal-liġijiet u saħansitra jheddu lis-saħħa u s-sigurtà ta’ diversi operaturi Maltin. Bosta rapporti fil-midja Maltija jelenkaw kif għadd ta’ sajjieda Maltin isibu l-kannizzati tagħhom midurin, waqt li mhux darba jew tnejn jaraw bastimenti tas-sajd barranin jistadu illegalment flibħra territorjali Maltin. Fid-dawl ta’ dan, il-Gvern ħadem min­għajr waqfien, permezz tar-rappreżentanti tiegħu fi ħdan il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd fil-Mediterran (GFCM), u talab biex isiru aktar spezzjonijiet fil-Mediterran. Wara tliet snin ta’ pressjoni kontinwa, l-Unjoni Ewropea fl-aħħar irrikonox­xiet il-periklu eżistenti u aċċettat it-talba tal-Gvern Maltin għal aktar sigurtà fuq

il-baħar. Għall-ewwel darba fl-istorja tiegħu, dan il-bastiment jinsab f’pajjiżna biex fil-jiem li ġejjin, jibda jagħmel numru ta’ spezzjonijiet fuq is-sajd tal-lampuki, kemm fuq dgħajjes tas-sajd Ewropej kif ukoll fuq dawk minn pajjiżi terzi. Il-vapur reġa’ beda jo­pera fil-Me­di­ terran, wara per­jodu ta’ ħidma fl-Oċe­an At­lan­ti­ku. L-operat tiegħu se jkun qed jassis­ ti lis-saj­jieda Maltin u Ewropej kollha, speċ­ jal­ment hekk kif ninsabu fl-eqqel talistaġun tas-sajd għattonn, il-pix­xis­pad u l-lampuki. Lundy Sentinel se jopera taħt it-tmex­xija tal-Awtorità Ewropea tas-Sajd u għandu l-poter li jwaqqaf u jispezzjona kull bastiment, kemm dawk Ewropej kif ukoll oħrajn minn pajjiżi terzi. Permezz tal-ħidma mill-membri tal-ekwipaġġ tiegħu, li jinkludu wkoll numru ta’ uffiċjali Malti u Ewropej, se jseħħ kontroll u monitoraġġ kontinwu ta’ diversi żoni tas-sajd speċifiċi, fosthom l-Istrett ta’ Sqallija. Din il-ħidma se tkompli ssaħħaħ ukoll il-monitoraġġ tal-ibħra ’l barra miż-żona Maltija. Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd u l-Akkwakultura Alicia Bugeja Said (inset) laqgħet b’sodisfazzjon id-deċiżjoni

Ew­ropea li jintbagħat dan il-bastiment f’pajjiżna. “Kuntenta li, wara ħidma twila millGvern, is-sajjieda Maltin u Għawdxin se jkollhom appoġġ u serħan il-moħħ aktar minn qatt qabel. Dan il-bastiment se jassisti lis-sajjieda Maltin u Ewropej li jkunu qegħdin jaqilgħu x’jieklu b’mod responsabbli, filwaqt li jgħin fil-ġlieda kontra l-illegalità u l-abbuż tal-liġi marittima. Smajna diversi stejjer ta’ bastimenti barranin li jistadu fuq iċ-ċimi tal-Maltin. It-tensjoni bejn is-sajjieda Maltin u dawk Tuneżini kompliet tikber matul dawn l-aħħar snin, u għalhekk inizjattiva bħal din hi waħda tassew f’waqtha,” qalet Bugeja Said. Hi esprimiet ukoll it-tama li l-involvi­ment tal-Lundy Sentinel jgħin biex tit­naqqas l-illegalità u t-tensjoni xejn s­a­biħa li teżisti fil-Mediterran. “Kuntenta wkoll bid-deċiżjoni li din l-għajnuna ma tkunx ta’ darba biss. L-UE rrikonox­xiet li din hi theddida serja u kontinwa, allura dan il-bastiment se jkun parti preżenti mill-istaġun tas-sajd tagħna għal diversi snin. Inizjattivi bħal dawn huma essenzjali biex inkomplu nipproteġu d-drittijiet u l-għajxien tas-sajjieda Maltin u Għawdxin kollha.”

Tul dawn l-aħħar xhur saru serje ta’ spezzjonijiet fuq vetturi kummerċjali u tal-merkanzija, bħal trakkijiet u vetturi oħrajn ta’ ċertu piż. Dawn l-ispezzjonijiet kienu qed isiru bejn numru ta’ awtoritajiet kompetenti li jaċċertaw li diversi aspetti mill-operat ta’ dawn il-vetturi kummerċjali huma konfor­mi malli­ġijiet lokali u dawk internazzjo­nali. Uffiċjali tal-Infurzar minn Trans­ port Malta jaħdmu f’kollaborazzjoni ma’ uffiċjali minn taqsimiet oħra, fost­hom it-Taqsima tat-Traffiku u d-Dipartiment tal-Immigrazzjoni fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, uffiċjali minn JobsPlus u mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER). F’waħda minn dawn l-ispezzjonijiet kien hemm preżenti wkoll uffiċjali mill-European Labour Agency (ELA). L-infurzar hu wieħed ħolistiku u jmur lil hinn minn sempliċi spezz­ joni biex ikun assigurat li l-vetturi jkunu konformi mal-kodiċi tattraf­fi ku u liġijiet oħrajn. Uffiċjali tal-Pulizija, minbarra li jassistu biex tinżamm il-bon ordni waqt dawn l-ispezzjonijiet, jaċċertaw li sew ilvetturi kif ukoll min qed jagħmel użu minnhom mhux qed jagħmel dan għal skopijiet illeċiti. L-Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Immigrazzjoni jiċċekkjaw ukoll li l-persuni involuti ma jinsabux hawn b’mod illegali. L-uffiċjali mid-DIER jaraw li fil-każ tal-ħaddiema dawn huma pprovduti bil-kundizzjonijiet xierqa ta’ xogħol skont il-liġi, filwaqt dawk tal-JobsPlus jaċċertaw li min iħaddem jirreġistra lill-impjegati tiegħu skont kif titlob il-liġi. L-ispezzjonijiet, li saru f’pos­ti­jiet differenti fil-pajjiż, wasslu biex jinstabu 69 illegalità wara li twaqqfu 44 vettura, b’numru minnhom b’iżjed minn ksur wieħed tal-liġi. Uħud min-nuqqasijiet kienu tyres li mhumiex f’kundizzjoni tajba, nuqqas ta’ tagħmir xieraq għat-tifi tan-nar, bħal fire extinguishers, kundizzjoni ġenerali mhux tajba, liċenzji mhux imħallsa jew b’polza tal-assiguraz­ zjoni skaduta. Ġew ukoll elevati żewġ vetturi li ma setgħux jibqgħu jintużaw minħabba l-kundizzjoni ħażina li kienu fiha. Patrick Pollacco, Direttur tal-Infurzar fi ħdan TM saħaq fuq l-importanza tal-investiment kostanti fis-sigurtà fit-toroq li qed tagħmel l-Awtorità. Hu rringrazzja lill-ħaddiema, lid-dipartimenti u lill-korpi dixxiplinarji għall-isforzi tagħhom biex jgħinu fl-infurzar ta’ spezzjonijiet simili.


11

07.08.2022

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ FIS-SOĊJETÀ LEJN IL-FUTUR Wieħed mill-prinċipji tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem hu d-dritt fundamentali tal-parteċipazzjoni. Din is-sena fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, li se jaħbat nhar il-Ġimgħa li ġej, 12 ta’ Awwissu, it-tema ewlenija għal din is-sena hi s-Solidarjetà Interġenerazzjonali. Il-gazzetta KullĦadd tkellmet mal-Kap Eżekuttiv ta’ Aġenzija Żgħażagħ, MIRIAM TEUMA, dwar l-impenn taż-żgħażagħ fis-soċjetà tagħna u l-viżjoni għaż-żmien li ġej. Bħala prinċipju ­­ fundamen­ta­li, tisħ­qu ħafna fuq il-parte­ċipazzjoni tażżgħa­żagħ fis-soċ­je­tà tagħna. Kemm huwa importanti li jkollhom l-għodod neċessarji biex dawn jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom?

Kemm tilqa’ fiha żgħażagħ l-Aġenzija Żgħażagħ u x’inhuma l-pjanijiet fiż-żmien li ġej biex toffru aktar opportunitajiet liż-żgħażagħ biex jimirħu b’mod edukattiv, innovattiv u artistiku fl-istudji tagħhom?

Bħala l-aġenzija nazzjonali tażżgħa­żagħ naħdmu qatigħ biex iż-żgħażagħ tagħna jipparteċipaw b’mod effettiv u nassiguraw li dawn ikollhom l-għodda xierqa, bħall-informazzjoni, edukazzjoni dwar u aċċess għad-drittijiet ċivili tagħhom. L-Aġenzija Żgħażagħ irnexxielha tikseb il-premju tal-European Youth Informative Quali­ ty Label bħala rikonoxximent mill-Aġenzija Ewropea għall-Informazzjoni u l-Pariri għażŻgħażagħ tas-servizz ta’ informatika affidabbli, komplut u new­trali li qegħdin noffru lil din il-popolazzjoni speċifika lokalment. Permezz ta’ parteċipazzjoni attiva lokali kif ukoll internazzjonali, iż-żgħażagħ tagħna qegħdin jingħataw is-setgħa li jkollhom rwol fl-iżvilupp talkomu­nità flimkien ma’ indi­ vid­wi oħra, bħat-tfal, l-adolex­ xenti, l-adulti u l-anzjani tas-soċ­jetà. Minbarra hekk, dawn iżżgħa­­­żagħ li jkunu qed jingħa­ taw l-oppor­tunità li jipparteċipaw fis-soċjetà tagħna jkunu qegħdin ukoll jiżviluppaw dawk il-ħiliet personali li eventwalment se jiġu bżonn żgur matul

Minn meta ġejt appuntata bħala Kap Eżekuttiv ta’ din l-aġenzija dejjem emmint li l-prevenzjoni hija aħjar mill-kura u dan huwa l-prinċipju li bqajt inħaddan tul dawn is-snin kollha li ili nokkupa din il-kariga. B’sodisfazzjon ngħid li l-Aġen­zija Żgħażagħ din is-sena laqgħet ’il fuq minn 800 żagħżugħ u żagħżugħa f’dan il-prog­ramm tas-sajf. Flimkien mas-Seg­retarju Parlamentari għaż-Żgħa­żagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti qegħdin nassigu­raw li nisimgħu l-vuċi taż-żgħażagħ tagħna mhux biss permezz ta’ diskussjonijiet magħhom imma anke billi noffru l-opportunitajiet kemm lokali kif ukoll internazzjonali li fihom ikunu jistgħu jwasslu l-messaġġ tagħhom anke b’mod artistiku u innovattiv. Fix-xhur li għaddew, iżżgħażagħ kell­­hom l-opportuni­ tà li jipparteċipaw f’“Idejarti”, esebizzjoni ta’ xogħlijiet ta’ skultura bit-tema tranżizzjoni u r-reb­bieħ ingħata saħansitra ċ-ċans li jipparteċipa f’Salz­ burg għall-master classes. Minbar­ra dan, kellna wkoll il-Youth Film Festival fejn ir-

Miriam Teuma ħajjithom. Jeżistu wkoll diversi sfidi li jaffaċċjaw iż-żgħażagħ fl-ambjent tal-iskola fosthom il-bidla drastika milliskejjel primarji, sekondarji, postsekondarji u terzjarji … bidliet li ħafna drabi ma jkunux lesti għalihom. Nidejna l-prog­­ramm ta’ edu­ kazzjo­ni informali għas-sajf fejn nit­trat­taw waħda mill-isfi­di li jiffaċ­ċjaw it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna meta jbiddlu l-ambjent mill-primarja għas-sekondarja, mis-sekondarja għall-iskola postsekondarja u mill-iskola għad-dinja tax-xogħol. Maul is-sajf noffru numru ta’ programmi biex nippreparaw

liż-żgħażagħ tagħna għal dawn it-tranżizzjonijiet tant kruċjali f’ħajjithom. Ir-riċerka wkoll turina li dawn jistgħu jħallu effett fuq ir-riżultat akkademiku, il-mod ta’ kif iż-żgħażagħ jissoċjalizzaw ma’ ta’ madwarhom kif ukoll iħallu impatt fuq l-emozzjonijiet tagħhom. Għandna nagħrfu l-importanza li ż-żgħażagħ tagħna huma riżorsa umana ewlenija għall-iżvilupp u aġenti ewlenin għall-bidla soċjali, għat-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni teknoloġika. B’hekk, bħala aġenzija, kontinwament ninvestu fit-tisħiħ tal-ħiliet tagħhom biex ikunu jistgħu anke jagħtu s-sehem tagħhom fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

reb­bieħ tajnieh l-opportunità li jmur in-Nor­veġja għal film workshops. Dan kollu qed nagħmluh bil-għan li dawn iż-żgħażagħ ikomplu jsaħħu l-ħiliet kreattivi u innovattivi tagħhom anke barra minn xtutna, filwaqt li meta jirritornaw Malta jkunu jistgħu jaqsmu l-ħiliet li jiksbu barra minn Malta ma’ sħabhom. Fix-xhur li ġejjin se tkun qed tiftaħ skema li nedejna flimkien mas-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti biex inħeġġu liż-żgħażagħ tagħna jsarrfu l-ideat tagħhom fi proġetti konkreti li huma innovattivi u kreattivi b’vot ta’ €100,000. Minbarra din l-iskema, qed niffirmaw ftehim ieħor ma’ organizzazzjonijiet li jippromwovu ħiliet għat-tul ta’ ħajjithom, kif ukoll ħiliet xjenti­fiċi ’l barra mill-proċess akkademiku jew ta’ edukazzjoni formali. Il-viżjoni primarja fil-futur… Il-viżjoni hi waħda ċara, dik li nwasslu liż-żgħażagħ tagħna fil-quċċata tas-soċjetà u din tista’ titwettaq billi bħala aġenzija, flimkien mal-Gvern u entitajiet oħra tal-Gvern kif ukoll mas-settur privat inkomplu ninvestu fil-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ permezz ta’ prog­ rammi li jħeġġu l-inizjattivi, in-networking u l-organizzazzjoni ta’ impenn taż-żgħażagħ fis-soċjetà tagħna.

