KullĦadd 03.07.2022

Page 1

Il-Ħadd, 3 ta’ Lulju, 2022

L-EWWEL DARBA Id-dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali taħt is-6,000

Ċifri li għandha f’idejha din il-gazzetta juru li x-xahar li għadda, in-numru ta’ persuni dipendenti fuq l-għajnuna soċjali kien ta’ 5,976. Dan ifisser 57.2% tnaqqis fuq għeluq is-sena 2013. Fil-fatt, waqt li llum hawn taħt is-6,000 persuna dipedenti fuq is-sistema tal-benefiċċji soċjali tal-pajjiż, fl-2013 kien hawn kważi 14,000 persuna jirċievu l-għajnuna soċjali mill-Gvern. It-tnaqqis fuq l-għajnuna soċjali baqa’ wieħed kostanti. L-ewwel tnaqqis notevoli fuq id-dipendenza tal-għajnuna soċjali ġie f’għeluq l-2016, fejn hemm kien hemm mad-9,501 persuna. Dan fisser tnaqqis ta’ kważi 4,500 persuna fuq medda biss ta’ tliet snin. Meta mbagħad inqabblu l-2016 mal-aħħar ċifri riċenti, jiġifieri Ġunju li għadda, it-tnaqqis jisboq it-3,500 persuna. Il-benefiċċji soċjali mhux kontributorji huma mqassma f’uħud imsejħa assistenza soċjali, li jinkludu pereżempju l-għotja għad-diżabilità u allowance għall-carers fost oħrajn. Għall-benefiċċji tal-assistenza soċjali, ix-xahar li għadda kien hawn 5,729 persuna.

Ħarġa Nru 1,512

Prezz €1

Rapport f’paġna 3

IMWIEGĦDA U MWETTQA • Il-Gvern mexxa bl-implimentazzjoni ta’ tliet temi importanti, li fil-kampanja ­elettorali l-Prim Ministru Robert Abela kien wiegħed li se jitwettqu fl-ewwel 100 jum ta’ Gvern ġdid • Il-liġi tal-IVF j­ onqosha biss vot finali, ­il-proċess dwar l-art ­taż-Żonqor fl-aqwa tiegħu fil-Parlament u l-liġi ­tal-femiċidju ­għaddiet ­mill-istadji kollha

Tkompli f’paġna 8

Rapport f’paġna 4

ALOTTOSHARE JACKPOT

€500,000 € 500,000

1st draw on Saturday 9th July at 8:30pm on TVM

MGA/B2C/003/2022

lottery.mt/rg

Play Responsibly

ĦAJJIET SALVATI B’SERVIZZ ĠDID


02

03.07.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 33°C L-Inqas Temperatura: 24°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja dgħajfa ta’ pressjoni għolja qed tiksi l-biċċa l-kbira tal-Ewropa u ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Grigal li jsir ħafif u varjabbli sa filgħaxija Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Baxx mill-Majjistral li jsir ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 27°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

36°C UV 11

24°C

Il-Ħamis

KUNTATT ĠENERALI

36°C UV 11

25°C

Il-Ġimgħa

36°C UV 11

25°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1​ 182

36°C UV 11

24°C

34°C UV 11

24°C

34°C UV 11

23°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta — 21244813 The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun — 21227682 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ — 21462068 St. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara ­— 27441913 Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann — 21381177 San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke — 21378485 Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema — 21313535 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, L-Iklin — 21435567 St. Louis Pharmacy, Shop 1, Bohemian Courts, Vjal l-Indipendenza, Il-Mosta — 21432802 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa — 21523462 Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Paola — 21696893 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla — 21821671 Bellavista Pharmacy, 88, Triq il-Hortan, Marsaskala — 21633788 St. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Iż-Żejtun — 21678039 Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, L-Imqabba — 21683048 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera — 21444648 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat — 21454274 Għawdex Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana — 21566979 Gozo Chemists, Mġarr Road, Ix-Xewkija — 21557278 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

03.07.2022

SERVIZZ ĠDID LI DIĠÀ BEDA JSALVA L-ĦAJJIET Servizz li beda ftit tal-ġimgħat ilu biss diġà beda jħalli l-frott u saħansitra jsalva l-ħajjiet. Dan is-servizz huwa l-iscreening tal-abdominal aortic aneurysm. L-abdominal aortic aneurysm hija kundizzjoni fl-arterja prinċipali tal-ġisem illi taffettwa l-aktar l-irġiel, kważi esklussivament lillirġiel ta’ ’l fuq minn 65 sena, u f’każijiet meta tiġri din tinfaqa’. Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne spjega li f’ġimagħtejn ta’ testijiet instabu sitt persuni li għandhom din il-kundizzjoni u ma jafux biha. Għax sar l-iscreening issa jibdew jingħataw l-attenzjoni meħtieġa. “Fl-ewwel ġimgħa minn mindu bdejna dan l-iscreening, kellna 60 ruħ illi rċevew l-appuntament u għamlu dan l-ultrasound. Minn dawn is60 ruħ, sibna sitta. Sibna sitta min-nies li għandhom aneurysm li ma jafux biha u għandhom bżonn follow-up. L-ebda wieħed minnhom sa issa ma kien biżżejjed li kienet kważi se tinfaqa’ u jkollna bżonn noperaw, imma kellhom bżonn follow-up. Jiġifieri dawn xi darba jew oħra, xi sitt xhur oħra, sena oħra, sentejn oħra kienet tikbrilhom, tinfaqgħalhom u toqtolhom. Jiġifieri f’temp ta’ ġimgħa waħda biss diġà sibna sitta li għandhom bżonn follow-up u potenzjalment dawn se nkunu qegħdin insalvawlhom ħajjithom,” spjega d-Deputat Prim Ministru. F’dan il-każ qed nitkellmu fuq arterja kbira li tibda tintefaħ, fl-istess ħin li l-pazjent ma jħoss xejn u ma jkunx jaf li għandu. Imma mbagħad jekk tinfaqa’, wieħed iħoss uġigħ kbir f’dahru u l-maġġoranza tan-nies jaqgħu u jmutu dak il-ħin. “Min ikun fortunat jilħaq jasal l-isptar u jilħqu joperawh. Min ikun fortunat ħafna jsalva l-operazzjoni. Imma jekk ikollok abdominal aortic aneurysm u tinfaqagħlek, ir-riskju hu kbir li ħa toqtlok. Fortunatament, jekk inkunu nafu biha minn qabel hemm proċedura, li mhix daqstant kbira, li tista’ ssir biex nevi-

taw jew innaqqsu ħafna r-riskju li tinfaqa’. U fortunatament, aktar minn hekk, nistgħu nkunu nafu biha b’sempliċi ultrasound. Jiġifieri ultrasound taż-żaqq jista’ jurik jekk għandekx abdominal aneurysm jew le qabel ma tinfaqa’. Għax jekk tinfaqa’ ħafna drabi jkun tard wisq,” spjega d-Deputat Prim Ministru bil-proċedura li issa bdiet issir ukoll f’pajjiżna bħala parti minn servizz ġdid fis-servizz ta’ saħħa pubblika. Peress li din tiġri l-aktar lill-irġiel ta’ ’l fuq minn 65 sena l-irġiel kollha li jagħlqu din l-età, qed jintbagħtilhom invit biex ikunu jistgħu jagħmlu dan it-test. L-ultrasound ma fihx tingiż, ma fihx labar, ma fihx uġigħ, u saħan-

Fortunatament, jekk inkunu nafu biha minn qabel hemm proċedura, li mhix daqstant kbira, li tista’ ssir biex nevitaw jew innaqqsu ħafna r-riskju li tinfaqa’. U fortunatament, aktar minn hekk, nistgħu nkunu nafu biha b’sempliċi ultrasound

sitra wieħed m’għandux għalfejn isum. “Tmur jagħmlulek dan l-ultrasound, bħal meta jagħmlu fuq xi mara li tkun tqila, ta’ ftit minuti u jew iserrħulek rasek u jgħidulek li m’għandek xejn, jew jgħidulek li għandek din l-aneurysm, u li għandek bżonn follow-up. F’każijiet fejn tidher li tkun waslet biex tinfaqa’, anki nagħmlu l-proċedura,” spjega d-Deputat Prim Ministru Fearne li tenna li dan l-iscreening ta’ aortic aneurysm jidher li se jkun suċċess.

Jirriżulta li kull sena jkun hemm għexieren ta’ rġiel li jmutu minħabba l-aortic aneurysm. Fl-invit li wieħed jirċievi jkun hemm self-addressed envelope lura għall-awtoritajiet tas-saħħa u karta dwar jekk wieħed iridx jagħmel it-test jew le. Jekk wieħed irid jagħmlu kemm jittikkja l-kaxxa, jibgħatha lura, u mbagħad l-awtoritajiet tassaħħa jċemplulu bid-data tal-appuntament. “Jiġifieri kull min jirċievi dan l-ap-

puntament inħajru li jagħmlu. Irġiel ta’ ’l fuq minn 65 sena li jew huma jew it-tabib tagħhom jixtiequ li jagħmluh ukoll dan it-test, jistgħu jċemplu l-primary healthcare u nagħtuhom appuntament ukoll biex b’hekk inkunu qegħdin inserrħu l-irjus tannies, imma iżjed importanti, jekk ikun hemm bidu ta’ aortic aneurysm, insibuha u nittrattawha kmieni u nevitaw l-imwiet minħabba din il-kundizzjoni,” temm id-Deputat Prim Ministru Fearne.


04

03.07.2022

GVERN LI JWETTAQ LI JWIEGĦED Anke jekk il-Gvern ġdid, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, għad irid jgħaddi l-ewwel 100 jum tal-leġiżlatura l-ġdida, diġà twettqu tliet wegħdi ewlenin li saru fil-kampanja elettorali u li ngħatat il-kelma li se jingħataw preċedenza fl-ewwel ġimgħat ta’ mandat imġedded għall-Gvern Laburista. B’hekk il-Gvern beda minnufih iżomm mal-impenji li għamel. Dawn huma wegħdi maġġuri li jorbtu ma’ setturi differenti, minn dawk soċjali u tal-ġustizzja, għas-saħħa u l-ambjent. Fuq quddiem nett, din il-ġimgħa kważi ngħalaq għalkollox il-proċess parlamentari biex ikunu emendati l-liġijiet tal-IVF. Il-kumitat parlamentari approva l-bidliet u għalhekk issa jonqos biss vot finali. Il-manifest elettorali ­tal-Partit ­Laburista kellu tliet wegħdi ewlenin marbuta ma’ din ir-riforma, is-649, is-650 u s-651. Kien waqt attività politika f ’Santa Luċija li l-Prim Ministru kien għamel impenn ċar li din bidla li se tingħata prijorità. Wegħda ċara quddiem il-weġgħa ta’ koppja li bkiet dwar il-bżonn ta’ din il-bidla, bil-Prim Ministru jgħid li jeħtieġ li jkun hemm Gvern li mhux biss jitħassar iżda jaġixxi. U dan kollu sar bir-riforma mressqa fil-Parlament fl-aħħar ġimgħat u li fetħet bid-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela li kien ċar fil-messaġġ tiegħu meta ddikjara: “Aħna qegħdin hawn biex noħolqu soċjetà iktar ġusta! Li kemm jista’ jkun tagħti l-istess ċans lil kulħadd. U dak hu l-għan tar-riforma li għandna quddiemna llum. Għidli kif tista’ twarrab l-empatija milli tkun prinċipju ewlieni li jiggwidak fit-tmexxija? L-empatija, jiġifieri dik li tħoss għall-bżonnijiet ġenwini tan-nies. Mhux biss tħoss imma taġixxi dwarhom. Nistgħu nisimgħu kemm trid teoriji, kemm trid argumenti etiċi. Ħafna drabi jitressqu minn min ma jkunx ġarrab u għadda minn trawmi bħalma semmejt.” Bidla ambjentali importanti Bl-istess mod telaq b’saħħtu l-proċess biex l-art tal-Università Amerikana fiż-Żonqor tibqa’ fiż-żona barra mill-iżvilupp u anke hawn inbeda l-proċess parlamentari li mistenni jkun magħluq

Il-Prim Ministru kien ta kelma li quddiem realtajiet li xxokkjaw lill-pajjiż il-Gvern kien se jibgħat messaġġ b’saħħtu u mhux se jibqa’ ċass. Hekk għamel bil-liġi tal-femiċidju.

ma jdumx. Wieħed jifhem li dan ma kienx proċess faċli għaliex il-Gvern ried jieħu art u jsib oħra biex ikun jista’ jbiddel il-ftehim filwaqt li jżomm l-investiment. Iżda, ir-rieda tal-Gvern li jasal wasslet għal soluzzjoni interessanti. Fil-fatt, fil-Parlament tressqu żewġ riżoluzzjonijiet u dokumentazzjoni oħra dwar ftehimiet mal-American University of Malta (AUM) u SmartCity Malta, li l-Ħamis bdew ikunu diskussi fil-Kumitat tal-Verifika. B’hekk f ’inqas minn 100 jum ta’ Gvern ġdid, inżammet il-wegħda li jibda l-proċess biex art verġni fiż-Żonqor

tibqa’ mhix mittiefsa, art fil-Kottonera li kellha tinbena mill-AUM se tingħata lura lin-nies, filwaqt li SmartCity se tibqa’ tingħata l-ħajja u ssir waħda mid-destinazzjonijiet ewlenin f ’pajjiżna. Kien spjegat li filwaqt li l-ftehimiet huma separati minn xulxin, hija art fi SmartCity li l-Gvern se jikseb lura u li se tkun allokata għal diversi inizjattivi, fosthom ir-rilokazzjoni tal-AUM minn Wied il-Għajn u minn parti f ’Bormla li kienet se tinbena. Fuq l-art fi SmartCity se jinbena wkoll il-kampus il-ġdid tal-ITS. Mal-AUM il-bidliet huma primarjament ibbażati fuq

it-tpartit ta’ art ma’ oħra filwaqt li fil-każ ta’ Smart City, il-Gvern qed jimpenja ruħu li jagħmel ċertu investiment li minnu tgawdi l-komunità kollha kemm hi. Fuq kollox, l-art fiż-Żonqor rinunzjata lura lill-Gvern se tkun parti mill-Park Nazzjonali tal-Inwadar, l-art li se tingħata lura lill-poplu f ’Bormla se tara proġett ta’ tisbiħ, u n-Nofsinhar ta’ Malta se jkompli jgawdi minn investiment u ħolqien ta’ impjiegi. Il-femiċidju issa reat Għaddiet ukoll mill-Parlament il-liġi tal-femiċidju. Dawn il-bidliet kienu

Aħna qegħdin hawn biex noħolqu soċjetà iktar ġusta! Li kemm jista’ jkun tagħti l-istess ċans lil kulħadd. U dak hu l-għan tar-riforma li għandna quddiemna llum. Għidli kif tista’ twarrab l-empatija milli tkun prinċipju ewlieni li jiggwidak fit-tmexxija?

diġà bdew jiġu diskussi fil-leġiżlatura li għaddiet, iżda l-proċess waqaf meta tħabbret id-data tal-elezzjoni. Il-Prim Ministru Robert Abela hawn ukoll ta l-kelma li ladarba tibda leġiżlatura ġdida dawn l-emendi fil-Kodiċi Kriminali bil-għan li jintroduċu, għall-ewwel darba fl-istorja legali ta’ pajjiżna, ilkunċett ta’ femiċidju, jiġifieri l-qtil ta’ mara jew tifla li jkun motivat mill-ġeneru tagħha, jingħataw prijorità. B’dan il-mod issa l-liġi tipprovdi lista ta’ ċirkostanzi femmiċidjali li wara sejbien ta’ ħtija ta’ omiċidju se jiggwidaw lill-Qorti biex il-piena li tingħata tkun iktar ħarxa. Il-liġi tipprovdi li omiċidju b’karatteristiċi ta’ femiċidju se jkun eskluż milli jikkwalifika bħala omiċidju skużabbli minħabba li jkun twettaq f’passjoni istantanja; u l-liġi se tkopri bl-istess mod ir-reat ta’ tentattiv ta’ omiċidju li jkun sar f’ċirkostanzi ta’ tentattiv ta’ femiċidju. Din hi bidla li ntlaqgħet bilkbir mill-attivisti fis-settur tad-drittijiet tan-nisa, b’Dr Lara Dimitrijevic li tmexxi l-Women’s Rights Foundation qalet fl-aħħar xhur li: “Illum nemmen li qed nagħmlu pass storiku fejn qed naraw impenn politiku bit-tnedija tal-abbozz li qed jagħmel viżibbli r-realtà tal-femiċidju u jwassal messaġġ sod li l-vjolenza fuq in-nisa mhix aċċettabbli fis-soċjetà tagħna.”


05

03.07.2022

BLA QAMAR IL-GĦASEL Opinjonisti u msieħba soċjali jikkummentaw dwar l-ewwel 100 jum ta’ gvern ġdid... 100 jum fejn l-isfidi reġgħu ma naqsux Żgur li l-Prim Ministru Robert Abela ma jistax jgħid li gawda fittul dak li fil-politika tradizzjonalment hu magħruf bħala l-perjodu ta’ qamar il-għasel. Dawk l-ewwel ġimgħat li jkunu hemm biex wieħed isib saqajh, u jkollu anke xi ftit jew wisq spazju biex jimmanuvra iktar minn perjodi oħra. Meta sar Prim Ministru għall-ewwel darba f ’ċirkostanzi xejn faċli, Robert Abela sab ma’ wiċċu pandemija. Illum reġa’ ngħata t-tmexxija tal-pajjiż f ’mument fejn id-dinja qed taffaċċja gwerra. Forsi wieħed jista’ jgħid li kienet il-ħila li wera fit-tmexxija f ’dawn il-mumenti li wasslet biex

saħansitra kabbar il-maġġoranza tal-Partit Laburista f ’Marzu li għadda. Iżda, dan ma jneħħi xejn mill-fatt li l-ewwel ġimgħat reġgħu kienu ġimgħat fejn l-isfidi ma naqsux. Fost oħrajn dan ra l-Prim Ministru b’impenn wara ieħor barra l-pajjiż, fl-istess ħin li kien għaddej jippilota mal-Kabinett u l-Grupp Parlamentari numru ta’ bidliet, fosthom dawk li għamilna referenza għalihom fil-faċċata ta’ din il-ħarġa. Iżda, dwar dan kollu ħadna l-kummenti ta’ persuni li jsegwu sew dak li għaddej f ’pajjiżna. Qed nisiltu kummenti ġenerali, b’dawk iktar dettaljati jixxandru fuq ONE filjiem li ġejjin.

SAVIOUR BALZAN (Editur tal-MaltaToday) “Jien f’dawn il-100 jum ridt nara ovvjament li ċerti tibdiliet u riformi jsiru, iseħħu tant li rajna l-bidu tagħhom. Hemm bżonn li t-tieni 100 jum ta’ dan ilGvern minkejja s-sajf ikunu wkoll opportunità li jkun hemm aktar riformi, aktar tibdiliet, b’mod speċjali għax il-mandat huwa qawwi, il-mandat tant hu kbir li l-Gvern għandu jattwa dawn ir-riformi minnufih.”

PAUL ABELA (President tal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji) “L-ewwel 100 jum kienu eċċellenti, ­ovvjament kellu l-esperjenza tas-sentejn li kien ­qabel Prim Ministru u naħseb li f’dawn il-100 ­ġurnata wera li huwa kapaċi jiggverna u anke jittekilja ħafna affarijiet li affaċċja l-pajjiż.”

ANDREW AGIUS MUSCAT (Kap Eżekuttiv tal-MHRA) “Dawn l-aħħar 100 jum kienu kkaratterizzati minn sforzi biex pajjiżna jerġa’ jqum fuq saqajh u nerġgħu nibdew inħabbtu wiċċna għall-isfidi li hemm quddiemna. Itturiżmu ovvjament kien protagonista f’dan is-sens. Qed inħarsu ‘l quddiem b’mod fiduċjuż hekk kif qed naraw issa s-swieq internazzjonali jerġgħu jiftħu għax-xogħol normali. Ovvjament qegħdin f’din il-pożizzjoni għaliex matul dawn l-aħħar xhur ħdimna id f’id mal-Gvren.”

JOSEF BUGEJA (Segretarju Ġenerali tal-GWU) “Tmexxija għaqlija, ħa kontroll tas-sitwazzjoni eżatt kif tela’. Wara li kellna l-pandemija issa rġajna għandna l-gwerra tal-Ukrajna li tħalli effett fuq l-ekonomija Maltija, imma d-deċiżjonijiet li qed jittieħdu qed ikomplu jsaħħu u jikkumbattu din l-inflazzjoni. Barra minn hekk, ilwegħdi li għamel qabel l-elezzjoni qed jiġu mwettqa.”

FABIAN DEMICOLI (Ġurnalist) “Kienu 100 jum fejn kien hemm ftit minn kollox, ovvjament kien hemm l-elezzjoni anke matul li beda l-inkwiet fl-Ukrajna u allura matul dawn il-100 jum kompla dan kollu. Naturalment iż-żieda fil-prezzijiet kienet sfida iżda anke s-serħan il-moħħ li anke ċerti prezzijiet fejn jista’ jikkontrolla l-Gvern fost l-oħrajn, anke l-enerġija u l-fuel baqgħu l-istess, naħseb kienet xi ħaġa ta’ stabbiltà. Proprju f’mument li ħriġna minn pandemija, reġa’ beda n-negozju, reġgħet bdiet iddur kemm jista’ jkun ir-rota u mbagħad aktar riċenti l-aħbar pożittiva li issa Malta ħarġet mill-Greylisting. Allura hemmhekk hemm kollox biex anke nħarsu ‘l quddiem għal ġranet, xhur u snin li ġejjin.”

