KullĦadd_01.11.2020

Page 1

KAPRIĊĊ LI SE JISWINA €80,000 Il-Ħadd, 1 ta’ Novembru, 2020

Ħarġa Nru 1,425

Prezz €1

Rapport f’paġna 6

3,506 F’ĊENTRI TAL-IMMIGRANTI Minkejja n-nuqqas ta’ wasliet ta’ immigranti li kellna din is-sena, jirriżulta li attwalment jeżistu aktar minn 3,500 immigrant f’pajjiżna li huma residenti fiċ-ċentri allokati għalihom. Iċ-ċifra tinkludi biss lil dawk l-immigranti li daħlu fl-aħħar snin u mhux oħrajn li ilhom hawn iżjed u forsi laħqu integraw aħjar fis-soċjetà billi sabu akkomodazzjoni għal rashom. Għalkemm dan l-ammont hu maqsum bejn iż-żewġ ċentri ta’ detenzjoni f’Ħal Far u f’Ħal Safi u ħames ċentri miftuħin f’Ħal Far, il-Marsa u l-Fgura, żgur jikkontradixxi l-argumenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista li pajjiżna jiflaħ iżjed immigranti. Tkompli f’paġna 6

GRECH SKREDITAT UKOLL MILL-NSO F’ERBAT IJIEM L-ANALIŻI TAL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI TKOMPLI TMUR ŻMERĊ BI STATISTIKA UFFIĊJALI LI L-ĠIMGĦA KIXFET L-INKONSISTENZI F’DUBJI LI QAJJEM FIR-REAZZJONI TIEGĦU GĦALL-BAĠIT 2021 Fir-reazzjoni tiegħu għad-diskors tal-Baġit, li ddeskrivieh bħala “eżerċizzju tal-virtual reality”, Bernard Grech ibbaża ħafna mill-argumenti tiegħu fuq kif, skont hu, ma jista’ qatt jitwemmen li l-istimi tad-dħul talGvern għall-2021 huma ogħla minn dawk fl-2019. Minkejja dan, statistika uffiċjali maħruġa lbiraħtlula mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) dwar id-dħul tal-Gvern fil-fond konsolidat turi kif il-Kap il-ġdid Nazzjonalista żgarra bl-ikrah. Dan minbarra żbalji oħrajn bażiċi li ġew innotati

mill-ewwel fid-diskors tiegħu ta’ sagħtejn li għamel nhar it-Tnejn li għadda, kif elenkati f’eżerċizzju ieħor li għamilna din il-ġimgħa (ara paġni 4 u 5). Dr Grech enfasizza li “wieħed jistaqsi kemm hi reali l-istima tal-Gvern li s-sena dieħla se jagħmel defiċit ta’ €750 miljun, u mhux aktar” u bassar li hu impossibbli li fl2021 id-dħul mill-VAT, Income Tax u Fees of Office se jammontaw iżjed minn dak li kien fl-2019. Iżda l-istatistika maħruġa mill-NSO l-Ġimgħa għax-xahar ta’ Settembru malajr uriet kemm l-analiżi tal-Kap Nazzjonalista kienet għalkollox żbaljata. Tkompli f’paġna 3


02

01.11.2020

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 23°C L-Inqas Temperatura: 16°C L-Indiċi UV: 4 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja qed testendi minn fuq l-Atlantiku sa fuq iċ-Ċentru tal-Mediterran It-Temp: Il-biċċa l-kbira xemxi Ir-Riħ: Ħafif mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 23°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

KUNTATT ĠENERALI

23°C UV 4

17°C

Il-Ħamis

23°C UV 4

16°C

Il-Ġimgħa

23°C UV 3

15°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

21°C UV 3

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

17°C

21°C UV 3

15°C

21°C UV 4

15°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Floriana Dispensary,29, Triq Vincenzo Dimech, Il-Furjana – 21233034 The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21227682 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 St. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara – 27441913 D’Argens Pharmacy, 330, Triq D’Argens, Il-Gżira – 21330817 Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke – 21372784 Remedies Pharmacy, 144, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21344722 St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 21436348 St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Ħal Għargħur – 21413402 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, Il-Qawra – 21580881 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, Ix-Xgħajra – 27032296 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consiglii, Iż-Żejtun – 21806009 Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, L-Imqabba – 21683048 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21566170 Gozo Chemists, Mġarr Road, Ix-Xewkija – 21557278 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

01.11.2020

TBASSIR ŻGARRAT MILL-PN

Id-dħul tal-Gvern f’VAT u Income Tax f’Settembru li għadda kien diġà €34.6 miljun akbar mis-sena l-oħra, indikazzjoni ċara li dan se jkun qed jiżdied is-sena d-dieħla

Tkompli minn paġna 1 Din l-istatistika għal aktar minn xahar ilu tindika li, mhux biss id-dħul tal-Gvern fl-2021 mistenni jkun ogħla mill-2019, imma saħansitra diġà minn Settembru li għadda d-dħul fil-fond konsolidat beda jirreġistra titjib fuq l-istess perjodu fl-2019. L-istess fejn jidħlu l-Fees of Office, iċ-ċifri tal-NSO juru li fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena kien hemm dħul ta’ €86.5 miljun, li jfisser tkabbir ta’ aktar minn €24 miljun imqabbel mal-2019. Għaldaqstant meta Dr Grech, fid-diskors tiegħu, staqsa: “Jista’ l-Ministru tal-Finanzi jispjega wkoll kif qed ibassar li s-sena d-dieħla se jdaħħal aktar flus millFees of Office milli daħħal fis-sena 2019?”, kien biss qed juri li min għamillu l-analiżi f ’dan ir-rigward hu biss dilettant. U dan sempliċiment għax it-tbassir li s-sena d-dieħla dan id-dħul jisboq dak tal-2019 jista’ jinkiseb faċilment, ladarba f ’nofs pandemija l-Fees of Office fl-2020 huma 39% aktar mill2019. Biex jiġri dak li bassrulu l-psewdo-ekonomisti ta’ Grech, is-sena d-dieħla d-dħul minn dan is-sors irid jikkollassa mqabbel mal-2020, żvilupp li hu ferm iżjed remot milli possibbli fil-kuntest tal-irkupru ekonomiku qawwi li diġà hu

mbassar għal pajjiżna fl-2021 ir-rigward kiber f ’kull sena minnhom li “l-isplużjoni ji juru li fl-2019 kien hemm wara l-pandemija. mindu bdew jinġabru l-fig- fl-ispiża rikorrenti li minn €998 miljun f ’benefiċċji soċMill-istess tagħrif ippub- uri, anke jekk diversi drabi €2.8 biljun fis-sena 2012 tel- jali li sal-2021 se jiżdiedu għal blikat mill-NSO joħroġ ċar li l-ġid nazzjonali ma żdiedx. għet għal €4.4 biljun fis-se- €1,118 miljun, tkabbir ta’ €120 Dr Grech lanqas ġabha żewġ “Fl-2001, taħt il-Gvern na 2019, €4.7 biljun fis-sena miljun, l-ispiża rikorrenti fejn jidħol id-dħul mill-VAT ta’ Eddie Fenech Adami, 2020 u €4.9 biljun l-istima fuq saħħa se tiżdied b’€100 u l-Income Tax. Filwaqt li id-dħul tal-Gvern żdied għas-sena d-dieħla” hi dovu- miljun, waqt li għajnuniet pprova jargumenta li mhux b’€119-il miljun, minkejja li ta għal “mijiet ta’ bażużli lin-negozji se jassorbu €260 possibbli li fl-2021 id-dħul l-ġid nazzjonali kien naqas fil-positions of trust u com- miljun oħra. L-edukazzjoni ikun aktar milli kien fl-2019, b’1.2%. L-istess seħħ taħt il- mitments oħrajn ta’ ħela.” għandha allokazzjoni akbar l-istess statistika uffiċjali Gvern ta’ Lawrence Gonzi “Li wieħed jaħseb li żie- ta’ €85 miljun. Li jfisser li indikat li anke fl-2020 s’is- fl-2009 meta d-dħul żdied da ta’ €2.1 biljun fi spiża ż-żieda kollha fl-ispiża rikorsa d-dħul kien aktar milli b’€69 miljun, iżda l-ġid naz- fuq medda ta’ disa’ snin tis- renti hi spjegata miż-żiekien fl-2019. Filda fil-benefiċċji fatt, f ’Settembru soċjali, għajnu2020, id-dħul talniet lin-negozji, Gvern mill-Insaħħa u edukacome Tax kien zzjoni. €149 miljun, jew “Allura għandkważi €10 miljun na nikkonkluaktar mill-istess du li meta (Dr Allura għandna nikkonkludu li meta (Dr Grech) xahar fl-2019. Grech) impimplika li l-bażużli xorbu l-ispiża rikorrenti kien qed Fejn tidħol itlika li l-bażużli taxxa tal-VAT, idxorbu l-ispiża jirreferi għall-frontliners u/jew il-vulnerabbli, fost dħul f ’Settembru rikorrenti kien 2020 kien €24.6 qed jirreferi oħrajn, ladarba din iż-żieda marret għalihom? miljun aktar g ħ a l l-f r o n t l i nmid-dħul li sar ers u/jew il-vulfl-istess perjodu nerabbli, fost fl-2019. zjonali naqas b’1.1%,” spjegaw ta’ tkun ġejja minn mijiet oħrajn, ladarba din iż-żieAnalisti finanzjarji, li tkell- l-analisti, waqt li komplew ta’ bażużli, hi eżempju ċar da marret għalihom? Għax mu mal-KullĦadd, innotaw li li l-inkapaċità fl-ekonomija ta’ nuqqas ta’ familjarità ir-realtà qed turi li dan d-dubji li qajjem il-Kap tal- ta’ Dr Grech kompliet tispik- mal-finanzi pubbliċi. Kieku l-infiq tal-Gvern qed imur PN jikxfu kemm mhumiex ka meta poġġa f ’dubju fatt Dr Grech indenja ruħu jiftaħ għall-infermieri, tobba, carfamiljari ma’ kunċetti bażiċi daqstant bażiku fil-finanzi l-estimi finanzjarji f ’paġ- ers, pensjonanti, għalliema, fil-kontijiet pubbliċi. pubbliċi, jiġifieri li sena wara na 21 kien isib spjega ċara LSAs u self-employed affettL-istess sorsi, li xtaqu l-oħra l-finanzi pubbliċi juru taż-żieda fl-ispiża rikorrenti. wati mill-impatt ekonomijibqgħu anonimi, irrimarkaw dħul akbar. Fil-ġimgħa ċans li kellu biex ku tal-COVID-19,” temmew kif waqt li Dr Grech fil-fatt Sezzjoni oħra tad-diskors jipprepara r-reazzjoni tiegħu jistaqsu l-analisti, li waslu staqsa kif il-Gvern qed ibas- ta’ Dr Grech hi prova oħra ta’ messu induna jew dawk ta’ għall-konklużjoni li, bħal sar li fis-sena 2021 se jkollu dan. Il-Kap Nazzjonalista, li fiduċja tiegħu ġibdulu l-at- dawk ta’ qablu jekk mhux aktar dħul rikorrenti milli ġie imbuttat mill-establish- tenzjoni, jekk irid jew iridu agħar, il-Kap Nazzjonalista kellu fis-sena 2019 li kienet ment l-antik li falla miżerja- jibdew jittieħdu bis-serjetà,” ma aspira l-ebda fiduċja fejn sena ta’ tkabbir ekonomi- ment f ’kull test ekonomiku qalu s-sorsi esperti. tidħol l-analiżi teknika tal-fiku, id-dħul tal-Gvern f ’dan u finanzjarju, qal f ’mument L-istess estimi finanzjar- nanzi pubbliċi.


04

01.11.2020

ŻBALJI LI MA JINĦAFRUX ELENKU TAL-AKBAR ŻELQIET LI ĦARĠU MIT-TWEĠIBA TAL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI GĦALL-BAĠIT 2021, ANKE MINGĦAJR L-ASSEDJU L-KBIR U L-PIXXINA F’GĦAWDEX! Fl-ewwel okkażjoni ewlenija li kellu biex jagħti sinjali li għandu l-istoffa biex ikun Kap ta’ Partit u, iżjed minn hekk, Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech falla miżerjament. Anzi d-diskors imħejji, li tana nhar it-Tnejn li għadda b’reazzjoni għad-diskors tal-Ministru għall-Finanzi fil-Baġit għall-2021, ukoll kixfu jew ikkonfermalna li r-riedni tassew mhumiex f’idejh. Iżjed minn dan, iżda, Grech, li b’monotonija qara diskors sal-punt u l-virgola, avolja ġieli qabiżhom ukoll biex jikkonferma li dan ma kienx magħmul minnu, inqabad iħawwad ħafna drabi bejn miżura u oħra … u mhux nirreferu għall-“esperjenza tiegħu” fl-Assedju l-Kbir jew il-bini tal-pixxina f’Għawdex, fejn il-Prim Ministru żar ix-xogħlijiet

relatati ġurnata qabel u mistennija titlesta fl-2021! F’sagħtejn sħaħ il-Kap il-ġdid Nazzjonalista, li sab postu flok Adrian Delia nhar it-3 ta’ Ottubru li għadda, naqas milli jilħaq l-aspettattivi tal-poplu Malti, inklużi dawk ta’ partitarji tiegħu stess. Jekk xejn, wara ġimgħa sħiħa jipprepara, wieħed stenna diskors li jagħti tweġiba denja għall-Baġit u anke proposti li kieku Gvern Nazzjonalista kien jimplimenta minflok. Minkejja dan, bħad-Dokument ta’ Qabel il-Baġit li ppreżenta b’għaġla eżatt wara l-ħatra tiegħu, il-messaġġ li bagħat din il-ġimgħa kien iħawwad iżjed milli jagħti gwida. Ironikament, waqt li kien qed jieħu sehem fuq ix-xandir nazzjonali nhar

l-Erbgħa, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li “jrid politika serja f’pajjiżna, politika mibnija fuq il-verità u mhux fuq ilgideb”. Fuq kollox, il-messaġġ tiegħu t-Tnejn li għadda ċċekken ferm iżjed meta l-għada l-poplu sema’ b’attenzjoni lill-Prim Ministru Robert Abela jagħti r-reazzjoni tiegħu. Kulħadd seta’ josserva li, waqt li l-Prim Ministru kien xhieda li mal-Gvern Laburista taf fejn qiegħed, il-Kap Nazzjonalista nnifsu lanqas biss fehem dak li kitbulu biex jaqra. Elenkajna l-akbar żelqiet li joħorġu mid-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, id-differenza bejn dak li ddikjara u l-verità kollha li tinteressa liċ-ċittadin u li qed tkompli twitti t-triq tal-iżvilupp għal pajjiżna li hu għal qalbna:

COVID-19 X’qal: Il-PN appoġġja lill-awtoritajiet tas-saħħa aktar kmieni din is-sena meta tħallew jagħmlu xogħolhom. Il-verità: Anke jekk kien għadu ma daħalx fix-xena hu, kulħadd jaf li l-PN ried li jsir lockdown mal-pajjiż kollu li seta’ jtul ix-xhur. X’qal: Il-messaġġ tiegħi lill-poplu hu – saħħitkom f ’idejkom. M’hemmx mod aqwa milli nsegwu skrupolożament u konsistentement il-pariri u d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa Il-verità: Grech kien hu stess li kiser id-direttivi li ngħataw mill-awtoritajiet tas-saħħa billi qabeż il-perjodu ta’ kwarantina meta martu nstabet pożittiva u nqabad f ’okkażjonijiet fejn ikun bla maskra u/jew distanza soċjali kif seħħ dakinhar tal-ħatra tiegħu.

TKABBIR EKONOMIKU X’qal: Illum qed naraw nuqqasijiet u ineffiċjenzi li, flimkien ma’ nuqqas ta’ direzzjoni ċara tal-Gvern, ilhom inaqqru l-oqsma ekonomiċi, soċjali u strutturali u li l-pandemija qed tikxef b’mod aktar ċar. L-ekonomija Maltija bdiet turi sinjali ċari ta’ tnaqqis qabel ma bdiet il-pandemija. Filwaqt li t-tkabbir ekonomiku reali medju bejn l-2013 u l-2018 kien ta’ madwar 7%, fl-2019, sena li bl-ebda mod ma kienet affettwata mill-COVID, ir-rata ta’ tkabbir reali kienet irrappurtata li niżlet għal 4.7%. Il-verità: Skont l-NSO, it-tkabbir fl-2019 kien ta’ 4.9% u mhux ta’ 4.7%. Konfużjoni simili kienet fid-dokument tal-PN għal qabel il-baġit. Nistaqsu jekk Grech qed jgħid li 4.7% hu riżultat ta’ nuqqas ta’ direzzjoni ċara tal-Gvern u nuqqasijiet oħrajn, mela allura l-fatt li bejn l-2000 u l-2012 il-medja tat-tkabbir kienet 2.4%, xi jfisser? X’qal: Fil-fatt, fl-ewwel tliet xhur tal-2020 ir-rata ta’ tkabbir naqset għal 1.4%

Waqt li l-HDI ilu jeżisti għexerien ta’ snin, tajjeb jiġi nnotat li l-valur ta’ dan l-indiċi tela’ minn 0.854 għal 0.885, titjib ta’ 3.6% u Malta issa qiegħda fit-28 post fid-dinja, jiġifieri t-28 l-aktar post żviluppat. Iż-żieda li Malta kellha fl-HDI f’leġiżlatura waħda ta’ Gvern Laburista kienet daqs dik taħt żewġ leġiżlaturi Nazzjonalisti

f’termini reali u dan qabel ma Malta rreġistrat l-ewwel każi ta’ COVID-19 fil-bidu tat-tieni ġimgħa ta’ Marzu. Il-verità: L-ewwel tliet xhur tas-sena jinkludu ovvjament lil Marzu, fejn id-dħul mit-turiżmu naqas bi 63%. L-attività mhux essenzjali kollha kienet magħluqa għal aktar minn ġimgħa f’Marzu, waqt li azjendi li jesportaw kienu diġà qed iħabbtu wiċċhom ma’ nuqqas ta’ domanda minn barra, tant li l-produzzjoni industrijali kienet naqset b’6.4%. X’qal: L-ekonomija ta’ dan il-Gvern inbniet fuq mudell ta’ steroids ekonomiċi ewlenin, fosthom: l-IIP (skema ta’ bejgħ ta’ passaporti); volumi tat-turiżmu bi kwalità dejjem tonqos; importazzjoni qawwija ta’ ħaddiema u pressjoni fuq il-pagi speċjalment tax-xogħol tal-id; l-iżvilupp bla rażan, il-konsum sfrenat xprunat minn dawn l-aspetti. Il-verità: L-iskema tal-IIP kontra dak li jaħseb il-Kap tal-Oppożizzjoni ma żżidx iċ-ċifra tal-ġid nazzjonali. Fl-istatistika uffiċjali, l-IIP jidher bħala esportazzjoni ta’ servizz imma kontrih hemm entrata fil-konsum tal-Gvern. Fil-każ tatturiżmu, fl-2019 kien hemm kważi 400,000 persuna f’lukandi five star. Il-paga medja ta’ ħaddiem f’xogħol elementari kienet ta’ €11,623 fl-2012, waqt li issa hi €16,937. Fil-każ tal-kostruzzjoni, fl-2012 din kienet tlaħħaq 4.1% tal-valur miżjud, l-istess kif kienet is-sena l-oħra, waqt li l-konsum fl-2012 kien 55% tal-ġid nazzjonali u fl-2019 kien 47%. Minflok żdied l-investiment! X’qal: Is-surplus tal-Gvern (General Government Surplus) bejn l-2016 u l-2019 kien l-aktar dovut għall-iskema tal-IIP. Fl-2017 biss, meta s-surplus qabeż it-3% tal-Prodott Gross Domestiku, inbiegħu l-akbar numru ta’ passaporti. Il-verità: Skont l-IMF għal dik is-sena, il-bilanċ fiskali b’surplus rekord ta’ 3.5% tal-PGD, li jaqbeż it-tbassir tas-sena ta’ qabel li kien ta’ 0.8% biss u mira tal-baġit ta’ 0.5%, kien appoġġjat bi dħul kbir mit-taxxi, inkluż dawk ċirkolari, u kumpens ikkontrollat mis-settur pubbliku. Dan anke meta jiġi eskluż id-dħul kbir li ġej mill-Programm ta’ Investiment Individwali (IIP). Dan hu sew ’il fuq mill-mira ta’ perjodu medju tal-bilanċ strutturali u għen biex inaqqas id-dejn pubbliku sa madwar 50% tal-PGD sa tmiem l-2017.


05

01.11.2020

ŻVILUPP UMAN X’qal: L-istess programm tal-Ġnus Magħquda, l-indiċi li jħaddem biex ikejjel l-iżvilupp f ’kull pajjiż, biex imbagħad ikun jista’ jqabbel u jara liema pajjizi qed jaqtgħu lura biex ikunu jistgħu jiġu megħjuna, jissejjaħ HDI (Human Development Index). Dan jinkludi: PGD ras għal ras (PGD per capita), l-istennija talħajja (Life expectancy) u r-rata ta’ litteriżmu (Literacy rate). Il-verità: Waqt li l-HDI ilu jeżisti għexerien ta’ snin, tajjeb jiġi nnotat li l-valur ta’ dan l-indiċi tela’ minn 0.854 għal 0.885, titjib ta’ 3.6% u Malta issa qiegħda fit-28 post fid-dinja, jiġifieri t-28 l-aktar post żviluppat. Iż-żieda li Malta kellha fl-HDI f ’leġiżlatura waħda ta’ Gvern Laburista kienet daqs dik taħt żewġ leġiżlaturi Nazzjonalisti.

