KullĦadd_30.08.2020

Page 1

EKONOMIST FIL-POLITIKA LI TFIXKEL SEW FIL-FAQAR

www.one.com.mt Il-Ħadd, 30 ta’ Awwissu, 2020

Ħarġa Nru 1,416

Prezz €1

WARA L-GIDBA …

Ara paġni 4 u 5

€15-IL MILJUN FI PROĠETTI MARITTIMI

Għaddejja ħidma f’diversi xtajtiet u portijiet f’Malta u Għawdex biex sa tmiem din is-sena jitlestew ħames proġetti marittimi b’investiment ta’ madwar €15-il miljun. Il-proġetti ta’ Infrastructure Malta jinkludu l-breakwater ġdid li qed jinbena fil-Ponta tal-Qrejten f’Marsaxlokk (ritratt), faċilitajiet ġodda għas-sajjieda fil-Port tal-Imġarr, Għawdex, u l-bini mill-ġdid tal-moll l-antik tal-vapuri t’Għawdex fiċ-Ċirkewwa, żewġ mollijiet fil-Bajja ta’ San Tumas u tnejn oħrajn fl-inħawi taż-Żonqor f’Wied il-Għajn. Tkompli f’paġna 9

-29.8%

LUKANDI, RESTORANTI, ĦWIENET U TRASPORT

-12.5%

ELETTRIKU U ILMA

-11.0%

AGRIKOLTURA U SAJD

-4.6%

SERVIZZI PROFESSJONALI U AMMINISTRATTIVI

-2.7%

KOSTRUZZJONI

-1.8%

MANIFATTURA

L-INQAS DAQQA FUQ IL-ĦADDIEM MINKEJJA L-IMPATT EKONOMIKU QAWWI FL-EWWEL NOFS TAS-SENA, KIEN HEMM ŻIEDA FL-INTROJTU ĠENERALI TAL-ĦADDIEMA WAQT LI PAJJIŻNA BAQA’ F’QAGĦDA AĦJAR MILL-MEDJA TAŻ-ŻONA EWRO Ċifri uffiċjali mill-ewwel nofs ta’ din is-sena jikkonfermaw li filwaqt li l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt ekonomiku qawwi fuqna, partikolarment fl-industriji tat-turiżmu u l-bejgħ bl-imnut, id-dħul tal-ħaddiema lokali kien relattivament protett, tant li dan żdied b’mod ġenerali b’€165 miljun meta jitqabbel il-perjodu Jannar-Ġunju 2020 ma’ dak tas-sena li għaddiet. Minbarra hekk, iżda, l-impatt f ’Malta kien inqas mill-medja taż-Żona Ewro, fejn hu stmat li l-Prodott Gross Domestiku (PGD) naqas b’iżjed minn 9%. F’pajjiżna l-impatt kien ta’ 7.7%. Meta wieħed iqis li l-PGD Malti fl-istess żmien kien €395 miljun inqas minn dak irreġistrat sena qabel, l-an-

dament tad-dħul tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin kien ferm tajjeb. Id-destin ta’ ħaddiema f ’pajjiżi oħrajn Ewropej kien differenti tant li fit-tieni kwart tas-sena d-dħul tagħhom naqas b’mod konsiderevoli. Pereżempju, fil-Ġermanja, li kellha prattikament l-istess impatt bħal Malta, il-ħaddiem esperjenza b’mod ġenerali tnaq­qis ta’ 4% fid-dħul. Fi Spanja s-sitwazzjoni kienet ferm agħar, bi tnaqqis ta’ 13% fid-dħul tal-ħaddiema, waqt li dawk Brittaniċi u Awstrijaċi esperjenzaw tnaqqis ta’ 1%. Tkompli f’paġni 6 u 7


02

30.08.2020

one.com.mt

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 32°C L-Inqas Temperatura: 24°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja testendi fuq iċ-ċentru u l-Lvant tal-Mediterran It-Temp: Ftit imsaħħab li jsir sabiħ Ir-Riħ: Ħafif għal moderat min-Nofsinhar ix-Xlokk Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Baxx min-Nofsinhar It-Temperatura tal-Baħar: 28°C

Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

32°C

UV 8

24°C

Il-Ħamis

Indirizz Postali KullĦadd

30°C

UV 8

22°C

30°C

Il-Ġimgħa

UV 8

22°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

30°C

UV 8

22°C

30°C

UV 8

22°C

31°C

UV 8

23°C

kullhadd.com

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 2123 4567 Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21224898 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020 St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 21482558 O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Il-Gżira – 21330268 Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings, Vjal ir-Rihan, San Ġwann – 21372195 Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 Mġarr Pharmacy, Triq il-Kbira k/m Triq Vitale, L-Imġarr – 21577784 Il-Gżejjer, Triq il-Kurazza, Il-Qawra – 21581876 Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid – 21694818 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 MC Pharmacy, 303, Triq Ħaż-Żabbar, Il-Fgura – 21801962 Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, Iż-Żejtun – 21898728 42, Vjal il-Blue Grotto Iż-Żurrieq – 21689971 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, L-Imtarfa – 21451261 Għawdex

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970 Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, Ix-Xagħra – 21561486

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182


30.08.2020

L-ASSEDJU L-KBIR SE JIĠI ESPORTAT Il-film drama/dokumentarju bl-isem ta’ God’s Soldier, ibbażat fuq l-Assedju l-Kbir tal-1565, għadu kemm inġibed primarjament f ’pajjiżna bi produzzjoni konġunta bejn professjonisti Maltin u oħrajn ġejjin mill-kumpanija Ingliża Urban Canyons. Il-film b’investiment ta’ aktar minn €500,000, b’parti minnhom ġejjin mill-Malta Film Fund, għandu cast kollu Malti u se jkun prodott għall-istazzjonijiet ZDF (Ġermaniż), Arte (Franko-Ġermaniż), ORF (Awstrijak), Viasat World UK (Ingliż) u finalment għall-PBS Malti, bl-appoġġ tal-Kummissjoni Maltija tal-Films u Creative Europe MEDIA. Dan mistenni jibda jintwera fl-aħħar ta’ din is-sena. Il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli, li lbieraħ żaret wieħed mis-settijiet tal-film fiċ-Ċirkewwa, akkumpanjata mill-Kummissarju tal-Films Johann Grech, qalet li tinsab kburija li dan il-film se jolqot udjenzi internazzjonali, se jkompli jkabbar l-għarfien dwar Malta u l-istorja rikka tagħha, waqt li se jagħti importanza wkoll lill-qlubija ta’ ġensna. Minbarra f ’pajjiżna, fejn inġibdu l-aktar u l-iżjed xeni prominenti, il-film ra partijiet tiegħu jinħadmu fi tliet pajjiżi oħrajn, it-Turkija, l-Ingilterra u l-Awstrija. Hu stmat li ġew investititi mat-€322,000 f ’pajjiżna biss. Bħalissa f ’pajjiżna qed jinħadem ukoll il-film Jurassic World Dominion u sal-aħħar tas-sena mistennija jinġibdu numru ta’ films oħrajn, hekk kif il-Kummissjoni Maltija għall-Films qiegħda kontinwament tattira films differenti ta’ kull xorta, bil-għan li tkompli tissaħħaħ din l-industrija lokali, li minnha jiddependu diversi ħaddiema.

03

one.com.mt


04

30.08.2020

one.com.mt

EKONOMIST FIL-POLITIKA LI TFIXKEL SEW FIL-FAQAR WARA BUSUTTIL, IL-KANDIDAT NAZZJONALISTA BERNARD GRECH IFALLI WKOLL MIŻERJAMENT MIT-TEST TAL-EKONOMIJA … JIPPROVA JIMPRESSJONA BILLI JAGĦTI STAMPA GĦALKOLLOX QARRIEQA TA’ STATISTIKA MILL-NSO DWAR FAMILJI LOKALI F’RISKJU TA’ FAQAR Fit-tiġrija għall-elezzjoni ta’ Kap Nazzjonalista, il-kandidat Bernard Grech nhar il-Ħamis ittanta jimpressjona lit-tesserati u anke lill-poplu inġenerali, daqslikieku għandu xi kapaċitajiet ekonomiċi. Minkejja dan, falla miżerjament u wasal għal konklużjonijiet bl-addoċċ biex jipprova jagħmel ħoss politiku, eżatt bħalma kien jiddiletta l-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil. L-Avukat Grech, li qed jittama li jsir is-suċċessur tal-Kap attwali Adrian Delia fi ftit ġimgħat oħra, din il-ġimgħa uża l-kwistjoni attwali bil-pandemija tal-COVID-19 u indikaturi dwar livell xieraq ta’ għajxien biex ipinġi l-viżjoni tiegħu ta’ kif jara l-ekonomija titjieb. Iżda, waqt li faħħar it-tkabbir ekonomiku u t-tnaqqis tal-qgħad fl-aħħar snin, tilef il-mira għalkollox meta ġie biex jikkwota l-istatistika dwar persuni f ’riskju ta’ faqar, li llum huma inqas minn kemm kienu seba’ snin ilu, avolja f ’ċirkostanzi ekonomiċi totalment differenti mil-lum. Fil-fatt dan il-qerq fl-artiklu tiegħu, li ġie ppubblikat fit-Times nhar il-Ħamis li għadda, bit-titlu “Economy that works for people”, jibbrilla meta jitqabbel ma’ spjegazzjoni li Mark Musù, is-Segretarju L-artiklu mitbugħ minn Bernard Grech fuq il-faċċata ta’ wara tat-Times nhar il-Ħamis li għadda Permanenti fil-Ministeru għall-Familja, is-Solidarjetà Soċjali u d-Drittijiet tatTfal, jagħti min-naħa l-oħra f ’artiklu wara stħarriġ fost 4,000 familja abbażi li “l-kejl ta’ €9,212 jirreferi għall-ewwel dħul medju li, jaqa’ taħt is-60% (li skont għall-KullĦadd, bit-titlu “Il-kejl tal- tad-dħul tagħhom fl-2018. “L-istħarriġ adult fil-familja. Kull membru addizzjo­ kif spjegat jaqbeż sew l-€20,000 fis-sena faqar” u li qed jiġi stampat f ’paġna 12 juri li fl-2019 kien hemm 82,758 persuna nali fil-familja jingħata ‘piż’ li jvarja minn f ’dan il-każ), kollha jgħoddu man-numli jgħixu bi dħul ann­wali taħt id-€9,212.” 0.5 (għal persuni ta’ 14-il sena jew aktar) ru ta’ persuni totali (inkluż it-tfal). ta’ din il-ħarġa. Dak li kiteb Grech ukoll jikkuntrasta L-istampa, iżda, hi żbaljata għall- għal 0.3 (għal persuni taħt l-14-il sena) Dr Grech mhux biss injora t-titjib fid-dħul medju disponibbli għall-familji, aħħar u s-Segretarju Permanenti fil-Min- … Aktar ma hemm membri fil-familja, mal-fatti kif spjegati mis-Segretarju Permanenti fl-artiklu tiegħu. li fl-aħħar snin awtomatikament wassal isteru responsabbli għal splużjoni ta’ żi- akbar se jkun il-‘piż’ mogħti.” “Kieku l-livell tal-għajxien ta’ pajjiżBiex jispjega li l-livell minimu ta’ pergħal livell ogħla ta’ kif titqies persuna diet u benefiċċji lill-poplu fl-aħħar snin, f ’riskju ta’ faqar, iżda saħansitra indika jispjega perfettament kif iċ-ċifri tal- suni f ’ċirkostanzi differenti, Musù jġib na baqa’ fl-istess livell tal-2013, jiġifinumru ta’ eżempji: “Veru li jfisser eri meta d-dħul disponibbli medju li hemm xi tendenza ta’ żidiet li biex persuna adulta, li tgħix ta’ kull persuna kien ta’ €5,000 ta’ persuni fil-faqar, meta hu waħedha, ma titqisx f ’riskju ta’ inqas mill-2018, kieku llum kompletament bil-maqlub. Żbaljat min jikkonkludi li faqar fl-2018 ried ikollha dħul hawn 42,000 persuna biss li Persuna hi meqjusa f ’ri17.1% tal-popolazzjoni kellhom ta’ aktar minn €9,212, iżda biex d-dħul tagħhom ma jaqbiżx skju ta’ faqar kemm-il darba koppja adulta ma titqisx f ’ri- is-60%. Dan joħroġ milld-dħul tagħha ma jaqbiżx dħul ta’ inqas minn €9,212, kif skju ta’ faqar id-dħul tagħha fatt li fl-2013 il-linja tasis-60% tad-dħul medjan għamel il-kandidat għall-elezzjoni ried jaqbeż it-€13,818 (€9,212 60% kienet tammonta li fl-2018 kien jikkwantifita’ Kap tal-PN din il-ġimgħa immultiplikat b’1.5). Bl-istess għal €7,672 waqt li ka f ’€9,212. Minkejja dan, mod biex single-parent b’żewġt fl-2018 din telgħet iż-żieda mill-2013 ta’ aktar itfal żgħar ma titqisx f ’riskju ta’ għal €9,212, żieda ta’ minn €5,000 fid-dħul medjan taċ-ċittadini wassal biex is-60% tal-istess NSO ifissru li llum kien hemm tnaqq- faqar fl-2018 ried ikollha dħul li jaqbeż €1,540. Dan ovvja­ dħul żdied marġinalment b’0.3% minn is drastiku fin-nies li jinsabu f ’riskju ta’ l-€14,739, koppja b’żewġt itfal żgħar ment żdied għax 16.8% għal 17.1%, waqt li l-popola- faqar u esklużjoni soċjali meta mqabblin ried ikollha dħul ta’ aktar minn €19,345, żdied sostan­z­jalment tal-għajxwaqt li koppja b’żewġt itfal ta’ 14-il sena il-livel­l zzjoni wkoll żdiedet b’55,000 persuna mal-2013. Waqt li jenfasizza li hu żbaljat min jew aktar ried ikollha dħul li jaqbeż it- ien b’mod ġenerafl-istess perjodu. “Mingħajr ma nidħol f ’wisq dettalji, jikkonkludi li 17.1% tal-popolazzjoni €23,030. Altru milli dawn in-nies kell- li u d-dħul disponibbli tal-familji,” kiteb Musù, waqt ħa nagħti ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati kellhom dħul ta’ inqas minn €9,212, kif hom dħul ta’ inqas minn €9,212.” Musù jispjega li, bil-maqlub, jekk li jkompli jispjega li “tajjeb li jingħad ewlenin,” kiteb Grech dwar l-istatistika għamel il-kandidat għall-elezzjoni ta’ ppubblikata mill-NSO fl-aħħar jiem, Kap tal-PN din il-ġimgħa, Musù jispjega familja ta’ erbgħa jew ħamsa jkollha li fl-2013 kien hawn 66,000 per­


05

30.08.2020

one.com.mt

su­n­a li d-dħul ekwivalizzat tagħ­hom ma kienx jaqbeż is-€7,672, jiġifieri 24,000 aktar milli hawn illum.” Minkejja dan, l-aspirant għal Kap Nazzjonalista saħaq li “waqt li konna qed nonfħu s-suċċess tagħna f ’termini ta’ Prodott Gross Domestiku, qrib l-20% tal-po­polazzjoni Maltija kienu f ’riskju ta’ faqar. Indikaturi oħrajn, inklużi dawk imċaħħdin materjalment b’mod sever ukoll żdiedu mis-sena ta’ qabel. Din hi l-ekonomija li qed nittamaw li jkollna?” Iżda, għal darb’oħra, il-kitba ta’ Musù ġġib dan kollu fix-xejn. “L-argument li spiss isir li l-ġid li qed jinħoloq mhux jasal għand kulħadd ma jreġix meta wieħed iħares lejn dik li hi ċaħda materjali. Ir-rata ta’ dawk mċaħħdin materjalment niżlet minn 19.9% fl2013 għal 8.4% s-sena l-oħra – tnaqqis ta’ aktar minn nofs fl-għadd ta’ persuni għal 40,731 jew tnaqqis ta’ 11.5%. Dik li hi ċaħda materjali severa, it-tnaqqis kien qawwi wkoll. L-għadd ta’ persuni hawn niżel minn 42,200 fl-2013 għal 17,500 – tnaqqis ta’ 6.6% jew kważi 25,000 persuna,” tenna s-Segretarju Permanenti. Żgur li Grech mhux se jkun l-ewwel u l-aħħar politiku Nazzjonalista li ma jġibhiex żewġ fuq l-ekonomija, fuq kollox Gverni­jiet Nazzjonalisti fallew miżerjament f ’temp ta’ 25 sena. Iżda ladarba l-fazzjoni tal-Eks Kap Simon Busuttil illum tinsab b’ruħha u b’ġisimha wara dan in-novizz fil-politika lokali, tassew kif jgħidu li “birds of the same feather, flock together”. U meta “ta’ Busuttil” jew l-establishment Nazzjonalista se jibqgħu magħrufin għall-bsaten fir-roti li għamlu lill-ekonomija fl-aħħar seba’ snin taħt Gvern Laburista, allura ma jistax kien iżjed ironiku u populista l-kumment ta’ Grech meta ddikjara li “hu preċiżament dan il-mument li għandna niġu flimkien bħala pajjiż u nevalwaw il-politika, l-istrateġija u l-mudelli ekonomiċi tagħna”.

Żgur li Grech mhux se jkun l-ewwel u l-aħħar politiku Nazzjonalista li ma jġibhiex żewġ fuq l-ekonomija, fuq kollox Gverni­jiet tal-PN fallew miżerjament f’temp ta’ 25 sena. Iżda ladarba l-fazzjoni tal-Eks Kap Simon Busuttil illum tinsab b’ruħha u b’ġisimha wara dan in-novizz fil-politika lokali, tassew kif jgħidu li “birds of the same feather, flock together”.

IL-11-IL VITTMA TAL-COVID-19 330,000 VAĊĊIN RISERVATI GĦAL MALTA Anzjana ta’ 86 sena, li kienet rikoverata fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei wara li fit-18 ta’ Awwissu nstabet pożittiva għall-COVID-19, mietet ilbieraħ waranofsinhar b’riżultat tal-istess infezzjoni. Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjana u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa. Aktar kmieni d-Deputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa Chris Fearne ħabbar li f ’każ ta’ żvilupp ta’ vaċċin għallCOVID-19 fil-ġimgħat li ġejjin, Malta diġà għandha allokazzjoni ta’ 330,000 doża riservati għaliha. Hu fisser kif Malta se tkun fost l-ewwel pajjiżi li jipproteġu

lill-vulnerabbli u l-ħaddiema li qed jaħdmu fuq il-front ta’ din il-battalja li rnexxielha tniżżel għarkupptejhom lil diversi pajjiżi, inkluż dawk madwarna. Hu spjega wkoll li wara dan l-ewwel pass, Malta se jkollha aktar dożi għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. Sadanittant ilbieraħ tħabbar li fl-24 siegħa ta’ qabel u wara 2,290 swab test li saru nstabu 27 każ ġdid ta’ Coronavirus. Dan ifisser li 98.2% tat-testijiet irriżultaw fin-negattiv. Fl-istess ħin, 58 persuna fiequ mill-infezzjoni. Dan wassal biex l-għadd ta’ każi pożittivi niżel għal 593, fil-ħames ġurnata infila fejn il-każi ta’ fejqan qabżu l-infezzjonijiet irreġistrati ġodda.

KARTI TAL-IDENTITÀ ĠODDA FIL-JIEM LI ĠEJJIN

Dr Bernard Grech

Bil-produzzjoni u l-ittestjar tas-software tal-karta tal-identità l-ġdida fl-aħħar fażi tiegħu, id-dokument ta’ identifikazzjoni mistenni jidħol fiċ-ċirkolazzjoni mix-xahar id-dieħel li se jibda pitgħada. Minbarra bidliet fid-dehra, id-dokument il-ġdid ta’ identifikazzjoni se jkun aktar sigur. “L-avvanz fit-teknoloġija li Identity Malta għamlet f ’dawn ix-xhur qed isarraf f ’aktar tibdil u żvilupp fl-operat li bih timxi l-istess Aġenzija. Se naraw li nkomplu fuq dawn il-passi ħalli nibqgħu nkunu minn ta’ quddiem fejn tidħol is-sigurtà tal-identità tagħna,” qal is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat. Il-karta tal-identità l-ġdida se tkun mgħammra b’għadd ta’ features ta’ sigurtà ġodda, li jagħmluha diffiċli immens biex

wieħed ibagħbas id-dokument mingħajr ma jħalli traċċi. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Identità Malta Anton Sevasta ħabbar li mill-ġimgħa d-dieħla se jinħarġu l-karti tal-identità l-ġodda liċ-ċittadini anzjani (60+ u 75+) u wara jinħarġu lill-applikanti l-ġodda ta’ 14il sena, qabel eventwalment jinħarġu lill-bqija taċ-ċittadini. Karti tal-identità validi fiċ-ċirkolazzjoni, li diġà jikkonformaw ma’ standards għoljin ta’ sigurtà, jibqgħu tajbin sad-data ta’ skadenza tagħhom. Biex persuna tapplika għall-karta tal-identità għandha tirrikorri fl-uffiċċju li Identity Malta għandha f ’Gattard House fil-Blata l-Bajda ħalli timla l-formoli neċessarji u tittieħed l-informazzjoni bijometrika. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb bit-telefown fuq 25904300.