ALBERT GAUCI CUNNINGHAM (Editur tal-Illum) “L-ewwel 100 jum tal-Gvern il-ġdid kienu pjuttost ikkuluriti fis-sens li kienu movimentati iktar fuq livell internazzjonali milli lokali... 100 jum ikkaratterizzati minn ċerti deċiżjonijiet, wegħdi li saru u ġew imwettqa u fuq nota iżjed negattiva b’rabta mal-gwerra tal-Ukrajna, kellna fuq quddiem nett tal-aġenda l-kwistjoni talgħoli tal-ħajja. Kwistjoni li nemmen li l-Gvern parzjalment indirizza billi daħal għall-prezzijiet tal-enerġija però ovvjament il-kwistjoni tal-għoli tal-ħajja hija ferm akbar minn hekk.”

NEIL CAMILLERI (Editur ta’ The Malta Independent) “Naħseb li l-ewwel 100 jum tal-Prim Ministru Robert Abela kienu 100 jum ikkaratterizzati minn kontinwità, minn ċerta kalma fl-arena politika, minn numru ta’ riformi li għadhom għaddejjin kif ukoll minn kwistjonijiet forsi li mdorrijin bihom fejn jidħlu issues ambjentali u affarijiet simili, li forsi għadhom għaddejjin bl-istess pass tas-soltu.”


06

03.07.2022

TGĦAJJIR U FATTI ŻBALJATI BIEX JOPPONU L-FTEHIM TAŻ-ŻONQOR Nhar il-Ħamis waranofsinhar, wara kważi sagħtejn ta’ diskussjoni fejn l-Oppożizzjoni bdiet iġġib elf skuża biex ma tivvutax favur ftehim li bih art verġni fiż-Żonqor se tingħata lura lin-nies, ħarġet fid-dieher il-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista. Fil-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika fi ħdan il-Parlament, ir-rappreżentanti tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista, id-Deputati Darren Carabott u Rebekah Cilia vvutaw kontra żewġ riżoluzzjonijiet li jemendaw ftehimiet li l-Gvern Malti kellu ma’ SmartCity u mal-American University of Malta. Iż-żewġ riżoluzzjonijiet Parlamentari, li tressqu għall-attenzjoni tal-Kumitat tal-Verifika l-ġimgħa l-oħra u li l-Oppożizzjoni ħarġet kontrihom, isemmu wkoll li art fil-Kottonera se tingħata linnies minflok tinbena. Dan apparti li SmartCity tibqa’ tingħata l-ħajja u ssir waħda mid-destinazzjonijiet ewlenin f’pajjiżna. B’dan il-vot LE min-naħa tal-Oppożizzjoni ma jfissirx li dawn il-ftehimiet ma jistgħux jiġu approvati għaliex issa fil-fatt imiss li jiġu diskussi fil-plenarja tal-Parlament u

Dawk id-deputati l-iktar qrib il-fazzjoni ta’ Simon Busuttill ħarġu kontra l-ftehim li bih iż-Żonqor se jibqa’ ODZ b’aġġettivi u tgħajjir li mhumiex ibbażati fuq il-fatti. Fosthom intuża l-kliem ħallelin, korrotti u purċinelli biex jiġu deskritti ftehimiet li l-Gvern ressaq fil-Parlament bl-ikbar trasparenza biex ikun jista’ jarahom kulħadd u saħansitra jkunu diskussi. Ftehimiet li raw il-Gvern isaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu biex filwaqt li ma jxekkilx l-investiment, ­jagħti ambjent aħjar lill-Maltin u lill-Għawdxin. U l-kritika tal-Partit Nazzjonalista mhux biss ma kinitx ­ibbażata fuq il-fatti, iżda kif qed nuru f’dan ir-rapport ma kinux kapaċi jispjegawha.

finalment jittieħed vot. Fil-Kumitat Parlamentari u anki permezz ta’ stqarrija u konferenza tal-aħbarijiet, il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech beda jġib skużi u argumenti li fuqhom huwa fattwalment skorrett.

Dan ġie nnutat anki mill-midja indipendenti fejn il-MaltaToday irrappurtat kif il-kumpanija wara l-AUM għadha ma kisritx l-obbligi kuntrattwali li kienu saru f’Marzu ta’ sitt snin ilu. Il-MaltaToday irrappurtat

Sejħa għall-offerti għal xogħlijiet:

Offerti għal tiswijiet strutturali f’post Numru 37, Triq Hal Bajada, Rabat, Malta (Housing Authority) (CFQ 2/2022). Laqgħa ta’ kjarifika ser issir mill-Awtorita’ tad-Djar nhar il-Ħamis 7 ta’ Lulju 2022 fin-12.30 ta’ wara nofs in-nhar f’post Numru 37, Triq Hal Bajada, Rabat, Malta. L-offerta tagħlaq fit-28 ta’ Lulju 2022 fid-09:30 ta’ filgħodu.

Id-dokument jiġi miksub u imniżżel BISS minn fuq is-sit eletroniku http://www.etenders.gov.mt. Kull kjarifika jew addenda fuq l-offerta jiġu mtella u jinkisbu minn fuq is-sit http://www.etenders.gov.mt.

kif l-AUM kienet marbuta li tlesti l-proġett tagħha, l-aktar kmieni f’April ta’ tliet snin oħra u sa April ta’ ħames snin wara kellha jkollha kampus ta’ 4,000 student. F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ġimgħa waranofsinhar, il-Partit Nazzjonalista mera r-rapport tal-MaltaToday u qal li jeżistu rapporti oħra li juru l-AUM fi ksur kuntrattwali bħalissa. Iżda meta d-Deputat Nazzjonalista Rebekah Cilia ġiet mistoqsija mill-ġurnalisti preżenti biex tindika liema rapporti qed jgħidu li nkisru xi obbligi, hija ma semmietx fejn huma dawn ir-rapporti u baqgħet tirrepeti biss li jeżistu rapporti. Quddiem il-LE tal-Oppożizzjoni, fil-Kumitat Parlamentari, il-Ministru responsabbli mill-Artijiet, Silvio Schembri, saħaq li l-Gvern laħaq ftehim sensibbli li bih art verġni se tibqa’ mhux mittiefsa. Il-Prim Ministru Robert Abela kien għamel il-bidu talproċess imsemmi bħala wegħda li tibda sseħħ fl-ewwel 100 jum ta’ Gvern Laburista ġdid. F’messaġġ fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook dakinhar li l-ftehim wasal għall-attenzjoni tal-Parlament, il-Prim Ministru kien saħaq li malGvern immexxi minnu, il-poplu jaf fejn qiegħed għaliex iwettaq dak li jwiegħed.

“Se nilliberaw għexieren ta’ eluf ta’ metri kwadri biex nassiguraw li jibqgħu fl-istat naturali tagħhom. Jiena dejjem nisħaq li dan hu pajjiż fejn l-investiment u l-iżvilupp jibqgħu element importanti biex nibqgħu mexjin ’il quddiem. Hekk pereżempju nkunu nistgħu nibqgħu nsostnu l-programm soċjali ambizzjuż tagħna iżda nistgħu nagħmlu dan fl-istess ħin illi nuru li għandna prijoritajiet ġodda u li qed naħdmu bil-ġenerazzjonijiet futuri fi ħsiebna. Għalhekk, irridu nieħdu ħsieb l-aspett ambjentali daqskemm l-investiment,” kien sostna l-Prim Ministru Robert Abela. Permezz ta’ żewġ ftehimiet separati, il-Gvern se jikseb lura art fi SmartCity li se tiġi allokata għal diversi inizjattivi, fosthom ir-rilokazzjoni tal-AUM minn Wied il-Għajn u minn parti f’Bormla, li kienet se tinbena. Fuq l-art fi SmartCity se jinbena wkoll il-kampus ilġdid tal-ITS filwaqt li l-ispazji miftuħa hawnhekk se jiżdiedu bi 12,000m2 biex se jlaħħqu għal 130,000m2. L-art taż-Żonqor, li issa bil-ftehim tal-Gvern żgur se tibqa’ ODZ, se tkun parti millPark Nazzjonali tal-Inwadar. Dan apparti li l-art rinunzjata mill-AUM bejn Bormla u l-Isla se tgawdi minn proġett ta’ tisbiħ.


07

03.07.2022

APPROVATI L-PERMESSI GĦAT-TKABBIR U L-IMMODERNIZZAR TAL-ISKOLA TAL-MELLIEĦA L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-proġett tat-tkabbir u l-immodernizzar tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa, parti millKulleġġ Maria Reġina, li se jsir b’investiment ta’ €17.7 miljun. Dan huwa investiment ieħor fl-infrastruttura edukattiva li minnu se jibbenefikaw dirett l-istudenti tal-lokal u l-edukaturi tagħhom. Il-proġett huwa intenzjonat kemm biex titkabbar l-iskola f’din il-lokalità, li kulma jmur dejjem qed tikber, kif ukoll biex l-iskola tiġi modernizzata bi spazji edukattivi moderni, aċċessibbli u komdi għall-istudenti u l-edukaturi. Fil-fatt, dan l-iżvilupp se jakkomoda numru akbar ta’ studenti mill-iskola eżistenti u jara wkoll li l-binja tissodisfa r-rekwiżiti għall-iskejjel f’dawk li huma sigurtà u spazji miftuħa fost oħrajn. B’dan l-iżvilupp l-iskola se tkun tista’ takkomoda madwar 700 tifel u tifla. Ta’ min isemmi li l-binja eżistenti tmur lura 74 sena, u kienet inbniet mill-Gvern fl-1948. Il-proġett huwa wieħed minn numru ta’ proġetti infrastrutturali li huma mxerrda madwar il-pajjiż, għaliex hija waħda mill-prijoritajiet tal-Gvern li l-edukazzjoni titjieb, mhux biss f’dak li huwa tagħlim fil-klassi, imma wkoll fl-ambjent li jingħata dan it-tagħlim. L-iskejjel huma t-tieni dar tat-tfal u l-edukaturi u għalhekk il-Gvern qed ikompli għaddej bi programm ta’ bini ta’ skejjel fejn meħtieġ biex

isaħħaħ u jtejjeb l-ambjent edukattiv f’aktar lokalitajiet. Dan il-proġett tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa jissemma wkoll fil-Manifest Elettorali li għadda. L-applikazzjoni approvata tipproponi tibdil fit-tqassim u/ jew l-użu tal-kmamar eżistenti u tipproponi estensjoni ġdida fin-Nofsinhar tal-kumpless. Din l-estensjoni se tinkludi żewġ livelli taħt l-art għall-parkeġġ tal-karozzi u estensjoni ta’ tliet sulari fuq l-art li tinkludi binja rtirata. Il-livell tal-ewwel sular se jkollu estensjoni akbar peress li se jiġi żviluppat ukoll lejn il-Lbiċ tas-sit eżistenti. Fil-binja l-ġdida se jinbnew tmien klassijiet ġodda tal-kindergarten u 26 klassi ġdida għal-livell primarju. Din il-binja se jkollha wkoll faċilitajiet għall-edukaturi u għall-ħaddiema li jagħtu servizzi anċillari, kamra għall-Ewwel Għajnuna, guidance room, librerija, gym, u sala. Il-gym u s-sala se jkunu jistgħu jintużaw mill-komunità lokali wara l-ħinijiet tal-iskola u għalhekk se jkollhom entraturi separati. Dan huwa fil-linja tal-Ministeru għall-Edukazzjoni li permezz tal-proġetti li għaddejjin titqarreb l-edukazzjoni mal-komunità, imma wkoll li fil-ħin li ma jkunux qed jintużaw waqt it-tagħlim l-ispazji jkunu offruti lill-komunità. Il-proġett jirrifletti wkoll il-politika tal-Gvern li tmexxi ’l quddiem id-diversità, l-inklużjoni u l-opportunitajiet indaqs

permezz tal-istrateġija edukattiva li biha l-awtoritajiet edukattivi qegħdin jieħdu inizjattivi biex jindirizzaw il-ħtiġijiet, l-interessi u l-abbiltajiet differenti tat-tfal. Dawn l-inizjattivi huma riflessi f’dan il-proġett bil-ħolqien ta’ klassijiet addizzjonali għattagħlim ta’ suġġetti vokazzjonali, ix-xjenza, l-arti u l-mużika, kif ukoll l-iżvilupp personali u soċjali. F’din l-iskola se tinfetaħ ukoll klassi multisensory għat-terapija tat-tfal li jkunu jeħtiġuha. L-Iskola Primarja tal-Mellieħa se tkun imfassla mill-ġdid bil-għan li l-edukaturi jkunu jistgħu jipprovdu spazji għat-tagħlim addattat għas-suġġetti msemmija. Fil-binja l-ġdida se jinħoloq ukoll spazju għal ċentru għall-ħarsien tat-tfal li se jkun jista’ jieħu madwar 40 tifel u tifla. Kif isir fi proġetti bħal dawn, saru konsultazzjonijiet tul il-proċess tal-applikazzjoni mal-konsulenti esterni statutorji, l-aktar mal-Planning Control Unit, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, id-Direttorat għall-Kwalità u l-Istandards fl-Edukazzjoni, is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, il-Kumitat Konsultattiv tad-Disinn, il-Konsulent tal-Ippjanar tat-Trasport, Transport Malta, l-Uffiċċju tal-Inġinerija Sanitarja, u l-Enemalta. Hemm ukoll komunikazzjoni mal-Kummissjoni

għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità biex ikun żgurat li l-proġett jilħaq l-istandards nazzjonali. Kien importanti ferm is-sehem tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali, għaliex minbarra l-konsultazzjonijiet matul il-proċess ta’ applikazzjoni, tnaddfu żoni speċifiċi tas-sit mill-ħamrija eżistenti, fil-preżenza ta’ arkeologu maħtur mis-Sovrintendenza. Dan sar biex isir studju arkeoloġiku minħabba li s-sit fih xelters taħt l-art u karatteristiċi marbuta ma’ attivitajiet militari li ġew rintraċċati filqtugħ tal-blat. Il-perit li huwa nkarigat mill-proġett żgura li x-xogħlijiet proposti ma jkollhomx impatt dirett fuq il-karatteristiċi eżistenti u li jkun żgurat li dawn jinżammu kollha. Is-Sovrintendenza talWirt Kulturali studjat u ħadet nota ta’ dawn il-karatteristiċi maqtugħa fil-blat u aċċettat il-proposta tal-iżvilupp li se jkollha monitoring minħabba l-protezzjoni ta’ dawn is-sejbiet. Din l-iskola se tgawdi wkoll minn ftehim li kienu ffirmati s-sena li għaddiet bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Majjistral Local Action Group Foundation għal disa’ proġetti li se jsiru f’diversi kulleġġi fil-Majjistral ta’ Malta biex imexxu l-aġenda l-ħadra fl-iskejjel. Il-proġetti jvarjaw minn żoni rikreattivi ħodor u tħaddir tal-ambjent fl-iskejjel għal

tisħiħ fl-edukazzjoni agrarja sostenibbli u ġonna vertikali. Minn dawn il-ftehim se tibbenefika l-Iskola Primarja tal-Mellieħa flimkien mal-Iskola Primarja tal-Baħrija, in-Naxxar Induction Hub, iż-żewġ Skejjel Sekondarji tal-Mosta, l-Iskola Medja tan-Naxxar, l-Iskola Primarja tal-Imġarr, l-Iskola Primarja tas-Siġġiewi u l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar. Dawn il-proġetti kienu tressqu ’l quddiem mit-tmexxija tal-kulleġġi biex ikompli jiġi mressaq ’il quddiem l-iżvilupp sostenibbli, imma huma wkoll proġetti ambjentalment importanti għall-iskejjel. Dan l-investiment huwa wieħed b’impatt pożittiv mhux biss fuq l-iżvilupp tat-tfal iżda wkoll fuq l-ambjent ta’ dawn l-iskejjel. Dan għaliex permezz tal-proġetti li għandhom x’jaqsmu ma’ infrastruttura ħadra l-istudenti jkollhom l-opportunità li jitgħallmu, jaħdmu u jilagħbu f’ambjent fejn ikun hemm in-natura magħhom, b’diversi inizjattivi li għandhom bżonn l-iskejjel li se jibbenefikaw. Kull skola applikat għall-proġett li għandha bżonn hi. Meta jitlesta dan l-iżvilupp, l-Iskola Primarja tal-Mellieħa se tkun waħda li jkollha ambjent modern u xieraq għall-edukazzjoni ta’ wliedna u wkoll għall-edukaturi, l-amministrazzjoni u l-ħaddiema kollha li jagħtu s-servizz tagħhom fiha.


08

03.07.2022

L-AWTORITAJIET JIBQGĦU JIMPLIMENTAW Rapport ieħor juri awtoritajiet kontabbli u li jaġixxu fuq ir-rapporti tal-Awditur Ġenerali Rapport ieħor tal-Awditur Ġenerali kkonferma kif ir-rapporti kontinwi tal-istess uffiċċju qed iservu biex l-awtoritajiet ikomplu jtejbu l-operat tagħhom, fuq quddiem nett għaliex dawn ir-rapporti janalizzawhom u jimplimentawhom. Ta’ kull sena, l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni joħroġ ir-rapport tiegħu dwar xi jkun irrakkomanda, iżda anke l-Awditur, minn żmien għal żmien, jaqbad numru ta’

entitajiet u janalizza x’wettqu. F’rapport din il-ġimgħa, li mess ma’ entitajiet minn sitt ministeri rriżulta li dawn l-entitajiet wettqu jew bdew jimplimentaw sebgħa minn kull għaxar rakkomandazzjonijiet li saru. Oħrajn ma baqgħux applikabbli, filwaqt li f’madwar tnejn minn kull għaxar rakkomandazzjonijiet, l-Awditur Ġenerali qal li jrid isir iktar progress. L-entitajiet mistħarrġa

kienu l-Isptar Mater Dei (Dħul minn Pazjenti Barranin), l-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, il-Kunsill Malti għall-Arti, Libreriji Maltin, il-Fondazzjoni għasServizzi tal-Ħarsien Soċjali – Aġenzija għas-Servizzi Komunitarji u Terapewtiċi, Pensjonijiet tal-Irtirar, l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, Spiża fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, Kontribuzzjoni Ambjentali u

Ħlasijiet ta’ Kumpens. Huwa normali li s-Servizz Pubbliku jkompli jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet. Filfatt, b’mod ġenerali, ikunu iktar minn 90% tar-rakkomandazzjonijiet kollha li għamel l-Awditur Ġenerali li jiġu implimentati. Dan jirriżulta mill-aħħar pubblikazzjoni ‘Governance Action’ b’reazzjoni għar-Rapport Annwali dwar il-Kontijiet Pubbliċi 2019 u ta’ 11-il rapport ieħor li l-NAO

ħareġ fl-2020. Dan jimmarka titjib fuq ir-rati ta’ implimentazzjoni fuq is-snin ta’ qabel, 81% fuq is-sena ta’ qabel u dik ta’ qabilha, 78%. Kien Gvern Laburista li beda jdaħħal dawn ir-rapporti ta’ kontabbiltà u sa issa kien hemm sitt edizzjonijiet. Fihom jingħata wkoll rendikont tal-istadju tal-azzjonijiet li kienu rrapportati bħala pendenti fil-pubblikazzjoni preċedenti.

IX-XOGĦOL L-IKBAR SOLUZZJONI Filwaqt li naqset id-dipendenza, l-investiment fil-benefiċċji soċjali baqa’ jiżdied b’titjib b’saħħtu fil-benefiċċji bħal pensjonijiet u allowances tad-diżabilità fost oħrajn Tkompli minn paġna 1 Dan huwa kważi 47% inqas minn dak li kien hawn fl-2013 meta n-numru kien ilaħħaq l-10,784. Meta niġu għall-benefiċċju tal-qgħad, it-tnaqqis huwa wieħed qawwi ħafna hekk kif filwaqt li disa’ snin ilu kien hawn 4,330 jieħdu l-benefiċċju tal-qgħad, dan in-numru llum niżel għal 247 persuna. Dan ifisser tnaqqis ta’ aktar minn 94%. Dawn iċ-ċifri tal-benefiċċju tal-qgħad jeskludu l-ftit inqas minn 1,000 persuna li qegħdin jaħdmu iżda qed jinqatgħalhom il-benefiċċju tal-qgħad gradwalment u mhux f’daqqa. Dan il-benefiċċju kien daħħlu Gvern Laburista bil-għan li jinċentiva l-bżulija u li aktar nies jaħdmu. Fil-fatt, wara li l-pandemija ħalliet l-effetti tagħha, Malta baqgħet tesperjenza tnaqqis konsistenti fil-qgħad u llum in-numru ta’ persuni ji-

rreġistraw għax-xogħol huwa taħt l-1,000 persuna u n-nofs tal-medja Ewropea. It-tnaqqis fin-numru ta’ nies dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali ġie anki jekk il-Gvern żied in-nefqa. In-nefqa soċjali jew aħjar l-investiment fin-nies wasal ukoll bl-aħħar Baġit li ppreżenta l-Gvern tal-Prim Ministru Robert Abela u li qed jiġi attwat din is-sena. Minn din is-sena għola l-limitu għall-benefiċċju tal-In-Work Benefit, il-benefiċċju li jingħata meta wieħed ikun qed jaħdem u għandu t-tfal jgħixu miegħu li għandhom sa 23 sena. Din is-sena fil-fatt twessgħu t-thresholds hekk kif; • Il-limitu biex ġenituri li għandhom tfal taħt it-23 sena u li jaħdmu t-tnejn igawdu mill-In-Work Benefit tela’ minn €35,000 għal €50,000 • Il-limitu għal koppja li jaħdem ġenitur wieħed minnhom żdied minn €26,000 għal €35,000

Numru ta’ Benefiċjarji

• Il-limitu għall-ġenituri li Żied jgħid li fl-aħħar disa’ jrabbu waħedhom tela’ minn snin, in-numru ta’ dawn il-per€22,000 għal €35,000. suni naqas b’aktar minn nofs. Dan apparti li bil-Baġit li Il-Ministru Michael Falzon għandna fis-seħħ din is-sena, sostna li qed iħares ’il quddiem l-allowance għal tfal b’diżabilità reġgħet żdiedet b’€5 fil-ġimgħa. Minn din il-miżura qed igawdu 1,700 familja. Din is-sena wkoll rat żieda fl-għotja għal carer jew ġenituri ta’ persuni b’diżabilità severa. Din żdiedet bi €300 oħra u ntlaqtu b’mod tajjeb mal-450 ġenitur. Intant quddiem dan it-tnaqqis ta’ dipendenza fuq l-għajnuna soċjali, f’kummenti ma’ din il-gazzetta, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon saħaq li hu jemmen illi dawn ir-riżultati huma inkoraġġanti u juru li l-ħidma li qed issir qed tħalli l-frott. “Dawn iċ-ċifri juru li dan huwa l-anqas numru li qatt kellna ta’ persuni jiddependu fuq il-benefiċċji soċjali,” innota Dr Falzon.