ĦADDIEMA GĦAWDXIN

L-ewwel tliet xhur tas-sena jinkludu ovvjament lil Marzu, fejn id-dħul mit-turiżmu naqas bi 63%. L-attività mhux essenzjali kollha kienet magħluqa għal aktar minn ġimgħa f’Marzu, waqt li azjendi li jesportaw kienu diġà qed iħabbtu wiċċhom ma’ nuqqas ta’ domanda minn barra, tant li l-produzzjoni industrijali kienet naqset b’6.4%

X’qal: Il-Gvern naqas li jindirizza l-problema tan-numru dejjem jiżdied tal-Għawdxin li jaħdmu f ’Malta.

NEFQA TAL-GVERN

Il-verità: Illum Għawdxin jaħdmu f ’Għawdex hemm 11,615. Fl-2012 kien hemm 8,167 biss. Żieda ta’ 42%! Fl-2012 l-Għawdxin jaħdmu full-time f ’Għawdex kienu żdiedu b’35. Fl-aħħar sena kien hemm żieda ta’ 611.

X’qal: Ir-realtà hi li l-Gvern idejh marbutin bil-kuntratti li għamel ma’ Steward u mal-Electrogas, il-mijiet ta’ bażużli fil-positions of trust u commitments oħra ta’ ħela u korruzzjoni li kkontribwew għall-isplużjoni fl-ispiża rikorrenti li minn €2.8 biljun fl-2012 telgħet għal €4.4 biljun fl-2019, €4.7 biljun fis-sena fl-2020 u €4.9 biljun l-istima għas-sena d-dieħla.

X’qal: Gvern li mhu qed jagħmel xejn biex tonqos il-gap bejn il-paga medja f ’Malta u dik f ’Għawdex. Illum il-paga medja f ’Malta hi kważi €3,500 fis-sena iżjed mill-paga medja f ’Għawdex. Familja f ’Għawdex f ’sena taqla’ €5,500 inqas minn familja f ’Malta. Il-verità: L-aħħar statistika reġjonali tindika li f ’Għawdex hemm l-inqas rata ta’ nies fil-faqar madwar Malta, 14% f ’Għawdex kontra s-17% f ’Malta. Fl-2013, din ir-rata f ’Għawdex kienet 2% ogħla u iżjed minn dik f ’Malta.

Il-verità: Iż-żieda fl-ispiża rikorrenti, bejn l-edukazzjoni, is-saħħa, il-benefiċċji soċjali u għajnuna lill-ekonomija, kienet ta’ €1.9 biljun bejn l-2012 u din is-sena. Dawn l-erbgħa oqsma jispjegaw iż-żieda kollha li qed ibeżża’ biha l-Kap ġdid Nazzjonalista. Il-mistoqsija tibqa’: “Liema investiment biħsiebu jaqta’ Bernard Grech?”


06

01.11.2020

KAPRIĊĊ NAZZJONALISTA LI SE JISWA LILL-POPLU €80,000 WARA L-APPOĠĠ TAL-OPPOŻIZZJONI U L-KUMMISSJONI VENEZJA FIR-RIFORMA STORIKA GĦALL-ĦATRIET TAL-ĠUDIKATURA, FERGĦA TAL-ESTABLISHMENT TIFTAĦ PROĊEDURI KONTRA MALTA FIL-QORTI EWROPEA TAL-ĠUSTIZZJA RAPPREŻENTATA MINN JASON AZZOPARDI Il-poplu Malti se jkun qed joħroġ mat-€80,000 fi spejjeż legali biex Malta tiddefendi isimha f ’kawża legali fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja miftuħa kapriċċjożament mill-għaqda Repubblika, fergħa tal-establishment li llum sar jiddomina lill-Partit Nazzjonalista u l-Kap il-ġdid tiegħu Bernard Grech. Il-kawża fil-Lussemburgu, fejn Repubblika qed titlob li jitħassru l-aħħar ħatriet fuq il-bank tal-ġudikatura, anke jekk dawn saru skont l-emendi Kostituzzjonali li qabel magħhom il-PN fil-Parlament u għandhom il-barka tal-Kummissjoni Venezja, qed titmexxa mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. Għall-Partit Laburista, dan hu ta’ tħassib serju għax juri biċ-ċar li l-Oppożizzjoni għadha bl-istess aġenda taħt il-Kap il-ġdid tagħha, jiġifieri dak li tattakka lill-Istat Malti barra minn xtutna u l-ogħla istituzzjonijiet tal-pajjiż, b’attakk dirett fuq sitt ġudikanti sedenti. F’din il-kawża Malta qed tagħmel użu minn avukati minn stat ieħor Ewropew biex jirrappreżentawha fuq livell internazzjonali, li, kif spjega l-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Lewis din il-ġimgħa, hi prassi mifruxa fost l-istati membri u skont ir-regoli fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għalkemm l-istess kien jiġri wkoll fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti Nazzjonalisti, id-Deputat Nazzjonalista tkaża b’dan u pprova jirredikola l-fatt li l-avukati rappreżentanti ma tkellmux bil-Malti. Nhar il-Ġimgħa, iżda, kien il-Ministru Zammit Lewis li indika li jekk hemm xi ħadd li għandu għal xiex jistħi hu bla dubju l-istess Deputat tal-establishment.

“Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. interpellant għall-kunflitt ta’ interess multiplu li għandu kemm bħala r-rappreżentant legali tal-għaqda Repubblika kontra r-Repubblika Maltija fil-kawża li nfetħet fil-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja, ir-rwol tiegħu bħala membru f ’din l-ogħla istituzzjoni tal-Istat Malti, li kontrih qed imexxi l-kawża, u saħansitra l-pożizzjoni li ġie fdat fiha bħala Kelliem Ewlieni tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja, li taħtu taqa’ l-kwistjoni tal-kawża odjerna,” tenna Dr Zammit Lewis fi tweġiba Parlamentari li ta lil Azzopardi stess wara li dan staqsa kemm hu l-ħlas lill-avukati Spanjoli f ’din il-kawża. Il-Ministru ġustament fakkar li azzjoni simili minn Repubblika u l-istess Azzopardi diġà seħħet ftit taż-żmien ilu meta ħolqu inkjesta maġisterjali wara li akkużaw lill-iskwadra tal-Patrol Boat P52 tal-Forzi Armati ta’ Malta u lill-Prim Ministru bi qtil volontarju ta’ immigranti. Iżda l-inkjesta, li ntemmet f ’Mejju li għadda wara li semgħet mal-156 xhud, ikkonkludiet li l-akkużi kienu foloz u ma nstabet l-ebda rabta tal-allegati reati ma’ dawk akkużati intortament minn Repubblika. It-tali reati kienu jġorru magħhom pieni sa għomor il-ħabs. Minflok l-inkjesta sabet li l-obbligi internazzjonali ta’ Malta twettqu kif xieraq. Sadanittant, fit-tentattiv il-ġdid tal-establishment Nazzjonalista kontra l-Gvern Malti, il-Ministru għall-Ġustizzja fakkar lil Azzopardi li “sa qabel ir-riforma storika fil-ħatra tal-ġudikatura, li issa qed tiġi kkontestata fil-Qorti Ewropea, kien fid-diskrezzjoni assoluta ta’ Prim Ministru li jagħżel min għandu jinħatar

imħallef jew maġistrat … prattika li tħaddmet għal għexieren ta’ snin, inkluż meta l-istess Onorevoli interpellant (Azzopardi) kien parti minn amministrazzjoni li m’għamlet xejn biex terħi dan il-poter minn idejha.” Zammit Lewis tenna li dan il-Gvern għadu determinat li jkompli jieħu deċiżjonijiet oħrajn li jsaħħu s-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba. “Min-naħa l-oħra, l-uniku skop ta’ Azzopardi u l-Oppożizzjoni hu li jwaqqfu l-progress nazzjonali,” tenna l-Ministru, waqt li kompla li l-azzjoni kapriċċuża fil-kawża msemmija se tkun qed tiswa lil pajjiżna madwar €80,000 fi spejjeż legali. Fi stqarrija nhar il-Ħamis, il-Partit Laburista qal li wieħed għandu jifhem li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ta l-barka tiegħu biex Jason Azzopardi jassisti legalment lillNGO Repubblika fis-smiegħ tal-imsemmija kawża fejn

donnu ma ra l-ebda kunflitt ta’ interess mar-rwol tad-Deputat bħala Kelliem għall-Ġustizzja. “Il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jispjega din il-pożizzjoni ambigwa li ħa, li f ’dan il-każ li hu politikament sensittiv mhux jara kunflitt ta’ interess ta’ Azzopardi u għalhekk għandu jiddikjara x’se jagħmel dwar dan,” qal il-PL.

GĦALL-KAP TAL-PN MALTA MHIX FULL UP Waqt li l-Prim Ministru Robert Abela kien qed jargumenta fil-fora Ewropej li Malta “full up” u ma tiflaħx iġġorr piż akbar fl-immigrazzjoni mill-Afrika, Bernard Grech wieġeb li dan mhux il-każ. Fis-seduta Parlamentari tat-Tnejn li għadda, tweġibiet mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri xejnu dak li qal Grech matul il-kampanja għall-ħatra tal-Kap tal-PN.

Waqt li wieġeb mistoqsijiet tad-Deputat Carmelo Mifsud Bonnici, il-Ministru stqarr li sa Awwissu li għadda kien hemm 1,714-il immigrant miżmumin fiż-żewġ ċentri ta’ detenzjoni, waqt li 1,792 qed joqogħdu fiċ-ċentru miftuħ prinċipali ta’ Ħal Far magħruf bħala l-Ħal Far Tent Village, f’żewġ ċentri oħrajn biswit, il-Ħal Far Family Open Centre u l-Ħal Far Hangar Open Centre, iċ-ċentru miftuħ f’Albert Town, il-Marsa, u Dar il-Liedna fil-Fgura.

Bil-mistoqsijiet tiegħu lill-Ministru Camilleri dwar kemm kien hemm persuni rreġistrati fiċ-ċentri ta’ detenzjoni u kemm kien hemm persuni rreġistrati fiċ-ċentri miftuħin sal-aħħar ta’ Awwissu 2020, id-Deputat Nazzjonalista kkonferma kemm Grech ma jafx eżattament x’inhi s-sitwazzjoni fil-pajjiż. Lejn l-aħħar ta’ Settembru li għadda, dak iż-żmien kandidat għal kariga ta’ Kap tal-Partit, Grech kien

mistoqsi għaliex mhux isostni li pajjiżna hu mimli u ma jiflaħx iġorr iżjed waħdu l-piż tal-immigrazzjoni. Fuq il-midja tal-Partit stess, Grech saħaq li pajjiżna mhux xi karozza tal-linja, Malta mhix full up. Kienet risposta li ġiet wara ġimgħat sħaħ ta’ avvenimenti bil-Gvern Malti jevita numru ta’ wasliet u waqqaf iddħul ta’ mijiet ta’ immigranti minn vapuri tal-għaqdiet mhux governattivi.


01.11.2020

07

ĊERTIFIKAT LIL MALTA DWAR IL-FALKUNERIJA Il-Gvern Malti kiseb l-appoġġ tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Falkunerija u l-Konservazzjoni ta’ Tajr talPriża (IAF) bi kliem ta’ tifħir għall-mod kif pajjiżna qed jagħraf il-falkunerija bħala għodda għall-immaniġġjar u l-konservazzjoni tal-bijodiversità. “Minn dejjem kont impressjonat bil-mod miftuħ u lluminat li Malta trattat kwistjonijiet li jistgħu jkunu emozzjonali, u bi pjaċir nappoġġja l-approċċ tagħha lejn il-falkunieri ta’ Malta għall-konservazzjoni u riabilitazzjoni ta’ għasafar talpriża, ripopolazzjoni, tisħiħ u rintroduzzjoni,” kiteb il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Gary Timbrell f ’ittra indirizzata lill-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia. Timbrell kien qed jirreferi b’mod speċifiku għal diskors tal-Ministru ftit tal-ġimgħat ilu fejn qal li l-falkunerija llum il-ġurnata hi sinonima mal-immaniġġjar u l-konservazzjoni tal-bijodiversità u attivitajiet oħrajn edukattivi. Il-Ministru kien qed jitkellem waqt laqgħa mal-Malta Falconers Club (MFC) fejn qal li t-tekniċi fil-falkunerija huma użati b’mod wiesa’ fil-konservazzjoni u r-riabilitazzjoni tal-għasafar talpriża – għar-ripopolazzjoni u r-rintroduzzjoni ta’ dan it-tajr fl-ambjent naturali tiegħu. Farrugia tkellem dwar effetti u użu ieħor tal-falkunerija, u spjega kif din tista’ tnaqqas l-effetti negattivi minn

ċerti attivitajiet tal-bniedem fuq l-abitat naturali li jwasslu għal inqas tibdil fl-abitat jew l-użu ta’ pestiċidi għall-kontroll tal-pesti. Fil-fatt, bejn l-2019 u l-2020 l-ERA diġà approvat diversi proġetti pilota għall-kontroll tal-pesti fuq Kemmuna, biex tinvestiga l-possibbiltà li sistemi ta’ kontroll bħal dawn jiġu użati għall-kontroll fil-popolazzjoni ta’ speċi differenti ta’ pesti, inkluż firien, fil-Gżejjer Maltin. Skont il-President tal-MFC Lucas Micallef, l-eliminazzjoni u l-kontroll tal-pesti tgħin lill-bijodiversità lokali biex tiffjorixxi, bħal dak li qed jiġri f ’Kemmuna, u kif ukoll għas-sigurtà pubblika u l-preservazzjoni tal-patrimonju kulturali ta’ pajjiżna. Hu spjega kif din il-prattika tradizzjonali hi inkluża fil-lista tal-UNESCO tal-Patrimonju Kulturali Intanġibbli tal-Umanità, u hi rikonoxxuta mill-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) bħala ta’ importanza għall-bijodiversità. Il-falkunerija hija prattika tradizzjonali li għandha wkoll relevanza konsiderevoli fl-istorja ta’ Malta. L-IAF għandha organizzazzjonijiet membri f ’90 pajjiż u tieħu sehem f ’ħafna konvezjonijiet internazzjoni inkluż tal-UNESCO dwar il-preservazzjoni tal-wirt kulturali, kif ukoll l-IUCN dwar użu sostenibbli u l-immaniġġjar tal-ekosistemi.


08

01.11.2020

LAQGĦA KARDINALI Il-Prim Ministru Robert Abela jilqa’ lill-Kardinal-elett Mario Grech mal-wasla tiegħu fl-Ajruport minn Ruma nhar il-Ġimgħa filgħodu. Monsinjur Grech, li llum hu stabbilit fil-kapitali Taljana wara li l-Papa għażlu biex jokkupa r-rwol prestiġjuż ta’ Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet minn Ottubru tas-sena l-oħra, issa se jkun qed jiġi ordnat ukoll Kardinal bid-dritt tal-vot fil-konklavi li jeleġġi papa ġdid. Il-Prim Ministru se jkun ukoll qed jattendi għaċ-ċerimonja tal-ħatra tiegħu, li se ssir fid-29 ta’ Novembru li ġej fil-Vatikan.

GRECH IDDEPLORAT MILL-IĠM TALLI ĦARAB LILL-ĠURNALISTI L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) wera solidarjetà ma’ ONE News wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ħarab milli jwieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti tal-istess kamra tal-aħbarijiet. ONE News u midja oħrajn

kienu mistednin mill-Partit Nazzjonalista biex isegwu minn fuq in-NET jew online konferenza tal-aħbarijiet li ta Grech wara d-diskors tiegħu b’reazzjoni għall-Baġit it-Tnejn filgħaxija. Fi stedina b’email li bagħat lil ONE News,

il-PN naqas milli jistieden lil ONE News biex ikun preżenti quddiem il-bini tal-Parlament fejn ikun jista’ jagħmel il-mistoqsijiet li jidhirlu xierqa. Dan jista’ jkun li kien il-każ għal midja oħrajn ukoll hekk kif kienu biss tliet ġurnalisti li

dehru jistaqsu l-mistoqsijiet lill-Kap tal-Oppożizzjoni f’indirizz fid-daħla tal-kapitali. Wieħed mit-tliet ġurnalisti li kellu l-opportunità li jagħmel il-mistoqsijiet lil Grech kien proprju mill-midja Nazzjonalista stess. Dwar dan kollu, l-IĠM talab spjegazzjoni mill-PN li kkonferma li, meta nħarġet is-sejħa għall-konferenza tal-aħbarijiet, kien “stieden” lill-midja biex issegwi l-konferenza b’mod virtwali jew minn fuq it-televixin u mhux “talab” lil midja biex tagħmel hekk. Għal din it-tweġiba, li biha l-Partit, li jpinġi lilu nnifsu daqslikieku xi paladin tal-libertà tal-espressjoni, ipprova jiġġustifika għemilu meta kienu biss tliet ġurnalisti li marru jagħmlu l-mistoqsijiet, l-IĠM insista li l-ġurnalist għandu jistaqsi l-mistoqsijiet u jistenna t-tweġibiet. “Kull tip ta’ esklużjoni ta’ ġurnalisti hi azzjoni inaċċettabbli u antidemokratika,” saħaq l-IĠM, li kkritika l-fatt li l-PN kellu jpoġġi kliem iżjed ċar fis-sejħa dwar kif il-midja setgħet issegwi l-konferenza

tal-aħbarijiet tal-Kap tal-Oppożizzjoni. L-IĠM qal li l-PN lanqas ħaseb biex almenu l-ġurnalisti setgħu jistaqsu b’mod virtwali, kif qed isir regolarment illum u tenna li l-ġurnalisti kollha għandhom ikollhom l-istess opportunitajiet biex tassew jiġi rispettat u rikonoxxut ir-rwol demokratiku li dawn għandhom. Saħansitra l-Istitut tal-Ġurnalisti nnota li l-PN kellu jinduna li numru ta’ ġurnalisti minn midja differenti ma dehrux u attendew biss tliet ġurnalisti għall-konferenza tal-aħbarijiet tant importanti wara d-diskors fil-Parlament. L-IĠM ittama li dan l-att deplorevoli ma jerġax iseħħ. Din mhix l-ewwel darba li Grech ħarab mill-mistoqsijiet ta’ ONE News, tant li fil-kampanja għat-tmexxija tal-PN, ġurnalist ta’ ONE News kien saħansitra imblukkat u imbottat minn bodyguards tiegħu. L-IĠM ukoll kien ikkundanna tali aġir. Dakinhar tal-ġurament tiegħu, Dr Grech kien ukoll injora mistoqsijiet mill-istess kamra tal-aħbarijiet.



10 Ritratti: JASON BORG / DOI

01.11.2020

KARITÀ B’RISQ IL-KANĊER WARA TISBIĦ U RESTAWR Fl-okkażjoni tal-Breast Cancer Awareness Month, il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Michael Farrugia u mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela inawguraw proġett estensiv ta’ ristrutturar, li sar fuq ġewwa tal-ministeru, kif ukoll ir-restawr tal-binja tal-faċċata. Permezz ta’ dan il-proġett, li sar b’investiment ta’ madwar €300,000, illum qed jiġi frankat madwar 80% tal-kont tad-dawl, grazzi għal sistema ta’ pannelli fotovoltajċi. Il-proġett kien jinkludi wkoll tibdil fis-sistema tal-arja kkundizzjonata u tad-dawl, kif ukoll l-ambjent fuq ġewwa tal-binja. Għal din l-okkażjoni nhar l-Erbgħa

nxtegħlet il-faċċata tal-binja bil-kulur roża biex tfakkar fl-importanza li titqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider. L-entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, fosthom l-Enemalta, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, l-ARMS, l-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma, l-Enemed u r-Regolatur għall-Enerġija u s-Servizzi tal-Ilma, għamlu ġabra għal din l-okkażjoni u ppreżentaw donazzjoni lil Dr Lydia Abela, li għaddiethom lir-Research, Innovation & Development Trust fi ħdan l-Università ta’ Malta. Il-Ministru Michael Farrugia esprima sodisfazzjon għax-xogħol li sar u rringrazzja lill-ħaddiema kollha li kienu involuti biex twettaq dan il-proġett. Huwa ddedika l-okkażjoni

għal dawk il-ħaddiema tas-servizzi essenzjali tad-dawl u tal-ilma li fi żmien il-pandemija ħadmu ’l bogħod mill-familji tagħhom biex il-konsumatur, in-negozji u l-frontliners jibqgħu jsibu l-ilma fil-vit u jixegħlu d-dawl. Fakkar fl-importanza tal-iscreening ta’ diversi mard fosthom dak tas-sider u li kull min hu intitolat għandu jattendi tali screening. Tkellem dwar l-importanza tar-riċerka fl-enerġija rinnovabbli u daqstant ieħor f’kull riċerka b’mod speċjali dik medika. Hija għal din ir-raġuni li ġie deċiż li l-fondi jmorru għar-riċerka fil-ġlieda kontra l-kanċer. Mart il-Prim Ministru faħħret ix-xogħlijiet ta’ restawr li saru fuq il-binja u qalet li din hi waħda mill-ewwel binjiet li jħarsu lejha t-turisti li jkunu qed jaslu pajjiżna bil-baħar, bix-xogħlijiet issa jikkumplimentaw dawk li saru fil-kapitali. Dr Abela faħħret l-inizjattiva tal-Ministeru, li minn din l-attività ħass li għandu jiġbor fondi mill-entitajiet fi ħdanu biex jingħataw lid-dipartiment tar-riċerka fl-Università għal aktar riċerka dwar il-kanċer tas-sider. Appellat biex in-nisa kollha jiċċekkjaw lilhom infus­ hom għax jekk il-kanċer tas-sider jinqabad kmieni hemm iktar ċans ta’ fejqan. Is-Segretarju Permanenti Anthony Gatt qal li din il-binja llum tirrifletti iktar il-pożizzjoni strateġika tagħha fil-qalba tal-Port ilKbir, port li minnu jgħaddu eluf ta’ turisti.