SALVU SANT MAĦTUR PRESIDENT ONORARJU Il-kumitat lokali taċ-Ċentru Laburista ta’ Raħal Ġdid din il-ġimgħa ħatar lill-Eks Deputat Salvu Sant bħala President Onorarju għal għomru. Sant, li kien akkumpanjat mis-Sinjura tiegħu Joyce, ġie onorat waqt laqgħa speċjali fiċ-Ċentru Laburista tal-istess lokal, immexxija mill-President Stefan Zahra u s-Segretarju Brian Grima, fil-preżenza tal-uffiċjali l-oħrajn. Fi stqarrija, il-kumitat lokali qal li ħass li għandu jonora lil Sant b’dan it-titlu bħala rikonoxximent tax-xogħol kollu li għamel tul is-snin b’risq l-istess ċentru tal-lokal u l-impenn u l-lealtà tiegħu lejn il-Partit Laburista. Sant beda l-karriera politika

tiegħu fl-1956 bħala membru tal-Eżekuttiv Nazzjonali Laburista, waqt li mbagħad okkupa l-ka­ rigi ta’ President u Segretar­ju Ġenerali tal-Partit. Fl-1987 hu ġie elett ukoll bħala membru talKam­ra tar-Rappreżentanti. Fil-laqgħa speċjali ta’ nhar it-Tlieta li għadda, li ġiet fi tmiem­ ha bi preżentazjoni ta’ plakka kommemorattiva, Sant issiġilla n-nomina tiegħu b’daqqa ta’ pinna fuq id-dokument li jikkonferma l-ħatra tiegħu. Is-Sinjura Sant, li fl-istess jum tal-laqgħa ċċelebrat għeluq sninha, ukoll ingħatat rikonox­ ximent għax-xogħol siewi li wettqet fil-Partit, partikolarment fil-kumitati tan-Nisa Laburisti fi ħdan l-istess lokalità.

Salvu Sant jiġi ppreżentat plakka kommemorattiva mill-President taċ-Ċentru Laburista Stefan Zahra, fil-preżenza tal-uffiċjali l-oħrajn u s-Sinjura Sant


12

07.08.2022

MADWARNA

CARMELO ABELA Membru Parlamentari

Hemm min ma tantx jagħti kas dak li jiġri barra minn xtutna għax forsi jirraġuna li aħna minn dak li jiġri f’pajjiżna jinteressana. Naturalment huwa tajjeb li nuru interess f’dak li jiġri f’Malta għax żgur li se jolqotna. Biss l-avvenimenti ta’ dawn l-aħħar snin qed juru aktar minn qatt qabel kemm dak li jiġri madwarna jolqotna bil-bosta. Żewġ avvenimenti li żgur kulħadd jaf bihom huma l-COVID-19 u l-gwerra fl-Ukrajna. L-impatt tagħhom kellu u għad għandu impatt globali. Impatt fuq l-ekonomija

tal-pajjiżi, fuq l-impjiegi billi jintilfu numru ta’ impjiegi, żieda fil-faqar u problemi soċjali diversi biex insemmi ftit eżempji. Madwar id-dinja qed jitkellmu dwar l-effett tal-inflazzjoni, jiġifieri meta l-ħajja togħla. Kull pajjiż naturalment jittratta dawn l-isfidi bil-mod tiegħu u skont iċ-ċirkustanzi. Skont x’jemmen min imexxi l-pajjiż u skont anke l-mezzi finanzjarji li jkollu. Anke f’pajjiżna qed nitkellmu fuq l-għoli tal-ħajja u passi ttieħdu kemm issa u anke qabel fix-xhur u fis-snin li għaddew. Għall-grazzja t’Alla u grazzi għall-ħidma ta’ dan il-Gvern, l-ekonomija kompliet tikber, il-qgħad kompla jonqos u anke l-faqar kompla nieżel. Dejjem ikun għad fadal x’tagħmel, imma r-riżultati huma pożittivi. Dan ifisser li mexjin fid-direzzjoni t-tajba. Naturalment l-għoli tal-ħajja hu l-akbar sfida minn dawn li semmejt. Tajjeb li wieħed jgħid u jkun ċar li l-għoli talħajja mhux kawża ta’ xi azzjoni tal-Gvern Malti, imma huwa għoli tal-ħajja li ġej u huwa kkawżat minn barra.

Dan ngħidu mhux bħala skuża imma bħala fatt. Fil-passat kellna gvernijiet b’amministrazzjoni differenti minn dik preżenti, li kienu huma stess jikkontribwixxu għall-għoli tal-ħajja, bħal meta kienu jgħollu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma. Dan il-Gvern mexa mod ieħor. Dan il-Gvern minflok il-piżijiet għaddiehom direttament fuq il-familji, fuq il-ħaddiema u fuq il-pensjonanti, qed iġorr dawn l-istess piżijiet hu stess, mhux bla tbatija għall-finanzi pubbliċi. B’hekk ukoll aħna għandna rata ta’ inflazzjoni inqas minn pajjiżi oħra. Biss wieħed ma jridx jinjora u jinsa l-miżuri li ttieħdu f’baġit wieħed wara l-ieħor, fejn tejjibna l-pensjonijiet, tejjibna l-benefiċċji soċjali u tejjibna l-għajnuna li l-Gvern jagħti lil min ikun jeħtieġ. Immaġina kieku ma sarux dawn il-miżuri kollha x’kien jiġri. Issa dawn il-miżuri saru biex intejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ min jibbenefika minnhom. Biss illum, f’dawn iċ-ċirkustanzi li qed ngħixu fihom, sibniehom t’għajnuna fil-ġlie-

da kontra l-għoli tal-ħajja. Appell li nixtieq nagħmel huwa lis-settur kummerċjali. F’dawn iż-żminijiet ta’ sfida għal kulħadd, nappella li l-għoli fil-prezzijiet ikun biss dak li verament wieħed ma jkunx jista’ jagħmel mod ieħor. Huwa wkoll fl-interess kummerċjali li dan isir għax b’hekk il-Gvern ikun jista’ jgħin fejn ikun meħtieġ u mhux ikollu jagħmel sforz akbar li forsi ma jkunx sostenibli fit-tul taż-żmien. Napprezza wkoll jekk l-istess settur kummerċjali, fejn dan ikun possibbli għax nifhem l-ispejjeż li huma għandhom, jekk inaqqsu xi ftit il-marġini tal-profitt ħalli huma stess jassorbu ftit minn dak l-għoli fil-prezzijiet li qed jiġi kkawżat minn dak li qed jiġri madwarna. Dan qed ngħidu għax naf li hemm diversi li fis-settur tan-negozju diġà qed jagħmluh. U dan bħala konsumaturi għandna napprezzawh. B’dawn il-ftit ħsibijiet tiegħi ppruvajt nuri kemm dak li jiġri madwarna jimpattana bil-kbir. Ifisser ukoll li aħna bħala pajjiż għandna rwol importanti u għandna

nagħtu l-kontribut tagħna internazzjonalment ħalli kemm jista’ jkun dawn l-affarijiet ma jiġrux u meta jseħħu nippruvaw insibu l-aħjar soluzzjonijiet. Naturalment l-akbar responsabbiltà tibqa’ ta’ min hu kbir imma b’daqshekk ma jfissirx li aħna nibqgħu lura.

Dejjem ikun għad fadal x’tagħmel, imma r-riżultati huma pożittivi. Dan ifisser li mexjin fid-direzzjoni t-tajba

UNUR GĦAL PAJJIŻNA

RODRICK AZZOPARDI ZERAFA

F’pajjiżna fuq kollox għandna opinjoni, mhux b’inqas fejn jidħol l-isport, min iżomm ma’ dak u min iżomm malieħor. Però meta niġu għal isem pajjiżna, dejjem ninsew id-differenzi kollha li għandna bejnietna u ningħaqdu flimkien sabiex nagħtu appoġġ lil kelma waħda – MALTA. Matul dan is-sajf li għaddejjin minnu bħalissa, normalment kieku għadna kemm segwejna l-World Cup, festa ta’ futbol li matulha kulħadd jagħti l-appoġġ lill-pajjiż favorit tiegħu. Sfortunatament

sa dak il-punt li naraw lil pajjiżna jikkompeti fuq dak il-livell fejn jidħol il-futbol għadna ma wasalniex, però matul dan is-sajf ħadna gost insegwu t-timijiet Maltin javvanzaw b’ritmu tajjeb fil-kompetizzjonijiet Ewropej. Titkellem ma’ min titkellem, kull min isewgi l-futbol f’pajjiżna jgħidlek kemm qed jieħu gost isegwi l-futbol li qed jilagħbu t-timijiet Maltin ta’ Hibernians, Ħamrun Spartans u Gżira United u aktar kmieni anke Floriana. Minkejja li ħafna jissimpatizzaw ma’ timijiet differenti tieħu gost tara din il-ħeġġa li ta’ kull ġimgħa lkoll inkunu qed nistennew li nitilgħu Ta’ Qali jew inkella nsegwu l-logħba barra minn xtutna fuq it-televixin biex nimxu għal stadju ieħor tal-kompetizzjoni tal-UEFA Conference League. Ir-riżultati li nkisbu matul l-aħħar ġimgħa mit-timijiet Maltin huma inkoraġġanti u jkomplu jitfgħu aktar ħeġġa lejn il-pubbliku sportiv Malti għall-ġimgħa d-dieħla. Minn qalbi nawgura lit-tliet timijiet kull suċċess għaliex ma

jistħoqqilhom xejn inqas! Iżda, bħala pajjiż għandna vizzju li donnu l-futbol biss huwa l-uniku sport prattikat f’pajjiżna. Meta fil-verità għandna ħafna iżjed talenti sportivi f’dixxiplini oħra. Biss biss, fl-aħħar xhur kulħadd seta’ jinnota dawn ir-riżultati verament pożittivi li rnexxielna niksbu. Ftit tal-ġimgħat ilu, iżżagħżugħa ta’ 16-il sena Tenishia Thornton saret iċ-champion tad-dinja taż-żgħażagħ fl-isport tal-weightlifting u ftit jiem wara saret ukoll ir-rebbieħa tal-European Union Cup. Dan huwa dak li jagħmilna kburin li aħna Maltin, fejn minkejja l-limitazzjonijiet sportivi u finanzjarji li dawn l-atleti jkollhom, bil-ħila tat-talent tagħhom jagħmlu unur lil Malta. Anke matul il-Commonwealth Games, il-Medigames, il-Basketball Championships u l-Festival Ewropew Olimpiku tażżgħażagħ irnexxielna niksbu midalji prestiġjużi. Fuq kollox l-aħbar li kellna wkoll ftit ġimgħat ilu li t-tim nazzjonali Malti tar-Rugby tela’ fl-10 post

tar-rankings internazzjonali kompliet tagħmel isem sabiħ għal pajjiżna. Però żgur li kulħadd jaf li għadna ma wasalniex għar-riżultati u l-livelli mixtieqa fl-isports kollha, anzi fadal ħafna xogħol. Irid ikun rikonoxxut l-impenn qawwi li sar kemm mill-Gvern u mill-Awtoritajiet iżda anke mill-istess federazzjonijiet. Madanakollu, għad hemm bżonn ta’ aktar investiment infrastrutturali qawwi u fuq kollox tibdil fil-mentalità sportiva li naddottaw f’pajjiżna, fejn l-isport mhux biss jista’ jkun passatemp iżda jekk tieħdu bis-serjetà, timpenja ruħek u tistinka jista’ jsir ukoll professjoni. Is-sena d-dieħla tista’ tkun opportunità mill-aqwa sabiex inkomplu nuru ’l-Maltin u ’l-Għawdxin x’aħna kapaċi nagħmlu matul il-logħob talpajjiżi ż-żgħar li se nkunu qed nospitaw. Kif għamilna f’setturi varji bħal dak soċjali, ekonomiku u tas-saħħa fost oħrajn, minkejja l-limitazzjonijiet kollha li għandna u mingħajr m’għandna

daqstant riżorsi, nemmen li anke fl-isports xorta waħda nistgħu nagħmlu isem sabiħ kif diġà bdejna nagħmlu. Ittriq hija twila però bil-grinta u bid-determinazzjoni li bħala Maltin u Għawdxin inħaddnu nistgħu naslu wkoll u nkomplu ngħollu l-bandiera tagħna ’l fuq filwaqt li nagħmlu unur għal pajjiżna!

Nemmen li anke fl-isports xorta waħda nistgħu nagħmlu isem sabiħ kif diġà bdejna nagħmlu


13

07.08.2022

GĦAŻLIET U DEĊIŻJONIJIET

AARON FARRUGIA Ministru

It-titlu ta’ dan l-artiklu jispjega ħafna dak li politiku bħala membru fl-Eżekuttiv jagħmel kuljum, jiġifieri Ministru li jagħraf jagħżel u jieħu deċiżjonijiet f’kull ħin, f’kull minuta. Huma dawn l-għażliet, jew in-nuqqas tagħhom, li jiddefinixxu politiku. Dejjem spjegajt li l-poplu jrid politiċi li ma jiddejqux jieħdu d-deċiżjonijiet, anke jekk diffiċli, anke jekk kontroversjali. Għaliex wara kollox dan hu s-sabiħ tal-politika - li tiddeċiedi u tħalli legat. Hu dan li n-nies se jibqgħu jiftakru. Mhux kemm ġibt voti, iżda xi rnexxielek tbiddel, xi rnexxielek tagħmel għal pajjiżek. Huma dawn il-prinċipji li dejjem gwidawni biex inservi f’kull rwol li kelli fil-Gvern. Illum li qed inservi fit-tielet portafoll

li kelli sa mill-2017, portafolli li huma kontroversjali, huma dinamiċi u jeħtieġu deċiżjonijiet il-ħin kollu u immedjati. U allura kulħadd jifhem, titkellem ma’ min titkellem, li filwaqt li kulħadd jgħid tiegħu, minn ċittadini sa għaqdiet mhux governattivi, l-għażliet reali huma f’min jipproponi pjan ħolistiku għall-pajjiż - l għażliet li joffru dawk li huma f’pożizzjoni li jissuġġerixxu u jbiddlu, jiġifieri l-organu leġiżlattiv. U l-legiżlattiv hu l-Parlament fejn illum hemm żewġ partiti, il-Gvern u l-Oppożizzjoni. U bla dubju ta’ xejn fejn jidħlu għażliet u deċiżjonijiet, l-Oppożizzjoni llum tinsab bla kredibbiltà. U dan ngħidu b’responsabbiltà. Fejn jidħlu deċiżjonijiet, il-Partit Nazzjonalista filGvern kien jibża’ jiddeċiedi. Kulħadd jiftakar il-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi. Kulħadd jiftakar li fejn jidħlu infrastruttura u trasport, dak il-Gvern kien jagħżel li ma jiddeċidix. Kien jibża’ mix-xogħol, kien jibża’ mill-kritika. Proġetti kbar li baqgħu fuq il-karta. Proġetti li meta bdewhom ma spiċċaw qatt jew għamlu qassata minnhom. Setturi u industriji li tħallew fil-Medjuevu. U l-poplu kkastigahom għax il-poplu jifhem li deċiżjonijiet żbaljati jistgħu jittieħdu iżda

