KullĦadd_06.11.2022

Page 1

L-ELETTRIKU FL-UE JISWA D-DOPPJU TA’ PAJJIŻNA Il-Ħadd, 6 ta’ Novembru, 2022

Ħarġa Nru 1,530

Prezz €1

Rapport f’paġni 8 u 9

L-ALTRUWIST IL-ĠENTLOM L-UMLI

It-telfa tal-Eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Karmenu Mifsud Bonnici fl-età ta’ 89 sena, deskritt bħala eżemplari fil-ħajja personali, fil-karriera politika u fil-professjoni … luttu nazzjonali bejn illum u għada Bil-mewt tal-Eks Prim Ministru u Eks Mexxej Laburista Dr Karmenu Mifsud Bonnici, fl-għomor ta’ 89 sena, il-politika Maltija tilfet ġentlom, li dejjem żamm il-prinċipji tal-altruwiżmu u l-umiltà tul ħajtu kollha. L-aħbar, li ngħatat kmieni lbieraħ filgħodu, qanqlet il-memorja ta’ ħidma kbira ta’ dan il-ħames Mexxej Laburista. Kemm f’dan ilper­jodu, bejn Diċembru tal-1984 u Marzu tal-1992, iżda wkoll qabel u wara, hu dejjem ħadem favur l-emarġinat, il-fqir u l-vulnerabbli, u partikolarment il-ħaddiem. Il-Gvern ħabbar li se jiġu os­ serva­ti jumejn ta’ luttu nazzjonali, illum il-Ħadd u għada t-Tnejn, meta se jsir il-funeral talEks Prim Minis­tru. Fuq xewqa tiegħu stess, il-funeral se jsir għada fis-2:30 p.m. f’forma

komuni fil-Knis­ja tal-Im­­makula­ta Kun­ċiz­zjoni, fil-Ħam­­run, u l-ebda tislima sta­tali riser­vata f’ċirkostanzi simili. Fi stqarrija pubblika, il-Gvern qal li, b’sinjal lejn il-ħidma li wettaq tul is-snin, il-Prim Ministru Robert Abela offra li jiġi organizzat funeral statali lil Karmenu Mifsud Bonnici. Minkejja dan, waqt li ġie apprezzat dan il-ġest, il-familja tiegħu infurmat lill-Uffiċċju talPrim Ministru li Dr Mifsud Bonnici esprima x-xew­qa permezz ta’ ittra dikjaratorja li ma jsirlux dan it-tip ta’ funeral. Ingħad li l-Prim Ministru se jkun qed jirrispetta din ix-xewqa, fl-istess ħin li l-Gvern se jibqa’ jikkomunika mal-familja Mifsud Bonnici u jgħin fl-organizzazzjoni tal-fune­ ral, skont ix-xewqat tal-Eks Prim Ministru. Tkompli f’paġni 4 u 5

ĠIMGĦA TA’ DIFFERENZA FIL-POLITIKA LOKALI Wara li din il-ġimgħa saret ir-reazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni u l-kontro-risposta tal-Prim Ministru b’rabta mal-preżentazzjoni tal-Baġit għall-2023 nhar it-Tnejn 24 ta’ Ottubru, illum nidħlu fid-dettall taż-żewġ diskorsi minn fejn toħroġ differenza skjetta. Minn naħa, BERNARD GRECH mar il-Parlament mingħajr proposti, b’nuqqas ta’ ideat u analiżi ekonomika żbaljata, kif ukoll ġie sostnut mid-deputati tiegħu, waqt li ROBERT ABELA spjega, bil-fatti f’idejh u b’analiżi ekonomika dettaljata, kif il-pajjiż se jibqa’ miexi ’l quddiem permezz ta’ Baġit li joffri ċertezza, stabbiltà u viżjoni għal futur sabiħ. Waqt li, fid-dagħdigħa tiegħu, tal-ewwel ma ġabx waħda sew, il-Mexxej Laburista elenka l-ħidma ta’ benefiċċju għallpoplu, mill-għajnuna fil-kontijiet tal-enerġija għal kif aktar żgħażagħ qed ifittxu ġejjieni f’pajjiżna. ARA ANALIŻI U RAPPORTI OĦRAJN F’PAĠNI 6, 7, 8, 9, 10 U 11


02

06.11.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 20°C L-Inqas Temperatura: 16°C L-Indiċi UV: 4 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa fuq il-Baħar Jonju, li testendi sal-Gżejjer Maltin, ser timxi fuq il-Baħar Eġew It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab b’xi ħalbiet iżolati tax-xita Ir-Riħ: Qawwi mill-Majjistral, li jsir ftit qawwi għal qawwi Il-Viżibilità: Tajba li ssir moderata fix-xita Il-Baħar: Qawwi L-Imbatt: Baxx mill-Punent Lbiċ li jsir mill-Punent Majjistru It-Temperatura tal-Baħar: 24°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

22°C UV 3

16°C

Il-Ħamis

KUNTATT ĠENERALI

22°C UV 3

15°C

Il-Ġimgħa

22°C UV 3

16°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

21°C UV 3

16°C

22°C UV 3

15°C

21°C UV 3

15°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart, 20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta — 21246051 Remedies Pharmacy, 211, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun — 21245627 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi — 21487311 Brown’s Quad Pharmacy, The Quad Q2, Unit 3, Level 00, Mrieħel Bypass, Birkirkara — 21488613 Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Il-Ġżira — 21332080 Potter Chemists Ltd, Triq Wilġa, Paceville — 21363244 Remedies Pharmacy, 144, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema — 21344722 Whites Pharmacy, No. 3, E.M. Bajada Building, Vjal il-Labour, In-Naxxar — 21412454 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard — 21413442 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba — 21571649 Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija — 21890111 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu — 21807529 Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar — 27826685 Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, Iż-Żejtun — 21661644 Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Il-Qrendi — 21683781 Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà — 21232954 White’s Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, L-Imtarfa — 21452833 Għawdex Abela Pharmacy, Bellavista Court, Triq George Borg Olivier, Ir-Rabat — 21556170 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem — 27203615 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


KORSIJIET B’XEJN BIEX TAHDEM FIL-FILMS Sejħa għal dawk kollha li huma: - Mastrudaxxi - Graphic designers - Draughtsmen - Periti - Interior designers - Electricians - Welders - Skulturi - Bajjada - Plasterers Għal aktar informazzjoni ibgħat e-mail fuq jobs@mfc.com.mt jew ċempel fuq 2180 9135


04

06.11.2022

GVERN TA’ MALTA

MINISTERU GHALL-AKKOMODAZZJONI SOCJALI U AFFORDABBLI

ESPRESSJONI TA’ INTERESS Espressjoni ta’ Interess għal servizz ta’ Professjonist tal-Benesseri Soċjali (Rif.: EOI 2/2022) L-applikazzjonijiet iridu jigu sottomessi sa nofsinhar ta’ nhar it-Tlieta 15 ta’ Novembru 2022. Id-dokument tal-EOI jigi miksub u imniżżel BISS minn fuq is-sit eletroniku: http://www.housingauthority.gov.mt. (Sezzjoni: Procurement, Expressions of Interest). Kull kjarifika jew addenda jigu mtella u jinkisbu minn fuq is-sit: http://www.housingauthority.gov.mt. (Sezzjoni: Procurement, Expressions of Interest).

Reference no: EOI/SVLC/002/2022 Design and Manufacturing for a Memorial (Monument) Expression of Interest for the provision of the Design and Manufacturing for a Memorial (Monument) Commemorating the Victims of First and Second World Wars Date of Publication: 06/11/2022 Deadline for submission of offers: 31/12/2022 at 12:00 hours Expression of Interest Scope The Second Word War dealt with issues that had to be smoothed over after First World War . After a twenty-year hiatus, Second World War began between the Axis powers, and the Allied powers. With this Memorial (Monument) the Santa Venera Local Council is in the process to commemorate these World Wars and the brave souls lost during these wars particularly those from the locality. The Memorial (Monument) dimensions shall be as follows: Length: 200-220cm Width: 120-140cm Deep: 40-50cm Material: Bronze Style: Neo Classic Notes: the memorial shall include an inscription and the memorial is to commemorate victims of the First and Second World Wars who lost their lives in Santa Venera. Submission of EoI The submissions should include a sketch or artistic impressions of the Memorial (Monument). The design maybe accompanied by a model of the proposed Memorial (Monument). The artist shall include a quote for both the design and manufacturing (which shall include but not limited to all labour and material to be used) of the Memorial (Monument). All fees must be presented in EURO and shall be inclusive of any taxes (such as Value Added Tax), if applicable. Interested parties are to submit their proposal in pdf format via email on santavenera.lc@gov.mt Selection process The Santa Venera Local Council will be carrying out the selection process during an ad-hoc adjudicating committee meeting in return will present a recommendation to the members of the council. The selection criteria will be: 1) The ingenuity of the design is based on a sketch or artistic impressions of the Memorial (Monument). 2) The quote for both the design and manufacturing of the Memorial (Monument).

BNIEDEM UMLI Tkompli minn paġna 1 Is-Segretarju Permanenti Ew­ lieni Tony Sultana kiteb lis-seg­ re­ tarji permanenti, diretturi ġenerali, diretturi u kapijiet tal-entitajiet pubbliċi biex ilĦadd u t-Tnejn, il-bnadar fuq il-binjiet pubbliċi jittajru mezzasta. Il-Gvern ukoll sellem il-memorja tal-Eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici u fi stqarrija qal li hu se jibqa’ mfakkar għall-ħidma tiegħu bi djalogu favur l-interessi tal-ħaddiema. Il-bandiera ta’ Malta fuq il-Berġa ta’ Kastilja tniżżlet mezzasta. Aktar kmieni, il-Prim Ministru Abela ddeskriva lil Dr Mifsud Bonnici bħala persuna li tat kontribut enormi favur ilkawża tal-ħaddiem. F’messaġġ fuq il-midja soċjali, hu sostna li “t-telfa ta’ Karmenu Mifsud Bonnici hi telfa ta’ ġentlom li tul ħajtu ta kontribut enormi favur il-kawża tal-ħaddiem, bis-sehem tiegħu fil-politika, it-trade unions u l-professjoni tiegħu. Nemmen li din l-aktar karatteristika li tibqa’ tispikka fih.” Robert Abela, fisser kif id-diskussjonijiet tiegħu ma’ Karmenu Mifsud Bonnici ħafna drabi kienu jduru fuq il-ħtieġa li wieħed jgħin aktar liż-żgħir. Xi ħaġa li Mifsud Bonnici ħaddan tul ħajtu kollha. “Daqskemm ħabb lill-ħaddiem, ħabb ukoll lil pajjiżu. Karmenu jibqa’ ta’ eżempju għal ħafna,” saħaq ilPrim Ministru. Aktar tard, f’kummenti ma’ ONE News, il-President tar-Repubblika George Vella qal li dak li kien jemmen fih Karmenu Mifsud Bonnici, kien jemmnu

b’passjoni u ddeskrivieh ukoll bħala ġentlom u bniedem twajjeb u umli. “Għalija Karmenu Mifsud Bonnici kien ġentlom fuq kollox. Kien bniedem twajjeb, kien umli u importanti ħafna li wieħed jifhem hu kien ta’ karità kbira. In-nies kienu jħobbuh, però kien iħobb ukoll, kellu qalb tad-deheb. Kien bniedem pjuttost riservat, kif nafu jien u kien bniedem intelliġentissimu u kien espert kemm tal-liġi industrijali u kif ukoll tad-drittijiet tal-ħaddiema, fejn ħadem snin twal.” Mifsud Bonnici, li serva wkoll bħala Deputat Prim Minis­t­ ru, Ministru għax-Xogħol u s-Ser­­vizzi Soċjali u Ministru għall-Edu­kazzjoni bħala parti mill-Kabinett immexxi minn Duminku Mintoff, sar Prim Ministru fit-22 ta’ Diċembru ta’ 38 sena ilu wara r-riżenja talPerit. Minbarra riformi soċjali u avvanzi fis-sistema edukattiva, inkluż fil-kwistjoni bejn il-Gvern u l-Knisja bir-riforma biex l-edukazzjoni tkun aċċes­ sibbli għal kulħadd, sakemm kien Ministru, taħt it-tmexxija governattiva tiegħu nbidlet il-Kostituzzjoni biex Malta tiġi rikonoxxuta bħala pajjiż newtrali, waqt li saret bidla drastika fil-liġi elettorali li tirrifletti d-demokrazija. Mifsud Bonnici, iben Lorenzo u Catherine, twieled Bormla nhar is-17 ta’ Lulju tal-1933. Mifsud Bonnici studja, fost oħrajn, fl-Università ta’ Malta fejn temm b’suċċess Baċellerat tal-Arti u Dottorat tal-Liġi fl1954. Fl-1968 hu ggradwa wkoll mill-Università ta’ Londra fil-


05

06.11.2022

U TWAJJEB LI GĦAMEL KARITÀ KBIRA

17-07-1933

05-11-2022

Liġi Fiskali u Industrijali. Meta kien għadu student, Karmenu Mifsud Bonnici kien membru attiv fi ħdan il-Movi­ ment Ħaddiema Kattoliċi Żgħa­ żagħ. Fl-1969 inħatar konsulent għall-General Workers’ Union (GWU) fejn kien ukoll protagonist fil-ġlieda kontra l-Liġi tar-Relazzjonijiet Industrijali kif proposta mill-Partit Nazzjonalista, li kienet tinkludi sentenza ta’ ħabs għall-ħaddiema li jistrajkjaw. Hu magħruf kif Mifsud Bonnici kien ġej minn familja Nazzjonalista, b’diversi membri mill-familja tiegħu li kienu u għadhom saħansitra deputati Parlamentari f’isem il-PN. Fost oħrajn wieħed isemmi lil ħuh

Antoine, li kien Segretarju Parlamentari, kuġinuh Ugo li kien Ministru u sussegwentement President ta’ Malta, waqt li neputijiet tiegħu Carmelo u Paula għadhom Membri Parlamentari għall-Oppożizzjoni. Minkejja dan u l-ġejjieni tiegħu li qattgħu fil-Moviment tal-Ħaddiema, Mifsud Bonnici kien stqarr li hu kien Nazzjonalist mit-twelid, iżda Laburist bl-għażla u l-konvinzjoni. Hu beda l-karriera tiegħu fil-Partit Laburista fl-1980, proprju meta l-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Dom Mintoff ipproponieh bħala Deputat Mexxej għall-Affarjiet talPartit. Il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista kienet ap-

provat din il-proposta b’mod unanimu. Fl-1982, Mintoff ressaq mozzjoni oħra quddiem il-Konferenza Ġenerali fejn permezz tagħha hu ppropona lil Dr Mifsud Bonnici bħala l-Mexxej nominat tal-Partit. Għal darb’oħra, il-proposta kienet approvata unanimament mill-Konferenza Ġenerali u mill-GWU. Wara li l-Membru Parlamentari Pawlu Xuereb irriżenja fl-1982, Mifsud Bonnici ġie co-opted fil-Parlament u maħtur Ministru għax-Xogħol u s-Servizzi Soċjali. Il-karriera politika tiegħu kompliet miexja ’l quddiem sena wara, meta nħatar Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Edukazzjoni. Permezz ta’ din ir-responsab­ biltà kien protagonist fil-kwis­­­ tjoni bejn il-Knisja u l-Istat rigward l-introduzzjoni tal-edukazzjoni b’xejn għal kulħadd. Fl-1984, wara r-riżenja ta’ Min­toff fl-istess ġurnata, Mifsud Bon­nici ħa l-ġurament bħala Prim Ministru. Fl-1985, kellu sehem ewlieni fin-negozjati li ddominaw il-ħtif tal-ajruplan tal-EgyptAir, li niżel fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Wara t-telfa elettorali tal1987, hu serva bħala Kap tal-Oppożizzjoni sal-1992, waqt li ba­qa’ jiġi elett fil-Parlament Malti sal1996. Sussegwentement baqa’ attiv politikament, bl-aħħar involviment dirett tiegħu ikun fl2003 meta, permezz tal-Kampanja għall-Ħelsien Nazzjonali (CNI), hu kien oppona d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Fil-Partit Laburista wkoll baqa’ figura attiva wkoll sa żmien riċenti meta fl-aħħar elezzjoni għal Deputat Mexxej

għall-Affarijiet tal-Partit, deher jivvota bħala delegat tal-Konferenza Ġenerali u anke kellu laqgħat sbieħ mal-amministrazzjoni Laburista. L-Eks Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista hu mniżżel fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu bħala Kumpann tal-Unur.

Se jibqa’ mfakkar għall-ideal li ħaddan b’konvinzjoni u l-mod kif iddedika ħajtu favur il-ħaddiem Il-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Mifsud Bonnici bi stqarrija fejn qal kif se jibqa’ mfakkar għall-ideal Soċjalist Demokratiku li ħaddnu b’konvinzjoni u l-mod kif iddedika ħajtu għall-ħidma favur il-klassi tal-ħaddiema. F’artiklu ppubblikat f’din ilħar­ġa, il-Kap Eżekuttiv Labu­ rista u Deputat Randolph Debattista tenna: “Karmenu kien Soċjalist fil-prattika. Mhux tal-isem. Mhux tad-diskorsi, imma kien jgħix il-ħajja ta’ Soċjalist ta’ kuljum. Karmenu kien ilibbes lil min ma kellux ħwejjeġ. Kien jgħin u jilqa’ lillfqir. Kien jgħannaq, ibus u jagħti kuraġġ lill-marid. Dan kien jagħmlu fil-ħajja personali, għax kien jemmen li ma tistax tipprietka s-Soċjaliżmu jekk ma tgħixx ta’ Soċjalist … it-tluq ta’ Karmenu minn din id-dinja seħħ proprju fiż-żmien meta l-kelma ‘Soċjaliżmu’ qed terġa’

tieħu postha fil-ħajja politika.” Il-President Emeritus Marie-Louise Colerio Preca, li ħadmet mill-qrib mal-Eks Mexxej Laburista sa mill-bidu tal-karriera tagħha, fakkret kif b’ħidmietu pajjiżna għadu jgawdi l-frott sal-lum, fosthom bit-tfassil talLiġi Industrijali. L-Eks Prim Ministri u Mex­ xejja Laburisti, Joseph Muscat u Alfred Sant, iddeskrivew it-telfa tiegħu bħala waħda kbira għal-Laburiżmu Malti. Dr Sant qal kif Mifsud Bonnici kien jara fit-tul, jifhem il-ħajja tal-ħaddiem u ħadem mingħajr ebda sens ta’ ambizzjoni personali, waqt li Dr Muscat iddeskrivih bħala bniedem ta’ prinċipju li kkontribwixxa bil-fatti biex ilPL, il-GWU u pajjiżna jinsabu fejn huma llum. L-Eks Ministru Joe Debono Grech, li serva fil-Kabinett immexxi minn Dr Mifsud Bonnici, tkellem ma’ ONE News dwar l-onestà tal-Eks Prim Ministru u Mexxej Laburista. “Bħalma sibtu jiena, sabuh ħaddiema oħrajn, sabuh nies li kienu filbżonn u anke ddefendiehom fil-Qrati b’xejn, għenhom mhux bil-paroli ta’ ‘Alla jgħinek’, imma kien jgħinhom finanzjarjament,” tenna Debono Grech. L-Eks Ministru Alex Sceberras Trigona rrakkonta wkoll ma’ ONE News kemm Mifsud Bonnici kien mexxej sod u kuraġġuż, u taħtu kien hemm kisbiet importanti diplomatiċi madwar id-dinja. Fost dawk li sellmu l-memorja ta’ Karmenu Mifsud Bonnici fl-aħħar sigħat kien hemm ukoll l-Uffiċċju tal-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, il-GWU u l-Partit Nazzjonalista.


