KullĦadd_27.12.2020

Page 1

Il-Ħadd, 27 ta’ Diċembru, 2020

Ħarġa Nru 1,433

Prezz €1

L-2020 ĠABET SOLIDARJETÀ AKBAR FOSTNA

Rapport f’paġni 8 u 9

IL-BIDU GĦALL-FEJQAN Bil-wasla tal-ewwel 10,000 vaċċin kontra l-COVID-19, il-Prim Ministru Robert Abela jiddeskrivi l-ġurnata tant mistennija tal-bieraħ bħala wieħed mill-isbaħ rigali tal-Istrina lill-poplu Malti Mil-lum il-poplu Malti u Għawdxi se jibda jieħu l-vaċċin tal-Pfizer u l-BioNTech kontra l-COVID-19 bħala wieħed mill-ewwel pajjiżi fid-dinja li se jkunu qed jagħmlu dan. Wara sena twila tal-pandemija, li wkoll laqtet lil pajjiżna bħall-kumplament tad-dinja, ilbieraħ filgħodu waslet fostna l-ewwel konsenja ta’ 10,000 vaċċin b’titjira speċjali li sabet tistennieha lill-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. F’konferenza tal-aħbarijiet wara din il-wasla fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, Dr Abela ddikjara li “t-triq lura lejn in-normalità bdiet illum … illum qegħdin nagħtu wieħed mill-isbaħ rigali tal-Milied u l-Istrina lin-nies.” Akkumpanjat mid-Deputat Prim Ministru u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci, il-Prim Ministru tenna li mil-lum il-Ħadd se jkun qed jibda t-tilqim ta’ dan il-vaċċin u dan kollu se jkun qed ifisser li qed nagħtu l-isbaħ rigal lil dawk l-anzjani li għamlu tant sagrifiċċji, lil dawk vulnerabbli, lil dawk in-nanniet li ilhom ma jaraw in-neputijiet tagħhom u lil dawk in-nies li ilhom ma jaraw il-ġenituri anzjani tagħhom. Tkompli f’paġna 6

’IL FUQ MINN 200 “BAMBIN” DAN IS-SEKLU Rapport f’paġna 3

Awguri għal sena ġdida lill-qarrejja kollha tagħna mingħand l-Editur u l-istaff kollu


02

27.12.2020

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 15°C L-Inqas Temperatura: 10°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa fuq in-Nofsinhar tal-Italja, u li testendi lejn il-Libja, ser tersaq fuq il-Baħar Adrijatiku It-Temp: Pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet iżolati tax-xita, lokalment bir-ragħad, bil-buffuri tar-riħ u bis-silġ kultant Ir-Riħ: Ftit qawwi għal qawwi mill-Punent Majjistru li jsir qawwi Il-Viżibilità: Tajba minbarra tax-xita Il-Baħar: Qawwi L-Imbatt: Baxx l-aktar mill-Punent għall-Majjistral It-Temperatura tal-Baħar: 19°C

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

KUNTATT ĠENERALI

14°C UV 2

12°C

16°C UV 3

Il-Ħamis

12°C

Il-Ġimgħa

17°C UV 3

10°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

16°C UV 3

11°C

16°C UV 3

12°C

17°C UV 3

12°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IL-ĠIMGĦA 1 TA’ JANNAR

Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21225785 The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21227682 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 Mint Care Pharmacy, 5B-71 Triq Brared, Birkirkara – 21442135 Regal Pharmcay, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115 Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings, Vjal ir-Rihan, San Ġwann – 21372195 Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema – 21332243 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 Medicine Chest Pharamcy, Triq Demitriju Farrugia, Ħal Għargħur – 21422204 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja talFaqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq ilLampuka, Marsaskala – 27023322 Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk – 21651278 St. Andrew’s Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Ħal Luqa – 21820795 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21455479 Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat, Għawdex – 21566170 Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn, Għawdex – 21563617

Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21239310 National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Il-Ħamrun – 21225539 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 Mint Care Pharmacy, 5B-71 Triq Brared, Birkirkara – 21442135 Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà – 21232954 St. Andrew’s Pharmacy, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġġ – 21371062 Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535 Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 21434137 St. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Il-Mosta – 21433833 Promenade Pharmacy, Triq il-Korp tal-Pijunieri, Buġibba – 27441160 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 21802986 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura – 21807503 Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, Il-Gudja – 21676294 Remedies Pharmacy, 5, Triq Santa Katerina, L-Imqabba – 21641133 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447 Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat, Għawdex– 21551841 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem, Għawdex – 27203615