li tiddeċiedi li ma tagħmel xejn mhux ġustifikabbli. U l-kuntrast bejn iż-żewġ naħat hu ovvju. Fuq naħa għandek min lest iħammeġ idejh u jaħdem anke jekk wieħed jaf li se jkun hemm kritika, se jidħol f’kontroversji. Ħaddieħor jippreferi joqgħod gallarija, iħalli kollox iħabbat waħdu, imbagħad naraw. Riċetta ta’ falliment. Imbagħad hemm l-element l-ieħor apparti d-deċiżjonijiet. L-għażliet. L-għażliet li tagħmel ukoll iġibu magħhom reazzjoni. Tista’ tagħżel li tnaqqas il-ħidma tiegħek, tista’ taċċellera. Tista’ tkun inklussiv jew taħdem għal rasek. Tista’ tagħżel li tkun arroganti jew tagħżel li twieġeb b’umiltà. Tista’ tagħżel li ċċedi għall-pressjoni jew tagħżel li tippersisti għax taf li miexi fit-triq it-tajba. Spiċċa ż-żmien taċ-ċarlatani. Li politiku jitkellem fuq Facebook qisu qiegħed il-monti. Spiċċa ż-żmien li l-politiku jkun popolist u jfittex dejjem il-popolarità. Il-poplu sar ikejjel is-suċċess ta’ politiku fuq kemm il-politiku lest jieħu deċiżjonijiet diffiċli u jagħżel dak li hu bżonjuż, mhux dak li hu popolari. Ma jfissirx li l-politiku se jsib appoġġ dejjem u mingħand kulħadd. Mitt bniedem mitt fehma. Għandek lobbies, NGOs li

għandhom viżjonijiet u ħtiġijiet opposti. Għandek min ma jifhimx id-dinamika tal-politika, l-obbligi internazzjonali imposti fuq pajjiż, restrizzjonijiet finanzjarji jew ta’ ħin. U allura politiku li dan kollu ma jifhmux jagħmlu politiku skadut. Dan hu dak li jiggwidani lili bħala Ministru. Fin-nuqqas ta’ oppożizzjoni responsabbli u kredibbli, Oppożizzjoni u alleati tagħhom li jriduna nieqfu naħdmu u ninvestu anke jekk ikun ifisser li jieqaf il-progress, nitilfu fondi Ewropej kbar, fid-dawl ta’ politiċi tal-Oppożizzjoni ċarlatani li jkejlu l-appoġġ tagħhom b’kemm iġibu likes fuq Facebook, il-membru tal-Eżekuttiv, jiġifieri l-Ministru, jeħtieġ jibqa’ miexi b’ħeffa fid-deċiżjonijiet tiegħu u flgħażliet li jagħmel. Bla biża’. U għażliet f’dan il-portafoll għandna ħafna - kollha kontroversjali li fuqhom hemm mitt miljun fehma. Deċiżjonijiet u għażliet dwar il-karozzi fit-toroq tagħna, proġetti infrastrutturali kbar, trasport tal-massa, reklamazzjoni tal-art u r-riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ żoni u siti li sal-lum huma mitluqin, is-setturi tal-marittimu u tal-avjazzjoni, trasport pubbliku iktar effiċjenti, u tant iktar. Għażliet u deċiżjonijiet li jittieħdu fis-sens ta’ direz-

zjoni li għandna għal pajjiżna, il-Malta li rridu għad-diċennji li jmiss, il-mudell ekonomiku tagħna, il-bżonn li nifhmu l-inkonvenjent iżda r-riżultat finali se jiġi apprezzat minn kulħadd għax dan il-Gvern se jkun qed jirkupra snin twal ta’ progress li tlifna minħabba politiċi ċarlatani u beżżiegħa fit-tmexxija. Pajjiżna llum qed jirkupra dawn is-snin li ħlejna. Iva, dan kollu hemm prezz għalih, prezz li lest inħallas. Iżda, il-Malta moderna f’qasir żmien se npoġġuha mal-aqwa ekonomiji Ewropej.

għall-futur. Li minn età żgħira wieħed ikun jaf għand min għandu jirreferei u x’għandu jagħmel meta jħossu mentalment dgħajjef hija essenzjali. Sfortunatament l-istigma f’dan ir-rigward għadha eżistenti u tinħass fis-soċjetà tagħna. Li wieħed jaċċetta li għandu problema huwa l-ewwel pass, iżda li wieħed jifhem li għandu jfittex l-għajnuna tal-professjonisti f’dan il-qasam huwa ferm aktar importanti sabiex jiġi ggwidat lejn titjib f’saħħtu u bilmod jikseb ħajja aħjar b’inqas piż li jikkaġuna dawn il-kundizzjonijiet. Ta’ min ifakkar li huwa biss normali li wieħed jgħaddi minn żmien diffiċli fil-ħajja iżda dan ma jfissirx li wieħed ma jfittixx l-għajnuna. Importanti li l-istituzzjonijiet ikomplu bil-ħidma tagħhom

u jpoġġu dan is-suġġett fuq nett tal-aġenda tagħhom speċjalment illum fid-dawl taż-żminijiet li għaddejjin minnhom.

Dejjem spjegajt li l-poplu jrid politiċi li ma jiddejqux jieħdu d-deċiżjonijiet, anke jekk diffiċli, anke jekk kontroversjali

IS-SAĦĦA MENTALI

FRANCESCA CHETCUTI Parteċipanta LEAD

Ġenerazzjoni wara oħra, is-saħħa mentali tibqa’ fattur ewlieni li jaffettwa lil kulħadd, minn tfal sa anzjani. Ir-riperkussjonijiet tagħha jinħassu b’mod differenti, min bis-solitudni, min b’inkwiet familjari u elf problema oħra li faċilment tista’ xxek-

kel il-kwalità tal-ħajja tal-individwu. Li wieħed jagħraf jitkellem meta jħoss li għaddej minn perjodu t’ansjetà speċjalment illum li kuljum qed naffaċċjaw sfidi ġodda madwarna, huwa essenzjali għal kull individwu sabiex jieħu ħsieb lilu nnifsu. Is-saħħa fiżika u s-saħħa mentali jikkumplimentaw lil xulxin. Huwa essenzjali li wieħed iżomm lilu nnifsu attiv flimkien ma’ dieta tajba sabiex inaqqas ir-riskji għall-mard mentali. II-pandemija żiedet l-isfidi fejn in-norma saret li wieħed jaħdem mid-dar u dan wassal għall-interazzjonijiet soċjali limitati. L-iżolament flimkien mal-instabbiltà finanzjarja kkawżaw żieda fl-ansjetà li tikkaġuna problemi fis-saħħa mentali. Ta’ min isemmi li s-saħħa mentali hija kwist-

joni li kienet qed tiġi indirizzata minn qabel il-pandemija. Irridu nappoġġjaw l-iżvilupp ta’ komunità aktar ġusta fejn kulħadd ikun jista’ jitkellem u jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu mingħajr ġudizzju u stigma. Ħafna drabi, il-bniedem li jkun pront jiġġudika b’sens ta’ kritika negattiva lil ħaddieħor, jemmen li hu superjuri u ma jittollerax lil ta’ madwaru li b’xi mod huma differenti minnu u jasal għall-konklużjonijiet mingħajr ma jkollu l-fatti kollha. Kulħadd jesperjenza perjodi ta’ stress f’ħajtu. Iżda rridu ndaħħlu iktar għarfien minn età żgħira sabiex is-soċjetà tiżviluppa b’mod aktar b’saħħtu fejn jidħlu emozzjonijiet u wara kollox nifhmu lil xulxin mingħajr ġudizzju. Nemmen li hekk ikollna iktar pedamenti b’saħħithom

L-iżolament flimkien mal-instabbiltà finanzjarja kkawżaw żieda fl-ansjetà


14

07.08.2022

ŻEWĠ PROĠETTI OĦRA TA’ INFRASTRUTTURA M QED JOQORBU LEJN IT-T Il-ħidma kbira li saret matul l-iljieli f’din il-ġimgħa biex ma jinħolqux inkonvenjenti żejda

Iż-żewġ flyovers ħdejn l-Ajruport jibdew jieħdu l-forma bit-tqegħid tal-ħadid li se joffru aċċessibbiltà u sigurtà akbar … sa tmiem is-sen Minn din il-ġimgħa, Infrastructure Malta bdiet ittella’ f’posthom l-ewwel strutturi tal-azzar biex jiffurmaw il-gverta tal-flyover il-ġdida tal-Kirkop Tunnels & Airport Intersection Project (KTAIP), li se toffri korsija diretta minn Ħal Luqa lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop. Mill-ewwel pjattaforma, li ġiet imwaħħ­la mal-kolonni u l-qafas tal-konkos fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa li għaddew, laħqu twaħħlu ħamsa oħra wkoll sa sbieħ ilbieraħ, bl-aħħar waħda tkun f’postha fil-lejl bejn għada u t-Tlieta, bla tfixkil għat-traffiku li jgħaddi mill-akkwati. Is-seba’ biċċiet tal-azzar, li jiżnu 300 tunnellata, fl-ewwel flyover ta’ 400 metru fil-limiti tal-Gudja se jkunu akkumpanjati minn sitta oħra, li wkoll inġiebu l-ġimgħa li għaddiet, biex jifformaw il-flyover l-oħra fil-viċinanzi bħala parti mill-

Luqa Junction Project li għaddej ġmielu wkoll. L-ewwel xogħlijiet mal-lejl ġew segwiti mill-viċin mill-Ministru għat-Tras­port, l-Infrastruttura u l-Pro­ġetti Kapitali Aaron Farrugia, is-Segretarju Parlamentari għallFon­di Ewropej Chris Bonett u l-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Ivan Falzon. Il-Ministru Farrugia stqarr li dawn il-proġetti b’investiment ta’ €25.6 miljun se jkunu qed joffru konnessjonijiet aktar faċli u siguri lejn l-Ajruport u l-Freeport, żewġ destinazzjonijiet kruċjali għal diversi setturi tal-ekonomija, u lejn il-lokalitajiet ta’ Ħal Luqa, il-Gudja, Birżebbuġa, Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, iż-Żurrieq u Ħal Safi, fost oħrajn. Il-proġetti jinkludu wkoll il-bini ta’ żewġ mini, waħda minn u lejn Birżebbuġa u l-oħra fid-direzzjoni-

jiet minn u lejn Santa Lu Qormi. Fejn kien hemm abouts, li se jinbnew mi jiġu inklużi faċilitajiet ġo mezzi alternattivi ta’ vjaġ “B’dawn il-proġetti żi qegħdin naraw li m inkomplu nsaħħu l-k tà madwar pajjiżna, iż ntej­bu s-sigurtà fit-tor fu t-traf­fi ku u nnaqqsu tal-ivvjaġġar. Il-Kirkop & Airport Intersection u l-Luqa Junction Proje żewġ ħoloq oħra min ta’ proġetti li qed isiru il-pajjiż biex ikollna inf ra tas-Seklu 21 li tadda mudell ekonomiku tal-G ġur­nata,” qal Farrugia. Is-Segretarju Par Bonett qal li qiegħed is ment, b’€21.9 miljun ġe fondi Ewropej mill-Conn


15

07.08.2022

MASSIĊĊI MODERNA TKOMPLIJA

d tal-ewwel minn 13-il gverta na jkun jista’ jsir użu minnhom

uċija u Ħal m ir-roundill-ġdid, se odda għal ġġar. ambizzju­ mhux biss konnettiviżda anke roq, intafu l-ħinijiet Tunnels n Project ect huma nn katina u madwar frastruttuatta għallGvern tal-

rlamentari sir investiejjin minn necting Eu-

rope Facility, u rrimarka li, xhieda tal-importanza ta’ dawn il-proġetti, il-Kummissjoni Ewropea allokat aktar fondi lil Infrastructure Malta biex dawn jitwettqu. “Bħala Gvern qegħdin inkomplu nibdlu wiċċ Malta billi wkoll noffru infrastruttura u aċċessibilità aħjar lill-poplu, fosthom lir-residenti tal-akkwati involuti, waqt li l-ħin tal-ivvjaġġar se jonqos sa 74% f’kull direzzjoni minn dawn ir-rotot,” qal Bonett. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastruc­ ture Malta stqarr li dawn huma proġetti oħrajn li se jsaħħu n-net­work tat-toroq li għandna. “Nir­­rin­­graz­z­ja lill-pubbliku talkope­raz­zjoni f’dawn ix-xhur ta’ ħid­ma. Se nagħmlu l-almu kollu tagħna biex nagħlqu dawn ilpro­ġetti kemm jista’ jkun malajr mingħajr inkonvenjent żejjed,” temm jgħid Falzon.

Waqt il-proċess fit-tqegħid tal-ewwel gverta għall-flyover lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop

It-tqegħid tas-sitt gverta l-Ġimgħa billejl, waqt li l-qafas ta’ din il-flyover jitlesta sat-Tlieta filgħodu


16

07.08.2022

IL-KUNSILL LOKALI

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

X’taħseb int li qed taqra fuq il-Kunsill tiegħek? Kemm int kuntent bil-mod ta’ kif jitmexxew l-affarijiet fil-lokal tiegħek? Kemm taħseb li l-Kunsill tiegħek qiegħed jagħti lura f’valur għal finanzjament li jkollu mill-Gvern Ċentrali? Kemm tħossok infurmat b’dak li jkun qed jiġri fil-lokal tiegħek? Dawn huma domandi li tagħmlu lilkom infuskom meta tkunu se tivvutaw sabiex taħtru r-rappreżentanti lokali tagħkom kull ħames snin. Imma aktar milli jkollkom it-tweġibiet intom, huwa kruċjali wkoll li l-Kunsill Lokali jkun sensittiv għar-risposti tagħkom. Dan biss jista’ jwassal biex il-Kunsilli jkunu jistgħu jtejbu s-servizzi offruti, jintroduċu servizzi ġodda jew jittrasferixxu l-allokazzjoni finanzjarja minn fond għall-ieħor skont il-ħtiġijiet tar-residenti. Il-mod li bih resident iħossu infurmat b’dak li jkun għaddej, jittrasmetti ruħu f’livelli differenti ta’ fiduċja fil-Kunsill jew fil-membri eletti tiegħu. Dan għaliex bl-informazzjoni u bl-involviment, iħossu parti minn dak kollu li jkun qed isir. Resident li mhux infurmat, anki jekk il-Kunsill Lokali jkun qed jagħmel il-mirkali, dan se jirraġuna li l-Kunsill mhu jagħmel xejn. Uħud mill-Kunsilliera jistgħu jirraġunaw li l-kummenti negattivi jkunu biss perċezzjoni. Huwa hawn fejn wieħed jiżbalja. Dan għaliex hemm mekkaniżmi li Kunsill Lokali jista’ juża minn żmien għal żmien, sabiex ikejjel il-perċezzjoni tar-residenti tiegħu fix-xogħol u fil-ħidma li tkun qed issir. Dan għaliex jekk dak li jaħsbu n-nies m’aħniex se nkunu sensittivi għalih u ngħidu biss li huwa perċezzjoni, anki jekk għandna raġun, dik l-istess perċezzjoni se ssarraf fil-vot ta’ fiduċja jew li r-resident se jagħti meta jmur jiġġudika. Għaldaqstant, il-perċezzjoni hija kejl minnha nnifisha li permezz tagħha l-Kunsilli Lokali qegħdin jiġu mkejla. Għal dan il-għan u jekk verament irridu li nelevaw il-Kunsilli Lokali, huwa kruċjali u essenzjali li nkunu nafu x’inhi u fejn tinsab il-perċezzjoni tar-residenti fuq il-Kunsilli rispettivi tagħhom. Dan jistabbilixxi dak li n-nies iridu, dak li hu importanti għalihom, dak li f’għajnejhom jagħmel differenza f’ħajjithom, li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom u tal-familji tagħhom. Però, dan mhux biżżejjed. Inutli nkunu nafu biss dak li jaħsbu n-nies jew dak li n-nies iridu. Huwa daqstant ieħor kruċjali li nistabbilixxu sa fejn jistgħu jaslu l-Kunsilli Lokali. X’inhu dak li jistgħu jwettqu. Liema huma l-funzjonijiet li jistgħu jimplimentaw bla xkiel jew burokrazija żejda. Wara li jsir dan, irridu naraw id-differenza bejn dak li jaħsbu, jemmnu u jixtiequ n-nies u dak li effettivament il-Kunsill jista’ jwettaq. Irridu naraw x’inhu dak li qed jimpedixxi lill-Kunsilli Lokali milli jilħqu l-livell t’aspet-