06

30.08.2020

one.com.mt

MIŻURI GĦALL-COVID LI KABBRU -13.1 -12.4 -11.4 -9.3 -9.1 -8.5 -8.1 -8.0 -7.7 -7.0 -5.6 -5.6 -4.7 -3.2 -0.7

Tkompli minn paġna 1 Dan segwa l-ewwel kwart fejn id-dħul tal-ħaddiema wkoll kien kajman jew naqas, bħal fl-Italja bi tnaqqis ta’ 5%, kif ukoll fi Franza u l-Ungerija bi tnaqqis ta’ 1%. Ta’ min jirrimarka wkoll li, minn Ġunju ’l hawn, l-għadd ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol naqas b’mod konsistenti u issa hu 10% inqas milli kien f ’Mejju li għadda. Dan jindika li l-attività bdiet tirpilja mit-tielet kwart tas-sena, speċjalment frott żieda qawwija fil-konsum domestiku xprunat minn miżuri li ġew introdotti fil-pakkett ta’ stimolu ekonomiku ta’ €900 miljun, inklużi l-vouchers ta’ €100 lil kull persuna ta’ 16-il sena ’l fuq u t-tnaqqis fil-ħlas tal-boll. Grazzi għall-għaqal fid-deċiżjonijiet tal-Gvern Laburista, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, id-daqqa ekonomika tal-COVID-19 f ’pajjiżna sabet cushion fit-tnaqqis fil-profitti tal-kumpaniji u sostenn finanzjarju mhux mistenni minn fondi pubbliċi. Fil-fatt, il-profitti tan-negozji naqsu b’madwar €276 miljun imqabblin mas-sena ta’ qabel, filwaqt li l-Gvern daħħal €117-il miljun inqas f ’taxxi u żied b’€166 miljun f ’sussidji lill-azjendi. Raġuni ewlenija għal xiex l-impatt inħass ukoll inqas fuq l-andament ekonomiku kien li f ’Malta l-Gvern m’għamilx lockdown totali, kif xtaqu ċerti għaqdiet sa mill-ewwel każi rreġistrati fl-imxija lokali. Ir-restrizzjonijiet li saru, speċjalment fuq is-settur turistiku, kellhom effett sinifikanti, tant li fejn jidħlu ħwienet, lukandi, trasport u restoranti l-attività naqset bi kważi 30% fl-ewwel nofs tas-sena. Kien hemm impatt ukoll fuq is-settur tal-agrikoltura u s-sajd, kif ukoll il-produzzjoni tal-elettriku u l-ilma. It-tnaqqis għall-manifattura kien marġinali u l-istess jista’ jingħad għall-kostruzzjoni. Min-naħa l-­oħ­ra s-servizzi

L-attività bdiet tirpilja mit-tielet kwart tas-sena, speċjalment frott żieda qawwija fil-konsum domestiku xprunat minn miżuri li ġew introdotti fil-pakkett ta’ stimolu ekonomiku ta’ €900 miljun, inklużi l-vouchers ta’ €100 lil kull persuna ta’ 16-il sena ’l fuq u t-tnaqqis fil-ħlas tal-boll

Grazzi għall-miżuri fiskali introdotti mill-Gvern, l-impatt fuq is-suq tax-xogħol lokali se jkun limitat

finanzjari u s-settur pubbliku kibru bi ftit. Ir-real estate, l-azjendi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, u l-gaming u servizzi relatati marru tajjeb minkejja l-pandemija. Li kieku kien hemm

lockdown dawn is-setturi kienu jsofru telf simili bħalma raw talħwienet, tal-lukandi u r-restoranti, li l-għeluq tagħhom kien inevitabbli. Minkejja dan, anke jekk

tingħata ħarsa lejn pajjiżi li, bħalna, jiddependu aktar fuq servizzi, fosthom it-turiżmu, l-andament għalihom kien ferm agħar mill-medja. Fost l-oħrajn, fi Spanja fl-ewwel sitt xhur tas-sena kien

BIDLA FL-ATTIVITÀ SKONT IS-SETTURI LOKALI -29.8%

ĦWIENET, TRANSPORT, LUKANDI, RISTORANTI

-12.5%

ELETTRIKU, ILMA

-11.0%

AGRIKULTURA U SAJD

-4.6%

SERVIZZI PROFESSJONALI U AMMINISTRATTIVI

-2.7%

KOSTRUZZJONI

-1.8%

MANIFATTURA

1.5%

SETTUR FINANZJARJU

2.6%

AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA, SAĦĦA, EDUKAZZJONI

5.7%

REAL ESTATE

6.6%

GAMING U SERVIZZI RELATATI

7.5%

INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI


07

30.08.2020

one.com.mt

L-ĠID NAZZJONALI BI 3%

hemm tnaqqis ta’ 13.1% jew kważi d-doppju ta’ Malta. Fi Franza u l-Italja t-tnaqqis kien qrib it12%. L-andament tal-ekonomija Maltija, b’kuntrast, kien simili ħafna għal dak tal-Ġermanja, fejn irreġistraw tnaqqis ta’ 7%. Tbassir tal-Bank Ċentrali jikkonferma l-andament F’pubblikazzjoni fuq l-aktar tbassir riċenti tal-Bank Ċentrali, l-esperti ta’ din l-istituzzjoni jinnotaw

li waqt li kien hemm tnaqqis fl-attività ekonomika fit-tieni kwart tas-sena, fit-tielet kwart tas-sena diġà hawn sinjali ta’ stabbilizzazzjoni. Minbarra hekk, il-Bank Ċentrali jbassar li s-sena d-dieħla l-ekonomija Maltija se tikber b’rata ta’ 6.1%, u dan se jagħmel tajjeb għat-tnaqqis osservat din is-sena b’riżultat tal-pandemija tal-Coronavirus. L-analisti tal-Bank Ċentrali jinnutaw ukoll li l-andament ekonomiku f ’pajjiżna se jkun ferm aħjar minn dak ta’ pajjiżi oħrajn fiż-Żona Ewro. Fit-tbassir tagħhom l-ekonomisti tal-Bank Ċentrali jsostnu li l-ekonomija Maltija se tingħata spinta qawwija grazzi għall-miżuri mħabbra riċentement mill-Gvern. B’kollox il-miżuri li introduċa l-Gvern huma stmati li għollew il-ġid nazzjonali bi 3%. Dan hu kważi darbtejn ir-rata ta’ tkabbir medju li pajjiżna kellu bejn l-2008 u l-2012. B’kollox dawn il-miżuri naqqsu l-impatt ekonomiku talCOVID-19 b’madwar terz, skont il-Bank Ċentrali. Grazzi għall-pakkett ta’ stimolu ekonomiku ta’ €900 miljun u miżuri oħrajn speċifiċi, bħallWage Supplement, ġew salvati mal-100,000 impjieg u għadd ta’ negozji milli jfallu. Bid-differenza, pajjiżi oħrajn Ewropej irreġistraw mijiet ta’ eluf ta’ sensji, mhux l-inqas minn kumpaniji multinazzjonali, waqt li l-ekonomiji tagħhom mistennija jibdew jirkupraw sew wara tagħna. Ir-rapport tal-Bank Ċentrali jinnota wkoll li minkejja t-tnaqqis fil-ġid nazzjonali, l-impatt fuq is-suq tax-xogħol Malti mistenni jkun limitat. Dan minħabba li l-miżuri fiskali jiffukaw direttament fuq dan il-qasam. Tant li l-esperti tal-Bank jinnutaw kif f ’Ġunju, minkejja l-pandemija, pajjiżna għall-ewwel darba kellu

l-inqas rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro. Ma’ dan, il-ħaddiema se jiffaċċjaw rata ta’ inflazzjoni inqas minn dik osservata fl-aħħar snin, fattur li se jgħin ikabbar

Il-piż tad-dejn mistenni jibqa’ sew taħt ir-rata ta’ 60% tal-ġid nazzjonali, kif jitlob il-Patt ta’ Stabbiltà tal-UE il-poter ta’ akkwist tagħhom. Kemm ir-rata tal-qgħad kif ukoll dik tal-inflazzjoni se jkunu inqas minn dawk osservati qabel l-2013, minkejja li dakinhar pajjiżna ma kienx milqut minn pandemija internaz-

zjonali bla preċedent. Il-Bank Ċentrali jbassar ukoll li l-qagħ­da finanzjarja tal-Gvern se tibda titjieb mill-2021. Minbarra hekk, il-piż tad-dejn nazzjonali mistenni jibqa’ sewwa taħt ir-rata ta’ 60% tal-ġid nazzjonali, kif mitlub mill-Patt ta’ Stabbilità tal-Unjoni Ewropea. Dan se jkun ukoll wieħed mill-inqas livelli rreġistrati fiż-Żona Ewro. It-tbassir tal-Bank Ċentrali jikkonferma l-assessjar li sar mill-aġenziji internazzjonali ta’ kreditu, kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea u l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), li kollha bassru li l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna se jkun aħjar minn dak tal-pajjiżi ta’ madwarna u li se nkunu minn tal-ewwel li nirkupraw. Dan l-istudju huwa l-ewwel wieħed li jikkwantifika bi preċiżjoni l-impatt tal-miżuri tal-Gvern u jindika kemm huma kruċjali dawn il-miżuri li għamlu tajjeb għal parti sostanzjali mid-daqqa fid-domanda internazzjonali.

VACANCIES We are looking for: Office Clerk & Road Marking Operative. Those interested to apply for this opportunity can send an email with their CV and Police Conduct to info@ roadtechmalta.com

VACANCIES We are looking for: cleaners, riggers, truck drivers, welders, carpenters and office clerks, upholsteres, steel fixer, helpers and scaffolder. Please send a letter of application curriculum vitae, two references and a police conduct to TEC Ltd on info@ tecmalta.com


08

30.08.2020

one.com.mt

€50,000 FI PROĠETT PILOTA GĦALL-ĦAŻNA TAL-ENERĠIJA Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Michael Farrugia ħabbar li minn għada se jiftħu l-applikazzjonijiet għax-xiri ta’ sistemi għall-ħażna ta’ enerġija u dan grazzi għal skema li kienet imħabbra fil-baġit u li se tidħol fis-seħħ permezz ta’ proġett pilota b’allokazzjoni ta’ €50,000. Din hi skema ġdida li se tkun qed tgħin lill-pajjiż fl-avvanz tiegħu fl-użu tal-enerġija rinnovabbli b’mod sostenibbli,

kif ukoll se tgħinu jersaq eqreb il-miri ambjentali Ewropej. Il-Ministru Michael Farrugia, waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ngħataw dettalji dwar din l-iskema, qal li qiegħed isir avvanz ieħor fl-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali tal-Gvern fis-settur tal-enerġija biex inkomplu niżguraw is-sigurtà, is-sostenibbiltà u l-affordabbiltà tal-enerġija f ’Malta. L-għan ta’ din l-iskema hu li

tiżdied il-ħażna tal-enerġija rinnovabbli fis-settur domestiku. Għaldaqstant, dawn l-iskemi se jkomplu jgħinu biex Malta tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq sorsi ta’ enerġija konvenzjonali. Din l-iskema pilota hi miftuħa għal min diġà għandu installazzjoni fotovoltajka, installata skont ir-regolamenti tal-ippjanar, hi mqabbda malgrid tal-Enemalta u m’għandux ikollha allokazzjoni attiva ta’

tariffa ‘feed-in’. Jekk l-installazzjoni fotovoltajka kienet allokata tariffa ‘feed-in’, il-perjodu garantit irid ikun skada. Il-Ministru żied jgħid li, permezz ta’ din l-iskema, il-Gvern se jkun qiegħed jirrifondi 25% tal-ispiża tat-tagħmir, sa massimu ta’ €1,000. Il-Kap Eżekuttiv tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma Marjohn Abela qal li se jkunu qed jilqgħu u jipproċessaw l-applikazzjonijiet

minn għada stess minn fuq issit www.rews.org.mt. Jekk id-domanda tal-pubbliku tkun għolja, il-Gvern jerġa’ jiftaħ l-iskema s-sena d-dieħla biex tkopri firxa akbar ta’ persuni. Il-Ministru Farrugia temm jgħid li dan il-pass se jgħin ukoll lil dawk il-familji li se jgawdu mill-għotja li tingħata taħt din l-iskema biex b’hekk ikomplu jraħħsu l-kontijiet tal-elettriku tagħhom.

ESPERJENZA VIRTWALI FIL-“VILLA TAR-REĠINA” Heritage Malta, b’kollaborazzjoni ma’ Dhalia Real Estate Services, għadha kemm nediet pjattaforma ta’ esperjenza virtwali 3D li tagħti opportunità lill-pubbliku jżur Villa Guardamangia, magħrufa wkoll bħala l-“Villa tar-Reġina”. Il-villa, li nxtrat mill-Gvern fil-5 ta’ Ġunju li għadda u ġiet fdata lill-Heritage Malta għall-konservazzjoni tagħha, hija eżempju klassiku ta’ palazz Barokk tas-sajf ta’ nofs is-Seklu 18. Il-binja, li tinsab f ’numru 49, fi Triq it-Telgħa Guardamangia, f ’Tal-Pietà, ġiet skedata fi Grad 2 mill-Awtorità tal-Ippjanar

minħabba l-valur arkitettoniku, kulturali u storiku tagħha. Villa Guardamangia għandha post speċjali fil-qalb tar-Reġina Eliżabetta II tar-Renju Unit, wara li din serviet bħala r-residenza tagħha mill-1949 sal-1951. Dak iż-żmien bħala Prinċipessa, kienet miżżewġa lill-Prinċep Philip, Duka ta’ Edinburgh, li wkoll kien stazzjonat f ’Malta bħala uffiċjal tar-Royal Navy, iservi bħala Kaptan tal-HMS Magpie ankrat fl-Isla. Villa Guardamangia, li hi l-unika proprjetà barra r-Renju Unit li serviet ta’ residenza għall-membri tal-familja rjali,

tkopri madwar 1,500 metru kwadru u tinkludi 18-il kamra, stalel, ġnien kbir, bjar, kenn għall-ħbit mill-ajru u faċilitajiet oħrajn. Il-pjattaforma virtwali ta’ 360 grad (https://heritagemalta.org/villa-guardamangia/) mhux biss isservi bħala memorja viżwali importanti tal-passat u dokumentazzjoni tal-villa fl-istat preżenti tagħha għall-ġejjieni, iżda tipprovdi wkoll aċċess għall-pubbliku ġenerali matul dan il-perjodu ta’ restawr, barra li tagħti idea privileġġata ta’ era fl-imgħoddi. Villa Guardamangia tinsab magħluqa

għall-pubbliku peress li dalwaqt jibda proċess estensiv ta’ restawr. Madankollu, membri ta’ Heritage Malta ġew mistiedna jattendu għal żjarat iggwidati organizzati esklussivament għalihom, qabel ma jibda x-xogħol. Dħul b’xejn f ’mużewijiet, traħħis fil-prezzijiet u l-opportunità li wieħed jibbukkja żjarat esklussivi huma biss ftit minn ħafna benefiċċji li tkun membru ta’ Heritage Malta (https://heritagemalta.org/membership/). L-inizjattiva ġiet sponsorjata minn Dhalia bħala parti mir-responsabbiltà soċjali u kulturali tal-kumpanija.


09

30.08.2020

one.com.mt

Ċirkewwa

San Tumas

FAĊILITAJIET U AĊĊESS TAL-OGĦLA LIVELL Tkompli minn paġna 1 Ħafna mix-xogħlijiet ta’ dawn il-proġetti jeħtieġ isiru waqt ilbnazzi tas-sajf ħalli jonqsu r-riskji tal-maltemp fuq saħħet il-ħaddiema, fuq l-istrutturi li jkunu għadhom qed jinbnew u fuq l-ambjent tal-madwar. Madankollu, dan iżżmien ta’ sħana kbira joffri wkoll sfidi tekniċi li l-kuntratturi jeħtieġ jegħlbu biex jiżguraw li x-xogħol jilħaq il-livelli ta’ kwalità li titlob Infrastructure Malta. Fi proġetti bħal dawn, il-kuntratturi jibnu mollijiet, skali u strutturi oħrajn kostali permezz ta’ blokki, ħitan u pjattaformi tal-konkos mirfudin flimkien b’oqsfa tal-azzar. Biex dawn l-istrutturi jilħqu l-livelli ta’ saħħa meħtieġa u jservu aktar fit-tul, il-kuntratturi ma jridux biss jużaw materjali tal-ogħla kwalità, iżda jaraw ukoll li s-sħana tas-sajf ma xxekkilx il-proċess li dawn il-materjali, bħal konkos, jinxfu bil-mod u jiffurmaw bl-aħjar mod. Għalhekk f ’dawn l-aħħar ġim­ għat, ħafna mix-xogħol f ’dawn il-proġetti qed isir filgħaxija, meta t-temperatura tkun ftit aktar baxxa mill-qilla tax-xemx matul il-jum. Fil-jiem li għaddew il-ħaddiema tal-proġett tal-breakwater talQrej­ten ħadmu matul il-lejl biex lestew parti oħra minn din l-istruttura ġdida fil-port ta’ Marsa­ xlokk fejn ifformaw medda twila tal-pjattaforma tal-art tal-breakwater u bnew parti mill-ħajt għoli li se jkisser il-mewġ. Il-breakwater tal-Qrejten, li joħ­ roġ mal-110 metri ’l barra (tul ta’ grawnd tal-futbol), hu proġett ta’ €4 miljun konfinanzjat mill-UE. Il-proġett issa qed ikompli bil-bini tal-istrutturi tal-breakwater ’il fuq mil-livell tal-baħar, li jinkludu ħajt għoli 2.3 metri (wave wall) man-naħa fejn jaħbat il-mewġ u travu tal-konkos mad-dawra (cope beam). Fil-ponta tal-breakwater Infrastructure Malta qed tagħmel fanal seba’ metri għoli biex jindika l-preżenza ta’ din l-istruttura lillbaħħara li jkunu fl-inħawi billejl. Proġett ieħor li se jkun qed ji-

Mġarr, Għawdex tlesta fix-xhur li ġejjin hu l-bini mill-ġdid tal-mollijiet, skali, puntuni u faċilitajiet oħrajn li jużaw is-sajjieda fil-Menqa tal-Port talImġarr, Għawdex. Il-kuntratturi tal-proġett jinsabu fl-aħħar fażijiet biex ilestu l-bini mill-ġdid tal-mollijiet kbar f ’din il-parti tal-port. Bnew ukoll żewġ skali li jinżlu filfond diversi metri taħt l-ilma u li jużaw is-sajjieda biex ivaraw bastimenti kbar u ta’ daqs medju. Fl-istess waqt, fi vjaġġ bil-baħar mill-Port il-Kbir f ’Malta, il-kuntratturi ġarrew l-erba’ puntuni ġodda li issa qed jarmawhom f ’posthom mal-mollijiet li għadhom kemm bnew. Permezz ta’ dawn il-puntuni ġodda, is-sajjieda se jkollhom mad-90 post talirmiġġ ġdid aktar milli kien hemm fuq il-puntuni ta’ qabel. Kuntratturi oħrajn ta’ Infrastructure Malta f ’dawn l-aħħar ġimgħat kienu wkoll qed jaħdmu matul il-lejl biex jagħtu l-konkos ta’ pjattaforma ġdida fuq il-moll l-antik tal-vapuri t’Għawdex, fiċ-­ Ċirkewwa. Dan il-moll twil madwar 100 metru ftit li xejn kien

għadu jintuża mill-vapuri t’Għawdex minħabba l-istat ħażin li kien fih. B’investiment ta’ €1.3 miljun, issa se jkollu gverta aktar sigura, strutturi akbar għall-fenders, bitti u slielem t’emerġenza ġodda, konnessjonijiet tal-ilma u d-drenaġġ taħt l-art għall-vapuri rmiġġati miegħu, flimkien ma’ sistema ta’ dwal aħjar. Fl-aħħar nett, bħalissa l-istess aġenzija qed twettaq żewġ proġetti oħra b’valur t’aktar minn €3.8 miljun, f ’Wied il-Għajn. Fix-xhur li għaddew, bniet mill-ġdid żewġ mollijiet fiż-żona taż-Żonqor, xtajta popolari għall-għawm mar-residenti tal-inħawi. Partijiet minn dawn il-mollijiet u l-mogħdijiet għallaċċess tagħhom kienu ċedew wara li ttieklu mill-elementi u tħallew mitluqin għal żmien twil. Ftit ’il bogħod, filBajja ta’ San Tumas, qed jinbnew mill-ġdid żewġ mollijiet twal mal50 metru kull wieħed,

wara li fis-snin li għaddew iġġarrfu u saru perikolużi għall-għawwiema, is-sajjieda, il-baħħara u persuni oħrajn li jżuru din ix-xtajta. Minbarra dawn il-ħames pro­ ġetti li mistennija jitlestew sa tmiem din is-sena, l-Aġenzija qed taħdem ukoll fuq proġetti marittimi oħrajn, bħal faċilitajiet ġodda għall-

passiġġieri tal-laneċ f ’Tas-Sliema u f ’Bormla, li se jiswew €3.5 miljun, il-proġett ta’ €55 miljun biex il-Port il-Kbir ikollu sistema ta’ shore side electricity li tnaqqas ittniġġis tal-arja mill-cruise liners u puntuni ġodda fil-Menqa ta’ Marsaxlokk, fost oħrajn.