44,000 SIĠRA FL-“AMBJENT” SA MILL-2017 Il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar kien responsabbli biex f’perjodu ta’ tliet snin waħdu jħawwel xejn inqas minn 44,000 siġra u arbuxell f’diversi lokalitajiet fil-pajjiż, partikolarment fuq il-gżira ta’ Kemmuna. Fil-fatt, minn tagħrif li ngħata fil-Parlament din il-ġimgħa, jirriżulta li din l-iżgħar gżira abitabbli flarċipelagu Malti rat ftit inqas minn 10,000 siġra u arbuxell, li jammontaw għal kważi kwart is-somma sħiħa. Minbarra eluf ta’ siġar u arbuxelli ende­ miċi mħawlin minn diversi ministeri oħrajn, dawk imħawlin mill-Ministeru għall-Ambjent mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura f’Ġunju 2017 u Settembru li għadda jikkwantifikaw għal iżjed minn 14,500 kull sena. Iż-żieda ta’ siġar mal-pajjiż kollu hi kumplimentuża wkoll ma’ diversi miżuri u deċiżjonijiet oħrajn politiċi mill-Gvern biex, min-naħa l-oħra, inaqqsu t-tniġġis. Fost dawn hemm l-eliminazzjoni tal-heavy fuel oil, it-titjib fl-infrastruttura tat-toroq, l-inċentivar ta’ vetturi li jaħdmu bil-gass jew l-elettriku u l-provvista ta’ elettriku għal cruise liners u bastimenti fil-Port Ħieles.

2017* Ammont totali: 4,421

2018 Ammont totali: 10,185

2019 Ammont totali: 20,286

2020** Ammont totali: 9,108 *minn Ġunju sa Diċembru 2017 **minn Jannar sa Settembru 2020 Waqt li kien qed iwieġeb mistoqsijiet tad-Deputat David Thake, il-Ministru attwali Aaron Farrugia ppreżenta tabelli għal kull sena rispettivament meta tħawlu siġar u arbuxelli fid-dekasteru tiegħu. Minnhom jirriżulta li fit-12-il xahar tas-sena li għaddiet kien hemm l-aktar tħawwil, iżjed minn 20,000, waqt li fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena tħawlu ftit inqas minn 6,000, minkejja r-restrizzjonijiet bil-COVID-19. Fatt interessanti hu li l-ambjent ta’ Kemmuna gawda mal-10,000 siġra u arbuxell mil-lista kollha ta’ postijiet u akkwati msemmijin, anke jekk fl-ewwel sena ma tħawlu xejn fuqha. Min-naħa l-oħra, Kemmuna kellha 3,842 siġra u arbuxell imħawlin fl-2018, 4,036 fl-2019 u 2,075 fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena. Iżjed postijiet li gawdew minn tħawwil simili kienu l-Buskett u Ta’ Qali b’2,263 siġra u arbuxell kull wieħed. Mill-44,000 siġra u arbuxell imsemmijin kien hemm ukoll is-sehem tas-settur privat li sponsorja 6,250 minnhom.


11

01.11.2020

MALTA MAL-IŻJED LI AVVANZAW FL-UGWALJANZA TAL-ĠENERI Malta għadha kemm ġiet imfaħħra mill-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-avvanzi kbar li saru f’pajjiżna mill-2010 ’l hawn. Dan tħabbar waqt it-tnedija uffiċjali tal-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għall-2020, fejn, filwaqt li Malta żammet l-istess post fil-klassifika tal-indiċi, il-15-il post, irreġistrat progress ta’ 9% fuq il-progress li kien sar dakinhar. Dan kien it-tielet l-aqwa progress fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Ewropa, wara l-Italja u l-Lussemburgu. Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar innotat b’sodisfazzjon li l-aqwa wirja ta’ Malta kienet fl-oqsma tal-impjiegi, tal-ekonomija u tas-saħħa. Dan hu l-frott ta’ politika li b’mod sistematiku tindirizza l-inugwaljanzi li jeżistu f’Malta. L-istess indiċi jindika b’mod ċar dawk l-oqsma fejn għad fadal ħafna xi jsir biex in-nisa u l-irġiel f’Malta jkollhom pożizzjoni ugwali fis-soċjetà, inkluż in-nuqqas ta’ rappreżentanza ugwali fil-Parlament f’Malta, fejn inqas minn 20% tar-rappreżen-

L-aqwa wirja ta’ Malta kienet fl-oqsma tal-impjiegi, tal-ekonomija u tas-saħħa tanti huma nisa. F’dan ir-rigward, Cutajar saħqet li l-pożizzjoni ta’ Malta se titjieb, ladarba jitħaddem il-mekkaniżmu li jsaħħaħ ir-rappreżentanza ugwali fl-ogħla istituzz-

joni demokratika tal-pajjiż li bħalissa qed tmexxi fil-Parlament u li mistenni jitkompla l-proċess Parlamentari dwarha fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Gvern awgura li dan il-mekkaniżmu jikseb l-appoġġ unanimu tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi qalet li l-ugwaljanza tibqa’ prijorità għal dan il-Gvern, hekk kif din il-ġimgħa stess ġie ppreżentat l-ewwel qari sovran fid-dinja. fil-Parlament t’abbozz ta’ liġi Dan l-aħħar, fl-ogħla karigi li jagħmel numru ta’ emendi tal-Ordni ta’ San Ġwann inħoloq vojt kbir, kriżi li ilha ġejja minn żmien il-Gran Mastru Fra Matthew Festing, li tliet snin ilu kellu jirriżenja wara li f’għajnuna umanitarja lill-Myanmar kienu tqassmu xi kontraċettivi. Fuq dan il-każ kien irriżenja Albrecht Freiherr von Boeselager, li kien il-Kanċillier tal-Ordni jew l-ekwivalenti għal prim ministru ta’ pajjiż. Ftit wara intervjena l-Papa Franġisku u Boeselager tpoġġa mill-ġdid fil-kariga. Minbarra hekk, il-Kardinal Angelo Becciu nħatar bħala delegat tal-Papa u kellu jservi ta’ gwida morali u jimbotta riformi tant meħtieġa fl-Ordni, sakemm dan ukoll spiċċa rriżenja f’Settembru li għadda minħabba skandlu fejn inxtrat binja lussuża f’Londra bħala investiment bil-fondi tal-Knisja. Bħalissa, dan il-ftehim jinsab taħt il-lenti t’investigazzjoni finanzjarja.

FIL-QRIB LI JKOLLNA GRAN MASTRU MALTI? Il-Kavallieri tal-Ordni Sovran ta’ Malta se jiltaqgħu f’Ruma nhar is-Sibt li ġej biex jeleġġu Gran Mastru ġdid wara li f’April li għadda miet il-Gran Mastru Fra Giacomo Dalla Torre del Tempio di Sanguinetto ta’ 75 sena. Fit-tellieqa għall-għażla ta’ Gran Mastru hemm ukoll il-Kavallier Malti, Fra John Edward Critien, li wkoll għamel ħames snin parti mill-Kunsill tal-Ordni. Il-Gran Kunsill tal-Ordni, bi kważi 1,000 sena ta’ storja, irid jagħżel il-81 Gran Mastru tiegħu f’elezzjoni li tiġbed interess internazzjonali. Il-proċess tal-għażla kellu jiġġebbed xi ftit minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Gran Mastru jinħatar biex imexxi l-Ordni sovran ta’ Malta għal ħajtu u l-elezzjoni ssir fost il-Kavallieri biex xi ħadd jidħol fit-tmexxija mill-Palazz Maġisterjali f’Ruma. L-Ordni jwieġeb direttament lill-Papa u hu meqjus bħala l-iżgħar stat

li jeliminaw id-diskriminazzjoni kontra n-nisa fit-tfassil ta’ atti notarili. Hi saħqet dwar il-bżonn ta’ politika li tintegra l-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’kull livell tal-ħidma governattiva. Għal dan l-għan, is-segretarjat qed jaħdem biex jiffinalizza l-ewwel strateġija u pjan ta’ azzjoni nazzjonali għall-ugwaljanza u l-integrazzjoni tal-ġeneru (gender mainstreaming) li tindirizza l-isfidi li jsibu n-nisa f’Malta fil-ħajja ta’ kuljum. Il-Ministru għall-Ġustizzja,

l-Ugwaljanza u l-Governanza Dr Edward Zammit Lewis ukoll laqa’ dan l-indiċi u flimkien mas-Segretarju Parlamentari Cutajar, tenna l-impenn li jiġġieldu d-diskriminazzjoni kull fejn tinsab bil-għan li jsaħħu s-soċjetà Maltija. Kull individwu għandu jkollu l-fakultà li jilħaq l-ogħla potenzjal tiegħu lil hinn mill-ġeneru u dan f’sinerġija mal-ħidma li l-Gvern Malti qed iwettaq fuq livell Ewropew mal-Kummissarju Maltija għall-Ugwaljanza Helena Dalli.


12

01.11.2020

INKOMPLU FEJN ĦALLEJNA – NEFQA SOĊJALI REKORD TA’ €1.9B

MARK MUSÙ

Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali

Il-Baġit 2021 għadu kemm tħabbar u immedjatament tlaqna bil-proċess li jwassal biex minn Jannar nibdew inwettqu l-miżuri soċjali li kienu fil-qofol tad-diskors tal-Ministru għall-Finanzi. Minkejja l-impatt bla preċedent tal-imxija tal-COVID-19 fuq il-finanzi u l-ekonomija talpajjiż, il-Baġit kien jisboq oħrajn imressqa f’dawn l-aħħar snin għax, filwaqt li ssokta bl-impenn li titjieb il-kwalità talħajja tal-Maltin u l-Għawdxin, kien mogħni b’miżuri indirizzati biex speċifikament jitkattar id-dħul tal-familji biex jilqgħu aħjar mal-effetti tal-pandemija. Iżda mhux biss. Barra t-tiġdid tal-iskema biex jitħarsu l-impjiegi permezz tal-Wage Supplement, il-ħruġ mill-ġdid tal-vouchers biex jgħinu l-familji u fl-istess ħin jagħtu nifs lin-negozji u l-għoti ta’ rifużjoni tat-taxxa, b’rati miżjuda, il-Baġit kompla jirranka bil-programm ta’ tisħiħ tal-pensjonijiet u tal-benefiċċji soċjali. Biżżejjed ngħid li s-somma totali allokata għannefqa soċjali tal-Gvern (li ma tinkludix l-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-akkomodazzjoni soċjali) se tammonta għal €1.9 biljun. Kien ferm ta’ sodisfazzjon għal kull min ħadem u ħejja s-sensiela ta’ proposti mressqa mill-Ministeru, li mhux biss intlaqgħu numru sabiħ minnhom iżda wkoll għall-fatt li ġew allokati aktar fondi mis-snin imgħoddija għal dan il-għan. Il-miżuri jolqtu pensjonanti, anzjani, familji bit-tfal, koppji u persuni li jgħixu waħedhom bi dħul baxx u persuni b’diżabilità. B’kollox nistmaw li ’l fuq minn 120,000 persuna bejn pensjonanti, anzjani u persuni vulnerabbli u 45,000 familja b’madwar 70,000 tifel u tifla ser igawdu mill-miżuri. B’mod ġenerali, il-medja lokali u r-rappreżentanti

tas-soċjetà ċivili kellhom kummenti pożittivi dwar il-Baġit, u diversi kummentaturi qisuh bħala wieħed b’ruħ soċjali u li jnissel tama u serħan il-moħħ fil-kuntest tal-isfidi li ġabet il-pandemija fostna. Dan kien ta’ sodisfazzjon għalina għax dak kien l-għan tal-pakkett ta’ miżuri li fassalna. L-aktar li ħalliet impatt kienet iż-żieda ta’ €5 fil-ġimgħa, inkluż dik għall-għoli tal-ħajja, lill-pensjonanti. Barra li kienet is-sitt waħda konsekuttiva mill2016, din kienet it-tieni l-akbar żieda li qatt ingħataw il-pensjonanti. Flimkien maż-żieda għall-għoli tal-ħajja, iż-żieda fil-pensjonijiet ser tiswa aktar minn €25 miljun. Parti minn din is-somma ser tmur biex nagħmlu ġustizzja ma’ dawk il-persuni, l-aktar nisa, li ma setgħux jikkwalifikaw għall-pensjoni kontributorja għall-irtirar għax il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li ħallsu qabel l-età ta’ 19-il sena ma kinux jingħaddu fl-assessjar biex tinħadem il-pensjoni. B’emenda li ser inressqu fil-liġi tas-sigurtà soċjali, mis-sena d-dieħla ’l quddiem jekk persuna ma tikkwalifikax għall-pensjoni bil-kontribuzzjonijiet ta’ wara id-19-il sena, se jibdew jiġu kkunsidrati l-kontribuzzjonijiet imħallsa qabel l-età ta’ 19-il sena u jekk tilħaq il-minimu preċiż meħtieġ, ser tibda tirċievi l-pensjoni minima mnaqqsa li tirriżulta. Għal dawk li xorta waħda jibqgħu ma jikkwalifikawx għall-pensjoni kontributorja

għax ma jkollhomx bolol biżżejjed, ħsibna li jingħataw żieda ta’ €50 fil-bonus annwali tagħhom biex issa dawk il-persuni li ħallsu anqas minn 5 snin bolol ser jibdew jieħdu bonus ta’ €250, u dawk li ħallsu aktar minn 5 snin bolol il-bonus tagħhom ser jitla’ għal €350. Dan il-bonus li minnu jibbenefikaw madwar 15,000 anzjan u anzjana jitħallas fl-ewwel ġimgħat tas-sena l-ġdida. L-anzjani li jgħixu fi djarhom jew fi djar residenzjali privati jew tal-Gvern, mill-ġdid ser ikunu intitolati għall-għotja ta’ €300 jekk għandhom bejn 75 u 79 sena, u €350 jekk għandhom 80 sena jew aktar. Koppji u persuni li jgħixu waħedhom li minħabba d-dħul baxx tagħhom jirċievu l-għajnuna supplimentari ser igawdu minn żidiet fir-rati li jvarjaw bejn €70 u €108. Barra minn hekk, is-suppliment ta’ €150 li jitħallas kull sena flimkien ma’ dan il-benefiċċju ser jibda jingħata lil kull benefiċjarju fl-

età ta’ 65 sena jew aktar. Dawk il-miżuri li direttament jgħinu lill-familji bit-tfal kienu milqugħa tajjeb. Barra l-ħlas taċ-Children’s Allowance, madwar 40,000 familja bi tfal taħt is-16-il sena, ser jibdew jirċievu suppliment għal kull wild fil-familja. Dan ser ikun ta’ €70 fis-sena għal kull wild għall-familji li d-dħul tagħhom ma jaqbiżx il-€25,318 u €50 għal kull wild għal dawk il-familji li d-dħul tagħhom jaqbeż dan l-ammont. B’hekk familja tipika b’żewġt itfal ser tkun intitolata għal suppliment ta’ €140 jew €100 fis-sena skont it-dħul tal-familja. Titjib ieħor li jolqot il-familji kien dak tal-In-Work Benefit li jitħallas fejn il-ġenituri jew wieħed jew waħda minnhom ikunu impjegati u għandhom tfal taħt it-23 sena. Bi tkomplija mit-titjib fir-rati u twessigħ tat-thresholds li seħħ f’Ġunju bħala parti mill-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika, it-thresholds fit-tliet kategori-

Dawk il-miżuri li direttament jgħinu lill-familji bit-tfal kienu milqugħa tajjeb. Barra l-ħlas taċ-Children’s Allowance, madwar 40,000 familja bi tfal taħt is-16-il sena, ser jibdew jirċievu suppliment għal kull wild fil-familja

ji tal-benefiċċju ser jerġgħu jitwessgħu biex iktar familji jkunu eliġibbli. Ħsibna wkoll f’dawk il-familji li b’għożża jiffosterjaw tfal li jkunu taħt Ordni ta’ Ħarsien, billi ser ngħollu b’€520 fis-sena l-Foster Care Allowance li tingħatalhom għal kull tifel jew tifla li jkunu taħt il-kura tagħhom. Dan il-benefiċċju fis-sena issa ser ilaħħaq €110 jew €5,720. Nixtieq insemmi miżura oħra li għalkemm mhix ser tiswa ħafna nħoss li xorta waħda hija ta’ importanza għax għandha tgħin koppji li jagħżlu li jaddottaw tfal minn Malta stess. Bħalma għinna koppji biex jaddottaw minn barra l-pajjiż, issa ser noffru għajnuna sa €1,000 biex tkopri l-ispejjeż marbuta malproċess tal-adozzjoni lokali. Minn Jannar ser nintroduċu benefiċċju ġdid għall-ġenituri li ma jkunux jistgħu jaħdmu biex jieħdu ħsieb wild b’diżabilità fletà ta’ aktar minn 16-il sena u li jkun qed jirċievi l-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa. Dan il-benefiċċju, li ser ikun magħruf bħala Għotja għal Carer, ser ikun ta’ €300 fis-sena. Fil-qasam tal-persuni b’diżabilità ser inwessgħu bi ftit il-parametri ta’ eliġibbiltà għal kundizzjonijiet ta’ diżabilità intelletwali sabiex aktar persuni li għandhom xi forma ta’ diżabilità li timpedihom milli jaħdmu jkunu jistgħu jikkwalifikaw għall-assistenza miżjuda. L-istess bħal din is-sena u s-snin passati, ser nistinkaw biex il-miżuri ġodda jaslu għand il-benefiċjarji kemm jista’ jkun malajr matul l-2021. L-impenn tagħna allura se jkun li bħalma din is-sena li qegħdin fiha se nkunu implimentajna l-miżuri soċjali kollha li tħabbru fil-Baġit 2020 matul is-sena kurrenti, l-istess nagħmlu s-sena d-dieħla bil-miżuri mħabbra fil-Baġit 2021. Għalhekk nixtieq inwassal il-ħajr tiegħi li kull min ħadem fuq il-miżuri soċjali u lil dawk li qed imexxu l-proċessi biex inwettquhom. Grazzi minn qalbi għall-appoġġ u l-ħidma tagħhom. Insellem u nirringrazzja wkoll lil kull min jagħti s-sehem tiegħu matul is-sena fid-dipartmenti u l-entajiet kollha li jaqgħu taħt dan il-ministeru b’missjoni tant importanti. Mingħajr is-sehem tagħkom il-missjoni li nkunu ta’ servizz u wens għal dawk filbżonn u li nikkontribwixxu għal kwalità ta’ ħajja aħjar tal-poplu tagħna ma tkunx tista’ sseħħ kif jixraq.