tattiva tar-resident. X’inhuma r-restrizzjonijiet finanzjarji? X’inhuma r-restrizzjonijiet leġiżlattivi? X’inhuma n-nuqqasijiet fil-qasam tar-riżorsi umani? Għaliex tinħareġ sejħa għal pożizzjoni battala ma’ Kunsill u ma japplika ħadd? Xogħol ma’ Kunsill Lokali hu meqjus bħala karriera jew aktar narawh bħala missjoni? Dan l-eżerċizzju mhux biss jistabbilixxi l-perċezzjoni tan-nies fil-Kunsilli Lokali, mhux biss jistabbilixxi fejn jistgħu jaslu l-Kunsilli u allura l-vojt li hemm, imma jiddefinixxi wkoll x’inhuma l-karatteristiċi li qed joħolqu din id-differenza. Dak li jiġi wara huwa kritiku aktar minn dak li għadni kemm ktibt. Għax dak li jkun imiss imbagħad huwa li abbażi ta’ dak li jinstab, jiġu mfassla rakkomandazzjonijiet li jistgħu jwasslu sabiex jinnewtralizzaw dik id-differenza. Fost ir-rakkomandazzjonijiet varji nsibu: • Kampanja edukattiva mar-residenti biex jifhmu aħjar ir-rwol tal-Kunsill Lokali; • Kampanja biex in-nies jifhmu l-linja ċara bejn Gvern Lokali u Gvern Ċentrali; • Aġġustament fil-mod kif tinħadem l-allokazzjoni finanzjarja; • Aġġustament fil-funzjonijiet tal-Kunsilli Lokali; • Tħaddim aħjar tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u deċentralizzazzjoni; • Emendi legiżlattivi li jagħtu aktar poteri lill-Kunsilli Lokali; • Ħarsa lejn is-set up tal-Kunsill Lokali; • Diviżjoni Gvern Lokali; • L-amministrattiv tal-Kunsill; • Ir-rwol tal-membri eletti; • Il-funzjoni tas-Sindku; u oħrajn. Eżerċizzju li jista’ jkun, anzi għandu jkun, il-bażi ta’ tiġdid u riforma fil-qasam tal-Gvern Lokali ġewwa pajjiżna. Mill-1993 saru emendi, aġġornamenti, rifomi u tiġdid ieħor imma dawn qajla saru fuq dak li jridu n-nies. Dawn dejjem saru fuq dak li jrid jew jaħseb li hu l-aħjar il-politiku. U jekk iċ-ċentru tal-ħidma tal-Kunsilli Lokali huwa r-resident, mhux anki fi proċess ta’ tiġdid, huwa r-resident li jrid ikun ċentrali?! Wara 30 sena ta’ Gvern Lokali, nemmen bis-sħiħ li dan hu l-pass li jmiss. Irridu ninsew dak li sar, dak li għandna jew id-drawwiet li drajna bihom. 30 sena huma ħafna imma f’qafas ta’ struttura ġdida bħal mhuwa l-Gvern Lokali, huma ftit. 30 sena mhumiex ġenerazzjoni. Għalhekk, bla dubju ta’ xejn li wasal iżżmien li nkunu miftuħin għall-bidla li hemm bżonn issir. Il-qasam tal-Gvern Lokali għandu bżonn xokk. S’issa dejjem kien bħal dak il-pazjent li jaf li għandu qalbu batuta imma jieħu biss il-pilloli biex itawwal bi ftit jiem ilħajja għax jibża’ li ssir bypass. Il-Kunsilli għamlu differenza notevoli filħajja tan-nies u l-komunitajiet tagħna iżda nemmen li kapaċi jagħtu aktar. Konvint li bilbidliet li saru anki politiċi, dak l-element importanti li huwa tant bżonjuż huwa r-rieda. Ir-rieda politika, hija kruċjali biex iġġib bidla. Magħha jrid ikun hemm it-trasparenza fuq it-tibdil li jkun meħtieġ li jsir u magħhom, importanti daqshom, l-effiċjenza li biha ssir din il-bidla. Tliet ingredjenti li jistgħu jagħtu ħajja ġdida lill-Kunsilli Lokali u Reġjonali f’pajjiżna. L-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali, bl-għajnuna u flimkien mal-Gvern lesta taħdem biex flimkien ikunu katalisti ta’ din ir-riforma, li jekk issir b’mod effettiv, tkun qed tħejji l-Kunsilli tagħna ghat-30 sena li ġejjin.

Sur Editur, Il-ġimgħa li għaddiet għamilt sagrifiċċju kbir. Ippreparajt sew l-istonku tiegħi u smajt u qrajt dak li qal il-Viċi Kap il-ġdid talPeNe. Dak li bħall-Kap, tellaq waħdu. Xorta qlajt l-istonku. Jekk Alex il-Perici Calascione qed jaspira li jdaħħal lill-partit tagħhom f’era ġdida, irid jaqdef sew. Ħa ngħidlek għaliex, Sur Editur. Għax l-ewwel diskors li għamel bħala l-Viċi Kap ta’ dak li warrbuh biex jiddaħħal demm ġdid, kien tat-tqalligħ tal-istonku. Kif kien ukoll l-artiklu li kiteb fil-gazzetta tagħhom. Ara x’qal li se jkun l-impenn tiegħu dan l-għaref: “Impenn għal pajjiż fejn tirrenja l-ġustizzja u s-serjetà fit-tmexxija; fejn kull ġurnalist jaħdem bla biża’ li jiġi assassinat; fejn nipproteġu u mhux noħonqu l-ambjent u l-wirt storiku u kulturali tagħna; fejn uliedna jistgħu joħolmu u mhux jaraw ilfutur tagħhom barra minn xtutna”. Ieħor li qed jgħix f’dinja oħra. Id-dinja politika ta’ Oppożizzjoni ineżistenti li mhux biss hija waħda partiġjana għall-aħħar, imma wkoll maqtugħa mir-realtà! U dawn, Sur Editur, jaħarbu mirrealtà li għandhom fi ħdanhom, li jpinġuha qisha l-ġnien ta’ Eden, meta hija realtà mnawra u mmuffata. Staqsu lil Robert l-Arrigo! Hekk għidtilha lil Melda tiegħi. Hemm hi l-verità ta’ x’għandhom fil-partit dawn! U ma qalhiex xi ħadd minn tagħna ta! Imma qalha wieħed li kien minn tagħhom sew, għax kien il-Viċi Kap. Smajt b’sagrifiċċju kbir ieħor, il-Kunsill tagħhom ħalli nisma’ lil Arrigo jitkellem. L-aħħar diskors tiegħu bħala l-Viċi Kap, kariga li għaliha kien ġie elett u ma tellaqx waħdu. Diskors li kien imqanqal sew, Sur Editur. Mhux se noqgħod nirrepeti ħafna, għax persważ li Malta kollha taf x’qal. Kif ramewh wara tant impenn. Kif twarrab mill-Partit Nazzjonalista u qalulu li huwa tajjeb biex jiġbor il-flus biss. Kulħadd sema’ l-karba tiegħu meta spjega kif mexa miegħu l-partit tagħhom. Imnalla ma kienx qed jiekol il-popcorn Bernard waqt iddiskors tal-Arrigo, għax kieku ara kif għandu griżmejh misluħin bit-tqaħqiħ. Imma żgur li kemm hu u kemm il-klikka ta’ dawk li jmexxu lil dan il-partit bdew joqomsu fuq is-siġġijiet tas-sala tad-Dar Ċentrali! U tant bdew jiċċaqalqu bi skumdità fuq dawn l-imniefaħ siġġijiet, għad-diskors tal-Arrigo, li kienu qishom qed jiżfnu l-ballo del kwakk kwakk. Mur għidlu lill-Arrigo, sentejn ilu meta kien kiteb nota fuq ilpaġna tiegħu ta’ fejsbuk f’għeluq it-tielet sena tiegħu bħala Viċi Kap, minn xiex kienu għadhom iridu jgħadduh tal-partit tiegħu stess! Kien kiteb li kien ta’ unur għalih li qed iservi ta’ Viċi Kap, unur li se jgħożżu għal ħajtu kollha. Kien qal li f’ħajtu kollha dejjem kien parti minn tim, kemm jekk fil-politika, kemm jekk fl-isport u wkoll fis-settur tal-ospitalità, ix-xogħol proprju tiegħu. Iva qanna, dejjem kien parti minn tim, ħlief mal-partit li għalih kien tajjeb biss biex jiġbor il-flus, Sur Editur. Imbagħad kompliet tisplodi r-realtà li għandhom fi ħdanhom, meta dan l-Arrigo qal li Bernard Grech huwa giddieb. And so say all of us! U x’qal dan l-Arrigo b’mod sarkastiku? Qal li l-Bernard qatt ma għandu tort, lanqas meta tilef l-aħħar elezzjoni b’mod diżastruż. Qal li oħrajn qablu rriżenjaw meta tilfu elezzjoni, anki jekk ma kienx b’mod diżastruż daqstant. U ma qagħadx idur mal-lewża, kif iddur mal-lewża Melda tiegħi hi u tipprova tgerrimha biddentatura li għandha, ta! Imbagħad ħareġ il-Bernard u ċaħad dak li qal Arrigo. Ejjew ħa nilagħbu t-tombla please. Fil-kafetterija tad-Dar Ċentrali. U ħalluna! Din hija l-amministrazzjoni fejn tirrenja l-ġustizzja u s-serjetà fit-tmexxija, kif qal il-Perici Calascione. And charity begins at home, kien jgħid iz-ziju Paskal. Imbasta fuq il-faċċata ta’ il-Mument tagħhom nhar il-Ħadd li għadda b’ittri kbar kitbu: “Naħdmu flimkien biex nagħtu lil pajjiżna t-triq it-tajba”. Jekk din hija t-triq imnawra li għandhom fi ħdanhom, Alla jilliberana! Għad-dieħla.


17

07.08.2022

Parti mill-ispettaklu ta’ Rockestra fl-edizzjoni tas-sena l-oħra, li saret f’Diċembru. Xellug: Il-President George Vella jindirizza l-konferenza tal-aħbarijiet din il-ġimgħa dwar it-tħejjijiet għall-edizzjoni li jmiss

ROCKESTRA FIL-MIFTUĦ F’TA’ QALI Il-kunċert annwali b’risq il-MCCFF se jirritorna b’differenza fl-10 ta’ Settembru bit-tema “I love rock ‘n’ roll” Fl-10 ta’ Settembru li ġej se ssir it-13il edizzjoni ta’ Rockestra, il-festival b’risq il-karità li jattira eluf kbar lejh. Waqt konferenza stampa indirizzata mill-President tar-Repubblika George Vella fil-Palazz Verdala, tħabbar li din is-sena l-festival se jsir fil-miftuħ bit-tema “I love rock ‘n’ roll”. F’kelmtejn, id-direttur artistiku ta’ Rockestra, Pawlu Borg Bonaci, fisser kif wara l-edizzjoni b’differenza ta’ Rockestra tas-sena li għaddiet, din is-sena se tkun edizzjoni speċjali fuq żewġ binarji hekk kif se ssir fiż-żona miftuħa tal-Malta Fairs & Convention Centre

(MFCC) f’Ta’ Qali u b’udjenza bilwieqfa. Hu qal ukoll li din id-darba, id-divertiment se jitkompla wara t-tmiem tal-kunċert u se jkun hemm ukoll il-possibbiltà li kull min jattendi, jixtri ikel u xorb. Min-naħa tiegħu, id-direttur mużikali ta’ Rockestra, is-Surmast Sigmund Mifsud, esprima apprezzament lejn it-tim kbir li jaħdem volontarjament fuq il-kunċert biex fl-aħħar mill-aħħar tingħata għajnuna lil bosta persuni li

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

jibbenefikaw mill-Malta Community Chest Fund Foundation. Preżenti wkoll għat-tnedija ta’ Rockestra kien hemm il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u l-Kelliema tal-Oppożizzjoni Julie Zahra u li appellaw lill-pubbliku biex jattendi għal dan l-avveniment b’għan nobbli u li jippromwovi t-talent lokali. Il-President Vella fisser dan l-avveniment bħala riflessjoni li, filwaqt li l-pub-

bliku jkun qed jieħu gost, ikun qed jgħin lil min hu fil-bżonn. Hu rringrazzja lil kull min hu involut biex il-kunċert isir u awgura li jkun wieħed ta’ suċċess. Fost il-kantanti li se jieħdu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena hemm Kevin Paul, Moira Stafrace, Drakard, Ira Losco u Jotham. Il-biljetti għal Rockestra b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF) jistgħu jinxtraw mis-sit showshappening.com, waqt li għall-ewwel għaxart ijiem mit-tħabbira talavveniment, wieħed jista’ jibbenefika minn offerta fuq il-bejgħ tal-biljetti.