DAN IS-SEKLU TWIELDU 206 “BAMBINI” F’MALTA Fl-ewwel 20 sena ta’ dan is-seklu twieldu 206 trabi f’pajjiżna nhar il-25 ta’ Diċembru, bl-aħħar 11 jitwieldu fl-Isptar Mater Dei nhar il-Ġimgħa li għadda. Is-sitt ibniet u l-ħames subien, li raw id-dawl dan il-Milied, jingħaqdu mal-195 li kienu twieldu mill-Milied tal-2000 sa dak tas-sena li għad­ diet. Mhux magħruf ġewx irreġistrati xi trabi li twieldu fi sptarijiet privati. Għalkemm l-ammont ta’ trabi li twieldu nhar il-Ġimgħa hu fl-istess livell tal-medja tat-trabi li jitwieldu kull ġurnata oħra matul is-sena (11.4), din kienet biss ir-raba’ darba li kien hemm 11-il tarbija fil-Milied. Nhar il-Ġimgħa l-ewwel tarbija, tifel, twieldet fis-2:13 a.m. u l-aħħar waħda, tifel ukoll, fil-11:00 p.m. Fil-maġġoranza tal-Milied fl-aħħar 20 sena l-għadd tat-twelid kien sew inqas mill-medja, waqt li din inqabżet biss ħames darbiet, bir-rekord miksub fl-2018 meta twieldu 16-il tarbija. Minn tagħrif miksub joħroġ ukoll li l-inqas sena li fiha twieldu trabi nhar il-Milied fl-aħħar 20 sena kienet l-2006, meta kien hemm biss ħamsa. Skont l-aħħar pubblikazzjoni annwali mid-Direttorat għall-Informazzjoni u r-Riċerka fis-Saħħa (DHIR), li ħarġet f’Ottubru li għadda, it-twelid annwali fl-isptarijiet lokali reġgħu bdew jiżdiedu mill-2015 wara waqgħa bejn l-2000 u l-2014. It-twelid nhar il-Milied fil-perjodu 2014-2019 ukoll żdied u qabeż il-medja ta’ kull ġurnata. L-istess Direttorat jgħid li, mill-istatistika miġbura flaħħar 20 sena, jirriżulta li l-maġġoranza tat-twelid iseħħ fost nisa li għandhom aktar minn 30 sena, b’dawk taħt dik l-età qed ikomplu jonqsu sena wara oħra. It-twelid lil ommijiet ta’ nazzjonalità Maltija fl-2019 kollha kemm hi laħħaq it-72.2% meta mqabbel ma’ twelid lil ommijiet barranin, li fil-maġġoranza kienu wkoll Ewropej.

SENA

TWELID

2000

11

2001

6

2002

12

2003

8

2004

11

2005

9

2006

5

2007

12

2008

6

2009

9

2010

10

2011

7

2012

11

2013

7

2014

14

2015

10

2016

10

2017

8

2018

16

2019

13

2020

11*

*twelid fl-Isptar Mater Dei biss

03

27.12.2020


04

27.12.2020

IR-RIŻOLUZZJONIJIET TA’ BERNARD GRECH Hawn ħafna li għas-sena ġdida jfasslu r-riżoluzzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena. Proponiment li dak li jkun jibda xi ħaġa ġdida, jaqta’ xi vizzju jew iwiegħed lilu nnifsu li mas-sena l-ġdida jġib xi tip ta’ bidla fil-ħajja ta’ kuljum. Sorsi qrib id-Dar Ċentrali qalulna li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ilu sa minn meta ngħata l-inkarigu jħażżeż, jaqta’ u jerġa’ jħażżeż dak li jixtieq ibiddel fil-mixja politika tiegħu fil-Partit. Jirriżultalna li lista b’dawn ir-riżoluzzjonijiet instabet mgħaffġa sal-bieraħ stess fil-barmil tal-iskart ta’ ħdejn l-iskrivanija tiegħu. Sinjal ċar ukoll li Grech qata’ qalbu li jwettaqhom. F’dawn ir-riżoluzzjonijiet, jekk xejn, toħroġ ħaġa waħda – kemm Grech jinsab skomdu fil-pożizzjoni tiegħu bħala l-hekk imsejjaħ Kap tal-Partit u Kap tal-Oppożizzjoni. Joħroġ ċar ukoll dak li ilu jingħad filkamp politiku, li Bernard Grech m’għandux rajh f’idejh, imma qed jiġi ddettat kull pass li jagħmel mill-klikka li imbottatu ’l quddiem u għamlet minn kollox biex tqalfat lil Adrian Delia fil-ġirja għall-kariga ta’ Kap. Interessanti wkoll it-tħażżiż ma’ dawn ir-riżoluzzjonijiet. Kważi ħdejn kull waħda, f’parentesi, Grech jikteb żewġ kelmiet li għandhom tifsira kbira: “jekk iħalluni”. U x’kien qed jittama li jagħmel ġdid?