06

06.11.2022

IL-KREDIBBILTÀ HI D-DIFFERENZA POLITIKA TA’ KREDIBBILTÀ: B’diskorsu t-Tlieta li għadda, il-Prim Ministru Robert Abela elenka kif il-Gvern qed jipproteġi lill-poplu u lin-negozji, bil-maqlub ta’ dak li seħħ fi żmien l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista

Ritratti: CLIFTON FENECH/DOI

Analiżi minn din il-gazzetta taż-żewġ diskorsi li ngħataw mill-Kap tal-Oppo­ żizzjoni Bernard Grech nhar it-Tnejn u mill-Prim Ministru Robert Abela l-għada turik eżatt il-baħar jaqsam bejn iżżewġ mexxejja politiċi lokali. Fuq naħa kellek Kap tal-Oppożizzjoni b’diskors twil, imma bla sustanza u li bbażah fuq retorika żbaljata u li partijiet minnu saħansitra kienu kontradittorji. Diskors li wera biċ-ċar li l-Partit Nazzjonalista hu ferm ’il bogħod mir-realtajiet tal-lum. Kien hemm każi fid-diskors tiegħu li fihom baqa’ jirrepeti fatti żbaljati, bil-għan ċar li jqarraq bil-poplu, anke jekk għal dawn diġà kienet inġibditlu l-attenzjoni li kien qed jikkwota jew jaqra ċ-ċifri ppreżentati fil-Baġit b’mod ħażin. Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista mhux biss ġab fix-xejn l-argumeti fjakki u l-allegazzjonijiet bla bażi ta’ Grech, imma fid-diskors tiegħu kien punġenti, fattwali u ċar fl-argumenti kollha li għamel. Id-diskors ta’ Abela wera li l-Oppożizzjoni Nazzjona­lista mhux biss m’għandhiex viżjoni għall-pajjiż, imma bil-mod kif tkellem Grech, lanqas biss għandha indikazzjoni ta’ x’għandu jkun il-futur ta’ ġensna. Abela kien ċar ukoll li Grech għadu mgħaddas fin-negattività politika li minn dejjem ħaddan il-PN. Tendenza ta’ dan il-Partit li minflok ma jkun oġġettiv u jikkritika b’mod kostruttiv, dejjem jaqa’ għal attakki distruttivi bla bażi ta’ korrettezza. Politika li wkoll qatt ma niżlet tajjeb mal-elettorat, li għax jaf janalizza, jistenna li l-kritika tkun imfassla b’mod li tagħraf it-tajjeb, tindika fejn hemm ħażin, imma li wkoll tipproponi l-alternattiva. Xi ħaġa li Grech m’għarafx jagħmel fl-ebda ħin fid-diskors tiegħu. Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru wera li l-pjan politiku tal-Gvern hu mib­ni fuq ir-realtajiet, filwaqt li spjega l-mod kif se jitħaddmu l-miżuri u l-inizjattivi msemmija fil-Baġit. Il-Kap tal-Oppożizzjoni, bħalma hu mdorri jagħmel, spara fl-ajru “soluzzjonijiet” mingħajr ma spjega kif dawn jistgħu jkunu ffinanzjati, jew tal-inqas kif il-Partit li jmexxi jaħseb li se jimplimentahom. Spikkat ukoll l-istqarrija tal-Kap tal-Oppożizzjoni meta qal li Malta u Għawdex għandhom bżonn tmexxija li taħseb għal għada, meta diskorsu kien ankrat fil-passat. Bil-maqlub id-diskors tal-Prim Ministru kien verament wieħed li juri kif il-Gvern li jmexxi qed jaħseb għall-futur tal-poplu Malti u Għawdxi. “Il-poplu lil min jafda biex imexxi lil pajjiżu? Il-poplu lil min jemmen u jafda biex jiġi quddiemu bis-soluzzjonijiet għall-isfidi li għandna quddiemna? Persważi li l-poplu jara lill-Partit Laburista u lill-Prim Ministru Robert Abela li jistgħu jagħmlu dan,” ingħad fir-reazzjoni tal-Partit Laburista u ta’ kull min fl-aħħar jiem analizza b’reqqa u b’mod oġġettiv id-diskorsi b’reazzjo­ ni għall-preżentazzjoni tal-Baġit għall2023 mill-Ministru għall-Finanzi Cly­de Carua­na ġimgħa ilu.

F’konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Mexxej Laburista Daniel Micallef, flimkien mas-Segretarju Parlamentari Chris Bonett, spjegaw kif id-diskorsi tal-mexxejja fil-Parlament ikkuntras­ taw għalkollox lil xulxin. Fuq naħa diskors ta’ Prim Ministru li jixhed l-istabbiltà f’pajjiż li se jibqa’ miexi b’saħħtu u fid-direzzjoni t-tajba, minkejja l-isfida globali bla preċedent, u, fuq in-naħa l-oħra, diskors ta’ Kap tal-Oppożizzjoni li jixhed kif il-PN ma jista’ qatt joffri viżjoni għal dan il-pajjiż. Malta Ċertezza u Stabbiltà tixhed ċertezza ta’ pajjiż li jaf li għandu lil dan il-Gvern viċin tiegħu. Dik iċ-ċertezza twassal għall-istabbiltà fejn innies jistgħu b’serenità jippjanaw il-futur tagħhom. Ċertezza għall-anzjani u l-familji li jafu li dan il-Gvern kien, għadu u se jibqa’ b’ruħ Soċjalista. Il-kredibbiltà hi l-qofol ta’ kollox u għalhekk inħass distakk enormi bejn iż-żewġ diskorsi. Id-diskors ta’ Grech hu mera ta’ Op-

pożizzjoni iżolata fin-negattività u kontinwità minn sena għall-oħra tal-istess kritika. Hu ċar li l-Kap tal-Oppożizzjoni m’għandux kredibbiltà jmexxi l-finanzi tal-Partit tiegħu, aħseb u ara tal-pajjiż. B’differenza, il-Gvern għandu esperjenza u kredibbiltà biex jipprovdi ċertezza u stabbiltà li jwasslu għal ġejjieni isbaħ. L-għada tar-replika għall-Baġit minn Grech, il-Prim Ministru ddikjara li l-Kap tal-Oppożizzjoni wera biċ-ċar kemm hu maqtugħ mir-realtà, għax wera parti­ kolarment nuqqas ta’ ħila teknika fissuġġett ekonomiku, tant li ma kien hemm l-ebda analiżi ekonomika talBaġit. F’din l-ewwel reazzjoni tiegħu għaddis­kors ta’ Grech, Abela rrefera għal dak li qal il-Kap tal-Oppożizzjoni, li l-Gvern qiegħed joffri “more of the same”. IlPrim Ministru qal li hu ma jistax jgħid l-istess dwar il-Kap tal-Oppożizzjoni għax jidher ċar li mill-ħażin sejjer għall-agħar. “Aħna min-naħa tagħna se nkunu qegħdin nispjegaw ir-relevan-

za tal-viżjoni ekonomika tagħna għassnin li ġejjin,” tenna Abela. Id-diskors tal-Prim Ministru, u dak li kull ċittadin jistenna minn mexxejja ta’ stoffa, joħroġ ferm aktar b’saħħtu u bla paraguni mad-dagħdigħa li nfexx fiha il-Kap Nazzjonalista. Dr Abela kellu diskors li matulu spjega b’mod aktar trankwill u dettaljat il-miżuri ta’ Baġit li jħares mhux biss lejn l-immedjat, imma anke lejn il-futur ta’ poplu li jrid jgħix fi trankwillità u mingħajr ma jkollu jġorr piżijiet żejda. Poplu li jrid jisma’ kif il-futur għalih se jkun ta’ serħan il-moħħ u li jgħixu bi kwalità ta’ ħajja denja. Dan kien il-qofol tad-diskors tal-Prim Ministru, li reġa’ wera kif jifhem il-polz tal-poplu u jaf fejn irid iwassal il-pajjiż, minkejja l-isfidi internazzjonali – fil-qosor, diskors ta’ statista. Ma naqasx li kemm Abela kif ukoll Grech f’mumenti tad-diskorsi tagħhom, jagħmlu battuti lejn xulxin, kif mistenni. Anke hawn deher ċar li


07

06.11.2022

Ritratti: GARETH DEGIORGIO

SKJETTA BEJN ABELA U GRECH

l-battuti tal-Prim Ministru saru f’mu- Baġit huwa wieħed li jġib ċertezza u ment maħsub u b’reqqa politika, fil- stabbiltà. Fuq il-bankijiet ta’ quddiemu waqt li dawk ta’ Grech iktar fixklu l-an- mbagħad, diskors ta’ Kap tal-Oppożizzdament tad-diskors tiegħu, milli għenu joni li kien biss ripetizzjoni tal-kantalibiex diskors medjokri jkollu tal-inqas xi ena li issa ilu għaddej biha għal xhur mumenti li jagħmluh denju. sħaħ. U hawn allura, dak li qal L-unika battuta li Grech, li l-Baġit hu “more faqgħet lill-Parlament of the same”, kien filfatt kienet meta Grech qal deskrizzjoni perfetta li kien hemm stħartal-kantaliena tiegħu riġ li qiegħed jinkstess. Mid-diskors ta’ Abela wetah u hawnhekk Deher ċar ukoll li li jixhed stabbiltà f’pajjiż Grech ma fehemx il-Membri Parlamentari tan-naħa talil-Baġit, jew aktar li jinsab fid-direzzjoni Gvern instemgħu minn hekk, mhux t-tajba, għal dak ta’ jidħqu u jgħaddu kapaċi janalizza l-kummenti bilb’moħħ ekonomiGrech b’politika li li l-aħħar stħarriġ li ku dak li tħabbar filtipperikola kien ippubblikat wera Baġit. Il-każ klassiku li d-distakk bejn iż-żewġ huwa meta qal li l-Baġit l-għajxien partiti ewlenin kompla jikma jindirizzax il-problema ber. tal-għoli tal-ħajja, meta minInħass ukoll kemm id-diskors tal- barra l-akbar żieda għall-għoli tal-ħajja, Prim Ministru kien frisk u addattat jintroduċi miżuri qawwija u bla preċegħall-okkażjoni, dik li juri kif dan il- dent, bħall-mekkaniżmu addizzjonali

għall-għoli tal-ħajja għal dawk l-aktar vulnerabbli, flimkien ma’ żidiet f’miżuri li diġà wrew kemm huma ta’ fejda u eluf ta’ familji gawdew diġà qatigħ bissaħħa tagħhom. Skont Grech, dan kien Baġit li ma joffri l-ebda soluzzjoni għal min għaddej mid-diffikultajiet filwaqt li ma joffri l-ebda viżjoni fit-tul għal pajjiżna li hija tant meħtieġa għall-ħaddiema, għal min iħaddem, għas-self employed u għal min għandu negozju. Apparti li din l-istqarrija kienet imwieġba mill-Prim Ministru, din ġiet irredikolata minn għaqdiet, bħall-Cari­ tas u l-Forum Kontra l-Faqar, li faħħru l-Baġit, l-istess kif għamlu rap­pre­ żentanti tal-imsieħba soċjali fl-ewwel reazzjonijiet tagħhom. Dawn kollha faħħru primarjament il-miżura li l-Gvern jissussidja l-enerġija u ċ-ċereali, miżura li, kif intqal, żgur li se ssalva għadd kbir ta’ familji u negozji milli jieħdu piż li ma jifilħux fuqhom. Dawn iddeskrivew ukoll il-Baġit li kien

xprunat minn deċiżjonijiet fundamentali, wieħed soċjalment ġust u respon­ sabbli, u Baġit li hu wieħed b’lista sħiħa ta’ miżuri soċjali mmirati għal dawk li huma l-aktar vulnerabbli. Ir-reazzjoni tal-Kap Nazzjonalista kienet ukoll żbaljata fuq diversi argumenti oħrajn, li spiċċaw ġew ripetuti mid-deputati tiegħu. Dawn ukoll tqanżħu biex jipprovaw jirribattu l-argumenti fattwali li ġab il-Prim Ministru t-Tlieta, iżda wkoll kienu għalkollox żbaljati. Bil-maqlub ta’ dak li sostna Grech, il-Prim Ministru qal li mhux biss naqsu l-mediċini out of stock, tendenza li kienet mill-aktar komuni fi żmien l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista sal-2013, talli l-mediċini fuq il-formularju tal-Gvern baqgħu jiżdiedu sena wara l-oħra. Diskors ta’ politiku mhux ippreparat u agħar minn hekk li jipprova jqarraq bl-intelliġenza tal-poplu. Grech qal li hu diżappuntanti kif il-professjoni tal-edukaturi mhix tingħata l-importanza li jixirqilha u qal li lill-għalliema l-Baġit nesiehom għalkollox. Stqarrija oħra żgarrata meta hu magħruf kif tħabbar li f’Jannar li ġej se jibdew diskussjonijiet għal ftehim settorjali ġdid għall-edukaturi li żgur li se jkollu pakkett aħjar ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol, xi ħaġa li anke l-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT) laqgħet b’sodisfazzjon. Skont Grech Għawdex intesa għalkollox, meta l-miżuri mħabbrin fil-Baġit jixhdu kif il-gżira Għawdxija se tiggwadanja mill-akbar allokazzjonijiet. Miżuri li mhumiex indirizzati għall-Maltin biss, imma għal poplu magħqud li hu ffurmat mill-Maltin u l-Għawdxin. Jekk xejn, id-dikjarazzjoni tal-Kap Naz­zjonalista turi kif għalih għandu jkun hemm qasma fil-poplu bejn Maltin u Għawd­xin. Bużżieqa oħra tal-Kap tal-Oppożizzjoni li faqa’ l-Prim Ministru kienet dwar iż-żgħażagħ. Il-Prim Ministru qal li l-futur għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin hu wieħed sabiħ. Hawnhekk irrefera għall-mod kontinwu kif Grech jikkwota minn stħarriġ partikolari. Imma ċif­ ri uffiċjali Ewropej juru li bejn l-2008 u l-2013, kull sena kien hemm 340 żagħżugħ u żagħżugħa taħt l-24 sena li ddeċidew li jemigraw minn pajjiżna. Bil-maqlub, minn hemm ’il quddiem, dawn naqsu bin-nofs u llum iżjed żgħażagħ qed jiġu lura għax qed jaraw ġejjieni għalihom f’pajjiżhom stess. Fil-fatt, meta qabel kien hemm aktar żgħażagħ li jemigraw minn dawk li jiddeċiedu li jiġu lura, l-aħħar statistika turi kif f’dawn l-aħħar snin kien hemm l-oppost, mhux l-inqas għax Gvern Laburista kien kapaċi wkoll joħloql-akbar opportunitajiet ta’ xogħol u xogħol ta’ kwalità (ara wkoll paġni 8 u 9). Fuq kollox, id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni kellu nuqqas kbir. Diskors li kien nieqes mir-rispett, mhux biss rispett politiku lejn l-avversarji tiegħu, imma nuqqas ta’ rispett lejn l-intelliġenza tal-elettorat li jaf li dan kien Baġit li se jkompli jagħtih ċertezza u stabbiltà.


08

06.11.2022

ĊIFRI TAL-EUROSTAT IGIDDBU LIL GRECH DWAR L-istampa reali fl-emigrazzjoni minn żgħażagħ Maltin u Għawdxin fl-aħħar snin hi kompletament bil-maqlub L-argumentazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li attwalment jeżisti xi eżilju ta’ żgħażagħ li qed jitilqu mill-pajjiż biex isibu għajxien aħjar xi mkien ieħor madwar il-globu nġiebet duħħan mill-Prim Ministru Robert Abela, waqt li kompla jikxef id-dilettantiżmu li llum jiddomina fil-politika Nazzjonalista. Statistika uffiċjali maħruġa milluf­fi ċċju tal-Unjoni Ewropea, il-Euro­­ stat, u li rrefera għaliha l-Mexxej La­ bu­rista, turi kif assolutament mhux veru dak li pprova jindika b’qerq ilKap tal-PN. Anzi l-verità hi li ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin kienu iżjed qed jitilqu mill-pajjiż sakemm kien għad

ŻGĦAŻAGĦ MALTIN U GĦAWDXIN LI TELQU MILL-PAJJIŻ JEW ĠEW LURA 2008-2020 2008

2009

2010

2011

2012

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

Emigrazzjoni

316

280

235

198

322

472

200

178

154

163

171

154

120

Immigrazzjoni

226

211

145

248

276

286

286

258

213

230

246

229

170

DIFFERENZA

90

69

90

-50

46

186

-86

-80

-59

-67

-75

-75

-50

Sors: EUROSTAT

hemm l-aħħar Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi, milli llum. Dan tal-aħħar kien niżżel pajjiż għarkupptejh, staġna l-ekonomija, sparixxa l-investimenti u għabba lil kulħadd bl-agħar kontijiet fl-istorja, frott l-ineffiċjenza u l-politika tiegħu tal-awsterità. Fl-aħħar ġimgħat Bernard Grech

u esponenti oħrajn tal-Oppożizzjoni qabdu ma’ stħarriġ partikolari tal-opinjoni pubblika, li skont­hom kien jgħid li 70% taż-żgħażagħ iridu jitil­qu mill-pajjiż. Minbarra l-fatt li l-istess stħarriġ juri persentaġġ ta’ 60%, mhux 70%, dan staqsa f’liema pajjiż tixtieq tgħix u taħdem u mhux fuq l-intenzjoni proprja li

temigra, imma Grech u l-PN għaw­ ġuh kif qablilhom. Fil-fatt, huma użawh u għamlu referenzi speċifiċi għalih, tant li semmewh kemm-il darba biex jippruvaw jindikaw politika żbaljata ta’ Gvern Laburista li setgħet toħloq l-inċertezza jew sentiment ta’ dwejjaq fost iż-żgħażagħ.

L-ELETTRIKU QED JISWA LILL-EWROPEJ Ċifri mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Euro­stat, għadhom kemm ikkonfermaw li l-piż tal-kontijiet tal-elettriku għall-familji Maltin u Għawdxin hu fost l-inqas mill-istati membri kollha fil-kriżi attwali tal-enerġija. Waqt li l-Gvern Malti qed jissussidja kull piż internazzjonali tal-elettriku, gass u fuels, li splodew b’riżultat tal-gwerra fl-Ukrajna, il-medja tal-prezzijiet fiż-Żona Ewro hi d-doppju ta’ dak li qed jitħallas f’pajjiżna. Dan b’riżultat li fil-bqija talpajjiżi l-oħrajn qed ikunu ċ-ċittadini li jġorru ż-żidiet. Minbarra hekk, l-istess sta­ tistika uffiċjali Ewropea tikkonferma wkoll kif il-kontijiet tal-elettriku f’pajjiżna naqsu b’25% minn wara l-bidla filGvern f’Marzu tal-2013 ’l hawn. Fir-replika tiegħu għar-reaz­ z­joni tal-Kap tal-Oppożizzjo­ ni għall-Baġit 2023, il-Prim Ministru nhar it-Tlieta għamel referenza għal din l-istatistika tal-Eurostat, anke biex jifqa’ l-bużżieqa Nazzjonalista li b’xi mod mill-2013 ’il quddiem il-poplu Malti beda jinsteraq fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma. Il-verità hi li, jekk kien hemm perjodu fejn iċ-ċittadini u n-negozji bdew iħallsu biz-zalza għall-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, anke iżjed milli suppost, kien biss fl-aħħar leġiżlatura ta’ GonziPN li ntemmet disa’ snin ilu. Bil-maqlub, fil-kriżi tal-enerġija llum, il-poplu Malti hu l-uniku wieħed li m’esperjenzax żidiet f’dan ir-rigward. Ħarsa lejn l-istatistika talEurostat turi kif il-prezz talelett­riku f’Malta fl-ewwel nofs