18

07.08.2022

Bastiment tal-kursari qed ibaħħar lejn Barbarija

Dehra ta’ kif kien ikun it-tluq tal-kursari minn pajjiżna

IT-TĦEJJIJIET FINALI TAL-PIRATERIJA Fl-istudju ta’ Liam Gauci, Kuratur tal-Mużew Marittimu, insibu bosta rakkonti interessanti tal-epoka. Fost dawn, hu studja fuq it-tħejjijiet finali tal-bastimenti biex ikunu jistgħu joħorġu għall-kors, fosthom fuq l-ekwipaġġ li jkollhom; l-assigurazzjoni notarili; is-sehem tal-iskrivan fuq kull bastiment tal-kors; il-ħlas li kien isir u l-wegħdiet ta’ ishma mill-qligħ li jkunu għamlu. Jittratta wkoll it-tluq tal-bastimenti mill-Port, fejn xi drabi, il-kaptani kienu jispiċċaw jagħmlu tajjeb għal xi ħlas mhux maħsub u għad-dmirijiet tal-ekwipaġġ. Minn CHARLES B. SPITERI Fil-bidu ta’ kull impriża korsarja, iż-żewġ atturi ewlenin fl-applikazzjonijiet preparatorji kienu l-kaptan u l-iskrivan, li kienu jkunu fdati bir-reklutaġġ tal-kursari. Wara l-kaptan, l-iskrivan kien it-tieni rank l-aktar importanti abbord. Il-Kodiċi de Rohan saħaq speċifikament li l-kaptani kollha kellhom jirreklutaw skrivan inkella jitilfu l-liċenzja. L-iskrivan kellu jagħmel eżami u jkun eżaminat minn żewġ eżaminaturi li jaċċertaw il-ħila tiegħu. Jekk eżaminatur iħoss li l-iskrivan ma kienx tajjeb għax-xogħol, ma jingħatax permess. L-iskrivan kellu jżomm diversi kotba abbord, li fihom kellu jirreġistra lill-membri tal-ekwipaġġ: isimhom, il-post tar-residenza, il-grad u l-paga kif ukoll kull rimarka fuq l-imġiba u l-kondotta tagħhom abbord. Dan il-ktieb kien magħruf bħala r-Ruollo. Fi ktieb ieħor kien jirreġistra l-ispejjeż tat-tmexxija ta’ kuljum tal-bastiment, u dawk

kollha li mietu jew ħarbu kellhom jiġu reġistrati fir-Ruollo. Dan l-aħħar dokument kultant kellu d-deskrizzjoni tal-mewt jew il-ħarba tagħhom kif ukoll it-testment tal-baħri mejjet u l-proprjetà kollha tiegħu abbord. Fl-aħħar nett, l-iskrivan kellu jżomm reġistru tat-tħaddim ta’ kuljum tal-bastiment, li jirreġistra t-temp, il-kors li jieħdu u kull okkorrenza notevoli oħra abbord. Dawn il-kotba kellhom ikunu dejjem

fil-kustodja tiegħu u meqjusin bħala dokumentazzjoni uffiċjali tal-gvern. Għal dan l-iskop, il-ktieb kellu jinżamm fl-ordni, inklużi l-paġni numerati. Kunsinnar tad-dokumenti Fi żmien 24 siegħa mir-ritorn tal-vapur fil-port, l-iskrivan kellu jikkonsenja d-dokumenti kollha lill-Consolato del Mare, b’piena li jħallas multa. Jekk għal xi raġuni, jonqos milli jir-

reġistra xi avveniment abbord, jew b’mod malizzjuż jipprova jħassar xi parti mill-kotba uffiċjali tal-bastiment, kien jittieħed fil-kċejjen għal għomru u jekk abbanduna l-bastiment waqt il-vjaġġ, kellu jiskonta sentenza ta’ tliet snin fuq il-galeri, bla ma jitħallas. L-iskrivan kien il-vuċi tal-onestà, u wieħed kellu jkun kapaċi jaqra u jikteb biex jaqdi dmirijiet bħal dawn. Fil-fatt, Sebastiano Zahra, bin Aloisio mill-Belt,

L-iskrivan kellu jżomm diversi kotba abbord, li fihom kellu jirreġistra lill-membri tal-ekwipaġġ: isimhom, il-post tar-residenza, il-grad u l-paga kif ukoll kull rimarka fuq l-imġiba u l-kondotta tagħhom abbord. Dan il-ktieb kien magħruf bħala r-Ruollo

ħadem kemm bħala Viċi Konslu ta’ Ġenova kif ukoll bħala skrivan fuq bastiment tal-kors. Sal-lum ma jirriżultax li xi skrivan tressaq quddiem it-Tribunal jew kaptan tal-kors. F’bosta okkażjonijiet skrivan kien ikompli għal kaptan jew f’xi każi, speċjalment fuq il-bastimenti l-kbar, seħħ fenomenu bil-maqlub: kaptan kwalifikat spiċċa reġistrat bħala skrivan. Gaetano Cumbi, Giovanni Gera u Salvatore Fabri, li kienu lkoll kaptani, xi darba jew oħra rreġistraw bħala skrivani. Giovanni Gera kien reġistrat għall-ewwel darba abbord il-bastiment tal-Kaptan Guglielmo Lorenzi fl-1777, meta kellu 22 sena. Waqt interrogazzjoni mit-Tribunal, fl-1780, spjega li l-professjoni tiegħu kienet dik ta’ skrivan. Sal-1788 kien qed jikkmanda bastimenti barra minn Malta. Ir-relazzjoni bejn il-kaptan u l-iskrivan kienet mistennija li tkun waħda ta’ fiduċja u rispett reċiproku. Fil-fatt Carlo Peruccetti, li serva bħala


19

07.08.2022 skrivan mal-Kaptan Valentini fl-1792, baqa’ leali lejn il-kaptan tiegħu anke meta l-akbar parti tal-ekwipaġġ irrifjuta li jobdih. Dan ir-rispett mar lil hinn mid-dmirijiet abbord, tant li Giovanni Gera li semmejna li serva bħala l-iskrivan abbord ix-xambekk tal-Kaptan Guglielmo Lorenzi, stiednu joqgħodlu parrinu għall-magħmudija ta’ ibnu. Skrivan kien mistenni wkoll jagħti daqqa t’id fil-ġlied waqt battalja. Polixena, mart Mariano Bardon, talbet xi pagi mhux imħallsa lil żewġha mingħand il-Kaptan Cavasso. Bardon qatt ma seta’ jitlob il-paga tiegħu ta’ skrivan peress li fl-1787 kien inqabad skjav f’Tuneż waqt li kien abbord il-bastiment. Għand in-Nutar Qabel ir-reklutaġġ tal-irġiel li kienu jservu abbord bastiment, l-iskrivan u l-kaptan kienu l-ewwel iżuru lin-nutar dettaljat bin-negozju tal-kursari. Dan, matul il-perjodu inkwistjoni kien Giuseppe Vella u kien inkarigat mit-tfassil tal-kuntratti għall-kaptan, l-iskrivan, l-investituri potenzjali u kull min b’xi mod kien marbut joħroġ jew idaħħal flus mill-impriża korsarja partikulari. In-Nutar Giuseppe Vella kien impjegat mit-Tribunale degli Armamenti biex jittratta legalment il-kwistjonijiet tal-kursari fil-gżira. Għalhekk qabel ma fl-1794 telaq lejn ilkors bħala skrivan, Michele Orsini – li sa meta ġie ffirmat dan il-kuntratt kien inħeles mill-jasar – kellu jżur l-uffiċċju tan-Nutar Giuseppe Vella u jabbozza ftehim legali li jorbtu mal-liġijiet stabbiliti mit-Tribunale degli Armamenti u l-Gran Mastru. Wara, wieħed kien isib ukoll il-kuntratt tal-kaptan abbord. Għalhekk iż-żewġ atturi ewlenin abbord, imbagħad ikunu marbutin legalment u l-ewwel passi tagħhom lejn it-tbaħħir ikunu kompluti. Meta raġel jiddeċiedi li jingħaqad ma’ bastiment korsarju, kien mistenni jissuġġerixxi lill-iskrivan f’liema kapaċità jixtieq iservi. Imbagħad l-iskrivan jiċċekkja d-disponibbiltà ta’ dak ix-xogħol partikulari u l-ftehim meħtieġ kien jiġi ffirmat bejn il-partijiet. Ir-reklutaġġ talirġiel kollha ma jsirx f’jum wieħed, iżda fuq diversi xhur. Iktar ma jkun kbir il-bastiment, iktar kien jieħu żmien ir-reklutaġġ. Fl-1788 il-Kaptan Guglielmo Lorenzi qatta’ seba’ xhur sħaħ jirrekluta rġiel għall-frejgata tiegħu. Din kienet l-itwal kampanja ta’ reklutaġġ reġistrata. Normalment kienu jieħdu madwar xahrejn. Mill20 kampanja ta’ reklutaġġ studjati, 12 damu xahrejn; tliet bastimenti ħadu xahar, żewġ

Meta l-burokrazija u l-assigurazzjoni jitlestew, u l-ekwipaġġ jirreġistra, kienet biss kwistjoni ta’ jiem qabel mal-bastiment jitlaq mill-port. Il-banditore kien idoqq it-trumbetta fil-Belt Valletta u jassigura li jinstema’ sew minn dawk preżenti bastimenti ġebbdu tliet xhur, u tnejn oħra ħadu erba’ xhur. Għalkemm id-daqs tal-bastiment kellu influwenza diretta fuq iż-żmien li jieħu biex jirrekluta lill-ekwipaġġ, kien hemm ukoll eċċezzjonijiet. Il-Kaptan German ħa xahrejn biex irrekluta 18-il raġel għall-feluka tiegħu, filwaqt li l-Kaptan Matteo Capovich ħa xahar biex irrekluta 42 raġel għall-galjotta tiegħu. L-istaġun tal-ingaġġ Ġeneralment, l-irġiel kienu jingaġġaw fir-rebbiegħa, eżatt qabel il-bidu tal-istaġun tat-tbaħħir, fejn in-numru ta’ bastimenti kien aktar mid-doppju ta’ dak fix-xhur tas-sajf. Fil-fatt, il-kaptani tal-kors, qatt ma waqfu jirreklutaw, iżda sa Mejju ħafna mill-bastimenti jkunu għażlu l-ekwipaġġ tagħhom. Fil-ħarifa, ir-reklutaġġ kien jibda mill-ġdid sax-xhur tax-xitwa, sakemm jerġa’ jilħaq l-ogħla xhur fir-rebbiegħa. Kitba taliskrivan għall-ingaġġ kienet tkun hekk: Nru 17: Fis-7 ta’ Mejju 1788, Ġużeppi Magri bin Begnino mill-Belt, magħruf bħala tal-Mellieħa jaqbel li jinkiteb bħala levente bl-obbligu li jservi minn dakinhar li din il-galjotta tbaħħar minn dan il-port ġenerali, sa Novembru. 25 skud għandhom jingħataw bil-quddiem bid-drittijiet tas-soltu skont l-imġiba ta’ dan tal-aħħar, li tiġi ġġudikata mill-Kaptan. U dan huwa dak li ħalef. Kull baħri ngħata numru, f’dan il-każ 17, u reġistrat f’indiċi fuq quddiem tar-Ruollo. Kull daħla kienet tvarja ftit meta l-baħri jkun barrani, u d-dmirijiet tiegħu li jorbtu legalment kienu jvarjaw skont ix-xogħol ikkuntrattat biex jagħmel abbord. Kull bastiment użat għall-kors kellu bżonn diversi negozjanti tas-sengħa biex jaħdmu fuq il-baħar. Filwaqt li xi snajja’ biss kienu meħtieġa abbord, tipi speċifiċi ta’ bastimenti bħal frejgata, kienet teħtieġ nies tas-sengħa differenti minn dawk impjegati abbord galjotta. L-aħħar jiem qabel it-tluq kienu jkunu ta’ ġenn għall-ekwipaġġ kollu tal-kursari. Il-kaptan

kellu jiżgura li l-bastiment ikun assigurat u eżaminat mill-awtoritajiet lokali; jitlob lill-Ordni l-permess biex jitlaq u jforni d-daqs tal-bastiment u n-numru ta’ rġiel li kellu. Kienet issir eżaminazzjoni minn membru tal-Ordni għall-adegwatezza u jinżamm inventarju tal-armi u l-provedimenti. Wara tant burokrazija, kien jonqos l-assigurazzjoni. Iċ-cherlenghicco tal-Kaptan Giorgio Mitrovich kien assigurat ma’ Gaetano Schembri għal 550 skud. Dawn il-kumpaniji tal-assigurazzjoni kienu komuni matul il-perjodu inkwistjoni u l-Kodiċi de Rohan jiddedikalhom kapitlu sħiħ. Il-kuntratti tal-assigurazzjoni kienu jsiru f’uffiċċju ta’ nutar pubbliku; il-partijiet interessati kienu jiffirmaw il-ftehim u jekk il-kaptan jew xi parti ma kinitx taf tikteb, jitressqu żewġ xhieda li setgħu. Meta l-burokrazija u l-assigurazzjoni jitlestew, u l-ekwipaġġ jirreġistra, kienet biss kwistjoni ta’ jiem qabel mal-bastiment jitlaq mill-port. Il-banditore kien idoqq it-trumbetta fil-Belt Valletta u jassigura li jinstema’ sew minn dawk preżenti. Fit-12 ta’ Diċembru 1777, il-banditore Michele Agius qara dan il-messaġġ: “Hu ordnat li dawk kollha li imbarkaw fuq ix-xambekk tal-Kaptan Guglielmo Lorenzi, li jtajru l-bandiera tar-reliġjon, għandhom jippreżentaw ruħhom abbord l-imsemmi bastiment f’24 siegħa, jew jirriskjaw arrest u jittieħdu għall-qdif fuq ix-xwieni.” Imbagħad inqara bandu u l-ekwipaġġ ippreżenta ruħu fil-marina biex jitlaq għall-kors. Iż-‘żjara’ tal-Ordni

bligi reliġjużi. Xi bastimenti kienu jirriservaw mill-profitti tagħhom għal knejjes partikulari. Qabel telaq minn Malta, il-Kaptan Domenico Nostro u l-ekwipaġġ qablu li: “Għad-devozzjoni lejn is-salib imqaddes; il-Madonna tal-Karmnu u l-erwieħ tal-purgatorju, nassenjaw mill-qligħ li se jinkiseb matul il-kampanja li ġejja: porzjon mill-qligħ lill-kappella tas-Salib f’Bormla, porzjon lill-knisja tal-Karmnu fil-Belt Valletta u porzjon għall-kappella tal-Qaddisin kollha tal-Purgatorju fl-istess belt.” Anke mar-ritorn, il-kursari kellhom obbligu reliġjuż lejn is-sorijiet tal-klawsura filBelt Valletta, stipulat mil-liġi stabbilita fl-1583. Kull bastiment kellu jagħti 5% tal-qligħ tiegħu lis-sorijiet ta’ Sant’Ursola. Devozzjoni reliġjuża oħra kienet il-barka tal-vapur, li tiswa lill-kaptan tliet skudi oħra. Imbagħad il-kursari jistennew l-ordni tat-tbaħħir. Jekk ir-riħ ma jkunx favorevoli, id-dgħajjes lokali kienu jirmunkaw lill-bastiment ’il barra mill-port. Fl-1792, iċ-cherlenghicco tal-Kaptan Giorgio Mitrovich ġie rmunkat barra mill-port fil-11.30pm, u swietlu 4.6 skudi. Kieku r-riħ kien favorevoli jew il-bastiment seta’ jġorr l-imqadef, il-bastiment kien ibaħħar bilmod mill-port. Fl-24 ta’ Mejju 1791, fid-disgħa ta’ filgħodu, il-Kaptan Picasso telaq millport abbord ix-xambekk Beata Vergine delle Grazie e San Vincenzo. Il-kanuni tax-xambekk sellmu lill-bastimenti tal-Ordni barra l-port, u mbagħad Picasso bil-mod il-mod salpa lejn it-Tramuntana lejn San Dimitri f’Għawdex. Fit-tieni tluq tiegħu fil-11 ta’ Settembru 1791, Picasso kellu riħ tajjeb mit-Tramuntana; ħareġ mill-port bil-qlugħ mimli, għadda minn ħdejn il-knisja tal-Madonna tal-Grazzji f’Tas-Sliema u sellmilha b’ħames tiri. Meta l-bastiment qabad ir-rotta, issejħu l-ismijiet tal-ekwipaġġ kollu. Ir-rassenja tal-ekwipaġġ kienet kwistjoni importanti.