Jaqta’ xi vizzju? Jew x’tip ta’ bidla fil-ħajja politika jixtieq Grech? Dawn huma l-10 riżoluzzjonijiet li l-Kap Nazzjo­nalista jittama li jwettaq għall-2021: § Inħabbar ix-Shadow Cabinet § Ma nibqax pupazz ta’ Jason, ta’ Repubblika, ta’ Gonzi u l-klikka tagħhom § Ma nibqax maqful fid-Dar Ċentrali, imma noħroġ aktar fil-każini § Naqra sew id-diskorsi li jippreparawli ħalli ma naqax aktar għaċ-ċajt § Ma nibqax aktar negattiv fil-kritika tiegħi għal kull ma jagħmel il-Gvern § Qabel nitfa’ xi filmat fuq TikTok, niflih sew biex ma jkollhomx raġun jitmejlu bija § Ma nibqax ngħid li għandi partit magħqud § Qabel nara t-tibna ta’ ħaddieħor, niftakar fit-travu li għandi jien § Inkellem lil Casa u Metsola biex verament jaħdmu għal pajjiżna § Ngħid mea culpa, mea culpa, mea massima culpa kif inqum filgħodu u qabel norqod Mhux ta’ b’xejn li Grech għaffeġ il-karta u rmieha mal-iskart. Biex iwettaq dawn ir-riżoluzzjonijiet għandu bżonn ħafna aktar minn sempliċi xewqat. Għandu bżonn rieda soda li jagħmel dak li bi dritt jista’ jagħmel, kieku ma kellux l-ispag jiġbduh minn dawk li ħadmuh bis-sħiħ biex ipoġġuh fejn qiegħed, l-aqwa li jibqgħu jiddettaw xi jsir fil-magna tal-PN, kif qed joħroġ fiċ-ċar ġurnata wara l-oħra.

IL-ĦALLELIN IL-MIDJA NAZZJONALISTA BL-ARDIR TILMENTA LI L-GVERN MAR LURA MILL-WEGĦDA TIEGĦU LI JRODD LILL-ĦADDIEMA L-FESTI PUBBLIĊI LI NSTERQU MINN ŻMIEN GONZIPN Fl-istess jum li l-Kabinett approva emenda fil-Liġi biex kull festa nazzjonali jew pubblika, li taqa’ fi tmiem il-ġimgħa, awtomatikament tiżdied ġurnata leave lill-ħaddiema, il-midja Nazzjonalista pprovat tqarraq billi tiddikjara li Gvern Laburista kien qed jirtira l-wegħda fil-manifest tiegħu. L-emenda fl-Att dwar il-Festi Nazzjonali u l-Btajjel Pubbliċi, li għad trid tiġi approvata fil-Parlament, se tkun qed trodd dak kollu li nsteraq minn Gvern Nazzjonalista fl-2005. Meta wieħed iqis li dawn il-btajjel pubbliċi bdew jingħataw lura lill-ħaddiema kollha fl-2018, dan ifisser li bejn l-2005 u l-2017, bil-miżura anti-soċjali li kien daħħal Gvern Nazzjonalista l-ħaddiema milqutin spiċċaw insterqu b’aktar minn 50 ġurnata leave b’kollox. F’rapport li xandarna f’Novembru li għadda, żvelajna li meta timmultiplika dan bin-numru ta’ ħaddiema f’pajjiżna u l-paga li kienu jirċievu, is-somma totali tilħaq u probabbli taqbeż it-€300 miljun. Dawn il-flus (u anke l-ħin liberu) misruqa bdew jingħataw lura lill-ħaddiema minn Gvern Laburista mill-aħħar sentejn ’l hawn u, bil-Baġit tal-2021, il-ħaddiema huma garantiti li l-btajjel pubbliċi kollha li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa

jiżdiedu mal-ġranet tal-leave kull sena. Minflok, nhar it-Tnejn il-midja uffiċjali tal-Partit, li sfaċċatament seraq fid-dawl tax-xemx lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin, stqarret li dak li kien imwiegħed fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista issa jirriżulta bħala “duħħan biss”. Il-Baġit 2021 effettivament se jkun qed jimplimenta l-wegħda elettorali b’mod sħiħ li l-btajjel pubbliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa jiġu kkumpensati b’żieda korrispondenti man-numru ta’ ġranet leave li kull ħaddiem igawdi minnhom kull sena billiġi. Din il-wegħda elettorali kienet saret fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista fl2017 u bdiet titwettaq minnufih fl-2018 billi kull sena tiżdied btala pubblika minn dawk li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa u li tagħha l-ħaddiema jingħataw ġurnata leave addizzjonali. B’għaqal, intgħażel dan il-metodu gradwali biex min iħaddem ma jkunx mgħobbi b’piżijiet żejda li ma jkunx jiflaħ għalihom. Meta l-Gvern Nazzjonalista, immexxi minn Lawrence Gonzi, kien seraq dawn ilġranet ta’ leave lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin bil-miżu-