Marsaskala


10

30.08.2020

one.com.mt

IL-BIDU TA’ 100 MIRA LABURISTA Bħala parti mill-proġett bl-isem ta’ “100 IDEA”, li ħabbar id-Deputat Mex­xej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista Daniel Micallef ġimagħtejn ilu, fl-okkażjoni taċ-ċentinarju tal-Partit li qed jitfakkar din is-sena, tnedew 10 policy fora, li flimkien mistennija jkopru l-oqsma kollha li jaffettwaw lil pajjiżna u l-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi. Tlabna l-kummenti ta’ dawk li se jkunu qed imexxu dawn il-gruppi fuq temi speċifiċi u llum qed inġibu r-reazzjonijiet tal-ekonomista Steve Ellul, Alison Zerafa Civelli u Anthony David Gatt, li se jkunu qed imexxu l-fora dwar l-ekonomija Maltija u r-raba’ rivoluzzjoni industrijali, il-ġejjieni ta’ wliedna u Malta u s-sehem tagħha fil-Mediterran, l-Ewropa u lil hinn rispettivament. Dan il-proġett, li hu miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ kulħadd, qed ikun ikkordinat mid-Deputat Mexxej Laburista stess, il-President tal-Partit Ramona Attard u l-Kap tad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew, Miriam Dalli. L-għan prinċipali hu li fl-aħħar mill-aħħar ifasslu 100 mira għall-futur ta’ dan il-pajjiż, speċi ta’ linji-gwida li jfasslu t-triq ’il quddiem għal pajjiżna u ġensu. Fl-ewwel diskors tiegħu bħala Deputat Mexxej tal-Partit erba’ ġimgħat ilu, Micallef kien stqarr li l-viżjoni tiegħu hi bbażata fuq tliet punti prinċipali. Ilpunt tat-tluq hu li l-Partit Laburista hu partit b’saħħtu, iżda wkoll b’ħafna x’jittejjeb. Stqarr li issa hu l-mument li jiġu implimentati l-bidliet li hemm bżonn. Hu ppropona kummissjoni mmexxija minn Louis Grech biex sa mhux iktar tard minn Settembru ta’ din is-sena, ir-riformi li hemm bżonn ikunu implimentati. Appella lill-fergħat tal-Partit Laburista biex imexxu l-ideat tagħhom. Micallef qal li l-kunċett ta’ moviment jeħtieġ jissaħħaħ u issa rridu nassiguraw li l-ħitan li ħattejna ma jerġgħu jitilgħu qatt. Stqarr li jrid jintbagħat messaġġ b’saħħtu li dan il-moviment huwa d-dar naturali ta’ kulħadd. Il-ġimgħa d-dieħla nkomplu b’aktar personalitajiet responsabbli minn fora oħrajn.

L-EKONOMIJA MALTIJA U R-RABA’ RIVOLUZZJONI INDUSTRIJALI Sa ftit snin ilu prodotti bħal cards bankarji, kotba elettroniċi, kameras tar-ritratti, USB sticks u GPS kienu oġġetti indispensabbli fil-ħajja ta’ kuljum għal dawk li jitqiesu bħala l-ġenerazzjoni tal-Millennials. Illum dawn l-oġġetti huma xi ħaġa tal-passat għal ħafna żgħażagħ. It-tfal tal-lum qatt mhuma se jużaw dawn il-prodotti u fi ftit snin oħra f ’għajnejhom dawn il-gadgets se jkunu bħalma għalina llum huma l-floppy disks...relikwa teknoloġika. Din l-evoluzzjoni hija eżempju żgħir imma fl-istess ħin tanġibbli, ta’ kif ir-raba’ rivoluzzjoni industrijali qiegħda taffettwa l-ekonomija u l-industrija mondjali. L-avvanz rapidu tat-teknoloġija qed iġġib bidla b’pass mgħaġġel li qatt ma esperjenzajna qabel. Mhux hekk biss, iżda l-impatt

tad-diġitalizzazzjoni qed jinħass b’mod trasversali, fis-setturi kollha tal-ekonomija globali. F’dan il-kuntest huwa importanti immens li l-ekonomiji jirreaġixxu b’mod veloċi u intelliġenti għal dawn il-bidliet. L-ekonomija Maltija għandha l-għodod neċessarji biex tadotta din it-trasformazzjoni u tilqa’ l-opportunitajiet tal-ġejjieni. Id-Diġitalizzazzjoni u s-Sostenibilità Is-settur tal-ICT huwa wieħed importanti għall-ekonomija lokali. Grazzi għal dan, il-pajjiż igawdi minn strutturi eżistenti li madwarhom jista’ jiżviluppa setturi ġodda li għandhom x’jaqsmu mat-teknoloġiji tal-futur. Internet of things, intelliġenza artifiċjali, 3D printing, robotika u r-realtà

virtwali huma kollha setturi li se jkunu qed jikkaratterizzaw l-ekonomija mondjali fil-futur qrib. Bħalhom industriji oħrajn bħall-bijoteknologija u s-cybersecurity. Bħala pajjiż irridu naċċertaw ruħna li għandna l-ekosistema neċessarja biex nattiraw fostna investituri f ’dawn l-oqsma. Hekk inkunu nistgħu nkomplu nsaħħu u niddiversifikaw l-ekonomija filwaqt li noħolqu aktar impjiegi ta’ kwalità. Id-diġitalizzazzjoni fiha nnifisha tipprovdi mhux biss opportunitajiet ta’ tkabbir ekonomiku imma wkoll potenzjal għal ekonomija aktar sostenibbli. Possibilment għall-ewwel darba, l-ekonomiji mondjali jistgħu jaspiraw għal rivoluzzjoni industrijali li mhux neċessarjament tiġi akkost ta’ impatt ambjentali negattiv. Dan hekk kif id-diġitalizzazzjoni tas-setturi ekonomiċi tista’ tkun xprun importanti għal ekonomiji aktar ħodor li jimmiraw għal ambjent dejjem aktar sostenibbli. Għalhekk id-diġitalizzazzjoni tista’ tkun kruċjali biex Malta tilħaq il-miri ambjentali tagħha sal-2050. Trasport u Mobilità L-investiment bla preċedent fit-titjib tal-infrastruttura tat-toroq Maltin huwa proġett importanti sabiex Malta tkabbar il-potenzjal ekonomiku tagħha għas-snin li ġejjin. Tajjeb li naraw li dan l-iżvilupp ikun akkumpanjat minn tfassil ta’ politika li taħseb aktar f ’mobilità effettiva. Dan sabiex verament insolvu l-problema tat-traffiku darba għal dejjem u mhux sempliċement nerġgħu nipposponu l-problema għall-ġenerazzjoni oħra, bħalma diġà sar fil-passat. Il-qalba għal vetturi elettriċi tista’ tintuża sabiex servizzi bħal car sharing isiru soluzzjonijiet aktar vijabbli għall-operaturi lokali.

minn STEVE ELLUL

Il-valur tat-turiżmu ta’ kwalità Mingħajr dubju jeżisti valur ekonomiku u soċjali qawwi f ’politika tat-turiżmu li taspira li ġġib lejn pajjiżna volumi anqas ta’ turisti imma li effettivament jonfqu aktar għal kull lejl li jagħmlu fostna. Madankollhu, it-trasformazzjoni trid issir bil-għaqal hekk kif l-istrateġija minn l-indipendenza sal-lum kienet eżattament l-oppost. Minn tkabbir ekonomiku għal prosperità akbar L-ekonomija tagħna tinsab f ’mument storiku importanti ħafna. It-tkabbir ekonomiku f ’saħħtu li rajna fl-aħħar snin flimkien ma’ dawn it-tendenzi globali jagħtuna il-flessibilità u l-opportunità li nimmanuvraw is-setturi ekonomiċi tagħna b’tali mod li fil-ġejjieni nkunu kapaċi niġġeneraw prosperità akbar. Prosperità li żżewweġ flimkien it-tkabbir ekonomiku mas-sostenibilità ambjentali u l-kwalità tal-ħajja ta’ kull waħda u wieħed minna.


11

30.08.2020

one.com.mt

IL-FUTUR TA’ WLIEDNA

F’għeluq il100 anniversarju mit-twaqqif tiegħu, il-Partit Laburista nieda l-proġett 100 IDEA. 10 Policy Fora se jiddiskutu u janalizzaw oqsma kruċjali għall-futur ta’ pajjiżna. Partit li b’ħidmietu jkompli jġib il-bidla u jattira ideat ġodda; jisma’ mingħand il-ħafna u jpoġġi d-diskussjoni politika fiċ-ċentru tal-ħidma ta’ dan il-partit – Il-partit tan-nies u għan-nies. Bħala Chairperson tal-forum “Il-Futur ta’ Wliedna”, flimkien ma’ professjonisti, membri fil-forum, parteċipanti u l-pubbliku inġenerali se nkunu qegħdin nisimgħu u nilqgħu proposti ta’ kif dan il-pajjiż jista jagħti futur isbaħ lil uliedna. X’inhuma l-isfidi ta’ wliedna u l-ġenituri tagħhom illum il-ġurnata? L-edukazzjoni f ’pajjiżna qiegħda tindirizza l-bżonnijiet tal-istudenti tagħna? Se niddiskutu t-tfal u ż-żgħażagħ, l-istu-

minn ALISON ZERAFA CIVELLI

denti b’diffikultajiet fit-tagħlim u kundizzjonijet bħall-awtiżmu u l-ADHD. Se nħarsu lejn l-edukazzjoni b’mod ħolistiku – jiġifieri nħarsu lejn l-aspett akkademiku, kulturali, sportiv, ix-xogħol tal-idejn u snajja’ u t-tagħlim online. Il-familji Maltin se jkunu wkoll fiċ-ċentru tad-diskussjoni. Kif qed jgħixu l-familji Maltin u Għawdxin? Kif nistgħu ntejbu l-ħajja tal-familji tagħna? Kif nistgħu niffaċilitaw l-aċċess għall-edukazzjoni għal dawk li huma fid-dinja tax-xogħol? X’tgħallimna mir-realtà tal-aħħar xhur fejn donnu

skoprejna kif l-edukazzjoni tista’ tiġi ffaċilitata bi platforms online? Nistgħu nagħtu l-opportunità lil dawk li jaħdmu jġibu degrees anke f ’oqsma tradizzjonali permezz ta’ online learning? Dan u aktar se jkun qed jiġi diskuss f ’dan il-forum. Dan l-eżerċizzju ma jistax jirnexxi jekk jibqa’ limitat bejn erba’ kantunieri u għaldaqstant nħeġġeg lil dawk kollha, huma ta’ liema fehma huma, li għandhom interess u jixtiequ jagħtu sehemhom biex jersqu ’l quddiem bl-ideat tagħhom. Nixtiequ nisimgħu mingħand

MALTA, SEHEMNA FL-EWROPA U LIL HINN Malta – l-infermiera tal-Mediterran, ilpont li jgħaqqad lill-Ewropa mal-Afrika, il-fruntiera tan-nofsinhar tal-Unjoni Ewropea. Dawn huma biss uħud millftit deskrizzjonijiet li ngħatat Malta tul is-snin. Illum uħud iqisu lil Malta bħala demokrazija imperfetta; hemm min jemmen li Malta verament kommessa li dejjem titbiddel għall-aħjar, waqt li hemm

min jara lil Malta bħala l-iktar ekonomija resiljenti fl-Unjoni Ewropea, innovatur leġiżlattiv u leħen għall-ugwaljanza. Iżda, li kieku lkoll, magħqudin, kellna niddeċiedu u nagħżlu tema li tiddefinixxina, liema tkun? Kif nixtiequ li nidhru mid-dinja waqt li qed niftħu l-kapitlu li jmiss tal-istorja politika tagħna? Liema hija l-Malta li nixtiequ nħallu

kulħadd, m’hemmx politika, sessi jew reliġjon. Nixtiequ l-kontribut ta’ kulħadd sabiex bl-għajnuna ta’ kulħadd l-għan ta’ dan il-proġett jintlaħaq u flimkien infasslu l-futur ta’ pajjiżna u l-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi. Dan huwa proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’ u miftuħ għal kulħadd – 100 ideja, 100 proposta għal ħajjet il-Maltin u l-Għawdxin. Din mhix sejħa biss lil dawk ta’ simpatija Laburista. Din hi sejħa lil kull Malti u Għawdxi għaliex kull wieħed minna jixtieq li wliedna jkunu aħjar minna. minn ANTHONY DAVID GATT

lill-ġenerazzjonijiet futuri f ’dinja aktar globalizzata? Dan huwa wieħed mill-iktar dibattiti ċentrali li ser niżviluppaw f ’forum li nieda l-Partit Laburista li ser jiffoka dwar is-sehem ta’ Malta fil-Mediterran, l-Ewropa u d-Dinja. Nemmen li m’għandinex inħallu l-globalizzazzjoni ttaffi mill-importanza tar-reġjuni – fil-każ ta’ Malta – is-sehem tagħha fil-Mediterran. F’sitwazzjonijiet differenti tal-istorja tagħha, Malta kellha sehem importanti fit-twettiq ta’ azzjonijiet umanitarji, għaqqdet pajjiżi Mediterranji madwar il-medja tad-diskussjoni, u tellgħet fuq l-aġenda l-liġi tal-baħar u t-tibdil fil-klima. Il-Mediterran huwa reġjun b’saħħtu fejn Malta tista’ terġa’ tmexxi mill-ġdid id-djalogu, il-paċi u t-tkabbir ekonomiku. Hemm mistoqsijiet li rridu nindirrizaw: B’liema mod Malta tista’ tikkontribwixxi f ’Unjoni Ewropea li tinsab f ’salib it-toroq? Ser nibnu kollox madwar id-djalogu jew għandna nsabbtu saqajna? Fuq livell iktar usa’, għandna nħallu lill-Unjoni Ewropea tiddefinixxi r-relazzjoni ma’ pajjiżi bħall-Istati Uniti, iċ-Ċina, ir-Russja, jew għandna niddefinixxu r-relazzjonijiet bilaterali tagħna aħna nfusna billi niddefinixxu għan aħħari. X’għandna tkun il-viżjoni tagħna għall-Afrika? Għandu jkollna preżenza iktar tanġibbli fl-Amerka Latina? Il-korp diplomatiku għandu sehem importanti biex jintlaħqu diversi għanijiet. Kif tista’ tittejjeb il-peparazzjoni

tad-diplomatiċi tagħna? Għandna nagħlqu ambaxxati li m’għandhomx importanza strateġika biex ninvestu f ’ambaxxati ikbar f ’postijiet li jistgħu jħallu iżjed frott? X’bilanċ għandu jkun hemm bejn l-ħidma konsolari u dik b’rabta mal-kummerċ? Nemmen li Malta minn dejjem kellha storja x’tirrakkonta; illum mhux b’inqas. Dan il-forum għandu l-għan li jkollu taħditiet ma’ kull min għandu viżjoni onesta għal Malta. Ser isiru numru ta’ laqgħat biex nieħdu idea aħjar dwar dak li temmnu fih intom u ser nisimgħu u nieħdu nota ta’ dak li tipproponu. L-għan aħħari ta’ dan kollu ser ikun li nippreżentaw azzjonijiet tanġibbli li Gvern b’rieda soda jista’ jwettaq biex jirrappreżenta l-viżjoni tal-poplu tiegħu bl-aħjar mod.


12

30.08.2020

IL-KEJL TAL-FAQAR Mark Musù Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali

Mhux faċli li wieħed ikejjel il-faqar f ’pajjiż. Minkejja li nħolqu diversi tipi ta’ kejl, xorta tibqa’ d-diffikultà biex tinkiseb stampa ċara abbażi ta’ kejl partikolari. Hemm dawk marbuta mal-Miri tal-Iżvilupp Sostenibbli li jiffukaw fuq il-faqar estrem, għal dawk li jiffukaw fuq faqar relattiv u ċaħda materjali. Għalhekk l-aktar indikatur użat minn aġenziji internazzjonali, speċjalment f ’pajjiżi żviluppati, huwa dak li jqis ir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali. Dan għax jiġbor fih elementi ewlenin, li għalkemm waħedhom ma jagħtux stampa sħiħa tax-xejra talfaqar, magħquda flimkien iservu ta’ indikatur importanti tal-faqar relattiv, ċjoè kif tikkumpara kull persuna f ’pajjiż mal-kumplament tal-popolazzjoni. Dawn l-indikaturi huma tlieta. Hemm dak li jqis ir-rata tar-riskju tal-faqar imsejsa fuq ċifri dwar id-dħul disponibbli tal-persuni li minnu mbagħad jinsilet id-dħul medjan ekwivalizzat nazzjonali u konsegwenzjalment il-livell (60%) li min jaqa’ taħtu jkun meqjus f ’‘riskju ta’ faqar’. Tintuża din it-terminoloġija (mhux biss mill-NSO iżda mill-Eurostat ukoll fost oħrajn) għaliex minnu nnifsu dan l-indikatur ma jimplikax jekk wieħed hux sinjur jew fqir, iżda d-dħul ekwivalizzat ta’ wieħed kif jikkompara meta mqabbel mad-dħul ekwivalizzat taċ-ċittadini l-oħra fil-pajjiż, li allura mhux neċessarjament jimplika livell ta’ għajxien baxx. Aktar ’il quddiem se nispjega xi tfisser ‘ekwivalizzat’. It-tieni element huwa dak li jqabbel kemm xhur ħadmu l-membri ta’ familja fl-età li jistgħu jaħdmu mat-total ta’ xhur li setgħu fil-fatt ħadmu. Persuna titqies li għandha intensità baxxa ta’ xogħol jekk tkun tgħix f ’familja li l-intensità ta’ ħidma tagħha tkun anqas minn rata ta’ 0.2. It-tielet element huwa dak li jqis l-għadd ta’ persuni mċaħħdin materjalment u severament. Dawn iċ-ċifri jinġabru permezz ta’ kwestjonarju li jintbagħat fid-djar u li jkun fih 9 mistoqsijiet dwar

kemm jistgħu jlaħħqu mal-ħajja. Jekk 4 mill-mistoqsijiet jitwieġbu fin-neġattiv huma jitqiesu li huma mċaħħda materjalment severament. Jekk iwieġbu 3 fin-negattiv jitqiesu mċaħħda materjalment. Fost affarijiet oħra, l-istħarriġ jgħarbel kemm familja tkun tħoss li tista’ tlaħħaq ma’ spejjeż li jfeġġu għal għarrieda, jekk tħossx li tiflaħ tħallas għal btala ta’ ġimgħa lil hinn minn darha u jekk tħossx li tiflaħ tħallas fil-ħin il-kirjiet jew il-pagamenti fuq self kif ukoll ta’ kontijiet tad-dawl u tal-ilma. Dawn iċ-ċifri jiġu aġġornati kull sena mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika permezz ta’ stħarriġ (SILC) li jsir fost residenti f ’Malta u f ’Għawdex skont kriterji mfassla mill-Unjoni Ewropea. L-aħħar ċifri ppubblikati mill-NSO kienu msejsa fuq tagħrif miġbur fl-2019 fost aktar minn 4,000 familja, iżda dawk dwar id-dħul tal-familji huma abbażi tad-dħul fl-2018. Skont dawn iċ-ċifri l-għadd ta’ persuni meqjusa f ’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali fl-2019 kien ta’ 97,000 (minn popolazzjoni ta’ 484,000) jew 20.1%. Fuq medda ta’ seba’ snin niżel minn 102,000 (minn popolazzjoni fl-2013 ta’ 429,000) jew 24%. Dan juri li filwaqt li l-popolazzjoni żdiedet b’55,000 ruħ, l-għadd ta’ persuni meqjusa f ’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali naqas b’5,000. Kieku l-popolazzjoni baqgħet kif kienet fl-2013, dan in-numru kien jinżel għal 86,000 jew tnaqqis ta’ 16,000 persuna. Dan għaliex ir-riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali effettivament naqas b’4% mill-2013 ’l hawn minn 24%