Rapport minn ħafna tal-effetti fuq l-industriji Ewropej fejn tgħabbew bil-piżijiet kollha ta’ din is-sena kien ta’ €0.13 aħħar jiem li se timxi bl-istess li, fuq perjodu ta’ seba’ snin, kull kilowatt hour, li jfisser li politika u se tkun qed toħroġ fi- pajjiżna rebaħ disa’ postijiet l-familji f’pajjiżna qed iħallsu nanzjament adegwat biex tgħin fil-klassifika tal-orħos prezzijir-raba’ l-orħos kontijiet fl-UE. lill-popli kollha tagħha. et tal-elettriku. Dan hu wkoll nofs il-medja Ta’ min jinnota li l-prezz li Il-Eurostat jindika li, filtaż-Żona Ewro fejn il-prezz hu jitħallas illum għall-elet­triku ħames snin ta’ qabel il-bidla ta’ €0.26 kull kilowatt hour. f’pajjiżna hu 4ċ kull kilowatt fl-amministrazzjoni, il-kontiSa mill-bidu tal-kriżi fil-Lvant hour orħos mill-2013, meta jiet tad-dawl f’pajjiżna kienu tal-Ewropa, Gvern Laburista dakinhar kien jiswa €0.17 kull għolew bi 68%, anke jekk madmmexxi mill-Prim Ministru kilowatt hour jew 25% iżjed. war l-UE kien hemm biss żieda Robert Abela ħa d-deċiżjoni Bil-maqlub għal-lum, dakinhar ta’ 26% fl-istess żmien. B’hekk li jassorbi kull żieda imposta il-prezz imħallas għall-konsum il-Gvern preċedenti Nazzjona­ minn barra u ma jgħabbix tad-dawl f’pajjiżna, b’riżultat lista kien għolla d-dawl għalllill-familji u lin-negozji bi fa­milji bi kważi tliet darbiet spejjeż addizzjonali f’dan aktar mill-medja Ewropea. ir-rigward. Kull żieda Bil-maqlub, mill-2014 ’il simili awtomatikament quddiem, Gvern Laburista kien ikollha effetti drastiċi Malta kellha t-tielet l-akbar rnex­xielu jraħħas l-elettrifuq l-ekonomija inġenermeta fil-bqija tal-UE tnaqqis fil-prezz tal-elettriku ku ali, waqt li jħarbtu l-livell spiċċa jogħla b’24% fl-istess bejn l-2013 u l-2022 tal-għajxien, kif qed jiġri perjodu. f’diversi pajjiżi oħrajn. Ta’ min jinnota li, din Waqt li hu stmat li l-Gvern tal-politika żbaljata mill-Gvern is-sena, waqt li l-prezzijiet se jkun qed joħroġ mal-€1.1 bil- Nazzjonalista tal-Prim Minis- f’Malta baqgħu stabbli, dawk fljun f’sussidji bejn din is-sena u tru Lawrence Gonzi, kien it-13 UE żdiedu prattikament f’kull s-sena li ġejja, l-UE ħabbret fl- l-ogħla fl-UE. Li jfisser ukoll pajjiż, bl-akbar żidiet irreġis-

trati fir-Repubblika Ċeka (70%) u fid-Danimarka (57%). Għaldaqstant, avolja l-Oppo­ żizzjoni Nazzjonalista tipprova tagħti impressjo­ni differen­ ti, l-istatistika uffiċjali turi li bejn l-2008 u l-2013 Malta kellha l-ogħla żieda fil-prezz tal-elettriku fl-Ewropa, imma mbagħad it-tielet l-akbar tnaq­ qis fil-prezzijiet bejn l-2013 u l-2022. Il-Eurostat jindika wkoll li, fl-aħħar disa’ snin, il-prezz tal-elettriku għall-industrija lokali raħas b’21%, mentri l-prezz medju madwar fiż-Żona Ewro żdied b’50%. B’kuntrast, fil-ħames snin qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013, il-prezz tal-enerġija għall-in­ dus­trija f’Malta kien għola b’47%, mentri fl-UE kien hemm nofs din iż-żieda – 24%. Waqt li fl-2013 il-prezz tal-elettriku għall-industrija kien 26% ogħla mill-prezz medju fl-UE kollha, fl-2022 dan il-prezz f’Malta hu 33% orħos. Illum pajjiżna għandu l-ħames l-orħos kontijiet tad-dawl għall-industrija, mentri fl-2013 kellu l-ħames l-ogħla kontijiet. Fl-istess ħin, bejn l-2008 u l-2013, il-kumpaniji lokali kienu esperjenzaw ittmien l-ogħ­la żieda fil-prezzijiet tal-elet­triku minn fost il-pajjiżi Ewropej, mill-2013 sal-lum raw l-akbar tnaqqis. Madwar l-UE il-prezz tal-elettriku din is-sena tela’ bi 38% għan-negozji, iżda għal dawk f’Malta ma raw l-ebda żidiet u l-prezzijiet baqgħu stabbli. L-akbar żieda rreġistrata fl-UE kienet fil-Ġreċja (158%), segwita mir-Rumanija (137%). F’diversi pajjiżi, għadd ta’ negozji mhux qed ikampaw u qed


09

06.11.2022

L-INVENZJONI TA’ XI “EŻILJU” MIŻ-ŻGĦAŻAGĦ tal-impressjoni qarrieqa li rrepeta kemm-il darba l-Kap tal-Oppożizzjoni fid-diskorsi tiegħu fl-aħħar jiem Iżda, fir-risposta tiegħu lill-Kap tal-Op­­pożizzjoni, Dr Abela daħal fid-dettall tal-istatistika mill-Unjoni Ewropea u elenka kif, bil-maqlub, l-ammonti ta’ żgħażagħ Maltin u Għawdxin li jemigraw minn pajjiżna kienu biss qed jonqsu fl-aħħar snin u mhux jiżdiedu. Fil-fatt, iċ-ċifri jgħidu kif bejn l-2008 u l-2013 emigraw medja ta’ 304 ċittadini Maltin fl-età ta’ bejn il15 u l-24 sena, waqt li l-ogħla ammont ta’ emigranti żgħażagħ Maltin kien proprju fl-2013 meta kienu emigraw 472. Dan kien ifisser żieda fuq it-316 li kienu emigraw matul l-2008, l-ewwel sena ta’ dik il-leġiżlatura meqjusa bħala waħda mill-

agħar jekk mhux l-agħar fl-istorja. B’kuntrast, bejn l-2014 u l-2020 (l-aħħar sena li fiha l-Eurostat tippreżenta l-figuri), emigraw medja ta’ 163 żagħżugħ jew żagħżugħa minn pajjiżna. Minn aktar minn 470 fl2013, l-ammont ta’ żgħażagħ Maltin u Għawdxin li emig­raw minn pajjiżna naqas għal 120 fl-2020. Dan ifisser li l-emigrazzjoni fost żgħa­żagħ ċittadini ta’ pajjiżna bħala medja tul amministrazzjoni Laburista kienet kważi nofs dik li kien hemm taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista. B’mod ġenerali, l-istatistika talEu­rostat ukoll turi tnaqqis simili fl-etajiet kollha, għax minn total ta’

1,333 li kienu emigraw fl-2013, fl2020 it-total ta’ emigranti Maltin u Għawdxin naqas għal 770. Minbarra hekk, l-istatistika Ewropea tixhed li fl-aħħar snin kien hemm ukoll żieda żgħira f’dawk iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin li rritornaw lejn pajjiżna (immigrazzjoni). Bħala medja bejn l-2008 u l-2013 kienu ġew lura pajjiżna medja ta’ 232 żagħżugħ/a. Bejn l-2014 u l-2020 ġew lura medja ta’ 233 żagħżugħ/a fis-sena. Dan ifisser li, waqt li bejn l-2008 u l-2013 bħala medja 72 żagħżugħ/a aktar telqu mill-pajjiż milli ġew lura, bil-maqlub, bejn l-2014 u l-2020 ġew lura pajjiżna 70 żagħżugħ/a aktar bħala medja kull sena milli

ID-DOPPJU TAGĦNA itemmu kull attività, kif qed jiġri ta’ kuljum fl-Italja, waqt li f’oħrajn, bħall-Ungerija, qegħdin jiġu rrapportati deċiżjonijiet drastiċi mill-gvernijiet u/jew ir-reġjuni biex jippruvaw jimmitigaw iż-żidiet fenomenali li qed jesperjenzaw. Din il-ġimgħa ġie rrappurtat kif numru kbir ta’ pos­tijiet pubbliċi, bħal mużewijiet u faċi­litajiet sportivi, fl-ibliet Un­ geriżi bdew ja­għlqu definittivament, waqt li, fis-settur privat, tħabbar ukoll li l-akbar lukanda fil-kapitali Budapest, Hotel Hungaria, li għandha 499 kamra, se tkun qed tagħlaq u mhux biħsiebha terġa’ tiftaħ possib­ bilment qabel ir-rebbiegħa fisse­na d-dieħla. Fil-Polonja, katina ta’ supermarkets ħabbret li se tnaqqas is-sigħat għall-klijenti tagħha minħabba l-ispejjeż tal-enerġija u fil-Ġermanja attrazzjonijiet prinċipali ta’ divertiment jinsabu f’riskju serju li jagħlqu darba għal dejjem għall-istess raġuni. Id-differenza fil-politika talener­ġija f’pajjiżna qed tħalli impatt pożittiv fuq l-ekonomija. L-istabilità hi wkoll wieħed mill-fatturi ewlenin għaliex l-inflaz­zjoni f’pajjiżna hi baxxa mqabbla mal-bqija fl-UE. Fl-istess ħin il-kumpaniji f’pajjiżna llum m’għadhomx b’piż akbar minn dak tal-kum­ paniji fi stati oħrajn Ewropej fejn jidħol il-prezz tal-enerġija. Kif diġà ġie ddikjarat, l-amministrazzjoni attwali tal-Prim Ministru Robert Abela se tibqa’ kommessa li tkompli tagħmel differenza reali għall-familji u n-negozji f’pajjiżna.

MALTA

fil-fatt emigraw. Fil-verità, kontra l-gideb tal-Kap Nazzjonalista u l-Partit tiegħu, l-ebda sena mill-2014 ’l hawn ma turi li kien hemm aktar emigrazzjoni ta’ żgħażagħ Maltin u Għawdxin milli ġew lura lejn pajjiżna. Din l-istatistika ġġib fix-xejn il-propaganda fiergħa tal-Oppożizzjoni li ż-żgħażagħ ta’ pajjiżna qegħdin jagħżlu li jitilqu minn pajjiżna. Minflok, kien biss fi żmien l-aħħar Gvern Nazzjonalista li kien qed iseħħ proprju hekk. Taħt amministrazzjonijiet Laburisti seħħ bil-maqlub u ġew iżjed żgħażagħ lura minn dawk li għażlu li jemigraw.

STABILITÀ U ĊERTEZZA: Il-Baġit ippreżentat mill-Ministru Clyde Caruana jkompli bl-akbar appoġġ liċ-ċittadini u n-negozji


10

06.11.2022

FANTAŻIJI U NUQQAS TA’ GĦARFIEN Il-fatti li jikxfu kif esponenti ewlenin tal-Oppożizzjoni jipprovaw jiddefendu mingħajr suċċess il-faqar politiku Fid-diskors tiegħu nhar it-Tlieta li għadda, il-Prim Ministru Robert Abela nnota l-faqar talħsieb ekonomiku tal-Oppożizzjoni meta kkwota d-Dokument ta’ Qabel il-Baġit tal-Partit Nazzjonalista li fih hemm mira li l-Gvern iżid id-dħul tiegħu bi €42.6 biljun. Dan meta llum iddħul preżenti tal-Gvern hu ta’ inqas minn €6 biljun u li allura jfisser li l-mira tal-Oppożizzjoni hi li żżid id-dħul għal tmien darbiet iżjed mil-lum. Ekonomisti li tkellmu malKullĦadd spjegaw li, meta titqies ir-rata ta’ taxxa bħala persentaġġ tal-ġid nazzjonali, li hi ta’ ftit aktar minn 30%, ikun ifisser ukoll li, biex tintlaħaq mira bħal din, il-ġid nazzjonali ta’ pajjiżna jkun irid jilħaq €162 biljun jew mal-10 darbiet dak li hu llum.

“Ta’ min ifakkar li bejn l-2012 u l-2022, il-ġid nazzjonali rdoppja. Li jfisser li l-mira tal-Partit Nazzjonalista hija li jkollna rata ta’ tkabbir ekonomiku ħames darbiet il-medja li pajjiżna kellu bejn l-2012 u l-2022,” stqarrew is-sorsi ta’ din il-gazzetta. Komplew jenfasizzaw li, “biex wieħed jifhem aktar kemm hi mira (tal-PN) li ma tagħmel l-ebda sens u fantażija ta’ kobor sproporzjonat, sempliċement irid jinnota li l-ġid nazzjonali li pajjiżna kieku jrid ikollu jkun simili għal dak tal-Ġreċja jew tal-Ungerija fejn il-popolazzjoni hi ta’ bejn 10 u 11-il miljun, jiġifieri popolazzjoni ta’ xi 20 darba akbar minn dik ta’ pajjiżna”. Id-Deputat tal-Oppożizzjoni Mark Anthony Sammut, li xi wħud jgħidu li jaspira li jilħaq Kap tal-PN, ħareġ jikteb fuq

Facebook biex mingħalih inaqqas mill-argument tal-Prim Ministru, flok ammetta kemm din il-mira Nazzjonalista ma tagħmilx sens. Hu qal li l-kritika tal-Prim Ministru ma tagħmilx sens għax il-mira tal-Oppożizzjoni hi għat-tmien snin li ġejjin, daqslikieku mhux xorta tibqa’ ħaġa impossibbli li l-ekonomija tagħna tikber għal 10 darbiet dik li hi bħalissa fi żmien tmien snin. Dan ikun ifisser rata ta’ tkabbir medja ta’ 34% kull sena għal tmien snin konsekuttivi, li hi wkoll rata ta’ tkabbir ħames darbiet iżjed il-medja li pajjiżna kellu fl-aħħar 10 snin. Ironikament Mark Anthony Sammut u bosta minn sħabu kemm-il darba kkritikaw lillGvern, għax dan, skonthom,

Mark Anthony Sammut kabbar l-ekonomija billi żied il-popolazzjoni. Wieħed jistaqsi: Kemm se tiżdied il-popolazzjoni ta’ pajjiżna li kieku veru Gvern Nazzjonalista jipprova jilħaq il-miri li sostna fid-Dokument tiegħu ta’ Qabel il-Baġit? Dik li d-dħul tal-Gvern jikber bi €42.6 biljun fuq dak li hu bħalissa. Kif ġibdu l-attenzjoni l-ekonomisti, li tkellmu ma’ din ilgazzetta, Mark Anthony Sammut ma indunax li min kiteb dan id-dokument tal-PN mank kien kapaċi jikkopja sewwa l-pjan ekonomiku li kien ippubblika l-istess Partit fil-kampanja elettorali. Dakinhar fil-fatt it-tkabbir ta’ €42.6 biljun ma kienx se jsir

fil-“Government Revenue” kif inkiteb fid-Dokument ta’ Qabel il-Baġit tiegħu, imma fil-“GDP” (Prodott Gross Domestiku), jiġifieri fil-ġid nazzjonali. Issa dawn huma kunċetti totalment differenti – wieħed hu d-dħul tal-Gvern, waqt li l-ieħor hu d-dħul ta’ kull familja u negozju f’pajjiżna. Jgħaxxaqha wkoll Robert Cutajar Sadanittant, il-Whip tal-Partit Nazzjonalista Robert Cutajar, fil-programm ta’ TVM Popo­ lin, ukoll ikkonferma bis-sħiħ l-in­kom­­petenza ekonomika tal-Oppożizzjoni meta pprova jirribatti argument ieħor

FEARNE: KIEKU L-PN


11

06.11.2022

EKONOMIKU NAZZJONALISTA tal-Oppożizzjoni li, kieku jkun fil-Gvern, isarraf biss f’diżastru għall-pajjiż u għall-poplu Malti u Għawdxi kollu PREZZ TA’ BARMIL ŻEJT F’DOLLARI AMERIKANI ($) Sena 2012 2022

Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ 110.69 119.33 125.45 119.75 110.34 95.16 102.62 113.36 112.86 111.71 109.06 109.49 86.51 97.13 117.25 104.58 113.34 122.71 111.93 100.45 89.76 93.40

Sors: https://www.eia.gov/dnav/pet/hist/LeafHandler.ashx?n=PET&s=RBRTE&f=M

VALUR TAD-DOLLARU MAQLUB F’EWRO Sena 2012 2022

Jan 0.78 0.88

Fra 0.76 0.88

Mar 0.76 0.91

Apr 0.76 0.93

Mej 0.78 0.95

Ġun 0.80 0.95

Lul 0.81 0.98

Aww 0.81 0.99

Set 0.78 1.01

Ott 0.77 1.02

Nov 0.78

Diċ 0.76

Aww 91.50 99.29

Set 87.76 90.56

Ott 86.11 94.99

Nov 85.02

Diċ 83.54

Sors: Bank Ċentrali Ewropew (ECB)

PREZZ TA’ BARMIL ŻEJT MAQLUB F’EWRO (€) Robert Cutajar li għamel il-Prim Ministru Dr Robert Abela t-Tlieta, jiġifieri dak li l-prezz lokali tal-fuels u l-enerġija hu orħos milli kien fl2012, minkejja li l-prezz li nixtru bih minn barra llum hu ogħla. Skont Cutajar, dan mhux minnu u pprova jippreżenta dik li qal hi statistika li turi li l-Prim Ministru ma kienx korrett. Qal li fl-2012 il-prezz taż-żejt tela’ sa $128 kull barmil, waqt li din is-sena tela’ biss $88. Minkejja dan, skont l-aktar sit awtorevoli fuq is-suġġett ta’ prezzijiet simili, l-Aġenzija tal-Enerġija tal-Gvern Amerikan (EIA), imkien ma ssib dawn iċ-ċifri. Fil-fatt, l-aktar li l-prezz taż-żejt tela’ bħala medja fix-xahar fl-2012 kien ftit aktar

Sena 2012 2022

Jan 85.87 76.41

Fra 90.24 85.60

minn $125 f’Marzu. Din is-sena li ninsabu fiha, l-aktar li tela’ l-prezz kien kważi $123 u dan kien f’Ġunju. Minbarra hekk, iżda, l-in­ kom­­petenza tal-Oppożizzjo­ ni tispikka meta kulħadd jaf li pajjiżna jrid iħallas bil-munita ewro u bejn l-2012 u l-2022 il-valur tad-dol­laru kontra l-ewro ssaħħaħ konsiderevolment. Fil-fatt, kif jidher mit-tabelli annessi, f’Marzu tal2012 id-dollaru kien jiswa 78ċ tal-ewro, imma f’Ottubru li għadda dan ġie jiswa €1.02ċ. Dan ifisser li, waqt li l-aktar li

Mar 94.96 106.53

Apr 90.91 96.78

Mej Ġun Lul 86.04 75.90 83.41 107.22 116.13 109.84

kien jiswa f’termini ta’ ewro fl- tal-2012 issib li l-medja tal-prezz 2012 iż-żejt kien inqas minn €95 taż-żejt kienet €87 kull barmil, kull barmil, din is-sena dan tela’ kontra €98 kull barmil din is-sena, li jfisser prezz li nixtru bih kważi 15% ogħla minn żmien GonziPN, eżatt kif spjega l-Prim Ministru nhar it-Tlieta. Minkejja din id-diskre­ panza, illum grazzi għall-inJinbidlu kemm jinbidlu terventi tal-Gvern u aktar kapijiet, il-PN jibqa’ fqir minn €1.1 biljun f’sussidji bejn din is-sena u s-sena li ġejja, fl-oqsma tal-ekonomija il-kont tad-dawl għall-familji u l-finanzi nazzjonali baqa’ 25% orħos milli kien 10 snin ilu, mentri l-prezz tal-fuf’Ġunju għal aktar minn €116 els hu 15% orħos. kull barmil. Iż-żewġ każi mhumiex fula Meta tieħu l-ewwel 10 xhur f’qargħa u juru l-falliment sħiħ

tal-Oppożizzjoni f’dan il-qasam. Tant ma jifhmux fl-ekonomija li la jindunaw meta ċifri ma jagħmlux sens u wisq inqas jindunaw meta jużaw ċifra b’mod differenti milli kien intqalilhom qabel. La fehmu s-suppost pjan ekonomiku, li fuqu kien ibbażat il-manifest tagħhom, u wisq inqas fehmu d-dokument tagħhom ta’ qabel il-Baġit. Jinbidlu kemm jinbidlu kapijiet, jidher ċar li l-PN jibqa’ jispikka fejn jidħol faqar ta’ analiżi ekonomika u finanzjarja … mhux ta’ b’xejn niżżlu pajjiż għarkupptejh sal-2013!

IMEXXI L-PAJJIŻ, IS-SISTEMA TAS-SAĦĦA TIKKROLLA Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne enfasizza li d-Dokument ta’ Qabel ilBaġit li l-Partit Nazzjonalista ppreżenta lill-poplu jinkludi ideat li jikkrollaw kompletament is-sistema tassaħħa tajba li ngawdu llum. Waqt li din il-ġimgħa indirizza lill-Parlament dwar l-estimi tal-Baġit għall-2023, Fearne qal li s-servizz tas-saħħa ta’ Malta hu ġojjell u hu kburi li kull fejn imur madwar id-dinja, jisma’ biss tifħir għas-servizz li noffru, kif seħħ fl-aħħar jiem mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). “Kull servizz tas-saħħa fid-dinja hu fraġli u kumpless, u biex jinżamm fl-aqwa livell, iridu jittieħdu deċiżjonijiet għaqlin u tajbin, u għalhekk hu kruċjali li jkun hemm tmexxija li taf x’inhi tagħmel. Tmex­ xija li ma tafx x’inhi tagħmel jew deċiżjonijiet żbaljati f’servizz bħal dan, jiġu riflessi immedjatament fuq is-saħħa u l-ħajjiet tan-nies. Ghalhekk, ma jistax ikun li min ikun qiegħed imexxi, jew min qed jaspira li jmexxi dan is-servizz, ikollu ideat li ma jkunux riċerkati u maħsubin sew, għax dan mhux servizz ta’ popu­ liżmu,” saħaq id-Deputat Prim Ministru. Minkejja dan, id-dokument tal-PN jgħid li fil-qasam tas-saħħa “aktar pazjenti jintbagħtu barra għall-kura”, kompletament bil-maqlub ta’ politika li saħħet is-servizzi u l-kredibbiltà tas-settur biex illum anke barranin jiġu jieħdu l-kura tajba f’pajjiżna.