Meta l-Gvern Nazzjonalista, immexxi minn Lawrence Gonzi, kien seraq dawn il-ġranet ta’ leave lill-ħaddiema Maltin u Għawdxin bil-miżura rigressiva tiegħu 15-il sena ilu, kienet inġiebet l-iskuża li b’hekk kien se jżid il-produttività fil-pajjiż


05

27.12.2020

JGĦAJTU GĦALL-ĠUSTIZZJA!

ra rigressiva tiegħu 15-il sena ilu, kienet inġiebet l-iskuża li b’hekk kien se jżid il-produttività fil-pajjiż. Mhux biss dan qatt ma rriżulta, iżda wara kampanja ta’ kritika mmexxija primarjament mill-General Workers’ Union (GWU), pajjiżna ġie kkundannat mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO). Il-Gvern Nazzjonalista, iżda, ma kienx aċċetta r-rakkomandazzjoni ta’ dan l-organu dinji biex jirtira d-deċiżjoni unilaterali tiegħu. Hu kkalkulat li kull sena jkun hemm medja ta’ erba’ btajjel pubbliċi li jaqgħu fi

tmiem il-ġimgħa, kultant inqas u kultant iżjed ukoll. Tajjeb li jingħad, iżda, li fl-2021 se jkun hemm tliet btajjel pubbliċi li se jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa. Għaldaqstant, il-ħaddiema se jgawdu minn tlett ijiem addizzjonali ta’ leave mal-24 ġurnata li jgawdu bil-liġi. Fl-2022 se jerġgħu jkunu erbgħa l-btajjel pubbliċi li jaqgħu fi tmiem ilġimgħa, waqt li fl-2023 se jkun biss tnejn. In-numru se jiżdied għal sitta fl-2024, allura f’dik is-sena l-ħaddiema se jgawdu minn 192 siegħa normali u 48 siegħa oħrajn magħdudin magħhom, għal total ta’ 240 siegħa jew 30

ġurnata. Fil-fatt b’kollox hemm 14-il btala pubblika li minnhom kull sena jaqgħu minn minimu ta’ tnejn sa massimu ta’ sitta fi tmiem il-ġimgħa. Fl-istqarrija maħruġa mill-Ministru fl-Uffiċċju talPrim Ministru Carmelo Abela jingħad li bl-emenda se tkun qed jitreġġa’ lura dak li Gvern Nazzjonalista ħataf unilateralment fl-2005 meta b’emenda oħra kien intilef id-dritt li meta festa nazzjonali jew btala pubblika taħbat is-Sibt jew il-Ħadd, dik il-ġurnata tiżdied bħala jum ieħor ta’ leave ta’ vaganza.

L-artiklu tagħna tax-xahar li għadda fejn ġie spjegat kif se titwettaq din il-wegħda Laburista