Numru ta’ Benefiċjarji

Differenza Benefiċjarji

Differenza %

Diċembru 2013

Diċembru 2016

Ġunju 2022

Diċembru 2013 - Ġunju 2022

Diċembru 2013 - Ġunju 2022

Assistenzi Soċjali

10,784

8,110

5,729

5,055

-46.9%

Għajnuna Soċjali għall-Qgħad

4,330

1,391

247

4,083

-94.3%

13,949

9,501

5,976

7,973

-57.2%

Benefiċċju

Total

sabiex permezz t’aktar ħidma, ikompli jara riżultati bħal dawn illi juru li l-politika ta’ Gvern Laburista qed tbiddel il-ħajja tannies għall-aħjar.


09

03.07.2022

IL-PJAN ‘AĦDAR’ TAL-FIT FOR 55 Il-Fit for 55, it-tibdil fil-klima, l-użu esklussiv ta’ karozzi elettriċi u ħafna iktar kienu fost it-temi li ħadu t-titli tal-aħbarijiet din il-ġimgħa. Il-gazzetta KullĦadd tkellmet mal-Ministru Miriam Dalli dwar dan kollu u l-pożizzjoni ta’ Malta.

dini jixirqilhom jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar, li tiġi wkoll minn kwalità ta’ arja aħjar u elementi li huma aktar effiċjenti.

Il-Kunsill tal-Ministru li ltaqa’ fil-bidu ta’ din il-ġimgħa fil-Lussemburgu, ingħata prominenza minħabba d-deċiżjonijiet li ttieħdu. Fi ftit kliem x’kienet l-importanza ta’ dan il-Kunsill, li forsi għamel ħoss iktar minn laqgħat oħra simili riċentement?

In-negozjati li ffaċċjaw il-Presidenza Franċiża u l-Kummissjoni Ewropea kienu ibsin, speċjalment biex jilħqu l-bilanċ it-tajjeb bejn il-pajjiżi. Qed ngħixu fi żminijiet ta’ sfida, imma ma nistgħux naqtgħu qalbna milli nkunu ambizzjużi. Huma fuq kollox bżonjużi jekk irridu li fuq livell ta’ Unjoni Ewropea, l-Istati Membri jnaqqsu d-dipendenza minn pajjiżi terzi. Għal pajjiż bħal Malta, l-isfida biex inżidu l-għażliet rinnovabbli u nnaqqsu l-emissjonijiet hija doppja. Il-fattur tal-insularità jillimita l-għażliet possibbli meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra. Barra minn hekk, pajjiżna diġà għandu fost l-aktar konsum baxx fil-konsum tal-enerġija per capita fl-Unjoni Ewropea.

It-Tnejn u t-Tlieta kienu jumejn impenjattivi għat-temi tal-enerġija u l-ambjent. L-għan ta’ dawn il-laqgħat kien biex il-Ministri Eworpej tal-Enerġija, u tal-Ambjent, jilħqu ftehim ġenerali fuq liġijiet differenti li għandhom primarjament x’jaqsmu mal-kwalità ta’ arja aħjar. Imma mhux biss, għax jimpattaw ukoll setturi ekonomiċi bħalma huma l-marittima, l-avjazzjoni u t-trasport tat-triq. Matul il-jum tat-Tnejn, id-diskussjoni ffukat il-proposti għar-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli u r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija. Barra minn hekk ġiet diskussa wkoll is-sitwazzjoni tal-Ukrajna u l-impattt tal-gwerra fuq il-provvista u l-prezz tal-gass naturali. Matul il-jum tat-Tlieta, tlaqqa’ l-Kunsill tal-Ministri Ewropej għall-Ambjent, b’diskussjoni għal qbil ġenerali fuq numru ta’ proposti leġiżlattivi, inkluż relatati mat-tnaqqis tal-emissjonijiet mis-setturi tal-marittima, tal-avjazzjoni, tat-trasport, infrastruttura, carbon sinks, kondiviżjoni tal-isforzi bejn l-Istati Membri, l-istandards tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-karozzi u l-vannijiet u l-Fond għall-Klima Soċjali. Fi ftit kliem x’kienet il-konklużjoni ewlenija tal-Kunsill tal-Enerġija? Bil-qbil tal-Ministri, tajna l-appoġġ sħiħ għall-ambizzjoni tal-Unjoni Ewropea biex innaqqsu d-dipendenza tal-pajjiżi fuq il-fossil fuels, innaqqsu d-dipendenza tal-pajjiżi fuq sorsi ta’ enerġija li huma importati, u nnaqqsu d-dipendenza fuq sorsi li jniġġsu ħafna. Li ninvestu fl-enerġija rinnovabbli mhux biss isaħħaħ l-indipendenza tal-pajjiż imma nkunu qed nimxu aktar eqreb lejn ekonomija li ma tniġġisx. Dan huwa importanti għal raġunijiet differenti, ewlenija li ċ-ċitta-

Ikun hemm anke min jgħidlek, pajjiż żgħir bħal tagħna kemm jista’ jbiddel l-affarijiet, allura x’kienet il-pożizzjoni ta’ Malta?

Tajjeb li wieħed jagħmel il-miri. Iżda biex minn fuq il-karta jiġu realtà hemm iċ-ċittadini li jridu jagħtu sehemhom. Kif jintlaħaq dan il-għan? Nifhmu li hemm miri x’nilħqu imma mhux biss. Irridu li Malta toffri l-aqwa u l-aħjar liċ-ċittadini tagħha u dan konvinti minnu. M’aħniex se nnaqqsu l-ambizzjoni tagħna u nemmen li rridu nkomplu nimbuttaw għal soluzzjonijiet li verament jgħinu u jġibu fuq quddiem l-effiċjenza u jnaqqsu l-emissjonijiet. Din l-ambizzjoni ma tfissirx li għandha timmina l-kompetittività ta’ ċerti setturi sensittivi għall-ekonomija ta’ pajjiżna – bħall-marittima jew l-avjazzjoni. Kif għidna, ċerta teknoloġija għalissa hija għolja ħafna. Din iżda tiftaħ opportunità biex Malta, pereżempju, sservi bħala testbed għal investimenti f’enerġija rinnovabbli offshore fuq skala kbira. Il-Kummissjoni Ewropea tħaddem l-Innovation Fund, għodda li għandha tintuża biex tiffoka aktar fuq l-iffinanzjar ta’ teknoloġija rinnovabbli innovattiva. Fl-aħħar mill-aħħar tista’ tgħin id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-enerġija tagħna billi tappoġġja wkoll proġetti li huma offshore.

l-Unjoni Ewropea taspira li tilħaq it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-greenhouse gas b’55% sal-2030. Il-pakkett propost – in-numru ta’ leġiżlazzjonijiet – iħares lejn il-leġiżlazzjonijiet relatati mal-klima, l-enerġija u t-trasport. Il-mira aħħarija hija s-sena 2050. Id-diskussjonijiet li għaddejjin, il-laqgħat tal-Kunsilli differenti u l-implimentazzjoni tal-liġijiet imexxu lill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea biex ikunu ambizzjużi fil-mod kif nindirizzaw it-tibdil fil-klima. Biex dan isir, jeħtieġ tranżizzjoni li hija ġusta u soċjali. Malta tisħaq ħafna fuq dan. Ir-realtà ta’ pajjiżna mhix ir-realtà tal-Ġermanja; ir-realtà ta’ Spanja mhix ir-realta tad-Danimarka. Għalhekk huwa importanti li jintlaħaq bilanċ – il-bilanċ ma jfissirx li pajjiż partikolari ma jagħmel xejn iżda li t-tranżizzjoni tiegħu trid tilqa’ għall-pressjonjiet u l-isfidi tiegħu. Il-Kummissjoni Ewropea titkellem ħafna fuq “leaving no one behind”. Biex verament inwettqu din il-frażi fil-prattika, il-ħaddiema ta’ setturi partikolari ma jistgħux jintesew. Jekk, pereżempju, fis-settur tal-manifattura qed naraw użu ta’ apparat aktar modern u sofistikat, it-taħriġ tal-ħaddiema jrid ikun aġġornat. Jekk pajjiż jiddependi mitturiżmu, l-impatt tal-avjazzjoni ma jistax ikun wieħed li jimmina l-iżvilupp. Il-Kunsill tal-Ambjent dam għaddej 17-il siegħa. Għalfejn ħa daqshekk fit-tul?

Filwaqt li matul il-laqgħa tal-Kunsill tal-Enerġija, il-qbil intlaħaq aktar kmieni, anke minħabba l-fatt li d-direttivi diskussi diġà huma fis-seħħ u kienet kwistjoni ta’ reviżjoni, il-files li ttellgħu quddiem il-Kunsill tal-Ambjent kienu aktar sensittivi. Bħala Malta, pereżempju, ħdimna biex nissalvagwardjaw l-interessi ta’ setturi sensittivi għall-ekonomija bħalma huma l-marittima u l-avjazzjoni, għax irridu nżommu l-kompetittività u ma rridux ngħabbu b’piżijiet mhux xierqa lill-konsumatur Malti. Għamilna l-argument, ippreżentajna l-każ, ipproponejna alternattivi sakemm flaħħar instabet soluzzjoni pożittiva. Pajjiżi oħra wkoll kellhom ir-red lines tagħhom. Rajna li Malta tieħu dak li ħaqqha u jkun hemm l-appoġġ biex nimpliIl-pajjiżi Ewropej lesti mentaw il-miżuri u l-inċentivi għall-famuż Fit for 55 li tant biex inkunu nistgħu ninvestu qed jissemma? fis-soluzzjonijiet. Irnexxielna ninnegozjaw pakkett finanzjarIl-pakkett Fit for 55 huwa ju b’saħħtu li se jgħin lil pajjiżna l-għodda leġiżlattiva li bih jimxi aktar lejn ekonomija li ma

tħammiġx. Irridu nilħqu l-miri ambizzjużi tagħna. Fl-istess ħin irnexxielna nassiguraw li nissalvagwardjaw setturi importanti għall-ekonomija ta’ pajjizna bħas-settur marittimu, tal-avjazzjoni u tat-trasport.

ġodda ICE fl-2035?

Nemmen li kieku kien hemm qbil għal data aktar bikrija, kien jintbagħat messaġġ aktar b’saħħtu lil min jimmanifattura l-karozzi biex jinvesti aktar, jipproduċi iktar, u jtejjeb it-teNisimgħu ħafna dwar knoloġija aktar. Dan kien ifisser inċentivi, baġits u skemi. Iżda li tingħata imbuttatura akbar huma l-flus is-soluzzjoni biex fis-suq jidħlu aktar vettugħall-isfidi li għandhom Malta ri li ma jħammġux. Dan kien u Għawdex f’dan il-qasam? jiżgura l-provvista u l-affordabbiltà biex ngħinu liċ-ċittadiIl-flus mhumiex is-soluzzjoni ni jaqilbu għall-vetturi elettriċi imma huma l-vettura li jistgħu orħos aktar kmieni. jgħinu pajjiż bħal tagħna jimplimenta l-bidla. Pereżempju, Mal- Issib min jgħid li Malta trid ta ġabet aktar fondi minn żieda tkun iktar ambizzjuża iktar, fl-allokazzjoni taħt il-leġiżlazz- speċjalment meta intom bħala joni marittima. Però, fuq l-in- Ministri tinnegozjaw biex kif sistenza ta’ Malta, dawn il-fondi ngħidu tiġbdu lejn pajjiżna. mhux biss se jgħinu d-dekar- X’tikkummenta? bonizzazzjoni tas-settur marittimu iżda jistgħu jintużaw Malta iva hija ambizzjuża. Li għat-trasport fuq l-art, inkluż bħala pajjiż ninnegozjaw u nfitit-trasport pubbliku. Eżemp- txu kompromess ma jfissirx ju ieħor huwa s-settur tal-av- li rridu nagħmlu anqas minn jazzjoni. Kif għedna, Malta hija ħaddieħor. Ifisser li bħala pajjiż gżira, fil-periferija tal-Unjoni infittxu soluzzjonijiet realisEwropea u allura l-avjazzjoni tiċi li jgħinuna nwettqu l-bidla. hija rabta b’saħħitha u neċes- Kburija li ma xekkilna l-ebda sarja għalina. Għalhekk inne- ambizzjoni u li Malta rnexxilgozjajna b’suċċess biex is-set- ha tikseb riżultati aħjar minn tur tal-avjazzjoni jkun protett dak li kien qed jiġi propost fejn minn xokkijiet eventwali. Għal- l-allokazzjoni kienet minima. hekk ġew inklużi proviżjonijiet Se nkomplu naħdmu ħafna legali bil-għan li jtaffu l-impatt biex nassiguraw li r-realtajital-ispejjeż ta’ tali titjiriet. Dan et tal-Istati Membri differenti ifisser li Malta assigurat li d-dif- kollha jiġu kkunsidrati, partiferenza fil-prezz bejn il-pitrol- kolarment fejn jidħol is-settur ju u fuel sostenibbli għal-linji tat-trasport fuq l-art, fejn bħatal-ajru tkun koperta. lissa Malta għandha alternattivi limitati ħafna. Se nkomplu X’taħseb dwar id-deċiżjoni naħdmu wkoll biex jiżdied l-użu li l-UE tipprojbixxi l-karozzi tal-vetturi li ma jniġġsux.


10

03.07.2022

IS-SIGARETTI ELETTRONĊI: MODA, KONVENJENZA U ŻIEDA FIT-TIPJIP Kitba ta’ LEANNE ABELA GRECH

Fl-aħħar ftit snin il-bejgħ ta’ sigaretti elettroniċi ra żieda qawwija, mhux biss fis-suq lokali, imma wkoll fis-swieq internazzjonali. Dan il-fatt jista’ jkun illi bosta kumpaniji qed jirreklamaw dawn il-prodotti bħala alternattiva ‘aħjar’ għas-sigaretti tradizzjonali. Sigarett elettroniku huwa apparat li jaħdem b’batteriji li jsaħħnu likwidu u b’hekk jipproduċi fwar li jinġibed bl-istess mod bħal sigarett tradizzjonali. Il-likwidi li jintużaw f’dawn it-tip ta’ sigaretti fihom firxa wiesgħa ta’ kimiċi fosthom sustanzi u taħlit ta’ togħmiet differenti li ġieli jinkludu fihom in-nikotina. Fil-fatt, nhar l-Erbgħa li għadda, il-Kummissjoni Ewropea qalet li trid tipprojbixxi l-bejgħ tal-prodotti kollha tat-tabakk, li huma b’tabakk imsaħħan u bit-togħma bħalma jintuża wkoll fis-sigaretti elettroniċi. Dan se jsir bħala parti mill-mira tal-Unjoni Ewropea sabiex tnaqqas l-użu tat-tabakk għal 5% tal-popolazzjoni tal-pajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea sas-sena 2040. Fil-fatt, rapport maħruġ mill-Kummissjoni juri żieda qawwija ta’ 2,000 fil-konsum ta’ dawn il-prodotti fil-perjodu bejn l-2018 u l-2020. Iż-żieda fil-konsum fl-aħħar snin wassal biex il-bejgħ ta’ sigaretti elettroniċi issa qabeż it-2.5% tal-bejgħ totali tal-prodotti tat-tabakk, għalhekk, l-Unjoni Ewropea tista’ taġġixxi fuq dan il-fenomenu li qed jiġi nnotat madwar id-dinja kollha. Dwar l-użu tas-sigaretti elettroniċi, il-gazzetta KullĦadd tkellmet mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, fejn spjegat dwar l-użu ta’ dawn il-prodotti kif ukoll l-effetti tagħhom. “Il-likwidi li jintużaw f’dawn it-tip ta’ sigaretti fihom firxa wiesgħa ta’ kimiċi fosthom sustanzi u taħlit ta’ togħmiet differenti li ġieli jinkludu fihom in-nikotina. Is-sigaretti elettroniċi fihom fatturi fiżiċi li jistgħu jinfluwenzaw il-mod li bih jiġi magħmul il-fwar (vapour), il-konsum tan-nikotina u l-użu tal-prodott. Dawn il-fatturi jistgħu jinfluwenzaw

ukoll il-preferenzi tal-konsumatur u l-mod kif jiġi kkonsmat.” Il-Professur Gauci esprimiet it-tħassib li jġibu magħhom is-sigaretti elettroniċi. “Ħsara fuq is-saħħa li tirriżulta mill-ġbid tan-nikotina bin-nifs, il-partiċelli, sustanzi u kimiċi li jitħalltu fil-likwidu biex jagħtu togħma differenti, b’mod speċjali, jekk dan jiġi kkonsmat għal tul ta’ żmien. Fil-fatt, l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa, esprimiet it-tħassib tagħha dwar dan u ddikjarat li l-emissjonijiet tas-sigaretti elettroniċi tipikament ikun fihom in-nikotina u sustanzi tossiċi oħra, li għalhekk, bħal sigarett tradizzjonali, ukoll jagħmlu ħsara kemm għal min ipejjep is-sigaretti elettroniċi kif ukoll għal dawk li jkunu madwar persuni li jkunu qed ipejpu l-istess sigaretti, jiġifieri second-hand smoking.” Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika tkellmet ukoll dwar iż-żieda fil-konsum ta’ dawn il-prodotti. “Tħassib ieħor huwa dwar

il-fatt li l-użu ta’ dawn is-sigaretti elettroniċi żdied b’mod qawwi madwar id-dinja. Filfatt, ġiet innotata wkoll żieda qawwija f’dak l-imsejjaħ vaping fost żgħażagħ u minorenni. Dan x’aktarx hu riżultat ta’ kummerċjalizzazzjoni qawwija u d-disponibbiltà ta’ dawn il-prodotti; iżda wkoll, minħabba l-fatt li qed jingħad li s-sigaretti elettroniċi jgħinu biex jitwaqqaf it-tipjip ta’ sigaretti tradizzjonali fost oħrajn. Madanakollu, dawn il-prodotti jistgħu jnaqqsu t-tipjip u mhux iwaqqfuh kompletament; tant li f’każijiet, il-persuni jerġgħu lura għat-tipjip tradizzjonali.” Il-Professur Gauci nnotat li l-konsum tas-sigaretti elettroniċi jista’ jwassal lil persuni li qatt ma pejpju sigaretti tradizzjonali, imma jagħmlu użu minn dawn il-prodotti, għal dipendenza fuq in-nikotina. “Iżda, l-akbar tħassib huwa, u fil-fatt, anke studju juri dan, li dawn il-prodotti qed iwasslu biex adolexxenti u persuni oħra li qatt ma pejpu jispiċċaw dipendenti fuq in-nikotina. Tant, li numru ta’ studji, qed juru li jirdoppja ċ-ċans ta’ dawn in-nies biex jaqbdu

l-vizzju tat-tipjip.” Għall-kuntrarju tas-sigaretti tradizzjonali, li bosta, b’mod speċjali dawk li ma jpejpux ixommuhom jintnu, il-kumpaniji li jimanifatturaw is-sigaretti elettroniċi jagħmlu t-tabakk (f’forma ta’ likwidu) b’togħmiet ifuħu; fost oħrajn hemm togħmiet ta’ ħelu u ġelat. Dawn, għalhekk, jistgħu jwasslu biex jattiraw konsumaturi iżgħar fl-età, jew saħansitra, persuni li qatt ma missew sigarett ma’ ħalqhom. Apparti li dawk li jpejpu s-sigaretti elettroniċi, ma jkollhomx għalfejn jiċċaqilqu minn fejn ikunu sabiex ‘jieħdu nifs’, allura huwa ferm aktar konvenjenti mit-tipjip ta’ sigaretti tradizzjonali. Finalment, il-Professur Gauci qalet li l-kummerċ ta’ dawn il-prodotti jista’ jimmina l-ħidma sabiex jonqos l-użu tat-tabakk, filwaqt li għad m’hawnx studju xjentifiku dwar jekk is-sigaretti elettroniċi jnaqqsux mit-tipjip tradizzjonali. “S’issa għad m’hemm l-ebda evidenza xjentifika li turi li l-konsum tas-sigaretti elettroniċi jista’ jwaqqaf persuna milli tieqaf tpejjep, u għadu mhux ċar li dawn

il-prodotti jistgħu jintużaw bħala mezz kif wieħed jieqaf milli jpejjep is-sigaretti tradizzjonali.” Dwar dawn il-prodotti, il-Kummissarju Ewropew dwar is-Saħħa, Stella Kyriakides, qalet li disgħa minn kull 10 kanċers tal-pulmun huma kkawżati mit-tabakk, u għalhekk, bħala Kummissjoni Ewropea, trid li tipproteġi s-saħħa taċ-ċittadini Ewropej billi t-tipjip ma jibqax ‘moda’. Kyriakides saħqet dwar azzjonijiet aktar b’saħħithom sabiex jitnaqqas il-konsum tat-tabakk, billi jsir infurzar aktar strett filwaqt li jiġu indirizzati żviluppi ġodda biex jindirizzaw influss ta’ prodotti tat-tabakk li jidħlu fis-suq minn żmien għal ieħor. Dan isir biex b’mod partikolari jiġu protetti ż-żgħażagħ. Il-Kunsill u l-Parlament Ewropej mistennija li jiddibattu dwar il-proposti tal-Kummissjoni fuq prodotti tat-tabakk, filwaqt li l-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea jkollhom perjodu ta’ madwar sena sabiex japplikkaw direttivi dwar il-konsum ta’ prodotti tat-tabakk.