13

01.11.2020

IS-SERĦAN IL-MOĦĦ

BYRON CAMILLERI Ministru

Is-serħan il-moħħ huwa dak li n-nies jippretendu li jagħtihom il-politiku li jagħżlu biex jirrappreżentahom. Ikunu jridu li bid-deċiżjonijiet li jieħu jiggarantixxi t-trankwillità fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum, għax jissalvagwardja u jsaħħaħ dawk l-elementi li bniedem iħoss li għandu bżonn biex jgħix tajjeb. Il-baġit għas-sena d-dieħla kien proprju mibni fuq il-bżonn li nagħtu serħan ilmoħħ lill-Maltin u lill-Għawdxin, anke f’mument fejn id-dinja kollha qed taffaċċja sfida li mhix żgħira. Fih ħsibna biex

inħarsu l-livell tal-għajxien tal-pensjonanti, tal-familji u tan-negozji. Għalhekk Maltin B’Saħħitna ’l Quddiem. Bl-investiment u l-inizjattivi li ħabbarna hemm oqsma oħra lil hinn minn dawk ekonomiċi u soċjali fejn irridu nserrħu ras il-Maltin u l-Għawdxin li pajjiżna huwa lest biex jilqa’ għall-isfidi tal-ġejjieni. Mhux l-inqas dak tas-sigurtà. Dan huwa wieħed minn dawk is-setturi li bniedem, fil-ħajja ta’ kuljum, l-inqas li forsi jaħseb dwaru. Għalkemm jippretendi li qiegħed hemm u li jkun sod. Biex meta mbagħad jiġi bżonnu dan is-servizz ikun pront u tajjeb. Bil-Baġit 2021 din se tkun l-iktar darba li se nkunu qed ninvestu fis-sigurtà tal-Maltin u l-Għawdxin. Bħala Ministru, sodisfatt ħafna li dan il-Gvern qiegħed ipoġġi lis-settur tas-sigurtà fl-istess livell ta’ oqsma oħra li forsi konna mdorrijin nisimgħu iktar dwarhom wara l-preżentazzjoni ta’ baġit. Filfatt, l-erba’ entitajiet ewlenin marbuta mal-forzi tal-ordni għas-sena d-dieħla għand-

hom investiment kapitali li jlaħħaq it-€30 miljun. Din hi differenza kbira ma kemm ilpajjiż kien jinvesti fihom sa ftit snin ilu. Fl-aħħar sena ta’ amministrazzjoni preċedenti, seba’ snin biss ilu, il-vot kapitali għall-Forzi Armati ta’ Malta, il-Protezzjoni Ċivili, il-Faċilità Korettiva ta’ Kordin u l-Pulizija f’daqqa kien ta’ €5 miljun. Illum qed ninvestu sitt darbiet iktar. Mhux ta’ b’xejn li sa dakinhar il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kien ikollhom jikkuntentaw bis-second hand ta’ ħaddieħor, inkluż l-ilbies protettiv, jekk kellhom biss vot ta’ €450,000 għal sena. Illum, għal sena oħra, il-Protezzjoni Ċivili għandha baġit ta’ €7.9 miljuni x’tinvesti. Dan biex iġġib apparat ġdid u tirranġa l-istazzjonijiet minn fejn taħdem, fost oħrajn. Il-Forzi Armati ta’ Malta kien ikollhom miljun u nofs f’investiment kapitali sal-2012. Għas-sena d-dieħla għandna €13.5 miljun. B’hekk jistgħu jibqgħu jaħdmu biex jibnu ċentru operattiv ġdid f’Ħal Luqa u jġibu tagħmir

tal-aqwa kwalità biex jaqdu l-ħtiġijiet tal-Maltin u l-Għawdxin. Fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin irridu nibqgħu nsaħħu d-dixxiplina u s-sigurtà anke fl-interess tal-ħaddiema li jaħdmu hemm. Għandna investiment rekord għas-sena d-dieħla bi €3,200,000. Differenza mit-€310,000 tal-2012. Fi ftit kliem qed ninvestu għaxar darbiet iktar. Huwa b’dan it-tip ta’ investiment li tkun tista’ torganizza ruħek, iġġib vetturi aħjar, sistemi ta’ cameras iktar robusti u li ddaħħal prattiċi li jintużaw f’ħabsijiet moderni. Min illum jippontifika tant fuq it-tmexxija tal-ħabs, fejn kien meta l-investiment annwali kien ċuċata? Mhux ta’ b’xejn li dak iż-żmien kienu jitħaddmu sistemi, inkluż biex wieħed ifittex fuq persuna, li la kienu dinjitużi għall-priġunieri u lanqas għall-qraba li jżuruhom. U ma setax jonqos ukoll li għal sena oħra nsaħħu r-riżorsi fil-pulizija. Ħabbarna ftit tal-ġimgħat ilu strateġija ta’ trasformazzjoni bi 11-il għan u 49 azzjoni. Il-Gvern qiegħed

jappoġġja bis-sħiħ din it-trasformazzjoni fost oħrajn b’investiment kapitali għas-sena d-dieħla ta’ €4.8 miljun. Żieda sostanzjali wkoll fuq it-€2.7 miljun li kellha l-pulizija ftit tas-snin ilu. Huwa b’dan il-mod li nkunu nistgħu nwettqu l-proġett tal-pulizija tal-komunità, hekk ninvestu fl-għases ewlenin, hekk inġibu vetturi ġodda għall-RIU, hekk inkunu nistgħu nwaqqfu units iffukati bħalma għamilna riċenti bil-unit tal-vjolenza domestika. Wara dan l-ewwel baġit annwali tal-Gvern ta’ Robert Abela għandna enerġija kbira biex naraw li l-aspetti marbuta mas-sigurtà ta’ pajjiżna jkunu msaħħa u trasformati. Biss biss l-aspett tas-sigurtà llum huwa fost l-iktar tliet setturi li għandhom marbuta magħhom inizjattivi fil-baġit għas-sena d-dieħla. Jien eċitat ħafna biex filġimgħat li ġejjin nibqgħu nagħlqu proġetti li diġà għandna mibdijin u biex fixxhur li ġejjin nibdew inwettqu l-inizjattivi tal-Baġit 2021 biex bħala Maltin Nimxu b’Saħħitna ’l Quddiem.

KONNA U GĦADNA LESTI

JOSEF CARUANA

Proprju mitt sena ilu kienet ġiet fit-tmiem tagħha l-Influwenza Spanjola li infettat terz tal-popolazzjoni dinjija, madwar 500 miljun persuna. L-għamla ta’ dik il-pandemija kienet differenti minn tal-lum, fejn l-iktar milqutin kienu t-tfal u ż-żgħażagħ. Minn dawn, 10% kienu spiċċaw mietu, jiġifieri mal50 miljun persuna. Il-progress kbir li sar fil-qasam tas-saħħa llum ifisser li ninsabu armati ħafna iżjed fejn għandhom x’jaqsmu riċerka, trattament u kapaċità industrijali biex jiġi prodott il-vaċċin għal kulħadd. Il-pandemija ta’ mitt sena

ilu kienet ukoll ġabet ħafna sfidi ekonomiċi magħha. Biex nagħti eżempju, fl-1918 fl-Istati Uniti r-rata ta’ qgħad kienet ta’ 1.4%. Wara l-ħerba tal-Influwenza Spanjola u l-ħafna restrizzjonijiet ikkawżati minnha mhux wisq differenti minn tal-lum, kif ukoll it-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija, ir-realtà ekonomika ta’ dak iż-żmien kienet ta’ qgħad li sploda għal 11.7%. Sa mill-bidu tal-imxija talCOVID-19, Malta ħadet deċiżjonijiet importanti, uħud minnhom diffiċli u mhux popolari sa mill-bidu nett, fejn konna l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li għalaq l-ajruporti minn numru ta’ pajjiżi li kellhom rata għolja ta’ każijiet pożittivi. L-investiment fis-saħħa kien ta’ xejn inqas minn €140 miljun, nefqa li saret speċifikament biex tindirizza l-ħtiġijiet relatati malCOVID-19 f’pajjiżna u biex noffru l-aħjar trattament possibbli għal dawk il-Maltin u l-Għawdxin li nstabu pożittivi. Il-COVID-19 tibqa’ l-prijorità ewlenija tal-Maltin f’dawn iż-żminijiet, iżda prijorità oħra importanti għalihom hi li jkollhom l-għajxien

tagħhom salvagwardjat. IlGvern qed jinvesti mal-€40 miljun fix-xahar biex jgħin lin-negozji fis-salarji tal-ħaddiema tagħhom. Ir-rata medja ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea bħalissa hi ta’ 7.4% u qiegħda titla’ kull xahar. Fi Franza waħedha l-qgħad tela’ għal 8%, fl-Italja tela’ għal 10% u fi Spanja saħanistra qabeż is-16%. F’pajjiżna bħalissa l-qgħad jinsab nieżel xahar wara l-ieħor u attwalment qiegħed madwar 4%. Dan hu sinjal tajjeb ħafna u minbarra hekk pajjiżna għandu fost l-inqas rati ta’ dejn imqabbel mal-Prodott Gross Domestiku (PGD). Dan hu indikatur kruċjali li indirettament jaffettwa kemm pajjiż għandu spazju biex jimmanuvra u jgħin lin-nies u n-negozji b’miżuri soċjali u oħrajn. F’Malta għandna dejn ta’ 51% tal-PGD, filwaqt li pajjiżi bħal Franza qed jaraw figuri ta’ dejn jitilgħu għal 115% mal-PGD, l-Italja telgħu għal 150% tal-PGD u l-Greċja telgħet għal saħansitra 190% tal-PGD. Min-naħa l-oħra, Malta għandha dejn sostenibbli ħafna mqabbel ma’ dawn l-eżempji, għax kellha seba’ snin fejn mhux talli d-dejn

ma żdiedx, iżda f’ċerti snin anke naqas. Din hi sitwazzjoni ta’ sostenibbiltà bħal meta persuna tieħu self fuq id-dar. Jekk persuna taqla’ €2,000 fix-xahar u l-loan tagħha hu ta’ €500 fix-xahar, huwa sostenibbli għax kemm għandha dejn fix-xahar ma’ kemm taqla’ jagħmel sens. Iżda jekk id-dħul tagħha hu ta’ €2,000 u l-loan ta’ €1,800 mela hemm problema. Għax jew se tara kif se tnaqqas l-ispiża b’mod sostanzjali jew trid tara kif se tkabbar id-dħul tagħha filwaqt li tipprova tinvesti xi ħaġa għall-ġejjieni. Filwaqt li dawn il-pajjiżi għandhom dawn it-tip ta’ sfidi quddiemhom għax id-dejn tagħhom imqabbel mal-PGD hu għoli ħafna, pajjiżna jinsab f’pożizzjoni li jista’ jkompli jgħin lin-negozji jżommu l-ħaddiema tagħhom permezz tal-Wage Supplement. B’differenza ma’ pajjiżi oħrajn ġirien, mhux talli mhux se jitnaqqsu l-għajnuniet f’pajjiżna, iżda żidniehom. Iż-żidiet fil-qasam soċjali li rajna f’dan il-baġit fil-pensjonijiet, fl-in-work benefit, fir-rifużjoni tat-taxxa taddħul, iż-żidiet tal-COLA u fiċ-children’s allowance fost

l-oħrajn huma uniċi fl-Ewropa. Altru milli virtwali, dawn huma miżuri realissimi li n-nies se jaraw l-implimentazzjoni tagħhom fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin. Dawn il-miżuri huma importanti biex dik il-ġurnata li jitħabbar il-vaċċin u pajjiżna jibda jara paġna ġdida tinqaleb fil-ġlieda kontra l-COVID-19, pajjiżna jkun għad fadallu ekonomija b’saħħitha u negozji lesti biex jiġġeneraw l-impjiegi u x-xogħol. Mitt sena ilu pandemija kissret pajjiżi sħaħ u ġabet dalma ekonomika globali. Illum Malta u l-pajjiżi madwarna qed jiffaċċjaw l-istess realtà, iżda b’ħafna iżjed għarfien u ppjanar. Permezz tat-tkabbir ekonomiku li kellna f’dawn l-aħħar snin, minħabba li ħadna l-passi neċessarji biex inħarsu l-għajxien tal-ħaddiema u grazzi għall-investiment kbir fil-ġlieda kontra l-COVID-19 pajjiżna mhux biss hu lest biex jiffaċċja l-pandemija sakemm jinstab ilvaċċin, iżda lest ukoll biex jiffaċċja r-realtajiet ta’ wara l-pandemija, biex verament inkunu f’qagħda tajba u nistgħu nerġgħu nibdew il-ħajja normali tagħna.


14

01.11.2020

TISBIĦ U RINNOVAR FIL-QALBA TAL-PARTIT Dan ix-xahar se jiġi inawgurat proġett ta’ tisbiħ fis-sala u d-daħla taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista li kien qed jitwettaq f’dawn l-aħħar xhur mill-volontarjat

Proġett ta’ tisbiħ fis-sala ewlenija u l-foyer taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, li kien qed jitwettaq fl-aħħar xhur tal-pandemija, jinsab qrib li jkun lest u mistenni jiġi inawgurat aktar tard f’dan ix-xahar il-ġdid. Dan l-investiment, inkluż fis-sala ewlenija, li ilha tilqa’ fiha avvenimenti kbar fl-aħħar 25 sena mill-inawgurazzjoni tal-Kwartieri fit-28 ta’ Mejju tal-1995, jasal fi żmien żewġ anniversarji importanti għall-Partit Laburista,

l-inawgurazzjoni tal-istess Ċentru Nazzjonali Laburista u ċ-ċentinarju tal-Partit fil-15 ta’ Ottubru li għadda. Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista George Azzopardi qal li “għal dawn l-okkażjonijiet tajna l-manutenzjoni li hemm bżonn u tajna libsa ġdida li jixirqilha din id-dar ta’ kull wieħed u waħda minna.” F’kummenti mal-KullĦadd, Azzopardi spjega li “x-xogħol estensiv sar biss mill-volo-


15 Ritratti: JOE CAMENZULI

01.11.2020

ntarjat, waqt li l-ispejjeż li kienu neċessarji għamilna enfasi li naraw li l-flus li jinġabru mingħand iċ-ċittadini li jsostnuna jkunu investiti bl-aħjar mod possibbli.” Is-sala prinċipali, li nqalgħet kompletament, gawdiet mhux biss minn tibjid u tindif meħtieġ, imma saħansitra tibdil tad-dwal kollu għal dak LEDs. “Dan se jkun qed jiffrankalna mat-tmien darbiet inqas fil-kontijiet li jridu jitħallsu,

waqt li investejna f’apparat ġdid li se jkun permanenti u jservi għal diversi funzjonijiet li għandha s-sala,” saħaq il-Kap Eżekuttiv Laburista. “Minbarra hekk, rajna li nagħtu dehra friska wkoll lid-daħla taċ-Ċentru li se tkun qed tinbidel kompletament u tagħmel wisa’ għal avvenimenti oħrajn. Fost oħrajn se jkollna mural speċjali, li jilqa’ lill-viżitaturi, ibbażat fuq kwotazzjoni ta’ Ġużè Ellul Mercer.”


16

01.11.2020

GVERN KOMPOST, OPPOŻIZZJONI MĦARBTA

ALEX AGIUS SALIBA Membru Parlamentari Ewropew

Matul il-ġimgħa li għaddiet, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna preżenta Baġit ieħor b’saħħtu u ta’ serħan il-moħħ għall-familji u n-negozji. Dan huwa l-aqwa Baġit li qatt preżenta dan ilGvern sa issa, u probabbilment l-aqwa wieħed fl-istorja ta’ pajjiżna wkoll. U dan ma ngħiduhx bi ftaħir jew b’arroganza, din hi l-verità. Paragun tal-istatistiċi juri l-qabża kbira ekonomika u soċjali li għamel pajjiżna f ’dawn l-aħħar seba’ snin, għalkemm jekk wieħed iħares madwaru u jiftakar ftit kif konna ngħixu fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti u

jqabbel ma’ kif qed jgħix illum, huwa biżżejjed. Għalkemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ried jipprova jnessi linnies x’wiret Gvern Laburista fl-2013, la aħna u ċertament lanqas in-nies, ma nsejniex. Gvern fallut u mkisser ta’ Gonzi PN dak iż-żmien ħalla warajh pajjiż imtertaq, mimli dejn, bla prospetti u demoralizzat, mifni b’kontijiet għoljin, taxxi kontra taxxi, u rati dejjem tilgħin ta’ qgħad u faqar. F’riċessjoni li ħalliet inqas impatt minn din il-pandemija, is-soluzzjoni għall-Gvern Nazzjonalista dak iż-żmien kienet il-politika skaduta tal-awsterità; aktar taxxi u aktar piżijiet fuq in-negozji u l-familji. U bilħaqq, il-ħames bozoz ta’ Tonio Fenech! B’dik il-medjokrità kien derriena l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern, medjokrità li ħalliet pajjiż imdejjen u b’ekonomija staġnata, u b’mentalità li sena wara l-oħra konna nibżgħu għax konna nafu li fil-Baġit minflok jgħinna l-Gvern kien ser ikompli jġibna għarkupptejna. Dan b’kuntrast mal-lum,

meta għandek Gvern Laburista li rnexxielu jġib ilpajjiż fuq saqajh u saħansitra f ’dan il-perjodu tant diffiċli għall-familji u n-negozji tagħna rnexxielu jkun ta’ spalla għalihom u tahom aktar għajnuna meta veru l-aktar għandhom bżonnha. Jekk wieħed iħares lejn dak li qed jiġri f ’pajjiżi oħra Ewropej jara kif hawn Malta għandna sitwazzjoni unika. Gvern li qiegħed jinvesti u lest jibqa’ jonfoq kemm hemm bżonn biex jgħin lill-ekonomija tagħna tirkupra kemm jista’ jkun malajr. Mhux ta’ b’xejn il-Kummissjoni Ewropea qed tbassar li l-ekonomija tagħna ser tkun minn tal-ewwel, jekk mhux l-ewwel waħda, li tirkupra mill-impatt tal-pandemija. Kulħadd jaf li dan huwa s-sewwa magħruf kemm f ’Malta kif ukoll fuq livell internazzjonali. Saħanasitra l-istituzzjonijiet Ewropej jirreferu għal dan il-miraklu ekonomiku li rajna jseħħ fl-aħħar snin. Imma oħroġ il-għaġeb Dr Bernard Grech, jew aħjar min kitiblu d-diskors, skontu grupp li jafda u li hu esperjenzat aktar

minnu fil-politika, ried jgħid mod ieħor. Nhar it-Tnejn smajna l-ewwel replika tiegħu tal-Baġit, fejn wieħed kien jistenna li ser jisma’ xi ħaġa ġdida, forsi diskors li jiddistingwih mill-mexxeja skaduti ta’ qablu u li jagħtih statura ta’ politiku li veru jrid jaħdem biex jagħmel il-ġid u mhux jikkritika u jipprova jkisser biss. Imma f ’wiċċna baqa’. Kulma rnexxielu jagħmel kien li jaqra diskors irriċiklat u kkupjat minn dak ta’ Simon Busuttil, l-aktar politiku fallut fl-istorja ta’ Malta, politiku li l-unika ħaġa li qatt irnexxielu jagħmel b’suċċess kienet li jkisser il-Partit Nazzjonalista f ’elf biċċa kif wirtu issa hu stess. U ma tistenna xejn aħjar la hemm il-klikka ta’ Jason Azzopardi u sħabu tmexxih. Il-Partit Nazzjonalista spiċċa partit fallut, maqsum u li jbiddel il-Kap tiegħu kull sentejn. Ħaġa waħda ma tinbidilx, in-negattività u l-politika tal-kritika bla proposti. Bernard Grech qal li għandu ħafna x’jitgħallem fil-politika. Sfortunatament qed iħares lejn in-nies żbaljati, għax s’issa kull ma tawh kien

diskors monotonu u li tefgħu mitt sena lura. X’diskrepanza hemm meta tikkumparah malPrim Ministru Robert Abela, Prim Ministru ffukat li jaf x’inhuma l-prijoritajiet, jaf fejn qegħdin il-qalb u l-polz tal-poplu, u li mexxa Baġit tant pożittiv u li qed jagħti spinta qawwija lill-ekonomija f ’dan il-perjodu tant diffiċli. Altru milli huwa Gvern għajjien kif qalilna Dr Grech, dan huwa Gvern immexxi minn Prim Ministru mimli enerġija, kuraġġ u pożittività u dan hu li dak li pajjiżna għandu bżonn speċjalment bħalissa. Dan hu dak li qed iżomm lil pajjiżna miexi ’l quddiem. Din ir-rieda politika tirrifletti r-rispett lejn in-nies u l-imħabba lejn ilpajjiż, imħabba li jrid ikollok biex tmexxi lil pajjiżek. Għalhekk, il-Partit Nazzjonalista qatt ma jista’ jkun fdat bittmun tal-pajjiż. Kburin b’dak li ksibna u b’dak li qed nagħmlu għal pajjiżna, u nħarsu ’l quddiem għat-twettiq ta’ dan il-Baġit sabiex nerġgħu naraw lil pajjiżna jkompli javvanza u jikber fix-xhur li ġejjin.