06

27.12.2020

IL-BIDU GĦALL-FEJQAN BIL-WASLA TAL-EWWEL 10,000 VAĊĊIN KONTRA L-COVID-19, IL-PRIM MINISTRU ROBERT ABELA JIDDESKRIVI L-ĠURNATA TANT MISTENNIJA TAL-BIERAĦ BĦALA WIEĦED MILL-ISBAĦ RIGALI TAL-ISTRINA LILL-POPLU MALTI Tkompli minn paġna 1 “Nistgħu nibdew inħarsu ’l quddiem lejn ir-ritorn tan-normalità,” kompla l-Prim Ministru, waqt li fakkar li f ’pajjiżi oħrajn is-sitwazzjoni hi ferm differenti. “Dan il-vaċċin proprju wasal f ’Malta llum, meta hemm pajjiżi ferm ikbar minna li se jasal is-sena d-dieħla. Aħna minn għada (llum) se nibdew inlaqqmu lill-frontliners u f ’Jannar se nerġgħu nqassmu l-vouchers biex nagħtu spinta lill-ekonomija,” stqarr il-Prim Ministru Robert Abela. Dr Abela spjega kif f ’pajjiżi mhux daqstant ’il bogħod minna f ’Jum il-Milied ma setgħux qabdu u ħarġu mingħajr raġuni u kieku għamlu dan kienu jispiċċaw jeħlu multa ta’ €1,000. Hu qal li din il-ġurnata ilha mistennija hekk kif fl-aħħar xhur iffaċċjajna pandemija, li wkoll niżżlet lil diversi pajjiżi għarkupptejhom. “Ma ħallejniex din il-pandemija tegħlibna u investejna kemm fis-saħħa kif ukoll fl-ekonomija. Ġimgħa wara ġimgħa qed jonqos il-qgħad, xahar wara xahar qed jiżdied il-bejgħ tal-proprjetà. Ftaħna l-iskejjel b’investiment ta’ €30 miljun biex ma tintilifx ġenerazzjoni minn fostna,” kompla l-Prim Ministru waqt li appella lill-poplu kollu għal tama u kuraġġ. Hu wiegħed li l-Gvern se jkompli jkun ta’ spalla għan-negozji kif kien f ’dawn l-aħħar xhur diffiċli u se jkompli jsir dan sakemm l-ekonomija terġa’ tiġi fuq saqajha. “Jien kburi bir-riżultati li nkisbu flimkien bħala poplu hekk kif għaddejna mill-aktar żmien diffiċli. Aħna rridu nibqgħu naħdmu bis-saħħa u lest li nibqa’ naħdem biex nibqgħu mexjin ’il quddiem,” qal Dr Abela. Hu appella biex kulħadd jieħu l-vaċċin, iżda kulħadd għandu jibqa’ kawt u jimxi fuq l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa. Min-naħa tiegħu, id-Deputat Prim Minstru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne stqarr li sal-lum qegħdin biss niddefendu ruħna millCOVID-19, iżda issa bil-wasla tal-vaċċin, se nibdew nattakkaw ukoll mil-lum. Il-Ministru għas-Saħħa qal li l-COVID-19 infettat mat-80 miljun persuna mad-

war id-dinja u qatlet viċin iżżewġ miljuni wkoll. “F’Malta mietu wkoll diversi persuni u qalbna u ħsibijietna huma ma’ dawn in-nies, għalkemm aħna nafu li medikament għamilna li stajna,” hu qal. Fearne spjega kif illum waslu l-ewwel 10,000 minn mijiet ta’ eluf ta’ vaċċini. “Skont il-konsenja, il-kwota li kellha Malta kienet dik ta’ madwar 260,000 vaċċin tal-Pfizer, iżda wara negozjati li saru mal-kumpanija, dawn telgħu sa 600,000 u se jkunu qed jaslu fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin,” kompla d-Deputat Prim Ministru. “Dan kollu biex nerġgħu nibdew nieħdu ħajjitna lura, l-ekonomija, il-ħajja soċjali, il-kultura u l-festi tagħna wara li dan il-virus ħarbtilna saħħitna, it-turiżmu, u ħajjitna.” Hu spjega kif mil-lum se jibdew jitlaqqmu ċ-ċittadini Maltin. “Se nibdew minn 2,000 fil-ġimgħa, 5,000, 10,000, 20,000 u sas-sajf inkunu laqqamna lill-maġġoranza sakemm nilħqu l-herd immunity,” sp-

jega l-Ministru tas-Saħħa filwaqt li fakkar kif it-tilqima se jibdew jeħduha l-ewwel il-frontliners. “Dan kollu mingħajr ħlas u għalhekk inħeġġiġkom biex tieħdu t-tilqima,” kien il-messaġġ dirett ta’ Dr Fearne lill-poplu Malti u Għawdxi. Il-Ministru Fearne għamel aċċenn ukoll għal dak li qed jissejjaħ “passaport talvaċċin” biex, permezz t’hekk, miljuni f ’numru ta’ pajjiżi Ewropej li jkunu tlaqqmu se jkunu jistgħu jiċċaqilqu minn pajjiż għal ieħor mingħajr periklu. Fl-aħħar nett, il-Ministru Fearne qal li llum għalaqna nofs miljun swab test li hu daqs kemm hawn nies jgħixu f ’pajjiżna. “Minkejja dan, irridu nibqgħu nieħdu ħsieb lil xulxin. Kburi ħafna bil-professjonisti, bil-poplu Malti. Minn għada (illum) nibdew it-triq għal ħajja ġdida, nibdew triq biex Malta tieħu r-ruħ,” temm jgħid id-Deputat Prim Ministru. Il-Professur Charmaine Gauci, li bħala Supretendent tas-Saħħa Pubblika kienet

ukoll ilwiċċ tat-tama għal pajjiżna fl-aħħar xhur, grazzi għall-gwida u l-aġġornamenti regolari tagħha, qalet li dan il-virus kellu impatt qawwi li affettwa l-ġurnata ta’ kuljum. “Illum (ilbieraħ), iżda, hi ġurnata speċjali. Irridu nibqgħu nieħdu ħsieb il-prevenzjoni sakemm il-firxa ta’ dan il-virus tiġi kkontrollata,” hi qalet, waqt li wkoll għalqet bl-appell biex kulħadd jieħu t-tilqima. F’messaġġ fuq il-midja soċjali, id-Direttur Reġjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), Hans Kluge wkoll faħħar l-impenn tal-Gvern Malti biex dan ilvaċċin wasal f ’pajjiżna.