Il-PN qed jisħaq ukoll li “s-sistema tal-informatika li tintuża fis-sistema tas-saħħa tiġi operata minn kulħadd u kullimkien”. B’din id-dikjarazzjoni, qal Fearne, l-Oppożizzjoni trid tippubblika kompletament ir-rekords sensittivi tal-pazjenti meta bis-sistema preżenti tabib, li jingħata permess mill-pazjent, diġà jista’ jaċċessa r-rekords mediċi tiegħu. Id-Deputat Prim Ministru wkoll attakka l-proposta bla sens Nazzjonalista, li tispiċċa biex is-sistema tassaħħa tikkrolla kompletament, fejn il-PN irid li ma jintużawx mediċini ġeneriċi. Hu spjega kif “il-mediċini ġeneriċi huma effettivi u għandhom l-istess ingredjenti tal-mediċini tad-ditta, wara numru ta’ snin li jkunu wrew li ħadmu u huma effettivi. Dawn jippermettu li l-ispiża tkun seba’ darbiet inqas mill-mediċina oriġinali. Issa l-Baġit tagħna għall-mediċini għas-sena d-dieħla hu ta’ €170 miljun. Il-maġġoranza ta’ dawn il-flus, bħall-bqija tad-dinja, jintefqu fuq me­diċini ġeneriċi, li jaħdmu tajjeb daqs l-oriġinali. Bil-proposta tal-PN is-sistema tas-saħħa tikkrolla, għax l-ispiża titla’ b’seba’ darbiet aktar”. Fearne semma kif, anke fir-replika għall-Baġit, ilKap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ħa diversi żbalji fejn semma li se titnaqqas bin-nofs l-ispiża fuq l-obeżità, meta fl-estimi tal-Baġit hemm miktub ċar u tond li għall-istrateġija dwar l-obeżità s-sena d-dieħla hemm iddedikati €80,000, eżatt bħal din is-sena u

eżatt wara hemm il-vot ta’ fondi għal Dar Kenn għal Saħħtek – istituzzjoni li tieħu ħsieb persuni li jkunu qed jiffaċċjaw problemi fil-piż, inkluż ta’ obeżità – b’investiment ta’ €600,000 oħra. “Grech qalilna wkoll li l-ispiża fuq il-manutenzjoni tal-apparat fl-Isptar Mater Dei, se tonqos, minkejja li l-apparat żdied. Vera li żdied l-apparat biex inkomplu nżidu s-servizzi għall-pazjenti, imma għal darb’oħra pprova jinganna lill-poplu. Din is-sena, l-ispiża fuq ilma­nutenzjoni tal-apparat fl-isptar kienet €5,400,000. Għas-sena li ġejja, fl-2023, in-nefqa se tkun ta’ €5,500,000, jiġifieri mhux talli mhux se tonqos, talli se tiżdied!” kompla d-Deputat Prim Ministru. Ta’ min jinnota li, fl-istess ħin li l-PN ipprova jmaqdar is-servizzi li jingħataw, il-WHO faħħret lil pajjiżna għall-kura fil-qasam tal-kanċer u l-mod kif qed jiġi amministrat it-tilqim kontra l-COVID-19 u l-influwenza, l-istess kif kien ġara fl-eqqel tal-pandemija. Bil-maqlub, taħt il-PN, is-servizzi tas-saħħa jew ma jibqgħux b’xejn, jew jiżdiedu drastikament it-taxxi biex jikkumpensaw inkella tikkrolla s-sistema sħiħa. Din hi r-realtà li l-poplu Malti kien ikollu jesperjenza li kieku f’Marzu li għadda għażel lill-PN biex imexxih. Minflok, għażel lill-Partit Laburista biex fis-snin li ġejjin, ikompli jtej­jeb is-settur u jżid is-servizzi u l-mediċini b’xejn ħalli l-pazjenti jkomplu jieħdu l-aqwa kura possibbli.


12

06.11.2022

NIĊĊELEBRAW IL-KULTURA MALTIJA FUQ BAŻI REĠJONALI

ALISON ZERAFA CIVELLI Segretarju Parlamentari

L-arti u l-kultura għandhom rwol kruċjali fil-kisba ta’ żvilupp inklużiv u sostenibbli u jgħinu biex jagħtu ħajja ġdida lil-lokalitajiet tagħna, aktar u aktar meta meħuda fl-isfond ta’ bażi reġjonali. Għal dan il-għan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali li jien responsabbli minnu ħaseb fi proġett ‘Reġjuni Kulturali’ li se jkun qed jissostitwixxi l-iskema ‘Belt jew Raħal Kulturali’.

Dan il-proġett se jidħol fisseħħ is-sena d-dieħla, jiġifieri fis-sena 2023, meta l-ewwel programm kulturali għal sena sħiħa se jiġi mtella’ mir-Reġjun Nofsinhar. L-implimentazzjoni ta’ dan il-programm se toffri dawl u ħajja ġdida permezz tal-arti u l-kultura. Dawn għandhom rwol essenzjali biex kull lokalità tingħata ħajja ġdida permezz ta’ talenti ġodda kif ukoll tradizzjonijet li ntilfu matul iż-zmien. Dan il-proġett se jimxi id f’id mal-Politika Nazzjonali dwar il-Kultura fejn ġie enfasizzat li l-Kunsilli Reġjonali u Lokali ser jingħataw żieda b’responsabbiltà definita tal-istrateġiji kulturali reġjonali bbażati fuq il-prinċipji u l-għanijiet tal-politika nazzjonali fis-settur. Din il-politika tipprovdi prinċipji orizzontali li fuqhom huma bbażati strateġiji kulturali reġjonali f’kull qasam tal-kultura. Għaldaqstant, dan il-proġett se jgħin biex ikun hemm il-parteċipazzjoni ta’ bosta prattikanti fis-settur kulturali u artistiku, organiz-

zazzjonijiet u msieħba kreattivi fuq livell reġjonali fejn diversi kunsilli se jsibu l-ispazju biex jaħdmu flimkien. L-għan ewlieni li jiġi ċċelebrat Reġjun Kulturali huwa maħsub u mmirat biex tissaħħaħ il-promozzjoni tal-kultura Maltija u l-wirt kulturali uniku tal-lokalitajiet. Nafu li kull belt u raħal fil-gżejjer tagħna għandhom x’joffru u għandhom ukoll biex ikunu kburin bil-wirt ta’ missirijietna. Hekk inkomplu nħeġġu l-apprezzament lejn il-kultura Maltija u nkunu pass eqreb li nkomplu nippriservaw il-kultura Maltija għall-ġenerazzjonijiet ta’ warajna. Permezz ta’ dan il-proċess, il-membri ta’ kull lokalità se jiltaqgħu flimkien sabiex jinstabu soluzzjonijiet, ħalli kemm ir-residenti, kif ukoll in-nies barra mil-lokal jitħajru jżuru u jipparteċipaw fl-attivitajiet imnedija minn kunsilli oħrajn. Meta kulħadd jaħdem flimkien, il-komunità tissaħħaħ u tikber biex kulħadd iħossu inkluż u jagħmel parti minn

familja waħda. Tajjeb ukoll li niffukaw fuq l-izvilupp ekonomiku sabiex nattiraw aktar in-negozji filwaqt li ngħinu biex jiġi ġġenerat aktar kummerċ. Bla dubju dan ser iħalli impatt fuq kull ċittadin li jħossu mħeġġeġ biex ikun aktar responsabbli bħala membru ta’ komunità. Jinvolvi tagħlim u joħloq dik il-kurżità u l-passjoni biex niżviluppaw dawk it-talenti li biż-żmien intesew, u fl-istess ħin intejbu u nsaħħu ir-riżorsi li diġà għandna. L-iżvilupp fil-komunità huwa importanti għaliex huwa l-bażi mnejn titjieb ilħajja ta’ kull ċittadin kull meta noħolqu ħwejjeġ ta’ rikreazzjoni. Kull belt jew raħal ikabbar it-talenti tiegħu, isiru magħrufa talenti ġodda u n-negozji fil-lokalità jattiraw aktar xogħol u kummerċ. Dan huwa mezz għaqli biex insaħħu l-ekonomija u biex nattiraw aktar produttività. Dan il-programm estensiv ippreparat għas-sena d-dieħla huwa mimli attivitajiet madwar il-lokalitajiet

tar-Reġjun li għandu popolazzjoni ta’ 102,873 u li taħtu jaqgħu 12-il kunsill lokali; li jinkludu – Ħal Qormi, iż-Żejtun, Birżebbuġa, Ħal Għaxaq, il-Gudja, Ħal Luqa, il-Ħamrun, il-Marsa, Marsaxlokk, Wied il-Għajn, Santa Venera u Santa Luċija. Il-Gvern Lokali ta l-għotja ta’ €250,000 lir-Reġjun ta’ Nofsinhar sabiex imorru għall-finanzjament tas-sena kulturali. Min-naħa tiegħu, l-istess reġjun ser ikun qed jinvesti €25,000 biex ikompli jsaħħaħ dan il-proġett. Il-Kunsilli Lokali fi ħdan ir-Reġjun ser ikunu qed jiġu assistiti permezz tal-maniġer reġjonali responsabbli mill-Kultura, u b’hekk kull kunsill ser ikollu l-għajnuna mistennija u l-appoġġ mistħoqq waqt it-tħejjija għal dawn l-attivitajiet. Ta’ min ifakkar li l-kultura hija bħal forza dinamika li tista’ tgħin fl-integrazzjoni tal-komunitajiet. Hija mezz aktar b’saħħtu u fundamentali għall-kobor ta’ pajjiżna fejn kulħadd jingħata spazju fejn jista’ jimraħ ħalli jkun kreattiv u artistiku.

POLITIKA LI TIDDISTINGWINA

MICHAEL FARRUGIA Membru Parlamentari

Il-politiku, u b’mod speċjali l-Gvern, hu responsabbli li fiċ-ċirkostanzi u s-sitwazzjonijiet li jkollu quddiemu jagħraf x’inhuma l-prijoritajiet. Dan aktar u aktar meta għandna sitwazzjoni dinjija ta’ kriżi ekonomika wara sentejn u nofs ta’ pandemija, problemi enormi fil-provvista, l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna u l-kriżi fis-settur tal-enerġija. Bħalma għamilna sena

wara oħra, tul dawn l-aħħar 10 snin ta’ Gvernijiet Laburisti, dejjem ħadna d-deċiżjonijiet u implimentajna fl-aħjar interess tan-nies. Hekk qed inkomplu nagħmlu. Tul dawn l-aħħar sentejn rajna l-ekonomija Maltija tirpilja u tiġi lura fuq saqajha wara d-daqqa ’l isfel li ħadet fl-2020 malli faqqgħet il-pandemija. U għax għandna ekonomija b’saħħitha nistgħu nimplimentaw diversi miżuri u inizjattivi li joffru wens lill-familjari Maltin u Għawdxin, hekk kif ġew imħabbra fid-diskors tal-Baġit. Partit Laburista fil-Gvern meta jaffaċċja l-problemi, mhux jitfagħhom fuq il-familji, imma jsib is-soluzzjonijiet. Problema indawruha f’opportunità. Il-Partit Nazzjonalista, mhux biss meta kien filgvern, imma anke fid-dokument li ħareġ qabel il-Baġit u bi kliemu, juri li għadu ma nbidilx. Il-membri tiegħu jemmnu li problemi lokali jew

konsegwenzi ta’ sitwazzjoni mondjali, jitfgħuhom fuq innies, fuq il-familji, fuq l-industrija u fuq in-negozji. Din hi waħda mill-fehmiet politiċi li tiddistingwina. Gvernijiet Laburisti dejjem kienu tarka għall-familji u n-negozji; Gvernijiet Nazzjonalisti, il-piż jgħadduh fuq il-familji u n-negozji. Fil-Baġit għas-sena d-dieħla, qegħdin għal darb’oħra nnaqqsu l-piż tal-enerġija, taċ-ċereali u tal-qmugħ minn fuq il-familji b’nefqa ta’ €600 miljun mill-fond konsolidat. Dan apparti li qed nassiguraw stabbiltà, għajnuniet diversi lill-familji u aktar għajnuna lil persuni u familji vulnerabbli. Dan kollu f’ambjent ta’ sostenibbiltà. Dak li qed tingħata llum mhux se jitteħidlek għada. U dan kollu mingħajr ma jiżdiedu t-taxxi jew jiddaħħlu oħrajn ġodda. Għall-kuntrarju, biex inkomplu nħeġġu lill-anzjani jkomplu jkunu attivi, għal darb’oħra se titn-

aqqas it-taxxa lil dawk il-pensjonanti li jkomplu fid-dinja tax-xogħol. Infakkar li fl-istess ħin, pajjiżi barranin, qed jgħabbu lill-familji, lin-negozji u lill-industriji tagħhom b’aktar taxxi, b’kontijiet tal-enerġija għoljin li qed iwasslu biex familji jikkrollaw taħt dan ilpiż. Sadanittant, mhux talli ngħatat iż-żieda tal-għoli tal-ħajja lill-ħaddiema, talli l-anzjani, il-pensjonanti, ir-romol u l-persuni vulnerabbli ngħataw żidiet addizzjonali. Għal darb’oħra żdied l-istipendju tal-istudenti, żdiedet iċ-children’s allowance u tjiebu l-benefiċċji tal-in-work benefit. Ingħataw għajnuniet lill-first time buyers u għal min irid jinvesti. Apparti proġetti infrastrutturali, qed ninvestu ħafna f’aktar spazji miftuħa, fil-kultura, fl-edukazzjoni u fis-saħħa. Dan hu Baġit ta’ investiment ħalli tkompli tikber

l-ekonomija. X’kuntrast! Dan kollu filwaqt li diversi pajjiżi Ewropej qed jispiċċaw f’riċessjoni. Mhux ta’ b’xejn li n-nies iħossuhom li bi Gvern Laburista moħħhom mistrieħ. Is-sondaġġi hekk qed ikomplu juru. Biss xorta, il-Gvern ma tridx tikbirlu rasu u jrid jibqa’ viċin in-nies. L-agħar ħaġa li tista’ tiġri hi li pajjiżna jinħakem mill-politika popolista bħalma qed jiġri f’diversi pajjiżi, fejn qed naraw partiti tal-lemin estrem jiffurmaw koalizzjoni mal-partiti ċentru-lemini. Huwa għalhekk il-mument li persuni mweġġgħa jinstemgħu, u fejn hu possibbli tinstab soluzzjoni. Hekk inkunu qed nassiguraw rebħiet elettorali akbar milli kellna s’issa. Għax il-passat riċenti u l-preżent qed juru b’mod ċar li l-Partit Laburista biss, il-moviment li ħloqna, fil-Gvern joffri tama ta’ futur aħjar.


13

06.11.2022

PAROLI VS FATTI

IAN BORG Ministru

Is-soltu, mhux f’Malta biss, imma fid-dinja demokratika kollha, il-ġurnali u l-midja, kif ukoll il-politici, jagħmlu analiżi, jew aħjar, jagħtu opinjoni biex jiżnu u jqabblu dak li jgħid il-Prim Ministru u dak li jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni. Kieku anke jien xtaqt nagħmel hekk. Imma ma stajtx. U mhux jien biss ma nistax niżen kemm liż-żewġ mexxejja, kif ukoll id-diskorsi

tagħhom fuq il-Baġit tal-2023. Ir-raġunijiet li ħadd ma jista’ jew hu f’pożizzjoni li jagħmel paraguni hi li ma hemmx paragun bejn iż-żewġ persunaġġi, u jekk hemm xi ħaġa li ma tistax tmieri huma l-fatti. Kif jgħidu, in-numri tal-aritmetika ma jista’ jmerihom ħadd, inkluż Bernard Grech. Fatt li jitfa’ dawl fuq l-irrelevanza tad-diskors talKap tal-Oppożizzjoni fuq ilBaġit huwa dak li l-ġurnalisti tal-hekk imsejħa midja indipendenti ma ħassewx il-ħtieġa li jipparteċipaw bil-preżenza tagħhom fil-konferenza stampa wara diskorsu. Bernard Grech innifsu ma setax ma jaqrax il-kitba fuq il-ħajt ta’ xi jfisser dan. Qatgħu qalbhom minnu. Jafu bil-falzastikka li ħadu meta tawh kull appoġġ biex jaqlibha lil ta’ qablu f’nofs leġiżlatura. Illum, indunaw x’diżastru ħoloq għemilhom. Ma jistgħux jikkritikaw lil min ħolqu huma stess. Mis-

toqsijiet imbarazzanti fuq id-dokument ta’ qabel ilBaġit ma jistgħux jagħmlulu, mimli żbalji pwerili. L-aħjar li jinorawh u hekk għamlu. Apparti dan il-bojkott ġurnalistiku lil Bernard Grech, huwa impossibbli għalija u għall-poplu li nagħmlu paraguni. Kif qatt nistgħu nqabblu, niżnu jew inkejlu lill-Prim Ministru Robert Abela u lillKap tal-PN Bernard Grech? Ma hemm ebda paragun fl-istatura politika ta’ Mexxej li jaf fejn sejjer, jaf li għandu l-appoġġ solidali tal-partit tiegħu kollu, jaf li f’dawn iż-żminijiet diffiċli, irid ikun spalla soda għall-familji u għan-negozjanti tagħna u żamm kelmtu u introduċa Baġit mimli għajnuniet lil kulħadd. Baġit li huwa biss xewqa irrealizzabbli għall-gvernijiet kollha tal-Unjoni Ewropea. Fuq in-naħa l-oħra għandek Kap tal-Oppożizzjoni li għadu jhewden li tilef l-elezzjoni,

li l-Gvern Laburista skontu ‘xtara’ l-voti, li se jkun filgvern dalwaqt, li fid-dokument tal-qabel il-Baġit tiegħu kiteb li se jżidu d-dħul talgvern billi jgħolli t-taxxi għal tliet darbiet, u se jnaqqas ħamest ijiem mill-paternity leave. Dawn mhumiex żbalji ortografiċi, imma żbalji jew ta’ min għandu deni ta’ żiemel jew ta’ min tilef kull sens ta’ serjetà. Hawnhekk la għandna ħin u lanqas spazju biex nelenkaw il-fatti li ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela għaliex kif jgħidu, il-fatti jitkellmu waħedhom. F’dinja fejn kull gvern huwa msallab tant li jkollu jgħolli l-prezzijiet talgass, tal-fuels u tal-elettriku b’mod selvaġġ li bilfors jgħawweġ dahar il-familji, in-negozji u l-industriji, ilGvern Laburista huwa l-uniku wieħed fl-Ewropa u fid-dinja li refa’ l-piż hu biex in-nies ma jbatux. L-uniku wieħed li żied

il-pensjonijiet, li firex iżjed għajnuniet lil kulħadd, imma l-iżjed lil dawk li huma minn taħt. Xi triduh jgħid jew jagħmel lill-povru Bernard Grech? Jaf li tilef elezzjoni b’numru ta’ voti rekord. Jaf li kull stħarriġ jindika li dejjem nieżel ’l isfel. Jaf li sħabu qed jissaportuh għax ma sabux lil xi ħadd ieħor jidħol floku. Jista’ biss jgħix f’illużjoni. Nuru ftit ħniena u nħalluh jgħix fid-dinja taċ-ċaħda tar-realtà. Kuntent hu, kuntent kulħadd. Però, jekk irid jibqa’ jilludi ruħu, dan qatt m’għandu jagħmlu billi jipprova jgħarraq lil pajjiżna f’għajnejn il-barranin. Illum jien, bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin, iżjed naf, xi ħsara kbira saret lil Malta u x’kien l-iskop ta’ min għamel din il-ħsara. Riedu jgerrxu l-investimenti biex tikkrolla l-ekonomija, jonqsu l-impjiegi u jinxef il-ġid. Ma rnexxilhomx. Dan l-aħħar Baġit Laburista jixhed dan.