11

03.07.2022

IL-BANDIERA TA’ MALTA TIRĊIEVI GRAD GĦOLI FIL-PORTIJIET TAL-ISTATI UNITI Għall-ewwel darba fl-istorja tar-Reġistru tal-Bastimenti ta’ Malta, Malta ġiet rikonoxxuta mill-Gwardja tal-Kosta tal-Istati Uniti (USCG) taħt l-inizjattiva QUALSHIP21. Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia, li spjega li din l-aħbar tajba ħafna għall-bandiera Maltija tkompli tikkonferma l-pożizzjoni ta’ Malta bħala stat tal-bandiera tal-ogħla prestazzjoni. L-inizjattiva USCG QUALSHIP21 – Tbaħħir ta’ Kwalità għas-Seklu 21 hija inizjattiva mill-USCG biex tirrikonoxxi u tippremja bastimenti ta’ kwalità għolja għas-sikurezza u l-kwalità tagħhom, wara li nstabu bi ftit jew xejn nuqqasijiet u li qed jitħaddmu b’mod responsabbli. “Dan huwa r-riżultat ta’ investiment kontinwu fin-nies, it-teknoloġija tad-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili f’Malta li biha jivverifika u jissorvelja l-vapuri, u komunikazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-Kontroll tal-Istat tal-Port (PSC) madwar id-dinja. Dan grazzi wkoll għall-appoġġ kontinwu u l-koperazzjoni li teżisti bejn ir-regolatur u l-industrija,” qal il-Ministru Farrugia. Il-Ministru stqarr ukoll li l-istrateġija tal-Gvern ta’ tkabbir permezz tal-kwalità qed tħalli l-frott. “Dawn ir-riżultati pożittivi ġew irreġistrati fi żmien meta l-Malta Ship Registry kompla jirreġistra tkabbir f’termini ta’ tunnellaġġ. Il-kisba taċ-ċertifikat QUALSHIP 21 għall-ewwel darba f’dawn

iż-żminijiet ta’ sfida tagħtina aktar kuraġġ biex ninvestu aktar fl-industrija marittima biex niksbu valur miżjud fl-ekonomija tagħna. Dan huwa wkoll messaġġ ċar ieħor lill-imsieħba tagħna li aħna impenjati li komplu ntejbu l-kwalità u napprezzaw il-fiduċja tagħhom fil-bandiera ta’ Malta,” kompla jgħid il-Ministru. “Din il-klassifika tikkonferma l-istatus tagħna bħala l-bandiera ta’ kwalità, reputa-

zzjoni u kunfidenza għas-sidien tal-bastimenti tal-aqwa kwalità li l-kiri u l-investituri tagħhom jistennew li l-bastimenti tagħhom ikunu konformi bissħiħ u mhux miżmuma jew immirati għal spezzjoni bla bżonn,” qal ir-Reġistratur Ġenerali tat-Tħabbir fi ħdan Transport Malta, Ivan Sammut, u żied li l-awtorità tamministra l-akbar reġistru fl-Ewropa u s-sitt fid-dinja permezz tad-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili.


12

03.07.2022

GĦALIEX ANZJANITÀ ATTIVA?

JO ETIENNE ABELA Ministru

Qatt mort iżżur xi anzjan jew anzjana l-isptar? Forsi dawk li huma żgħar fl-età u li qed jaqraw dan l-artiklu, jistgħu jirrelataw għal xi memorja ta’ żjara lin-nanniet. Oħrajn ftit ikbar fl-età forsi lil ommhom jew lil missierhom. Żgur u mhux forsi waqt li nkunu qed nikkonslaw dak li jkun waqt li jkun qed jirċievi l-kura kemm-il darba smajna l-frażi – “Darbtejn insiru tfal.” Jien smajtha kemm-il darba, ħafna drabi maġenb sodda ta’ persuna avvanzata fl-età hekk kif tkun qed tingħata l-kura jew għajnuna anke f ’affarijiet sempliċi ta’ kuljum.

Nistqarr li din il-frażi kull darba li nismagħha dejjem iġġegħelni naħseb. Iġġegħelni naħseb għaliex l-ewwel nett fiha element ta’ verità. Meta nkunu żgħar ħafna fl-età, ikollna bżonn lill-ġenituri tagħna biex jieħdu ħsiebna. Bl-istess mod meta nikbru sew fl-età nerġgħu niġu bżonn lil ħaddieħor biex jagħtina daqqa t’id f ’dawk l-affarijiet li forsi tul il-ħajja kienu affarijiet sempliċi iżda aktar ma nikbru aktar isiru diffiċli, anke forsi minħabba xi kundizzjoni jew impediment li jġib miegħu ż-żmien. Madankollu, meta ftit taż-żmien ilu kont sibt ruħi rġajt qed nikkontempla din il-frażi, irrealizzajt li lit-tfal tagħna anke meta jkunu għadhom żgħar u bi bżonn ta’ ħafna għajnuna mill-ġenituri tagħhom, waħda mill-prijoritajiet tagħna tkun li nintegrawhom bl-aħjar mod fis-soċjetà. Allura l-mistoqsija ovvja li tippersisti hija waħda sempliċi. Għaliex m’għandniex nagħmlu l-istess mal-anzjani tagħna, meta huma wkoll ikunu fil-bżonn? Littfal tagħna nintegrawhom

fis-soċjetà sa minn età żgħira sabiex flimkien mas-soċjetà jibdew jesperjenzaw ilħajja u jitgħallmu minnha mill-ħafna tajjeb u anke ftit ħażin li ġġib magħha. Lill-anzjani min-naħa l-oħra li jkunu akkumulaw ħemel ta’ esperjenzi u memorji minn snin twal fis-soċjetà, għandna naċċertaw li kemm jista’ jkun ngħinuhom jibqgħu integrati fiha għal żewġ raġunijiet essenzjali. L-ewwel sabiex jibqgħu iħossuhom parti minn komunità li tabraċċahom fi ħdanha u t-tieni sabiex l-esperjenzi imprezzabbli tagħhom jgħadduhom lill-popolazzjoni iżgħar f ’pajjiżna huma u jibdew jesperjenzaw il-ħajja barra mid-dar. Huma dawn ir-raġunijiet li jiggwidaw il-ħidma tiegħi bħala Ministru tal-Gvern inkarigat minn dan is-settur tant importanti f ’pajjiżna. L-għan aħħari jibqa’ li lill-anzjani tagħna nżommuhom attivi kemm jista’ jkun fis-soċjetà tagħna u kien b’hekk li dawn l-aħħar snin Gvern Laburista ħadem kemm felaħ biex dan l-għan jintlaħaq. Insemmi fil-qosor ftit

mill-affarijiet li għamilna f ’dawn l-aħħar xhur li ser ikomplu jgħinu lill-anzjani tagħna jimirħu fis-soċjetà Maltija. Ftit tal-jiem ilu kellna l-ftehim mal-kumpanija tat-telekomunikazzjoni EPIC fejn rajna li l-anzjani ta ’l fuq minn 60 sena nipprovdulhom offerti vantaġġużi biex jagħmlu użu mill-mobiles u internet, b’riżultat li jifdlilhom aktar flus f ’buthom. Ħdimna wkoll mal-Ministeru tal-Intern sabiex noffru servizzi importanti ħafna għal dawk li sfaw vittmi tal-kriminalità biex b’hekk jirpiljaw kemm jista’ jkun malajr u jibqgħu jimirħu fostna. Rajna wkoll li nkomplu nattrezzaw id-Djar tal-Anzjani tagħna b’tagħmir aktar inklużiv u li jinċentiva ħajja aktar attiva, fosthom permezz ta’ libreriji, apparat sportiv u servizzi tas-saħħa ġodda li jnaqqsu l-iskariġġ mhux biss fuq l-anzjani tagħna iżda anke fuq is-sistema tas-saħħa Maltija. Dan kollu għamilnieh fi ftit żmien mindu skattat din l-14-il leġiżlatura. Fadal ħafna x’isir u bl-ebda mod ma

rrid ninstema’ li dan is-settur huwa perfett. Fuq kollox nemmen li l-perfezzjoni ma teżistix. Madankollu, li nista’ nassigura huwa li l-ħidma tiegħi se tkun waħda li dejjem timmira lejn il-perfezzjoni. Dan għaliex hekk biss nistgħu nassiguraw li l-anzjani tagħna jibqgħu jiġu pprovduti bl-aqwa għajnuna u servizzi favur anzjanità attiva.

L-għan aħħari jibqa’ li lill-anzjani tagħna nżommuhom attivi kemm jista’ jkun fis-soċjetà tagħna

SENA DDEDIKATA LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ

GEORVIN BUGEJA President ŻL

Din is-sena kienet iddedikata bħala s-sena għaż-żgħażagħ. Dan fuq inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea biex tagħti ċerti setgħat liż-żgħażagħ Ewropej wara sentejn ta’ sfidi kontinwi li l-pandemija tal-COVID-19 poġġiet fuqna – kemm minħabba saħħa kif ukoll minħabba aspetti soċjali fost l-oħrajn. Matul din il-ġimgħa, ġejt mistieden mill-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi

fil-Parlament Ewropew biex nindirizza konferenza li ġiet organizzata fil-bini tal-Parlament Ewropew fi Brussell, bit-tema ‘365 days of youth’. Din il-konferenza trattat diversi temi, fost l-oħrajn l-isfidi ta’ wara l-Covid, l-isfidi li ż-żgħażagħ jaffaċċjaw, inkluż ‘fear of missing out’ jew magħrufa aħjar bħala ‘FOMO’, sfidi fuq saħħa mentali u anke kif se nkissru l-barrieri li ż-żgħażagħ jaffaċċjaw. Ninsabu kważi sentejn ’il bogħod minn Elezzjoni biex fuq livell Ewropew neleġġu l-Membri tal-Parlament Ewropew. Però, sfortunatament mhux f ’kull pajjiż iż-żgħażagħ kollha jistgħu jipparteċipaw f ’dan il-proċess. Proċess li huwa importanti għaliex il-Parlament Ewropew huwa wieħed mill-koleġiżlaturi. Għaldaqstant, forsi minkejja li l-funzjoni tiegħu hija differenti minn funzjoni ta’ Parlament Nazzjonali, xorta

waħda huwa importanti li nassiguraw li r-rappreżentanza tkun waħda tajba u li ż-żgħażagħ kollha – nisħaq ta’ etajiet differenti jkunu parti minn dan il-proċess – bħalma jiġri f ’Malta. Niftakar kemm konna vokali fl-2014, anke bħala Partit Laburista, u fergħa taż-żgħażagħ biex minkejja l-biża’ ta’ gruppi differenti li jkollna żgħażagħ ta’ 16 u 17 -il sena jipparteċipaw f ’dan il-proċess, xorta waħda nimbuttaw biex naraw dan iddritt jiġi introdott u effettivament ikun ukoll estiż fl-2018. Hawn nisħaq li minkejja kollox xorta fadal xi nżidu sabiex insaħħu l-parteċipazzjoni ta’ żgħażagħ fil-politika, inkluż billi nsaħħu d-dritt tal-kontestazzjoni. Matul din il-konferenza tkellimna wkoll dwar dan u ħarisna lejn l-isfidi tal-ġejjieni. Kelli ċ-ċans biex fid-diskors tiegħi naqsam l-esperjenza tiegħi u apparti minn hekk nappella sabiex

nassiguraw li ż-żgħażagħ ikunu mismugħa. Għamilt dan l-appell b’mod imqanaqal għax nemmen bis-sħiħ fl-importanza li ż-żgħażagħ jsemmgħu l-ideat tagħhom u jingħataw aktar viżibilità. Nemmen ukoll li rridu nesponu aktar żgħażagħ bħala role models – bħal attivisti li jaħdmu bis-sħiħ biex dak li jemmnu fih jarawh jiġi attwat. Fil-ġimħat li ġejjin ilfergħa tagħna se tgħaddi minn proċess ta’ tiġdid. Fil-fatt, se nlaqqgħu laqgħa Ġenerali Straordinarja u Laqgħa Ġenerali Annwali filjiem li ġejjin. Dawn is-sentejn kienu sentejn ta’ sfidi kontinwi. Imma ma waqafniex naħdmu. Saħansitra konna l-unika organizzazzjoni żagħżugħa li tellajna kampanja waqt l-elezzjoni ġenerali. Imma fadal ħafna. Ħafna aktar suġġetti x’niddiskutu u x’nipproponu li jistgħu jġibu bidliet importanti. Inħeġġeġ liż-żgħażagħ sabiex ikunu

parteċipi u attivi f ’dawn issnin li ġejjin. Mhux sena waħda biss għandha tkun iddedikata għaż-żgħażagħ, iżda s-sena li jmiss, u s-snin ta’ wara kollha. Għax il-futur għandu jkun deċiż minna, illum.

Dawn is-sentejn kienu sentejn ta’ sfidi kontinwi. Imma ma waqafniex naħdmu


13

03.07.2022

IL-ĦIDMA FIL-GVERN LOKALI

ALISON ZERAFA CIVELLI Segretarju Parlamentari

Mal-ħatra tiegħi ta’ Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali f’Marzu li għadda, ħadt ħsieb li niltaqa’ mal-imsieħba kollha li b’xi mod jew ieħor imissu mat-tmexxija u l-ħidma tal-Kunsilli Reġjonali u Lokali. Kemm f’dawn illaqgħat, kif ukoll fil-Plenarja tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali li saret fit-18 ta’ Ġunju, bit-tema ‘Kollaborazzjoni Strateġika fil-Gvern Lokali’ ħareġ il-bżonn ta’ aktar komunikazzjoni biex tissaħħaħ il-ħidma tal-Kunsilli Reġjonali u Lokali – b’risq il-lokalitajiet u r-residenti tagħna. Is-Segretarjat Parlamentari huwa impenjat sabiex ikun hemm komunikazzjoni

kontinwa mal-imsieħba kollha. Sħaqt kemm-il darba fuq l-importanza tad-djalogu kontinwu mal-imsieħba li jmissu mal-Kunsilli Reġjonali u Lokali, biex kemm jista’ jkun innaqqsu r-riskju ta’ nuqqas ta’ ftehim li kapaċi jfixkel il-ħidma u t-tmexxija tajba tal-Kunsilli. Il-Kunsilli Lokali huma estensjoni tal-Gvern Ċentrali fil-lokalitajiet tagħna u huma dawk li jesperjenzaw millqrib id-diffikultajiet u l-bżonnijiet tar-residenti u tal-lokal. Għaldaqstant, fil-futur qrib il-Gvern Lokali ser ikun qed ifassal strateġija li tiżgura li l-Kunsilli Reġjonali u Lokali jingħataw il-prijorità li jixirqilhom. IVF - Pass ieħor ’il quddiem għal soċjetà aktar ġusta Huwa fatt - Malta għandha l-ogħla rati ta’ infertilità. Għaldaqstant, ma stajniex nibqgħu nistennew quddiem din ir-realtà. Smajna u empatizzajna, imma kien wasal iż-żmien biex nagħtu s-soluzzjonijiet għall-istejjer u l-esperjenzi li ltqajna magħhom u għadna qed niltaqgħu magħhom. Gvern Laburista kien hemm

fl-2014 meta l-Gvern beda jkopri l-ispejjeż tal-proċess tal-IVF. Konna hemm meta fl2015 bdew jingħataw l-ewwel servizzi tal-IVF mingħajr ħlas fl-Isptar Mater Dei. Konna hemm fl-2018 meta bl-emendi li ressaq Gvern Laburista flAtt għall-Protezzjoni tal-Embrijuni, għenna biex aktar familji jiġu ffurmati. Minn dik is-sena ’l hawn rajna t-twelid ta’ mijiet ta’ trabi, ’il fuq minn 425 tarbija bl-għajnuna tal-IVF f’pajjiżna, u preżentament komplejna nirfinaw u ntejbu fuq din il-liġi. Gvern Laburista wiegħed li jibqa’ mal-poplu u mal-minoranzi, ma’ dawk li qed ibatu u ma’ dawk li qed jitolbu l-għajnuna. Għaliex jien omm stajt nesprimi l-opinjoni tiegħi u nitkellem dwar dan is-suġġett minn qalbi. L-ulied huma l-isbaħ esperjenza li koppja tista’ tesperjenza, għaliex l-ulied huma l-qofol tal-imħabba. Għal binti nagħmel dak kollu possibbli biex tgħix l-isbaħ ħajja u bl-aħjar mod. Huwa għalhekk li dan is-suġġett tant sensittiv qajjem diskussjoni sħiħa u interess partikolari, għaliex għal uliedu kulħadd jagħmel kollox u dak li jista’.

Ix-xjenza, il-mediċina u l-avvanzi fit-teknoloġija medika llum il-ġurnata qed jagħtuna ċ-ċans sabiex aktar koppji jkollhom l-opportunità li jsiru ġenituri. Fuq kollox tagħti l-opportunità lin-natura li jkollha l-għajnuna biex tirnexxi. Irridu naffaċċjaw ir-realtajiet preżenti. Għalhekk, irridu ngħixu l-preżent, nimxu maż-żmenijiet u naċċettaw li n-natura u x-xjenza jaħdmu id f’id biex aktar ħajjiet jgħixu, aktar koppji jsiru ġenituri u aktar ġenituri jkollhom aktar ulied. Jien favur il-ħajja, għaldaqstant favur l-emendi fil-liġi tal-IVF. L-għażla talGvern kienet waħda ċara – l-għażla favur aktar ħajjiet. Nirrispetta lil dawk il-koppji li fuq għażla tagħhom mhumiex ġenituri, għandhom kull dritt. Nirrispetta wkoll lil dawk il-koppji li biex isiru ġenituri għandhom bżonn l-għajnuna tat-teknoloġija medika u talbu l-għajnuna tagħna, għaliex għandhom kull dritt huma wkoll. Il-Partit Laburista fehem il-bżonn li rridu nagħmlu pass ieħor ’il quddiem, pass ieħor favur dawk li qed ibatu; u f’inqas minn 100 jum

Gvern Laburista beda jaġixxi u wasal biex implimenta r-riformi mwiegħda. Gvern Laburista iqis il-bżonnijiet ta’ kulħadd u ma jibżax jersaq ’il quddiem b’riformi progressivi; u li jafu jkunu jolqtu niċċa żgħira biss mis-soċjetà tagħna. Għaldaqstant, dan il-Gvern żamm kelmtu u qies li ħadd ma jaqa’ lura, għaliex permezz ta’ dawn l-emendi fil-liġi qed niżguraw li noħolqu soċjetà aktar ġusta billi nneħħu dawn il-limitazzjonijiet.