07

27.12.2020 Wara diversi provi kliniċi u riżultati pożittivi għal ArtemiCTM, il-kumpanija tal-farmaċewtika MGC Pharma se tkun qed tibbenefika minn €3.1 miljun mill-Malta Enterprise biex tkabbar il-faċilità tagħha f’pajjiżna u sservi ta’ hub internazzjonali fil-manifattura ta’ din il-kura fil-forma ta’ spray kontra infjammazzjoni kkawżata mill-COVID-19. Il-faċilità tal-kumpanij­a, li wkoll taħdem fil-qasam tal-kannabis mediċinali, se tkun kapaċi tipproduċi madwar 10,000 doża ta’ din il-mediċina likwida, li riċentement ġiet ittestjata li taħdem fuq tipi varji ta’ infjammazzjoni li l-virus qerriedi tal-COVID-19 joħloq fil-bniedem. Dan se jwassal biex tkun ċentru ta’ manifattura Ewropea għal ArtemiCTM, fost oħrajn, biex wara jitqassam minn hawnhekk u jinbiegħ madwar id-dinja. Tħabbar li l-Gvern Malti, permezz tal-Malta Enterprise, kien ta’ għajnuna kbira biex tiġi mkabbra din il-faċilità tal-ogħla livell fid-dinja bil-għan li tirrispondi għad-domanda fl-industriji tal-farmaċewtika u tal-kannabis mediċinali li qed jikbru f’pajjiżna. Il-bini tal-faċilità diġà beda u din mistennija tibda topera fit-tieni kwart tal-2021. Il-kofundatur u direttur maniġerjali ta’ MGC Pharma, Roby Zomer, tenna li l-kum­ panija qiegħda taħdem fil-qrib mal-awtoritajiet Maltin u issa għandha din l-opportunità tremenda li tistabbilixxi hub Ewropew għall-prodott antiinfjammatorju tagħha, Arte­ miCTM. Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Kurt Farrugia, qal: “Aħna sodisfatti li l-attivita­jiet tagħhom f’Malta issa se jinkludu wkoll il-produzzjoni ta’ ArtemiCTM, trattament li qed jiġi ppruvat xjentifikament u klinikament bħalissa. Il-produzzjoni ta’ din il-kura f’Malta se tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħna bħala ċ-ċentru ideali għall-manifattura avvanzata u żvilupp xjentifiku, u tal-Malta Enterprise, bħala sieħeb strateġiku għal kull min hu serjament interessat li jinvesti f’pajjiżna.” Sadanittant, din il-ġimgħa tħabbar li l-Awtorità Maltija għall-Mediċina approvat u ħar­ ġet l-ewwel liċenzja relatata mal-produzzjoni tal-kan­na­­ bi­s mediċinali lill-kum­pa­ni­ ja Kanadiża Aphria, leader globali fis-settur. L-ewwel prodotti li se jiġu manifatturati, ippakkjati u ttestjati minn din il-kumpanija se jkunu filforma ta’ “dried flowers”. Il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u s-Sostenibili­ tà Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għad-Dritti­jiet tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika Deo Debattista

KURA MALTIJA KONTRA SINTOMI TAL-COVID-19

Il-Gvern jgħin lill-kumpanija MGC Pharma biex tkabbar il-produzzjoni lokali tagħha

laqgħu din l-aħbar u spjegaw kif din in-niċċa speċjalizzata se tkun qed twassal għal attività ekonomika importanti oħra. Il-proċess rigoruż, li dam mad­war sentejn b’ħid­ma mill-ispeċjalisti tal-Awto­ri­tà għall-Mediċina, se jiggara­ntix­­­ xi li l-prodott ikun tal-ogħla kwalità u Malta tkun mexxejja f’dan il-qasam. L-Awtorità bħalissa għad­ dejj­a wkoll bil-proċess ta’ li­ ċen­zjar ta’ kum­paniji oħrajn li jinsabu fil-fażi ta’ evalwazzjoni biex ikunu jistgħu jipproduċu lokalment il-kannabis għallużu mediċinali.