għal 20.1%. U dan ma jfissirx li l-popolazzjoni qed tikber b’nies fqar iżda l-persentaġġi msemmija jridu jinħadmu fuq popolazzjoni akbar. Tant hu hekk li fl-istess perjodu d-dħul medju disponibbli tal-familji f ’Malta żdied b’aktar minn €5,000 għal €28,500, €675 minnhom fl-2018. Din iż-żieda qawwija wasslet biex il-proporzjon tal-popolazzjoni f ’riskju ta’ faqar, jiġifieri li d-dħul ekwivalizzat tagħhom huwa anqas minn 60% tad-dħul medjan ekwivalizzat nazzjonali jew €9,212, minn sena għal oħra żdied marġinalment b’0.3% minn 16.8% għal 17.1%. X’ifisser dan? Dan ma jfissirx li fl-2019 (ibbażat fuq id-dħul fl2018) kellna 17.1% tal-popolazzjoni li kellhom dħul ta’ anqas minn €9,212 kif sfortunatament il-midja u ċerti opinjonisti jikkummentaw bi żball. Il-kejl tad-€9,212 jirreferi għall-ewwel adult fil-familja. Kull membru addizzjonali fil-familja jingħata ‘piż’ li jvarja minn 0.5 (għal persuni ta’ 14-il sena jew aktar) għal 0.3 (għal persuni taħt l-14-il sena). Mela filwaqt li l-‘piż’ ta’ persuna adulta tgħix waħidha huwa 1.0, ta’ koppja adulta huwa 1.5, ta’ single parent b’żewġt itfal żgħar huwa 1.6, ta’ koppja b’żewġt itfal żgħar huwa 2.1 u ta’ koppja b’żewġt itfal ta’ 14-il sena jew aktar huwa 2.5. Aktar ma hemm membri fil-familja, akbar se jkun il-‘piż’ mogħti. Dan ifisser li biex persuna adulta tgħix waħidha ma titqiesx f ’riskju ta’ faqar fl-2018 ried ikollha iva dħul ta’ aktar minn €9,212, iżda biex koppja adulta ma titqiesx

f ’riskju ta’ faqar id-dħul tagħha ried jaqbeż it-€13,818 (€9,212 immultiplikat b’1.5 ċjoè ekwivalizzat skont il-‘piż’ tal-famija). Bl-istess mod biex single parent b’żewġt itfal żgħar ma titqiesx f ’riskju ta’ faqar fl-2018 ried ikollha dħul li jaqbeż l-€14,739, koppja b’żewġt itfal żgħar ried ikollha dħul ta’ aktar minn €19,345 waqt li koppja b’żewġt itfal ta’ 14-il sena jew aktar ried ikollha dħul li jaqbeż it-€23,030. Altru milli dawn innies kellhom dħul ta’ anqas minn €9,212. U jekk familja ta’ 4 jew 5 jkollha dħul medju li iżda jaqa’ taħt is-60%, l-4 jew 5 membri tagħha jgħoddu kollha man-numru ta’ persuni totali (inkluż it-tfal). Il-paradoss tal-indikatur tar-riskju tal-faqar huwa li dan ma jkejjilx jekk bid-dħul imsemmi skont il-kompożizzjoni tal-familja, dawn il-familji jgħixux b’mod diċenti iżda kif it-tali dħul jikkompara mad-dħul medjan ekwivalizzat tal-popolazzjoni. Dan iwassal biex meta pajjiż ikun sejjer tajjeb u l-livell tal-għajxien f ’dak il-pajjiż b’mod ġenerali jkun qed jogħla konsistentement, miegħu jgħolli l-indikatur tas-60%. U jekk pajjiż ikun sejjer ħażin u l-livell tal-għajxien jonqos, miegħu jonqos il-livell tas-60% li jfisser li skont dan l-indikatur ikun qed jonqos ir-riskju talfaqar meta l-popolazzjoni kollha tkun sejra ħażin! Fil-fatt, kieku l-livell tal-għajxien ta’ pajjiżna baqa’ fl-istess livell tal-2013, jiġifieri meta d-dħul disponibbli medju ta’ kull persuna kien ta’ €5,000 anqas mill-2018, kieku llum hawn 42,000 persuna biss li d-dħul tagħhom ma jaqbiżx

one.com.mt

is-60%. Dan joħroġ mill-fatt li fl2013 il-linja tas-60% kienet tammonta għal €7,672 waqt li fl-2018 din telgħet għal €9,212, żieda ta’ €1,540. Dan ovvjament żdied għax żdied sostanzjalment il-livell tal-għajxien b’mod ġenerali u d-dħul disponibbli tal-familji. Tajjeb li jingħad li fl-2013 kien hawn 66,000 persuna li d-dħul ekwivalizzat tagħhom ma kienx jaqbeż is-€7,672, ċjoè 24,000 aktar milli hawn illum L-argument li spiss isir li l-ġid li qed jinħoloq mhux jasal għand kulħadd ma jreġix meta wieħed iħares lejn dik li hija ċaħda materjali. Ir-rata ta’ dawk imċaħħda materjalment niżlet minn 19.9% fl-2013 għal 8.4% s-sena l-oħra – tnaqqis ta’ aktar minn nofs flgħadd ta’ persuni għal 40,731 jew tnaqqis ta’ 11.5%. Dik li hija ċaħda materjali severa, it-tnaqqis kien qawwi wkoll. L-għadd ta’ persuni hawn niżel minn 42,200 fl-2013 għal 17,500 – tnaqqis ta’ 6.6% jew kważi 25,000 persuna. Intant l-istatistika indikat ukoll li kompla jonqos il-proporzjon ta’ familji li huma f ’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali għax mhumiex qed jaħdmu jew li jaħdmu numru limitat ta’ sigħat. Minn sena għal oħra dan naqas minn 5.5% għal 4.9%. Dan it-titjib kien dovut l-aktar għall-progress ekonomiku u finanzjarju fil-pajjiż f ’dawn l-aħħar snin li wassal għat-tkabbir fl-impjieg, speċjalment fost in-nisa, u żidiet fil-pagi u s-salarji, inkluż dik tal-paga minima nazzjonali. B’hekk, żdiedu l-opportunitajiet tax-xogħol, il-qgħad niżel għall-anqas livelli li qatt ġew reġistrati (fil-perjodu ta’ qabel il-COVID-19) u naqset sew id-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali fejn illum hemm anqas min-nofs ta’ dawk li kienu jgħixu bil-benefiċċji soċjali 7 snin ilu. L-indikaturi qed juruna li għad baqa’ xi jsir biex jintlaħaq kulħadd, speċjalment dawk ta’ ’l fuq minn 65 sena, iżda ċertament sar progress enormi fl-aħħar snin u qed jintlaħqu ferm aktar nies milli kien qed jiġri sa ftit tas-snin ilu. Dan għaliex mingħajr ma żdied il-piż tat-taxxi, issaħħu l-benefiċċji soċjali b’sostenn għall-familji u wliedhom, il-vulnerabbli, il-persuni b’diżabilità u l-pensjonanti. Ġew varati miżuri msejsa fuq il-prinċipju li bix-xogħol jaqbillek li komplew jagħtu spinta biex aktar persuni jinfatmu mid-dipendenza fuq l-għajnuna soċjali, isibu impjieg u jkollhom aktar flus disponibbli għalihom u għall-familji tagħhom. Din il-ħidma ċertament li se tkompli fis-snin li ġejjin biex aktar nies jiġu megħjuna.


13

30.08.2020

one.com.mt

IT-TFAL FIL-BŻONN TA’ RUTINA SKOLASTIKA Michael Falzon Ministru

Ħbieb, qed ngħixu fi żminijiet illi qatt ma għexna bħalhom, illi qatt ma lanqas biss ħsibna li se nesperjenzaw. Ilna kważi seba’ xhur ngħixu f ’din in-normalità ġdida, li rridu jew ma rridux kellna naddattaw għaliha. Eluf ta’ tfal u studenti kienu fost dawk illi żgur ħassew l-impatt qawwi ta’ din il-pandemija. Magħhom kellhom jadattaw il-ġenituri, jew dawk li għandhom kura tat-tfal, u l-kumplament tal-poplu kollu. F’Marzu li għadda, rajna l-iskejjel jagħlqu l-bibien tagħhom, fid-dawl tal-miżuri ta’ prevenzjoni

fl-imxija tal-COVID-19. Kulħadd kellu jadatta għal din ir-realtà ġdida, bil-Gvern joħloq sistema ta’ inċentivi finanzjarji sabiex il-ġenituri li kienu jaħdmu jkunu jistgħu jibqgħu ma’ wliedhom iddar. Dawn l-inċentivi applikaw ukoll għall-persuni vulnerabbli li ma setgħux imorru għax-xogħol, persuni bi problem mediċi kif ukoll dawk li kellhom l-impjieg tagħhom terminat minħabba

l-COVID-19. Konsegwenza ta’ xhur ’il bogħod mill-iskola, rajna numru ta’ tfal iżidu l-ħinijiet tagħhom fuq l-internet, bi ftit jew kważi xejn kuntatt fiżiku ma’ ħbieb jew persuni oħra. It-tfal stess ħassew dan in-nuqqas, xi ħaġa li turi l-importanza tal-iskejjel, li mhux biss kienu qed iservu ta’ post ta’ tagħlim, iżda anke għall-iżvilupp sħiħ tagħhom. L-iżolament tat-

tfal ħalla effett anke fuq l-istat mentali tagħhom, fejn sfortunatament uħud mit-tfal anke rrapportaw livelli għoljin t’ansjetà u stress. Illum, seba’ xhur wara l-bidu ta’ din il-pandemja, qegħdin f ’sitwazzjoni fejn irridu nerġgħu nieħdu deċiżjonijiet importanti, għallġid t’uliedna, li huma l-preżent kif ukoll il-futur ta’ pajjiżna. Deċiżjonijiet, illi mhux bilfors jistgħu ikunu l-iktar popolari, iżda jeħtieġ li jittieħdu, fl-aqwa interess ta’ kulħadd. Riċerki internazzjonali fil-fatt juru biċ-ċar il-bżonn li t-tfal jerġgħu jidħlu lura l-iskejjel, u jsegwu l-kurrikulu rispettiv tagħhom, filwaqt illi jitħalltu flimkien. Ma naffordjawx inħallu s-sistema edukattiva tagħna tikkrolla. Nafu kemm l-edukazzjoni hija ċ-ċavvetta tas-suċċess ta’ wliedna u għalhekk jeħtieġ li nassiguraw li din tibqa’ tasal għand uliedna bl-aqwa mod possibbli. Filwaqt illi nemmen illi niftħu l-iskejjel hija l-aqwa għażla, sabiex inkomplu ngawdu minn livelli għoljin t’edukazzjoni; fl-istess waqt irridu nirrikonoxxu r-riskji marbuta malftuħ tal-iskejjel.

Ninsab konvint illi l-awtoritajiet edukattivi qed jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun l-possibbiltà tat-tixrid tal-virus. L-ambjent tal-iskola jrid u qed jiġi modifikat sabiex it-tfal u l-għalliema jkunu f ’ambjent sigur. Se nesperjenzaw dawn il-bidliet flimkien, u probabilment ikollna nibdlu prattiċi minn ġimgħa għall-oħra. Jeħtieġ illi kif għamilna fixxhur li għaddew, nimxu mal-istruzzjonijiet mogħtija mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Din hija sfida ta’ kull pajjiż fid-dinja u nifhem u napprezza t-tħassib tal-ġenituri li fuq kollox jixtiequ l-aqwa u l-aħjar għal uliedhom. Fix-xhur li għaddew urejna r-reżiljenza ta’ pajjiżna, u l-istess se nerġgħu nagħmlu fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin. Irridu nżommu dejjem f ’moħħna illi l-interessi ta’ wliedna jiġu l-ewwel u qabel kollox, filwaqt illi niftakru li l-iskola fiżika hija fost l-aktar għodda kruċjali għall-iżvilupp tat-tfal tagħna. Sadanittant, ejja nibqgħu kawti għal kull żvilupp, u b’mod ħolistiku nilqgħu u nirsistu sabiex negħlbu din l-isfida.

ID-DIXXIPLINA HIJA TAJBA

Felix Busuttil Galea Kandidat

Meta dawk bħali tal-età tiegħi jiftakru fit-tfulija jew fl-adolexxenza tagħhom, jiftakru fi żminijiet meta konna nibżgħu aktar minn Alla, mill-ġenituri tagħna, min-nanna jew min-nannu, mill-awtoritajiet. U minn din ilbiża’ jitrabba r-rispett. U din il-biża’ kienet teżisti għax id-dixxiplina kienet tkun soda. Fil-karriera tiegħi tgħallimt ukoll li xejn mhu ser ikun suċċess jekk fil-proċess ta’ produzzjoni jew ta’ kreazzjoni l-qofol tal-istrateġija ma jkunx ibbażat fuq id-dixxiplina komunali u dik

tal-individwu. Dixxiplina tfisser sagrifiċċju għall-ġid komuni ta’ kulħadd u wkoll għall-benefiċċju personali. Dixxiplina tfisser għaraq u xogħol. Dixxiplina tfisser tbatija kif ukoll premju. Dixxiplina tfisser kmand lilek innifsek li ser twettaq bla tgergir imma bl-umiltà kollha. Tfisser sensiela ta’ regoli u liġijiet li qegħdin hemm mhux għax ta’ bilfors imma għax taf li ser ikunu ta’ ġid għalik, għal dawk li tħobb. Għall-ġid ta’ pajjiżek. Id-dixxiplina stretta dejjem tajba. Theodore Roosevelt fl-eqqel ta’ mumenti mudlami fl-istorja tad-dinja darba qal: “L-unika kwalità li tiddistingwi bniedem minn ieħor, iċ-ċavetta li biha tikseb kull aspirazzjoni waqt li oħrajn jibqgħu jgħumu fl-ibħra tal-medjokrità, mhix it-talent, l-edukazzjoni formali, li tkun intellettwali jew intelliġenti, imma hija l-awtodixxiplina. Bl-awtodixxiplina kollox hu possibbli. Mingħajrha anke l-iktar għan sempliċi jista’ jsir ħolma impossibbli.” Nibdew bil-liġijiet l-iktar ċivili

u sempliċi li ġew ratifikati għax dan kien bżonn nazzjonali għallġid ta’ kulħadd. Li tobdi r-regoli li jeżistu fit-triqat tagħna. Li ma tipparkjax fejn mhux permess. Li ma ssuqx bil-mobile f ’idejk u ma ssuqx eċċessiv. Li ssuq fuq il-karreġġjata ta’ ġewwa jekk qiegħed issuq bil-mod. Li min qiegħed fuq il-lemin fuq roundabout għandu d-dritt. Li nieqfu bl-iktar sensibilità meta navviċinaw zebra crossing. Liġijiet sempliċi u ta’ sens komun, però jeħtieġu dixxiplina soda. Li tobdi r-regoli għall-ħarsien tal-ambjent u tal-annimali. Tal-pjaneta tagħna. L-unika dar li għandna aħna u dawk kollha li ġejjin warajna. Li ma tarmix barra. Lanqas chewing gum jew tmiem is-sigarett. Aħseb u ara plastik jew karta jew wisq agħar skart goff, u wisq, wisq agħar fin-natura. Li tirriċikla kif ordnat. Li meta tmur fuq xi bajja tirrispettaha. Lilha u lill-baħar. Li ma tużax sabiex tarmi. Li tiġbor ilħmieġ tal-klieb tiegħek. Li ma turix moħqrija lejn l-ebda anni-

mal. Li ma tabbandunax. Jew tispara għall-gost biex telimina ħlejqa l-ġmiel tagħha li ġiet issib il-kenn fuq xtutna. U flok kenn sabet l-injoranza, il-kriminalità u l-mewt b’tiri ta’ senter li lilek tak il-permess tużah u minflok irringrazzjajt lill-Gvern, ġejt taqa’ u tqum u tajt isem inġustifikament ħażin lill-sħabek il-kaċċaturi. Li waqt dawn iż-żminijiet kiefra kważi għal kulħadd imma speċjalment għall-anzjani tagħna, is-settur tat-turiżmu, l-ospitalità u l-arti, għall-edukazzjoni ta’ wliedna – id-dixxiplina tirrifletti biss l-imħabba u r-rispett li għandu jkollna lejn xulxin. U dawn ir-restrizzjonjiet qegħdin hemm mhux biss sabiex int u jien insibu s-serħan il-moħħ imma sabiex pajjiżna ma jaqax fil-kaos. U nibqa’ nsostni li din id-dixxiplina personali u komunali mhix biżżejjed jekk tiġi ordnata minn dawk li qegħdin fl-awtorità imma li jkunu obduti u jekk ma jkunux obduti, jien nemmen f ’pieni ħorox għax hekk hemm

bżonn għal dawk li jinjoraw lil kulħadd u l-ġid tal-pajjiż. Nemmen li għalhekk pajjiżi żgħar bħal Singapore huma pajjiżi nodfa u ċivilizzati immens – jekk tarmi barra mill-karozza tiegħek speċjalment skart goff multa ta’ 10,000 dollaru u 3 snin ħabs. Il-bejgħ ta’ chewing gum (barra dak li hu kkunsidrat tajjeb għas-snien biss) huwa projbit u jekk tarmih barra, multi kbar. Aħseb u ara skart ieħor. U l-multi huma mogħtija fuq is-sit mill-ewwel minn gwardjani tal-indafa apposta. Il-multa meta taħqar annimal Singapore hi ta’ 5,000 dollaru, ħabs għal sena u ma jkollokx permess żżomm annimal ieħor għal sena oħra. Aħseb u ara li toqtol annimal protett bil-liġi. Aħna poplu li jitgħallem meta jiġi magħllem u meta tfeġġ kuxjenza, poplu li b’mod inġenerali bl-edukazzjoni naslu. U jekk hemm xi individwu li ma jridx jitgħallem, allura għandha tintuża l-għodda ta’ dixxiplina stretta. Hekk biss nistgħu nimxu iktar ’il quddiem.


14

30.08.2020

one.com.mt

KONSERVAZZJONI U PROTE MIR-RAZZETT TAL-BAGĦAL PROĠETT GĦALL-INTRODUZZJONI MILL-ĠDID TAL-BARBAĠANN JIDĦOL FIT-TIENI FAŻI TIEGĦU, FILWAQT LI QED TIĠI ESTIŻA MIXTLA GĦAL SIĠAR INDIĠENI … 2,500 PJANTA SIMILI SE JITQASSMU B’XEJN LILL-PUBBLIKU

Il-konservazzjoni ambjentali u l-protezzjoni tal-bijodiversità huma żewġ pilastri importanti ta’ ekosistema li tiffunzjona, u huwa d-dmir tagħna li ninvestu f ’dawn il-pilastri permezz ta’ inizjattivi biex nippriservaw dawn għal ġenerazzjonijiet futuri. Hekk qal il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia filwaqt li spjega li għandna niżguraw li l-patrimonju ambjentali tagħna ma jintilifx maż-żmien. Il-Ministru kien qed jindirizza konferenza stampa fir-Razzett tal-Bagħal, sit amministrat mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK), fejn tħabbar li dan is-sit se jkun qed jestendi, fost oħrajn, ix-xogħol tiegħu fuq inizjattiva li se twassal biex ikun hemm aktar għarfien fuq l-importanza tal-bijodiversità. Ir-razzett jinkludi ċentru għall-viżitaturi u ċentru għall-interpretazzjoni, b’firxa wiesgħa ta’ informazzjoni storika u naturali tal-Buskett, li tinkludi ukoll aspetti ta’ ġeomorfoloġija, idroloġija, ekoloġija u patrimonju kulturali. Kamra oħra f ’dan ir-razzett tintuża għal skopijiet edukattivi għal għadd ta’ studenti u gruppi li jżuru dan

is-sit. Din il-kamra tintuża wkoll għal għadd ta’ briefings, taħditiet, u lekċers b’temi ambjentali. Is-sit jospita wkoll il-proġett għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-barbaġann, li se jkun qed jidħol fit-tieni fażi tiegħu. L-iskop ta’ dan il-proġett huwa li jerġa’ jintroduċi l-barbaġann f ’ambjenti diversi madwar il-Gżejjer Maltin u Għawdxin permezz ta’ teknika li ntużat b’suċċess fil-passat fil-falkunerija. Dan il-proġett huwa appoġġjat mill-Fond għall-Għaqdiet Volontarji għall-Konservazzjoni ta’ Għasafar Selvaġġi. Il-Ministru ħabbar li din l-estensjoni ta’ din il-mixtla għal siġar indiġeni se sseħħ fuq art li tinsab biswit tal-imsemmi razzett. Fil-bidu tal-2020, l-FKNK flimkien mal-ACT u l-inizjattiva Saġġar, operaw mixtla fir-Razzett tal-Bagħal li rnexxielha tiżra’ 2,500 żerriegħa f ’kontenituri żgħar u li jistgħu jerġgħu jintużaw. Dawn iż-żrieragħ kienu kollha ta’ pjanti indiġeni u ġew miġbura millġnien tal-Buskett u mill-madwar. Dawn is-siġar se jiġu mqassma lill-pubbliku mingħajr ebda ħlas. “Bħala l-akbar organizzazzjoni u parti interessata f ’Malta, f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ mmaniġġjar u s-salvag-

wardja tal-kampanja rurali, il-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti­­­­ tem­­­­­­­m­en li huwa obbligu biex tħaddan proġetti ta’ konservazzjoni importanti għal-bijodiversità tagħna,” qal Lucas Micallef min-naħa talFKNK. Huwa spjega li l-proġett ta’ introduzzjoni mill-ġdid tal-barbaġann fil-kampanja Maltija ser ikun estiż u mifrux madwar il-Gżejjer tagħna fil-futur qrib kemm f ’żoni rurali kif ukoll urbani. “Ma’ dan kollu, proġett interessanti ieħor li beda aktar kmieni flimkien ma’ ACT, grazzi għall-Ministru Aaron Farrugia, ser jara estensjoni ta’ mixtla b’siġar u arbuxell indiġeni li ser ikunu mqassma b’xejn lill-membri u lill-pubbliku biex inkomplu noħolqu abitat aħjar biex jitgawda mill-pubbliku u wkoll iħaddan bijodiversità u ekosistema importanti għall-Gżejjer tagħna,” temm jgħid is-Sur Micallef.