KEMM GĦANDNA X’NITGĦALLMU MINN KARMENU

RANDOLPH DEBATTISTA Kap Eżekuttiv tal-PL u Membru Parlamentari

Aħbar bħal tal-bieraħ taħsdek. Minkejja li tkun qed tistennieha. Saħħet l-Eks Prim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici kienet ilha sejra lura imma kulħadd jaf kemm kien ‘fighter’ u allura kulħadd baqa’ jittama, jekk mhux jistenna, li se jibqa’ jiġġieled u jirbaħ din il-battalja. Għalhekk xorta l-aħbar ħasditna lkoll. Wara kull mewta ta’ politiku nibdew nirriflettu fuq x’ħalla u ma ħalliex warajh. Imma l-analiżi dwar dak li tgħallimna minn Karmenu, jekk jippermettili nsejjaħlu

kif kien jafu l-poplu kollu, trid issir b’mod profond minna li nimmilitaw u naħdmu fil-Partit Laburista. Karmenu kien Soċjalist fil-prattika. Mhux tal-isem. Mhux tad-diskorsi imma kien jgħix il-ħajja ta’ soċjalist ta’ kuljum. Karmenu kien libbes lil min ma kellux ħwejjeġ. Kien jgħin u jilqa’ lill-fqir. Kien jgħannaq, ibus u jagħti kuraġġ lill-marid. Dan kien jagħmlu fil-ħajja personali għaliex kien jemmen li ma tistax tipprietka s-soċjaliżmu jekk ma tgħixx ta’ soċjalist. Ma tistax tipprietka l-imħabba jekk fil-ħajja ta’ kuljum ma tħobbx lil ta’ madwarek. Kien umli fi kliemu u umli f ’għemilu. U din saħansitra baqa’ juriha sal-aħħar, bix-xewqa tiegħu li jkollu funeral bħal ta’ ħaddieħor u mhux wieħed statali. U t-tluq ta’ Karmenu minn din id-dinja seħħ proprju fiż-żmien meta l-kelma “soċjaliżmu” qed terġa’ tieħu postha fil-ħajja politika. Kemm ili attiv fil-Partit Laburista dejjem sħaqt li rridu nibqgħu nżommu l-prinċip-

ji soċjalisti bħala l-gwida tagħna f ’dak li nagħmlu. U le m’għandna qatt inħallu lil ħaddieħor jipprova jitfa’ xi dell fuq din il-kelma, jew jinfluwenzana biex nużawha mill-inqas fin-narrattiva politika tagħna. Niftakar qisu lbieraħ lil Karmenu Mifsud Bonnici jinvolvi ruħu b’mod attiv filproċess tal-emendi għallistatut tal-Partit fl-2008. Diskussjonijiet twal dwar it-twemmin tal-Partit Laburista u dwar liema jkun l-aħjar kliem biex jiddeskrivi dan it-twemmin. Karmenu kien insista dwar il-frażi li l-Partit huwa “msejjes fuq prinċipji soċjalisti demokratiċi”. Frażi li għadha mnaqqxa fl-istatut sal-lum u li għandha tibqa’ tiggwidana għall-futur. Bħalma nsibu wkoll il-frażi li “s-saħħa tas-soċjetà titkejjel mill-progress ta’ dawk l-iktar dgħajfa fost il-membri tagħha”. U minn dan l-episodju għandna x’nitgħallmu lkoll. Huwa importanti li fil-politika tagħna, nissieltu biex ngħinu liż-żgħir u lil dawk li għand-

hom l-inqas vuċi. Kif qed nagħmlu bil-Baġit għas-sena li ġejja, deskritt minn uħud, fost l-iktar soċjalist fl-aħħar snin. Karmenu kien iħobb lill-ħaddiem. Kien id-difensur tal-ħaddiem mhux biss fl-involviment tiegħu fil-General Workers Union. Imma din l-imħabba lejn il-ħaddiem ġarra miegħu fil-karriera politika tiegħu u anke wara. Kien il-punt ta’ riferiment għal ħafna fejn jidħlu kwistjonijiet ta’ drittijiet tal-ħaddiema, u ma kienx joqgħod kwiet jekk jisma’ li hemm grupp ta’ ħaddiema qed jiġu mkasbra. Karmenu kien iħobb lil Malta. Bil-kliem u bl-għemil. Baqa’ sal-aħħar jissielet, bil-ħsibijiet tiegħu, favur Malta l-ewwel u qabel kollox. Saħansitra fuq it-televixin fejn taqbel jew ma taqbilx mal-pożizzjoni tiegħu fuq is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, jew fuq id-definizzjoni tan-newtralità, kienu evidenti f’għajnejh il-passjoni u l-imħabba lejn dawn il-gżejjer tagħna. Min jaf lil Karmenu, jafu

wkoll bħala bniedem mill-aktar ċajtier. Rakkonti ta’ nies qrib tiegħu jiddeskrivu ċ-ċajt intelliġenti tiegħu u l-abbiltà tiegħu li jiċċajta bih innifsu wkoll. Abbiltà li mhux kulħadd għandu, u li wkoll tajjeb li nitgħallmu minnha. Biex nagħtu l-ikbar tislima lil Karmenu Mifsud Bonnici, irridu nwiegħdu lilna nfusna li nitgħallmu mill-prinċipji sodi tiegħu, mill-ġlieda attiva favur il-ħaddiem, u mill-imħabba tiegħu lejn Malta.

Karmenu kien ilibbes lil min ma kellux ħwejjeġ. Kien jgħin u jilqa’ lill-fqir. Kien jgħannaq, ibus u jagħti kuraġġ lill-marid


14

DISKUSS IS-SUQ TAL-PROPRJETÀ Attività tal-Bank of Valletta tintroduċi pjattaforma diġitali għal self fuq id-djar Minkejja diversi sfidi li qed jiffaċċja s-suq tal-propjetà, fosthom min­ ħabba ż-żieda fil-prezzijiet talkos­truzzjoni, żvilupp eċċes­siv li qed jisboq id-domanda, kif ukoll diffikultà biex ix-xerrej ilaħħaq mal-prezzijiet eżistenti, dan issuq xorta waħda qed jesperjenza tkabbir sena wara l-oħra. Dan l-għarfien ġie diskuss waqt avveniment imħejji mill-Bank of Valletta, immirat għall-operaturi fil-qas a m tal-proprjetà fosthom sensara u aġenti tal-proprjetà. Matul dan l-avveniment, dawk preżenti ngħataw ukoll iktar għarfien dwar il-pjattaforma diġitali għas-Self fuq id-Djar li l-BOV nieda dan l-aħħar. Fid-diskors tal-ftuħ, il-Kap Eżekuttiv tal-BOV, Kenneth Farrugia (inset), qal li l-Bank “żviluppa numru ta’ soluzzjonijiet finanzjarji li jilħqu l-but ta’ kulħadd, bil-għan li l-klijenti jkunu jistgħu jixtru l-proprjetà tal-ħolm tagħhom jew biex jixtru proprjetà bħala mezz ta’ investiment. Permezz tal-pjattaforma diġitali li għadha kemm tnediet, il-klijenti qed jiġu pprovduti b’esperjeza diġitali faċli biex tużaha, li tagħti l-fakultà biex wieħed japplika għal self fuq id-djar mill-kumdità ta’ daru.” Fi kliem is-Sur Farrugia, l-introduzzjoni ta’ dan is-servizz huwa tragward ieħor fejn il-Bank qed ikun l-ewwel fis-suq billi joffri vjaġġ diġitali komplut. Dr Daniel Gravino, ippreżenta l-aħħar rapport dwar is-suq lokali tal-proprjetà, maħdum minn Grant Thornton u Dhalia. Ir-rapport jipprovdi għarfien dwar il-prezzijiet tal-bejgħ u l-kiri tad-djar, il-volum ta’ bejgħ u xiri fl-aħħar snin, il-provvista u d-domanda, l-affordabbiltà, kif ukoll prospetti dwar l-andament tas-suq għas-snin li ġejjin. Ir-rapport juri li bejn l-2020 u l-ewwel nofs ta’ din is-sena, ilprezz tad-djar żdied b’rata kajmana. Madanakollu, meta wieħed iqabbel il-prezzijiet fuq medda tal-aħħar disa’ snin, wieħed isib li l-prezzijiet tal-proprjetà rduppjaw. Bir-rata tal-iżvilupp li kibret b’mod mgħaġġel fl-aħħar snin u d-domanda li qed tikber b’mod ħafna iżjed kajman, wieħed jista’ jantiċipa li fis-sentejn li ġejjin, se tkun esperjenzata pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet. Bl-istess mod, Lara Selvagi, Kap fid-Dipartiment tad-Data Insights & Economics fil-Bank of Valletta, qasmet l-għarfien dwar is-suq tal-proprjetà minn analiżi interna bbażata fuq il-klijentela tal-Bank, fosthom dwar il-lokalitajiet li huma l-iktar u l-inqas affordabbli. Data turi li biex wieħed jikkalkula l-affordabbiltà tal-proprjetà, irid jikkunsidra mhux biss il-prezz mitlub, iżda wkoll l-istatus u d-dħul tax-xerrej. Minn analiżi li għamel il-Bank, jirriżulta li appartamenti f’Ħ’Attard u fil-Fgura minkejja d-differenza fil-prezz ibbażata fuq il-lokalità, qed jaqgħu fl-istess kategorija ta’ affordabbiltà hekk kif id-domanda għal appartament f’Ħ’Attard tattira xerrejja bi dħul iżjed ogħli meta mqabbel mad-domanda għal appartament fil-Fgura. Marisa Said, kap fit-Taqsima tal-Consumer & Micro-Business Finance fil-Bank of Valletta, introduċiet mal-udjenza fil­mat li ntwera għall-ewwel darba. Dan jispjega kif taħdem il-pjattaforma diġitali tal-BOV għall-applikazzjoni ta’ self fuq idjar. Hi qasmet ukoll l-esperjenza ta’ wħud mill-klijenti li s’issa diġà għamlu użu minnha b’suċċess, waqt li ħabbret li l-Bank qed jagħti l-opportunità lill-aġenziji tal-proprjetà jaċċessaw din il-pjattaforma minn fuq is-siti elettroniċi tagħhom, biex hekk il-klijenti jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar għażla meta jiddeċiedu dwar il-propjetà li jifilħu jixtru. Wara sessjoni ta’ mistoqsijiet minn dawk preżenti, iċ-Chairman tal-BOV, Dr Gordon Cordina għalaq dan l-avveniment b’intervent qasir, fejn spjega li “l-Bank hu impenjat li jilħaq il-miri fil-qasam Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza (ESG) li huma kruċjali fl-opportunità ta’ negozju. Il-prijoritajiet strateġiċi tal-Bank fl-immedjat se jiffokaw fuq l-użu effiċjenti tad-data u l-implimentazzjoni ta’ iżjed għodod diġitali.”

06.11.2022

L-ILWIEN L-AKTAR GĦAR-RESIDENZI DI

Ilwien li joħorġu mill-aħmar huma fost l-aktar imfittxijin biex jissebbħu d-djar u postijiet o na d-dieħla. Fil-fatt, fl-aħħar tliet xhur, ġiet innotata żieda konsiderevoli ta’ 140% fit-tfi huma ispirati mill-istaġun tal-ħarifa. Hawn se nagħtu ħarsa lejn liema huma l-aktar ilw attraenti, mhux biss biex persuna tgħix fiha u tgħolli l-valur tar-residenza, imma biex an l-għajn tax-xerrejja prospettivi.

Kitba ta’ LEANNE ABELA GRECH L-oranġjo, l-aħmar u l-kannella huma l-aktar kuluri popolari għaż-żebgħa ta’ ġewwa għal żmien il-ħarifa. Fil-fatt, flaħħar tliet xhur kien hemm żieda ta’ 140% fi tfittxijiet fuq Google dwar moda fil-kuluri taż-żebgħa għal din is-sena. Dan ir-riżultat wassal lil kumpanija tal-assigurazzjoni tal-proprjetà tagħmel l-istħarriġ tagħha biex tara liema huma l-aktar kuluri popolari li qed jagħżel il-konsumatur meta jkun qed jippjana li jagħmel rinnovar fiddar fiż-żmien li ġej. Esperti tal-istess kumpanija analizzaw id-data ta’ liema huma l-aktar kuluri li saret tfittxija dwarhom u, mill-informazzjoni li ġabru, għamlu lista tal-aktar kuluri popolari u li biha jkunu jistgħu jiggwidaw sidien ta’ appartamenti biex jikkunsidraw jiżbgħu “l-atmosfera” fid-dar u għalhekk il-proprjetà tagħhom tkun aktar attraenti u, fejn hu l-każ, aktar faċli biex tinbiegħ jew tinkera. Fil-fatt, jingħad li l-għażla tal-kulur għall-ħitan ta’ appartamenti jaf tkun fost l-aktar deċiżjonijiet diffiċli u kruċjali meta jkun qed isir xi rinnovar ta’ post fejn wieħed jista’ jsib serħan u trankwillità wara xi ġurnata xogħol. Ta’ min wieħed jinnota li l-kuluri li huma popolari bħalissa jitqiesu bħala naturali li jibqgħu dejjem moda, u għalhekk, is-sidien ta’ residenzi u postijiet oħrajn t’akkomodazzjoni li jagħżlu l-iskala ta’ kuluri li pprovdiet il-kumpanija tal-assigurazzjoni fl-istudji tagħha, ma jkollhomx għalfejn jerġgħu jiżbgħu l-ħitan

ta’ spiss (biex jibqgħu mal-moda). Minn din l-informazzjoni ħareġ li l-aktar kulur popolari hu l-old rose b’14,800 tfittxija fix-xahar ta’ Settembru, isegwih roża simili, imma iżjed ċar b’10,800 tfittxija, bit-tielet l-aktar lewn favorit ikun roża li jagħti lejn il-kannella b’9,800 persuna tfittex dwar dan il-kulur. L-ewwel tliet kuluri l-aktar popolari huma simili ta’ xulxin, iżda r-raba’ kulur għandu lewn safrani fil-kannella b’8,750 tfittxija. L-ewwel 10 kuluri li għamluha fil-lista ta’ l-aktar popolari lkoll huma lwien naturali u ċari. Fil-fatt, huma pjuttost kuluri li jirriflettu d-dawl. L-ilwien fl-aħmar, oranġjo u kannella huma l-aktar popolari għaż-żebgħa tal-ħitan f’dan il-perjodu taż-żmien, u dan għax it-tlett ilwien huma wkoll kuluri li nsibu fin-natura fil-perjodu tal-ħarifa, filwaqt li jagħtu atmosfera rilassanti u akkoljenti hekk kif jibda jiksaħ it-temp. Iżda, dawn il-kuluri se jibqgħu moda għas-sena li ġejja. Fil-fatt, kumpaniji li jbigħu ż-żebgħa ħarġu l-iskema tal-kuluri tagħhom li jagħfsu fuq l-istess kuluri li huma fil-lista tal-aktar kuluri mfittxija fuq Google. L-ilwien naturali, jiġifieri l-griż u l-cream, dejjem jibqgħu fost l-aktar imfittxija. Madanakollu, dawn il-kuluri qed jitħalltu ma’ lwien ħomor, roża jew oranġjo. Kull sena, il-kumpaniji taż-żebgħa joħorġu l-kuluri tagħhom, u fil-fatt, dawn ikunu influwenti wkoll fil-kuluri fl-għamara. Għalhekk, ma nkunux sorpriżi li fix-showrooms naraw xi kċina lewn roża jew kuluri oħra simili.

#

L

1

Sulki

2

Pe

3

Dead

4

India

5

Pink

6

Blus

7

Cal

8

Settin

9

Oxfo

10

Hone

Sulking Rose


15

06.11.2022

R POPOLARI IN IL-ĦARIFA

oħrajn ta’ akkomodazzjoni f’dan iż-żmien tas-sena u għas-sefittxijiet fuq Google dwar il-kuluri u l-iskali tagħhom li wkoll wien popolari u kif dawn jistgħu jagħmlu l-proprjetà aktar nke postijiet fis-suq jissebbħu ħalli jkunu jistgħu jiġbdu iżjed

Lewn

VACANCIES

Kulur primarju

Medja ta’ tfittxijiet

Aħmar

14,800

Aħmar

10,800

d Salmon

Aħmar/Kannella

9,800

a Yellow

Isfar

8,750

k Ground

Aħmar

7,250

sh Pink

Aħmar

6,750

lamine

Aħmar

6,650

ng Plaster

Aħmar

6,500

ord Stone

Kannella

6,300

ey Beam

Cream

6,000

ing Rose

eignoir

GOVERNMENT OF MALTA

MINISTRY FOR SOCIAL AND AFFORDABLE ACCOMMODATION

Peignoir

India Yellow

The Housing Authority has the following Job Opportunities Architect (with warrant) Officer II (QS / Draughting) Senior Officer (Health & Safety) Administration Officer (ICT) Interested candidates are invited to submit a letter of application together with a detailed CV to the HR section via email on vacancies.ha@ha.gov.mt by not later than 27th November 2022.

JobsPlus Permits: 720/2021, 287/2020, 308/2022, 369/2021, 82/2022, 458/2021, 129/2022


16

06.11.2022

ĊERTEZZA U STABBILTÀ

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Wara ġimagħtejn mill-preżentazzjoni tal-Baġit, saret ħafna analiżi u ntqalu bosta opinjonijiet dwar il-miżuri mħabbra. Hija konvinzjoni tal-maġġoranza assoluta li dan kien Baġit b’saħħtu, soċjali u li ħaseb f ’kulħadd. U tassew ħaseb f ’kulħadd, ħaseb fl-aktar persuni li fil-passat kienu jiġu injorati jew li jittieħdu for granted. Miżura li tant messet lil qalbi kienet il-kumpens li se jingħata lill-ġenituri li jagħżlu li jitilqu l-karriera tagħhom u jiddedikaw ruħhom għat-trobbija u l-kura ta’ wliedhom li jbatu minn diżabilità severa. Minn ftit mijiet fis-sena issa se jingħataw b’ħaqq l-ammont ta’ €4,500 fis-sena. Ikun hemm dawk li qaluli, lili ma tani xejn. Nitnikket nisma’ dan għax nirrealizza kemm id-deċiżjonijiet kbar u l-piż enormi li refa’ dan ilGvern f ’dan iż-żmien ta’ pandemija u gwerra, hemm min qajla qed japprezzah u litteralment jieħdu for granted. Il-mijiet ta’ miljuni li l-Gvern ħareġ fi żmien il-pandemija f ’wage supplements, f ’sussidji għall-enerġija u f ’mediċini, f ’apparat mediku, f ’tilqim sabiex jieħu ħsieb saħħitna, l-ekonomija, l-għajxien u l-impjiegi tagħna, mhumiex deċiżjonijiet faċli. L-istess miljuni kbar li l-Gvern qed jivvota bħalissa sabiex jissussidja u jidħol għal piż fil-prezzijiet għola globali tad-dawl, l-ilma u l-gass u tal-fuel kif ukoll fil-prezzijiet taċ-ċereali. Dan kollu qed jassigura ċertezza, stabbiltà u serħan il-moħħ għaċ-ċittadini u għan-negozji u jassigura li r-rota ekonomika tibqa’ ddur, pajjiżna jibqa’ jattira l-investiment, jibqa’ kompetittiv u mhux biss jiġu salvati l-impjiegi imma jkomplu jinħolqu l-impjiegi ta’ kwalità u l-kwalità talħajja taċ-ċittadin tibqa’ tajba. Dawn huma deċiżjonijiet li l-ebda pajjiż fl-Unjoni Ewropea ma kellu l-kuraġġ u fuq kollox il-mezzi li jagħmel. Għax dik hi li tiddistingwi pajjiżna mill-kumplament tal-Ewropa. Pajjiżi oħra jistgħu jkollhom ix-xewqa li jieħdu dawn id-deċiżjonijiet favur il-poplu tagħhom, imma l-mezzi ma jippermettulhomx, u jispiċċaw ifallu lil pajjiżhom. Bl-għaqal u bil-viżjoni ekonomi-

ka li rnexxielu jaddotta għal pajjiżna Gvern Laburista assigura li Malta tkun f ’pożizzjon finanzjarja tajba li tista’ tieħu dawn id-deċiżjonijiet u jkun ta’ bastun għall-poplu f ’dawn iż-żmenijiet ta’ inċertezza u taqlib. Ta’ min jinnota b’sodisfazzjoni il-fatt li f ’pajjiżna għandna stabbiltà politika li tikkumplimenta tajjeb ħafna mal-istabbiltà ekonomika. Madwarna fl-Ewropa nsibu biss Prim Ministri u Gvernijiet sfiduċjati u mneħħija u protesti kbar fit-toroq. Però, irridu niftakru li mhux dejjem f ’pajjiżna kien hawn Gvern li meta feġġet xi kriżi finanzjarja kellu l-mezzi finanzjarji li seta’ jwieżen lill-poplu. Niftakru meta fi żmien il-Gvern ta’ GonziPN pajjiżna kien affaċċjat bi kriżi ekonomika globali ferm iżgħar minn dik preżenti, il-Gvern Nazzjonalista addotta politika t’awsterità u tefa’ bil-qalb il-piż tal-kontijiet ogħla tal-enerġija u tal-fuel totalment fuq il-poplu b’surcharge skandaluża u eżorbitanti u ta lill-poplu ħames bozoz. Dan filwaqt li ssuġġerixxielu biex isajjar u jaħsel ħwejġu f ’nofs ta’ lejl ma’ Cindirella. Niftakru li l-Gvern ta’ GonziPN ħalla l-bankijiet tal-Gvern meta l-poplu sfiduċjah bil-kbir fl2013, bi 8,000 persuna qiegħda. Illum f ’din il-kriżi globali f ’pajjiżna hawn inqas minn 1,000 ruħ ifittxu xogħol. Niftakru li kien Gvern Laburista li għolla l-pensjonijiet sena wara l-oħra apparti l-aġġustament tal-COLA. Ħaseb li jindirizza l-kumpens tal-inġustizzji, persuni li ma kinux intitolati għall-pensjoni bdew jingħataw pensjoni jew kumpens. Niftakru li l-aħħar Gvern li naqqas l-istipendji kien Gvern Nazzjonalista u wara friżahom. Gvern Laburista żied l-istipendji sena wara sena u l-allokazzjoni lill-Università f ’dawn l-10 snin ta’ Gvern Laburista żdiedet għad-doppju minn dik allokata taħt Gvern Nazzjonalista, eżattament żdiedet b’€42 miljun. Altru milli ma naħmlux l-Università għidlu lis-Sur Kap tal-Oppożizzjoni. Iċ-ċertezza u l-istabbiltà waslu biss għax il-poplu Malti u Għawdxi huwa poplu bieżel u bil-għaqal, għaliex il-poplu afda Gvern Laburista sabiex imexxih u jieħu d-deċiżjonijiet f ’waqthom u b’għaqal, għax il-poplu għandu Gvern immexxi minn Prim Ministru ffokat imma fuq kollox għandu subgħajh fuq il-polz tan-nies, huwa viċin in-nies, jisma’ u jiddeċiedi u jwettaq, għandu qalbu soċjalista li tħabbat sod għall-vulnerabbli u dawk l-aktar li huma fil-bżonn li jkunu megħjuna għaliex kulħadd ħaqqu jitla’ ’l fuq fl-iskaluni tal-mobbiltà soċjali. Il-kredibbiltà hija l-qofol ta’ kollox. Fuq naħa għandek Oppożizzjoni iżolata fin-negattività u fuq in-naħa l-oħra għandek Gvern b’esperjenza u kredibbiltà biex jipprovdi ċertezza u stabbiltà li jwasslu għall-futur isbaħ.