08

27.12.2020

SENA LI ĠABET SOLIDARJETÀ Avolja b’mod ġenerali magħrufin għall-qalb tajba tagħna, din is-sena tal-pandemija jidher li, almenu, ħolqot fina sens akbar ta’ solidarjetà minn snin oħrajn, kif deher f’numru ta’ attivitajiet li ġew organizzati fl-aħħar jiem. Jekk neskludu l-akbar ġabra annwali, dik tal-Istrina lbieraħ (ara paġna 9), ukoll ġew irrapportati ħafna attivitajiet li donnu kienu f’kompetizzjoni

bej­niethom għall-akbar għan nobbli biex jiġu megħjuna dawk inqas ixxurtjati, partikolarment tfal fil-faqar­u oħrajn residenti fl-istituti. Dan il-Milied kienu rrapportati numru ta’ attivitajiet ġodda u spontanji, inklużi dawk mingħajr wisq daqq ta’ trombi, u oħrajn tradizzjonali, imma li kienu qed jesperjenzaw żidiet qawwija. Mill-“Ħolm tat-Tfal” (“Children’s Dreams”), orga-

nizzata mill-Fondazzjoni għas-Servizzi għall-Għaj­ nuna Soċjali fi ħdan il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tatTfal, sal-ħolma ta’ Giorgia Mae, bint il-Prim Ministru Robert Abela, li mliet Pjazza Kastilja bir-rigali, dawn huma l-għotjiet li l-aktar impressjonaw f’din is-sena li se tibqa’ mmarkata għar-restrizzjonijiet li ċaħħduna minn ħafna espressjonijiet ta’ mħabba.

CHILDREN’S DREAMS Fl-inizjattiva Children’s Dreams din is-sena nġabru madwar €125,000 f’rigali lil tfal, li għal xi raġuni ma jkunux f’pożizzjoni li jirċievu rigali f’dawn iż-żminijiet tal-Milied. Ir-rigali li jvarjaw minn sempliċiment tibdila sa laptops u televixins, se jmorru għal tfal li jgħixu fi djar residenzjali u għal dawk it-tfal li qed jgħixu f’familji vulnerabbli għax huma wkoll jistħoqqilhom Milied hieni. Dan tħabbar mill-Ministru Michael Falzon waqt konferenza tal-aħbarijiet. L-inizjattiva, li waslet fit-tmien edizzjoni tagħha, baqgħet tikber minn sena għal oħra fejn għal darb’oħra l-poplu wera fiduċja f’din il-kampanja. Il-Ministru Falzon ħabbar li, minbarra għajnuna finanzjarja, il-Gvern se jibqa’ impenjat li jagħmel il-bidliet meħtieġa fil-qasam tal-ħarsien tat-tfal. “Is-sena d-dieħla se nkomplu naraw it-twettiq tar-riforma fil-liġi tal-protezzjoni tat-tfal biex inkomplu nagħtu widen u nieħdu azzjoni fuq ix-xewqa tat-tfal infushom,” tenna l-Ministru.

RIGAL SPEĊJALI GĦALL-URSOLINI Fost l-effetti tal-pandemija, numru ta’ sponsors ingħaqdu biex iwettqu xewqa tas-Sorijiet tal-Ursolini, li jmexxu d-dar tat-tfal Angela House fi Gwardamanġa, bid-donazzjoni ta’ minibus ġdid. L-inizjattiva kienet immexxija fl-aħħar ftit ġimgħat minn Alliance Real Estate u appoġġjata b’donazzjonijiet, inklużi dawk sostanzjali minn Easygas Ltd u Asfaltar Ltd. Waqt li ppreżenta ċ-ċwievet tal-vann, li jġorr 15-il persuna, komplut bl-assigurazzjoni u l-logbook, il-Kap Eżekuttiv ta’ Alliance Michael Bonello spjega kif il-kumpanija użat ir-riżorsi u l-konoxxenzi tagħha biex twettaq din ix-xewqa tal-Ursolini. “Fondi addizzjonali li nġabru, grazzi għal din l-inizjattiva, diġà qed jiġu allokati biex jintużaw f’kawżi oħrajn mill-Alliance Real Estate Foundation li se titnieda dalwaqt,” qal is-Sur Bonello. Waqt li rċeviet l-għotja speċjali, il-Madre Superjuri Magdalene Cauchi rringrazzjat lid-donaturi u spjegat kif il-vann il-ġdid se jgħinhom itejbu l-ħajja tat-tfal residenti, li attwalment ilaħħqu t-28, fl-etajiet bejn it-3 u t-13-il sena. Maqsumin fi tliet gruppi, kull grupp għandu appartament tiegħu fejn jiġu indukrati minn soru, bl-appoġġ ta’ voluntieri. Għal din l-okkażjoni speċjali, it-tfal kienu wkoll entużjasti biex jiltaqgħu mal-kantant Owen Leuellen, l-istilla tal-futbol Kailey Willis u media influencers oħrajn. Kif jiġri matul is-sena kollha, u dan iż-żmien mhux b’eċċezzjoni, is-Sorijiet tal-Ursolini rċevew numru ta’ rigali u għotjiet oħrajn, inkluż prodotti tal-ikel.