one.com.mt

EZZJONI AMBJENTALI L FIL-BUSKETT

15

30.08.2020


16

30.08.2020

one.com.mt

STRATEĠIJA DIĠITALI GĦALL-ĠUSTIZZJA

Edward Zammit Lewis Ministru

Id-diġitalizzazzjoni hija kkunsidrata bħala mezz li toħloq iktar effiċjenza f ’għadd ta’ setturi, inkluż fil-qrati tagħna, anke biex is-sistemi ġudizzjarji jkunu aktar aċċessibbli għall-pubbliku. F’Malta, il-qalba minn sistema bbażata fuq il-karti u l-files għal sistema elettronika bdiet fis-sena 2000, bl-introduzzjoni tal-ewwel sistemi teknoloġiċi. Għaddew is-snin u d-dinja saret iktar teknoloġika. Beda jinħass il-bżonn li nagħmlu ik-

tar użu minn dawn is-sistemi. Dan wassal sabiex stakeholders differenti fis-settur ġudizzjarju bdew jieħdu għadd ta’ inizjattivi, li fil-maġġor parti tagħhom huma tajbin. Il-problema li ġiet innutata kienet li dawn l-inizjattivi kienu, tista’ tgħid, sparpaljati, u ma kinux qed jimxu ma’ strateġija waħda. B’hekk, fix-xhur li għaddew ingħata bidu għal konsultazzjoni dettaljata dwar is-sistemi diġitali fil-qasam ġudizzjarju tagħna. Il-Ministeru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza mmexxi minni, nieda proġett iffinanzjat mis-Social Reform Support Programme. Il-proġett ingħata l-isem ta’ Establishing a Digital Strategy for the Maltese Justice Sector. Nidejna b’mod uffiċjali konsultazzjoni, li qed issir bejn l-istakeholders Maltin, u l-Kunsill Ewropew, immexxija mis-CEPEJ u l-Kummissjoni Ewropea għall-Effiċjenza fil-Ġustizzja. Fil-fatt, hemm iktar minn 20 stakeholder Malti,

li jvarja mill-Ministeru nnifsu, għall-aġenziji u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu. Din il-konsultazzjoni se ddum għaddejja sena, fejn dawn se jkunu qed jagħmlu laqgħat dettaljati u tekniċi dwar x’nuqqasijiet hemm fis-sistema eżistenti, u kif nistgħu nimxu ’l quddiem. L-għan huwa li apparti li naraw x’nuqqasijiet hemm, naraw x’inizjattivi qed isiru b’mod sparpaljat, u jingħaqdu f ’kullana waħda. Dawn il-laqgħat huma intiżi li jistabbilixxu tliet objettivi, fosthom li ssir analiżi dettaljata tas-sistemi eżistenti fis-settur ġudizzjarju ta’ pajjiżna, li tara kif qed jaħdmu pajjiżi oħra Ewropej u tara x’sistemi jistgħu jiġu addattati f ’pajjiżna, u finalment li tagħmel diskussjonijiet estensivi ma’ kull stakeholder fis-settur ġudizzjarju, bil-għan li tneħħi l-parametri eżistenti fost stakeholders fl-istess settur. Fl-aħħar nett, din se tikteb dokument komprensiv dwar strateġija diġitali li għandha tiġi

segwita, flimkien ma’ pjan ta’ azzjoni għal pajjiżna. Din l-inizjattiva ttieħdet mill-Ministeru għall-Ġustizzja, wara talba uffiċjali li jinbeda dan il-proċess lura fl-2018, u waqt dan il-proċess il-konsultazzjoni ser tinfetaħ anke għall-pubbliku. Qed nara li dan il-proċess isir biex jiġi assigurat li s-settur tal-ġustizzja f ’pajjiżna jkun pari passu ma’ setturi ġudizzjarji Ewropej u Internazzjonali fejn tidħol l-applikazzjoni ta’ mezzi teknoloġiċi. Qed jinħass il-bżonn ukoll li l-istakeholders ipoġġu madwar l-istess mejda, u jitkellmu dwar il-bżonnijiet tagħhom f ’qafas regolatorju wieħed. Tajjeb li ngħid li l-istrateġija u l-konsultazzjoni ser titħallas kollha kemm hi minn fondi Ewropej. Il-Gvern Malti f ’dan l-istadju mhu ser ikun qed joħroġ xejn. Is-sena d-dieħla, il-Kunsill Ewropew se jgħaddi lill-Gvern Malti dokument sħiħ b’inizjattivi li dan għandu jimplimenta fil-ħames snin

ta’ wara. Dawn l-inizjattivi mbagħad jitħallsu mill-Gvern Malti. Jien se nibqa’ kommess li kif għamilt bir-rapport tal-Opinjoni tal-Kummissjoni Venezja, dan ir-rapport ukoll nimplimentah u nwettqu kollu kemm hu. Id-dokument li se jingħata lill-Gvern Malti s-sena d-dieħla se jkun qed jassisti lill-istakeholders biex ikunu innovattivi fil-metodi li jużaw biex idaħħlu sistemi teknoloġiċi li huma intiżi li jħaffulhom ix-xogħol tagħhom, waqt li l-pubbliku jkollu sistemi iktar aċċessibbli għas-sistemi ġudizzjarji ta’ pajjiżna. B’dan il-mod, flimkien ma’ inizjattivi oħra, se nkomplu nassiguraw li fiż-żmien li ġej dejjem se jkollna ġustizzja iktar effiċjenti u mingħajr ebda dewmien żejjed u ċ-ċittadin ikollu aċċess dejjem aktar faċli għall-ġustizzja. Wara kollox sabiex inkunu suċċess, irridu dejjem inpoġġu liċ-ċittadin fiċ-ċentru ta’ kull inizjattiva li nieħdu.

GVERN KOMMESS LEJN IS-SETTUR TAL-VOLONTARJAT

Clifton Grima Segretarju Parlamentari

Aktar kmieni dan is-sajf ħabbarna li l-għaqdiet volontarji reġistrati f ’Malta u f ’Għawdex se jibbenefikaw minn allokazzjoni ta’ €3 miljun bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar il-Gvern. Dan huwa l-akbar investiment dirett li qatt sar fis-settur tal-volontarjat li juri kemm dan il-Gvern huwa kommess li jagħti l-għajnuna kollha possibbli. U dan għaliex il-volontarjat jagħmel xogħol imprezzabbli f ’ħafna oqsma, u l-flus li allokajna għal dan il-fond, se jintefqu fis-soċjetà tagħna. L-għan tagħna huwa li nirrin-

grazzjaw lill-għaqdiet għax-xogħol impekkabbli tagħhom, u fl-istess ħin inħeġġuhom biex ikompli jaħdmu u jsaħħu dan is-settur. Bl-isfidi marbuta malCOVID-19 deħlin f ’era ġdida li fiha l-volontarjat ser ikollu rwol importanti u anke kruċjali f ’ċerti oqsma. Din ir-realtà ġabet magħha diversi sfidi f ’numru ta’ oqsma. Napprezza li l-familji u n-negozji Maltin qed jagħmlu minn kollox biex jaddattaw għal din ir-realtà ġdida filwaqt li jissalvagwardjaw is-saħħa u s-sigurtà tal-familji tagħhom. Permezz ta’ dan il-fond ser nassiguraw l-eżistenza ta’ dawn l-għaqdiet u nagħtu nifs ta’ ħajja lil dawn l-għaqdiet, u n-nies li jaħdmu fihom, li jagħmlu xogħol ammirabbli u imprezzabbli. Minħabba dan il-fatt, irrid nara li s-settur tal-volontarjat jibqa’ b’saħħtu minkejja l-isfidi li rriżultaw mill-pandemija, u li noħolqu aktar opportunitajiet għall-ġejjieni. Inħeġġeġ lill-għaqdiet biex jibdew ifasslu l-pjanijiet tagħhom u jaraw liema huma l-objettivi u l-għanijiet tal-għaqda. Fosthom, tajjeb

wieħed jara kif għandha ssir strateġija biex tinkoraġġixxi aktar individwi jipparteċipaw fil-volontarjat. Ċert li naqblu li pjanar serju huwa essenzjali. Illum il-ġurnata għandna diversi għaqdiet li jimpjegaw magħhom nies li huma speċjalizzati f ’diversi oqsma, xogħol li jikkumplimenta dak li qed jagħmel il-Gvern fis-settur soċjali. B’hekk l-ispiża rikorrenti tagħhom hija konsiderevoli. Permezz ta’ din l-għotja se ngħinu lil dawn l-għaqdiet biex ikomplu joperaw u joffru s-servizzi tagħhom li huma tant importanti għal ħafna familji. Bdejna nqassmu l-fondi lil dawk li qed jagħmlu d-differenza f ’pajjiżna. Tajjeb li nsemmi li l-għaqda volontarja, id-Dar tal-Providenza, għax kultant minħabba l-kobor tal-operat tal-istess dar ninsew li din hija għaqda volontarja, se tgawdi minn għotja ta’ aktar minn €560,000 f ’fondi mill-Operational Assistance Scheme. Din l-għotja se tgħin lid-Dar tal-Providenza sabiex ittaffi l-ispejjeż tagħha marbutin

mal-pagi tal-ħaddiema u anke tikkumpensa għan-nuqqas ta’ donazzjonijiet li rċeviet fl-isfond tal-pandemija tal-COVID-19. Matul l-aħħar xhur id-Dar tal-Providenza rat żieda fl-ispejjeż tal-operat tagħha biex tħares is-saħħa kemm tal-pazjenti kif ukoll tal-ħaddiema tagħha. Permezz ta’ din l-għotja, id-Dar ser tkompli tagħti servizz ta’ livell għoli ferm lir-residenti kif ukoll lill-komunità li tibbenefika minn dawn l-istess servizzi. Il-volontarjat jiġbor flimkien oqsma differenti li joffru esperjenzi varji u jesponu l-volontiera għall-ħiliet u l-kompetenzi li huma importanti għal ħajjitna, kemm f ’dak li huwa xogħol kif ukoll fir-relazzjonijiet tagħna ma’ dawk ta’ madwarna. Inħeġġeġ u ninkoraġġixxi lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta biex iħarsu madwarhom u jaraw kif huma wkoll jistgħu jsiru attivi fis-settur tal-volontarjat. Ċert, u qed nitkellem minn esperjenza personali, li sehem attiv f ’dan is-settur jgħin lil dak li jkun fl-iżvilupp sħiħ tiegħu bħala persuna.

U għalhekk is-settur tal-volontarjat huwa importanti – għax mhux biss joffri l-għajnuna meħtieġa, iżda jagħti sodisfazzjon lil dawk il-volontiera kollha li jagħmlu d-differenza fil-ħajja ta’ ħaddieħor. Li tagħti lura lill-komunità u tara tbissima ta’ ferħ u ringrazzjament hija xi ħaġa sabiħa immens, sodisfazzjon garantit. Il-Gvern taħt it-tmexxija talPrim Ministru Robert Abela, qed jagħmel dak kollu li jista’ biex joffri għajnuna, jiffaċilita ħajjet il-Maltin u l-Għawdxin kif ukoll dawk kollha li jinsabu residenti Malta, u li fl-aħħar mill-aħħar ikun ta’ tarka u wens għal kull wieħed u waħda minna. Ninsab fiduċjuż li l-fond ta’ €3 miljuni ser jeleva dan is-settur li jħaddan fih għaqdiet beżlin u individwi ta’ qalb kbira ħafna. Dawn huma pilastri tas-soċjetà tagħna li ħaqqhom kull rispett u tifħir. Il-Gvern huwa lest li jgħin dawn in-nies biex ikomplu f ’xogħolhom, u jħarsu ’l quddiem b’mod inkoraġġanti lejn il-futur.


17

30.08.2020

one.com.mt

TIBDIL FIL-KLIMA IT-TIELET PARTI

Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL

Wara li fl-ewwel żewġ artikli rajna x’inhu t-tibdil fil-klima u x’inhuma l-effetti tiegħu, illum ser naraw kif dan jista’ jaffettwa b’mod negattiv id-drittijiet umani tal-persuna. Għaliex it-tibdil fil-klima huwa materja ta’ drittijiet umani? It-tibdil fil-klima huwa materja ta’ drittijiet umani. Dan mhux biss minħabba l-impatt devastanti fuq it-tgawdija tal-ħajja nnifisha, imma wkoll għaliex huwa fenomenu li ħolqu l-bniedem u li jista’ jkun mitigat mill-gvernijiet – Kumi Naidoo – Segretarju Ġenerali, Amnesty International. Id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, jiżżewġu mat-tibdil fil-klima mhux biss minħabba d-devastanza tal-effetti ta’ dan tal-aħħar, iżda għaliex l-istess effetti jaffettwaw b’mod negattiv il-livell ta’ kwalità tal-ħajja tan-nies. Mhux biss, imma dawn huma wkoll ta’ theddida, kif rajna aktar qabel, għall-eżistenza tal-bniedem u l-bżonnijiet tiegħu bħal; ikel, ilma, saħħa, housing u tfulija. Iktar ma l-gvernijiet jistennew biex jieħdu miżuri realistiċi u konkreti, iktar il-problema se tkompli tikber u ssir impossibbli li tigi solvuta jew mitigata. Dan iwassal biex minflok ikollna aktar ugwaljanza fil-livell t’għejxien, nispiċċaw b’qasma ferm ikbar u inġustizzja soċjali li qatt ma tkun tista’ tiġi indirizzata. Modi kif it-tibdil fil-klima jħalli impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem Dritt li tgħix – Kollha kemm aħna għandna d-dritt li ngħixu u d-dritt li ngħixu f ’libertà u ħajja sikura. Minkejja dan, it-tibdil fil-klima qed jhedded dan kollu, flimkien mas-sigurtà ta’ miljuni ta’ ħajjiet. L-iktar eżempju ċar u klassiku huwa l-estremi li naraw minn żmien għal żmien f ’dak li huwa temp. Fl-istess waqt li jkollok pajjiż qed jegħreq, ikollok pajjiż ieħor li bir-riżorsi kollha tiegħu tat-tifi tan-nar ikun qed jipprova jikkontrolla foresti sħaħ min-nirien bla rażan. Biex nagħti eżempju konkret, it-tifun Yolanda ġewwa l-Filippini, qatel madwar 10,000 persuna lura fis-sena 2013. Fl-istess waqt, heatwave qawwija fl-Ewropa fl2003, ikkawżat il-mewt ta’ kważi 35,000 persuna. Minkejja dawn, hemm modi oħra aktar sottili li jwasslu sabiex jintilfu l-ħajjiet. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, tipprevedi li t-tibdil fil-klima se jkun kaġun ta’ 250,000 mewta oħra fis-sena bejn 2030 u l-2050 minħabba mard re-

latat mat-tibdil fil-klima, bħall-malarja, nuqqas ta’ nutrizzjoni, mard fl-imsaren u stress ikkawżat minn heatwaves. Dritt għas-Saħħa – Kollha kemm aħna għandna dritt li jkollna l-ogħla livelli ta’ standards fil-ħajja fiżika u mentali tagħna. Skont rapport tal-IPĊĊ, li għamilt referenza għalih aktar qabel, l-ikbar theddid fuq is-saħħa se jkun ġej minn riskji ta’ mikrobi u mard ieħor ikkaġunat minn heatwaves, ħruq, nuqqas ta’ nutrizzjoni, nuqqas ta’ produzzjoni ta’ ikel, tniġġis fl-ikel u fl-ilma u mard ieħor relatat ma’ tqala li jwasslu għal twelid ta’ tfal li ma jkunux jistgħu jiżviluppaw sew fiżikament u mentalment. Trawmi simli u dawk tad-diżastri naturali, se jħallu u jkunu ta’ impatt negattiv fuq il-kwalità tal-ħajja tal-bnedmin. Dan kollu se jkun qed jhedded l-eżistenza ta’ miljuni ta’ nies u mhux biss. Dan se jkun ukoll qed iċaħħad miljuni ferm ikbar, mid-dritt li jkollhom sistema ta’ saħħa diċenti, kif wieħed jistenna fiż-żminijiet tal-lum. Dritt li jkollok saqaf fuq rasek – Kull wieħed u waħda minna għandna d-dritt li jkollna livell ta’ housing adekwat. Li jkollna saqaf fuq rasna, għalina u għall-familji tagħna. Minekjja dan, it-tibdil fil-klima qiegħed jhedded ukoll dan irdritt fundamentali. Dan qed isir b’diversi modi. Kundizzjonijiet ta’ temp estremi, kif spjegajt qabel, diġà qed jeqirdu miljuni ta’ djar ta’ nies, li jispiċċaw imbagħad mifruxa, iltiema minn kollox, jistennew biss il-ħniena ta’ pajjiżi oħra biex jew jassistuhom jew jaċċettawhom f ’pajjiżhom. In-nixfa estrema wkoll tgħin għal dan għaliex naraw il-livell tal-ilma jogħla u rħula sħaħ madwar ix-xtajtiet jispiċċaw mgħarrqa darba għal dejjem. Dritt għall-ilma u għal sistema sanitarja tajba – L-ilma huwa sors li l-bniedem ma jistax jgħaddi mingħajru. Huwa dritt fundamentali ta’ kulħadd. L-ilma huwa essenzjali għall-użu domestiku kif ukoll biex inżommu livell ta’ ndafa kif meħtieġ. Però, taħlita ta’ fatturi bħal silġ li qed ikompli jdub, nuqqas ta’ xita, temperaturi ogħla u livell ogħla tal-ibħra qed juru li t-tibdil fil-klima qed jaffettwa l-kwalità tar-riżorsi tal-ilma. Diġà, biljuni ta’ nies m’għandhomx aċċess għall-ilma nadif u t-tibdil fil-klima, se jkompli jiggrava din is-sitwazzjoni. Ċikluni u għargħar se jkomplu jiddeterjoraw din is-sitwazzjoni, fejn anki l-infrastruttura nnifisha se tkun taħt pressjoni kbira. Se jkollna aktar ilma kontaminat li se jwassal biex ikollna aktar mard minn mikrobi bħal dawk li semmejt aktar ’il fuq. Min hu responsabbli għal dan kollu? Wara li poġġew dawn ir-riskji kollha fuq id-dinja, dawk responsabbli, aħna, komplejna għal snin sħaħ niddefendu għemilna u nkunu indifferenti għal dak li kien u għadu jiġri madwarna. Emminna li aħna mhux se nilħqu l-effetti devastanti ta’ xi ħaġa hekk kbira. “Exercising my ‘reasoned judgment,’ I have no doubt that the rigħt to a climate system capable of sustaining human life is fundamental to a free and ordered society” – U.S. District Judge Ann Aiken – Juliana v. United States Youth Climate Lawsuit. District of Oregon 2015.