Sadanittant saret iż-‘żjara’, li kienet mill-uffiċjal tal-Ordni biex jeżamina d-dettalji kollha tal-aħħar minuta qabel it-tluq mill-port. Ir-rakkonti jsemmu speċifikament il-ħobż, il-ġobon u l-laħam inkaljat bħala dispożizzjonijiet speċjali għalljum tal-vista. Fl-1778 il-Kaptan Gaetano Cumbi ħallas flixkun inbid Maraschino minn butu stess għaż-żjara fuq il-galjotta tiegħu. F’dan il-punt kollox ikun lest għat-tluq; għajr għall-ob- Ir-rassenja abbord

Il-ġurnal ta’ abbord tal-Kaptan Giovanni Andrea Preziosi jispjega eżattament kif titwettaq ir-rassenja tal-ekwipaġġ: “Fil11:30 ta’ filgħodu meta konna fil-kanal, eżaminajna r-reġistru tar-rassenja biex nirrevedu l-ekwipaġġ tagħna. Imbagħad inqrat il-lista, billi nsejħu lillbaħri u l-kariga tiegħu abbord. Kull baħri kien iċċekkjat fir‘roll book’; xi drabi abbord instabu baħrin mingħajr il-kunsens tal-kaptan. Dawn ġew miżjuda wkoll mal-ktieb, bħal Francesco Buza, Micolangelo Vihc u Giovanni Vassin. Dawn it-tlieta kienu debitament reġistrati u inklużi mal-ekwipaġġ tal-Kaptan Preziosi.” Waqt ir-roll call, kaptan seta’ jkun jaf eżatt min kienu l-irġiel li kellu abbord u l-iskrivan seta’ jsir jaf ukoll ir-raġunijiet għaliex xi baħrin ma kinux abbord. Antonio Micallef mir-Rabat qatt ma tela’ fuq il-vapur tal-Kaptan Guglielmo Lorenzi. Għalkemm kien jirreġistra mal-frejgata fit-22 ta’ Jannar 1787, miet fl-Infermerija, ftit jiem qabel it-tluq. Gioachino Vella, bin Giovanni minn Ħal Qormi, ma setax jingħaqad mal-vapur tal-Kaptan Lorenzi. Spiċċa arrestat u meħud il-Klistanija. Waqt ir-reviżjoni tal-ekwipaġġ abbord il-frejgata ta’ Lorenzi, Giuseppe Farrugia stqarr mal-kaptan li dak ma kienx ismu proprju. Kien jismu Giuseppe Formosa, u kien jgħix iż-Żurrieq aktar milli l-Qrendi. Ir-raġuni għall-bidla f’ismu, mhix magħrufa. Ġużeppi Farrugia ieħor, din id-darba mill-Belt, armatur u artillier, spjega lill-Kaptan waqt is-sejħa, li kien inħeles mill-ħabs bil-kundizzjoni li jservi abbord il-bastiment tal-Kaptan. Nicola Saliba, magħruf bħala ta’ Saliba, ma nstabx abbord waqt ir-rassenja. Irriżulta li kien ingaġġat bħala suldat u qatt ma embarka fuq il-bastiment korsarju tal-Kaptan Calcedonio Cachia. Hemm diversi eżempji ta’ dawn il-bidliet fl-aħħar minuta fl-ekwipaġġi tal-kors u ħafna jżidu informazzjoni importanti dwar l-ekwipaġġi. Fl-1776 Francesco Borg, bin Andrea mill-Birgu, tneħħa mis-servizz abbord il-galjotta tal-Kaptan Giuseppe Estaden peress li kien impressjonat bl-iskwadra tal-Vaxxelli. Fl-1780 Giovanni Albanese ddeċieda li jservi abbord il-galjotta tal-Kaptan Pietro Zelalich bħala tmunier, iżda l-Konslu Franċiż f’Malta, ikkonvinċieh ifittex impjieg mal-vapuri Franċiżi li jinsabu fil-port. Fuq ir-rassenja tal-istess vapur, waħda mill-aktar noti impressjonanti waqt ir-rassenja tal-ekwipaġġ, hija dik ta’ Salvatore Pascea, bin Pietro mill-Birgu, li waqa’ l-baħar u għereq dikment, hekk kif il-vapur telaq mill-port.


20

07.08.2022

IL-BAŻILIKA TA’ PORTU SALVU.... IL-PARROĊĊA OMM TAL-BELT VALLETTA Kitba ta’ CLIFFORD GALEA Illum il-belt kapitali tagħna tiċċelebra b’solennità kbira l-festa f’ġieħ il-Patrijarka San Duminku ta’ Guzman, missier ir-reliġjużi Dumnikani meqjum fil-Bażilika Matriċi ta’ Sidtna Marija ta’ Portu Salvu. Għalhekk ħsibt li jkun xieraq li niddedika l-artiklu tiegħi proprju lil dawn il-patrijiet u lil din il-parroċċa li tul dawn l-aħħar 500 sena nisġu l-istorja tagħhom flimkien ma’ dik tal-Belt Valletta. Wara li fit-28 ta’ Marzu 1566, tqiegħdet l-ewwel ġebla talBelt il-ġdida fuq l-Għolja Sceberras u għas-sentejn ta’ wara eluf ta’ ħaddiema, Maltin u barranin, ħadmu bla mistrieħ biex bnew is-swar tagħha, ilGran Mastru Pietro del Monte li laħaq wara La Valletta beda jaħseb għal bini ta’ djar fejn jgħixu n-nies. Għalhekk, fit-3 ta’ Frar 1569, waqqaf kummissjoni biex flimkien mal-Kaptan Francesco Laparelli, ifasslu u jqassmu l-art ta’ ġewwa l-Belt għall-bini tad-djar.

Il-Patrijiet Dumnikani tal-kunvent tal-Lunzjata fil-Birgu, mill-ewwel bassru bit-tibdil li kien ser jinħoloq malli l-Ordni ta’ San Ġwann jitlaq mill-Birgu u jmur lejn il-belt il-ġdida. Huma ma qisux biss li l-kunvent

tagħhom fil-Birgu kien ser jitlef mill-importanza li kellu, imma xtaqu wkoll li jifirxu ħidmiethom fost l-eluf ta’ ħaddiema li kienu jaħdmu, saħansitra fil-festi kmandati, biex ifittxu jlestu l-bini tasswar. Għalhekk, Patri Damjan

Taliana, pirjol tal-Lunzjata u Vigarju Provinċjali għall-Kunventi Dumnikani f’Malta, bl-approvazzjoni tal-patrijiet, talab art fil-Belt il-ġdida biex jibni u jwaqqaf kunvent hemm. Il-Gran Mastru Del Monte

Waħda mill-kundizzjonijiet fl-għoti tal-art għall-bini fil-Belt kienet li taħt piena li s-sid jitlef l-art u kulma jkun għamel fiha, il-post ried jinbena fi żmien sena. Nafu żgur li qabel id-9 ta’ Marzu 1571, diġà kien hemm komunità ta’ Patrijiet Dumnikani jgħixu l-Belt

laqa’ t-talba ta’ Patri Taliana, u offra b’xejn lid-Dumnikani kwartier sħiħ immarkat numru 8 fil-pjanta tal-Belt. Dan il-post kien fejn illum hemm il-kunvent u l-knisja tal-Portu Salvu flimkien ma’ xi djar magħqudin magħhom. Bil-mod il-mod, dawru bil-ħitan il-kwartier imsemmi u bnewh mill-aħjar li setgħu. Barra minn hekk, l-istess Patri Dumnikan, imqanqal mill-ħtieġa li kellhom l-għadd kbir ta’ nies li kienu jaħdmu fil-Belt, bena wkoll knisja żgħira fuq l-art li kiseb. Mis-sena 1569 il-patri pirjol, beda jibgħat xi patrijiet mill-kunvent tiegħu tal-Lunzjata fil-Birgu, biex iqaddsu f’din il-knisja Beltija. Il-Patrijiet Dumnikani tal-Lunzjata ma damux wisq ġejjin u sejrin għax huwa maħsub li qabel żmien sena minn meta kisbu l-art, kienu diġà marru jgħixu hemm. Waħda mill-kundizzjonijiet fl-għoti tal-art għall-bini


21

07.08.2022

fil-Belt kienet li taħt piena li s-sid jitlef l-art u kulma jkun għamel fiha, il-post ried jinbena fi żmien sena. Nafu żgur li qabel id-9 ta’ Marzu 1571, diġà kien hemm komunità ta’ Patrijiet Dumnikani jgħixu l-Belt. Infatti f’din id-data, Giacomo Bonnici mill-Birgu, ħalla legat ta’ quddies lill-Patrijiet tal-Lunzjata tal-Birgu, bil-kundizzjoni li, jekk dawn ma jaċċettawhx, jingħata lill-Patrijiet Dumnikani tal-Belt! Il-Kappella tad-Dumnikani fil-Belt Valletta kienet użata mhux biss mill-ħaddiema fil-bini tal-istess belt u mill-familji li mill-Birgu kienu marru jgħammru hemm, imma wkoll minn bosta baħħara. Għalhekk, il-patrijiet ma damux ma indunaw bilħtieġa li, minflok il-kappella, jibnu knisja kbira u dinjituża. Huma ddeċidew li l-knisja l-ġdida tkun iddedikata lil Santa Marija tal-Portu Salvu, sew minħabba d-devozzjoni tal-baħħara nfushom u anke għax f’dawk l-akkwati kien hemm diġà kappella ddedikata lill-istess titlu. Ġara però li tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi, li sa dak iż-żmien l-għolja Xiberras kienet taqa’ fil-konfini tagħha, sostnew li huma kellhom id-dritt ta’ parroċċa. Meta miet il-Kappillan ta’ Ħal Qormi, Dun Gioannello Cilia, billi l-Belt Valletta kienet qed tinbena fuq it-territorju tal-parroċċa tiegħu, Dun Marjanu Briffa li laħaq minfloku, ħass ir-responsabbiltà tal-kura spiritwali tal-ħad-

Il-Kappella tad-Dumnikani fil-Belt Valletta kienet użata mhux biss mill-ħaddiema fil-bini tal-istess belt u mill-familji li mill-Birgu kienu marru jgħammru hemm, imma wkoll minn bosta baħħara

diema li kienu qed jaħdmu f’dan il-proġett kbir. Dan ġara għax il-lokal kien imtela bittined tal-ħaddiema li marru jgħixu fuq il-post biex jaqilgħu aktar flus peress li kienu jitħallsu bl-imqieta. Iżda l-problema tal-kura spiritwali tal-abitanti talBelt Valletta baqgħet hemm u minkejja x-xogħol pastorali tal-kappillan ta’ Ħal Qormi, il-Patrijiet Dumnikani bdew jaħsbu kif setgħu jwaqqfu parroċċa ġdida Dumnikana fil-Belt. Il-Kappillan Briffa donnu basar x’kien ser jigri u pprova jieħu l-passi kollha possibbli biex dan ma jseħħx. Infatti naraw li propju fl-1 ta’ Lulju 1571, fir-reġistru tal-magħmudijiet ta’ Ħal Qormi nbdiet taqsima ġdida biex fiha jiġu rreġistrati dawk it-trabi li jitwieldu fil-belt il-ġdida. Iżda tarbija waħda

biss laħqet ġiet irreġistrata f’din is-sezzjoni, tifla bl-isem ta’ Pawlina. Il-Papa Dumnikan San Piju V, benefattur kbir u patrun tal-belt il-ġdida, fit-2 ta’ Lulju 1571, permezz tal-Motu Proprio Ex Debito Pastorali għolla l-Knisja Dumnikana li kienet għadha kif bdiet tinbena, għat-titlu u grad ta’ parroċċa ewlenija u matriċi prinċipali tal-belt il-ġdida kollha kemm hi u għal dejjem. B’hekk, minkejja l-oppożizzjoni li kien hemm mhux biss mill-Kappillan Briffa iżda wkoll mill-Isqof ta’ Malta ta’ dak iż-żmien, twaqqfet l-ewwel parroċċa fil-belt il-ġdida. Din il-ġrajja ma kinitx tfisser biss li naqsu l-konfini tal-Parroċċa San Ġorg ta’ Ħal Qormi iżda wkoll li issa kienet twaqqfet il-matriċi, jiġifieri l-omm

tal-parroċċi l-oħra Beltin. Il-Kappillan Briffa ma qatax qalbu li jġibha żewġ u jannulla t-twaqqif tal-parroċċa l-ġdida, sostnut anke bl-għajnuna tal-Kurja tal-Isqof. Iżda fit-23 ta’ Settembru 1577, il-Papa Gregorju XIII warrab għalkollox il-pretensjonijiet ta’ Briffa, u impona fuqu s-silenzju perpetwu taħt theddida ta’ skomunika lilu u lil kull min jipprova jmieri l-fatti tal-Motu Proprio ta’ Piju V. Għalkemm b’mod uffiċjali din il-kwistjoni ngħalqet, l-inkwiet kompla sas-sena 1723 meta mill-Vatikan inħarġu l-konfini taż-żewġ parroċċi fejn il-maġġoranza l-kbira tal-art beltija ngħatat kif xieraq lid-Dumnikani filwaqt li l-parroċċa ta’ Ħal Qormi ngħatat iż-żona tal-Furjana.

Dawn il-ġrajjiet isostnu r-raġuni tat-titlu tal-Knisja tal-Madonna ta’ Portu Salvu bħala l-Parroċċa Omm tal-Belt Valletta. Matul iż-żminijiet id-Dumnikani fil-Belt dejjem għexu r-responsabbiltà sħiħa tagħhom ta’ parroċċa matriċi. Biżżejjed insemmu ż-żewġ flaġelli tal-pesta li laqtu lil Malta u li għall-kuraġġ li wrew fihom il-knisja tal-Patrijiet Dumnikani tal-Belt, ġiet mgħollija għad-dinjità tal-ewwel Bażilika minuri f ’Malta. Importanti li nfakkru wkoll li matul it-Tieni Gwerra Dinjija l-patrijiet, minkejja l-attakki kontinwi mill-ajru, baqgħu dejjem jgħixu fil-belt kapitali mar-residenti u b’kuraġġ qdew il-ħtiġijiet spiritwali mal-Belt kollha inkluż fil-parroċċa l-oħra fejn kien għad baqa’ biss l-Arċipriet.