Gvern Laburista iqis il-bżonnijiet ta’ kulħadd u ma jibżax jersaq ’il quddiem b’riformi progressivi

KULTURA MNAQQXA

ANTHONY AGIUS DECELIS

Hekk kif erġajna qegħdin nassistu għall-festi fl-ibliet u fl-irħula Maltin, nerġa’ nara fuq wiċċ il-poplu tagħna dik it-tbissima u l-għaqda bejn il-komunitajiet tagħna. Kont fiduċjuż li t-tradizzjonijiet Maltin kienu mnaqqxin ferm fil-kultura tagħna u l-ebda pandemija ma kienet se ġġibhom fix-xejn. Iżda wieħed ma setax jagħlaq għajnejh għall-isfidi li ġabet magħha l-pandemi-

ja, daqslikieku ma ġara xejn. Rajna kif Gvern Laburista kien ta’ spalla għal kull settur f ’pajjiżna, inkluż il-festi u l-volontarjat. Fil-ħidma politika tiegħi dejjem rajt li nressaq ’il quddiem proposti u skemi li bihom nistgħu nkomplu nsaħħu t-tradizzjonijiet Maltin, il-volontarjat, kif ukoll l-inklużjoni fil-festi Maltin. Nemmen li l-festa hija okkażjoni li fiha l-familji, u l-komunità kollha, mingħajr ebda distinzjoni, għandha jkollha l-opportunità sabiex tingħaqad u tiċċelebra flimkien. Il-festa hija wkoll okkażjoni li fiha wieħed jista’ jesibixxi t-talenti tiegħu. Nemmen fl-importanza li nrawmu fiż-żgħażagħ tagħna l-imħabba lejn il-volontarjat. Ix-xogħol volontarju, minbarra li joffri sodisfazzjon li ma jitkejjilx, jgħin sabiex wieħed ikompli jiżviluppa l-karattru tiegħu, kif ukoll il-ħiliet tiegħu. Bħal ngħidu aħna, it-tagħlim tal-ban-

da fil-każini tagħna, liema tagħlim baqa’ wkoll għaddej fiż-żmien ta’ pandemija b’mod virtwali. Naraw ukoll il-ġmiel t’armar li jkompli jsebbaħ it-toroq tagħna fi żmien ta’ festa, li ħafna mid-drabi wkoll ikun sar minn bosta voluntiera tal-lokal. Ma nistax ma nsellimx lill-pirotekniċi kollha, li naf b’liema dedikazzjoni jaħdmu sabiex fil-jiem ta’ festa ngawdu minn spettaklu ta’ logħob tan-nar. Iżda ma nistax insellem il-ħidma ta’ dawn il-voluntiera kollha, mingħajr ma nsellem ukoll lill-familjari tagħhom, li naf kemm jissapportjaw lil dawn il-voluntiera. Nemmen li bħala Gvern għandna nkomplu ngħinu lill-għaqdiet tar-raħal sabiex bħala pajjiż inkomplu ngawdu t-tradizzjonijiet marbutin mal-festi tagħna, kif ukoll sabiex inkomplu nsaħħu l-volontarjat f’pajjiżna. Nemmen ukoll li kieku Gvern Laburista ma mexxiex

lil pajjiżna bil-mod li mexxieh fiż-żmien ta’ pandemija, kieku llum m’aħniex qegħdin kif qegħdin. Niftakru fid-deċiżjoni għaqlija talPrim Ministru Robert Abela, li fejn tidħol is-saħħa tal-poplu tagħna, kellna open cheque, għaliex fuq quddiem nett tal-aġenda politika ta’ dan il-Gvern kien hemm proprju s-saħħa ta’ kull ċittadin. Rajna wkoll kif inħarsu l-impjiegi tal-ħaddiema tagħna għaliex nafu li l-għajxien huwa wkoll bil-wisq importanti. Il-mod ta’ kif qegħdin naraw l-ekonomija tagħna tibqa’ għaddejja b’reżiljenza, il-mod ta’ kif il-poplu tagħna qiegħed jerġa’ jgawdi s-sajf Malti kif imdorrijin ingawduh aħna l-Maltin, ilkoll juru sens ta’ pożittività. Nitkellem man-negozji u jgħiduli kif qegħdin jerġgħu jesperjenzaw ritmu promettenti, li jkompli jinkoraġġihom sabiex ikabbru l-negozju tagħhom u jżidu l-impiegi. Ninsab konvint li Gvern

Laburista, taħt it-tmexxija għaqlija tal-Prim Ministru Robert Abela se jibqa’ jaħdem sabiex kull sfida ndawruha f’opportunità, u nibqgħu niktbu storja ta’ suċċess għal pajjiżna u għall-poplu tagħna.

Ix-xogħol volontarju, minbarra li joffri sodisfazzjon li ma jitkejjilx, jgħin sabiex wieħed ikompli jiżviluppa l-karattru tiegħu, kif ukoll il-ħiliet tiegħu


14

03.07.2022

SPETTAKLU VAR FIL-VALLETTA PAGE

Eluf inġabru f’Xatt il-Barrieri fil-Belt Valletta u fil-viċinanzi l-ġimgħa l-oħra biex isegwu mill-qrib l-ispettaklu tal-Valletta Pageant of the Seas għal din is-sena. Dan l-ispettaklu varjat, kien iddedikat lit-80 sena anniversarju mill-wasla tal-konvoj magħruf bħala ta’ Santa Marija fl-1942. Is-serata fetħet b’“Tellieqa Telliqun”, kompetizzjoni divertenti fil-Port il-Kbir bejn sitt timijiet li kkompetew kontra xulxin permezz ta’ opri tal-baħar li bnew huma stess. Ir-rebbieħa kienu Ryan Farrugia u Elise Azzopardi, segwiti minn Daniel Debono u Miguel Gerada u Wendy Ciantar u Jude Sciberras fit-tieni post u fit-tielet post rispettivament. Wara, il-band Capone Bungt Bangt mill-Italja tat prestazzjoni mill-aqwa b’numru ta’ strumenti magħmula minn materjal riċiklat u warajhom The Palace String Orchestra, taħt id-direzzjoni ta’ Ryan Abela, b’arranġamenti mużikali ta’ Maestro Paul Abela, ħadet lill-udjenza lura fiż-żmien permezz ta’ siltiet minn kull diċennju mil-lum sal-erbgħinijiet. Is-snin 70 ġabu wkoll magħhom regatta speċjali billejl


03.07.2022

RJAT MILL-AQWA EANT OF THE SEAS

li kienet saret għall-ewwel darba fl-1979 bil-parteċipazzjoni ta’ sitt klabbs minn madwar il-Port fuq dgħajjes tal-pass. Ir-rebbieħa ta’ din ir-regatta kienu l-Kalkara, waqt li fit-tieni u fit-tielet post ikklassifikaw il-Marsa u Bormla rispettivament. Is-serata mbagħad kompliet bi prestazzjoni teatrali bl-isem ta’ “It-Taqtigħa” b’kitba ta’ Jean Pierre Magro u b’direzzjoni ta’ Lee-N Abela. F’din il-prestazzjoni ħadu sehem il-Moveo Dance Company u numru ta’ atturi prominenti lokali. Il-qofol tas-serata mbagħad kienet proprju r-rappreżentazzjoni tad-dħul tal-Konvoj ta’ Santa Marija fil-Port il-Kbir. Dan l-ispettaklu kien ukoll mogħni bi projezzjonijiet fuq il-Forti Sant’Anġlu, sitt sferi ta’ sitt metri kull waħda magħmula minn 2,500 fjakkola u għeluq maġiku b’logħob tan-nar tal-ajru. Il-Valletta Pageant of the Seas għal darb’oħra ttella’ mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Visit Malta, il-Forzi Armati ta’ Malta, Tug Malta, l-Enemalta u Falzon Group.

15


16

03.07.2022

L-EWWEL 100 JUM

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Iż-żmien itir. Diġà għaddew l-ewwel 100 jum minn din il-leġiżlatura. Iżżmien jgħaddi malajr meta l-Gvern hu medhi f ’xogħlu sabiex iwettaq il-manifest elettorali li ppreżenta lill-poplu u li f ’Marzu li għadda l-istess poplu ivvota favuru bi ħġaru. Issa dan il-manifest sar il-programm talGvern u f ’dawn l-ewwel 100 jum ma nħlitx minuta waħda sabiex jibda jitwettaq dan il-programm. L-ebda qamar il-għasel, l-ebda btajjel, l-ebda waqfiet sajfin. Malta isbaħ. Opportunitajiet għal kulħadd. Kwalità ta’ ħajja aħjar. Dawn huma t-tliet għanijiet li l-Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela impenja ruħu sabiex ikunu l-bażi tal-prosperità ġdida li se nibnu fil-ħames snin li ġejjin. Dr Robert Abela wiegħed li fl-ewwel 100 jum jidħlu fis-seħħ l-emendi dwar l-IVF u hekk qed isir. Wiegħed li fl-istess 100 jum l-art taż-Żonqor terġa’ tintradd lura lill-poplu u ssir parti mill-Park Nazzjonali tal-Inwadar u kif ukoll l-art fil-Kottonera li kienet ingħatat lillAUM ukoll tintradd lura lin-nies tal-Kottonera u se tgawdi minn tisbieħ. U hekk qed isir. Dak li Gvern Laburista jwiegħed iwettqu u jwettqu sew u b’konvinzjoni. Għax għar-raġuni ma tridx forza u m’għandix dubju li l-poplu jirrikonoxxi li dawn il-wegħdiet elettorali li diġà huma mwettqa fi tliet xhur huma deċiżjonijiet u kisbiet sinifikanti u importanti. Madanakollu, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista sfortunatament jirnexxilha tgħaġġibna bl-azzjonijiet ambigwi u ta’ konvenjenza tagħha. Fl-istess nifs jirnexxilhom jirkbu l-karru u jippontifikaw billi jgħidu li dan kollu qed isir bis-saħħa tagħhom u mbagħad oħroġ il-għaġeb kif niġu għad-dunque, jikkritikaw u jivvotaw kontra. Litteralment li mal-Oppożizzjoni ma tafx fejn qiegħed. L-unika konsistenza fl-Oppożizzjoni hija l-politika tal-ping pong li effettivament jattwaw u jħaddmu. U għaldaqstant, mhux se naħlu l-ħin li jippruvaw jaħlu l-Oppożizzjoni,

iżda se nibqgħu ffukati fuq it-twettiq tal-ħidma sabiex il-poplu jibqa’ jgawdi minn kisbiet ġodda u minn aktar tkattir ta’ ġid. Diġà qed naraw rimonta millaqwa fis-settur tat-turiżmu kemm fin-numru ta’ wasliet ta’ turisti kif ukoll fl-infiq. It-tkabbir ekonomiku ssaħħaħ u l-impjiegi żdiedu fuq livelli bla preċedent. Kisba ferm importanti f ’dawn l-aħħar ġranet meta pajjiżna tneħħa minn fuq il-lista l-griża hekk kif f ’inqas minn sena Malta għamlet riformi impressjonanti u dan għamlitu għax emmnet f ’dawn ir-riformi u ma sarux biss għad-dieher jew biex nittikkjaw iċ-checklist tal-FATF. Anzi għall-kuntrarju, l-FATF tikkonferma kemm dan huwa Gvern riformista li jwettaq dak li jwiegħed. Dan kollu jiġi mill-fatt li l-ħidma tal-Gvern hija msejsa fuq twemmin ta’ nazzjon li jifhem, iwennes u li jgħin. Il-Gvern baqa’ għaddej bit-tibdiliet imma qatt ma neħħa minn quddiem għajnejh il-ħtieġa ta’ aktar riformi soċjali. U għalhekk il-poplu jibqa’ juri u jagħti fiduċja lill-Gvern Laburista u jemmen li l-futur ta’ Malta huwa sabiħ, kif inhu kkonfermat mill-aġenziji ta’ kreditu barranin u mill-Kummissjoni Ewropea rispettivament.

Dak li Gvern Laburista jwiegħed iwettqu u jwettqu sew u b’konvinzjoni. Għax għar-raġuni ma tridx forza u m’għandix dubju li l-poplu jirrikonoxxi li dawn il-wegħdiet elettorali li diġà huma mwettqa fi tliet xhur huma deċiżjonijiet u kisbiet sinifikanti u importanti

Sur Editur, Kemm kont nitqalleb taħt is-siġar tal-larinġ fil-Buskett flImnarja, meta kont għadni fuq tiegħi! Mhux issa ta, għax anki biex naqfel iż-żarbun nisma’ l-għadam kollu jċaqċaq. Imma balleċ, l-Imnarja kellha tkun biex tagħti sentenza għal għomri, għax ma kinitx koxxa tal-fenek li kont qed immexmex mas-60 sena ilu! Niftakar qisu lbieraħ, rajt din iċ-ċagħka u fettilli nittantaha. Ma nafx x’kien ħareġ minn fommi dak iż-żmien, imma niftakar li kont staqsejtha tridx tmexmex hi wkoll. U ħatfitni fil-kelma kienet, ħaqq għall-qtates għaġġelin. U minn dakinhar intfajt sentenza ta’ 60 sena mal-gwardjan ta’ ħajti, Melda tiegħi. L-Imnarja tfakkarni wkoll f ’Eddie! Eddie! Eddie! Dak li kien joħroġ b’kull waħda li anki liċ-Ċiniż Konfuċju jħawwad. Dan il-famuż Eddie l-Fenech Adami li fis-snin 80 kien iċ-ċentru tal-politika provokattiva tal-bulijiet. Niftakruh jagħmilha tal-bully bil-frażi “Hawn jien, suq!” U injora żewġ pulizija li kienu waqqfu sewwieq ta’ karozza li kien kontra l-liġi. Ċiss kien hemm hu ħej, l-uffiċjal għoli tal-gwardjani tat-toroq, għax insejt x’kienu jgħidulhom dak iż-żmien. U niftakruh għaddej quddiem il-Qorti, miexi qisu ċaqlembuta b’idejh iżegilgu ’l hemm u ’l hawn, meta kien dar għal mara Laburista għax kienet lissnet xi ħaġa hu u għaddej u ried idur għaliha għassodisfazzjon! U l-frażi tal-bulijiet l-oħra: “Fejnhom il-Laburisti!”. Dik kienet xena brillanti quddiem il-Qorti! Naħseb, Sur Editur, qed tgħid dan biex ġej illum? Mela ħa ngħidlek jien, Sur Editur. Għax apparti li l-Imnarja tfakkarni fil-bidu tassentenza tal-ħabs tiegħi b’Melda l-gwardjan, tfakkarni wkoll f ’40 sena ilu. Meta Eddie! Eddie! Eddie! Kien ħa lil kulħadd jgħum l-Għadira. U ftakart kemm kien jagħmel kummiedji dan l-aqwa politiku li qatt inħalaq għal pajjiżna, skont xi wħud. Kienet l-Imnarja tal-1982. Li skont in-Nazzjonalisti hija ġrajja kuraġġuża tal-PeNe. Għaliex in-Nazzjonalisti obdew id-direttiva li flImnarja ta’ dik is-sena ma jmorrux għax-xogħol. Dak kuraġġ! Kieku li tmur il-baħar huwa r-riga tal-kuraġġ, kieku jien qanna Spiderman. U għalfejn ukoll! Għax skont il-PeNe dik kienet ġurnata vaganza misruqa lilhom mill-Gvern tagħna. U biex ipoġġu s-siġill fuq l-ipokrezija li jgħixu fiha, ftit wara qatgħu l-festi huma! U għamilna mill-2005 f ’karba biex il-festi pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa jingħataw lura lill-ħaddiema billi jiżdiedu mal-leave. U kien ilLabour li reġa’ tahom lill-ħaddiema. Mingħajr ma ħa lill-poplu jgħum l-Għadira! U dik tal-Għadira tal-Fenech Adami kienet, Sur Editur, l-ewwel waħda f ’kampanja ta’ diżubbidjenza ċivili tal-PeNe. Mur ġib li kieku kien il-Labour li għamel kampanja hekk! Ajma kieku! Għax dakinhar l-għajta ta’ Eddie! Eddie! Eddie! kienet biex ilħaddiema ma jmorrux għax-xogħol, in-nisa tad-dar ma jmorrux jixtru u l-istudenti ma jmorrux l-iskola. Kemm hu ħelu! U l-istorja tirrepeti ruħha, Sur Editur. Din id-darba n-Nazzjonalisti ma marrux l-Għadira, imma qanna l-baħar qegħdin ta! Għax ma jafux x’qed jolqothom. Mhux ma jafux ta, imma ma jridux iniżżluha li l-partit tagħna tefagħhom il-baħar. Għax ma jridux iniżżluha li l-Labour għamel u qed jagħmel tant differenza għall-Maltin u l-Għawdxin. Ma jridux iniżżluha li Robert tagħna ġab lil Malta fuq saqajha u ressaqha minn ma’ xifer l-irdum. Għax ma jridux iniżżluha li pajjiżna għandu Gvern tagħna. Imma nsomma. L-aqwa li jaraw kif jipprovaw ibenġluha. Bħalma pprova jagħmel il-Kap tagħhom fuq il-kwistjoni tal-ħatra tal-Aġent President. Ħaqq għall-basal tal-ansar! Mela l-ewwel injora ittra uffiċjali tal-Prim tagħna li fiha infurmah li xtaq konsultazzjoni dwar il-ħatra tal-Aġent President, imbagħad meta nħatar Frank Bezzina, prova jwaħħal fil-Prim! U malajr għajru lill-Prim tagħna arroganti. U meta sar magħruf li kien il-Kap tagħhom stess li injora l-ittra tal-Prim, ħareġ ċar li ma kienx każ ta’ arroganza, imma każ biċ-ċertifikat ta’ moħħ ta’ brama tal-Għadira. Qegħdin sew! Għad-dieħla!


17

03.07.2022

Il-keychains

Xbieki, nases u lenez abbandunati jikkostitwixxu mal-10% tal-iskart tal-plastik fl-ibħra kull sena Xbieki abbandunati li ttellgħu l-art minn siti ta’ Heritage Malta f’qiegħ ilba­ħar ġew riċiklati fi brazzuletti u keychains, grazzi għall-kollaborazzjoni bejn il-kumpanija Ġermaniża Bracenet u t-Taqsima tal-Wirt Kulturali ta’ Qiegħ il-Baħar (UCHU) fi ħdan Heritage Malta. Fl-2020, l-UCHU, b’kollaborazzjoni mal-ATLAM Subaqua Club, tat bidu għal sensiela ta’ għadsiet biex xbieki abbandunati jittellgħu minn qiegħ il-baħar. Sal-lum, erba’ siti protetti taħt l-ilma bbenefikaw minn din il-ħidma – ajruplan Junkers JU88, HMS Nasturtium, HMS Southwold (in-naħa tal-pruwa), u ajruplan B24 Liberator. Fix-xhur li għaddew, l-UCHU kienet f’kuntatt ma’ Bracenet, kumpanija li tirriċikla rkaptu tas-sajd abbandunat u li laqgħet l-istedina tal-UCHU biex jikkollaboraw flimkien. Xbieki li ttellgħu mis-siti msemmija

Il-brazzuletti

UŻU TAJJEB MINN XBIEKI RKUPRATI MILL-BAĦAR ntbagħtu minn Malta lejn il-Ġermanja biex jiġu riċiklati. Il-prodotti, li rriżultaw mill-proġett u li jistgħu jinxtraw, jinstabu fuq is-sit https://bracenet.net/en/bracenet-x-­ malta-underwater-cultural-heritage/. Dak li hu magħruf bħala ghost gear – jiġifieri xbieki tas-sajd, nases u lenez abbandunati – jikkostitwixxi madwar 10% tal-iskart tal-plastik li jispiċċa fl-oċeani u fl-ibħra kull sena. Hu stmat ukoll li bejn wieħed u ieħor

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

70% tal-macroplastics f’wiċċ il-baħar huma ghost gear. Il-periklu ta’ dan it-tip ta’ skart jinsab fil-fatt li jibqa’ jeżisti fl-ambjent marittimu għal deċennji sħaħ u jżomm f’wiċċ l-ilma. Is-siti storiċi f’qiegħ il-baħar ukoll jiġbdu lejhom ħlejjaq marittimi, iżda wkoll irkaptu tas-sajd li jitħabbel magħhom u jagħmel ħsara lilhom u lill-istess ħlejjaq. Il-bugħaddasa wkoll jistgħu jkunu f’periklu li ma jkunux konxji tiegħu.

F’dawn l-aħħar snin, żdiedet il-kuxjenza dwar it-theddida tal-irkaptu abbandunat u ttieħdu diversi inizjattivi, lokalment u internazzjonalment, biex tittaffa l-problema. Wara li ġiet innotata l-preżenza ta’ rkaptu abbandunat f’diversi siti f’qiegħ il-baħar madwar il-Gżejjer Maltin, Heritage Malta bdiet twettaq proġett fit-tul ta’ tneħħija ta’ xbieki. L-UCHU qed tippjana li tkompli għaddejja b’din il-ħidma fix-xhur li ġejjin.


18

03.07.2022

MEDIĊINA U KURA TRADIZZJONALI F’MALTA Fl-antik, ir-rimedju għal bosta mard kien jinstab fil-ħxejjex u l-ħwawar li faċilment kienu jinġabru mill-għelieqi. Kien hawn bosta nies magħrufin, li kienu kapaċi joħolqu rimedji bla konsegwenzi moħbijin. Fost dawn ma nistgħux ma nsemmux lil Frenċ tal-Għarb. Iżda llum, bl-għajnuna ta’ Martin Morana se niffukaw fuq rimedji bħall-melħ, il-ħall, it-trab tal-ġebla talfranka, l-għasel u l-inbid. Naturalment, dawn ir-rimedji ma kinux xjentifikament ippruvati, iżda kultant kienu jaħdmu għax il-pazjent kien jemmen fihom. Dan il-fenomenu hu magħruf bħala “placibo effect” li bil-Malti nistgħu ngħidulu, il-qawwa tattwemmin jew tal-konvinzjoni. Meta bniedem idaħħalha f’moħħu li l-kura mogħtija ser tfejqu ikollu ċans akbar li jfiq, għax kif jgħidu, il-moħħ jikkmanda lill-ġisem. Għal din l-intervista tkellimt ma’ Martin Morana. Minn CHARLES B. SPITERI Martin, ma’ din il-konvinzjoni ma rridux inżidu wkoll it-twemmin fis-sopranaturali? Tabilħaqq. Ħafna drabi l-Insara kienu jirrikorru għall-interċessjoni ta’ bosta qaddisin. Pereżempju għall-mard fl-għajnejn kienu jitolbu lil Santa Luċija; għall-griżmejn, lil San Blas, u għal kontra l-mard tal-pesta, lil Santu Rokku u San Bastjan. U mat-talb tiġi xi taqbila, jew ġakulatorja, kif ukoll tiddendel xi domna ma’ għonq il-marid. Dan apparti l-pellegrinaġġi lejn is-santwarji tal-Madonna mferrxin ma’ Malta u Għawdex fejn insibu mijiet ta’ ex votos imendlin fis-santwarju; xhieda li l-fejqan sar bis-saħħa tat-talb. Dan kollu għandu jinkludi wkoll ir-riti superstizzjużi li kienu jsiru min-nies ‘sħaħar’ li bi ftit flus kienu jkewsu taħwir u jinvokaw kliem maġiku lil xi esseru sopranaturali kif riedu huma. Allura tista’ tagħtina l-ħjiel fuq xi rimedji tradizzjonali li rnexxielek issib informazzjoni dwarhom? Mela le. Ħa neħduhom alfabetikament. ALGA: (Isem xjentifiku: Corallina officianlis). Tip ta’ alga li kienet tintuża kontra l-ħniex fl-imsaren. John Hennen, tabib Ingliż li kien Malta bejn l-1820 - 1823 kiteb li din kienet mezz imfittex ħafna millMaltin biex tneħħi l-ħniex mill-imsaren. L-alga kienu jgħalluha mħallta b’ħafna tewm.