MA’ DAN IL-GVERN TAF FEJN QIEGĦED

ELAINE DEGIORGIO Chairperson Fondazzjoni iDEAT

Wieħed m’għandux għalfejn ikun partiġjan ħafna jew intiż ħafna fil-politika sabiex jinduna b’tal-inqas differenza waħda sempliċi bejn Robert Abela u Bernard Grech din il-ġimgħa waqt id-diskorsi rispettivi marbuta mal-Baġit. L-iktar ħaġa li ġietni f’moħħi, u ngħidha kemm jista’ jkun mod oġġettiv hija li meta tara, tisma’ u tgħarbel dak li qalu ż-żewġ Mexxeja,

huwa ċar li ma’ Robert Abela, mal-Gvern, taf fejn qiegħed, fejn qiegħda. Huwa ċar li fuq naħa hemm pjan ċar ta’ fejn wieħed irid jasal, hemm l-ideat ta’ x’jista’ jsir iżda fuq kollox ta’ x’għandu jsir, hemm viżjoni ta’ kif u f’liema direzzjoni rridu nieħdu l-pajjiż tal-inqas fl-10 snin li ġejjin u dan b’argumentazzjoni soda bbażata fuq il-fatti. Min-naħa l-oħra smajt l-istess diska tal-aħħar snin, ħafna negattività li drajna biha, imma ċar ukoll li hemm nuqqas kbir ta’ ideat. Il-Kap tal-Oppożizzjoni sforza ħafna biex jitkellem u dan mhux minħabba t-teknika li uża jew għall-fatt li litteralment qara d-diskors. Jiena nara li l-ikbar problema bid-diskors talKap tal-Oppożizzjoni huwa l-fatt li m’għandux narrativa, m’għandux storja xi jgħid, m’hemmx ideat x’jista’ jaqsam imma qabad u silet l-istejjer li jidhru fil-gazzetti

ta’ kuljum. Sintendi dawk l-istejjer li huma l-inqas pożittivi iżda aktar minn hekk prova jirkeb fuq il-beżgħat tan-nies u jippolitiċizza dan. Fuq dan il-punt jiġini f’moħħi l-fatt li prova jieħu forma ta’ vantaġġ politiku minn fuq l-imwiet tal-COVID-19. Il-Prim Ministru Robert Abela kien konvinċenti fuq is-suġġetti li tkellem fuqhom, iżda laqatni punt importanti mid-diskors, kien umli. Ma ddejjaqx jgħid li kien hemm affarijiet li setgħu saru aħjar. Din hija xi ħaġa importanti u mhijiex xi ħaġa komuni li ssibha fil-politiċi. Rajt id-dettall li daħal fih il-Prim Ministru fosthom billi wieġeb id-diskors ta’ Bernard Grech bil-fatti f’idejh. Nista’ nsemmi eżempju l-punt li Grech u l-Oppożizzjoni qed jagħmlu dwar bonus addizzjonali għall-frontliners li ħadmu u qed jaħdmu biex tkun miġġielda l-pandemija tal-COVID-19. Apparti l-fatt li

nqis dan bħala punt fejn fih Bernard Grech qed ikun popolist bit-tama li jintgħoġob ma’ dawn il-persuni fi żmien daqstant delikat. Il-Prim Ministru wieġeb lura billi spjega kif dawn il-persuni li qed jaħdmu mill-qrib, partikolarment dawk fil-qasam tassaħħa qed jirċievu aktar. Il-Prim Ministru spjega kif l-ispiża tal-pagi fissaħħa pubblika fl-2013 kienet ta’ €177 miljun, fl-2021 din l-ispiża se tkun ta’ €331miljun jew id-doppju ta’ dik li kienet fl-2013. Anke f’dawk li huma allokazzjonijiet finanzjarji, Robert Abela qal li l-ħaddiema fis-settur tas-saħħa bħalissa qed jieħdu €111-il miljun. Fi żmien il-Partit Nazzjonalista dawn kienu jieħdu €44 miljun. Fid-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni spikkaw ukoll ċerti inkosistenzi li l-Prim Ministru rrimarka għalihom l-għada. Jiġuni f’moħħi l-vouchers fejn Grech qal li dawn

kienu “pala li qed tbattal l-ilma mid-dgħajsa” imma imbagħad ftit wara qal li għandhom joħorġu vouchers sabiex jinxtraw affarijiet relatati mal-COVID-19. Issa ħalliha li dak li jkun seta’ għamel dan minn kull ħanut tar-retail. Inkonsistenza oħra kienet ukoll dwar il-mina bejn Malta u Għawdex fejn fid-dokument ta’ qabel il-Baġit qal li dan irid isir u fid-diskors ħa pass lura. Dawn huma affarijiet li ċerta li ġew innotati. M’hemm l-ebda dubju li l-Prim Ministru Robert Abela huwa l-unikU Mexxej f’pajjiżna li għandu viżjoni u li għandu l-ideat biex dan il-pajjiż jibqa’ miexi ’l quddiem. Min kien għad kellu xi dubju jista’ jara d-differenza fid-diskorsi li saru. Robert Abela biss jista’ jmexxi lil Maltin u lill-Għawdxin ’il quddiem mhux wara din il-pandemija biss, iżda anke fis-snin ta’ wara.


17

01.11.2020

L-AQWA BAĠIT

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Il-Baġit għadu fuq fomm kulħadd, kif għandu jkun. Qiegħed fuq fomm kulħadd mil-lat pożittiv għaliex il-maġġoranza assoluta tal-poplu taqbel li minkejja ċ-ċirkostanzi ta’ sfida kbira li għaddej minnha pajjiżna u l-kumplament tad-dinja, il-Gvern irnexxielu jippreżenta Baġit fejn kompla jagħti lill-poplu u ma jieħu xejn lura. Baġit ieħor bla taxxi, Baġit ieħor li jwieżen lil min jiflaħ l-inqas. Baġit maħsub b’reqqa u għaqal, fejn il-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali kienet kruċjali fit-tifsil tiegħu. Imma għall-Oppożizzjoni dan kien Baġit riċiklat ippreżentat minn Gvern għajjien. Ma nafx naqbdux nidħku jew nibku. Żgur li qabadna l-biki wara li smajna id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni bħala reazzjoni għall-qari tal-Baġit. Insomma, diskors, il-kelma ġġib hekk. Il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel sagħtejn jaqra f’monotonija sħiħa diskors li kitiblu ħaddieħor. Irqadna lkoll. Qomna biss meta semma b’sorpriża kbira li jiftakar l-Assedju l-Kbir u t-Tieni Gwerra Dinjija. Forsi hekk sirna nafu li ġej minn Rodi, il-gżira Griega fejn kienu l-Kavallieri qabel ma ġew Malta. Ċajt apparti. Fi żmien bħal dan ta’ inċertezza, fejn fil-pajjiżi tal-Ewropa qed naraw popli sħaħ jipprotestaw kontra l-miżuri li qed jieħdu l-gvernijiet tagħhom sabiex tiġi kkontrollata l-pandemija fixxhur xitwin li ġejjin u fejn il-qgħad qed jogħla b’ċifri allarmanti u l-ekonomija tagħhom ikkrollata, aħna f’pajjiżna il-Gvern Laburista kompla jeżerċita l-prinċipji soċjalisti tiegħu. Ħadd ma jista jsejjaħ dan il-Baġit bħala wieħed tal-pandemija, imma huwa kontinwazzjoni ta’ Baġits preċedenti Laburisti. Il-miżuri sabiex jilqgħu għall-pandemija huma kapitlu minn dan il-Baġit. Huwa Baġit ta’ viżjoni li jaħseb għall-10 snin li ġejjin, kif spjega tant tajjeb fid-diskors eċċezzjonali li għamel it-Tlieta li għaddew il-Prim Ministru fil-Parlament. L-Oppożizzjoni ħelwin wisq, ikkritikaw id-defiċit li għamel il-Gvern biex inaqqas mill-aktar li jista’ l-piż li għamlet il-pandemija fuq l-ekonomija u t-theddid fuq l-impjiegi. Il-Kap tal-Oppożizzjoni kellu l-wiċċ jaqralna u jgħidilna li fl-2013 konna aħjar u li ħallew pajjiż b’finanzi u b’ekonomija soda. Iridu jnessuna li ħallew ekonomija b’70% tal-GDP jirrappreżentaw dejn u defiċit. Dan il-Gvern irnexxielu jniżżlu għal 43%. Konna nirreġistraw defiċit sena wara sena minkejja il-miżuri t’awsterità li kien jintroduċi f’forom ta’ taxxi f’kull baġit u anki matul is-sena, iżerżaqhom baxx baxx, minkejja li biegħ jew falla l-kumpaniji tal-Gvern li kienu assets għal pajjiżna: bħal meta pprivatizza l-Malta International Airport u t-Telemalta, l-Airmalta ġabha għarkupptejha,

l-Enemalta ġabha qas tiswa €1, għalaq it-Tarzna u falla s-SeaMalta, u xorta l-kejk li jipproduċi l-pajjiż baqa’ jittiekel aktar mid-djun. Irnexxielhom idaħħluna wkoll fl-Excessive Deficit Procedure. Dan hu l-wirt ta’ Gvern Nazzjonalista li ftaħar b’finanzi fis-sod. Ma nagħtihomx tort li joħolmu li ħallew il-pajjiż fis-sod għax lanqas biss jafu xi tfisser. Meta tara kif irnexxielhom jikkrollaw il-finanzi tal-partit tagħhom stess u li m’għandhomx idea ta’ kif se jibdew jirkupraw u jiġu fuq saqajhom, kif tista’ tafdahom mill-ġdid bil-finanzi tal-pajjiż? Kif tista tafdahom b’butek, bl-impjieg tiegħek u bil-livelll ta’ għajxien li tgħix? Dan ilGvern irnexxielu jniżżel dan il-persentaġġ b’mod drastiku. U għax irnexxielu jagħmel dan, illum għandu l-lussu li m’għandhomx pajjizi oħra Ewropej. Il-Gvern qed joħroġ dawn il-flus kollha f’għajnuna u f’wage supplements u xorta għadna taħt it-threshold ta’ Maastricht. Immaġinaw biss li kieku f’dan iż-żmien ta’ pandemija kienu qed imexxu il-PN. X’kienu jgħidulna? Kienu jerġgħu jibdew jeqirdu bħalma għamlu fil-kriżi finanzjarja tal-2009 (fejn dik il-kriżi lanqas tibda ma’ din li qed nassistu għaliha llum) u jgħidulna li qed jaraw il-mewġ u l-maltemp u hemm bżonn it-taxxi u jiżdiedu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma u li se jkun hawn il-qgħad. Dan il-Gvern flok gerger, flok għamel it-taxxi u żied il-kontijiet, flok awgura l-qgħad, ma daħħal l-ebda taxxa, kompla jagħti ż-żidiet, kompla jagħti lura l-vaganzi li kienu ħadulna l-gvernijiet Nazzjonalisti bl-iskuża tal-kriżi finanzjarja, kompla jinċentiva n-negozji, u ta l-wage supplements biex ma jintilfux l-impjiegi. U mhux talli ma ntilfux, talli f’nofs pandemija, fejn il-pajjiżi l-oħra Ewropej qed jesperjenzaw mewġa ta’ qgħad, pajjiżna qed jiġri bil-kontra, il-qgħad qed jonqos. Qalulna li hu Baġit riċiklat. Nagħtihom raġun. Huwa Baġit li reġa’ żied il-pensjonijiet, żied is-sussidju għall-carers, żied iċ-children’s allowance, żied l-istipendji, reġa’ tana l-vouchers, żied l-għajnuna supplimentari, żied aktar mediċini b’xejn fuq il-formolarju (u l-mediċini ssibhom u ma jkunux out of stock bħal bottijiet tal-piżelli ta’ Simon Busuttil) reġa ta tax refunds, reġa’ wessa’ t-tax bands, kompla jtejjeb l-in-work benefit, kompla jagħti l-paga minima lill-persuni b’diżabiltà severa, reġa’ ħafer it-taxxa tal-boll għall-first time buyers, it-tallinja card b’xejn issa għall-anzjani minn 70 sena ’l fuq. Reġa’ alloka €9 miljun sabiex jissewwew l-inġustizzji li saru fi żmien gvernijiet Nazzjonalisti. Fi żmien kriżi finanzjarja bla preċedent dan il-Gvern ta dan kollu u ma ħa xejn lura, għaliex dan il-Gvern ma jemminx fl-awsterità, imma jemmen filħolqien tal-ġid u li ddawwar l-ekonomija u l-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir fl-investiment. Fi żmien kriżi finanzjarja ferm iżgħar, Gvern Nazzjonalista ħonoqna bit-taxxi u mliena bil-biża’ tas-sensji. Fi żmien kriżi finanzjarja taw €600 żieda filġimgħa lill-Membri tal-kabinett tagħhom u lilek tawk kontijiet ogħla tad-dawl u l-ilma u qalulek biex tidrahom u mbagħad biex jikkumpensaw (u jitmejlu bik) tawk 6 bozoz energy saver. Baġit li tana ħafna mill-ġdid. Jekk dan kien baġit ta’ riċikilaġġ allura nħeġġeġ lill-Gvern sabiex ikompli jagħtina Baġits riċiklati bħal dan għax ġid bħal dan, il-PN lanqas huma kapaċi joħolmuh aħseb u ara kemm kapaċi joħolquh.

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 22 ta’ Ottubru Dan x’jaħseb li laħaq Manwel (mhux Adrian) Delia sempliċement għax fettillu jwaqqaf għaqda u sejħilha Repubblika? Il-Kap il-ġdid Bernard Grech bilkemm għadu tgħammed bħala Kap tal-partit darba glorjuż tagħna, imma Manwel (mhux Adrian) Delia donnu qiegħed jippretendi li l-Kap il-ġdid jagħmel dak li jgħidlu hu, u hu biss, għax inkella mhux se jsib l-appoġġ tiegħu. Jekk ried, jew irid, li fil-partit darba glorjuż tagħna, isir biss dak li jrid hu, Manwel Delia kien imissu kkontesta għal Kap, u mhux dejjem joqgħod gallarija jistenna biex jara x’se jgħidu l-klikka ta’ Simon Busuttil, Jason Azzopardi u l-bella kumpanija! Il-Ġimgħa, 23 ta’ Ottubru Ma nafx kemm se jdum jaħsibha l-Kap il-ġdid Bernard Grech biex jagħmel reshuffle fil-kelliema tal-Oppożizzjoni! Fuq kollox fl-għażla tal-kelliema hu jikkmanda u ħadd ma jindaħallu, suppost! Imma jien wisq nibża’ li l-klikka ta’ Simon Busuttil, Jason Azzopardi, Manwel Delia u l-bella kumpanija qegħdin jhedduh li jew jagħmel dak li jgħidulu huma, jew inkella mhux se jibqgħu jappoġġjawh, u għalhekk għadu ma ħax deċizjoni. Min jaf kemm qegħdin jgħidulu biex lil Robert Arrigo u lil Clyde Puli, fost oħrajn, ma jagħtihomx dekasteru importanti ladarba dawn kienu baqgħu jappoġġjaw lil Adrian Delia sal-aħħar! Insomma, wasalna biex tibda d-diskussjoni dwar il-Baġit u fejn konna bqajna. Is-Sibt, 24 ta’ Ottubru Din tal-COVID-19 qiegħda tinkwetani bilkbir, man, għax bla ma rrid ftit li xejn qiegħed nixref mill-bieb ’il barra, għax bħala anzjan jien inqis lili nnifsi bħala vulnerabbli u allura ma noqgħod nistenna lil ħadd biex jgħidli biex noqgħod ġewwa. M’iniex tifel u naf nieħu ħsieb lili nnifsi. Imma s-Sibt filgħodu xorta waħda ma sirtx noqgħod jekk ma mmurx sal-Istamperija ngħid kelma ma’ sieħbi. Dik li ma nkunx aġġornat fuq dak li għaddej fil-Partit darba glorjuż tagħna, bil-mod biex tinżilli. Mhux għax qiegħed nakkwista wisq informazzjoni, għax milli jidher il-Kap il-ġdid Bernard Grech għadu ma sabx saqajh u bħalissa kollox għaddej għal riħu - tal-inqas skont sieħbi tal-Istamperija. Il-Ħadd, 25 ta’ Ottubru Mela mhux jien biss kont, u għadni, qiegħed naħseb li hawn stennija kbira għad-diskors tant mistenni tal-Kap ilġdid Bernard Grech dwar il-Baġit! Anke l-ġurnalisti tagħna fl-aħħar indunaw b’din l-istennija kbira. U ma jistax ikun mod ieħor, man! Id-diskors ta’ għada huwa l-ewwel diskors importanti li se jagħmel Bernard Grech, u jien m’għan-

di l-ebda dubju li se jurina xi jsarraf ir-raġel. Min jaf kemm se jsabbtu fuq il-bankijiet Jason Azzopardi, Carol Aquilina, u dawk kollha li raw kif għamlu biex qaċċtu lil Adrian Delia. Kemm nixtieq li din tkun okkażjoni li fiha nuru li aħna partit verament magħqudin. Nuru biss nistgħu għax fil-verità, magħqudin m’aħniex! It-Tnejn, 26 ta’ Ottubru Ma nistax ngħid li ma għoġobnix ilKap il-ġdid, u issa l-Kap tiegħi, Bernard Grech. Għall-bidu ħadt qatgħa meta qal li dak li hu tajjeb, se jgħid li hu tajjeb. Ħadt qatgħa għax ħsibt li kien se joqgħod ifaħħar lill-Gvern talli żied il-pensjonijiet, talli żied l-allowance tattfal, talli se jibqa’ għaddej bil-wage supplement, u tant u tant affarijiet oħra. Imma mhux hekk għamel, anzi għamel sagħtejn jattakka lill-Gvern u xejn ma faħħru. Li ma għoġobnix kien il-kumment dwar il-vouchers għax, kemm jien, kif ukoll Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, għamilna żewġ ikliet tajbin. U hekk se nerġgħu nagħmlu meta jerġa’ jibgħatilna l-vouchers il-ġodda. It-Tlieta, 27 ta’ Ottubru Il-Kap tagħna, Bernard Grech mar tajjeb fid-diskors tiegħu dwar il-Baġit, imma jkolli nammetti li l-Prim Ministru Robert Abela mar ħafna aħjar minnu. Tant mar tajjeb li bla ma ridt ammettejtha quddiem Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna li kien pront fakkarni li Robert Abela kellu biss ġurnata ċans biex jipprepara t-tweġiba tiegħu, waqt li l-Kap tagħna kellu ġimgħa sħiħa. Ikolli nammetti li jekk nibqgħu sejrin hekk, se nibqgħu ’l bogħod minn Kastilja. U ara jien ukoll, kemm għandi moral baxx, x’kull waħda. Jekk ma qal xejn tajjeb, Bernard Grech qal li magħqudin flimkien ’il quddiem nimxu. U issa suppost li aħna magħqudin u għalhekk m’għandniex għalfejn naqtgħu qalbna. L-Erbgħa, 28 ta’ Ottubru Issa għandna ġranet sħaħ, jum wara ieħor, insegwu d-dibattiti dwar il-Baġit. Ġranet sħaħ nisimgħu Ministru wara Ministru, Segretarju Parlamentari wara Segretarju Parlamentari lkoll kemm huma jiftaħru dwar dak kollu li għamlu kemm ilhom fil-Gvern. Iqabbduni attakk nervuż, man, u ngħid id-dritt ma nafx kif nissaporti nsegwihom kollha, dejjem bit-tama li nara lil xi ħadd minn tagħna jgħid xi ħaġa ta’ sugu, kif kienet tgħid in-nanna Gerit, Alla jagħtiha l-glorja tal-ġenna. X’differenza minn meta l-Partit darba glorjuż tagħna kien immexxi minn Eddie l-kbir! Kont titgħaxxaq tisma’ lil nies bħal Gwido Demarco, Louis Galea, Austin Gatt, Ugo Mifsud Bonnici, u l-oħrajn. Illum sirna medjokri wisq, man!


18

01.11.2020

IL-PARRUKKIERA TA’ SEKLU ILU Illum qtajtha li nwasslilkom tagħrif li l-folklorista Ġużi Gatt kien kiseb mingħand Mikiel Saliba li kien armat bħala parrukkier fil-Marsa. Hu tagħrif rari, għalkemm illum qed nerġgħu naraw bosta ħwienet tax-xagħar jinbtu f’pajjiżna. Kif jirrakkonta Mikiel Saliba, ix-xogħol tal-parrukkier ġeneralment

kien jintiret mill-missier għall-iben. Missieru kien iqabbdu daqqa jissapna bis-sapun il-leħja ta’ xi ħadd, daqqa jaqta’ biċċa xagħar, imbagħad jagħmel xi barbetti, sakemm jidra s-sengħa kollha. Minn CHARLES B. SPITERI

Ġuż, meta fetaħ il-ħanut missier Mikiel? Fetaħ fl-1900, meta Mikiel kien għadu tifel żgħir, li biex ilaħħaq mal-klijenti kien jitla’ fuq kaxxa tal-ħalib tat-‘Toby’. Mikiel insista miegħi li hu kien ‘parrukkier’, għax jaqta’ x-xagħar, waqt li barbier kien iqaxxar il-leħja. Parrukkier hu dak li jaqta’ xagħar. Semmielek xi kliem tekniku? Dażgur. Eżempju l-kelma “titqarweż”. Qalli li ħafna nies, l-aktar fl-irħula, kienu jitqarwżu, jiġifieri jaqtgħu xagħarhom qasir mad-dawra kollha, bil-makkinetta Nr. 1 jew Nr. 2. Kien hemm min, anke dak iż-żmien, min iqaxxar xagħru QARABASILI, li kienet biċċa xogħol iebsa għax iqaxxruhielu bil-MUS. Imma biż-żmien, l-aktar fl-ibliet, in-nies kienu jridu jaqtgħu xagħarhom BL-ISTIL. Kienu jgħidulek aqtagħhieli LA INGLIŻA. Din kienet l-aktar qatgħa xagħar komuni: qasira minn kullimkien, konna ngħidulha “bħal talMużew”, iżda bil-ĠUMMIENA, jew troffa xagħar quddiem. Oħrajn kienu jriduha LA AMERIKANA: minn fuq qasir, u fil-ġenb xejn, kważi mqaxxar għalkollox. Imbagħad kien hemm min irid qatgħa xagħar LA TALJANA. Din kienet tkun aktar eleganti, bil-maxta, bil-ferq, bil-barbetti u bil-Brylcream. X’għodda kienu jużaw? Għat-tqaxxir tal-leħja, li kienet issir bil-mus, kellhom il-mejlaq, biex isinnuh fuqu. Kellhom ukoll il-ferla jew ferlija biċċa mill-qalba tax-xitla Ferula communis li kienet tinqata’ u titfassal fiċ-ċatt, tindilek bi dlik apposta li msejħa PASTA, qisha ċikkulata, u tintuża biex jgħaddu l-mus fuqha biex jinsann. Il-ferla kienet tiekol ferm inqas mill-mejlaq, allura kienet tintuża aktar spiss, kuljum. Barra minn hekk, imdendla mal-ħajt, il-barbier kien ikollu l-ĠILDA (bl-Ingliż jgħidulha stropp). Billi x-xi-

fer tal-mus jitgħawweġ għax ikun fin ħafna, kienu jgħadduh fuq il-ġilda, li tkun ċatta u mqabbda mal-ħajt.

tan-nickel mimli bit-terra, u mbagħad jingħadda fuq wiċċ il-klijent. Aktar tard, tas-sanità ddeċieda li jwaqqaf l-użu tal-moppa, peress li din kienet tintmess U dawn l-affarijiet kienu ma’ wiċċ kulħadd – u daħlet għandhom minn dejjem? minflokha il-POMPA tat-terMikiel semmieli li lanqas ra, li kienet itajjar it-terra sapun tal-leħja, jew pinzell permezz ta’ minfaħ żgħir li tal-leħja ma kien hawn. Kell- l-barbier kien jagħfas b’idu. hom bħal friskatur żgħir taċ-ċaqquf, li kien ikollu Kienu jagħmlu xi żewġ faldi, waħda minn fejn preferenzi mal-klijenti? iżżommu, u l-oħra magħmula nofs tond, biex ikun jista’ Lil dawk li kienu jiffavoruhom jiddaħħal mal-għonq taħt b’xi tips, kienu jagħmlulgeddum il-klijent. L-ilma hom ftit ĦALL ma’ wiċċhom jkun fin-nofs, u fil-ġenb ikun L-oħrajn li ma kinux iħallsu, hemm post fejn tqiegħed kien ikollhom jikkuntentaw biċċa sapuna. Il-barbier ix- bi ftit PERMANGANAT, minn arrab idu fl-ilma, jogħrok dak il-vjola, imħallat mal-ilis-sapuna mas-swaba’ tal- ma, bħala diżinfettant. Kienu id, u jissapna, b’idu s-sapun jużaw ukoll għamla ta’ ġebla, ma’ wiċċ il-klijent. M’għand- jew ħaffiefa, li kienu jsejħulniex xi ngħidu, trid tagħmel ha ALLUME (allume di Rocil-misħun, ħalli l-klijent ma ca, alum block). Kienu jxarrbuha fl-ilma, u jgħadduha jħossx l-ilma kiesaħ. Wara li jqaxxar il-leħja bil- mal-wiċċ bħala diżinfettant, mus, il-barbier ried ilaħlaħ il- u biex twaqqaf id-demm wiċċ, jixxuttah bix-xugaman, minn xi qatgħa żgħira li setu jxappap it-terra bil-MOPPA. għet saret bil-mus tal-leħIl-moppa kienet bħal mopp ja. Bil-Malti, din il-ġebla żgħir li jinbill f ’kontenitur kienet magħrufa bħala XEBB

IL-ĠMIEL – isem li jagħtih Vassalli wkoll fid-dizzjunarju tiegħu. Iżda biex inkunu għedna kollox, l-isem sewwa x’aktarx li hu XEBB L-IĠBIEL. Bil-Malti, “alum” hu “xebb”. Kien hemm ukoll min illeħja ma jqaxxarhiex kollha, mhux hekk?