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 20 ta’ Awwissu X’wiċċ tost hux! Bernard Grech, dak li kien kontra d-divorzju u jekk ma gidibx f ’Xarabank, lanqas biss huwa membru tal-partit darba glorjuż tagħna, diġà qiegħed jagħmilha fatta li se jirbaħlu lillKap Adrian Delia. Bilkemm mhux jippretendi li l-Kap joħroġlu mid-Dar Ċentrali biex jagħmillu l-wisgħa. Mar għand l-Awtorità tax-Xandir biex jitkellem f ’isem il-partit tagħna, meta dan fil-verità għadu mhu xejn. Imma mill-ewwel sab kappell jiġih għax l-Awtorità tax-Xandir ma riditx tiltaqa’ miegħu u bil-pulit, milli jidher, qaltlu dak li ngħidlu jien: Int għadek m’int xejn. Anzi jien ngħidlu aktar minn hekk. La int u lanqas se tkun għax in-nies, lil min jigdeb ma jafdawhx. Il-Ġimgħa, 21 ta’ Awwissu Tgħid mhux se jagħlqulu ħalqu lil Peppi Azzopardi billi neħħewlu Xarabank minn fuq TVM! Peppi qatt ma beża’ u dak li jkollu fl-istonku tiegħu jneħħih. Kif kienet tgħid in-nanna Gerit, żaqqu tesa’ ħobża imma kelma ma tesagħhiex. U m’għandu l-ebda dubju li Dun Joe Borg se joffrilu xi programm fuq l-RTK jew fuq newsbook.com biex iwassal leħnu. Ngħiduha kif inhi, kien hawn ħafna li kienu jsegwu l-programm tiegħu, fosthom Zolli li toqgħod bieb ma’ bieb ma’ Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna. U ddispjaċieha li waqqfuh għax anke fl-istudio kienet tmur ta’ spiss biex takkwista xi flixkun sapun tal-ħwejjeġ. Is-Sibt, 22 ta’ Awwissu Xejn ma għoġobni llum il-Kap Adrian Delia waqt l-intervista tas-Sibt filgħodu fuq ir-radju tagħna. Għandu jkun, innies li jiltaqa’ magħhom jgħidulu dak li jrid jisma’ u mhux ir-realtà. Jien, kull fejn immur, ftit li xejn nara nies inkwetati. Forsi inkwetati minħabba l-pandemija, iva, imma mill-bqija, għajr xi Nazzjonalist akkanit inqas minni, lil ħadd ma nisma’ jgħid li huwa inkwetat jew imdejjaq, jew ma nafx xiex. Min-naħa tiegħi, jien inkompli ma’ dawk li jgergru u jgħidu kontra l-Gvern, anke jekk naf li għalxejn, għax kulma nkun qiegħed nagħmel huwa, li nipprietka lill-konvertiti, u b’dawk biss ma nirbħux elezzjonijiet, man! Il-Ħadd, 23 ta’ Awwissu Ma nafx għalfejn Adrian Delia, Kap tal-partit darba glorjuż tagħna, qiegħed jinsisti biex jitlaqqa’ l-Parlament biex jiddiskuti l-imxija tal-COVID-19. Ngħid jien x’hemm x’tiddiskuti. F’pajjiżna qiegħed jiġri bħalma qiegħed jiġri fid-dinja kollha, allura x’hemm x’tiddiskuti? Jien tal-opinjoni li jkun aħjar jekk minflok jaħli l-ħin iparla fil-vojt fil-Parlament,

imur jiltaqa’ mat-tesserati għax bħalissa minnhom irid, man! Ara Bernard Grech tgħidx kemm qiegħed idur. Imur kull fejn jibagħtuh Lawrence Gonzi u Louis Galea għax huma l-moħħ wara l-kampanja tiegħu. It-Tnejn, 24 ta’ Awwissu Għoġbuni l-proposti li ressaq illum ilViċi Kap Robert Arrigo - li kien jaħasra nagħmel ftit xhur ma nħallasx taddawl u tal-ilma, għax kull darba li jiġi xi kont qatgħa nieħu. Anke meta mmur l-isptar u jistaqsuni jekk hux kollox jaqbel miegħi, dejjem ngħidilhom li kollox jaqbel miegħi minbarra l-kontijiet. Mhux se niddejjaq jekk il-Gvern jerġa’ jagħtina numru ta’ vouchers, għax jien u Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, gawdejna sew bihom. Tgħidx kemm morna ’l hemm u ’l hawn nieklu. U daqqa kilna ħut, daqqa kilna laħam, u ma naqsitx ikla Ċiniż, għax Ġorġ bħali, l-ikel Ċiniż iħobbu. Kellu bżonn il-Gvern jagħtina aktar minn dak li qiegħed jipproponi Robert Arrigo, man! It-Tlieta, 25 ta’ Awwissu X’wiċċ tost għandhom il-klikka ta’ Simon Busuttil, Lawrence Gonzi u Louis Galea! Bilkemm mhux jippretendu li l-Kap Adrian Delia jagħtihom iċ-ċwievet biex imexxu huma jew dan l-imbierek ta’ Bernard Grech li ma nafx minn fejn tfaċċa. Qegħdin jeħduha bi kbira għax bħala Kap tal-partit darba glorjuż tagħna qiegħed jidher fuq il-midja soċjali biex iwassal il-messaġġ tal-partit tagħna. Iridu jdaħħluha f ’moħħhom li Adrian Delia kien il-Kap tal-partit, u għadu l-Kap tal-partit. Aħna t-tesserati għażilnieh u aħna t-tesserati lilu se nerġgħu nagħżlu, jgħidu x’jgħidu Simon Busuttil, Lawrence Gonzi u Louis Galea. Lili xebgħu jibagħtuli messaġġi biex nivvota għal Bernard Grech, imma nini nini, għax lili ma jdawwarni ħadd. L-Erbgħa, 26 ta’ Awwissu Dawn it-torturi kollha ma niflaħx għalihom, man! Se ndumu nġebbduha u nkaxkru saqajna biex nivvutaw. Għandna wisq ċuċati fl-istatut li jmissna nbiddlu biex ma noqogħdux ngħaddu minn dan it-telf ta’ żmien. Fuq kollox aktar ma ndumu aktar se jkun hemm battibekki bejn il-kontestanti li għadhom mhumiex kontestanti u allura ssir aktar ħsara milli ġid. Ngħid jien, la se jikkontestaw (jekk jikkontestaw) tnejn biss mhux aħjar morna għall-votazzjoni mill-ewwel, u mela naħlu sitt ġimgħat nistennew għal due diligence, jew ma nafx x’qegħdin isejħulu. U x’se jiġri jekk it-tnejn jeħlu?! Nerġgħu nibdew mill-bidu? Kollu ħela ta’ żmien ivvintat minn Louis Galea!


18

30.08.2020

one.com.mt

IR-RELIKWI TAL-PASSJONI U SANT’ELENA Kitba ta’ CLIFFORD GALEA Kull min iħalli din id-dinja, iħalli wkoll warajh tifkiriet materjali ta’ ħajtu. Kos hux, jgħaddi ż-żmien u mmutu aħna imma l-oġġetti materjali jibqgħu hemm ifakkru x’ġara qabel, x’għamilna u min konna. Però l-oġġett materjali ma jimliex ilqlub. U għalhekk il-valur ttalħajja huwa wisq għoli. L-eżistenza ta’ raġel Lhudi, imsejjaħ Ġesù ta’ Nazaret, hija sostnuta minn evidenza storika qawwija. Imma din tqajjem il-mistoqsija. Id-diversi oġġetti assoċjati ma’ ħajtu huma verament awtentiċi? Lil hinn minn din il-mistoqsija, l-istorja tal-fdalijiet relatati mal-ħajja u l-mewt ta’ Ġesù – sew jekk awtentiċi jew foloz - hija kapitlu affaxxinanti tal-istorja Nisranija matul is-sekli, speċjalment rigward dawk li għadhom l-iktar meqjuma u famużi. Mhux kulħadd għandu l-possibilità li jivvjaġġa u jara dawn ir-relikwi li jinsabu fl-Ewropa u fil-Lvant Nofsani. Hekk kif għadna kif iċċelebrajna l-festa ta’ Sant’Elena l-Ħadd li għadda, għalkemm festa b’differenza, ħsibt li nikteb fil-qosor dwar tlieta mir-relikwi mqaddsa tal-Passjoni ta’ Ġesù li nstabu minn din l-imperatriċi qaddisa, u li għadhom ivvenerati salfuq pellegrinaġġ lejn Ġerusa- biċċiet. Mar-ritorn tagħha lum. lemm. Jingħad li kien fl-14 ta’ f ’Ruma, Elena kkonvertiet Settembru, il-jum li fih illum parti mill-palazz tagħha f ’kapIs-Salib Imqaddes issir il-festa ta’ l-Eżaltazzjoni pella, biex tospita fiha r-relikwi Darba Luteru qal li “wieħed jis- tas-Salib Imqaddes, meta sko- li minn Ġerusalemm, fosthta’ jibni dar sħiħa tal-injam jekk priet it-tliet slaleb tal-injam u om il-framment tas-salib, nofs juża r-relikwi kollha tas-salib t-tliet imsiemer f ’ġiebja qadima l-iskrizzjoni ta’ fuq is-salib u imxerrda mad-dinja kollha.” viċin il-Golgota, fejn ġie msal- t-tliet imsiemer. Illum, jinsabu fil-Bażilika ta’ Santa Croce in B’dan il-kliem, huwa ried ji- lab Kristu. Elena ddeċidiet li taqsam Gerusalemme. Fl-1629 uħud rredikola t-tradizzjoni Kattolika tal-venerazzjoni ta’ dawn l-għuda tas-salib ta’ Ġesù fi minn dawn ir-relikwi ġew trasir-relikwi u l-pellegrinaġġi lejn tliet biċċiet, biex tieħu parti feriti għall-Bażilika ta’ San Pietmagħha lura f ’Ruma, tibgħat ru li nbniet mill-Papa Urbanu postijiet fejn kienu jinsabu. Skont riċerka intensiva li saret parti Kostantinopli u tħal- VIII. Iż-żewġ partijiet l-oħra fis-seklu 19, il-fdalijiet kollha li parti Ġerusalemm. Anke magħrufa tas-Salib Imqaddes l-iskrizzjoni bil-kliem “Ġesù tas-salib li semmejt qabel, tqajammontaw għal inqas minn ta’ Nazaret, Sultan tal-Lhud,” ssmu mill-ġdid f ’relikwi iżgħar 10% tal-volum oriġinali tiegħu. kif imsemmi fl-Evanġelju ta’ u huma attwalment mifruxa L-istorja tas-Salib Imqaddes San Ġwann, inqasmet f ’żewġ mal-Ewropa kollha. Fil-passat tibda b’Kostantinu l-Kbir, l-Imperatur Ruman, iben Sant’Elena, magħruf għall-għoti tal-libertà reliġjuża lill-Insara kollha tal-imperu fis-sena 313. Sa dan iż-żmien kien hemm it-twemmin u tradizzjoni ħajja fost F’Ġerusalemm, wara s-sejba l-Insara ta’ Ġerusalemm, b’dettalji u evidenza dwar it-tislib u tas-salib minn Sant’Elena, il-pellegrini d-difna ta’ Kristu. lejn l-Art Imqaddsa tħallew ibusu l-biċċa li Kien għalhekk li Kostantinu, kienet tħalliet hemm iżda ħdejn ir-relikwa, l-ewwel imperatur mgħammed tal-istorja Rumana, ħeġġeġ lil bdew ipoġġu persuna magħrufa bħala ommu Elena - llum meqju‘staurophylax’ (kustodju tas-salib) biex ma ma bħala qaddisa kbira sew jħallix lill-pellegrini jigdmu biċċa mis-salib fil-knejjes Kattoliċi kif ukoll f ’dawk Ortodossi – biex tmur waqt li jbusuh

Is-sejba tas-Salib minn Sant’Elena

kienet prassi komuni li relikwa tinqasam fi frammenti iżgħar, għax nemmnu li anke l-iżgħar framment għandu l-istess poter sagru daqs ir-relikwa kollha. F’Ġerusalemm, wara s-sejba tas-salib minn Sant’Elena, il-pellegrini lejn l-Art Imqaddsa tħallew ibusu l-biċċa li kienet tħalliet hemm iżda ħdejn ir-relikwa, bdew ipoġġu persuna magħrufa bħala ‘staurophylax’ (kustodju tas-salib) biex ma jħallix lill-pellegrini jigdmu biċċa mis-salib waqt li jbusuh! L-Imsiemer Imqaddsa Kif ġie stabbilit liema huma ilveri msiemer, meta wieħed isib li hemm 36 ‘musmar’ madwar l-Ewropa, imma 3 minnhom biss waħħlu l-ġisem ta’ Ġesù mas-salib? Għajnuna mhux mistennija ħarġet fl-1968 minn skoperta arkeoloġika qrib Ġerusalemm. Dakinhar ġew skavati erba’ oqbra u fi tlieta minnhom instabu tliet imsiemer ħdejn il-katavri ta’ żgħażagħ, imsallba bejn is-sena 6 u l-65 A.D. Permezz ta’ eżerċizzju ġie nnutat li wħud mill-hekk imsejħa imsiemer qaddisa mhumiex ġenwini għax jew kienu twal wisq jew kienu magħmulin mill-fid-

da. Skont sorsi antiki ħafna kienet Sant’Elena li skopriet f ’Ġerusalemm it-tliet imsiemer awtentiċi tas-salib ta’ Ġesù. Waħda minnhom illum hija meqjuma fil-Bażilika Rumana tas-Santa Croce in Gerusalemme. It-tieni musmar ittieħed Kostantinopli fl-1354 minn negozjant Venezjan, Pietro Torrigiani. Il-Papa Innoċenti VI kien interessat li jakkwista din r-relikwa prezzjuża, iżda l-offerta tiegħu kienet inqas minn dik magħmula mir-rettur tal-Isptar Santa Maria Della Scala fi Siena. Peress li l-liġi tal-kanonika kienet tipprojbixxi l-kummerċ ta’ relikwi, Torrigiani ffirma att ta’ donazzjoni għall-isptar, għalkemm fir-realtà, huma ppremjawh b’mod ġeneruż ħafna ‘minn taħt il-mejda’. Id-destin tat-tielet musmar tas-salib imqaddes misjub minn Sant’Elena huwa iktar diffiċli biex jinstab. Skont Theodoru ta’ Ċiru, parti millmusmar ġie inkorporat fl-elmu ta’ Kostantinu, filwaqt li parti oħra ġiet imdewba fin-nagħla taż-żiemel tiegħu. Illum huma żewġ postijiet fejn hija meqjuma din in-nagħla tal-imperatur. L-ewwel hija f ’Carpentras fi


19

30.08.2020

one.com.mt

Relikwarju tal-musmar tas-salib ta’ Ġesù

Franza u t-tieni f ’Milan, l-Italja. Fl-1576, l-Isqof San Karlu Borromeo, figura ewlenija tal-kontra-riforma tal-Knisja Kattolika, ġarr ir-relikwa tliet darbiet mat-toroq ta’ Milan, fejn talab għat-tmiem ta’ pesta fatali. Meta spiċċat il-pesta, ma kellhomx dubju li l-musmar qaddis tas-salib ta’ Ġesù kien għamel miraklu. Il-Lanza ta’ Lonġinu Skont il-leġġenda, is-suldat Ruman, Longinus - l-isem tiegħu ġie msawwar mill-Insara talqedem - tfejjaq mill-katarretti meta wara li nifed il-kustat ta’ Ġesù mejjet fuq is-salib, parti mid-demm u l-ilma li ħarġu ġew fuq għajnejh. Wara li kkonverta, Lonġinu ġie mgħammed u miet il-mewta ta’ martri. Pellegrini li żaru l-Art Imqaddsa fl-ewwel żminijiet sat-tmien seklu, jitkellmu dwar ir-relikwa ta’ din il-lanza. L-istorja tagħha mbagħad tkompli minn Kostantinopli. Fiż-żmien ir-raba’ kruċjata, fl1204, il-Franki u l-Venezjani invadew Kostantinopli u serqu bosta relikwi, imma l-lanza tħalliet hemm. L-Imperu Latin ta’ Kostantinopli mwaqqaf mill-Kruċjati kien sikwit mhedded mill-Griegi u l-Bulgari. Għalhekk, il-ħakkiem Baldwin

Il-Bażilika ta’ Santa Croce f’Ġerusalemm

II ġie mġiegħel ibigħ l-istaffa tal-lanza ta’ Lonġinu lir-Re Louis IX ta’ Franza, sabiex jiġbor riżorsi finanzjarji biżżejjed biex jiddefendi lill-imperu tiegħu. Fid-29 ta’ Mejju 1453, Kostantinopli ġiet assedjata mill-ġdid, din id-darba mitTorok Ottomani mmexxija minn Mehmed II. Dan kien ifisser it-tmiem tal-istorja twila tal-Imperu Biżantin. Fl-1492, is-Sultan Bayerid II ippropona

ftehim lill-Papa Innoċenti VIIIli permezz tiegħu kellu jilqa’ lil Cem, ħu s-sultan, kontenditur perikoluż għat-tron Ottoman. Il-ftehim kien li l-ħu s-sultan kellu jinżamm Ruma b’rikompens għar-ritorn tal-lanza ta’ Lonġinu. Ir-relikwa waslet Ruma minn Ancona, belt Taljana fuq il-Baħar Adrijatiku u twasslet minn żewġ kardinali eminenti. Il-Papa Benedittu XIV, fis-seklu 18, kellu dubji kbar dwar l-awtentiċità ta’ din

Relikwa tas-Salib ta’ Ġesù

ir-relikwa. Huwa talab lir-Re ta’ Franza biex jibgħat l-istaffa tal-lanza Ruma biex jivverifika l-awtentiċità. Meta poġġewhom ma’ xulxin iż-żewġ biċċiet qablu flimkien perfettament. Forsi llum l-idea li nsemmu reliġjon qed issir xi ftit passiva. Bħal donnu li jekk titkellem fuq reliġjon għax int se ssir qassis jew int antikwat jew inkella moħħok fl-antikwarji. Irridu niftakru, li dak li għandna llum, inbena bil-mod il-mod snin u

snin ilu. Tista’ ma temminx, imma ma tistax ma tirrispettax twemmin ta’ dak li jkun. Kulħadd għandu d-dritt jemmen fiex jixtieq... imbagħad sta għall-persuna li tagħraf x’inhu tajjeb jew le. Il-Ħadd it-tajjeb!

Pellegrini li żaru l-Art Imqaddsa fl-ewwel żminijiet sat-tmien seklu, jitkellmu dwar ir-relikwa ta’ din il-lanza. L-istorja tagħha mbagħad tkompli minn Kostantinopli. Fiż-żmien ir-raba’ kruċjata, fl-1204, il-Franki u l-Venezjani invadew Kostantinopli u serqu bosta relikwi, imma l-lanza tħalliet hemm Relikwa tal-lanza ta’ Lonġinu


20

30.08.2020

one.com.mt

JUNIOR B WARA 25 SENA, KELLU JIEQAF MINĦABBA KUNDIZZJONI LI ĦAKMITU Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Kull bidu fih it-tmien jgħid il-Malti, u fil-fatt hekk hu. Xi minn daqqiet, jew għax il-bniedem jegħja, jew għax ikun irid xi tip ta’ bidla f ’ħajtu. Dan l-aħħar fil-fatt hekk gralu deejay lokali li warajh għandu karriera fil-muzika ta’ 25 sena. Qed nirreferi għal Junior B. Għandu 40 sena, joqgħod il-Mosta u jqis lilu nnifsu bħala bniedem li għandu kurżità f ’suġġetti differenti, b’karattru xi ftit nervuż, u xi kultant anke mistħi. Għalkemm ma’ ħafna huwa magħruf bħala Junior B, l-aktar fix-xena tal-mużika, proprjament ismu sħiħ huwa Brian Vella. Mistoqsi minn fejn nibet dan l-istage name weġibni: “Bdejt il-karriera mużikali fir-rave parties fis-sena 1995, meta kelli biss 16-il sena. Kien il-mibki ħija Desmond li ispirani nersaq lejn il-mużika techno, li minkejja li ħalliena fl-2009, kien u għadu persuna maħbub ħafna. Kienu jsejħuli ħu Desmond iż-żgħir. Barra minn hekk kien hemm żewġ deejays oħra li kien jisimhom Brian. Għalhekk kienu jsejħuli Brian għal Junior Brian,” beda jgħidli ħu Desmond iż-żgħir, b’hekk dwaru. Meta Junior B kien fl-aqwa ġie Junior B tal-karriera tiegħu bħala deejay, kien jispeċjalizza fuq mużika techno. Mitlub jgħidli kif jiddeskrivi din it-tip ta’ mużika u għaliex għażel lilha minn mużika oħra, Ili nbati mill-kundizzjoni weġibn i : ta’ smigħ imsejħa Tinnitus

mis-sena 2008. Din hija kundizzjoni li taffettwak minħabba li tkun espost għal ħafna sound għoli. Infatti diversi artisti internazzjonali jbatu minn din il-kundizzjoni. Kull min hu espost għal ħafna storbju huwa f’riskju li jbati minn Tinnitus, u b’din il-kundizzjoni tibda tisma’ tisfir kontinwu, bħal meta tkun f’xi club u l-għada tkun b’ħafna tisfir f’widnejk

iment fejn kellu jdoqq għal udjenza numeruża hawn Malta stess, iżda minħabba kundizzjonijiet ta’ saħħa li affettwawh mhux ħażin kellu jħassar kollox. Dan kellu jkun ukoll l-aħħar kunċert tiegħu għas-sena 2020. Ħallejt f ’idejh sabiex jgħidli x’ġara eżattament. “Ili nbati mill-kundizzjoni ta’ smigħ imsejħa Tinnitus mis-sena 2008. Din hija kundizzjoni li taffettwak minħabba li tkun espost għal ħafna sound għoli. Infatti diversi artisti internazzjonali jbatu minn din il-kundizzjoni. Kull min hu espost għal ħafna storbju huwa f ’riskju li jbati minn Tinnitus, u b’din il-kundizzjoni tibda tisma’ tisfir kontinwu, bħal meta tkun f ’xi club u l-għada tkun b’ħafna tisfir f ’widnejk,” spjegali Junior B. Fil-fatt sirt naf li din il-kunRiċentement kellu jħassar avveniment li dizzjoni taffettwa ħafna kantanti u artisti li jesponu ruħhom kien ser jdoqq fih f ’mużika tgħajjat fosthom Phil Ta’ min jgħid li dan Collins u Barbra Streisand. Kompla jgħidli li għalih l-aħħar, sfortunatament tħassar avven- din kienet waħda mir-raġuni-