ARĠENTUVIVU (MERKURJU): De Soldanis (ċ.1750) jgħidlu, “mercurio u Lat”. Argentis spuma. Terminu li jirreferi għall-merkurju jew l-idraġirju (Hydragyrium – Gr. ilma + fidda, Ing. quicksilver). Dan ilmetall li jinħall, kien impurtat mill-Ewropa. Kien jintuża għal bosta skopijiet, fosthom għad-diżinfettar tal-imsaren u bħala dijuretiku. It-tabib J. Hennen jgħid li fl-isptarijiet kienu jużaw taħlita ta’ Kalomel (Ing. Calomel jew Mercurious chloride), imħallat mal-loppju u trab tal-antimonju. Ġieli kienu jżidu l-ġalapp, pjanta Messikana, (Is. xj. Exogonium purga). Kien jingħata l-arġentuvivu wkoll biex jittratta s-sifilide, magħrufa bħala l-morbido Gallo/il-marda Franċiża/ il-marda tan-nisa. Il-kodiċi tal-Gran Mastri Vilhena (17221736) u De Rohan (1784), kienu jipprojbixxu li dan l-element jintuża biex isir l-abort. Dan jirriżulta fil-ktieb ta’ Savona Ventura, Knight Hospitaller Medicine in Malta (2004).

gu. (Is. Xj. Dermatophytosis, Ing. ringworm). Il-baħbuħa kienu jċappsuha biż-żejt u jdellkuha mal-parti tal-ġilda infettata. Fl-istess waqt, kienet tingħad talba bejn wieħed u ieħor hekk: Ħżież, ħżież, mur għand ommok dik il-maħmuġa Nibqa’ niskunġrak sakemm naqtagħlek għeruqek. (J. Cassar Pullicino (1999).

Ħajja mill-Istorja ta’ Malta, d-demm mill-ġilda. Fl-antik, ta’ Guido Lanfranco, p. 70). lis-sangisug kienu jsibuh taħt l-ilsien tal-baqar imBUTIR: Min titlagħlu gundal- purtati mill-Afrika ta’ Fuq. la kienu jqegħdulu munita Il-fsada kienet issir biex mdellka bil-butir fuqha biex tinżel il-pressjoni u tgħin tinżel in-nefħa. liċ-ċirkulazzjoni. Normalment, is-sangisug jerda’ FINTUSA/VINTUŻA: Tip ta’ bejn kuċċarina jew tnejn kura li kienet u għadha tin- demm kull darba u jintnefaħ tuża minn diversi kulturi bih. Hennen kiteb li l-Ingliżi kontra l-irjiħat u mard ieħor. f ’Malta kienu l-aktar li jirLill-pazjent titqegħidlu taz- rikorru għal dan il-metodu BALZMU: Insibu bosta tipi za tal-ħġieġ jew tal-injam għalkemm għad hawn Maltin ta’ balzmu, jew ingwent fuq dik il-parti ta’ ġismu fejn li wkoll jagħmlu użu minn mediċinali, ħafna drabi hemm bżonn, pereżempju, din il-kura. magħmul mill-pjanti. Kien fuq dahru, spalltu, żaqqu, jinħadem bħal krema jew żejt eċċ. It-tazza li tkun rasha FSADA ĦAMIJA: Banju bilifuħ li jagħmel ġid lill-bnied- ’l isfel fuq il-ġilda jkollha misħun li fih wieħed iqiegħed em meta jidilku fuq il-par- ftila ddaħħan ġewwa biex saqajh biex jisħnulu. Din isti fejn hemm bżonn skont din tassorbi l-arja. Hi tinte- emmiha Mikiel Anton Vasir-rimedju meħtieġ. fa hekk kif l-arja tinxtorob salli (M.A.V, 1796). mill-fjamma. B’hekk, it-tazBALZMU TAL-LUNZJATA: Kien za teħel, jinħoloq vakum u FUMENTA: Trattament u hawn twemmin superstizzjuż l-ġilda tinġibed ’il fuq. Dan rimedju tradizzjonali għal li jekk tiġieġa tbid bajda fil-25 isir bil-ħsieb li l-infezzjoni min ikollu dieħes. Il-fumenta’ Marzu - festa tal-Madon- jew il-mard ‘jinġibed’ ukoll ta hi l-garża jew flanella mxna tal-Lunzjata - ma tittikilx. u joħroġ ’il barra mill-ġisem; arrba bl-ilma sħun. L-ilma Minflok, il-bajda tintrefa’ fl-istess ħin iċ-ċirkulazzjoni użat ikun fih il-kamumilla għax kienu jemmnu li biż- tad-demm taħt it-tazza ti- msajra jew pjanti mediċinali żmien issir tfuħ u tarmi riħa stimula ruħha. Illum għad oħrajn. Dawn jitqiegħdu fuq tal-balzmu. Wara xi żmien, hawn diversi nies li jużaw din il-parti tal-ġisem infettata kienu jofqsuha u l-kontenut il-kura ‘alternattiva’. biex tinżel in-nefħa u jonqos BAĦBUHA: (Ing. Cowrie iħalltuh max-xaħam biex l-uġigħ. (Tal. Fomenta). shell) Kienet tintuża biex isir ingwent li jfejjaq. L-użu FSADA: Ħruġ tad-demm milltittratta l-ħżież: infezzjoni tal-bajd fil-mediċina kien ġisem billi jitqiegħed sangi- ĠBARA: Tip ta’ kura għal xi fil-ġilda kkważata mill-fun- komuni. (Ara: Drawwiet u sug (tip ta’ dudu) li jerda’ ġerħa, magħmula mill-ġewwieni ta’ ħobża mxarrba bil-ħalib, li titqiegħed fuq dik il-parti tal-ġisem misluħa jew infettata. Kienet titħalla għal xi 24 siegħa biex tneħħi l-infezzjoni, billi l-ġbara tiġbed fuq in-nefħa jew il-ferita (bl-Ing. dan il-proċess igħidulu, capillary action). Illum, il-ġbara tintuża l-aktar Ħafna drabi l-Insara kienu jirrikorru fuq iż-żwiemel. (Ing. poultice għall-interċessjoni ta’ bosta qaddisin. Pereżempju jew cataplasm).

għal mard fl-għajnejn kienu jitolbu lil Santa Luċija

GĦASEL: Rimedju għal bosta tipi ta’ mard. Forsi l-aktar li jintuża meta wieħed ikollu riħ jew uġigħ fl-intestini, bil-


19

03.07.2022

Il-Baħbuħa

Il-Fintusa

Il-Ġbara

Is-Sangisug

li jħalltuh mat-te jekk mhux ukoll mal-whisky. Fl-antik kienu jiksu l-feriti bih għax hu antisettiku u antibatteriku. ĦALIB TAL-OMM: Min kien ikollu dieħes kien ifittex mara li tredda’ u jitlobha ftit ħalib tas-sider. Kienu jħalltuh malfrak (tal-ħobż? - Cassar Pullicino jsemmi biss crumbs, Ara: Studies in Maltese Folklore p. 237), biex issir speċi ta’ taħlita li tindilek fuq id-dieħes. ĦALL: L-użu tiegħu bħala mediċina jmur lura sattielet seklu Q.K. Kien jintuża għall-fejqan tal-feriti, għax antisettiku u antibatteriku. Hu taħlita ta’ ilma ma’ 4% aċidu aċetiku. L-aċidu aċetiku jsir minn: inbid, xi frott, jew affarijiet organiċi li jkunu esposti għall-arja għal ċertu żmien b’mod li jattiraw il-batterja magħhom. Apparti l-applikazzjoni fuq il-ġisem, fi żmien il-pesta kienu jużaw ħafna l-ħall biex ixappu fuq oġġetti ta’ kull tip li jkun impurtat, biex jeliminaw iċċans li dawn jittrasferixxu xi infezzjoni tal-marda fuq il-bniedem. Wara, dawn l-istess oġġetti anki kienu jkunu ffumigati. ĦALL IL-WARD: Taħwira ta’ essenza tal-ward imħallta bil-ħall. Din it-taħlita kienet tintuża b’rimedju biex ittaffi l-uġigħ ta’ ras. Daqs 100 sena ilu wieħed kien jista’ jixtri b’żewġt iswaba’ ħall il-ward mingħand l-ispiżjar. Ara: INBID.

tnixxi l-materja. It-terpentina kienet tintuża wkoll biex jeħilsu mill-ħniex mill-intestini. Iżda kwantità minnha kienet tivvalena lill-pazjent fil-fwied u l-pulmun. Illum it-terpentina tintuża fil-Vicks Rub.

Iż-żagħr­una hi ħuta mdaqqsa ta’ madwar wiżintejn. Kien jitteħdilha l-fwied u jitħalla mdendel biex iż-żejt iqattar fi flixkun u jintrefa’ għal meta jkun hemm bżonn tien u ingredjenti oħrajn. INBID: Kienu jemmnu li l-inbid jgħin lill-marid jikseb saħħtu. Ovide Doublet, (ċ. 1785) segretarju ta’ De Rohan u wara ta’ Hompesch jgħid, li meta kien marid f’sodda, min mar jarah ħadlu l-inbid vintage bħala rigal adattat, flimkien ma’ frott imqadded u mediċina. (J. Scicluna, 2011, p. 57). L-inbid bħala rimedju mediċinali ltqajt miegħu f’diversi qari. Forsi għalhekk il-qawl Malti jgħid, ‘l-inbid hu l-ħalib tax-xjuħ’. X’aktarx ukoll għax l-inbid għandu ċerti kwalitajiet antisettiċi bħall-ħall. LOPPJU/OPPJU: Sustanza biex tmewwet in-nervituri waqt operazzjoni u l-uġigħ ma jinħassx. F’Malta, l-effett tal-loppju kien diġà magħruf fis-seklu 16, għax kien jintuża mill-Ġannissari Torok, ħalli meta jassaltaw is-swar kienu jiksbu aktar kuraġġ. Il-kelma loppju ġejja mill-kelma “opium”, (is. xj. Papavera soniferum), pjanta li tikber b’mod naturali, l-aktar fl-Asja. Magħrufa bħala s-sors tal-morfina (12% minn din il-pjanta hi morfina) li tittieħed minn ġol-boċċa tal-fjura. Ara aktar dwar dan is-suġġett: LOPPJU.

ILMA DDISTILLAT: J. Hennen ra din il-psewdomediċina ssir f ’Malta. Sejħilha, Aqua Distillata Catellorum. L-intestin ta’ annimal żgħir kien jgħaddi minn proċess ta’ distillar u xi ftit qtar minnu kien jitħallat mal-ilma. Din MELĦ: F’Malta faċli jsir użu it-taħlita kienet tingħata lil minnu għax imdawrin biltfal kontra xi qatgħa kbira. baħar. Fl-Ewropa jinġabar minn taħt l-art mill-minjieri IMPJASTRU: Tip ta’ ġbara li magħmula għalih. Minn dejjtitqiegħed fuq il-ferita eċċ., em magħruf għall-kwalitajibiex tfejjaq l-infezzjoni. et tiegħu bħala antisettiku, Magħmula mid-dqiq tal-kit- l-aktar għat-tindif tal-ġilda.

Ferita jew ponta tfiqlek f’nofs iż-żmien milli kieku taħsilha bl-ilma biss. Il-melħ kien użat ukoll kontra l-ekżema u l-akne. Meta xi ħadd kien ibati bit-tunsilli kienu jagħmlulu kalzetta mimlija melħ ma’ griżmejh. Min titlagħlu ħrara f’xufftejh jew fi lsienu kien juża l-melħ. Anki fi problemi tal-intern, il-melħ kien jintuża f’taħwiriet ma’ oġġetti oħrajn. (G. Lanfranco, 2004)

Etim. Għ. raqa – verb: meta bniedem jitfa’ s-seħer fuq xi ħadd. Fis-Sirja, rejqan tfisser ‘suffejra’. RIEQI - Bniedem li jfejjaq lil dawk morda bis-suffejra. F’Malta kienet id-drawwa li meta xi tifel jieħu qatgħa, jeħduh għand il-Papas tal-Griegi biex jgħid talb fuq rasu. Sors: E.S.I. Eżorċista. Ara REQI / RIQI. Sors: M.A.V (1796). SANGISUG: Ara FSADA.

MERKURJU : Ara: ARĠENTUVI- SERVIZJAL: Pompa li tintuża VU. biex jitnaddfu l-imsaren. Tiddeffes minn wara, l-aktar meta RAMEL, BANJU TAR-: Bosta jkun hemm diffikultà serja ta’ kienu jemmnu f’mard mis- xedd. terjuż. (Hennen isemmi żewġ mardiet ttrattati b’dan il-mod: SEWWA FLIXKUN: Terminu li is-sogħla konvulsiva u ra- jirreferi għat-tħejjija u t-taħlit kutiżmu, li kien jattakka lit- tal-mediċina, magħmula tfal żgħar minħabba n-nuqqas mill-ħxejjex jew ħwawar f’mod tal-vitamina D. It-tfal kienu likwidu. Kien isir mill-ispiżjar jmorru lura f’saħħithom bla jew nies kwalifikati fil-professraġuni. Kien hawn supers- joni medika. Jekk dak li jkun tizzjoni li f’xi mument it-tfal isofri minn qatgħa kbira, kien jinbidlu minn spirti ħżiena. imur għand l-erbalista jew Għalhekk jieħdu lil dawn it-tfal l-ispiżjar u ‘isewwilu flixkun’ f’bajja fir-ramel, bħal f’San b’taħlita bil-ġulepp, magħmul Tumas, Wied il-Għajn. L-ak- mir-rabarbru u ftit zokkor’. tar magħrufa kienet ir-ramla li kien hemm fil-bajja ta’ San SUFA: Kienet tintuża meta xi Ġiljan. Jgħaddsu lit-tfal sa ħadd ikollu riħ. Jagħmlu biċċa għonqhom fir-ramel u jħal- drapp tas-suf mal-lampa, luhom għal ħafna sigħat biex isaħħnuha u jqegħduha fuq ifiqu. Hennen (1830) isemmih is-sider. dan ir-ritwal. Xi tobba kienu jemmnu f’dan il-metodu għax TERPENTINA: Materjal l-ilma u r-ramel bil-kwalitajiet magħmul mill-għelk tas-siġra tal-ġebla kalkarja kien jaħdem. taż-żnuber, li tinsab f’Malta u Ara: MARDA TAL-BIĊĊA. fil-Mediterran. Għandu kwalitajiet antisettiċi. Kien jitħalREQI/RIQI, TIRQIJA: Biha kienu lat f’impast mal-bajd, żabbara jittrattaw is-suffejra. RAQA v. (aloe), ħabaq u ingwent biex eżorċizza; fejjaq mis-suffejra. jgħatti l-ferita u ma tibqax

TERRA MELITENSIS/TERRA SIGILLATA: Fi żmien il-Medjuevu u fi żmien l-Ordni, il-Grotta ta’ San Pawl kienet magħrufa sew minn kulħadd bħala santwarju ta’ devozzjoni. Il-ġebla u t-trab tal-għar kien meqjus bħala mirakoluż. Bosta kienu jmorru hemm biex jakkwistaw ftit frak tal-ġebel u jżommuh f’kontenitur bħala talisman u antidotu mediċinali kontra l-avvelenament u biex jinżel id-deni. Dan it-trab kien magħruf mal-Ewropa kollha bħala terra sigillata melitensis. Kienu jemmnu li minkejja li l-blat kien jitqatta’ u jittieħed kontinwament għal dan l-iskop, kien jerġa’ jiġġenera ruħu waħdu. Skont l-istudjuż tal-ġeoloġija, it-Tabib George Zammit Maempel, dan it-trab, magħruf ukoll bħala Terra di San Paolo, seta’ tassew kien effettiv kontra l-avvelenament minħabba r-reazzjoni kimika li l-ġebla kalkarja tagħmel meta tmiss ċertu tip ta’ arseniku. It-trab kien jitħallat mal-ilma jew mal-inbid biex jinxtorob u jagħmel speċi ta’ kisja fl-imsaren sakemm l-avvelenament jgħaddi mis-sistema talġisem. L-istess rimedju kien jintuża anki kontra l-ġidri. TIRJAKA/TRIJAKA: Tip ta’ ingwent għal kontra l-gdim tas-sriep. B’mod ġenerali, din il-kelma tirreferi għal kull tip ta’ ingwent li jista’ jfejjaq. Gr. otriaca / utriaca. ŻEJT TAŻ-ŻAGĦRUNA: Iżżagħr­una hi ħuta mdaqqsa ta’ madwar wiżintejn. Kien jitteħdilha l-fwied u jitħalla mdendel biex iż-żejt iqattar fi flixkun u jintrefa’ għal meta jkun hemm bżonn. Miegħu kienu jżommu rixa, biex meta xi ħadd ikollu ferita, jidilku ż-żejt biha fuqha. Ara: ‘Mażżmien tiegħi ta’ tabib’, p. 55 - 57, ta’ Dr. Charles Cassar (1983).


20

03.07.2022

L-AIR WING MQR

IT-TAQSIMA TAL-AJRU TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA Din il-kitba saret bħala tifkira tal-50 sena ta’ titjiriet ta’ ħelikopters, air squadron u air wing fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta, liema attività ta’ kommemorazzjoni saret fl-1 ta’ Lulju 2022 Kitba ta’ CLIFFORD GALEA Ftit tal-ġimgħat wara li Dom Mintoff inħatar PM f’Ġunju tal-1971 huwa ħass il-ħtieġa li l-Malta Land Force, li f’April tal-1973 inbidel isimha għal Forzi Armati ta’ Malta (FAM), tissaħħaħ billi tibda topera taqsima tal-ajru. Għaldaqstant, talab l-għajnuna mingħand il-Ġermanja tal-Punent u l-Kanċillier Willy Brandt ma damx ma bagħtilna erba’ ħelikopters tat-tip 47 G2. Qabel waslu dawn il-ħelikopters 17-il individwu, bejn membri tal-Pulizija u membri tal-Armata, f’Ottubru tal-1971, intbagħtu l-Ġermanja tal-Punent fejn qattgħu sa Ottubru tas-sena ta’ wara jitħarrġu – 9 minnhom bħala tekniċi u 8 għal bdoti. F’Mejju ta’ 50 sena ilu ġew lura, ilkoll kwalifikati, u b’hekk ġiet stabbilita t-Taqsima tal-Ajru li semmewha ‘Helicopter Flight’ bil-bażi tagħha ġewwa St Patrick’s Barracks. Il-47 G2 huwa ħelikopter pjuttost żgħir, limitat għal missjonijiet bħal, patrols u fotografija mill-ajru. Imma serva biex kien il-bidu. Fl1973 il-Gvern Libjan tana ħelikopter tat-tip AB 206 Jet Ranger li jesa’ ħames persuni inkluż il-bdot. Permezz tal-‘Juliet’, kif kien magħruf aħjar, issa bdew jinġarru pazjenti fi stretcher mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex lejn Malta. Bejn l-1975 u l-1980 stakkament kompost minn uffiċjali tal-Qawwa tal-Ajru Libjana kienu preżenti hawn Malta f’liema żmien kienu jtajru żewġ tipi ta’ ħelikopters – Super Frelon u tliet Alouette IIIs. Il-bdoti Maltin kienu jtiru mal-Libjani iżda qatt ma nbeda xi tip ta’ taħriġ għalihom b’mod formali. L-istakkament Libjan kien ħalla pajjiżna fuq ordni tal-

Gvern Malti minħabba t-tilwima dwar id-dritt tat-tfittix għaż-żejt magħrufa bħala l-Median Line dispute, f’Awwissu tal-1980. Tajjeb wieħed jirrimarka illi f’Settembru tal-1978, il‘Flight’ bidlet il-Bażi tagħha u marret Ħal Far. Hawn damet biss sa Mejju tas-sena ta’ wara, fejn sa fl-aħħar stabbiliet ruħha f’post fejn tassew kien jixraq, proprju ġewwa l-mitjar ta’ Ħal Luqa. Dan il-pass ġab ħafna vantaġġi miegħu, speċjalment il-fatt li l-fuel tal-ħelikopters kien ‘wara l-għatba’. Matul it-tmeninijiet il‘Flight’ rat żieda wkoll fil-membri, kemm bdoti, tekniċi u ħaddiema fl-amministrattiv. Fl-1982, grazzi għall-ftehim li kien intlaħaq bejn il-Gvern Malti u dak Taljan, dawn tal-aħħar provdewlna s-servizz ta’ ħelikopter AB 204B li kien ferm akbar minn tagħna u li fuq kollox kien attrezzat b’winch u b’sistema ta’ floats f’każ ta’ nżul ta’ emerġenza fil-baħar. Ma damx ma beda wkoll it-taħriġ lill-bdoti Maltin fuq dan il-ħelikopter. Aktar ’il quddiem, preċiżament f’Settembru tal-1987, wasal

il-ħelikopter AB 212 li ħa post it-204. Dan kien ħelikopter li tista’ tgħid itir kważi f’kull kundizzjoni meteoroloġika, jieħu 12-il passiġġier minbarra ż-żewġ bdoti u fuq kollox mgħammar b’żewġ magni. Biss dawn dejjem baqgħu jittajru minn ekwipaġġ Italo-Malti u qatt ma ngħataw lil Malta. Is-sena 1992 il-Flight rat numru ta’ bidliet. Fi Frar waslu ħames ajruplani fixed-wing L-19E Bird Dog u għaldaqstant inbidel l-isem tat-Taqsima minn ‘Helicopter Flight’ għal ‘Air Squadron’. Ġew ingaġġati bdoti liċenzjati minn barra mill-Armata fosthom mara, iżda fl-istess ħin tħarrġu uffiċjali tal-Armata ġewwa Latina, l-Italja fejn eventwalment dawn iggradwaw ukoll. Dan l-ajruplan kien jieħu tnejn min-nies u meta r-riħ ikun mill-ġenb kien ikun aktar diffiċli sabiex wieħed jillandjah. F’Mejju l-flotta kibret bil-wasla ta’ żewġ ħelikopters tat-tip Nardi Hughes NH 369MC. Dawn kienu jieħdu erba’ persuni u kienu mgħammra bi floats fissi. Qabel ġew Malta kienu operati mill-Guardia di Finanza Taljana. Bdot tal-