Sur Editur, Mhux se niktiblek fuq kif il-Prim tagħna ġabu daħna lill-Kap tagħhom. Dik issa hija parti mill-istorja politika ta’ pajjiżna. Lanqas m’jien se ngħidlek li m’hemm l-ebda paragun bejn iddiskors patetiku u bla sinsla tal-Kap tagħhom ma’ dak tal-Prim tagħna, għax dik għadhom qed jitkellmu dwarha n-nisa għand tal-ħaxix, huma u jagħżlu l-ħjar u l-ġdur. U la qed insemmgħu l-ħaxix, il-Kap tagħhom ħaseb li d-diskors tiegħu kien xi tiramisù, imma baqa’ bil-banana f’idu. Taf fuq xiex se niktiblek, Sur Editur? Ħa ngħidlek jien. Il-partit tagħhom irid il-poter, għax jemmen li għandu d-dritt sagrosant li jiggverna hu biss u biex jagħmel dan lest li jbigħ ruħu. Jekk fadallu ruħ. U taf kif irid jirbaħ il-punti? Mhux b’xi politika alternattiva ta, għax lanqas biss kapaċi jiktbu dokument ta’ qabel il-Baġit aħseb u ara politika li biha jaspiraw li jmexxu pajjiż. Taf kif irid jirbaħ il-punti? Mhux bi kritika kostruttiva ta, għax lanqas biss jafu x’jiġifieri din. Għax kieku għandhom moħħ f’postu, u mhux joqogħdu bilqiegħda fuqu, kieku jfaħħru wħud mill-miżuri tal-Baġit, forsi jikkritikaw oħrajn, imma jgħidu huma kif jagħmlu flok dawk il-miżuri li jkunu kkritikaw, hux! U le, qed noħlom naħseb! Hekk tgħidli Melda tiegħi, li nħobb noħlom. Anki fil-Hellowijn, jew xil-mniefaħ jgħidulha, hekk qaltli. Għax, Sur Editur, għidtilha li se nilbes kostum ta’ wieħed minn dawk tas-Sumo, u mmur inħabbat il-bibien, ma tafx min jiftaħli l-bieb hux! Qaltli: “Mur, x’kull waħda!”. Ma nkedditx, kieku. U staqasejtha jien, għidtilha: “Ma tinkwetax li tista’ tiftaħli l-bieb xi waħda għadha żgħira, ħelwa u bil-kurvaturi kollha fejn suppost?”. Ja wiċċ ta’ mherrija li hi, taf x’weġbitni? Qaltli: “U x’ninkwieta, ninkwieta! Anki l-klieb jiġru wara l-karozzi, imma mhux kapaċi jsuqu!” Ara lsienha ħażin daqs ta’ serp tal-Amażonja, din Melda tiegħi. Jiġifieri qed tgħid li spiċċali kollox, din, ja ħadra daqs zijitha, dik li kienet kollha qdusija mbagħad tkakki x-xjaten. Insomma ma neħodhiex bi kbira, għax Nazzjonalista kienet, jalla qed tgawdi l-Belżebub. Għax dawn in-Nazzjonalisti kollha hekk. Kollhom Santi, Qaddisin u Quddies u agħar minnhom ma ssibx. E bilħaqq għax kont qed nikteb fuq xi ħaġa oħra. Taf kif irid jirbaħ il-punti l-Kap tagħhom? Billi għal kull ħaġa li tinqala’ jara kif idawwarha fuq il-Gvern, fuq Kastilja u ħallih jgħajjat “Riżenja”, “Warrab” u “Barra”. Għax f’dil-ħaġa esperti dawn ta. U Alla jbierek imħallfin tal-prima klassi! Għax meta jinqala’ xi ħaġa, lanqas biss jistennew investigazzjoni, li ma tarahomx jgħajtu “Tort ta’ Kastilja”. Qisu kulma jiġri, kollox imqabbad minn Kastilja. Jien taf x’nixtieq, Sur Editur? Xi ħaġa li ma nistax nagħmilha jien, għax issa m’għadnix żgħir, apparti li din li se ngħid trid issir meta l-partit tagħna jerġa’ jkun fl-Oppożizzjoni, xi 10 snin oħra. U min jaf fejn inkun sa dak iż-żmien. Li meta nkunu fl-Oppożizzjoni nsibu tużżana nies, ngħaqqdu xi żewġ jew tliet Organizzazzjonijiet li nirreġistrawhom u nibdew naqilgħu l-kakka lill-Gvern Nazzjonalista għal kulma jagħmel, ikollna raġun jew le. Dan l-aħħar, ma nafx hux biċ-ċajt jew le, l-Avukat Joe qalha din ukoll. U nsibu monument u nagħmluh tagħna, noħolqu xi ħaġa fuq l-internet u nsemmuha Another Shit News Site, jew xi ħaġa hekk, u noqogħdu xalata naqlgħulhom imsarinhom, kif qed jagħmlu huma. U nerġa’ ngħidlek, Sur Editur, ikollna raġun jew le f’dak li niktbu, inkunu ala l-brunġielu aħna wkoll. Irridu nsibu l-kukki fiha din. U mela! U ara ma jkunx hemm xi ħadd li jwaqqafna. Nitħassru kif spiċċa l-partit tagħhom jien. Ifhem nitħassar lil dawk l-erba’ tesserati li baqgħalhom, iktar minn kollox. Imma nsomma. Għad-dieħla!


06.11.2022

17

L-IMPENN QAWWI GĦALL-KARITÀ MIL-LIFECYCLE FL-AMERKA LATINA L-isfida annwali b’risq pazjenti b’mard tal-kliewi għaddejja fl-Arġentina u fiċ-Ċilì sas-17 ta’ Novembru li ġej Il-parteċipanti tan-Nescafé LifeCycle Challenge 2022 ħallew Malta fil-bidu ta’ din il-ġimgħa biex jibdew l-isfida ta’ din is-sena li se teħodhom mill-kapitali tal-Arġentina, Buenos Aires, sa Santiago fiċ-Ċilì bil-għan li tinħoloq aktar kuxjenza dwar il-mard tal-kliewi f’pajjiżna u jinġabru fondi għar-riċerka u l-kura relatati. Il-grupp, telaq lejn l-Amerka t’Isfel, u hu magħmul minn 24 persuna, 17 minnhom ċiklisti mħarrġin. L-avventura, li bdiet minnufih nhar l-Erbgħa li għadda, se ttul sas-17 ta’ dan ix-xahar, fl-istess waqt li l-poplu inġene­rali qed jiġi mħeġġeġ biex jappoġġja dan l-impenn ta’ solidarjetà bid-donazzjonijiet tiegħu. Iċ-Ċilì se jkun il-50 pajjiż li jaqdfu fih iċ-ċiklisti tal-isfida ta’ din is-sena, li hi t-22 waħda għal din l-isfida bir-roti mindu bdiet tiġi organizzata l-ewwel darba. L-isfida din is-sena se ttul b’kollox għaxart ijiem u ċ-ċiklisti, fost oħrajn, se jkunu qed jitilgħu fil-Muntanji Andes, aktar minn 3,000 metru ’l fuq mil-livell tal-baħar. Din ukoll se tkun l-ogħla altitudni s’issa li qatt waslet L-isfida se żżur fiha l-isfida tal-LifeCycle. il-50 pajjiż tagħha Fil-bidu tal-isfida Il-grupp tan-Nescafé LifeCycle Challenge qabel ħalla pajjiżna għall-isfida fl-Amerka t’Isfel l-ġdida, Alan Curry u titla’ fl-ogħla panti biex ikunu jistgħu jieħdu sehem buff.ly/35g17CC); b’SMSs fuq 5061 7370 mill-Fon­daz­zjoni LifeCygħandhom. altitudni li qatt cle (Malta), qal li “l-Fon“Kellna taħriġ inten- fl-edizzjoni tal-LifeCycle ta’ din is-sena. (€2.33), 5061 8920 (€6.99), 5061 9229 Il-membri l-oħrajn tat-tim ukoll se (€11.65); u b’telefonata fuq 5160 2020 dazzjoni u l-parteċipanti siv bi tħejjija għat-toroq telgħet tal-edizz­joni ta’ din is-setwal li se naqdfu fil-Pam- jkollhom rwol kruċjali fin-Nescafé Life- (€10), 5170 2005 (€15) u 5180 2006 (€25); bi trasferiment bankarju permezz tasna kienu ilhom għaddejjin bitpas, l-Ar­­ġentina, u taħriġ ap- Cycle Challenge. L-isponsors tal-avveniment, flim- Swift Code VALLMTMT, IBAN MT 18 VALL taħriġ meħtieġ minn Lulju biex iħejju posta għat-tlajja’ weqfin li se niltaqgħu ruħhom. Kif nafu, il-LifeCycle kellha magħhom fit-tieni nofs tal-isfida aħna kien ma’ qraba u ħbieb taċ-ċiklisti, 22013000000014814521017 mal-Bank of ingħaqdu magħhom fl-Ajruport biex Valletta fin-numru tal-kont 14814521017. tiġi pos­posta għal sentejn minħabba u naqsmu l-Andes, iċ-Ċilì.” Għal tagħrif ieħor, wieħed jista’ l-pande­mija u issa eċitati ħafna li flFl-għaxart ijiem tal-isfida, kom­pla jawgurawlhom u jsellmulhom qabel jidħol fil-sit uffiċjali (https://lifecycleaħħar se nkompluha.” Curry, it-tim se jżomm lill-pazjen­ti tal- ħallew Malta għal dan il-ġest nobbli. Donazzjonijiet lill-Fondazzjoni Life- foundation.com/LifeCycleChallenge) Hu qal ukoll li t-taħriġ bir-rota sar kliewi u l-familji tagħhom fi ħsi­bi­jietu, fuq barra u fuq ġewwa biex ikunu lesti waqt li għaraf l-isforzi u s-sagrifiċċ- Cycle (Malta) jistgħu jsiru bir-Revo- jew fuq Facebook (https://www.facegħall-kundizzjonijiet varji tar-rotta li ji kbar li kellhom jagħmlu l-parteċi- lut fuq 9932 9101; bil-PayPal (https:// book.com/LifeCycleChallenge).

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.


18

06.11.2022

MUDELLI TAŻ-ŻWIEĠ FIS-SEKLU TMINTAX Fit-tieni nofs tas-seklu 18 il-popolazzjoni Maltija żdiedet b’mod kostanti, iżda l-mudell tagħha ppreżenta kors ferm irregolari. Ir-raġuni ewlenija kienet l-okkorrenza perjodika ta’ mortalità qawwija. Il-mewt kienet dejjem preżenti u d-daqq tal-qniepen li jħabbruha kien komuni. Il-faqar kien prevalenti u xi wħud kellhom jittallbu għall-ikel, inkella jirhanu l-ftit deheb li kellhom fil-Monte di Pietà jew għand xi Lhudi. Oħrajn spiċċaw il-ħabs minħabba dejn, jew saħansitra kellhom jissellfu dublett biex imorru l-knisja. Il-prezz tal-ħobż żdied fis-snin 70; filwaqt li fl-1783 l-uċuħ tar-raba’ tal-qoton fallew,u ġuħ kbir ħakem il-gżira minn Awwissu sal-aħħar tas-sena. Anki l-aħħar tas-snin 90 kienu notorji għan-nuqqas, iżda dawn l-intoppi, b’differenza mill-qagħda fil-Punent tal-Ingilterra, ma kellhom l-ebda sinifikat fl-istorja demografika Maltija. Huma naqqsu r-reżistenza għall-mard, iżda ma kinux kawża diretta ta’ telf ta’ ħajjiet. Dan it-tagħrif ksibtu mingħand il-Professur FRANS CIAPPARA, awtur tal-ktieb Marriage in Malta in the Late Eighteenth Century. Minn CHARLES B. SPITERI Il-ġidri kien viżitatur regolari fostna u deher fl-1769, l-1780, l-1783 u l-1792. Fis-sena ta’ qabel fl-Imqabba kaxkar 5.7% tar-raħħala; filwaqt li fil-Belt Valletta ħasad tliet persuni kuljum. Dan il-mard li jittieħed kien l-aktar perikoluż għat-tfal, u peress li l-imwiet tal-adulti kienu relattivament żgħar, ftit kellu effett fuq ir-rata taż-żwieġ. Madanakollu, fi żmien il-gwerra (1798-1800), id-dfin fuq naħa u ż-żwiġijiet fuq in-naħa l-oħra mxew b’mod invers għal xulxin. Ir-raġuni kienet sempliċi. Xi wħud ipposponew iż-żwieġ tagħhom għal żmien aktar feliċi, filwaqt li oħrajn kienu lesti jiżżewġu hekk kif tinkiseb ilpaċi, għax żdied in-numru ta’ impjiegi. L-istaġonalità tażżwieġ, jiġifieri d-distribuzzjoni ta’ kull xahar taż-żwiġijiet, segwiet kors regolari. Perjodi projbiti għaż-żwieġ Fil-Medjuevu kien hemm tliet perjodi meta ż-żwieġ kien projbit. Dawn kienu mill-Ħadd tal-Avvent sal-Ottava tal-Epifanija; Septuagesima, il-Ħadd sal-Ottava tal-Għid; u mill-Ħadd ta’ qabel Jum it-Tlugħ sal-Ottava ta’ Pentekoste. Iżda l-Konċilju ta’ Trento pprojbixxa ċ-ċelebrazzjoni taż-żwieġ biss fl-Avvent u fir-Randan, ħlief b’awtorizzazzjoni speċjali. Dan seta’ jsir meta l-għarus kellu jitlaq mill-gżira; jew f ’każi ta’ tqala qabel iż-żwieġ, biex jinżamm l-isem tajjeb tal-għarusa. Għalhekk, fit-18 ta’ Diċembru, 1781, Catarina Pace misSiġġiewi żżewġet billejl lil Lorenzo Cutajar mill-istess

raħal, fil-knisja filjali ta’ Santa Margerita, mingħajr ebda solennità. Dan kien l-uniku eżempju mniżżel fir-reġistri tar-raħal u fil-biċċa l-kbira tal-parroċċi ma jinstabux eżempji bħal dawn. Fiż-Żejtun hemm żewġ skrizzjonijiet, l-istess numru bħal ta’ San Pawl, tal-Belt Valletta. Mir-reġistri jidher li Diċembru u Marzu kienu l-inqas xhur popolari għaż-żwiġijiet. Għall-kuntrarju tal-Ingilterra, Mejju kien meqjus xahar mhux ideali għaż-żwieġ, peress li kienu jemmnu li fih risq ħażin, forsi minħabba l-qawl Malti: Mejju mirjieħ, b’kull deni stennieh (Stenna li Mejju, ix-xahar tar-riħ, iġib miegħu kull xorta ta’ sfortuna). Il-qofol taż-żwiġijiet kien iseħħ fl-istaġun tax-xitwa, u dan kien imur kontra t-teorija, li sigħat twal ta’ xogħol ma kinux iħallu ħin għall-ippjanar taż-żwieġ. Xi Maltin iżżewġu barranin, filwaqt li oħrajn iżżewġu skjavi. Tal-aħħar kienet rari u ebda każ bħal dan mhu reġistrat f ’Ħal Balzan jew f ’Ħal Kirkop matul il-perjodu 1750-1798. F’Ħal Lija, fil-Mosta u f ’Ħal Qormi hemm eżempju wieħed biss f ’kull raħal, ta’ skjav li kellu xbejba Maltija bħala għarusa; fl-Imqabba żewg każi. Fl-ibliet, naturalment, il-proporzjon kien ogħla u fil-Birgu, żewġ Torok iżżewġu xbejbiet Maltin, filwaqt li żewġ ġuvintur ħadu skjavi nisa. Kienet ħasra għal xbejba Maltija li jkollha raġel tat-tip ta’ Giuseppe. Dan kien ibigħ il-ħwejjeġ f ’waħda millpjazez fil-Belt u spiss mar lura d-dar fis-sakra, jaħlef f ’wiċċ martu.

Insibu li l-ġenituri ma kinux jaqblu li jżewġu lil uliedhom lit-Torok. Meta Gaetano Schembri, neofita, iżżewweġ lil Orsola, xbejba Għawdxija, fl-1792, mhux biss kellu jġorr is-saħta ta’ missier il-mara, Michele Tabone, iżda wkoll ta’ ħu dan tal-aħħar, Francesco, li rrappurtah lill-Inkwiżitur, Mons Carpegna, għat-tħaddim tal-maġija s-sewda. Żwiġijiet bejn koppji minn irħula differenti kienu frekwenti sew. Matul il-perjodu 1750-1798, f ’Ħal Balzan, 24.4% biss tax-xbejbiet tal-post kellhom l-għarajjes mir-raħal tagħhom; f ’Ħal Kirkop, kien ta’ 24.2%; f ’Ħal Lija 35.3% taż-żwiġijiet kienu lokali u f ’Ħal Għaxaq, 33.2%. Iżda din ir-rata ma kinitx hekk fl-irħula kollha. Fil-Mosta kienet 58.1%, filwaqt li fis-Siġġiewi 61.8%. Dawn il-proporzjonijiet tal-aħħar huma simili ħafna għal dawk t’Għawdex: 53.1% fix-Xewkija u 70.2% fl-Għarb. Dan isaħħaħ il-proverbju Malti: Baqra tajba tinbiegħ f ’pajjiżha. L-impedimenti L-impedimenti ma kinux neċessarjament ir-riżultat taż-żwieġ, iżda wkoll jekk raġel kellu relazzjonijiet sesswali ma’ oħt l-għarusa tiegħu, jew saħansitra ma’ ommha. Għalhekk ma setax jiżżewweġ lill-għarusa, peress li dan kien impediment ta’ affinità ‘ex acto fornication’. F’dan kollu, l-onestà pubblika kienet tipprojbixxi r-relazzjonijiet bejn raġel u mara li kienu waslu biex jiżżewġu. Giacinto Monasteri, li kien

ta l-kelma taż-żwieġ lil Anna Maria Mannarino, kellu jirrikorri għal żwieġ mgħaġġel ma’ oħtha Clara, u wara kien arrestat kif xieraq. Anke l-parrini fil-magħmudijiet u l-Griżma kienu pprojbiti milli jiżżewġu fil-familja immedjata tat-tfal, minħabba r-‘rabtiet spiritwali’ hekk stabbiliti. Fl-aħħar nett, raġel ma setax jieħu bħala martu, lil mara li kien għex magħha fl-adulterju - dan kien l-impediment ta’ kriminalità.