Kien hawn min iħalli d-DAQNA sħiħa, jew ‘bħal ta’ Neruni’ – jiġifieri jqaxxar taħt imnieħru biss. Oħrajn kienu jqaxxru l-leħja u jħallu l-mustaċċi. Il-mustaċċi ġieli kienu jkunu twal ħafna u fit-tarf jindilku biċ-ĊIROTT – dlik apposta biex it-trufijiet ikunu jistgħu jinbarmu għat-tond. Kien hawn

Wara li jqaxxar il-leħja bil-mus, il-barbier ried ilaħlaħ il-wiċċ, jixxuttah bix-xugaman, u jxappap it-terra bil-MOPPA. Il-moppa kienet bħal mopp żgħir li jinbill f’kontenitur tan-nickel mimli bit-terra, u mbagħad jingħadda fuq wiċċ il-klijent


19

01.11.2020 mal-ħwejjeġ, xi nies kien ikollhom il-qamel u s-subien f ’rashom. Dawn suppost li kellu jieħu ħsiebhom il-klijent stess, iżda l-parrukkier ġieli kien jintalab biex jieħu ħsieb xi affarijiet aktar problematiċi minn hekk – ngħidu aħna – il-ĦŻIEŻ (ringworm). Għall-ħżież il-parrukkier U xi tgħidli għall-barbetti? kien jaqsam ħarruba nejja, In-nies li kienu fis-servizzi ħadra, mit-tul tagħha, u ma setgħux iħallu barbetti jagħfasha fuq il-ħżieża. U twal, allura kienu jħalluhom l-ħżieża kienet tmur. qosra. Imma ħaddieħor ma kienx ikollu din il-proble- Kien hemm ukoll id-duda. ma. Dawk in-nies li llum X’qallek fuqha? nafuhom bħala ‘regettiera’, imma li fi żmien Mikiel kienu Id-DUDA ma kinetx daqshekk jissejħu ‘reguttara’, kellhom faċli teħles minnha. Għaliħabta jħallu l-barbetti twal ha kien hawn il-IODEX (ingwent). Kienu jidilku minħafna, biex jintgħarfu. nu fuq il-ferita, jistennew u jaraw. Jekk ma jweġibx Meta kont għamilt u l-ġerħa ma tfiqx, kienu intervista jien, kien jagħmlu l-AĊTU TAL-ĦALL u issemma’ l-kaxxarezz. l-klijenti tgħidx kemm kienu Mikiel irrakkuntah? jgħajtu – għax jaħraq. Iżda Dażgur. Kien ikollu ħafna aħraq illum, aħraq għada… kaxxarezzi – bħal garżelli meta kienu jaraw bħal xagħar żgħar – li fihom xi klijenti isfar fin rieġa’ tiela’ minn kien ikollhom il-mus, l-imqa- mal-qurriegħa kienu jgħidu: ss, il-moxt, u x-xugaman “Kollox sew! Fejjaqnieha!” tagħhom u, aktar tard, pinzell tal-leħja wkoll. Dan U l-felul? kollu biex ma’ wiċċhom jew ma’ xuxthom ma jintmess In-nies kien jbatu minn ħafxejn li jkun mess ma’ ħad- na FELUL. Ma kinux jafu dieħor. Jiġifieri ara x’biċċa biex jiġu – min kien jgħid xogħol kellu l-barbier, u dan bl-inkwiet; min kien jgħid kollu għal sold u nofs jekk bil-ħmieġ u xi wħud kienu iqaxxar il-leħja, jew tliet jistaqsu lill-parrukkier jekk karnijiet jekk bil-qatgħa jafx jagħmel xi ħaġa biex ineħħihom. xagħar ukoll. Mikiel irrakkuntali li ġieli sema’ min jgħid li jidlek ilU ċ-ċagħqa tal-ħalq? lgħab tal-bebbux, iżda qatt Semmejthielu. Kienet tid- ma ppruvaha dik. Għall-felul daħħal f ’ħalq il-klijent biex ġieli kienu jużaw minn dak il-barbier ikun jista’ jqaxxar- l-aċtu li jdewbu d-deheb bih lu l-leħja, iżda Mikiel qallu li u jaħarquhulhom bih. għalkemm sema’ biha, qatt Qallek xi ħaġa fuq ma użaha. xagħar in-nisa? Għal qatgħa xagħar, Mikiel kien tal-fehma li x’kienet l-għodda? n-nisa Maltin ta’ dari, speċKienet: l-IMQASS TAD-DENB, jalment dawk tal-irħula, MOXT irqiq tal-għadam, kienu sempliċement iħalil-MAKKINETTA TAL-MOLLA, lu xagħarhom jitwal, u ma Nru. 0, 1 u 2, pompa tat-terra, kinux joħorġu jaqtgħuh baril-PJUMMIN – pinzell li nfar- ra d-dar. Kienu jagħmlu xi fru bih, MERA żgħira biex toppu, jew jagħmlu malju u lill-klijent turih in-naħa ta’ jdawruh ma’ rashom b’ċertu wara, XKUPILJA għat-tfarfir gost. Il-ħwienet għal qtugħ u flixkun tan-nickel mim- ix-xagħar tan-nisa kienu li bl-ilma biex tbixx fuq ras biss lejn l-ibliet, l-aktar ilBelt u Tas-Sliema. Meta mara il-klijent qabel il-maxta. L-għodda kienet tinxtara kienet taqta’ xagħarha, ma l-aktar minn għand Frank’s, kinitx ħaġa kbira li ssib lil tal-Belt, u mhux il-barbiera xi ħadd jgħajjarha “Xantuu l-parrukkiera biss kienu sa”. Ix-Xantusi kienu dawk jixtruha. Ħafna nies kienu in-nisa kantanti li kien ikun jqaxxru l-leħja d-dar, u kien hemm f ’ċerti ħwienet il-Belt. ikollhom l-imwies tagħhom. Ftit ftit, l-aktar minn wara l-Gwerra ’l hawn, xi nisa tgħallmu jaqtgħu x-xagħar, u Ġużi, qed nitkellmu wkoll kienu jilqgħu għandhom nisa fuq żminijiet ta’ mard. oħra fil-privatezza ta’ darKienu jiltaqgħu miegħu hom. In-nisa tar-raħal kienu l-parrukkiera? jkunu jafu li “t-talija taqta’ Il-barbier kien isib ħafna af- x-xagħar”, u kienu jmorru farijiet f ’ras uħud mill-kli- għandha. Iżda fl-ibliet, Mikjenti, mhux xuxa biss. Min- iel jiftakar li l-aktar moda barra l-briegħed u l-baqq komuni kienet li n-nisa jaqtmin ikollu mustaċċi żgħar u jħalli DUBBIEĦA – pinzell żgħir ta’ xagħar taħt ix-xoffa t’isfel. Ħafna nies li tkellimt magħhom kienu jafu din il-kelma bħala “dubbiena”, imma Mikiel qalha fil-verżjoni t-tajba: “dubbieħa”.

għu xagħarhom La Bebe, stil li jixbah lil dak ta’ Lisa Minelli. Stil ieħor kien jissejjaħ Shinger. Mis-snin 50 ’l hawn, id-dinja nbidlet, u dan iżżmien in-nisa jonfqu flejjes kbar biex jaqtgħu u jsebbħu xagħarhom. Bħalha prodotti tax-xagħar, x’semmielek? Biex ikollna daqsxejn ta’ perspettiva rridu nsemmu l-fatt li l-BRILLANTINA dehret għall-ewwel darba fid-dinja fl-Exposition Universelle li saret f ’Pariġi fl-1900. Kien ħoloqha l-Franċiż Eduard Pinaud. Il-BRYLCREAM inħoloq minn ditta f ’Birmingham, l-Ingilterra, u ħareġ l-ewwel darba fl-1928. Minbarra l-Brylcream u l-Brillantina Linetti, Mikiel jiftakar lista qasira ta’ prodotti tal-fwieħa u dlik fuq ix-xagħar li kienu jidhru f’Malta ta’ qabel il-Gwerra: Cussons, Adam & Eve, Yardley u Pompea. Kellhom ukoll dik li kienu jirreferu għaliha bħala l- “Fwieħa tal-Vjoli”. Mikiel kien tal-fehma li l-Maltin kienu jitgħallmu s-sengħa tal-parrukkier minn xi Taljan li jkun armat f’Malta; x’aktarx il-Belt. L-ewwel jidħlu lavranti miegħu, u mbagħad jitilqu u jiftħu għal rashom. Il-ħabib tiegħi Steve Borg qalli li minn tiftix li għamel hu jidher li l-awtoritajiet Ingliżi kienu disposti li jagħtu l-permess lil xi Taljan biex jiġi jaħdem Malta l-aktar jekk ikun xi DULĊIER jew PARRUKKIER, għax kienu jħossu ċertu nuqqas ta’ nies bħal dawn. Mikiel jiftakar lit-Taljan li kellu ħanut il-Belt bl-isem ta’ MEROLA. “Dan Merola għallem ħafna nies li mbagħad fetħu għal rashom. Niftakar ukoll lillMalti Gużeppi Fenech. Bar-

bier ieħor magħruf, fi Strada Mezzo Di, kien Amante. Kien hemm ukoll Karmenu minnaħa ta’ tal-Karmnu, il-Belt.” Bħala parrukkiera kif kienu jirreferu għall-ismijiet ta’ kwalitajiet differenti tax-xagħar? Iva. Meta x-xagħar ikun lixx ħafna konna nsejħulu MOGĦŻI, jekk ikun innukklat irqiq ngħidulu xagħar IMFELFEL (frizzly hair), jekk ikollu ħafna mewġ insejħulu MĠIEGĦED (wavy), jekk ikollu ftit aktar nokkli jkun INNUKKLAT. Hawn xagħar ISWED, hawn xagħar ISFAR jew BJOND, hawn xagħar QASTNI – jiġifieri minn lewn il-qastan: kannella skur u hawn xagħar AĦMAR ukoll. M’għandniex xi ngħidu, hawn xagħar GRIŻ u xagħar ABJAD. Ma’ dan nistgħu nżidu li x-xagħar jista’ jkun ĦAFIF (thin) jew FOLT (thick). Jista’ jkun MIĠBUD jew IMDENDEL, MIMXUT jew IMĦABBEL, XOTT jew ŻEJTNI. Meta x-xagħar ikun imħabbel b’mod li meta tomxtu ssib li jkun kollu għoqiedi jsejħulu xagħar IMSEBBEL. Xagħar IMQANFED ikun bħal tal-qanfud – forsi magħmul hekk apposta bil-ġell! U llum jista’ jkun ukoll ISSETTJAT, għalkemm jekk ma toqgħodx attent tista’ ssib li minħabba l-blower għandek ħafna xagħar MAĦRUQ. Il-parukkier jew barbier kien ikollu dħul biżżejjed biex jgħajjex lill-familja? Dari, l-aktar fl-irħula u f’Għawdex, ma kinux idaħħlu flus biżżejjed u għalhekk kienu jagħmlu xogħol ieħor fl-istess ħanut. L-aktar ħaġa komuni kienet li l-barbier ikun ukoll ħajjat. Piju Borg,

ir-regettier bil-ħanut tal-antikitajiet fi Pjazza Savina, ir-Rabat t’Għawdex, qalli li Għawdex dari kien hemm barbier li kien jagħmel wkoll iċ-ċombini tal-bizzilla fuq it-torn, ieħor kien ipitter xi veduti, u ieħor li saħansitra kien jagħmel il-kitarri tal-għana. X’differenza kien hemm bejn il-ħżieża u d-duda? Mikiel Saliba għamilli din id-distinzjoni. Il-ħżieża hi dik li bl-Ingliż jgħidulha ringworm – infezzjoni li tiġi minn ċerti fungi li jgħixu fuq il-ġilda tal-bnedmin jew tal-annimali domestiċi. Il-fungi li jikkawżaw din l-infezzjoni jistgħu jaqbdu maxxagħar tan-nies, jew massuf tal-bhejjem bħall-klieb u l-qtates ukoll. Dari l-ħżieża kienet ferm aktar komuni mil-lum, u minbarra t-tidwija bil-miżwed aħdar tal-ħarrub, maqsum min-nofs u magħfus fuq il-ħżieża, l-antiki kienu wkoll jisħqu xi ħanżir l-art bejn is-swaba’ ta’ idhom, u jidilku kollox fuq il-ħżieża. Fil-folklor jissemma xi żejt li ġo fih kienu jitfgħu baħbuħa ħajja (cowrie), jidilku l-ħżieża biż-żejt u jgħidu: Ħżież, ħżieża, Mur għand ommok il-moqżieża, Nirqik, u nerġa’ nirqik, Sa naqtagħlek l-għeruq li fik. Il-ħżieża tista’ titlagħlek f’kull parti ta’ ġismek, iżda meta tkun fix-xagħar tar-ras, in-nies minn dejjem kienu jħossu li din tkun iktar iebsa biex tfejjaqha. Tawha anke isem ieħor – kienu jgħidu li dak li jkun għandu d-DUDA f’rasu (tinea capitis), u kienu jaqgħu għall-ingwent u l-jodju li kien ikollu l-ispiżjar.


20

01.11.2020

STORJA VERA B’ISMIJIET FITTIZZJI

TFULITU U L-ADDOLEXXENZA WASSLUH GĦALL-MARD MENTALI Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Il-bniedem sfortunatament mhux dejjem għandu quddiemu ħajja kuntenta u jaf jiltaqa’ ma’ ħajja mimlija tlajja’ matul dan il-vjaġġ. Dan l-aħħar sirt naf b’persuna li sfortunatament matul it-tfulija u l-adolexxenza ltaqa’ ma’ ħafna intoppi li wassluh għal mard mentali. L-istorja hija rrakkontata lili personalment, iżda fuq talba tal-istess persuna qed inżomm l-isem fittizju, u għalhekk ser insejjaħ lill-protagonist tiegħi – James. Kien ikun mgħajjar minn sħabu stess James kien ikun mgħajjar minn meta kien żgħir. Kienu jgħajruh kuljum meta kien l-iskola primarja. Imur id-dar dejjem bin-nervi, jgħajjat u jrid sodisfazzjon mill-ġenituri, kuljum jgħajjat magħhom. Kuljum imur l-iskola bittaqtigħ ta’ qalb. Dejjem iżomm ġo qalbu t-tgħajjir bħal kemm int irqiq, jew għax ma jaqsamx il-homework biex sħabu jikkuppjawh! Baqa’ jkun mgħajjar sakemm mar l-iskola sekondarja. Hemmhekk ra l-agħar xena ta’ ħajtu. Kienu jitolbuh il-flus biex jixtru u jpejpu l-crack. Kienu jiklulu l-ikel, jarmuh, jgħaffġuh. Anka l-aqwa ħabib tiegħu spiċċa biex beda jgħajru u jmur kontrih li kien jiġi l-istess tifel li kien miegħu u kien iħobbu fil-kinder. Tradih ukoll fis-sekondarja jitolbu l-flus! Dak iż-żmien James mar iddar bħas-soltu. Darba minnhom ommu indunat li għandu xi ħaġa għax semgħetu jitkellem waħdu. Ħaditu għand ittabib tal-familja meta kellu 17-il sena. It-tabib tal-familja kien qal lil ommu li m’għandux bżonnu, u li mhux ta’ taħt idu u li proprjament James psikjatra kellu bżonn. Minn dakinhar ’l hemm beda jmur għand psikjatra u dan kellu schizoaffective disorder. “Dan kollu minħabba l-bullying li kont ġarrabt. Kif saret taf ommi tgħidx kemm bkiet, għax il-psikjatra mill-ewwel qalilha li ħa jżommuni ġewwa l-isptar Mater Dei għalissa u wara għal Mount

Carmel. Ommi bdiet tibki ħafna, ma riditx li ngħaddi minn imrar, iddeċidiet li għax kont għadni żgħir tirrispettani, u tgħinni nirkupra bl-imħabba tagħha. Il-psikjatra qabel magħha li la kienet lesta tieħu ħsiebi hi stess mela nibqa’ għandha. Wara dan għamilt l-O Levels, imma l-ebda wieħed ma ġibt tajjeb biex inkompli l-iskola. Waqt l-eżami kont nisma’ t-tgħajjir ta’ sħabi u moħħi jibblenkja. Applikajt għall-MCAST, il-Mosta għax xtaqt il-kompjuter,” beda jirrakkontali James. Kompla jgħidli li dak iżżmien, il-psikjatra kiteb karta lis-surmast biex juriha lil ommu. Il-psikjatra kien qal li importanti li jmur u joħroġ mid-dar għax din fiha nfisha

hija terapija. Allura ommu kienet tmur miegħu l-Mosta ta’ kull filgħodu fuq tal-linja. Fil-break kien ikun irid ifittex lil ommu. Din ommu bdiet tegħja bil-kliem u bit-tgħajjir

li kienet taqla’ mingħandu. James ma kienx jagħraf lil ommu! Fil-klassi tal-MCAST kien kuljum jorqod fuq il-mejda. Ġieli kien jaħdem fuq il-kompjuter u jerġa’ jorqod.