FAM attenda kors ġewwa l-Iskola tal-Ħelikopters li hemm fi Frosinone sabiex jitħarreġ bħala għalliem talHughes. Sfortunatament, wieħed minn dawn iż-żewġ ħelikopters ma damx ma twaqqaf milli jtir minħabba teknikalità. Matul din is-sena, tnejn mit-tliet Alouettes li kienu ħallewlna l-Libjani, ittieħdu Franza sabiex isirulhom l-hekk imsejħa major overhaul u f’Diċembru, ekwipaġġi Maltin tajruhom lejn gżiritna. Dan seħħ wara li matul is-sena preċedenti, uffiċjali mill-Ministeru tal-Intern Libjan, għaddewlna dawn il-ħelikopters b’mod uffiċjali. It-tielet Alouette wkoll saritlu major overhaul u ttajjar lura lejn Malta ftit xhur wara. L-Air Wing kellha issa fi ħdana ħelikopters attrezzati b’winch, floats ta’ emerġenza, u numru ta’ strumenti ta’ navigazzjoni. Setgħu wkoll idumu massimu ta’ tliet sigħat fl-ajru. Mela b’din l-addizzjoni ta’ mezzi, it-Taqsima tal-Ajru setgħet twettaq missjonijiet ta’ salvataġġ kemm fuq il-baħar sa 60 mil nawtiku bogħod minn xtutna kif ukoll minn inħawi remoti li ma jintlaħqux la b’vet-

Il-bdoti Maltin kienu jtiru mal-Libjani iżda qatt ma nbeda xi tip ta’ taħriġ għalihom b’mod formali. L-istakkament Libjan kien ħalla pajjiżna fuq ordni tal-Gvern Malti minħabba t-tilwima dwar id-dritt tat-tfittix għaż-żejt magħrufa bħala l-Median Line dispute, f’Awwissu tal-1980

turi u lanqas bil-mixi, bħal widien u rdum. Madankollu, il-Missjoni Militari Taljana xorta baqgħet hawn tagħtina s-servizz permezz tal-ħelikopter AB 212 fejn jeħtieġ – ma ninsewx li dan tal-aħħar kien akbar, kellu żewġ magni kif ukoll aktar strumenti ta’ navigazzjoni mill-Alouette. F’Diċembru tal-1995, l-Air Wing akkwistat ajruplan b’żewġ magni tat-tip BN-2B Islander. Fil-frattemp, żewġ bdoti marru l-Istati Uniti fejn kwalifkaw bħala Multi Engine Instrument Flight Instructors. Eventwalment ġabu l-liċenzja fuq l-Islander u wara għallmu lill-kollegi bdoti tagħhom itajruh ukoll. Tliet snin wara wasal it-tieni Islander. L-ewwel wieħed kien twaqqaf milli jtir aktar f’Novembru tal-2011. Minħabba ż-żieda ta’ aktar mezzi, inkluż żewġ Alouettes li nxtraw fl-1996 mill-Olanda, inbena ħangar ġdid u modern filwaqt li n-numru ta’ uffiċjali u suldati wkoll kompla jiżdied sabiex ilaħħaq mad-domanda teknika u operattiva relatata. Fi Frar tas-sena 2000 il-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) xtrat erba’ ajruplani tat-tip Bulldog mingħand ir-Royal Air Force u sena wara wasal il-ħames wieħed ta’ dan it-tip. Dawn tal-aħħar ħadu post il-Bird Dogs li erba’ minnhom inbiegħu fl-Istati Uniti u wieħed ingħata bħala self lill-Mużew tal-Avjazzjoni f’Ta’ Qali. Il-Bulldogs bdew jintużaw għall-patrols kif ukoll bħala trainers. Il-Bulldogs taru għall-aħħar darba fis-27 t’Ottubru tas-sena 2013. F’Mejju tas-sena 2000, l-ajruplani u ħelikopters tal-Iskwadra inqatgħu mir-Reġistru Ċivili bl-introduzzjoni tal-Military Air Rules and Regulations. Għaldaqstant inbidlitilhom il-call sign li saret AS segwita minn


21

03.07.2022

sett ta’ erba’ figuri – l-ewwel tnejn jirreferu għas-sena li fiha l-ajruplan/il-ħelikopter kien akkwistat mill-FAM u t-tnejn l-oħra skont l-ordni kronoloġika tal-akkwist. Allura l-ewwel ħelikopter, li kellu l-call sign 9H AAE sar AS 7201 – AS għal Air Squadron, 72 għas-sena 1972 u 01 għax kien l-ewwel wieħed akkwistat. Mas-sħubija fl-Unjoni Ewropea fl-2004, Malta sar l-istat l-aktar fin-nofsinhar tal-Unjoni u b’hekk l-irwol tat-Taqsima tal-Ajru tal-Forzi Armati ta’ Malta sar aktar importanti. Grazzi għall-introduzzjoni tar-regolamenti u fondi tal-Unjoni Ewropea, il-Forzi Armati investew bissħiħ fl-immodernizzar talAir Wing. L-Infrastruttura u t-tagħmir tjiebu sabiex jipprovdu ambjent aktar sikur lill-membri – ħangars, binja amministrattiva, kif ukoll imħażen, stazzjon ta’ ħasil tal-ajruplani u bowsers tal-fuel kollox ġdid. Fl-2006 il-Forzi Armati wettqet riorganizzazzjoni u fost l-affarijiet li ħadet ħsieb tbiddel kien li l-iskwadra tal-ajru jkun elevat l-istatus tagħha u ssir unit awtonoma. Dan sar b’konsegwenza tat-tkabbir tagħha matul l-aħħar snin kemm fil-mezzi tal-ajru kif ukoll f’dak ta’ personell. Għaldaqstant, minn Air Squadron sar jisimha Air Wing. Filwaqt li l-istħarriġ għal akkwist ta’ tagħmir dejjem aktar modern ma waqafx, daqstant ieħor ma waqafx it-taħriġ tal-membri talAir Wing. Żdiedu bil-wisq il-korsijiet għall-inġiniera u għat-tekniċi tal-ajruplani u tal-ħelikopters ġewwa l-MCAST bil-konsegwenza ta’ titjieb notevoli fil-manutenzjoni tal-mezzi tal-ajru. Il-membri tat-taqsima bdew ukoll jintbagħtu għal bosta korsijiet tal-Frontex, l-aġenzija li tħares u tindokra l-fruntiera tal-Unjoni Ewropea. Lejn l-aħħar u l-ewwel snin tal-ewwel żewġ deċennji l-Air Wing għaddiet minn bidla evoluzzjonarja fi żmien relattivament qasir. F’Lulju tal-2009 wasal ajruplan tattip Casa C-212-200 li ngħaqad temporanjament mat-taqsima. Tliet bdoti Maltin kwalifikaw fuqu, personell tekniku tħarreġ sabiex ikunu jistgħu jżommuh f’kundizzjoni tajba għat-titjir, filwaqt li numru ta’ membri oħra tħarrġu u kwalifikaw bħala Mission System Operators. Matul is-sajf dan l-ajruplan ħa seh-

Fl-2006 il-Forzi Armati wettqet riorganizzazzjoni u fost l-affarijiet li ħadet ħsieb tbiddel kien li l-iskwadra tal-ajru jkun elevat l-istatus tagħha u ssir unit awtonoma. Dan sar b’konsegwenza tat-tkabbir tagħha matul l-aħħar snin kemm fil-mezzi tal-ajru kif ukoll f’dak ta’ personell

em f-operazzjoni tal-Frontex, Nautilus. Lejn l-aħħar ta’ Ottubru, il-Casa mar lura Lussemburgu minn fejn kien ġie erba’ xhur qabel. Dan in-‘namrar’ mal-Casa kien siewi għax permezz tiegħu l-membri tal-ekwipaġġ tat-taqsima daqu ftit esperjenza ta’ ajruplan sofistikat bi preparazzjoni għaż-żmien li kien qiegħed joqrob. Qiegħed nirreferi għall-wasliet ta’ żewġ mezzi mill-aktar moderni u sofistikati. L-ewwel wasla kienet dik tal-ajruplan tattip Hawker Beechcraft B200 King Air Maritime Patrol Air-

craft, proprju fi Frar tal-2011. Eventwalment l-Air Wing akkwistat żewġ King Air oħra. Aktar tard, akkwist ieħor sinifikanti kien dak tat-tliet ħelikopters Agusta-Westland 139, li bħall-ajruplan King Air huwa meqjus bħala stateof-the-art all weather aircraft. Dan kollu seħħ grazzi għall-fondi tal-Unjoni Ewropea. Issa għadda żmien fejn it-Taqsima tal-Ajru kienet topera b’tagħmir u b’kapaċitajiet bażiċi. Preżentament il-flotta hija attrezzata b’mezzi meqjusa aktar kumplessi fid-dinja tal-avjazzjoni. Għadda ż-żmien ta’

ajruplani u ħelikopters ta’ livell bażiku. Madanakollu, wieħed ma jistax jinjora minn fejn tlaqna u l-fatt li dawn tal-aħħar, pereżempju il-ħelikopters 47 G2 u l-ajruplani Bird Dogs kienu l-katalisti li stimulaw il-pożizzjoni li tinsab fiha llum l-Air Wing. It-taħriġ tal-enġiniera, tekniċi u membri tal-ekwipaġġ li jħaddmu t-tagħmir elettroniku u sofistikat tal-ajruplani u ħelikopters dejjem baqa’ għaddej ġewwa l-MCAST. Barra minn hekk, bħalissa wkoll waslu għall-gradwazzjoni ħames bdoti tal-ajruplan fixed-wing

u sitta tal-ħelikopter, fosthom mara. Tajjeb wieħed ifakkar illi fl-2013 l-Air Wing irċeviet l-ogħla ġieħ nazzjonali meta ingħatat il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika bħala rikonixximent tas-servizz mogħti lin-Nazzjon. Premju daqstant onorabbli huwa dak li ngħatat is-Sezzjoni tar-Rescuers fl-2014, ċoè l-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena. Tista’ tgħid xejn ma ntqal fil-paragrafi t’hawn dwar dan il-grupp ta’ individwi li jifformaw parti essenzjali minn ekwipaġġ ta’ salvataġġ. Dawn l-irġiel jintażlu wara skrutinju strett u kors rigoruż. Dawn huma dawk li jiddendlu mill-ħelikopter li, ħafna drabi b’riskju mhux żgħir għal ħajjithom, jaslu maġenb il-midrub sabiex jagħtuh l-ewwel għajnuna. Biżżejjed wieħed isemmi każ partikulari li seħħ fl-2007 meta rescuer tal-Air Wing, mingħajr ma tant qies ir-riskju li kien dieħel fih, salva Franċiż minn mewt kważi ċerta.F’Diċembru ta’ dik is-sena huwa ġie ppreżentat il-Midalja għall-Qlubija b’turija nazzjonali għall-apprezzament lejn dan il-ġest erojku. Nagħlqu din il-kitba billi nsellmu lill-membri kollha tal-Helicopter Flight, Air Squadron u Air Wing li m’għadhomx magħna.


22

03.07.2022

KIMBERLY MUSCAT

TAGĦTI EŻEMPJU LIL ĦAFNA ŻGĦAŻAGĦ Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Dan l-aħħar kont qed infittex fuq l-internet u skoprejt bi tfajla li riedet tagħmel xi ħaġa b’ħajjitha u tagħti eżempju fuq il-midja soċjali lil ħafna żgħażagħ. Interessajt ruħi aktar u għamilt kuntatt magħha. Qed nirreferi għal Kimberly Muscat. Għandha 32 sena minn Ħal Qormi u bħala professjoni hija għalliema. Tgħallem ir-reliġjon fi skola tal-Istat liż-żgħażagħ tas-sekondarja. Bħala passatempi tħobb taqra, tħobb tagħmel xogħol volontarju speċjalment mażżgħażagħ u t-tfal u tħobb ħafna t-tpinġija. Tispiraha ħafna l-mużika speċjalment dik strumentali u dik Taljana. Tħobb tara series u films speċjalment dawk tad-daħq, romantiċi jew xi dokumentarju tajjeb. Għandha xewqa kbira li titgħallem il-vjolin u li jkollha librerija kbira. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala tfajla responsabbli li tħobb ħafna s-sempliċità. “Is-sempliċità mhux li tgħix fqir imma li tgħix bl-affarijiet essenzjali tal-ħajja. Personalment inħobb ħafna l-ħajja u l-avventuri kollha li ġġib magħha. Bħala karattru jiena estroverta minkejja li nħoss il-bżonn ta’ mumenti fil-kwiet għalija waħdi. Inħobb ħafna nitbissem, nidħak u ċajta nikolha mal-ħobż. Jiena nħobb ħafna nitgħallem u nesplora affarijiet ġodda, organizzata ħafna u determinata ħafna. Kapaċi nisma’ lill-oħrajn u storbjuża ħafna,” bdiet tgħidli dwarha Kimberly. Ħolqot paġna fuq Instagram – Once Upon a Maltese Reader Madwar sena ilu, fi żmien ilCOVID-19, Kimberly riedet tagħmel xi ħaġa b’ħajjitha u tagħti eżempju fuq il-midja soċjali anki lil ħafna żgħażagħ, b’mod partikolari għax hija għalliema. Fil-fatt, ħolqot paġna fuq Instagram – Once Upon a Maltese Reader fejn fuqha tagħmel reviews u tagħmel rakkomandazzjonijiet ta’ kotba li tkun qrat. Ħallejt f’idejha sabiex tgħaddili aktar informazzjoni. “Once Upon a Mal-

tese Reader bdiet fil-pandemija meta konna d-dar f’partial lockdown. Xtaqt nagħmel xi ħaġa bil-ħin tiegħi u għalhekk iddeċidejt li nuża xi ħaġa li nħobb nagħmel u niżviluppa paġna ddedikata għaliha. Xtaqt b’xi mod nuri lin-nies li waqt li qegħdin id-dar, forsi xi wħud minna naħlu l-ħin, li stajna nagħmlu xi ħaġa li tagħti gost u b’mod indirett tgħallimna. Biex inżomm il-paġna attiva kuljum intella’ xi kontenut, kemm fuq stories u kemm bħala ritratti u bħala rispons bħalissa qegħdin ’il fuq minn 10,000 persuna minn postijiet differenti fosthom l-Amerka, Sri Lanka, l-Indja, il-Filippini, in-Nepal, il-Finlandja u l-Ġermanja,” infurmatni. Magħha tkellimt dwar l-għan primarju wara din l-istess paġna li ħolqot. Fil-fatt, infurmatni li l-għan prinċipali tal-paġna huwa li taqsam l-opinjoni tagħha fuq il-qari u tħeġġeġ lil ħaddieħor biex jinnamra mal-kotba. “Fi żmien il-pandemija kont qed nimmissja ħafna s-safar u l-qari narah qisek irkibt ajruplan. Waqt safra inti tara postijiet differenti u tesperjenza avventuri differenti. Il-qari qisu vjaġġ fejn għandek avventuri differenti għaddejjin kontinwament minn bilqiegħda. F’ħajti jiena ‘sifirt ħafna’ permezz tal-kotba. Daqqa ssibni niekol ma’ xi re u reġina f’palazz enormi, daqqa qiegħda niġġieled ma’ xi dragun, ħin ieħor qiegħda mitlufa ġewwa foresta nfittex it-triq lura, u f’mumenti oħra qiegħda f’univers differenti lil hinn mid-dinja. Kull ktieb huwa avventura għalih u minn fuq il-pultruna nħoss li dejjem nesperjenza avventuri ġodda. L-għan ta’ din il-paġna huwa biex ngħin lin-nies isibu l-ktieb tagħhom u huma wkoll jagħmlu din l-esperjenza.” Ta’ min jgħid li l-kotba minn dejjem kienu għal qalbha. Dejjem kienet taqra, u llum saret iktar passjonali fejn jidħlu l-kotba. Qatt mhu tard biex persuna tibda l-qari. Fil-fatt, Kimberly tisħaq li m’hemmx età u m’hemmx żmien meta persuna tibda taqra. Xtaqt inkun naf xi kemm-il ktieb taqra f’ġimgħa sħiħa, u x’inhu

l-aktar ġeneru li tħobb taqra, b’liema lingwa u għaliex. “Jiena minkejja li jiena persuna impenjata, xorta nsib il-ħin biex naqra. F’ġimgħa kapaċi naqra żewġ kotba jew aktar, imma wkoll kapaċi naqra kapitlu wieħed biss. Skont il-ktieb kemm ikun tajjeb u kemm jolqotni. Anke skont iċ-ċirkustanzi tal-ħajja, imma nipprova li almenu nħalli ftit mumenti għalija nnifsi, jiena u l-ktieb. L-aktar ġeneru li nħobb naqra huwa l-fantażija u l-young adult. Però miftuħa għal ħafna ġeneri u nipprova minn kollox. L-aktar lingwa preferita tiegħi hija l-Malti u għandna ħafna kotba eċċellenti Maltin. It-tieni hija l-Ingliż u wara t-Taljan. Ma jeżistux kotba mhux tajbin, imma sempliċiment kotba li ma jkunux addattati għalik,” stqarret miegħi.

Sfortunatament milli tosserva, il-qari ma jingħatax wisq prijorità mill-istudenti Maltin Magħha ddiskutejt ukoll dwar dak li tosserva fl-iskejjel, jekk taħsibx li l-Maltin għandna l-kultura tal-qari fina. “Sfortunatament milli nosserva jiena, il-qari ma jingħatax wisq prijorità mill-istudenti Maltin u hija ħasra għax qed jitilfu ħafna. Ħafna żgħażagħ jaraw ħafna films u mhux qed jirrealizzaw li film jagħtik ftit, filwaqt li ktieb jista’ jidħol f’ħafna aktar dettalji u informazzjoni. Nieħu gost ħafna meta xi student narah b’xi ktieb f’idejh u jtellagħni s-sema imma hija xena li ftit nara. Nieħu gost ħafna li xi wħud jibagħtuli għal xi suġġeriment ta’ xi ktieb tajjeb fuq il-paġna

tiegħi u nkun ħerqana biex ngħin lil dak li jkun jibda l-avventura ġdida fil-ħajja tiegħu.” Issostni li bdiet b’kollezzjoni personali ta’ żewġ xkafef ta’ kotba, u llum għandha ’l fuq minn 500 ktieb u tixtieq tibni librerija ħafna ikbar. Fil-fatt, hija xewqa kbira ħafna tagħha u minkejja li ktieb illum il-ġurnata mhux irħis, imma tipprova tfaddal biżżejjed biex tixtri kotba ta’ kwalità. “Xi wħud mill-awturi jitolbuni l-opinjoni tiegħi rigward il-kotba u għalhekk huma jibagħtuli x-xogħol tagħhom biex naqrah. Nagħmel ħafna kollaborazzjonijiet ma’ awturi, anke barranin u b’hekk il-kollezzjoni dejjem tiżdied.” Ħajjitha litteralment imdawra mal-kotba, u hija persuna li ma tħobbx taħli l-ħin. Fil-fatt, għax-xogħol tmur


08.11.2020 03.07.2022

23

SKEDA ONE 06:30 06:45 07:00 07:30 07:45 07:50 08:00 08:35 09:35 10:45

11:45 12:30 12:35 12:40 12:40 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45

Telebejgħ ONE News Liquorish Primetime Preview Pink Panther Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview

16:00 17:00 19:15 19:30 20:10 20:20 20:35 22:45 23:30

Flimkien ma’ TNEJN Nancy 04-07 Indigo ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Tentufiet Liquorish Music Legends ONE News

06:30 ONE News 06:45 Liquorish 06:55 Reboot 07:30 ONE News 07:45 Tentufiet 07:50 Primetime Preview 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Indigo 10:40 Klassi Għalina 11:45 Telebejgħ

12:30 12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00

ONE News Liquorish Primetime Preview The Local Traveller Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja

17:00 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 21:05 22:05 23:00 23:30

Indigo ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Tentufiet Country Jamboree The BBQ League Xablott Ieqaf 20 Minuta ONE News

06:30 06:45 06:55 07:30 07:45 07:50 08:00 08:30 10:45 11:45 12:30

12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00 17:00 19:20

Liquorish Primetime Preview What’s Cooking Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja Indigo ONE Sports & Temp

19:30 20:10 20:20 20:30 21:30 22:30 23:30

ONE News ERBGĦA Primetime 06-07 Preview Tentufiet Cash Ride Game Over Flip the venue ONE News

06:30 ONE News 06:45 Liquorish 06:55 What’s Cooking 07:30 ONE News 07:45 Tentufiet 07:50 Primetime Preview 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Indigo 10:45 Klassi Għalina 11:45 Telebejgħ

12:30 12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00

ONE News Liquorish Primetime Preview Country Jamboree Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja

17:00 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 21:00 21:15 23:30

Indigo ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Tentufiet News Ibgħathieli bil-posta The BBQ League ONE News

06:30 06:45 06:55 07:30 07:45 07:50 08:00 08:30 10:45 11:45

12:30 12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00

ONE News Liquorish Primetime Preview Reboot Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja

17:00 19:18 19:30 20:10 20:20 20:30 23:30

Indigo 08-07 ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Tentufiet Brillanti ONE News