“Kull arti hija mezz ta’ espressjoni għal kull artist. Għalija l-mużika techno hija mezz ta’ kif jien minn meta kelli 16-il sena nesprimi ruħi.” Immaġinajt li matul il-karriera tiegħu kellu esperjenzi diversi kemm hawn Malta stess, u anke barra minn xtutna. Fil-fatt, stqarr miegħi li d-deejaying lilu personali tah ħafna opportunitajiet billi daqq kemm quddiem ftit mijiet, kif ukoll sa quddiem 10,000 ruħ, kemm f ’Malta, kif ukoll barra minn xtutna. “Għadni niftakar ix-xena lokali tar-rave fil-bidu tagħha, b’hekk nista’ ngħid li rajt ġenerazzjonijiet differenti, fejn kelli x-xorti niltaqa’ ma’ artisti internazzjonali u nies li ġejjin minn kulturi differenti.”

jiet prinċipali għaliex waqaf mill-mużika fis-sena 2009 wara li kien beda kollox bħala karriera fis-sena 1995. Kien iħoss skumdità f ’widnejh wara li kien idoqq “Għal diversi snin, kuljum kont inqatta’ ħin ngħallem it-teknika ta’ deejaying, kelli programmi tar-radju, kont indoqq f ’kull tmiem il-ġimgħa kemm f ’Malta kif ukoll barra. Minħabba f ’hekk għamilt ħsara kbira lil widnejja. Għalhekk fuq parir professjonali, fis-sena 2008 bdejt innaqqas fejn indoqq. Wara l-mewt għal għarrieda ta’ ħija Desmond, fis-sena 2009, waqqaft il-karriera tiegħi. Fis-sena 2012, wara li ħafna xtaqu li nirritorna fix-xena, bdejt indoqq darba fis-sena. Wara kull darba li ndoqq, dejjem ħassejt skumdità f ’widnejja u minħabba li riċentement daqqejt aktar ta’ sikwit, widnejja reġgħet bdiet tuġgħani. Minħabba f ’hekk, flaħħar suppost performance li


one.com.mt

kelli nagħmel din is-sena kellha titħassar,” spjegali b’dispjaċir kbir fuqu. Immaġinajt li din il-kundizzjoni qed tillimitalu ħajtu biex ma jersaqx fejn hemm mużika storbjuża. Dan naturalment nimmaġina li bħal leħħa ta’ berqa ħajtu qed tkun restritta milli jersaq lejn parties, kif kien imdorri jagħmel f ’dawn l-aħħar snin. Mitlub jikkummenta dwar dan, Junior B dlonk żvela miegħi li llum il-ġurnata, il-prijoritajiet tiegħu huma differenti. “Illum jien miżżewweġ b’żewġt itfal żgħar. Nippreferi nqatta’ l-ħin tiegħi mal-familja. Minkejja li l-mużika hija parti minn ħajti, saħħti hija l-prijorità, biex b’hekk nibqa’ ngawdi lill-familja tiegħi,” stqarr miegħi. Fl-aħħar nett, Junior B xtaq iħalli messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Il-messaġġ tiegħi huwa gawdi l-mużika, imma ibqa’ b’saħħtek - ilbes l-ear plugs!” temm jgħid f ’din l-intervista.

21

30.08.2020

Għal diversi snin, kuljum kont inqatta’ ħin ngħallem it-teknika ta’ deejaying, kelli programmi tar-radju, kont indoqq f’kull tmiem il-ġimgħa kemm f’Malta kif ukoll barra. Minħabba f’hekk għamilt ħsara kbira lil widnejja. Għalhekk fuq parir professjonali, fis-sena 2008 bdejt innaqqas fejn indoqq. Wara l-mewt għal għarrieda ta’ ħija Desmond, fis-sena 2009, waqqaft il-karriera tiegħi


22

30.08.2020

one.com.mt

IL-GREMXUL FIL-GŻEJJER MALTIN Fl-artiklu tal-lum se nittrattaw rettili wieħed mid-disa’ speċi ta’ rettili tal-art li għandna fil-Gżejjer Maltin. Din hi l-gremxula. Mirrettili kollha, il-gremxula (Podarcis filfolensis) hi l-unika speċi endemika għal Malta, jiġifieri li bħalha eżatt ma tinstab imkien aktar fid-dinja. Meta nħarsu lejn l-għajdut li ntqal fuqha matul is-snin, jidher li hi l-favorita malMaltin fost ir-rettili ta’ pajjiżna. Dan probabbli minħabba l-ilwien sbieħ li jkollha fi żmien in-namur u għax il-bixra ta’ ġisimha hija pulita u misluta meta tqabbilha ma’ rettili oħra, ngħidu aħna l-wiżgħa. Il-wiżgħa hi mistkerrha wisq minħabba l-istruttura tal-ġilda tagħha u minħabba li kapaċi titla’ ma’ wċuħ lixxi, imqar ma’ ħajt imkaħħal. Dan it-tagħrif ksibtu mingħand Arnold Sciberras, li għamel studju fuq ir-rettili Maltin. Minn CHARLES B. SPITERI

Arnold, illum għadek issib Maltin li jitfixklu fid-differenza bejn wiżgħa u gremxula, u mhux l-ewwel darba li ssib lil xi ħadd jgħidlek li billejl, mas-saqaf tad-dar jew ma’ xi lampa tat-triq jara gremxula. Dan hu possibbli? Le, għax il-gremxula u l-wiżgħa għandhom jintgħarfu faċilment minn xulxin, u filwaqt li l-pali ta’ idejn il-wiżgħa jippermettulha titla’ anke ma’ wiċċ lixx, tal-gremxula jixbhu iżjed lill-pali ta’ jdejna ħlief li s-swaba’, speċjalment ta’ saqajha, huma itwal u r-raba’ saba’ hu kważi darbtejn itwal mis-swaba’ l-oħra. Id-dwiefer huma twal ħafna meta mqabbla mal-pala tal-id u tas-sieq u dan il-fatt jippermetti li l-gremxula tiġri b’dik il-veloċità enormi fix-xagħri jew fuq xi ħajt tas-sejjieħ mingħajr ma tiżloq, filwaqt li l-wiżgħa qisha titkaxkar u tiżżegleg meta tiġri ma’ xi ħajt. Fatt ieħor hu li Malta għandna żewġ speċi ta’ wiżgħat u waħda mid-differenzi ta’ bejniethom hi illi speċi minnhom għandha d-dwiefer fil-ħames swaba’ filwaqt li l-oħra għandha biss dwiefer vera fit-tielet u raba’ saba’. Il-bqija tas-swaba’ għandhom difer falz jixbah ferm li tagħna. Raġuni oħra għala mal-lampi tat-toroq insibu l-wiżgħa u mhux il-gremxula hi li din tal-aħħar toħroġ biss binhar, u l-wiżgħa toħroġ billejl peress li d-dieta tagħha tikkonsisti iżjed f ’baħrijiet u nemus li nsibuhom mal-lampi tat-toroq.

kuluri differenti? Il-kuluri tal-gremxul huma importanti fil-ħajja sesswali tagħhom. B’kuluri jgħajtu, gremxula turi li qiegħda fi żmien in-namur u f ’dażżmien tipproteġi iżjed mis-soltu t-territorju tagħha. B’dawn il-kuluri jgħajtu, il-gremxul jaraw u jagħrfu iżjed lil xulxin mill-bogħod, u jevitaw ħafna kunflitti speċjalment bejn l-irġiel. Meta l-kulur tad-dahar, ġeneralment aħdar jgħajjat bi speċi ta’ xibka sewda fuqu, ma jħallix l-effett mixtieq fuq gremxul ieħor, il-gremxul – speċjalment l-irġiel – jgħollu għonqhom biex jidher il-kulur tiegħu. Il-kulur talgħonq jiddependi mil-lokalità fejn tgħix il-gremxula. B’dan il-mod, il-gremxul jagħtu sinjali differenti skont xi jkunu jridu jikkomunikaw. L-iżjed sinjal komuni hu li jgħollu u jniżżlu rashom skont kemm huma eċitati, u jekk dawn is-sinjali kollha ma jaħdmux, issir ġlieda aggressiva li taf tieħu madwar 75 – 85 sekonda u tikkonsisti fi gdim u ġiri wara xulxin. Parti kbira mill-ġlieda hi pożi biex ibeżżgħu lil xulxin u rari jikkawżaw ġrieħi.

tajiet f ’Għawdex, isejħulu l-Gringu. L-iżjed isem popolari f ’Malta għall-gremxula kkulurita hu d-Dirbi (hawn min ukoll jgħidha Dorbi). Dan l-isem jingħad li nibet f ’Ħal Qormi u għadek issib ħafna nies jirreferu għalih hekk. Ħafna minn dawn in-nies isostnu li l-gremxula u d-dirbi mhumiex l-istess. Iżda fil-fatt id-dirbi hu gremxula bil-kuluri jgħajtu li jkollu l-gremxul tul iż-żmien tan-namur (u tul is-sena f ’postijiet fejn il-ħdura ddum fit-tul). Hu faċli li tagħraf is-sess tal-gremxul?

Ma tantx, għax anki l-maġġoranza tan-naturalisti Maltin jitfixklu, għax draw jibbażaw l-identifikazzjoni tagħhom fuq il-kuluri. Ħafna jaħsbu li r-raġel ikun kollu lwien sbieħ filwaqt li l-mara tkun ta’ lewn kannella. Dan hu żball li ntqal f ’ħafna kitbiet u ntwera wkoll f ’fotografija riċenti. F’kitba minnhom l-awtur jenfasizza li l-gremxula ta’ Kemmunett ma tkunx ta’ lewn aħdar iżda ta’ lewn iswed u kannella. Dan mhux minnu, għax il-lewn aħdar li għandJiġifieri l-ilwien joħorġuhom fi ha din il-gremxula fir-rebbiegħa m’hawnx isbaħ minnu. Probabbli żmien in-namur biss? l-kittieb qal hekk għax dejjem żar Iva. Dawn l-ilwien taw lil din dan il-post fis-sajf. l-ispeċi ismijiet differenti f ’lokalitajiet differenti ta’ Malta u Għaw- Fuq liema sess naraw dex. Biex nagħtu eżempju: fl-inħa- l-aktar lewn jgħajjat? wi ta’ Wied il-Għajn, gremxul kbir u mimli lwien sbieħ jgħidulu s-Sul- Il-gremxul Malti, fiż-żewġ sessi, tan u jgħidulu hekk għax hu l-is- jbiddel il-lewn fi żmien in-namur baħ fost dawk l-annimali li huma minn kannella għal aħdar jgħajjat meqjusa bħala tat-tkaxkir. Iżda u hu possibbli li r-raġel ikun ta’ Hu minnu li fil-gremxul naraw lejn Ħaż-Żebbuġ u f ’ħafna lokali- lewn jgħajjat iktar mill-mara, iżda

mhux dejjem ikun il-każ. Il-mara kapaċi tkun ta’ lewn ħadrani wkoll u żżomm parti territorjali iżgħar minn tar-raġel, għalkemm xorta tiddefendiha minn gremxul ieħor. Il-par jiddefendu t-territorju ta’ xulxin, iżda biss waqt in-namur u sakemm il-mara tbid. F’dan iżżmien mhux l-ewwel darba li tara par jixxemmex. Teżisti omosesswalità u kif tagħraf bejn il-gremxul? Kien hemm naturalisti li spjegawli xi forma ta’ omosesswalità. Jiddiskrivu li waqt ġlieda bejn l-irġiel, wieħed minnhom jaqbad lil ieħor minn dahru u jipprova jgħammru. Ġieli rajt ritratti u filmat ta’ dan iseħħ. Iżda minn studji li għamilt, jirriżulta li dan hu iżjed forma ta’ stupru – għax il-mara ma tħallihx – milli forma ta’ omosesswalità. Is-sessi għandhom jingħarfu mill-kobor u l-istatura tal-gremxul. Ġeneralment ir-raġel ikun ikbar mill-mara, u l-istruttura tar-ras tar-raġel ġeneralment tkun kbira u robusta filwaqt li tal-mara tkun pulita u għandha wkoll forma ta’ għonq. Wara żmien in-namur, il-kuluri jibdew ibattu, u fis-sajf isiru kważi ta’ lewn kannella. Dan hu għaliex ħafna nies miż-Żurrieq qaluli li d-dirbi joħroġ fir-rebbiegħa u l-gremxul hu tas-sajf.

ment daqs 50 sena ilu, il-gremxula spiss kienet tkun il-vittma. It-tfal kienu jagħmlu vleġeġ minn xi biċċa fergħa forma ta’ Y u magħha jwaħħlu strixxa tal-lasktu ta’ tubu tar-roti tal-karozzi u jisparawlhom biha. Kien ikun speċi ta’ wadab. Bih, it-tfal kienu jisparaw ċomb jew żrar lejn kull ħaġa li tiċċaqlaq, bħal għasafar tal-bejt, xi qatgħa ħuttaf, wiżgħat, sriep, xaħmet l-art u gremxul. Lejn Ħal Qormi speċjalment, nies li intervistajt qaluli li fi tfulithom kienu jilagħbu b’dan il-mod u l-gremxula kienet qabda prestiġjuża, għax kienet ittella’ l-iżjed punti fil-logħba, peress li diffiċli taqbadha. Kienu jsibulha l-lok fejn tħobb tixxemmex, jistaħbew u jgħassu għal meta toħroġ minn xi toqba u jippruvaw jolqtuha billi jisparawlha minn ftit metri bogħod. Kien ikollhom mewta kattiva...

U passjoni agħar minn din kienet ta’ żmien il-Ġimgħa il-Kbira meta l-gremxul kien jiġi msallab ħaj fuq salib żgħir tal-injam u jitħalla jmut fix-xemx jew jingħata n-nar ħaj. Ħafna minn dan il-gremxul imsallab kien jipprova jeħles u jispiċċa jċarrat idejh minn mal-musmar biex ftit ġranet wara jinstab mejjet minn infezzjoni jew telf ta’ demm mill-ferita. Xi kultant kien ukoll jiġi mgħallaq biex jirrappreżenta Arnold, kemm nistgħu ngħidu lil Ġuda. Ix-xaħmet l-art ma kienx jinli fl-antik, il-gremxul kellu tuża għal dan l-iskop, għax għanħajja faċli? du jdejh żgħar wisq biex issallbu, Xejn, għax jekk nieħdu l-aspett hu tqil u ma setax jiġi mgħallaq, tal-logħob krudil tat-tfal, speċjal- għax struttura ta’ għonq m’għan-


23

30.08.2020

one.com.mt

dux u l-gidma tiegħu hi b’saħħitha. Il-wiżgħa ma kinitx tintuża ħafna għax kienu jitqażżuha. Illum, ħafna jiddispjaċihom għal li għamlu fi tfulithom. Jidhirli li l-gremxul kien jinqabad ukoll b’xi ingassa, hux? Minbarra bil-wadab, it-tfal kienu spiss jaqbdu l-gremxul ħaj kif qed tgħid int, permezz tal-ingassa magħmula minn pjanta selvaġġa li tissejjaħ ħafura. Din il-ħaġa hi magħrufa sew Malta, iżda ħafna jassoċjaw il-ħafura mal-qbid tal-gremxula, u mhux tad-dirbi, gringu, eċċ. U hemm raġuni valida għala. Il-qabda tal-gremxula kienet issir hekk: Il-ħafura hi pjanta twila u rqiqa ħafna li malajr titnaddaf mill-weraq li jkollha magħha biex jibqa’ biss zokk aħdar twil. Tarf iz-zokk, l-iktar parti rqiqa tiegħu, kienet tintlewa u tintrabat b’għoqda ħafifa biex tiġi qisha ingassa. Din l-ingassa stajt tqarribha lejn ras xi gremxula li toħroġ tittawwal ’il barra minn ġo xi toqba. Mal-ingassa kien jitqiegħed ftit bżieq, li malajr jifforma bħal rita rqiqa, speċi ta’ bużżieqa tas-sapun iżda ċatta. Kif tara l-bżieq, il-gremxula tmur tilagħqu. B’naqra ħeffa kienu jdaħħlu l-ingassa f ’ras il-gremxula u bi skoss ħafif jiġbdu l-gremxula mit-toqba. Jekk ma tinqabadx sewwa, il-gremxula malajr toħroġ rasha mill-ingassa u tiżgiċċa. F’din il-‘logħba’ tissemma biss il-gremxula għax il-qabda kienet issir fis-sajf meta l-gremxul ikun bilgħatx. Fir-rebbiegħa, fi żmien innamur, it-temperatura ma tkunx daqshekk għolja u ‘d-dirbi’ ma jinqabdux bil-ħafura għax ma jkunux daqshekk bil-għatx. Anke l-ikel li tiekol il-gremxula fir-rebbiegħa jkollu iżjed kontenut ta’ ilma. Ma’ dan nistgħu nassoċjaw il-qawl ‘laħqu libbsuli l-ħafura’ u ‘ħafif daqs gremxula’. Dawn iż-żewġ qwiel ġbarthom minn Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi u l-Marsa. Kien hemm ukoll minn qalli li l-ħeffa titqabbel ma’ annimali oħra wkoll, mhux biss mal-gremxula. Xi tipi ta’ annimali jġorru magħhom is-saħta. Il-gremxula, li hi hekk ‘sinjorili’ tista’ titqies b’hekk? Il-gremxula, bħal annimali oħra, għandha sehem importanti fis-superstizzjonijiet. Filwaqt li l-wiżgħa mistkerrha u l-baħrija l-kbira tal-leblieb u l-baħrija ta’ ras ilmewt iġibu s-saħta, il-gremxula f ’ħafna lokalitajiet hi meqjusa li ġġib ir-risq, speċjalment f ’postijiet fejn mhix daqshekk abbundanti. Għal xi raġunijiet mhux daqshekk magħrufa, il-gremxul ma ssibux kullimkien. Skont studji tiegħi, in-naħa tal-irdum taż-Żurrieq tibqa’ tiela’ saċ-Ċirkewwa, jiġifieri l-irdum tal-Majjistral ta’ Malta, ma ssibx gremxul. Skont ma qaluli ħafna Melliħin, sas-snin

70 kont tara ftit gremxul fil-lokalità u din kienu jqisuha bħala risq. Illum m’għadekx issib gremxul hemmhekk ħlief forsi xi ftit li n-nies stess ippruvaw jerġgħu jintroduċu fil-ġonna tagħhom. Din ma saritx il-Mellieħa biss iżda f ’ħafna nħawi f ’Malta. Ġeneralment, meta tinqabad gremxula, jinqatgħalha denbha. Joffri xi tip ta’ superstizzjoni? L-iżjed parti ta’ ġisem il-gremxula li magħha hemm marbuta superstizzjonijiet hi d-denb. Kif inhu magħruf dawn ir-rettili, biex jiddefendu ruħhom, kapaċi jwaqqgħu biċċa minn denbhom. Id-denb jaqa’ iżda jibqa’ jferfer, biex l-għadu jintilef iħares lejh u l-gremxula tilħaq taħrab għar-refuġju tagħha. Dan id-denb jagħmel xi erba’ minuti jferfer, sakemm is-sistema tintefa weħidha u ma jiċċaqlaqx iżjed. Imbagħad wara erba’ sa sitt xhur – jiddependi miż-żmien tas-sena u t-temperatura terġa’ ttella’ ieħor. Għal xi raġuni mhux daqshekk ċara ħafna tismagħhom jgħidu li d-denb ikun qed “jidgħi”, ikun qiegħed joffendi lill-persuna jew lill-annimal li kkawża din il-ġerħa lill-gremxula, u dan issa jitfa’ saħta fuqu. Hu magħruf li fuq Filfla wieħed isib gremxul b’żewġt idnieb. X’nistgħu ngħidu li tkun ir-raġuni? Storja klassika hi l-gremxula ta’ Filfla b’żewġt idnub. Irridu niftakru kemm qalgħet bombi fuqha Filfla u l-gremxul tagħha, u min jaf kemm gremxul inqatlu jew

intlaqtu. Id-denb, f ’xi każi rari, ma jinqatax kollu mal-impatt, u s-sistema taċ-ċirkulazzjoni tibqa’ intatta. Min-naħa l-oħra, xi forma ta’ ferita xorta tkun saret fid-denb. Dan jistimula lill-ġisem li jkabbar ieħor u għalhekk jiġu qishom żewġt idnub. Ħafna drabi d-denb l-oriġinali ikun itwal minn dak li jkun għadu kemm tela’, iżda jista’ jkun li maż-żmien jiġu kważi ndaqs. Għalkemm rari ħafna, ġieli nstabu wkoll gremxul bi tlett idnub. Dan il-fenomenu ma jiġrix biss lil dawk ta’ Filfla iżda kull għamla ta’ rettili li kapaċi jwaqqa’ d-denb u għandu ċelloli apposta biex jiġġenera ieħor. Pereżempju f ’Malta dan il-fenomenu ġieli nstab ukoll fuq il-wiżgħat. Iżda din ta’ żewġt idnub jista’ jkun ukoll li għandha x’taqsam mal-kobor tal-gremxul. Il-gremxula ta’ Filfla tlaħħaq madwar 30ċm, filwaqt li ta’ Malta ma taqbiżx is-17ċm. Meta tqabbel il-ħxuna tal-ġilda taħt mikroskopju ssib li ta’ Filfla hi ħafna eħxen. Allura jista’ jkun li ħafna mid-dnub ma jinqatgħux kompletament u jilħaq jitla’ ieħor minħabba din ir-raġuni. Illum il-gremxul, u ilu mill-1992 hu protett bil-liġi bħar-rettili l-oħra kollha u ħadd ma jista’ jaqbdu, ifixklu jew joqtlu u hi tal-mistħija li għadek issib xi nies li ma tgħallmux japprezzawh. Aħna ffortunati biżżejjed li għandna din l-ispeċi li tinstab f ’ħafna popolazzjonijiet differenti li jinstabu f ’artna biss. Jekk nitilfu din ilġawhra naturali tagħna nkunu komplejna nitilfu l-identità ta’ pajjiżna.