Sa fl-aħħar indunat il-counsellor għax kienet iddur il-klassijiet. Ċemplet lil ommu u hija ħadet qatgħa għax ħasbet li ġara xi ħaġa lil James. Din il-counsellor eventwal-

Ommi bdiet tibki ħafna, ma riditx li ngħaddi minn imrar, ddeċidiet li għax kont għadni żgħir tirrispettani, u tgħinni nirkupra bl-imħabba tagħha. Il-psikjatra qabel magħha li la kienet lesta tieħu ħsiebi hi stess mela nibqa’ għandha


01.11.2020 ment iltaqgħet ma’ ommu u ma’ James ukoll. James baqa’ b’ħalqu magħluq għax ma jafx lil din il-mara. Ommu qaltilha l-istorja kollha tiegħu, però kollu ta’ xejn. Isib l-ewwel xogħol tiegħu, iżda jitilfu wara ftit Kompla jgħidli li kien sab l-ewwel xogħol, però ma riduhx, neħħewh mix-xogħol wara xahar li fih għalaq sninu u kien ħassha wisq. Riedu jżommuh mal-kumpanija, però ma jaħdimx u ma jinqatax mill-kumpanija. Dan it-tifel qal lil ommu. Ommu mill-ewwel marret l-ETC biex iġġib termination u jħallsuh. Ommu indunat li ma tħallasx sew, però ma qagħditx teħodha magħhom għax taf li għalxejn. Jiftakar li kien għamel sentejn imur il-Job Centre f’Ħal Far. Wara li waqaf jattendi l-lezzjonijiet reġa’ beda u kienet tmur ommu, però fl-aħħar ommu qabżitilha kemm ħa ddum tiktiblu noti u huwa rieqed. Qaltilhom li James mhux ser ikompli jattendi Ħal Far għax ma kien qed jitgħallem xejn. “Titla’ f’tal-linja, suwed jgħajtu max-xufier għax ma jridux iħallsu. Kont iddeċidejt li nirrepeti l-O Levels. Hawnhekk sibt min jgħajjarni iblah, joffenduni injorant, u ikrah. Kien hemm ħabib li ried imur jitkellem mal-kbira. Il-headmistress però qalet li ma tista’ tagħmel xejn. “Waslu l-O Levels, għamilt sena nistudja u nipprova, imma għalxejn, kont qtajt qalbi mill-iskola. Erġajt sibt xogħol, imma kien kollu ta’ xejn għax kull fabbrika li hawn Malta dorthom, imma it-tgħajjir, u li jitfgħu l-affarijiet għal wiċċi ma flaħthomx. Immur nitkellem ma’ ta’ fuqi, però jkeċċuni għax kont l-aħħar wieħed li dħalt. Kull fabbrika li pruvajt kollu ta’ xejn. Wara ddeċidejt nerġa’ nidħol l-MCAST nipprova din id-darba nistudja għal Carer Level 2. Kont kapaċi u fl-eżami mort tajjeb. Aċċettajt din l-opportunità li għalija kienet tad-deheb.” Kompla jgħidli: “Iżda sibt żvantaġġ ieħor għax sħabi kollha jgħajruni, sigarett jitfgħuh f’wiċċi fil-break u jidħqu bija. Kont nagħmel assignments vera tajbin, tant li anka ġewwa Mater Dei kont mort biex nagħmel placement. Kont anke nikteb fil-files tan-nies tant li kont tajjeb li f’daqqa waħda rajt il-file tiegħi stess. Xħin qrajtu ħadt qatgħa x’file kbir kelli dwari. Għamilt l-eżami, domt sena għal carer, imma m’għaddejtx - kien kollu ta’ xejn. Qtajt qalbi mill-iskola darba għal dejjem. Ma xtaqtx nerġa’ ngħaddi minn l-istess battikata.”

21 is-sufan ħajti kollha.” Spjegali li kien hemm IDRU - Intellectual Rehabilation Unit fejn hemmhekk titgħallem minn kollox. “Dan kien assoċjat mal-psikjatra li trid tattendi kuljum. Kont nieħu gost mal-istaff nitħallat magħhom. L-istaff kienu vera tal-ġenn. Niftakar li xi drabi għamilt xeni xejn sbieħ mal-istaff, imma kont ħażin ħafna u llum jiddispjaċini. Għalkemm ma kontx f’sensija sew, niftakar ix-xeni qisu lbieraħ. Biddilt is-sala fejn ħadt pjaċir man-nurses li kienu jħobbuni wkoll. Ġewwa l-IDRU kont nitgħallem inpenġi, nagħmel il-kartolini fejn kont inħobbhom ħafna, nagħmel kafè għalija u għal sħabi meta kont f’tiegħi. Kont nieħu pjaċir hemm wisq, tant li anke norqod kont inkun irrid hemmhekk għax kont inħossni relaxed. Bdejt nirkupra meta kelli 26 u spiċċajt d-dar. Fl-aħħar kont meħlus minn Mount Carmel Hospital darba għal dejjem,” qalli sodisfatt. Ġara li dak ir-raġel tal-ETC kien daħħal lil James ma’ LSF - Lino Spiteri Foundation biex ikun jista’ jsib xogħol. Dam Ġewwa MCH ħassejt tibdil, dejjem maqful, ikaxkruni u sitt xhur ifittex u kien donnu qata’ qalbu. Però wara sab ma jkunx tort tiegħi. Kont nibki ħafna ġewwa. Sakemm xogħol fejn kienu jħobbuh u il-psikjatra li kien qed jarani ddeċieda li mhux għal taħt għadu jaħdem hemm sal-ġurnata tal-lum. idejh. Taħt psikjatra li jifhem fil-moħħ eżatti. Domt tmien Fil-fatt James iddeċieda xhur nissielet ma’ ħajti ma nafx iniex qed ngħix jew le li jkun għal rasu ħalli jkun iktar indipendenti. Ommu aċċettat għax fl-aħħar millaħħar mhix eterna. Tkellmet mal-psikjatra u sablu dar fejn Jibda jirreġistra għax-xogħol wara ftit saret taf li dik il-per- hom.” Verament li dan il-ġuvni jgħix! suna m’għadhiex taħdem Jiftakar li reġa’ beda jirreġis- l-ETC. Dak iż-żmien kont drajt għadda minn ħafna f’ħajtu, tra - dwejjaq ta’ kull nhar ta’ ix-xogħol, kuljum niffirma li imma ma ninsewx li kellu lil Ħadd m’għandu Tnejn jistenna wara l-kju bil- mmur għal part-time. Tgħidx ommu u lil ħuh jgħinuh u jiss- jaqta’ qalbu mill-ħajja fors fil-ħin. “Kont niddejjaq kemm ħassejtha meta ma apportjawh! Bħalissa għandu lill-psikjatra nimxiha għax kien hemm mix- bqajtx naħdem! Biex tħalu lit-terapista u l-IDRU f’din ja minn fejn noqgħod għal- last ta’ kollox domt ħafna, Isib ruħu fl-isptar id-dar li jħobbuh. Jissapportfejn nirreġistra. Kont xbajt kelli nieħu l-flus mingħand mentali ta’ Malta jawh kemm jistgħu. Sar ikollu sakemm darba reġgħu riduni il-Gvern. Kien spiċċa l-kors, Ħal Far. Riedu jaraw x’tip ta’ ix-xogħol u ma tħallastx. Kelli Kien għaddej minn ħafna u ta’ psikologu wkoll. Anke mal-isxogħol nixtieq. Sadanittant nibgħat e-mail lilhom diret- 25 sena daħal l-ewwel darba taff ta’ din id-dar jista’ jaqsam kont għamilt kors waħdi ta’ tament biex nitħallas. Wara Mount Carmel. Dak iż-żmien qalbu, però huwa jistħi. Qed food handling u Home Eco- ftit taż-żmien għax iġġilidt li daħal Mount Carmel jifta- jitgħallem jitkellem. James qatt ma qata’ qalbu nomics O Level, fejn mill-ew- għad-drittijiet tiegħi, għajtuli kar għajjat u storbju. Kien ser wel kont għaddejt u tgħidx wkoll biex immur għaċ-ċer- jiġġennen aktar. Ma kienx qalbu u jrid tkompli jgħix għal tifikat - kemm kont fraħt,” f’sensih sew għax qabditu de- ommu u ħuh speċjalment li kemm fraħt.” tant għamlu għalih. pression. Jiftakar li Ħal Far dejjem qalli bi tbissima fuqu. Il-ħolma tiegħu s’issa hi Skont rakkont t’ommu kif Iżda kien sab ruħu lura kien ikun jixtieq lil ommu, però dik li tieħu ħsieb dejj- d-dar bid-dwejjaq jara l-vi- daħal Mount Carmel u rah li jlesti dan il-programm ta’ em kienet iċċanfar lil ommu. djows, u jgħajjat ma’ dawk li il-psikjatra mal-ewwel ġur- sena u jkun jista’ jgħix waħdu “Din qabbditni naħdem viċin kienu jħobbuh. Darba kien nata ried jibagħtu d-dar u fejn qatt ma jiddependi minn id-dar. Ċemplet quddiemi, sab fuq l-internet li kien jaqtagħlu l-pilloli. Imma da- ommu u ħuh. “Nixtieq ngħaddi dan imma kollu ta’ xejn għax ri- hemm kumpanija li jridu kinhar jirringrazzja lil kuġintu li kienet tifhem u kienet il-messaġġ lil min hu għadwaiter. duni għal darba biss.” “Ma kienx waiter għax kel- m’ommu tkellem lill-psikja- dej minn storja simili bħal Kien proprju hawn li omm tiegħi. Qatt m’għandek taqta’ James iddeċidiet li ċċem- li nidħol il-Qorti għal sexual tra. “Ġewwa MCH ħassejt tib- qalbek! Dejjem hemm skop pel lill-kbir tal-ETC fuq din harrasement mingħand waħil-ħaġa. Qalilha ejja Ħal Far. da barranija. Kont spiċċajt dil, dejjem maqful, ikaxkruni fil-ħajja. Il-ħajja fl-aħħar tiġik Kien sema’ dwar James diġà u daħħalt lil ommi u lil mis- u ma jkunx tort tiegħi. Kont sabiħa. Taqtgħu qalbkom talabha tmur l-uffiċċju tiegħu sieri fl-inkwiet l-ewwel dar- nibki ħafna ġewwa. Sakemm qatt. Fl-aħħar mill-aħħar inl-Furjana miegħu. “Minn ba l-Qorti. Spettur jaqbeż il-psikjatra li kien qed jarani tom normali m’għandkom dakinhar ommi rrappurtat għaliha, kollox kontrija, ma ddeċieda li mhux għal taħt xejn ħażin. Biss dejjem ftakar lil tal-ETC Ħal Far u kienet naħdimx u ridt inħallas l-avu- idejh. Taħt psikjatra li jifhem illum jiena u għada inti. L-IDtkun il-Belt ukoll. Huwa qa- kat għax l-għassa m’offrewlix fil-moħħ eżatti. Domt tmien RU jgħinek ħafna li ssir inlilha ser jieħu azzjoni. Fil-fatt avukat tal-fqar. Billi jgħidulek xhur nissielet ma’ ħajti ma dipendenti ġewwa MCH. Fejn bagħatha għall-Youth Guar- tkellem u semma’ leħnek?? nafx iniex qed jgħix jew le. qiegħed jien llum il-ġurnata antee ssibli xogħol u natten- Għalxejn, mhux ta’ b’xejn Kont inkun irrid noqgħod bis-saħħa tat-tagħlim ukoll,” di ftit klassijiet qabel. Ommi hawn nies jibqgħu f’ħoġor- ġos-sodda jew mimdud fuq temm jgħid James sodisfatt.


22

01.11.2020

NITKELLMU MA’ MART IL-PRIM MINISTRU LYDIA ABELA

DEJJEM LESTA LI TISMA’ ĦALLI TARA KIF TGĦINEK MINN QALBHA... Mara simpatika u li minn meta dehret l-ewwel darba fi ħdan l-istrutturi tal-Partit Laburista, dejjem ġibdet simpatija kbira mingħand kulħadd. Mhux biss għall-professjonalità talmod kif twettaq ħidmietha imma wkoll għall-umiltà kbira tagħha, għall-attitudni mirquma li għandha u l-kwalitajiet sbieħ li ma tiqafx issemmi fuqha. Dejjem lesta tisimgħek, ma timponix, dejjem lesta tgħin, int min int u minn fejn ġej, mimlija rispett lejn kulħadd... Lydia Abela; il-mara tal-Prim Ministru. Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

X’inhi l-opinjoni tiegħek dwar il-Baġit li għadu kif ħabbar il-Gvern? Temmen li dan se jgħin biex pajjiżna jieħu l-ispinta meħtieġa biex jgħin ruħu f ’dan iż-żmien ta’ pandemija? Il-Baġit li kien ippreżentant ftit tal-jiem ilu huwa konferma ta’ kemm pajjiżna, minkejja l-ikbar sfida ekonomika u soċjali fid-dinja kollha fl-aħħar snin, se jkompli miexi ‘l quddiem. Se jibqa’ miexi ’l quddiem għax differenti minn pajjiżi oħra aħna qed inżidu l-benefiċċji soċjali mhux inaqqsuhom, aħna tajna Baġit ieħor mingħajr taxxi filwaqt li ħaddieħor qed idaħħal mizuri ta’ awsterità biex iħallas id-dejn eċċessiv, fuq kollox se nimxu ’l quddiem għax dan huwa Baġit li ma jħarisx biss lejn is-sena d-dieħla, iżda jħares lejn l-10 snin li ġejjin. Il-Baġit imressaq quddiem il-poplu huwa wieħed li jgħin lil dawk l-iktar li għandhom bżonn, li jgħin lin-negozji jippreservaw l-investimenti sabiex ikunu salvagwardjati l-impjiegi, li jerġa’ jwieżen lill-anzjani u l-familji li jaħdmu tul is-sena kollha biex imantnu l-familji tagħhom, li qed jinvesti figuri

tiegħi qed niltaqa’ ma’ ħafna nies li qegħdin jgħixu fis-solitudni. Bis-solitudni wkoll tista’ twassal għal problemi ta’ saħħa mentali. Nemmen fuq l-importanza tal-inklużjoni. U fejn nistgħu huwa kruċjali li kull individwu jibqa’ integrat fis-soċjetà fejn jiġi ofrut servizzi fil-komunità. NemX’taħseb dwar is-saħħa men ukoll li ma rridux nieqfu mentali? Kemm huwa hemm, dan ikun żmien chalimportanti li nippruvaw lenging għall-familja kollha ngħinu lilna u lil ta’ inkluż il-minuri li jkun hemm madwarna biex inħossuna fil-familja. Għalhekk, permezz aħjar anke meta l-ambjent tal-ħidma professjonali fil-kota’ madwarna jkun għaddej munità nkunu nistgħu naraw minn maltemp? li l-familja kollha tkun assistiIs-saħħa mentali hija waħda ta b’mod ħolistiku sabiex titmit-temi soċjali li se nkun qed taffa kemm jista’ jkun it-tbatinindirizza fil-ħidma tiegħi. ja għall- bżonnijiet ta’ kuljum. Sfortunatament hawn ħafna persuni jbatu minn mard Kif tara lil Malta fis-snin li mentali u jgħixu dan fis-ski- ġejjin? et għax jibżgħu jitkellmu minħabba l-istigma. Nixtieq Malta se tkun qed tiġri ’l qudli aktar persuni li jgħaddu diem. Pajjiż li se jibqa’ juża minn xi dipressjoni jew ans- l-ikbar riżorsa tiegħu, il-bżulijetà ma jiddejqux li jirikorru ja tal-Maltin u l-Għawdxin sagħall-għajnuna. Fil-ħidma biex bi kburija jkompli joħloq bla preċedent f’oqsma bħassaħħa u l-edukazzjoni iżda fuq kollox baġit li jagħti direzzjoni ċara u miri ambizzjuzi f’setturi bħall-ekonomija tagħna wara l-pandemija, l-ambjent, l-infrastruttura u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet.

il-ġid u l-ġid ikun użat sabiex ninvestu fil-pajjiż iżda fuq kollox fin-nies. Jiena nara pajjiż li jkompli jinvesti fl-infastruttura sabiex itejjeb dejjem il-prodott tiegħu, li jimraħ lejn aktar teknoloġija nadifa biex jipproduċi l-enerġija li għandu bżonn, li jaħdem qatigħ għal aktar spazji miftuħa u li jkompli jara li jingħataw l-aħjar servizzi possibbli ibda missaħħa u spiċċa mill-edukazzjoni ta’ wliedna. Jiena nara pajjiż li jabbraċja t-teknoloġiji emerġenti sabiex nersqu dejjem aktar lejn ekonomija diġitali li tattira niċeċ ġodda. Fuq kollox pajjiż uman, li jħenn u tolleranti, li jibqa’ jkun minn ta’ quddiem nett f’dawk li huma drittijiet ċivili, fuq kollox li ma jħares lejn wiċċ ħadd biex jara hu min hu jew hi min hi. Dan kollu nistgħu nagħmluh għax aħna kburin b’pajjiżna. In-nisa fis-soċjetà. Għaliex huwa importanti li noħolqu

opportunitajiet indaqs u li l-mara tingħata dejjem iddinjità li hi tagħha? Nemmen bis-sħiħ li din mhix sempliċement kwistjoni ta’ bejn nisa u rġiel, iżda ta’ għarfien, ta’ ħiliet differenti li kull individwu għandu, u li xejn m’għandu jxekklu sempliċement minħabba s-sess tiegħu jew tat-twemmin tiegħu. Dik hija l-ugwaljanza. Jiena nemmen li għamilna passi kbar ’il quddiem sabiex l-irwol tal-mara fis-soċjetà tagħna jingħata l-importanza li jixraqlu. Rajna ħafna ħatriet ta’ nisa li ħadu l-ħatra tagħhom mhux għax sempliċement nisa, iżda għandhom il-ħiliet neċessarji. Jiġuni f’moħħi l-ħatriet fil-ġudikatura u diversi karigi importanti filpajjiż. Iżda jekk iridu nkunu onesti magħna nfusna fadal ħafna xi jsir, fosthom il-ħtieġa li jkun hemm aktar nisa fil-Parlament. Irrid insemmi iżda anke għax jiena kont


01.11.2020

23

Malta se tkun qed tiġri ’l quddiem. Pajjiż li se jibqa’ juża l-ikbar riżorsa tiegħu, il-bżulija tal-Maltin u l-Għawdxin sabiex bi kburija jkompli joħloq il-ġid u l-ġid ikun użat sabiex ninvestu fil-pajjiż iżda fuq kollox fin-nies parti mill-Amministrazzjoni tal-Partit bħala Segretarju tal-Eżekuttiv, li l-Partit Laburista ilu jaħdem sabiex aktar nisa jidħlu fl-istrutturi tal-Partit. Daħħalna l-kwoti fl-Eżekuttiv Nazzjonali sabiex ikun hemm rappreżentazzjoni ekwa, u llum fil-verità lanqas għad hemm bżonnhom. Ilum bi pjaċir il-Partit għandu 3 nisa fl-Amministrazzjoni tal-Partit - il-President, is-Segretarju tal-Eżekuttiv u ċ-Chairperson tal-Fondazzjoni iDEAT. Jiena nemmen li fir-rigward tal-ugwaljanza hemm bżonn li naħdmu biex neliminaw ċertu sterjotipi li jeżistu u dan nistgħu nagħmluh billi minn età żgħira nedukaw lil uliedna. Kemm hu diffiċli li mara tkun fil-politika anke meta jkollha familja? Nemmen li jekk tqassam ilħin tal-ġurnata tajjeb u jkun hemm qbil fil-familja, fejn flimkien niddeċiedu l-ħajja ta’ politiku, tkun aktar faċli kemm għal raġel kif ukoll għal mara. Meta jien kont fil-kariga ta’ Segretarju tal-Eżekuttiv, Robert kien jappoġġjani ħafna u jgħinni naqsmu x-xogħol tad-dar flimkien. Minkejja l-impenji kemm tiegħi kif ukoll tiegħu, it-tifla baqgħet xorta l-ewwel prijorità tagħna. Id-deċiżjonijiet tagħna bħala familja dejjem ħadniehom flimkien. Kif tqassam ħinek bejn iddmirijiet u l-familja? Jien ħajti dejjem kienet mimlija u minkejja li dejjem ġlieda kontra l-ħin, dejjem nadatta r-rutina tiegħi mal-impenji ta’ Robert u t-tifla. Ħafna drabi l-ħin ta’ filgħaxija nqattgħu ma’ Giorgia nagħmlu x-xogħol tal-iskola u ma’ Robert sabiex bħala familja nqattgħu ħin flimkien. Waqt li Giorgia tkun l-iskola, nara li nagħmel kemm jista’ jkun xogħol personali tiegħi kif ukoll ix-xogħol soċjali fl-irwol tiegħi bħala mara tal-Prim Ministru. Apparti li f’ġimgħa nuża numru ta’ sigħat sabiex niltaqa’ u ngħin

lin-nies. Nistqarr magħkom li x-xogħol li nagħmel u l-kuntatt kontinwu man-nies jagħtini aktar enerġija biex inkomplu naħdmu sabiex noħolqu l-ġid għal min vera għandu bżonn. Temmen bit-terapija talpersuna tiegħek innifsek, jiġfieri li tkun f ’saħħtek inti ħalli tgħin lil ta’ madwarek? Iva nemmen ħafna li kull persuna għandha ssib ħin sabiex tagħmel affarijiet li tħobb u tieħu ħsieb tagħha nnifisha, meta persuna tħossha tajba ser tittrasmetti iktar pożittività lil ħaddieħor.