22

07.08.2022

RYAN HILI

ĦAJTU NBIDLET PERMEZZ TAL-MUŻIKA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Xi kultant ma nkunux nafu x’hemm miktub għalina. Jaf tiġi ġurnata li taqlibilna ħajjitna ta’ taħt fuq, sew fil-pożittiv u anke fin-negattiv. L-individwu li tkellimt miegħu llum inqalbet ħajtu ta’ taħt fuq permezz tal-mużika. Litteralment inbidlet ħajtu għax spiċċa minflok mix-xogħol għad-dar u mid-dar għax-xogħol, qed ikun ġranet barra. Qed nirreferi għal Ryan Hili. Għandu 26 sena, jgħix iż-Żurrieq, jaħdem bħala għalliem fi skola sekondarja u jħobb ħafna l-mużika, ilkant u l-għawm. Jekk ikollu jiddeskrivi lilu nnifsu fi tliet kelmiet jaħseb li huwa bniedem pjuttost ċajtier, iħobb jgħin lin-nies, kif ukoll ambizzjuż. Minn dejjem kien jara l-mużika bħala passatemp, li jkanta fil-garaxx waħdu, iżda wara r-rebħa tal-programm X Factor, ħajtu nbidlet. Bħalissa qed jgħix ħolma li saret realtà. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora. “Il-mużika minn dejjem kienet xi ħaġa għal qalbi. Meta kelli tliet snin niftakarni bdejt nifhem u nsegwi l-Malta Eurovision u

nkanta mal-kanzunetta ta’ Chiara. Iktar ma beda jgħaddi ż-żmien, iktar beda jiżdied l-interess u u x-xewqa li nitla’ nkanta fuq palk. L-X Factor kien pjattaforma li minn dejjem xtaqt li nieħu sehem fih. Illum kburi ngħid li rnexxieli nirbħu wkoll,” beda jgħidli dwaru Ryan. Proprju ta’ 25 sena ried jagħmel xi ħaġa li tbiddillu ħajtu. Fil-fatt, tliet snin ilu tilef lil missieru u l-ewwel diska li kiteb hu u l-ħabib tiegħu Cliff Casha kienet proprju għalih. F’xahar tilef lil missieru u daħħalha f ’moħħu li l-ħajja hija qasira. U għalhekk ma riedx jgħix ħajtu kollha bil-piena li m’għamilx pass fix-xena mużikali. Kienet id-determinazzjoni, l-inkoraġġiment u s-sapport tal-ħbieb li wassluh biex jipparteċipa fittielet edizzjoni ta’ X Factor. Li wasal s’hemm kien diġà pass importanti. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora. “Is-sapport li kelli mill-ħbieb u l-familja minn dejjem kien kbir. Meta sfortunatament tlift lill-papà ddeċidejt li l-ħajja wisq qasira biex noħlom biss u qatt ma nagħmel

xejn għal dak l-istess ħolm. Iddeċidejt li ta’ 25 sena nagħmel xi ħaġa li tbiddilli ħajti. Ftit wara ħabbru li X Factor ser jerġa’ lura f ’Malta. Kif diġà għedt, kien hemm ħafna li għenuni nasal s’hawn, però bis-saħħa talħabib kbir tiegħi Cliff Casha bdejt naħdem fuq il-mużika. Dan kollu għeni biex il-kunfidenza tiegħi f ’din l-industrija dejjem tikber,” stqarr miegħi. Kien konxju mill-aspett fiżiku tiegħu u kien iżomm lura Ryan jistqarr ukoll li qabel ma daħal fix-xena mużikali, kien konxju minn l-aspett fiżiku u l-fatt li twieled b’idejh tax-xellug nieqsa dejjem żammu lura. Jazzarda jgħid ukoll li l-midja soċjali tista’ tkun diffiċli. Il-bionic arm għenitu jkun iżjed kunfidenti. “Il-midja soċjali llum il-ġurnata saret xi ħaġa li ħadd ma jgħaddi mingħajrha. Issib ħafna affarijiet pożittivi kif ukoll affarijiet negattivi. Issib ukoll kummenti ta’ ħafna nies li kapaċi jweġgħu lil dak li jkun. Jien għandi xi

ħaġa li jaf ma tinżilx tajjeb ma’ kulħadd, u stennejt li se nsib ħafna kummenti negattivi fuq hekk. Iddeċidejt li ma nagħtix kas u dħalt bil-mentalità li jiġri li jrid basta xewqti nkun qtajtha. Il-bionic arm kienet investiment tajjeb għax bis-saħħa tagħha l-kunfidenza dejjem kompliet tikber.” Kurżità ħelwa dwar Ryan hija li jsostni li wieħed mill-artisti li ispirawh huwa Calum Scott. “Kien hemm ħafna li qaluli li issa kbirt u minħabba f ’hekk m’għandix napplika. Calum Scott kien ħa sehem f ’kompetizzjoni simili tal-X Factor u daħal ta’ 25 sena. Il-kapaċità tiegħu hija xi ħaġa inkredibbli u bissaħħa tiegħu għamilt iktar kuraġġ,” stqarr miegħi Ryan. Fil-passat, Ryan kien jattendi kunċerti u f ’qalbu kien jgħid kemm jixtieq qiegħed hemm fuq ikanta. Illum dik il-ħolma qed jgħixha u qed ikanta mal-aqwa kantanti Maltin. Fil-fatt, X Factor għenu biex jiżdidulu l-opportunitajiet f ’ħajtu u spiċċa ħafna iktar impenjattiv milli kien qabel ma rebaħ l-X Factor. “Minn dejjem kont noħ-

lom li nieħu sehem f ’kompetizzjonijiet, li nkun wieħed mill-kantanti fil-kunċerti li jsiru kemm f ’Malta kif ukoll barra. L-X Factor għeni biex din il-ħolma ssir realtà u llum il-ġurnata nħossni kburi li nagħmel parti minn ħafna avvenimenti li qed isiru f ’Malta. Il-ħajja saret iktar impenjattiva, imma ma jiddispjaċini xejn li qed nagħmel dak li dejjem xtaqt. Nibqa’ naħdem ħalli nkompli nikber f ’din l-industrija u nkompli niltaqa’ ma’ kantanti stabbiliti Maltin kif ukoll barranin.” Kuntent li kien ta’ ispirazzjoni għal ħaddieħor Illum il-ġurnata Ryan b’wiċċu minn quddiem qalli li huwa kuntent li kien ta’ ispirazzjoni għal ħaddieħor. Tgħallem li qatt mhu tard wisq u ħadd m’għandu jaqta’ qalbu. “Kuntent ħafna li qed inkun ta’ ispirazzjoni għal ħaddieħor. Qiegħed niltaqa’ ma’ ħafna nies, kemm kbar kif ukoll żgħar li qed jgħiduli li bis-saħħa tiegħi ddeċidew li jagħmlu xi ħaġa li dejjem xtaqu jagħmlu. Fid-dinja


23

08.11.2020 07.08.2022

SKEDA ONE 06:30 06:45 07:30 07:45 07:50 08:00 08:35 11:00 11:45 12:30

12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00 17:00

Tentufiet Primetime Preview Pink Panther Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja Indigo

19:15

20:20 20:30 21:30 22:30 23:30

ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Tentufiet Pjazza The Big Step Il-Willy ONE News

06:30 ONE News 06:45 Mad-Daqqa t’Għajn 07:30 ONE News 07:45 Tentufiet 07:50 Primetime Preview 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Indigo 10:40 Klassi Għalina 11:45 Telebejgħ

12:30 12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00

ONE News Tentufiet Primetime Preview The Local Traveller Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja

17:00 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 21:05 22:05 22:50 23:30

Indigo ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview HazZzard Update Country Jamboree The BBQ League Xablott Reboot ONE News

06:30 06:45 07:30 07:45 07:50 08:00 08:30 10:45 11:45

12:30 12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45

ONE News Tentufiet Primetime Preview What’s Cooking Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview

16:00 17:50 18:30 19:20 19:30 20:10 23:30

Emilja 10-08 Mad-Daqqa t’Għajn Mill-Festa ONE Sports & Temp ONE News Mill-Festa ONE News

06:30 ONE News 06:45 What’s Cooking 07:30 ONE News 07:45 Tentufiet 07:50 Primetime Preview 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Indigo 10:45 Klassi Għalina 11:45 Telebejgħ

12:30 12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00

ONE News Tentufiet Primetime Preview Melodija Taljana Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja

17:00 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 21:00 21:15 23:30

Indigo ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview HazZzard Update News Point Tonight The BBQ League ONE News

06:30 06:45 07:30 07:45 07:50 08:00 08:30 10:45 11:45 12:30 12:35

ONE News Ondroad ONE News Tentufiet Primetime Preview Quddiesa tal-Jum Indigo Klassi Għalina Telebejgħ ONE News Tentufiet

12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00 17:00 19:18

Primetime Preview Reboot Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja Indigo ONE Sports & Temp

19:30 20:10 20:20 20:30 21:15 21:30 23:30

ĠIMGĦA ONE News Primetime 12-08 Preview Tentufiet Melodija Taljana Il-Logħba li jmiss Pirotekniċi ONE News

06:30 ONE News 06:45 The Local Traveller 07:25 ONE News 07:45 Tentufiet 07:50 Ulied Maltin 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Mad-Daqqa t’Għajn 09:30 HazZzard

11:20 12:30 12:35 12:45 13:45 15:30 15:35 17:30 18:45

Telebejgħ ONE News Tentufiet Dak li Jgħodd Mill-Festa ONE News Mill-Festa Flimkien ma’ Nancy Country Jamboree

19:20 19:30 20:10 20:30 21:15 22:15 23:30

ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Klassi Għalina The Malta BBQ League Flip the Venue ONE News

06:30 06:45 07:30 07:45 07:50 08:00 08:40 09:00 10:00

10:20 10:50 11:20 12:30 12:35 13:30 15:30 15:35 16:30

Melodija Taljana Esperti Telebejgħ ONE News Indhouse Pirotekniċi ONE News Ondroad Mad-Daqqa t’Għajn

17:30 18:40 19:25

Eko Djar 14-08 Newspoint ONE Sports & Temp ONE News Willy The Five longest days The Pageant of the seas ONE News

ONE News Music Legends ONE News Tentufiet Primetime Preview Quddiesa tal-jum Indigo Klassi Għalina Telebejgħ ONE News

TLIETA 09-08

ONE News Pink Panther ONE News Tentufiet Primetime Preview Quddiesa tal-Jum Indigo Klassi Għalina Telebejgħ

ĦAMIS 11-08

għandu jkun hawn ħafna iktar kuxjenza fuq id-diversità tannies u kuntent ħafna li rnexxieli ngħin lil xi ħadd li kien qiegħed ibati fis-silenzju.” Rigward pjanijiet jew ħolm għall-futur tiegħu, Ryan stqarr miegħi li għandu pjanijiet kbar li jixtieq li jirnexxu. “Bħalissa qed naħdmu fuq mużika oriġinali tiegħi u dalwaqt ser inkun qed noħroġha għall-pubbliku. Eċitat ħafna

għall-ġejjieni u għar-rispons tan-nies.” Fl-aħħar nett, il-messaġġ tiegħu għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta jgħid hekk. “Minn qalbi nixtieq li ħadd ma jaqta’ qalbu u ħadd ma jisma’ minn min ma jridlux ġid. Il-ħajja hija wisq qasira biex tagħti kas dak li jgħid ħaddieħor fuqek. Ibqa’ iġri wara l-ħolm tiegħek u ara li dak li dejjem xtaqt tagħmel jirnexxi.”

Minn dejjem kont noħlom li nieħu sehem f’kompetizzjonijiet, li nkun wieħed mill-kantanti fil-kunċerti li jsiru kemm f’Malta kif ukoll barra. L-X Factor għeni biex din il-ħolma ssir realtà

SIBT 13-08

ONE News Country Jamboree ONE News Tentufiet Ulied Maltin Il-Quddiesa tal-jum Ieqaf 20 Minuta Imqades l-Istorja Popcorn

19:30 20:10

19:30 20:15 21:00 21:30 23:30

TNEJN 08-08

ERBGĦA

ĦADD


24

07.08.2022

reċensjoni tal-ktieb

MUR ĠIBEK... Id-dar tal-pubblikazzjoni Horizons għadha kemm ippubblikat Mur Ġibek... (Eżerċizzji ta’ Tortura u Seduzzjoni), ta’ Irene Chias, kittieba Taljana ewlenija li bħalissa tgħix Malta. Ir-rumanz, maqlub għall-Malti minn Mark Vella mill-oriġinali Esercizi di Sevizia e Seduzione, kien ġie ppubblikat għall-ewwel darba minn Mondadori fl-2013, u sena wara kien rebaħ kemm il-Premio Mondello Opera Italiana kif ukoll il-Premio Mondello Giovani. Dan jixhed ukoll l-appell tal-pubblikazzjoni tar-rumanz għal udjenza adulta żagħżugħa. Meta ħarġet l-ewwel rumanz tagħha fl-2010 ma’ dar tal-pubblikazzjoni żgħira f’Ruma, Chias kienet diġà ntgħażlet bħala waħda mill-aqwa sitt debuttanti letterarji ta’ dik is-sena mill-konsorzju Scrittorincittà, assoċjat mal-iskola tal-kitba Scuola Holden tal-awtur Taljan magħruf Alessandro Baricco. Ferm qabel ma qabad il-moviment #metoo fl-2017, dan ir-rumanz kien diġà qajjem il-kwistjoni tal-perċezzjoni tal-vjolenza sesswali fuq in-nisa. Il-fatt li l-vjolenza kontra n-nisa tiġi aċċettata u ‘normalizzata’ ssir ċara hekk kif l-awtriċi taqleb għalkollox in-narrattiva tas-soltu, billi tpinġilna vittmi maskili ta’ din il-vjolenza sessista, u għalhekk fil-qarrejja jqumu reazzjonijiet u opinjonijiet estremament differenti dwar din il-vjolenza. B’dan il-qlib tal-ġeneru, Ignazia, il-karattru prinċipali tal-ktieb,

tiddeċiedi li tikteb mill-ġdid xeni ta’ stupru klassiċi tal-letteratura, fosthom tat-Testment il-Qadim (Imħallfin 19) u A Clockwork Orange, billi taqleb il-ġeneru tal-persuni involuti. Spiss bilkemm nagħrfu, b’xi mod bħal fl-Italja, li anki f’Malta ngħixu f’rutina sessista, u għalhekk Ignazia taqtagħha li tieħu azzjoni, u forsi anki l-liġi b’idejha. U 20 sena wara li kien ħareġ American Psycho, Ignazia twieġeb għall-atroċitajiet ta’ Patrick Bateman. Iżda hija risposta imbiegħda sew minn dik tal-karattru ta’ Brett Easton Ellis: għax Ignazia Gugliaro hija mara, mhix Amerikana, u, fuq kollox, mhijiex psycho. Wara li tistabbilixxi kif tiġi pperċepita bħala normali l-vjolenza fuq in-nisa, u kemm sikwit tidher assurda, implawsibbli u inaċċettabbli l-vjolenza sesswali fuq l-irġiel, Ignazia tieħu r-responsabbiltà u tagħmel ħilitha biex tibbilanċja din is-sitwazzjoni. Tiġġieled gwerra kontra t-trivjalità, fejn taħtaf irġiel ta’ min jistmerrhom u twerwirhom waqt li taqralhom il-paġni tagħha miktuba mill-ġdid, bis-sessi maqlubin. Ignazia tesponi kif is-soċjetà taċċetta b’mod paradossali u moħbi l-vjolenza sesswali kontra n-nisa. Dan il-ktieb ġie ppubblikat bl-għajnuna tal-Fond għall-Ktieb Malti tal-Kunsill Nazzjonali tal-ktieb, li jappoġġja lit-tradutturi Maltin biex iwasslu xogħlijiet ta’ letteratura internazzjonali lill-pubbliku Malti.