24

30.08.2020

one.com.mt

reċensjoni tal-ktieb

IRA IL-KAŻ NUMRU 9 Sa minn tfulitha, Ira kienet tixtieq tistudja l-kriminalità. Meta kibret, uriet li kienet waħda mill-aqwa studenti, fejn xejn ma kien iżommha lura. Bdiet il-karriera tagħha fuq sieq ħażina… bl-ewwel każ tagħha jkun il-qtil ta’ membri familjari tagħha. Jiġri li, bla ma taf, tispiċċa tistudja lill-kriminal innifsu!

B’suċċess wara ieħor, Ira Broolyn issir waħda mill-aqwa investigaturi… tkisser iċ-ċrieki tal-ingann li jduru fuq it-toroq tal-flus, poter u kilba. U f ’din il-ġirja sfrenata biex tlaħħaq mal-kaċċa għall-kriminal jasal iż-żmien fejn il-kaċċatur jisfa’ fi priża!

Silta mill-ktieb Il-vuċi mwerżqa ta’ ommha flimkien malleħen mimli paniku ta’ missierha qatgħuha sitt pulzieri ’l fuq minn sodditha. Indunat li kien ġara xi ħaġa. Ħarset bil-ħatfa lejn l-arloġġ li kellha fuq il-gradenza u rat li kienu nofsillejl nieqes kwart. Tefgħet il-friex fl-art, libset l-ewwel libsa li ġiet f ’idejha u għaġġlet tara x’kien dak il-paniku kollu. Kif niżlet isfel fil-kċina sabet lil ommha b’ħass ħażin fuqha, b’missierha jxarrbilha wiċċha u żewġ pulizija, wieħed fuq kull naħa tagħha. Ira staqsiet x’kien qed jiġri u fi ftit ħin saret taf li kienu ġew jinfurmawhom bil-mewt għal għarrieda tan-nanna. Kesħet silġ, kemm għaliex in-nanna kienet għadha tbigħ is-saħħa u iżjed minn hekk, għaliex kellhom jiġu l-pulizija biex jagħtuhom din l-aħbar! Kif ommha stejqret, iddeċidew li jmorru lejn id-dar tan-nanna. Ħatfet malajr il-basket, il-kamera tar-ritratti, u ġriet fuq. Sejħet lil oħtha u fi ftit kliem spjegatilha bl-aħbar li kienu ħadu. Irħewlha lejn id-dar tan-nanna fil-karozza tal-pulizija. Bogħod ma kellhomx... Minħabba li l-familja ta’ Ira kienu jgħixu l-eqreb tan-nanna, fid-dar ma kien għadu wasal ħadd minn ħut ommha, għajr iz-ziju Franco, l-uniku wieħed li baqa’ ma żżewwiġx u li kien

jgħix ma’ ommu. Jgħix man-nanna u miegħu, kellu wieħed mill-ħbieb tal-qalb. Ira għamlitlu sinjal b’idha u mxew qajl lejn kamra oħra, biex tkun tista’ tisma’ mingħandu dak li kien għadu kemm ġara. Għafsilha jdejha bejn idejh u b’leħen imbikkem qalilha, “Xis-sebgħa ħrigt nieħu żewġ grokkijiet qabel ma jibda l-kunċert mużikali li jtellgħu hawn fil-belt kull lejlet l-ewwel tas-sena. Kif dan spiċċa, għall-ħabta tal-għaxra u nofs, inżilt mill-gallerija tat-teatru flimkien ma’ ħabibi Mauro u sellimna lil xulxin biex ninfirdu. Il-maltemp kien tal-biża’ u għalhekk stedint lil Mauro jibqa’ ġej hawn miegħi u jgħaddi l-lejl hawn magħna. Ma xtaqtux isuq siegħa sħiħa lejn daru f ’dawk is-sajjetti kollha! Hekk kif wasalt id-dar u ftaħt il-bieb, smajt bħal ħsejjes ġejjin min-naħa ta’ wara tad-dar u xi passi u ġiri. Ħsibt li kienet il-mamà u bejni u bejn ruħi staqsejt x’kien li kienet għadha ma raqditx. Ħsibt li kienet qed tibża’ mill-maltemp! Imbagħad wara li sejjaħtilha għal diversi drabi u ma weġbitnix, jien u Mauro bdejna nfittxuha mad-dar... u hawn, għażiża Ira... kieku taf x’qatgħa ħadt hekk kif dħalt fis-sodda u rajt dik ix-xena! Mistoqsija: Fi xħin Ira qamet b’ħasda?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IRA IL-KAŻ NUMRU 9. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 6 ta’ Settembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb XEHIR FIS-SKIET hija: E. BONNICI CACHIA - IL-GŻIRA

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

02

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 F’liema fażi se jkun qed jidħol il-proġett għall-introduzzjoni mill-ġdid tal-Barbaġann? Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

30.08.2020

one.com.mt

CARA KNOTT – VITTMA TA’ MIN SUPPOST KELLU JIPPROTEĠIHA PULIZIJA TAT-TRAFFIKU JWAQQAF LIN-NISA FILGĦAXIJA GĦAL “SPEZZJONI” Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Cara Evelyn Knott twieldet fil-11 ta’ Frar tal-1966 u kienet tgħix f ’El Cajon f ’Kalifornja. Hi kienet studenta fis-San Diego State University meta għebet. Dakinhar tal-għajbien tagħha, is-27 ta’ Diċembru tal1986, hi marret iżżur lill-għarus tagħha li kien ma jiflaħx u li kien jgħix f ’Escondido f ’Kalifornja. L-għajbien tagħha seħħ meta qabdet triqitha lura lejn id-dar tagħha.

Cara Knott u l-għarus tagħha

X’ġara dakinhar? Filgħaxija tas-27 ta’ Diċembru tal-1986, Knott saqet s’għand l-għarus tagħha għax kien qiegħed iħossu ma jiflaħx. Wara ż-żjara, hi qabdet triqitha lura lejn id-dar tagħha u mat-triq waqfet tagħti l-petrol lill-karozza. Beda jsir il-ħin u missier Knott beda jinkwieta għax mhux soltu li bintu tittardja u ma tavżahx. Kien għalhekk li l-qraba ta’ Knott ħarġu bilkarozzi jfittxu l-karozza tagħha għax bdew jaħsbu li forsi waqfitilha jew li kellha xi inċident. Minkejja l-isforzi, il-karozza ta’ Knott instabet l-għada mill-pulizija fi triq li ma tinfidx iżda t-tfajla ma kinitx fiha.

Wara tfittxija fil-madwar, il-pulizija sabu l-ġisem bla ħajja ta’ Cara Knott taħt pont abbandunat. Hi kellha daqqiet fuq rasha u marki madwar għonqha li wrew li ġiet fgata. Waqt l-awtopsja rriżulta li t-tfajla ġiet fgata b’ħabel u li ma kienx hemm sinjal ta’ stupru. Il-pulizija kienu mħassbin għax ma setgħux jifhmu għaliex inqatlet din it-tfajla minħabba l-fatt li fil-karozza kellha kollox u b’hekk il-motiv ma kienx wieħed ta’ serq. Suspettat wieħed Jumejn wara d-delitt, fuq it-televixin ixxandret in-

Craig Peyer

tervista ma’ pulizija tat-traffiku fejn beda javża lit-tfajliet li jkunu qed isuqu waħedhom filgħaxija biex ma jiqfux meta jwaqqafhom xi ħadd. Waqt l-intervista ngħad li min kellu xi informazzjoni dwar ilkaż ta’ Knott kellu jmur għand il-pulizija. Kif ixxandret l-intervista, il-pulizija rċevew ’il fuq minn 12-il telefonata minn tfajliet li qalu li l-pulizija li deher waqt l-intervista kien waqqafhom u ħadhom fl-istess akkwati fejn instabet il-karozza ta’ Knott. Huma qalu li l-pulizija kien dħuli iżda prova jagħmel avvanzi sesswali u li tahom fastidju. Il-pulizija tat-traffiku ma kien ħadd ħlief Craig Allen Peyer. Il-pulizija għall-bidu ma bdewx jemmnu li l-kollega tagħhom, veteran ta’ 13-il sena, kellu x’jaqsam mal-qtil ta’ Knott iżda hekk kif bdew jinvestigaw bidlu fehmithom. Waqt li Peyer kien qed jiġi interrogat, hu kellu xi grif fuq wiċċu u qal li għamilhom meta waqa’ filparkeġġ tal-għassa u ħabat wiċċu maċ-ċint. Meta kejlu ċ-ċint, il-pulizija sabu li dan ma kienx minnu għax iċ-ċint kien għoli wisq biex jaqa’ fuqu. Il-pulizija ħadu l-uniformi li kellu Peyer fuqu dakinhar tal-għajbien ta’ Knott u l-karozza tal-pulizija li kien

Il-ġuri

Il-pont imsemmi għall-familja Knott juża. Il-ħjata tal-arma li kellu fuq l-uniformi kellha ħjut partikolari, li qablu mal-ħajta li nstabet fuq il-ħwejjeġ ta’ Knott. Apparti din il-ħajta, il-pulizija sabu l-ħabel fil-bagoll li bih faga lil Knott u mit-tajers saru jafu wkoll li l-marki li kien hemm mal-art fuq ix-xena taddelitt kienu jaqblu mal-karozza tiegħu. Il-pulizija sabu wkoll qatra ta’ demm fuq iż-żarbun tal-vittma u t-tip kien dak ta’ AB, wieħed mill-aktar demm rari fl-Istati Uniti. Kumbinazzjoni, Peyer kellu d-demm tiegħu tat-tip AB. L-aħħar biċċa evidenza kienet il-ktejjeb li fuqu Peyer kien jikteb il-ħinijiet u l-karozzi li jkun waqqaf biex iħarrek. Fil-ħin li huwa maħsub li għebet Knott, Peyer kellu kitba mħassra u kitba oħra fuqha. Din kienet tispikka għax uriet li prova jimla l-ħin tad-delitt billi bidel il-ħin ta’ ċitazzjoni minnhom. Din l-evidenza kollha kontra Peyer wasslet għall-arrest tiegħu.

Fl-4 ta’ Awwissu tal-1988, Peyer instab ħati bil-qtil ta’ Cara Knott u weħel minn 25 sena sa għomor il-ħabs. Huwa maħsub li dakinhar li waqqaf lil Knott, din tal-aħħar waqfitlu u girfitu f ’wiċċu xħin prova jaqbadha. Peyer jaf beża’ li Knott tmur l-għassa tirrapportah u b’hekk taha daqqiet bittorċ fuq rasha u wara fgaha. Peyer baqa’ u għadu jiċħad sal-lum il-ġurnata li qatel lil Cara Knott. Fl-2004, Peyer intalab jagħti kampjun tad-DNA tiegħu biex jitqabbel mal-qatra demm li nstabet fuq iż-żarbun ta’ Knott iżda rrifjuta. Dan l-aġir iktar ġiegħlu jidher ħati għax li kieku ma kellux x’jaħbi kien jaċċetta t-talba tal-pulizija. Ġnien imfakkar għal Cara Knott Missier Knott, Sam, kien għamel ġnien fejn instabet il-karozza ta’ bintu bħala tifkira tagħha. Fit-30 ta’ Novembru tal-2000, Sam kien qiegħed filġnien xħin tah attakk tal-qalb u miet. Ħafna jemmnu li l-missier miet kuntent għax fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu kien viċin it-tifla tiegħu.


26

30.08.2020

one.com.mt

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

30.08.2020

one.com.mt

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 344

J. XUEREB - ŻABBAR

Bi 3 Numri 002 308 548 834 B’4 Numri 0254 0998 1063 1555 1874 1875

2341 2374 2510 2830 2871 3302 3344 3694 4209 4954 5002 5154 5167

5375 5423 5708 6624 7396 7421 7577 7634 7751 8076 8507 8564 8626

8854 8971 9064 9983 B’5 Numri 12344 14475 15376 16377 18166 22542 23872

24802 32014 34262 50230 50526 56346 58741 73408 75145 75334 78452 80084 82904

Mimdudin: wellditek (5) 6,23. Mewġa kbira 1. Kompli l-qawl: 19. Ara 18 ħafna (6) Fejn tħobb 20. Kastigi? (5) 8. Iġġieled? (9) il-qalb ...... 21. Ara 5 11. Ara 3 r-riġlejn (5) 23. Ara 6 12. Ġewwa 4. Valletta (4) 24. Ħares lejna (5) bl-Ingliż (2) 7,9. Tkun mgħassa 13. Dip tal-Info mill-gowler (5) (1,1,1) Weqfin: 9. Ara 7 Irredikola? (6) 1. Jipprova jaqbad 14. Bi 8 Numri 10. 94346 Nixtiequ (6) 15 Stagħġeb (6) il-ħut (6) 12100145 12. 98484 Iddumu (6) Ikħal (3) 2. Mamma ..... (3) 17. 24155876 16. Daniel Borg 21. Frott (3) 3,11. Tfal (5) B’6 Numri 25444058 Navarro (1,1,1) 5,21M. Mexxej ta’ 22. Xorb 54877414 18,19. Il-mara li 285176 alkoħoliku (3) ġurnal (6) 65553464 344487 66784456 730414 SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA 78546655 733404 92601951 Mimdudin: 846781 Weqfin: 846786 1.Pinta, 4.Sing, 7,16. Skada, 9.Dud, 1.Pudina, 2,18.Nidem, 3,15. 862711 10.Partit, 12.Parata, 19.Tar, 20.Bdejt, Asparagus, 5,21W. Intona, 6,11. 916302 24.Agius Gatta, 8.Karamella, 12.Pa, 13,17. Redden, 14.Atturi, 22.Twi


28

30.08.2020

one.com.mt

ĠUSTIZZJA MA’ TAD-“DAR” Editorjal

Is-sitwazzjoni degradanti tal-PN u l-finanzi tiegħu sa din il-ġimgħa għadha tqanqal il-korla ta’ min ma jifħahx jara mal-100 ħaddiem fid-Dar Ċentrali mhedda bl-impjieg u bi tnaqqis ta’ 10% mill-paga dovuta

Numru mdaqqas ta’ membri fl-istess “familja” kellhom jitkeċċew mid-“Dar”, għax l-istil ta’ ħajja li kienu draw jgħixu fih sa ftit qabel, f ’daqqa waħda, ma baqax iżjed sostenibbli. Parti kbira tad-dħul finanzjarju nixfet u dak li fadal fil-kont ma jservix biex jitma’ l-ħluq kollha, il-ħin kollu. Min ingħata permess jibqa’ kellu bilfors jaderixxi għall-għaks, inkella ma kellux alternattiva għajr li jdabbar rasu wkoll. Id-“Dar”, li kienet inbniet isbaħ u ikbar, ukoll bdiet turi sinjali tan-nuqqasijiet ġodda. Kollox beda jitmermer u jaqa’ biċċiet. Ma tistax tlum lil dawk li infiskaw meta ntebħu li l-“ġenituri” kienu ilhom jafu x’kienet is-sitwazzjoni u saħansitra konxji li, fiż-żmien tal-kumdità, kien hemm xi ħadd fosthom li kien qed jitħanżer ferm aktar minn ħaddieħor. Agħar minn hekk, ħallewh jilħaq idabbar rasu qabel l-inkwiet u llum hu paxxut bla ma ġie affettwat mir-restrizzjonijiet li kellhom jiġu imposti fid“Dar”.

L-istess ma tridx tkun xagħra f ’ġisem dawk li ġarrew l-akbar piż u tkeċċew mid-“Dar”, avolja ma kinux jaħtu wisq. Lilhom ħadd ma wissiehom b’dak li kien se jinqala’. Din is-sitwazzjoni ma tistax jekk mhux tiddeskriviha bħala r-riżultat ta’ irresponsabbiltà maġġuri, anke qabel biss tibda biex tikkunsidra li l-istess introjtu finanzjarju abbundanti msemmi ma kienx ġej minn xi bżulija jew sagrifiċċji ta’ min xtaq itej­ jeb l-għajxien tiegħu, iżda minn attività illeċita u abbuż ta’ poter. Dak hu l-mod rigressiv kif il-Partit Nazzjonalista u l-finanzi tiegħu spiċċaw sa minn tmien snin ilu. Sitwazzjoni degradanti li sa din il-ġimgħa stess għadha tqanqal il-korla ta’ min ma jiflaħx jara mal-100 ħaddiem, li fadal impjegati fid-Dar Ċentrali stess, jiġu mhedda bl-impjieg, waqt li 10% tal-paga dovuta lilhom qed tiġi wkoll imċaħħda minn ħalq il-familji tagħhom. Żgur m’għandniex biżżejjed kliem ta’ faraġ lil dawn li huma

wkoll kollegi tagħna, aktar u aktar meta, fl-istess ħin, naqraw u nisimgħu dikjarazzjonijiet ta’ provi li min kien responsabbli mid-“Dar” kien jaf li eluf kbar, jekk mhux miljuni, ta’ ewro kienu deħlin regolarment taħt skema illegali u infami, imsejħa l-JS List. Il-lista ta’ dawk responsabbli tibda l-ewwel u qabel kollox millEks Kapijiet u Eks Prim Ministri Eddie Fenech Adami u Lawrence Gonzi, flimkien ma’ Simon Busuttil, li kien għadu Viċi Kap meta s-sistema kienet obbligata tieqaf topera ladarba l-PN spiċċa fl-Oppożizzjoni u ngħalaqlu ħesrem il-vit imqabbad mas-sistema li għandha minn tattiċi Mafjużi. Dawk li sa tmien snin ilu kienu hemm fuq il-front, illum jilagħbuha li ma jafux. Imsieken!! Anzi spiċċaw jippontifikaw u jakkużaw lil kull min ma jaqbilx mal-politika tagħhom. Din l-ironija ġiet enfasizzata riċentament minn ċertu Giorgio Peresso li stqarr li, għalkemm kienu jċemplulu meta ċ-ċekk ikun għadu ma bagħtux lill-Partit fil-ħin,

in-negozju tiegħu xorta spiċċa tkisser b’vendikazzjoni minn esponenti Nazzjonalisti. Din l-istess ċorma llum tinsab kollha mdawra qaqoċċa mal-Kap prospettiv Bernard Grech, favorit li jirbaħ it-tellieqa mal-Kap attwali Adrian Delia. Imorru fejn imorru, l-istorja politika lokali se tibqa’ timmarkahom bħala tali, anke jekk jgħaddu mitt sena oħra. Terġa’, sakemm issir ġustizzja magħhom dwar din l-estorsjoni ta’ fondi pubbliċi mingħand negozjanti li kienu eliġibbli biex “jirbħu” l-kuntratti minn idejn Gvernijiet Nazzjonalisti, l-ebda Kap ġdid jew antik ma jista’ jirkupra ġieħu. Imnalla Gvern Laburista elimina l-preskrizzjoni fuq ilpolitiċi, fost ħafna liġijiet oħrajn li introduċa kontra l-korruzzjoni u favur id-demokrazija sħiħa. Fl-aħħar, forsi, issir ukoll ġustizzja ma’ kull min sofra minn taħt idej­hom: negozjanti mhedda u misruqa; ħaddiema tad-Dar Ċentrali mkeċċija wara l-2013; u l-poplu inġenerali.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.