SKEDA ONE 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30

Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy

18:30 Pjazza TNEJN 19:15 ONE Sports 02-11 & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Reboot 21:00 Follow Up 22:15 Gizelle 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:30 Better Living 10:30 Espresso 12:30 ONE News

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:30 18:30

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Follow Up Dak li Jgħodd Pjazza

19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:45 Ħabrikt - Reel 8 21:00 Mija - PL 22:05 Elezzjoni Presidenzjali USA 2020 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

06:00 10:00 10:30 12:30 12:40 12:45 13:00 15:30

15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30 19:15 19:30

Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Pink Panther Pajjiżi Pjazza ONE Sports & Temp ONE News

20:10 Prime Time 20:30 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:30 Distintivi 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

08:30 09:15 09:30 10:30 12:30

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Pajjiżi Espresso ONE News

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt - Reel 8

18:00 18:30 19:15 19:30 20:15 20:35 21:00 22:30 23:30 23:45

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Flimkien ma’ Nancy Espresso ONE News Teftif

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30 19:15

Telebejgħ Kalamita ONE News Kalamita Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Indhouse Pjazza ONE Sports

& Temp 06-11 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Min Imissu?! 22:00 Kick OFF 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:30 Pajjiżi 10:30 Popcorn 11:00 Indhouse

11:55 12:30 12:35 13:05 14:45 15:00 15:30 15:35 16:30

Telebejgħ ONE News Mhux kemm taf Kick Off Ħabrikt The Local Traveller ONE News Dak li Jgħodd Flimkien ma’ Nancy

17:30 Il-Kelma 18:00 Pink Panther 18:40 Ondroad 19:15 ONE Sport & Temp 19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Arani Issa 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55

12:30 12:35 15:30 15:35 16:15 17:30 19:15

ONE News Arani Issa ONE News Duurella Mija L-Argument One Sport & Temp

19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Attività Politika 21:30 Min Imissu?! 23:30 ONE News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40

TLIETA 03-11

ĦAMIS 05-11

Xi jdejqek l-iżjed fil-ħajja u x’tapprezza l-aktar? Huma l-ftit l-affarijiet li jdejquni għax nipprova nara s-sabiħ u l-pożittiv f’kull ċirkostanza. Iżda jekk hemm xi ħaġa li vera ddejjaqni hija n-negattività żejda. L-aktar li napprezza huwa l-ħin mal-familja, li llum il-ġurnata l-ħin sar veru limitat flimkien. Meta tinkwieta Lydia u meta tkun l-aktar serena? Jiena persuna li nħobb nisma’ u nevalwa ħafna u ninkwieta l-aktar meta niltaqa’ ma’ xi ħadd u jirrakkontali xi esperjenza kiefra li jkun għadda jew għaddej minnha. U l-aktar li nkun serena meta jirnexxili ngħin li min ikun filbżonn u nħalli tbissima fuq fommu. Appell lill-pubbliku għal dan iż-żmien anke biex jagħmel kuraġġ u jgħin lilu nnifsu moralment. Jien nemmen li l-kuraġġ huwa s-salmura tal-ġisem f’kollox u kullimkien. L-appell tiegħi huwa sabiex dejjem insegwu l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa u nimxu magħhom. Għandna nagħmlu dan mhux biss għalina izda wkoll għal qrabatna. Nemmen li jekk kulħadd jagħmel il-parti tiegħu nkunu nistgħu nerġgħu lura għar-rutina li kellna f’inqas żmien.

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Indhouse Espresso ONE News Teftif

Elezzjoni Presidenzjali USA 2020 Quddiesa tal-jum Espresso ONE News Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News

SIBT 07-11

ONE News ONE News Duurella Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ

ERBGĦA 04-11

Mhux kemm taf Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Prime Time Dirett Ilsien in-Nisa Reboot ONE News Night Transmission

ĠIMGĦA

ĦADD 08-11


24

01.11.2020

reċensjoni tal-ktieb

META NĦARAQ IN-NOTRE DAME Il-qagħda finanzjarja ta’ Antonio, żagħżugħ Sqalli, ma kinitx stabbli. Issa li kien se jsir missier, kien jeħtieġ li jara kif jagħmel biex isib xogħol. Il-qadja tal-Ħadd filgħodu laqqgħet lil Antonio ma’ François, baħri Franċiż li għenu jsib xogħol Pariġi. Il-ħbiberija li nibtet bejn iż-żewġ żgħażagħ wasslithom biex jidħlu għal missjoni kemxejn riskjuża, iżda li kienu se jdaħħlu kemxa flus ġmielha minnha. Antonio, ta’ makakk li kien, ħareġ b’idea ta’ kif setgħu jinsterqu żewġ kwadri famużi mill-Katidral Notre Dame mingħajr ma jinduna ħadd. Hekk kif iż-żewġt iħbieb ikun mingħalihom li ħajjithom issa ġiet kompluta, jibdew jinqalgħu l-intoppi…

Silta mill-ktieb Il-laqgħa bejn Antonio, żagħżugħ Sqalli, u Francios, żagħżugħ Franċiż, saret b’kumbinazzjoni. Kien il-Ħadd filgħodu. Antonio kien qiegħed jixtri minn fuq il-monti li jarma l-Ħadd filgħodu fil-belt ta’ Catania. Fil-waqt li kien qed jixtri, Antonio sema’ lil xi ħadd jitkellem bil-Franċiż, u malajr waqqaf widnejh biex jara min kien. Malli Antonio ntebaħ min kien dak li tkellem bil-Franċiż mar għal fuqu u beda jkellmu huwa wkoll bil-Franċiż. Francois ħa pjaċir li kien sab lil xi ħadd li jitkellem bil-lingwa tiegħu u ma damux ma marru f’ħanut jixorbu xi ħaġa flimkien. “Allura x’inhi r-raġuni li ma bqajtx hemm?” staqsieh il-Franċiż. “Kun af, li jiena kelli ommi marida u darba rċevejt telefonata mingħand oħti fejn qaltli li ommi kienet waslet fl-aħħar. Meta sirt naf dan, jiena ddeċidejt li niġi hawn, għax ma xtaqtx li ma narax lil ommi qabel tmut. Il-Franċiż deher li fehem x’kienet ir-raġuni, imbagħad kien Antonio li staqsa lil Francios x’kienet ir-raġuni li jinsab fil-Belt ta’ Catania. “Jiena naħdem bħala baħri u bħalissa l-bastiment tiegħi jinsab hawn. Għandi ħmistax oħra hawn u nittama li nerġa’ niltaqa’ miegħek qabel ma nitilqu minn hawn, Antonio.” Antonio kien pront wieġbu: “Bil-qalb kollha. Anzi jekk trid illejla nerġgħu niltaqgħu u mmorru nieklu xi ħaġa flimkien.” Il-Franċiż aċċetta l-istedina, u hekk sar. Antonio ħa lil sieħbu f’restorant ta’ wieħed ħabib tiegħu li wkoll kien jitkellem xi ftit bil-Franċiż.

Mistoqsija: Għaliex Antonio kien reġa’ lura fil-belt ta’ Catania? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb META NĦARAQ IN-NOTRE DAME. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 8 ta’ Novembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb SISTER CLARA hija:

C. SALIBA - QORMI

01 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm qed jiġi frankat mill-kont tad-dawl permezz tal-proġett li sar fuq ġewwa tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:

Rebbieħ: A. SAMMUT - ĦAL FARRUĠ


25

01.11.2020

JEĦLES MINN FAMILTU ĦALLI JIBDA ĦAJJA ĠDIDA MAS-SIEĦBA JIPPROVA JILGĦABHA TAL-INNOĊENTI QUDDIEM IL-KAMERAS U ‘JGĦIN’ FL-INVESTIGAZZJONI Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Il-Koppja Watts

Il-familja Watts

Christopher Lee Watts u Shan’ann Cathryn Watts, it-tnejn minn North Carolina fl-Istati Uniti, iltaqgħu għall-ewwel darba fl-2010 u wara sentejn iżżewġu f’Mecklenburg County. Huma kienu joqogħdu f’dar kbira f’Colorado, li kellha ħames kmamar tas-sodda u li ma kinux jaffordjawha. Fl-2013 kellhom l-ewwel wild tagħhom, Bella Marie Watts u sentejn wara kellhom lil Celeste Cathryn Watts. Chris kien jaħdem ma’ Anadarko Petroleum filwaqt li Shan’ann kienet taħdem bħala rappreżentanta għall-kumpanija Le-Vel, fejn kienet tbigħ prodott magħruf bħala ‘Thrive.’ Shan’ann kienet tqila bit-tifel tagħhom, Nico Lee Watts, meta nqatlet. L-għejbien ta’ Shan’ann u l-bniet Fis-sigħat bikrin tat-13 t’Awwissu tal2018, Shan’ann irritornat id-dar wara vjaġġ li kellha fuq xogħol. Il-kollega u ħabiba tagħha, Nickole Utoft Atkinson, wasslitha d-dar għall-ħabta tas-2.00 a.m. Iktar tard mal-ġurnata, Atkinson irrapportat lil Shan’ann u lill-bniet bħala persuni neqsin wara li ma setgħetx taqbad lil Shan’ann fuq il-mowbajl. Atkinson kienet inkwetata għax Shan’ann ma marritx għall-appuntament tat-tqala li kellha u anke tilfet laqgħa tax-xogħol li kellhom flimkien. Għall-ħabta ta’ nofsinhar, Atkinson marret id-dar ta’ Shan’ann iżda ħadd ma beda jiftħilha. Kien għalhekk li ċemplet lil Chris, li kien qiegħed ix-xogħol dak il-ħin, u għarrfet ukoll lill-Fredrick Police Department. Il-pulizija waslu wara siegħa u nofs u ftit tal-ħin wara wasal Chris. Dan tal-aħħar ta permess lill-pu-

lizija biex jidħlu jfittxu fid-dar iżda la Shan’ann u lanqas uliedha ma nstabu. Il-pulizija sabu l-basket ta’ Shan’ann, li fih kien hemm il-mowbajl u ċ-ċwievet tagħha. Fil-kamra tas-sodda nstab ukoll iċ-ċurkett taż-żwieġ ta’ Shan’ann. Apparti dawn is-sejbiet, il-pulizija sabu li l-karozza ta’ Shan’ann kienet għadha fil-garaxx. Tfittxija għal Shan’ann u wliedha L-għada ngħaqdu l-FBI u l-Colorado Bureau of Investigation fit-tfittxija għal Shan’ann. Chris qal li kien ilu ma jara lil martu mill-5.15 a.m.

tat-13 t’Awwissu, hekk kif reħielha lejn ix-xogħol. Hu saħaq li ma kienx jaf fejnha martu u anke wliedu l-bniet. Chris tkellem f’intervisti li sarulu mill-istazzjonijiet ta’ Denver, il-KMGH-TV u l-KUSA-TV, fejn beda jappella għar-ritorn tal-familja tiegħu. Waqt l-intervisti setgħu jinstemgħu l-klieb tal-pulizija jfittxu għall-katavri, iżda ma nstab xejn. Minkejja r-reċtar ta’ Chris, il-pulizija arrestawh fil-15 t’Awwissu tal-2018 wara li m’għaddiex minn test poligrafiku li sarlu. Wara l-arrest tiegħu, Chris ammetta li hu qatel lil Shan’ann. Chris qal li kellu relazzjoni ma’ mara oħra u talab lil Shan’ann għas-seperazzjoni. Skontu, Shan’ann ma ħaditx l-aħbar tajjeb u qal li hi fegat lil uliedhom biex tpattihielu. Kompla jgħid li xħin sab lit-tfal mejtin, hu fega lilha waqt is-saħna tal-mument. Chris qal li l-katavri tat-tlieta li huma ħadhom f’post imwarrab fejn kienet taħżen iż-żejt il-kumpanija li kien jaħdem magħha. Iż-żejt dejjem jitla’ f’wiċċ l-ilma

Chris Watts mas-sieħba

Il-pulizija marru fuq is-sit li qalilhom bih Chris u hemmhekk sabu l-katavri ta’ Shan’ann u l-bniet. Shan’ann kienet midfuna f’qabar baxx ħdejn it-tankijiet taż-żjut filwaqt li l-katavri tal-bniet instabu fit-tankijiet. Fil-21 t’Awwissu, Chris instab ħati b’ħames gradi ta’ qtil tal-ewwel grad, li kienu jinkludu t-terminazzjoni ta’ tqala, it-tbagħbis

ta’ katavri u l-imwiet ta’ żewġt it-tfal li suppost hu kien responsabbli għalihom. Waqt l-ewwel dehra tiegħu quddiem il-ġuri, Chris ġie miċħud il-ħlas għall-ħelsien tiegħu. Waqt ġuri ieħor, Chris ingħata ċ-ċans għall-ħelsien billi jħallas is-somma ta’ ħames miljun dollaru. Hu kellu jħallas 15% tal-ammont dovut biex jiġi rilaxxat. Fl-1 ta’ Settembru, Watts ħallas is-750,000 dollaru u nħeles sakemm ikomplu l-proċeduri kontrih. Waqt intervista mal-avukat ta’ Chris Watts, l-avukat qal li Watts ammetta li kien hu li qatel lil Shan’ann u lil uliedu wara argument ma’ martu fuq id-divorzju. Watts qatel lil Shan’ann u waqt l-att daħlet it-tifla Bella fil-kamra. Lit-tifla qalilha li ommha kienet ma tiflaħx u tefa’ l-katavru tagħha fit-trakk tiegħu. Hu rikkeb ukoll liż-żewġt ibniet fuq wara tat-trakk u kif waslu fuq is-sit tax-xogħol, hu fega lil uliedu bi gverta fuq is-sit ta’ wara. Is-Sentenza Fis-6 ta’ Novembru tal-2018, Chris Watts instab ħati bil-qtil ta’ martu u wliedu. Hu ma ngħatax il-piena talmewt wara li l-qraba ta’ Shan’ann ma ridux li jkomplu jiżdiedu l-imwiet. Fid19 ta’ Novembru, Watts ingħata ħames sentenzi ta’ għomor il-ħabs mingħajr ċans ta’ parole. Apparti dawn, hu weħel ukoll 48 sena ħabs talli waqqaf it-tqala ta’ martu u 36 sena oħra fuq tbagħbis tal-katavri. Is-somma ta’ ħames miljun dollaru għall-ħelsien tiegħu tneħħiet u baqa’ arrestat. F’Diċembru tal-2018, Watts ittieħed fid-Dodge Correctional Institution, ħabs b’sigurtà massima, f’Waupun f’Wisconsin biex ikompli jservi s-sentenza li ngħatatlu.


26

01.11.2020

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

01.11.2020

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 353

A. CALAFATO - LIJA

BI 3 NUMRI 002 095 157 304 380 440 454 478 479 532

555 597 625 658 763 792 795 807 921 952 954

955

9481 9928

B’4 NUMRI 1166 B’5 NUMRI 2261 03597 2334 04717 2781 05091 2868 06092 4570 15239 5375 16405 8720 23491

29049 33910 35614 47259 49506 59980 61042 61983 65595 72465 73922

94109 94500

B’ 7 NUMRI 0967137 8821029

B’ 6 NUMRI 182601 B’ 9 NUMRI 216272 429210659 499154 599341467 500974 776069 873051

MIMDUDIN: 9. 1. Ma tagħmlux 10. apposta (5) 12. 4. Kompli l-qawl: ...... , it-tiġieġ 16. dejjem ġol-għar (4) 7,9. Dell (5)

Ara 7 18,21W. Tinħasel taħtha (5) Frott (6) 19. Ara 3 Jilagħbu 20. Kunjom (5) fuqhom it-tfal (6) 21. Dan kristall (3) Repubblika 23. L-għajta tal-Afrika t’Isfel tal-uġigħ (4) (1,1,1) 24. Qim (5)

WEQFIN: 1. Ċittà Hompesch (6) 2. Ħares (3) 3,19. Il-kapitali Ingliża (6) 5. Strieħ fis-sliem (1,1,1)

Tv Taljan (3) Frotta (9) Missier (2) Iddoqq fil-festa (5) Ara 12 wieqfa Ogħrku? (6) Ikel komuni (6)

6. 8. 11. 12,13. 13. 14. 15

17. 21. 22.

Sliema Sports Association (1,1,1) Ara 18 Xorb alkoħoliku (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Bonġu, 4.Mazz, 7,16.Staħa, 9,21M. Immeri, 10.Arzell, 12.Trapan, 20.Platt, 24.Invit

WEQFIN: 1.Bdiewa, 2,3.Nemusa, 5.Ate, 6,23. Zalzett, 8.Trapjanti, 11,21W. Grezz, 12,18,19.Taljana, 13.All, 14.Nattiv, 15.Żammit, 17,22.Ħarist


28

01.11.2020

FIL-MUMENT TAL-PROVA Editorjal

L-iskuża li għadu novizz fil-politika ma swiet xejn u minflok kompla joħroġ iktar fid-dieher kemm Grech hu biss egoċentriku ieħor, li mhux maqtugħ għall-politika

Il-preżentazzjoni tal-Baġit u r-reazzjonijiet uffiċjali għalih ta’ kull sena joffru test għall-isfera politika lokali, rifless partikolarment f’ġudizzju skrupluż dwar il-kapaċità fit-tmexxija tal-partit fil-Gvern u ieħor fuq l-iskrutinju li jkun mistenni min-naħa tal-partit fl-Oppożizzjoni. Din is-sena żgur ma kienet l-ebda eċċezzjoni, anzi pjuttost kienet okkażjoni speċjali. Bi Prim Ministru, li għadu ħiereġ minn magħmudija tannar f’sitwazzjoni nazzjonali ta’ bla preċedent, u Kap tal-Oppożizzjoni frisk minflok il-predeċessur tiegħu li ġie deskritt bħala inkapaċi fil-Partit tiegħu stess, allura l-aspettattivi għad-diskorsi tagħhom kienu ikbar mis-soltu. Forsi iżjed minn hekk kienet mistennija l-viżjoni li kellu x’joffri Bernard Grech, li kien għadu ħiereġ trijonfanti minn elezzjoni li matulha ġie imbuttat b’tant pompa mill-establishment Nazzjonalista bħala l-inkarnazzjoni tas-soluzzjoni għal direzzjoni ġdida u aħjar mill-Oppożizzjoni. Minkejja dan, it-tamiet għoljin li mlew ras kulħadd bihom

fil-verità sfumaw fix-xejn iżjed mid-duħħan fl-arja. Malajr skoprejna li ma seta’ qatt ikun hemm xi tip ta’ kompetizzjoni fil-messaġġ tiegħu għal dak li wassal ġurnata wara l-Prim Ministru. Id-differenza kienet netta. Minn diskors, li tħejja għalih b’mod dilettantesk, ma ġewx innotati biss l-iżbalji grotteski li qatt ma kellhom jeżistu f’eżami daqshekk importanti u li allura mhux se jinħafru faċilment. Aktar minn hekk, meta għalih kollox kien għall-wita’ u ma setax ħlief joħroġ bl-unuri f’din l-okkażjoni, spiċċa tellief iżjed milli beda u ddiżappunta saħansitra lil ħafna mill-protagonisti li fdaw fih, tant li kellhom jimmanuvraw biex jostru din il-“ġurnata sewda”. L-iskuża li għadu novizz fil-politika ma swiet xejn u minflok kompla joħroġ iktar fid-dieher kemm Grech hu biss egoċentriku ieħor, li mhux maqtugħ għall-politika. Jekk xejn ikkonferma dak li tarrfulu tal-establishment stess, jiġifieri li m’għandux għax jorbot qalbu mal-kariga ladarba hu biss

“għasfur tal-passa”. Bil-maqlub, Robert Abela kkonferma li għandu l-istoffa neċessarja biex – fil-maltemp aktar milli fil-bnazzi – jamministra bl-aħjar mod għall-ġid tal-pajjiż u l-poplu kollu. Anke jekk f’inqas minn sena li daħal fiż-żarbun ta’ Prim Ministru u ffaċċja l-agħar sitwazzjonijiet possibbli, Dr Abela kompla juri fibra ta’ statista u b’diskorsu biss ukoll indika t-triq ’il quddiem mimlija aktar prosperità kemm għal-lum kif ukoll għal għada. Minn kliemu stess, fi żmien daqstant diffiċli għad-dinja kollha, il-piż f’pajjiżna ntrefa’ mill-Gvern u mhux mill-poplu, li qed isib il-wens kollu meħtieġ. It-toqol tal-pandemija tal-COVID-19, li kif nafu diġà bdiet tgħattan diversi pajjiżi li huma ħafna ikbar minna, ma nġarrx miċ-ċittadin f’xi forma jew oħra ta’ taxxi u awsterità. Minflok, ingħatat l-għajnuna meħtieġa biex wara li jgħaddi dan iż-żmien diffiċli, mhux wisq ’il bogħod, pajjiżna jkun jista’ jerġa’ jkompli fit-triq pożittiva li kien għaddej minnha qabel.

Anke fl-eqqel ta’ pandemija, il-Gvern ta’ Abela rnexxielu jkompli jibni fuq Baġits preċedenti ta’ suċċess, b’iżjed benefiċċji li jagħmlu differenza konkreta fil-ħajja tan-nies, kemm mal-iżjed vulnerabbli, bħall-pensjonanti, kif ukoll ma’ familji fil-faxxa tan-nofs u negozji żgħar jew medji. M’hemmx għal xiex nerġgħu nirrepetu wkoll kif dan kollu jiddeferixxi ma’ kif kien aġixxa Gvern Nazzjonalista fl-2008 fi kriżi finanzjarja, li kienet ferm iżgħar minn dik attwali. Ma kinitx kumbinazzjoni lanqas, li kien biss Bernard Grech li nhar it-Tnejn għamel eloġju lil dik l-istess amministrazzjoni mmexxija minn Lawrence Gonzi, fl-istess waqt li ddeskriva l-għajnuna mogħtija llum lill-imsieħba soċjali bħala rigal lil grupp ta’ mfissdin u bikkejja. Mhux ta’ b’xejn li maġġoranza akbar tal-poplu u n-negozji qed tkompli tagħraf li, anke fl-agħar sitwazzjonijiet, tista’ sserraħ moħħha biss bil-Partit Laburista fil-Gvern, li jibqa’ impenjat biex ikompli jkattar il-ġid.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.