Id-dispensa għal żwieġ Il-proċedimenti legali għal dispensa kienu proċeduri twal. L-ewwel, kellha ssir applikazzjoni, li setgħet tinkiteb minn sempliċi saċerdot, jew mill-kappillan, u wkoll mill-Isqof. Meta tasal il-Bolla, ma kienx ifisser li ż-żwieġ seta’ jkun iċċelebrat, iżda biss li l-Isqof seta’ jibda jivverifika l-fatti mistqarra fid-dispensa. Sadanittant, il-koppja kienet tkun ordnata ma tkellimx lil xulxin, taħt


19

06.11.2022

għenet lil bintha Maddalena mir-Rabat, Għawdex, biex tkeċċi mid-dar lil żewġha, Paolo Tonna, proprju dakinhar taż-żwieġ tagħhom u akkużatu li kellu mard venerju. L-inkompatibbiltà bejn irraġel u l-omm hija proverbjali u taħbi ħafna sentimenti psikiċi. Hi kienet tipprova żżomm id-dominanza li kienet teżerċita fuq bintha fil-passat, xi ħaġa li r-raġel jirreżisti. Tidentifika ruħha emozzjonalment ma’ bintha billi tgħix il-ħajja ta’ wliedha biex tpatti għallħajja emozzjonali mhux sodisfatta tagħha stess. It-tieni żwieġ

penali ta’ skomunika u l-irtirar tad-dispensa. Jekk il-koppja kienet diġà miżżewġa, kienet tkun xolta mill-unjoni tagħha u ssir ċerimonja oħra. Fit-12-il każ bħal dawn, reġistrati, wieħed minn dawn kien jikkonċerna lil Ignazio Mercieca u Margherita Attard, it-tnejn min-Nadur. L-ewwel baqgħu mal-ġirien; iżda mbagħad ingħaqdu flimkien, għalkemm raqdu f ’sodod differenti. Tali dispensi setgħu jkunu revokati. Paola Galea u Giuseppe Cauchi mill-Belt Valletta, kienu talbu lis-Santa Sede jneħħihom mit-tielet grad ta’ konsangwinità. Dan kien żball, peress li kienu relatati fit-tieni grad; u kellha tiġi akkwistata dispensa oħra. Alberto Attard u Orsola Spiteri mir-Rabat, Għawdex, ibbażaw it-talba tagħhom fuq it-tielet grad ta’ konsangwinità, meta filfatt kien ir-raba’ grad. Anki jekk involontarjament, l-isem tal-għarus tniżżel ħażin, u kienet meħtieġa dispensa ġdida. Meta infamja jew skandlu kien miċħud bħala raġuni, bħal fil-każ ta’ Andrea Camilleri u Catarina Baldacchino miż-Żejtun,

ressqu ‘angustia’, diffikultà li ssib sieħeb f ’post żgħir. Kien faċli li ssib raġuni bħal li xbejba tkun mingħajr dota; u l-uniku raġel li wiegħed li jeħodha b’martu jkun dak li fil-fatt kellha. Setgħet kienet indiskreta fir-relazzjonijiet tagħha miegħu, iżuru lil xulxin ta’ spiss u jħallu lilhom infushom jidhru flimkien mal-lejl u b’hekk kienu kompromessi ċ-ċansijiet tagħha li tiżżewweġ. Giovanna Bonello minn Casal Dingli kellha 27 sena u ma setgħet issib ebda raġel ieħor ħlief lil Giovanni Camilleri. Oħrajn kellhom jiżżewġu biex ma jirriskjawx li jiġu vvjolentati mill-qraba tal-għarusa, jew biex ix-xebba ma taqbadx il-ħajja ħażina. Giuseppe Vella u Maria Rapa, min-Nadur, ibbażaw l-applikazzjoni tagħhom fuq li kellhom relazzjonijiet sesswali. Peress li dan ma ġiex ippruvat mix-xhieda, fit-tieni appell tagħhom ġabu raġuni aktar valida. Is-Santa Sede ħarġet dispensi b’mod liberali wisq, u kienet tolleranti fis-sentenzi tagħha. Pereżempju l-Isqof Labini rrifjuta li jesegwixxi dawk il-Bolli li kellhom l-angustia bħala raguni. Madanakollu, meta Lorenzo Borg u Maria Portelli mir-Rabat Għawdex, talbu lil Ruma biex iħalluhom jiżżewġu “minkejja d-diffikultajiet espressi hawn fuq”, l-appell tagħhom intlaqa’.

Dan ma kienx eżempju iżolat. Fid-9 ta’ Diċembru 1755 l-Isqof ġie ordnat ‘b’permess speċjali’, jagħti l-kunsens lil Gratio Buttigieg u Gratia Mercieca min-Nadur “biex jiġi evitat kull skandlu li jista’ jinqala’.” Dawk li kellhom relazzjonijiet sesswali, jew bl-imġiba tagħhom skandalizzaw lin-nies tar-raħal, kienu kkundannati jagħmlu penitenza pubblika biex tiskoraġġixxi lil ħaddieħor jagħmel bħalhom. Huma kellhom jgħinu fil-bini ta’ xi knisja, jew post ieħor bżonjuż, jew saħansitra fl-isptar. Ġeneralment, dan kien għal tliet xhur, iżda hemm każi itwal. Madanakollu, peress li l-posponiment taż-żwieġ seta’ jikkawża aktar skandli, dan seta’ jinbidel f ’multa ta’ 20 oncie. Barra minn hekk, il-koppja kellha toqgħod għarkupptejha quddiem il-bieb prinċipali jew fuq il-presbiterju tal-knisja parrokkjali waqt quddiesa konċelebrata u b’xemgħa mixgħula f ’idejhom. Għal sena kellhom iqerru, jirċievu t-tqarbin, u jirreċtaw ir-rużarju kull xahar. Benefiċċji tal-parentela L-ammont kbir ta’ żwiġijiet b’dispensa huma indikazzjoni li f ’Malta, il-benefiċċji tal-parentela huma apprezzati ħafna. Id-demm qatt

ma jsir semm. In-nies huma msemmija mhux biss individwalment, iżda wkoll billaqam tal-grupp tal-qraba tagħhom, bħal: tat-Toptop, tal-Benġu, tal-Bżar. B’dan ilmod l-individwu ma jibqax aktar anonimu. Il-parentela f ’Malta għandha preġudizzju matrilaterali; u l-qraba tal-omm huma favoriti fuq dawk tal-missier. In-nanna favorita tat-tfal hija omm il-mara, li hija espressa mill-qawl: Bin it-tifla tilqgħu f ’ħiġrek, u bin it-tifel tagħtih b’riġlek, li jfakkar fil-qawl antik Ingliż “My son’s a son till he get him a wife; My daughter’s a daughter all her life”. Mara ġeneralment tippreferi toqgħod ħdejn il-qraba tagħha. Dan seta’ kien il-kawża ta’ bosta inkonvenjenzi. Michele Camilleri u martu Veneranda minn Bormla kienu dejjem f ’diffikultà fuq din il-materja. Hi xtaqet tmur toqgħod Casal Għaxaq, raħal twelidha u meta darba, żewġha taha daqqa fuq wiċċha u sawwatha b’biċċa injama, l-ewwel fittxet kenn għand il-ġara u mbagħad marret għand missierha. Giovanni Bianco mill-Imqabba, kellu jċedi għax-xewqat ta’ martu u aċċetta li jingħata kamra għand ommha fiż-Żurrieq. Ir-rabta bejn bint u omm hi fil-fatt waħda mir-relazzjonijiet l-aktar sinifikanti ta’ familja. Kienet l-omm li

Mill-411-il żwieġ b’dispensa reġistrati fir-reġistri parrokkjali, terz, jiġifieri 31.7% involvew it-tieni żwieġ. Filfatt, it-tieni żwieġ, kien komuni ħafna. L-irġiel romol kienu jippreferu jiżżewġu xbejbiet aktar milli nisa romol. Uħud mill-irġiel saħansitra żżewġu t-tielet darba, bħalma kien il-każ ta’ ħamest irġiel mill-Mosta. Erbat irġiel u żewġ nisa għamlu l-istess f ’Ħal Qormi, filwaqt li mara mill-istess raħal ħadet ir-raba’ raġel. Naturalment, kien aktar faċli għal armel li jerġa’ jiżżewweġ, iżda armla kien ikollha ċans tajjeb ukoll, speċjalment jekk kellha art jew xi proprjetà oħra. Insibu li fl-1758, fil-Qrendi, 33 mill158 mara miżżewġa kienu romol, jiġifieri 20.9%. Seba’ snin wara, f ’Ħaż-Żabbar, il-persentaġġ kien ta’ 19.3; f ’Casal Attard, fl-1784, 23.0; f ’Casal Ghaxaq, fl-1793, 20.4. L-età medja ta’ 132 mara li applikaw biex jerġgħu jiżżewġu bejn l-1750 u l-1760 kienet ta’ 34.2 sena. L-irġiel kienu erba’ snin akbar, 38.2 sena. Għal dawn tal-aħħar l-intervall bejn il-mewt tan-nisa tagħhom u ż-żwieġ mill-ġdid kien ta’ tliet snin fuq 23 applikazzjoni, li jvarjaw minn 15-il sena sa xahrejn. Id-dewmien għar-romol nisa kien ta’ tliet snin u xahrejn, b’xi wħud reġgħu żżewġu sa sitt snin, oħrajn 20 jum biss wara l-mewt tal-konjuġi tagħhom. Dan il-perjodu hekk qasir ta’ żmien jinftiehem meta jiġi realizzat li l-koppja setgħet diġà kienet f ’relazzjoni illeċita ma’ xulxin meta l-imsieħba tagħhom kienu għadhom ħajjin. Insibu l-każ ta’ Pietro Grech, li meta kien l-isptar, martu Giuseppa, mill-Furjana, bdiet torqod ma’ Felice Ellul b’wegħda taż-żwieġ. Finalment jingħad, li għalkemm fl-imgħoddi l-Knisja Kattolika qatt ma kkundannat it-tieni żwiġijiet, lanqas ma ħeġġithom.


20

06.11.2022

L-IMĦALLEF TONI ABELA

SITWAZZJONIJIET LI JISPIRAWNI BIEX NIKTEB IN-NOVELLI Kitba ta’ CLIFFORD GALEA L-Imxennqa għall-Ġiżirana u stejjer oħra hu ktieb ġdid miktuba mill-Imħallef Toni Abela u ppubblikat minn Kite Group. Dan il-ktieb jiġbor fih sensiela ta’ stejjer qosra li jvarjaw fin-natura tagħhom. Immanuel Mifsud f’analiżi li għamel dwar l-istejjer kiteb li dan “huwa volum imżewwaq sew f ’termini ta’ burdati u suġġetti. Din hija ġabra pjaċevoli qabel kwalunkwe ħaġa oħra, testimonjanza tal-gost li l-bniedem għandu bir-rakkuntar. Il-mod kif Abela jinseġ l-istejjer tiegħu, it-taħlita għaqlija bejn il-forma tradizzjonali u t-tensjoni kontemporanja, jixhdu appuntu kemm ir-rakkont huwa intrinsiku fil-ħajja umana, kemm aktarx huwa kwalità innata. B’xorti tajba għall-qarrejja, Toni Abela, l-imħallef ma jindaħalx lil Abela n-novellist fi stejjer bħal dawn, u allura l-ġudizzju finali jibqa’ fid-diskrezzjoni ta’ min qiegħed jaqra.” F’intervista ma’ Dr Toni Abela, skoprejna aktar dwar il-ħsieb wara dawn l-istejjer qosra interessanti. Ir-rabta bejnek u bejn l-istejjer qosra kemm ilha teżisti? Ilha snin. Tħabbejt man-novella meta kont qed nistudja l-letteratura Franċiża, partikolarment l-awtur Guy De Maupassant, li għalija huwa l-missier tal-ġeneru tan-novella. X’inhi r-raġuni li twasslek biex tikteb? Gost? Trid twassal messaġġ? Żvog? Trid tikkomunika? Taħlita ta’ sentimenti. L-aktar is-sitwazzjonijiet mhux mistennija li ġġib magħha l-ħajja. Filli kollox ħarir u filli kollox jinqaleb ta’ taħt fuq. Ħafna drabi huma s-sitwazzjonijiet li jġibu dan it-taqlib u jispirawni biex nikteb. Però, il-lublieba għall-pinna u l-qari hija qawwija ħafna fija u wara li nikteb inħossni anqas imtaqqal millħajja. Meta taqra l-istejjer tiegħek tista’ tinnota li hemm temi li ssibhom f’aktar minn storja waħda: il-paranormali mingħajr ma twerwer, l-istramberiji, it-tradiment…

X’jaffaxxinak f’dawn it-temi? L-element tas-sorpriża u dak li mhux mistenni fil-ħajja dejjem kienu żewġ għejun kbar f’kull letterattura. Hemm fihom il-fattur tal-inspjegabbli meta ma hemmx spjegazzjoni razzjonali għal dak li jiġri. Filħajja qisu għandna id moħbija li tinki, tferraħ u tiddiżappunta, li ħafna drabi timmanifesta lilha nnifisha f’biża’ minn dak li mhux magħruf, tradimenti u sitwazzjonijiet singulari u ominużi. L-ansjetà, it-tensjoni mal-mod kif tiżviluppa l-istorja u t-twist mhix mistennija huma xejriet oħra fl-istejjer. Meta tikteb il-plott u l-konklużjoni jkunu ilhom iberrnu? Ħafna drabi le. Taqra jew tara xi ħaġa jew ikollok esperjenza, ġieli anke mingħajr importanza, u tħoss il-ġibda li malajr tmur tikteb. Imqar aħbar mhix tas-soltu f’gazzetta tipprovdi plott reali li jien nittrasformah fi storja fittizja. Hemm temi soċjali li ma żammejtx ’il bogħod milli tqanqalhom fl-istejjer. Dan hu Toni Abela li kien politiku? Li kien avukat u ltaqa’ ma’ klijenti bi bżonnijiet differenti?

F’għadd ġmielu ta’ stejjer, tirreferi għal bliet barranin. Dan hu inti bħala vjaġġatur jew sforz biex tieħu Tista’ tgħid tilqima ta’ kollox. lill-qarrejja fi vjaġġ? Għandi x-xorti li f’ħajti kelli diversi esperjenzi minħabba Is-safar b’sens dejjem kien n-natura tax-xogħol u l-kari- passjoni fija. Għalhekk meta gi li kelli. Dawn ġabuni qrib nikteb, jien infittex sorsi li ħafna l-umanità tal-bniedem mhumiex Maltin, li però xorta bid-dgħufijiet, bin-nuqqasijiet jagħmlu sens għal min huwa Malti. Ħafna drabi l-postijiu bil-virtujiet kollha tiegħu. et barranin li nsemmi u anke ħwienet huma reali u jekk Ħafna mill-kitbiet ikun fihom mhux ukoll inkun żorthom. Inelementi awtobijografiċi. Dan ħobb inkun barra minn Malta jgħodd għalik? Meta naqraw meta nkun qed nikteb stejjer l-istejjer nistgħu ngħidu li dwar Malta, għaliex l-element hemm inti mgeżwer f’xi tal-estranju huwa wieħed li karattru jew ieħor? nfittex ħafna fil-kitbiet tiegħi. L-element awtobijografiku tal-kitteb, direttament jew indi- Aspett ieħor f’dawn l-istejjer rettament dejjem ikun qiegħed hu li inti ma timponix ġudizzju, hemm. Kull awtur huwa kkun- imma tħalli f’idejn il-qarrej. dizzjonat minn ħajtu, kemm Kif tirrikonċilja dan bejn fl-għażla tal-kliem, tal-ġeneru u Toni Abela l-awtur ta’ stejjer tal-mezz ta’ kitba jew tal-istorja qosra, Toni Abela l-avukat li ried jieħu pożizzjoni favur li jinseġ.

il-klijent tiegħu, u Toni Abela llum imħallef li jrid jagħmel ġudizzju u mhux iħalli f’idejn il-partijiet li jkollu quddiemu? Il-letteratura tagħti ċerta libertà lill-awtur li kemm imħallef kif ukoll avukat mhux dejjem għandhom. Bħala awtur, jista’ jkun il-każ, li wieħed ikollu stil li bħal donnu jrid iżoqq lill-qarrej anke bil-konklużjonijiet tiegħu, mentri hemm awturi oħrajn li jħallu lill-qarrej jasal għall-konklużjoni tiegħu. Jien nemmen li l-aħħar mod jirrispetta aktar l-intelliġenza tal-qarrej, partikolarment fejn jidħlu kwsitjonijiet ta’ valuri, etika u kontroversji soċjali. Inti min jafek jaf sew kemm tħobb u taf tirrakkonta, bil-fomm. Fil-kitba, bħar-rakkonti bil-fomm hemm it-tħaddim tal-lingwa u issa f’dawn l-istejjer qed tirrakkonta. X’differenza tara bejn it-tnejn,

tħossok komdu f’xi waħda aktar milli f’oħra? Ir-rakkont ta’ stejjer bil-fomm minn ġenerazzjoni għalloħra huwa wkoll ġeneru antik ta’ kif il-bniedem jikkonserva l-memorji tiegħu għal dawk li jiġu warajh. It-tradizzjoni tar-rakkont orali, hija partikularment karatteristika ta’ soċjetajiet semitiċi u rridu jew ma rridux nammettuha, aħna nazzjon semitiku. Ir-rakkont orali fih issabiħ tiegħu, għaliex bih tittrasmetti emozzjonijiet li mhumiex faċli twassalhom bil-kitba. Hija l-hena tiegħi li madwar mejda mal-ħbieb fuq xi platt tajjeb, nirrakkonta xi storja li ktibt u ġieli anke għamilt. Ħafna drabi r-rakkont bil-fomm dejjem ikun aktar ferrieħi u fih is-sengħa tiegħu wkoll, għaliex ħafna aktar diffiċli tferraħ milli tnikket.



22

06.11.2022

LAWRENCE CARUANA

JAĦDEM IR-RAKKMU B’PASSJONI Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Dan l-aħħar iltqajt ma’ individwu li xogħlu huwa fir-rakkmu, li bla dubju huwa wieħed mis-snajjiet antiki ta’ Malta. Qed nirreferi għal Lawrence Caruana. Joqgħod Bormla, għandu 44 sena u xogħlu full-time fuq ir-rakkmu. Bħala passsatempi jħobb id-dar u jmur il-baħar meta jkollu ċans. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem kalm, però jasal dejjem fejn irid. Jemmen li bil-kelma t-tajba toħroġ ilfar mit-toqba u jħobb jara lil min jifraħ u jipprova jifraħ huwa wkoll. Huwa tip ta’ individwu li dejjem jaħseb fil-pożittiv. Ix-xogħol ta’ Lawrence huwa fir-rakkmu – xogħol ta’ ħafna paċenzja u preġju. Għall-benefiċċju tal-qarrejja ħallejt f ’idejh sabiex

jiddeskrivi eżattament x’inhu rakkmu. “Ir-rakkmu huwa sengħa sabiħa ħafna u għandek ħafna fejn timraħ. Trid tkun ħabib tal-labra u tal-imqass. Ir-rakkmu jiġbor ħafna affarijiet fih. Hemm rakkmu bid-deheb u rakkmu bil-kulur u ħafna varjetajiet oħra. Illum sar ix-xogħol ewlieni tiegħu Ta’ min jgħid li Lawrence ilu li tgħallem ir-rakkmu mindu kellu 20 sena, mingħand soru tal-karità – Suor Antida Micallef u llum sar ix-xogħol ewlieni tiegħu. Staqsejtu fl-opinjoni tiegħu kemm jaħseb li huwa xogħol imfittex hawn Malta u x’popolarità għandu. “Ifhem huwa popolari, imma ma tafx inti dan ix-xogħol ifit-

txu biss min għandu bżonnu. Mhux xi ħaġa li tiġi mfittxija daqshekk.” Grazzi għall-interess u x-xewqa tiegħu u peress li huwa dilettant tal-knejjes, Lawrence kien dejjem jinteressa ruħu fir-rakkmu. Mistoqsi x’jaffaxxinah eżattament fih, weġibni li r-rakkmu l-antik iżommu sigħat quddiemu u jara l-preċiżjoni li kienu jgħadduh ta’ qabilna. “Tara dak ir-rakkmu ġieli jkun imqabbeż ħafna u tgħid imma dan in-nies ħadmuh jew l-anġli. Ix-xogħol l-antik m’hawnx isbaħ minnu.” Bħal kull xogħol ieħor, ir-rakkmu fih ħafna dettall. Trid tistira t-tilar li taħdem fuqu, ixxellel id-disinn u mbagħad ittella’ s-sodda u tibda tibni bid-deheb, sabiex tinħareġ l-isfumatura. Bla dubju dan huwa xog-

ħol ta’ artist bħalma huwa Lawrence stess. B’hekk ridt inkun naf, fil-verità, kemm hija sengħa li qed tintiret hawn Malta, jew jekk hix qed tintilef. “Ifhem dan mhux ser taħdmu għax dilettant, imma jrid ikollok is-sengħa. Ikun hemm min jinteressa ruħu biex jitgħallmu. Però jien nemmen din is-sengħa ma titgħallimhiex, iżda tkun fik. Meta pruvajt ngħallem lil xi ħadd, indunajt li m’hemmx talent.” Sfortuna li ġieli jkun magħmul mill-magni Minbarra li r-rakkmu l-aktar li jinsab huwa fil-knejjes, huwa xogħol li ssibu fil-każini u anke f ’xi djar. Bi sfortuna però llum ir-rakkmu qed ikun magħmul mill-magni u dan qed jieħu xogħol artist

bħalu. “Iva, issa li għadda l-istaġun tal-festi nara u nibki. Nara ħafna xogħol li qed isir bil-magna, għalija xogħol ta’ dilettant u mhux professjonali. X’differenza meta tħares lejn dak ix-xogħol antik! Meta ma kienx hawn flus sar it-tajjeb u bis-serjetà, imma llum l-aqwa li ngħaġġlu.” Idejn tajba, għajnejn tajba u nifs tajjeb huma tliet ingredjenti li artist bħal Lawrence jeħtieġ sabiex jaħdem biċċa rakkmu sew. Immaġinajt li fuq kull biċċa rakkmu jkun hemm metri jekk mhux kilometri ta’ ħajt dehbi wara kull disinn irrakkmat, u b’hekk jidħol ħafna spejjeż ta’ materjal u xogħol tal-idejn. Fil-fatt, ikkonfermali fil-pożittiv. “Iva, wara kull biċċa xogħol ikun hemm ħafna wġigħ ta’ ras u ħsieb,