06:30 ONE News 06:45 The Local Traveller 07:25 ONE News 07:45 Tentufiet 07:50 Ulied Maltin 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 Mad-Daqqa t’Għajn 10:15 The Local Traveller

10:45 11:20 12:30 12:35 12:45 13:45 15:30 15:35 17:15 18:15

What’s Cooking Telebejgħ ONE News Tentufiet Dak li Jgħodd Mill-Festa ONE News Mill-Festa Flimkien ma’ Nancy Sabiħa l-Ħajja

18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 21:15 22:15 23:30

Country Jamboree ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Klassi Għalina The BBQ League Flip the Venue ONE News

06:30 06:45 07:30 07:45 07:50 08:00 08:40 09:00 10:00 10:20

10:50 11:20 12:30 12:35 15:30 15:35 16:30 17:30 18:30

Esperti Telebejgħ ONE News Brillanti ONE News Mhux Kemm Taf Mad-Daqqa t’Għajn Eko Djar Ieqaf 20 Minuta

18:50

ONE News Liquorish Music Legends ONE News Tentufiet Primetime Preview Quddiesa tal-jum Indhouse Dak li Jgħodd Klassi Għalina

TLIETA 05-07

bil-mixi u ġeneralment titfa’ f’widnejha sett headphones biex tisma’ audiobook. Dan huwa forma oħra ta’ qari ta’ kotba, għalkemm proprjament tkun qed tisma’, aktar milli qed taqra. B’hekk magħha ddiskutejt x’differenza tara u tippreferix il-ktieb tradizzjonali f’idejha. “Personalment dejjem nippreferi l-ktieb f’idejja. Il-fatt li mmiss il-ktieb u noqgħod xi mkien għall-kwiet jagħtini ħafna aktar sodisfazzjon u nħoss li nidħol ħafna aktar fl-istorja. Once Upon a Maltese Reader apparti li tiffoka fuq il-kotba tiffoka wkoll fuq dak li hu Malti u għalhekk ħafna mir-ritratti li ntella’ huma f’lokalitajiet differenti Maltin u Għawdxin. Xi kultant minħabba kurżità kif tkun se tkompli l-istorja jkolli nisma’ l-ktieb permezz ta’ audiobook, però l-ktieb dejjem huwa l-preferit tiegħi. Meta nkun ħdejn il-baħar jew inkella f’xi postijiet li ma nistax nieħu ktieb miegħi allura nieħu l-kindle,” stqarret miegħi. Ktieb kapaċi jnissel tbissima u jferraħna Huwa fatt li ktieb huwa investiment u li l-qari jiftaħ orizzonti ġodda, jgħallem, ikabbar, u joħloq iktar kreattività lil kull min jagħmel użu minnu. Ridt inkun naf kemm-il siegħa ta’ qari tirrakkomanda li wieħed għandu jqatta’ ħin jaqra. Fil-fatt, dlonk weġbitni li ma tħossx li għandha tagħti ħin speċifiku kemm persuna

għandha tqatta’ ħin taqra għax kulħadd għandu jara l-istil talħajja tiegħu, però ftit minuti kuljum tgħinna biex nistabbilixxu rutina. “Forsi li niddixxiplinaw ruħna nsibuha bi tqila, però xi kultant inqattgħu ħafna ħin fuq il-midja soċjali li ma jagħtiniex ferħ fil-ħajja tagħna. Ktieb kapaċi jnissel tbissima u jferraħna filwaqt li jgħallimna u nsiru aktar kreattivi filwaqt li jserrħilna rasna mill-problemi kbar tal-ħajja.” Sirt naf ukoll li normalment meta ssiefer tħobb tfittex ħwienet tal-kotba jew libreriji fejn fihom tintilef tara, tagħżel u taqra l-kotba. Litteralment ħajjitha ddur mal-kotba. B’hekk ħarġitli naturali li nistaqsiha jekk qattx tħajret tippubblika xi ktieb hija stess. “Minkejja li naqra ħafna kotba ma nħossx li għalissa għandi l-muża biex nippubblika xi ktieb, però ma neskludi xejn li fil-futur għad nidħol f’avventura ġdida,” stqarret miegħi. Fl-aħħar tal-intervista, stedintha tħalli messaġġ lill-qarrrejja ta’ din ilgazzetta. “Il-messaġġ tiegħi huwa wieħed sempliċi ħafna. Minkejja li ħafna minna ngħixu l-ħajja tagħna impenjattiva però huwa sabiħ li f’ħajjitna nsibu mumenti fejn verament ngħixu mhux neżistu biss. Il-qari huwa opportunità biex insibu mumenti biex niċċarġjaw il-batterija talħajja tagħna u waqt li nkunu bilqiegħda fuq il-pultruna jew ħdejn il-baħar nidħlu f’avventura li tibqa memorabbli għal ħajjitna.”

ONE News Liquorish Pink Panther ONE News Tentufiet Primetime Preview Quddiesa tal-Jum Indigo Klassi Għalina Telebejgħ ONE News

ĦAMIS 07-07

ONE News Liquorish Ondroad ONE News Tentufiet Primetime Preview Quddiesa tal-Jum Indigo Klassi Għalina Telebejgħ

SIBT 09-07

ONE News Country Jamboree ONE News Tentufiet Ulied Maltin Il-Quddiesa tal-jum Ieqaf 20 Minuta Paper Scan Popcorn Country Jamboree

19:25 19:30 20:15 21:00 23:30

ĠIMGĦA

ĦADD Sabiħa 10-07 l-Ħajja ONE Sports & Temp ONE News Willy Kunċert Kalamita ONE News


24

03.07.2022

reċensjoni tal-ktieb

DAQQA TA’ ĦARTA Il-vera mħabba. Dik li ġġegħlek tħoss sentiment profond għal xi ħadd li tkun għadek qatt ma rajt qabel. U dik l-imħabba bejn missier u bint. Daqqa ta’ ħarta. F’dik il-frazzjoni ta’ mument qabel ma laħqet tathielu, Alba indunat li dak il-wiċċ daħqan kien jappartjeni lil ġuvni twil, għajnejh ċari blu bl-isfar ikanġi ġo fihom. Il-ħin kien waqaf. Għajnejha f ’għajnejh. Iżda issa kien tard wisq. Deshan beda joħroġ mal-ħabiba tagħha Zara. Lejl ta’ maltemp. X’jiġri bejn Deshan u Alba? U dakinhar tal-festin ta’ għeluq snin ħabibitha? Ilħna fid-dlamijiet. Libsa mċarrta.

Għalfejn Alba kienet tħoss li l-mewt ta’ Zara kienet fuq spallejha? X’rabta kien hemm bejn missier Alba u Deshan? Ballu tal-maskri. Il-Milied. Stranġier fuq vapur. Notamenti. Dan ir-rumanz huwa rakkont emozzjonali fuq il-vera mħabba b’element sopranaturali li jqanqallek kurżità ħalli tiskopri t-tmiem tiegħu li mhux mistenni. Daqqa ta’ ħarta… Daqqa ta’ ħarta kienet il-bidu ta’ kollox. Nixtieq inreġġa’ l-arloġġ lura. Ħalli inti tkun tiegħi. Tiegħi biss. Sal-aħħar nifs.

Mistoqsija: X’inhi l-vera mħabba? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb DAQQA TA’ ĦARTA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 10 ta’ Lulju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb JIFRIDNA BISS IS-SKIET hija:

E.BONNICI CACHIA - ŻEBBUĠ

03 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’inhu sigarett elettroniku?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

03.07.2022

DIANE DOWNS – ŻGUR MHUX L-OMM TAS-SENA Tipprova teħles minn uliedha biex tkun mal-maħbub tagħha Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Elizabeth Diane Downs hi qattiela Amerikana li nstabet ħatja għall-qtil ta’ bintha u b’attentat ta’ qtil taż-żewġ uliedha l-oħrajn. Il-każ seħħ f’Mejju tal-1983 qrib Springfield f’Oregon fl-Istati Uniti. Downs qalet li raġel prova jisirqilha l-karozza u spara fuqha u fuq uliedha iżda l-evidenza wriet mod ieħor u l-kundanna nqatgħet hekk kif bintha li salvat xehdet kontriha. Min kienet Diane Downs? Elizabeth Diane Downs, magħrufa l-iżjed bit-tieni isem tagħha – Diane, twieldet fis-7 ta’ Awwissu tal-1955 f’Phoenix f’Arizona fl-Istati Uniti. Downs qalet li missierha kien abbużaha sesswalment meta kellha biss 12-il sena. Hi kienet tattendi l-Moon Valley High School u hemmhekk iltaqgħet mar-raġel tal-futur tagħha, Steve Downs. Hi gradwat mill-iskola u wara marret tkompli tistudja fil-Pacific Coast Baptist Bible College f’Orange f’Kalifornja, iżda tkeċċiet wara sena minħabba mġiba ħażina. Kien għalhekk li reġgħet marret tgħix mal-ġenituri tagħha f’Phoenix f’Arizona. Downs ħarbet mid-dar ma’ Steve Downs u żżewġitu fit-13 ta’ Novembru tal-1973, fl-età żgħira ta’ 18-il sena. Sena wara miż-żwieġ, il-koppja Downs kellha l-ewwel tifla flimkien, Christie Ann. Meta Christie Ann kellha sentejn, Downs welldet tifla oħra, Cheryl Lynn. L-aħħar wild tal-koppja Downs kien Stephen Daniel, li twieled fl-1979. Sena wara mit-twelid tat-tifel, Stephen Downs talab għad-divorzju minn ma’ martu għax kellu suspett kbir li t-tifel ma kienx minn tiegħu minħabba li kien għamel l-operazzjoni tal-vażektomija. Fl-1981, Downs iffirmat kuntratt għas-somma ta’ 10,000 dollaru biex tgħin koppja jkollha tarbija. F’Mejju tal-1982, Downs welldet it-tifla tagħhom li semmietha Jennifer, iżda l-ġenituri bidlulha isimha għal Becky hekk kif Downs tathielhom. Wara li l-kuntratt intemm mat-twelid tat-tarbija, Downs sabet xogħol bħala pustiera mal-United States Postal Service. Uliedha u l-maħbub Waqt li Downs kienet taħdem bħala pustiera, hi ltaqgħet mal-pustier Robert Knickerbocker. Dawn it-tnejn bdew relazzjoni intima waqt li Knickerbocker kien għadu miżżewweġ lil martu. Downs riedet iktar tfal iżda Knickerbocker ma riedx u lanqas ma wera interess li jitlaq lil martu biex ikun magħha peress li hi diġà kellha tlett itfal. Dan wassal lil Downs biex

Downs flimkien ma’ wliedha - Stephen, Christie u Cheryl

Diane Downs b’idha marbuta wara li ‘raġel’ spara lilha u lil uliedha

Diane Downs meta ġiet arrestata għall-ewwel darba, fejn tidher li kienet tqila

tipprova teħles minn uliedha ħalli tkun tista’ tirbaħ lil Knickerbocker. Fid-19 ta’ Mejju tal-1983, Downs sparat lit-tliet uliedha waqt li kienu magħha fil-karozza. Hi sparat fuq idha wkoll biex tkun tista’ toħloq l-istorja li raġel prova jisraqha u li spara fuqha u fuq uliedha. Downs saqet lejn il-McKenzie-Willamete Hospital fi Springfield f’Oregon u bdiet issuq bil-mod ħafna ħalli wliedha jmutu bil-ġrieħi li kkaġunatilhom. Fil-fatt, sakemm waslet l-isptar, Cheryl laħqet mietet. It-tobba daru bi Christie u b’Daniel fejn dawn it-tnejn sofrew diżabbiltajiet fiżiċi. Downs qalet lill-ħaddiema talisptar li raġel prova jisirqilha l-karozza u spara fuqha u fuq uliedha iżda dawn baqgħu skantati bil-kalma ta’ Downs f’sitwazzjoni daqshekk traġika.

Waqt li l-pulizija bdew jinvestigaw, huma skoprew li Downs ċemplet lil Knickerbocker hekk kif waslet l-isptar. Il-pulizija tal-forensika bdew isibu kontradizzjonijiet bejn l-istorja ta’ Downs u l-evidenza li sabu fil-karozza. Apparti dan, Downs ma qalitx lill-pulizija li hi kellha arma tannar u kienu l-eks raġel tagħha u l-eks namrat li għarrfu lill-pulizija li hi filfatt kellha pistola. Downs gidbet ukoll li bdiet issuq b’veloċità qawwija biex tasal l-isptar mentri diversi sewwieqa ilmentaw li Downs bdiet issuq b’inqas minn 11-il kilometru fis-siegħa. L-iktar xhud importanti f’dan il-każ kienet bintha stess, Christie, li qalet li ommha kienet li sparatilhom. Downs ġiet arrestata fit-28 ta’ Frar tal-1984 mixlija bil-qtil ta’ bintha Cher-

yl u bl-attentat ta’ qtil ta’ Christie u Daniel. Meta ġiet arrestata, hi ħasdet lil kulħadd hekk kif kellha tmien xhur tqala. Hi nstabet ħatja u weħlet għomor il-ħabs u 50 sena oħra filwaqt li ma setgħetx tapplika għall-parole qabel ma sservi 25 sena mis-sentenza tagħha. Xahar wara mill-ġuri, Downs welldet tifla li semmietha Amy Elizabeth qabel ma ttiħditilha mill-istat. Taħrab mill-ħabs Waqt li kienet fl-Oregon Women’s Correctional Center f’Salem, Downs irnexxielha taħrab u l-awtoritajiet damu għaxart ijiem ifittxuha sakemm fl-aħħar instabet. Ta’ dan, Downs weħlet ħames snin oħra ħabs mas-sentenza li ngħatat qabel.


26

03.07.2022

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

03.07.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 441

L.AGIUS - MOSTA

Bi 3 NUMRI 027 056 165 172 182 194 199 333 414 429 516 593 635 715 717

744 782 796 808 924 938 950 952 967 B’4 NUMRI 0229 0566 0890 0993 1011

1711 1712 2229 2790 2947 3227 3533 3879 4730 4750 4760 5232 5570 6483 6568 6693

8367 8843 8860 8884 9434 9527 9606 9713 9949 B’5 NUMRI 00213 13254 17323 21273 36302

39630 50223 58012 66073 66191 69367 72466 74853 80062 86800 89220 91309 94367 B’6 NUMRI 031142

403778 491178 561053 579484 656776 657560 662982 665158 744226 855759 933895

MIMDUDIN: 9,23. 1. Kompli l-qawl: ... 10. jġib il-minġel, 12. il-kabozza u l-kappell (5) 16. 4. Pjaneta (4) 7. Ara 6 18. WEQFIN: 11. 1. Ikejjel il-piż (6) 12,18. 2,21M. Jittanta (6) 13. 3,19. Tal-ibliet? (7) 5. Also Known As (1,1,1) 14. 6,7. Mhux komuni (5) 15. 8. Qassisin (9) 17.

Mhux tond (7) 19. Frotta (6) 20. Il-parti ta’ wara ta’ Ġerusalemm (6) 21. Għandi 23. f’moħħi! (3) 24. Ara 12 Wieqfa Missier (2) Ħa qatgħa? (4) Laboratorju mqassar (3) Bħalna (6) Isir isfar (6) Aldo Muscat

Ara 3 Tħallix l-istess (5) Ara 2 Ara 9 Pinnur bla ras (5)

21. 22.

Enriquez (1,1,1) Ingliż kbir! (3) Nofs xelini (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Malja, 4.Morr, 7,24.Tmaqdar, 9.16. Skarta, 10.Taħtaf, 12.Twieqi, 18.AD, 19.Mar, 20.Pront, 21.INF

WEQFIN: Mistur, 2.Lia, 3,23.Attakka, 5.Ort, 6.RAF, 8.Maċedonja, 11.21 wieqfa. Twila, 12,22.Tafek, 13.IAR, 14.Imtedd, 15.Krakar. 17.Tin


28

03.07.2022

SEHEM IMPORTANTI Editorjal

Nisimgħu ta’ spiss kif dan pajjiżna hu wieħed żgħir li l-ikbar, jekk mhux l-unika, riżorsa li għandu hija niesu. Minkejja dan dak tagħna jibqa’ pajjiż relevanti, li kapaċi jikseb ir-riżultati. Dan anke għaliex tul il-mixja tiegħu, il-poplu Malti u Għawdxi dejjem ħadem qatigħ favur artu u meta l-ħidma kienet waħda kollettiva, meta l-għaqda rebħet fuq il-firda, il-kisbiet kienu kbar. Fl-aħħar ġimgħat kellna aħbarijiet pożittivi għal pajjiżna frott anki ħidma kollettiva li wriet kemm Malta hija

relevanti. It-tneħħija ta’ Malta millista l-griża wara l-plenarja tal-FATF kienet konferma li l-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela qed tkompli timmodernizza l-pajjiż. Fi żmien qasir, pajjiżna kien l-akbar xhieda tar-riformi kbar li saru biex fi kliem l-FATF stess, Malta hija storja ta’ suċċess. Proċess ta’ sfida rnexxielu jiddawwar fi prova kemm pajjiżna għandu ġurisdizzjoni serja u robusta. Ġurisdizzjoni serja tattira wkoll investiment ta’ kwalità bħalma rajna fl-aħħar jiem mirRyan Air. F’wieħed minn ħafna investimenti kbar fl-aħħar snin, din il-linja tal-ajru se tinvesti €20 miljun f’faċilità ta’ manutenzjoni tal-ajruplani u li biha se jinħolqu 250 impjieg ta’ kwalità, li lesti jgawduhom ukoll iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin, li qed jgħixu f’Malta fejn wara pandemija s-settur tax-xogħol mhux batta iżda huwa b’saħħtu tant li kważi hawn dak imsejjaħ bħala full-employment. Inċidentalment, ftit tal-jiem qabel id-deċiżjoni tal-FATF,

Malta ġiet eletta fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda. Aħbar oħra sabiħa u sinifikanti mhux biss għallmod kif Malta ġiet eletta b’vot b’saħħtu ta’ aktar minn 97% tal-Assemblea Ġenerali iżda pajjiżna se jkollu vuċi f’Kunsill importanti għad-dinja. Il-Kunsill tas-Sigurtà jagħti opportunità lil Malta li tikkontribwixxi għażżamma tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali b’mod sinifikanti u konkret. Dan l-iżvilupp se jtejjeb ukoll il-viżibilità ta’ Malta fi ħdan il-komunità internazzjonali għaliex issa se jkollna vuċi fil-proċess tat-teħid taddeċiżjonijiet ta’ din l-istituzzjoni tant importanti. Malta tista’ tkun ukoll vuċi morali li taħdem lejn is-salvagwardja tal-valuri u l-prinċipji li jinsabu fil-Karta tan-Nazzjonijiet Magħquda. Intant dawn l-aħbarijiet sbieħ waslu fi sfond ta’ pajjiż li quddiem l-isfidi sab Gvern ta’ spalla u li joffri fiduċja. Quddiem il-qtigħ il-qalb ta’ ħaddieħor u l-argumenti

partiġjani tal-Oppożizzjoni fuq l-FATF, Gvern Laburista baqa’ għaddej bil-bidliet iżda ma neħħiex ħarstu fuq oqsma oħra. Kif ngħidu; ra l-istampa l-kbira iżda fl-ebda ħin ma nesa l-ħtiġijiet tan-nies fil-ħajja ta’ kuljum. Pajjiżna baqa’ għaddej bilprogramm ta’ ħidma tiegħu anki fis-soċjal fejn wieżen u sostna l-ħaddiema u n-negozji bil-Wage Supplement, żied il-pensjonijiet u ċ-children’s allowance u wessa’ l-In-Work Benefit fost oħrajn. Illum waqt sfidi oħra ġejjin mill-effetti tal-gwerra flUkrajna, il-Gvern qed jintervjeni biex jilqa’ għall-impatti bħal żamm l-istabilità fil-prezzijiet tal-enerġija u tal-fuel flimkien mal-investiment fin-nies ta’ €70 miljun billi mhux biss ingħata ċekk aktar b’saħħtu tar-rifużjoni tat-taxxa iżda ngħata ċekk ieħor addizzjonali ta’ stimulu ekonomiku. Kien ikun żball kbir li għamlu tal-Partit Nazzjonalista li l-Gvern ma jħossx il-polz talpoplu u waqt li ħaddieħor qed jitkellem fuq is-soluzzjonijiet tal-lum għar-realtà tal-

inflazzjoni, il-Gvern iħares band’oħra. Irridu ngħidu li filwaqt li dan il-Gvern baqa’ għaddej bilprogramm riformista tiegħu fil-qasam soċjali fehem ukoll li l-governanza hija ta’ prijorità. Fuq kollox iżda ma saret l-ebda witch hunt fuq in-negozji kif ried jew prova jagħti x’jifhem ħaddieħor. Anzi filwaqt li ħaddieħor kien negattiv fuq pajjiżna, l-aġenziji internazzjonali ta’ kreditu taw ċertifikat ieħor b’rating A lillekonomija Maltija. Filwaqt li ħaddieħor ipprova jixħet id-dubji, il-Kummissjoni Ewropea stmat li s-sena d-dieħla, l-ekonomija Maltija se tara t-tieni l-ogħla tkabbir ekonomiku. Ma mmorrux ’il bogħod. Kummenti ta’ stmerrija lejn Malta minn dawk li aspiraw u għadhom jaspiraw li jmexxu lil dan il-pajjiż, ġew u n-nies ilkoll taf x’qalu dawn. Quddiem min staħa jgħid li hu Malti, il-messaġġ ta’ dawn l-aħbarijiet pożittivi għal pajjiżna huwa li iva Malta hija relevanti u sieħeb strateġiku f’komunità internazzjonali.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.