Mistoqsija: F’liema sena qabad il-moviment #metoo? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb MUR ĠIBEK... Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 14 ta’ Awwissu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb ANA U ZAK ISALVAW IL-PJANETA! hija:

R.CAMILLERI - RAĦAL ĠDID

03 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Meta ser ikunu jistgħu jibdew jintużaw iż-żewġ flyovers ta’ ħdejn l-Ajruport?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

07.08.2022

THE CO-ED KILLER Ed Kemper ikompli joqtol

IT-TIELET PARTI Hekk kif daħal, Kemper prova jifgaha sakemm intilfet minn sensiha. Kif kienet mitlufa minn sensiha, hu stupraha u qatilha. Wara, hu poġġa l-katavru tagħha fil-bagoll u mar f ’ħanut tax-xorb. Kif lesta mix-xorb, Kemper reħielha lejn l-appartament tiegħu u tella’ l-katavru ta’ Koo miegħu. Hemmhekk, Kemper kellu x’jaqsam sesswalment mal-katavru u wara qattgħu biċċiet. Hu ħeles mill-fdalijiet bl-istess manjiera li ħeles minn dawk tal-ewwel żewġ vittmi. Omm Koo rrappurtat lil bintha bħala persuna nieqsa u waħħlet diversi avviżi biex tinstab bintha iżda dan l-isforz kollu ma rriżulta l-ebda frott. Ir-raba’ vittma ta’ Kemper kienet Cindy Shall. Fis-7 ta’ Jannar tal-1973, Kemper beda jsus bil-karozza qrib il-Cabrillo College u hemmhekk ra lill-istudenta ta’ 18-il sena, Cynthia Ann Schall, li kienet magħrufa bħala Cindy. Hu rikkibha u kif kien jagħmel mal-vittmi l-oħrajn, ħadha f ’post imwarrab. Hu qatilha billi sparalha b’pistola. Kemper, li issa kien reġa’ qed jgħix ma’ ommu, saq bil-katavru fil-bagoll lejn id-dar ta’ ommu. Hu ħeba l-katavru fil-gwardarobba tiegħu u kif filgħodu ommu telqet għax-xogħol, Kemper kellu x’jaqsam sesswalment mal-katavru. Hu neħħa l-balla li qatilha biha minn ġisimha u wara qattagħha fil-banju. Kemper żamm ras il-vittma għal diversi ġranet u mbagħad difinha fil-ġardina ta’ ommu filwaqt li ħeles mill-kumplament tal-partijiet billi remiehom mill-irdum għal isfel. Apparti ras il-vittma, il-pulizija sabu biss l-id il-leminija ta’ Cindy. Fil-5 ta’ Frar tal-1973, Kemper kellu argument jaħraq ma’ ommu u telaq ’il barra jfittex xi vittmi. Hu u jfittex, Kemper iltaqa’ ma’ Rosalind Thorpe, li kellha 23 sena, u Allison Liu, li kellha 20 sena. L-ewwel ma rikbet

Rosalind Thorpe

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO fil-karozza kienet Thorpe u ħeġġet lil Liu biex tirkeb hi wkoll. Hekk kif daħlu fil-karozza, Kemper spara lil Thorpe u wara lil Liu. Hu geżwer il-katavri tagħhom fil-gvieret u saq bihom lejn id-dar ta’ ommu. Qabel tellagħhom id-dar, Kemper qatgħalhom rashom fil-karozza. Kif daħħalhom fid-dar, hu kellu x’jaqsam sesswalment mal-katavri, neħħa l-balal, qattagħhom u ħeles mill-fdalijiet. Uħud mill-fdalijiet tal-vittmi nstabu fl-Eden Canyon ġimgħa wara u fdalijiet oħrajn instabu f ’Marzu. L-aħħar żewġ vittmi Fl-20 ta’ April tal-1973, omm Kemper irritornat id-dar wara li attendiet festin u bl-istorbju li għamlet qajmet lil Kemper. Kemper stennieha tidħol torqod u kif raqdet, daħal u taha daqqiet b’martell, filwaqt li ħanxrilha għonqha. Hu qatgħalha rasha u poġġieha fuq xkaffa, fejn stqarr li għamel siegħa jgħajjat magħha. Wara, hu qatgħalha lsienha u l-garġi, u tefagħhom fil-garbage disposal tas-sink. Wara, Kemper ħeba l-katavru ta’ ommu f ’gwardarobba u stieden lill-ħabiba ta’ ommu, Sara Taylor Hallett, biex tmur għandhom għallikel. Hekk kif Hallett waslet, Kemper fgaha u poġġieha wkoll f ’gwardarobba. Hu qatel lil Hallett biex joħloq l-istorja li ommu u hi marru vaganza flimkien sakemm hu jkun jista’ jaħrab. Fil-fatt, Kemper saq lejn Pueblo f ’Colorado, vjaġġ ta’ ’l fuq minn 1,600 kilometru. Kif Kemper ra li fuq l-aħbarijiet ma ssemma xejn fuq l-omiċidji li wettaq, hu ċempel lill-pulizija u qalilhom li qatel lil ommu u lil seħbitha. Min wieġbu ma emmnux u qallu biex iċempel iktar tard. Ftit sigħat wara, Kemper reġa’ ċempel u kellem pulizija li kien jaf. Kemper reġa’ ammetta li qatel lil ommu u lil seħbitha,

Alice Liu

Ed Kemper, magħruf bħala Big Ed għax kien fih kwazi seba’ piedi tul u stenna lill-pulizija biex imorru jarrestawh. Kif arrestawh, Kemper ammetta wkoll li qatel sitt studenti. Meta ġie mistoqsi għalfejn ta ruħu b’idejh lill-pulizija, Kemper qal li “l-iskop ewlieni kien spiċċa... ma kienx għad baqa’ skop fiżiku jew sentimentali.” B’din l-istqarrija, Kemper irrefera għall-fatt li qatel lil ommu u b’hekk l-abbuż fuqu kien spiċċa.

għadda minn testijiet li minnhom irriżulta li kien ibati minn tliet disturbi tal-personalità – antisoċjali, narċisista u skiżotipali.

Il-ġuri Fis-7 ta’ Mejju tal-1973, Kemper ġie mixli bi tmien omiċidji tal-ewwel grad. Sakemm tkompla l-ġuri f ’Ottubru tal-istess sena, Kemper prova jneħħi ruħu b’idejh darbtejn fil-ħabs. F’Novembru, il-ġurija sabet lil Kemper bħala ħati għal kull omiċidju. Hu talab li jingħata l-piena kapitali iżda din ma kinitx għadha legali f ’Kalifornja u minflok weħel seba’ sentenzi ta’ għomor il-ħabs. Kemper qiegħed iservi s-sentenza tiegħu fil-California Medical Facility f ’Vacaville. Hawnhekk, Kemper reġa’

Id-dar ta’ omm Kemper

Kif Kemper ra li fuq l-aħbarijiet ma ssemma xejn fuq l-omiċidji li wettaq, hu ċempel lill-pulizija u qalilhom li qatel lil ommu u lil seħbitha

Kemper waqt li beda juri fejn difen xi fdalijiet tal-vittmi tiegħu

TMIEM


26

07.08.2022

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

07.08.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 446

L.VELLA - SANTA VENERA

MIMDUDIN: 1. Rabja (5) 4. Inġibuh mill-baħar (4) 7. Nota Bene (2) 9. Waħda għandna (3) B’4 NUMRI 0028 0164 0222 0611 1098 1223 1442 1678 1782 1912 2033 2284 2882 2901

3591 4223 4284 4286 4382 4427 4694 4976 6257 7446 7495 7932 8396 8645 8722

8772 9117 9222 9240 9521 B’5 NUMRI 00815 10226 17885 19088 20770 22293 22780 28225

29972 34188 36469 39023 47212 55818 56402 56992 62368 67176 82009 87766 90523 92627

B’6 NUMRI 036489 326335 493363 500553 855789 935654 B’7 NUMRI 0782520 1914517 5356089 6469692 6516821 9331963

Bi 8 NUMRI 82699035 99902913 B’9 NUMRI 271026862 574338271 794309109 893712373

10. 12. 16. 18. 19.

WEQFIN: 5. 1. Kompli l-qawl: 6. F’Lulju l-ħajjatin 8. jibdew jaqilgħu xi... (6) 11. 2,6. Naqqas il-prezz (6)12,22. 3,15. Kunjom (9) 13.

Dellek (6) Inġibuha mill- 20. UE biex nevitaw xi regola (6) 21. Jaħraq (3) Filgħodu (1,1) 23. David Muscat 24. Spanja mqassra (3) 14. Ara 2 15. Jimmarka 17. l-pressjoni fl-arja (9) Mhux iva (2) 21. Mhux darba Stazzjon tat-tv (3) 22.

Lagana (1,1,1) Għamlu bħat-tiġieġ (5) L-ewwel parti tal-ktajjen (3) Mhux ħafna (4) Mhux ġodda (5) Kbira? (6) Ara 3 Parti minn reċta (3) B’liema mod? (3) Ara 12 Wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Ħelwa, 4.Lewn, 7,12 wieqfa. Nasa, 9,23.Xettiku, 10.Induna, 12.Satira, 16.Ara, 18.UK, 19.Gol, 20.Ċawla, 21.Rak, 24.Iżidu

WEQFIN: 1.Ħaxixa, 2,3,11.Litanija, 5.Emu, 6.NDA, 8.Antikwati, 13.Tua, 1 4.Agassi, 15.Fliegu, 17.RAA, 21.Rit, 22.Kok


28

07.08.2022

FIL-PASS MAL-ĠIRJA TAL-ĦAJJA Editorjal

Bis-sitwazzjoni prekarja li jinsab fiha, il-PN qed jissielet għal ħajtu, flok ilaħħaq mażżminijiet … bl-insistenza tiegħu li joġġezzjona għal kull żvilupp fil-pajjiż, se jispiċċa biex jiskadilu ħinu

Jekk kien hemm kritika kostanti u ġustifikata fil-konfront tal-Partit Nazzjonalista, anke fi żminijiet fejn gawda l-akbar popolarità fil-pajjiż, kienet li hu kontra l-progress u l-iżvilupp. Bl-arma favorita tiegħu tat-twerwir u appoġġjat missoltu forċini, dejjem oġġezzjona għal kull kilba tal-poplu, kbira kemm hi kbira, li jitwettqu avvanzi biex jittejjeb l-għajxien f’dawn il-gżejjer tagħna. Mill-poter kien iġib miljun skuża biex ma jiddeċidix f’affarijiet li ma kienx jaqbel magħhom u anke meta l-pressjoni tkun esaġerata, kien jara kif jilgħab għall-ħin waqt li jagħti l-impressjoni li qed isir xi ħaġa biex jiġi sodisfatt l-għatx bil-perżut. Minflok passi meħtieġa, kien jinħela f’retorika jew dokumenti u studji li jispiċċaw ma jservu għalxejn, għajr li jġemmgħu l-għanqbut u t-trab fuq xi xkaffa. Flok kien ikun hu li jieħu l-inizjattiva biex jixpruna l-iżvilupp u jmexxi lill-poplu Malti u Għawdxi lejn livelli tal-ħajja li jkunu qed jilħqu oħrajn madwarna, kien ifittex iżjed fejn se jitfa’ l-ankri. Kien jiffoka aktar

fuq kif se jaqta’ kull aptit għallbidliet pożittivi milli biex jibda biss jikkunsidrahom. Mill-Oppożizzjoni jkun pront biex jikxef snienu u jinstiga lil ħaddieħor, f’Malta u anke barra, ħalli jagħmel l-istess u jeħodha kontra t-tmexxija nazzjonali. Avolja fl-aħħar disa’ snin gawdejna minn mixja progressiva bla preċedent, il-perjodu hu aktar minn prova biżżej­ jed li dan inkiseb minkejja kull tfixkil immaġinabbli mill-PN u r-rappreżentanti tiegħu. F’din il-leġiżlatura l-ġdida u wara l-akbar appoġġ elettorali storiku li ngħata lill-Partit Laburista m’aħniex nistennew wisq aħjar. Iżjed u iżjed, ladarba kif inhu evidenti għal kulħadd, it-tmexxija jew id-direzzjoni tal-PN baqgħu ma raw l-ebda tibdil jew tiġdid, li jiftaħar bih il-Kap attwali Bernard Grech. Dan wassal lill-istess Partit fis-sitwazzjoni prekarja li jin­sab fiha fejn, flok ilaħħaq maż-żminijiet, qed jispiċċa jissielet għal ħajtu u jgħix bin-nifs artifiċjali. Ġurnata wara oħra qed jiżdiedu x-xenati u t-teatrini minn esponenti ewlenin, b’riżultati tal-firdiet u l-ġlied

intern, imżewwaq b’akkużi filkon­front ta’ xulxin. Li jkollok il-Viċi Kap “ġdid” (għalkemm riċiklat minn karigi preċedenti), Alex Perici Calascione, jistagħġeb kif illum jeżisti daqstant dissens intern, b’kotra enormi ta’ uffiċjali, deputati u partitarji muġugħin li jiżvogaw fil-pubbliku, allura tifhem aħjar kif dan il-Partit għadu ma fehem xejn, jew aħjar assolutament ma jrid jifhem xejn. Il-qalb midruba ta’ dawk li taw ħafna minn ħajjithom għall-Partit, iżda issa qed jarawh jiżvinta f’idejn ċorma ta’ inkapaċi, isibu refuġju fil-messaġġ tal-Eks Viċi Kap Robert Arrigo, li qatt ma ddejjaq jgħid kif iħossu u kif kien qed jara l-affarijiet jiddegradaw. Għamel dan ukoll fi żmien li kien parti mill-Gvern ta’ Lawrence Gonzi. Għall-ġid tal-Partit, kellu dej­jem il-kuraġġ li jesprimi fehm­tu fil-pubbliku jew f’wiċċ it-tmex­xija tal-Partit u jakkużaha b’qerq, kif għamel is-Sibt li għadda u tul din il-ġimgħa, inkluż lill-Kap stess. Aħseb u ara internament. Ta’ dan, iżda, laqqatha, kif ġralhom ukoll qablu oħrajn

ta’ es­per­­jenza kbira, f’Partit li d-des­tin tiegħu issa ilu mmarkat. Id-differenza tespandi malPar­tit Laburista mhijiex indika­­ ta biss fiċ-ċifri u l-istatistika tal-opinjoni pubblika u r-riżultati elettorali. Tidher ukoll filqab­żiet ta’ ġgant li l-poplu Malti u Għawdxi rnexxielu jagħ­mel ma’ kull leġiżlatura li kellna mill-2013 lil hawn. Storikament dan kien rifless ukoll f’ammi­ nistrazzjonijiet passati Laburis­ ti sa mit-twelid ta’ dan il-movi­ ment xprunat mill-bżulija u l-ġus­­­tizzja soċjali. L-amministrazzjoni attwali ta’ Robert Abela baqgħet miexja f’din il-ġirja u l-iżviluppi talħajja fl-aħħar sentejn u nofs, anke jekk kienu kkaratterizzati minn pandemija u kriżi globali li laħqu livelli rekord. U rnexxie­ lu u għadu qed jirnexxilu jagħ­ mel dan bla ma ssagrifika l-ebda kappella biex jibni oħra. Anzi qed jibqa’ jgħolli l-livell tal-ħajja b’iżjed tqassim tal-ġid maħluq u investimenti attirati lejn xtutna, waqt li jagħti spazju biex kull ċittadin ikollu ċ-ċans li jgawdi l-ħin għalih innifsu u mal-għeżież tiegħu.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.