23

08.11.2020 06.11.2022

SKEDA ONE 06:30 06:45 07:15 07:20 07:50 08:00 08:30 09:20 09:50 09:55

10:00 12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 15:55 16:00 16:55

Fost il-Ġimgħa ONE News Telebejgħ HazZzard Update Kalamita ONE News PrimeTime Denfil Indhouse The Local Traveller

17:30 18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30

Flimkien ma’ TNEJN Nancy 07-11 Pjazza Rapport tat-Temp ONE News PrimeTime HazZzard Teżori fil-Garaxx ONE News

06:30 ONE News 06:45 Żona Sport 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 09:55 Denfil

10:00 12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 15:55 16:00 17:00 17:30

Fost il-Ġimgħa ONE News Telebejgħ HazZzard Update Kalamita ONE News PrimeTime Denfil Flimkien ma’ Nancy Ondroad Dak li Jgħodd

18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:30 23:00 23:30

Pjazza Rapport tat-Temp ONE News PrimeTime Esperti Awla Country Jamboree Ieqaf 20 Minuta ONE News

06:30 06:45 07:15 07:20 07:50 08:00 08:30 09:20 09:50 09:55 10:00

12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 15:55 16:00 17:00 17:15 18:00

ONE News Telebejgħ HazZzard Update Kalamita ONE News PrimeTime Denfil Dak li Jgħodd Investigaturi tal-Mużika Pink Panther What’s Cooking

18:30 19:20

Pjazza ERBGĦA Rapport 09-11 tat-Temp ONE News PrimeTime The Local Travel Jackpot 4 Imqades L-Istorja Ondroad ONE News

06:30 ONE News 06:45 What’s Cooking 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 09:55 Denfil

10:00 12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 15:55 16:00 16:30 17:00

Fost il-Ġimgħa ONE News Telebejgħ HazZzard Update Kalamita ONE News PrimeTime Denfil The Local Traveller Esperti Żona Sport

17:30 18:30 19:20 19:30 20:05 20:35 21:00

06:30 06:45 07:15 07:20 07:50 08:00 08:30 09:20 09:50 09:55 10:00

12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 15:55 16:00 17:00 17:30 18:30

ONE News Telebejgħ HazZzard Update Kalamita ONE News PrimeTime Denfil Aroma Kitchen Popcorn Indhouse Pjazza

19:20 19:30 20:05 20:35 21:00 21:00 22:30 23:00 23:30

Rapport ĠIMGĦA tat-Temp 11-11 ONE News PrimeTime Niftakru Pandora Imqades l-Istorja Żona Sport Ieqaf 20 Minuta ONE News

06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Dak Li Jgħodd 09:30 The Local Traveller 10:30 Aroma Kitchen

11:00 11:30 11:55 12:30 12:35 14:15 15:30 15:35 16:15 17:15

Popcorn Żona Sport Telebejgħ ONE News Awla Brillanti ONE News Brillanti Flimkien ma’ Nancy Sabiħa l-Ħajja

17:45 18:15 18:55 19:20 19:30 20:05 20:35 00:00

Ondroad Pink Panther PrimeTime Rapport tat-Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News

06:30 06:45 07:15 07:20 07:50 08:00 08:40 10:00 10:30 11:25

11:55 12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 16:25 17:00 17:30 19:20

Telebejgħ ONE News HazZzard Update Arani Issa ONE News Indhouse Żona Sport Ieqaf 20 minuta L-Argument Rapport tat-Temp

19:30 20:05 20:20 21:00

ONE News PrimeTime Diskors PM Teżori fil-Garaxx HazZzard ONE News

ONE News Popcorn Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime HazZzard Update Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ HazZzard Update Denfil

TLIETA 08-11

ONE News Esperti Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime HazZzard Update Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ HazZzard Update Denfil Fost il-Ġimgħa

ĦAMIS 10-11

KBIRA imma meta x-xogħol isir sewwa tinsa kollox bil-ferħ,” stqarr miegħi. Fl-aħħar tal-intervista stedint lil Lawrence sabiex iħalli messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Nixtieq kieku jiġi aktar apprezzat ix-xogħol u l-valur li għan-

du. Jien meta nlesti biċċa xogħol ngħid magħha dik sejra biċċa minn ħajti. Għalhekk il-messaġġ tiegħi huwa li napprezzaw iżjed. Anke x-xogħol l-antik, noqogħdu attenti lil min nafdaw meta nagħmlulu restawr,” temm jgħid.

Bħal kull xogħol ieħor, ir-rakkmu fih ħafna dettall. Trid tistira t-tilar li taħdem fuqu, ixxellel id-disinn u mbagħad ittella’ s-sodda u tibda tibni bid-deheb, sabiex tinħareġ l-isfumatura

ONE News Taste & Travel Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime HazZzard Update Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ HazZzard Update Denfil Fost il-Ġimgħa

SIBT 12-11

ONE News Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime HazZzard Update Il-Quddiesa tal-jum Paperscan Esperti Attività Politika What’s Cooking

19:30 20:05 20:35 21:00 22:20 23:00 23:30

21:30 22:15 23:30

21:50 23:30

Aroma Kitchen Pjazza Rapport tat-Temp ONE News PrimeTime Taste & Travel The Women of George Cross Island Teżori fil-Garaxx Awla ONE News

ĦADD 13-11


24

06.11.2022

reċensjoni tal-ktieb

ĦAJJA DOPPJA Alberto kien fi triqtu lejn Sqallija. Kellu bżonn jindiehes ma’ xi familja biex ma jagħtix fil-għajn. Fi ftit ħin għamel ħabib ma’ żewġt itfal. Malajr qabad jiddiskuti m’ommhom Zvetlana u spiċċa biex afda bagalja flus magħha. Zvetlana kellha tieħu deċiżjoni importanti li magħha ġabet konsegwenzi serji. Alberto kien beda jissuspetta li martu kellha wiċċ ħaddieħor. Is-suspetti kibru meta martu ħarġet tqila. Lydia kienet mara bla skrupli, qatt ma kienet temmen li żewġha kien jissuspetta xi ħaġa. Kienet taħseb li hu kien moħħu biss fil-flus. Alberto ifassal pjan biex isir jaf il-verità qabel jerfa’ r-responsabbiltà ta’ tarbija li kellu dubju jekk hix tiegħu. Bil-pjan dijaboliku tiegħu jirnexxilu jibdel id-destin ta’ bosta. Għalih ma kienx jimporta li juża lin-nies. Għalih kien jimporta biss li jasal fejn jixtieq.

Mistoqsija: Fejn kien sejjer Alberto? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ĦAJJA DOPPJA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 13 ta’ Novembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb OLIVIA U STEJJER OĦRA hija:

M.CUTAJAR - Ħ’ATTARD

01 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm qed jiswa l-elettriku lill-Ewropej ikkumparat magħna?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:

Rebbieħ: R. MUSCAT - IL-MOSTA


25

06.11.2022

IL-KANNIBALU TA’ MILWAUKEE Nuqqas ta’ azzjoni u għemil razzist min-naħa tal-awtoritajiet IL-ĦAMES PARTI Għas-sejħa għall-għajnuna wieġbu żewġ uffiċjali tal-pulizija ta’ Milwaukee, John Balcerzak u Joseph Gabrish. Dahmer qalilhom li Sinthasomphone kien l-għarus tiegħu u li kellu 19-il sena. Kompla jħarref li kellhom xi jgħidu u s-sieħeb intefa’ jixrob u li din kienet l-imġiba tiegħu meta jkun taħt l-effett tax-xorb. Minkejja li n-nisa pruvaw juru lill-pulizija li Sinthasomphone kien imweġġa’ u li ma riedx imur ma’ Dahmer fuq, il-pulizija qalulhom biex “ma jindaħlux” u biex “jagħlqu ħalqhom.” Dahmer qal lill-pulizija li għandu l-provi u tellagħhom fl-appartament u wriehom ir-ritratti ta’ Sinthasomphone li kien għadu kif ħadlu. Il-pulizija, minkejja r-riħa tinten li kien hemm fl-appartament, emmnuh u ħallew lil Sinthasomphone miegħu hemmhekk. Hekk kif l-uffiċjali tal-pulizija telqu, Dahmer reġa’ injetta l-aċtu idrokloriku f’moħħ Sinthasomphone u din id-darba, l-injezzjoni kienet waħda fatali. L-għada mill-qtil, Dahmer ma marx ix-xogħol biex jeħles mill-katavri ta’ Sinthasomphone u Hughes, filwaqt li żammilhom rashom. Fit-30 ta’ Ġunju, Dahmer mar Chicago u hemmhekk iltaqa’ ma’ Matt Turner ta’ 20 sena. Dahmer ikkonvinċa lil Turner biex imur miegħu f’Milwaukee biex jeħodlu ritratti professjonali. Kif waslu fl-appartament, Dahmer iddrogah, fgah, qattgħu u żamm xi partijiet f’boroż fil-freezer. Ħamest ijiem wara, Dahmer iltaqa’ ma’ Jeremiah Weinberger ta’ 23 sena. Hu ħadu d-dar, iddrugah u injettalu misħun jagħli f’rasu. Dan wassal lil Weinberger biex jaqa’ f’koma u miet jumejn wara. Fil-15 ta’ Lulju, Dahmer iltaqa’ ma’ Oliver Lacy ta’ 24 sena. Lacy aċċetta li jmur għand Dahmer biex jeħodlu xi ritratti iżda minflok spiċċa ddrogah u fgah. Dahmer reġa’ ċempel biex ma jidħolx għax-xogħol u t-talba tiegħu ġiet aċċettata imma l-għada għarrfuh li kien sospiż. Dahmer ħeles mill-katavru ta’ Lacy u żamm xi partijiet fil-friġġ, fosthom rasu, u fil-freezer. Erbat ijiem wara millqtil ta’ Lacy, Dahmer irċieva telefonata mix-xogħol li tkeċċa. Ma’ din l-aħbar, Dahmer ħareġ u sab lil Joseph Bradehoft ta’ 25 sena. Bradehoft mar għand Dahmer, fejn dan tal-aħħar fgah u għattieh b’liżar fuq is-sodda. Jumejn wara, Dahmer ħeles mill-katavru u żamm ras il-vittma fil-friġġ. L-Arrest Fit-22 ta’ Lulju tal-1991, Dahmer mar fuq tlett irġiel u offrielhom 100 dollaru biex iqattgħu xi ħin jixorbu miegħu fl-appartament tiegħu u biex jeħdilhom xi ritratti bla ħwejjeġ. Wieħed mill-irġiel, Tracy Edwards, aċċetta u mar għandu.

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Hekk kif Edwards daħal għand Dahmer, hu kkummenta bir-riħa tinten li kellu fl-appartament. Dahmer aljena lil Tracy u qallu biex iħares lejn l-akkwarju u kif għamel hekk, prova jimmanettjah iżda qabbad il-manetti ma’ id waħda. Wara, Dahmer qallu biex imur miegħu fil-kamra tas-sodda biex jaraw film u Edwards innota tank fir-rokna; it-tank li minnu bdiet ġejja r-riħa tinten. Hekk kif kienu bilqiegħda fuq is-sodda, Dahmer hedded lil Edwards b’sikkina u qallu li se jieħu r-ritratti tiegħu bla ħwejjeġ. Edwards beda jipprova jkompli miegħu u ħallieh anke jismagħlu t-taħbit ta’ qalbu. Hu beda jgħidlu wkoll li kienu ħbieb u li ma kienx beħsiebu jaħrab mingħandu. Edwards ikkonvinċa lil Dahmer biex joħorġu fis-salott għall-arja u hekk kif ra lil Dahmer aljenat, hu tah daqqa ta’ ponn u ħarab mill-appartament. Edwards telaq jiġri jgħajjat għall-għajnuna u għal ħabta tal-11.30 p.m. iltaqa’ ma’ żewġ uffiċjali tal-pulizija, Robert Rauth u Rolf Mueller. L-uffiċjali tal-pulizija nnotaw li Edwards kellu l-manetti

ma’ id waħda u spjegalhom x’kien ġralu għand Dahmer. Hu ħadhom għand Dahmer u daħlu għandu biex iġibu ċ-ċwievet tal-manetti. Hekk kif il-pulizija daħlu, Dahmer qalilhom li ċ-ċwievet kienu fil-kexxun tal-komodina ta’ ħdejn is-sodda u kif il-pulizija ra x’kien hemm fil-kexxun, tkexkex. Hu sab ritratti ta’ katavri u tal-proċess li sar biex tqattgħu. Hekk kif mar juri lill-kollega

tiegħu bis-sejba, Dahmer prova jaħrab u wieħed mill-uffiċjali qabdu u żammu mal-art. L-uffiċjali tal-pulizija sejħu għal iktar għajnuna hekk kif fil-friġġ sabu ras ta’ wieħed mill-vittmi. Hekk kif ġiet l-għajnuna, l-uffiċjali bdew isibu diversi partijiet tal-vittmi, fosthom sebat irjus, diversi organi, biċċiet minn iġsma u skeletri.

TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA


26

06.11.2022

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

06.11.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 459

C.CAMILLERI - RABAT

MIMDUDIN: 1. Kunjom? (5) 4. Kompli l-qawl: Għal tal-aħħar is-... (4) 7,21M. Tixħet (5) 9,23. Jaħasra (7) Bi 3 NUMRI 070 077 106 261 466 477 658 728 734 B’4 NUMRI 0098 0285 0477

1137 1216 1405 1568 1702 1870 2498 2562 3099 3115 3178 3878 4549 4618 4703

4704 5587 5829 5961 6334 6456 6518 6838 6895 7403 7487 7974 9607 9648

B’5 NUMRI 01777 01778 02693 05051 12621 16566 16854 17689 28252 40227 46024 49707 53617 56073

58516 61471 72558 74163 74403 75477 75814 80372 82348 85567 85904 86565 B’6 NUMRI 014723

041345 277853 411776 466245 589941 B’7 NUMRI 1685606 2153487 3039635 3481886 5825297 6586211 8748849

WEQFIN: 1,11. Maltempata (8) 2,12W. Kontra dejjaq (5) 3,21W. Trid tiddefendi kontrih (6) 5. West Bromich Albion (1,1,1)

10. 12. 16. 18.

Nidilku l-ħobż 19. biha (6) 20. Ix-xitan (6) 21. Saviour Borg 23. Abela (1,1,1) 24. Nazzjonijiet Uniti bl-Ingliż (1,1)

6,17. 8. 11. 12. 13. 14.

Tamborlini (6) 15. Sigurtà (9) 17. Ara 1 wieqfa 21. Ara 2 22. Kunjom (3) Jeff Bezos beda din il-kumpanija (6)

Itlaq (3) Nixorbu fiha (5) Ara 7 Ara 9 Isem (5)

Żraben? (6) Ara 6 Ara 3 Isem (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Lesti, 4.Mazz, 9.Mro, 10.Ġulepp, 12,22.Satelliti, 16.Ali, 18.RR, 19.Aħr, 20.Dekan, 21.PAI, 23.Nsib, 24.Oqsma

WEQFIN: 1.Lumija, 2,7.Skont, 3,15.Inġurjuża, 5,11.Abela, 6,21 wieqfa. Zappun, 8,12 wieqfa. Tuberkolosi, 13.Tre, 14.Lanġas, 17.Lia


28

06.11.2022

L-ALTRUWIŻMU LI JISPIRANA Editorjal

L-ispirtu ta’ Karmenu Mifsud Bonnici se jibqa’ dejjem magħna u fina … kull meta nkunu ta’ servizz għall-poplu, kull meta ntejbu u nipproteġu l-għajxien taċ-ċittadini, kull meta nieħdu deċiżjonijiet li jagħmlu s-soċjetà tagħna aħjar

Anke jekk il-ħajja ta’ bnie­dem tibqa’ dejjem qasira, ġeneraz­ zjoni wara oħra baqgħu jibnu fuq l-esperjenzi passati ta’ nies li fi żminijiethom ikunu ħallew impatt pożittiv. Spiss niftakru fi kliemhom u anke az­zjo­ nijiethom biex nirre­pe­tuhom f’ċirkostanzi li jistgħu jkunu simili. L-aħbar tal-mewt ta’ Dr Karmenu Mifsud Bonnici, Eks Prim Ministru u Eks Mex­ xej Laburista fit-tmeninijiet, wieħed mill-iżjed perjodi diffiċli għall-politika lokali, huwa mument simili. Partikolarment għalina li nħaddnu politika Soċjal-Demokratika, dan il-ġentlom Bormliż kien mill-aktar eżemplari f’ħajtu, daqskemm fil-politika u fil-professjoni tiegħu. Min kien jafu mqar nitfa f’ħajtu jista’ jixhed kif Dr Mifsud Bonnici pprattika l-altruwiżmu tiegħu prattikament ma’ kull ġurnata fid-89 sena li għamel fostna. Partikolarment fit-tmien snin li għamel imexxi l-Partit Laburista, inklużi sentejn u nofs bħala Prim Ministru, uża kull setgħa li kellu biex

jagħmel il-ġid lis-soċjetà tagħ­­ na u lil għajru, bla ebda daqq ta’ trombi. Irri­serva enfasi parti­kolari dejjem favur il-fqir u l-ħad­ diem, eżatt bħall-predeċessu­ri tiegħu u kif ġie espress anke matul il-jum tal-bieraħ minn diversi personalitajiet distinti li kellhom ix-xorti li anke jaħ­ dmu qribu. Hu kien ta valur akbar lirrwol tal-politiku fejn ikun ta’ servizz għal ħaddieħor, li jġib lil għajru qablu, li jissagrifika minn ħinu u saħħtu, li jibqa’ dejjem umli anke bl-akbar setgħat f’idejh. Karmenu, bla titli kif baqa’ magħruf l-iżjed, kien iqis li xejn u qatt ma jista’ jegħleb is-sodisfazzjon kbir u imprezzabbli li, bil-ħidma politika, tara lil ħaddieħor li jkun jista’ jimxi ’l quddiem fil-ħajja u jtejjeb l-għajxien tiegħu u ta’ familtu. Dan hu dak li għamel lil Karmenu. Dan hu dak li għamlu bniedem li jibqa’ maħbub minn ħafna. Dan hu dak li jikklassifikah bħala ġentlom u altruwista eżemplari f’għaj­nejn kulħadd. Dan hu dak li ġiegħlu

jħaddan bħala d-dar naturali tiegħu lill-Partit Labu­rista, lill-Mo­viment tal-Ħaddie­ma u twemminu. U hu wkoll dan li xpruna lil kull mexxej warajh. Mhux b’inqas illum fejn qed inħossu u nesperjenzaw kif l-istess politika hi determinata u ffukata biex toħloq il-ġid komuni, li taspira l-fiduċja u tħeġġeġ iżjed il-ħila ta’ ġensna biex jaqdef ’il quddiem, u sserraħ moħħ is-soċjetà, anke fl-agħar żminijiet ta’ kriżijiet internazzjonali. Li hu l-Partit Laburista li jista’ joffri dan kollu. Ħaddieħor, li baqa’ staġnat fil-passat, jgħir u jisbel ma’ kull pass prosperu li tagħ­mel is-soċjetà, sempliċiment għax mhux hu fil-poter, ba­qa’ jiġi rrifjutat u rriġettat mill-maġ­ ġoranza tal-poplu. Ħaddieħor, sa din il-ġim­għa stess, għadu jittanta jipprova jħassar il-logħba li għadha mhux qed tagħtih raġun, jibqa’ jirrepeti l-iżbalji u jipp­rattika l-istess politika ta’ min anke bl-iċken poter qatt ma ġab l-interessi ta’ ħaddieħor l-ewwel, anzi bl-egoiżmu tiegħu ħoloq biss tbatijiet esaġerati

għal ġensna. Id-dgħufija li nibqgħu ma nagħrfux l-eżempju ta’ nies, bħal Dr Mifsud Bonnici, nonqsu milli nimxu fuq valuri sodi li jkunu esprimew f’ħajjithom, inkella agħar ninfluwenzaw ruħna minn min ikun baqa’ magħruf għar-raġunijiet il-ħżiena, tkun biss il-formula ta’ degradazzjoni ġene­rali. Bħall-Partit Nazzjonalista, li ħa­lef li jibqa’ f’dik id-direzzjoni, illum qed jegħreq fi kriżi li ġab b’idejh stess. Min-naħa l-oħra, il-Partit La­burista mhux biss baqa’ jim­xi fuq l-istess passi ta’ Karmenu, u baxxa rasu meta kien żbaljat, iżda wkoll għaraf kif jiġġedded u jaġġorna maż-żminijiet, waqt li jżomm l-istess prinċipji li sawruh sa mill-konċepiment tiegħu aktar minn seklu ilu. L-ispirtu ta’ Karmenu se jib­qa’ dejjem magħna u fina kull meta nkunu ta’ servizz għall-poplu, kull meta ntejbu u nipproteġu l-għajxien taċ-ċittadini, kull meta nieħdu deċiżjonijiet li jagħmlu s-soċjetà tagħna aħjar milli hi. Karmenu Mifsud Bonnici se jibqa’ ħaj fi twemminna.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.