IL-ĦOLMA TA’ GIORGIA MAE Fil-jiem li għaddew mijiet ta’ persuni laqgħu l-istedina tat-tifla tal-Prim Ministru, Giorgia Mae, u taħt is-Siġra tal-Milied armata fi Pjazza Kastilja poġġew minn jeddhom ammont inkredibbli ta’ rigali biex jitqassmu fost tfal inqas ixxurtjati. Kienet iċ-ċkejkna fil-familja Abela li esprimiet pubblikament ix-xewqa li f’dan il-Milied, differenti għal kulħadd, tnissel tbissima fuq fomm it-tfal kollha, b’mod partikolari dawk li m’għandhomx il-mezzi biex igawduh bħall-maġġoranza. Sa nhar l-Erbgħa li għadda, familji u kumpaniji daħlu l-Belt Valletta biex jagħtu sehemhom fl-inizjattiva, anke waqt li kienu hemm għax-xiri tagħhom tal-Milied. Fost dawn kien hemm Deputati Parlamentari, u saħansitra l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista li ħalliet numru sabiħ ta’ rigali taħt is-siġra. Mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela rringrazzjat lil kull min ta’ sehmu biex it-tfal kollha, mingħajr distinzjoni, jistgħu jifirħu wkoll f’dan iż-żmien festiv. “Xtaqna nnisslu tbissima u ferħ fit-tfal kollha. Għamilna sejħa u l-poplu Malti u Għawdxi wieġeb għaliha u anke jien nistqarr li ninsab sorpriża,” stqarret Dr Abela. Ir-rigali issa se jitqassmu għand familji bi dħul baxx u għand il-Caritas, fost oħrajn. Mistoqsija mill-KullĦadd jekk, wara dan is-suċċess tar-rigali, għandhiex xi ħolm ieħor li tixtieq li tara jitwettaq fiż-żmien li ġej, Giorgia Mae wieġbet li tixtieq tqanqal iżjed kuxjenza kontra l-ibbuljar u anke li tara lit-tfal kollha fiżikament attivi.


09

27.12.2020

AKBAR

L-ISTRINA TAGĦLAQ DONAZZJONIJIET MULTI-MILJUNARJI

FORZI DIXXIPLINATI JINGĦAQDU GĦAT-TFAL Fuq inizjattiva meħuda mill-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, ħaddiema mill-forzi dixxiplinati xtraw ikel u ħtiġijiet oħrajn biex jingħataw lil numru ta’ djar tattfal, waqt li wkoll ingħatat għotja lill-Bank tal-Ikel biex jiġu megħjunin persuni li jirrikorru għandhom. L-għan tal-inizjattiva kien li b’għotjiet żgħar mingħand bosta individwi, diversi djar ikollhom provvista ta’ affarijiet essenzjali. Wara li nġabru mingħand il-ħaddiema fl-entitajiet, l-oġġetti ttieħdu mill-istess ħaddiema f’numru ta’ djar tat-tfal nhar it-Tlieta filgħodu. “Bi sforz żgħir mingħand ħafna persuni ridna nagħmlu differenza fil-ħajja ta’ dawn it-tfal u anke ta’ dawk li jmexxu d-djar tagħhom. Konxji ta’ kemm il-persuni li jagħtu ħajjithom għat-tmexxija ta’ dawn id-djar ikollhom fuq moħħhom il-bżonnijiet ta’ kuljum, ridna ngħinuhom itaffu ftit minn dan il-piż imqar jekk għal ftit ġimgħat jew xhur,” qal il-Ministru Byron Camilleri li wkoll ta daqqa t’id fit-tqassim tal-ikel. “Tul l-aħħar snin il-Gvern ħadem kemm felaħ biex inaqqas il-faqar, iżda jibqa’ persuni li filwaqt li nibqgħu nniedu inizjattivi għalihom niftakru fihom b’xi għotja jew volontarjat f’dawn iż-żminijiet. Dik hi l-qalb tal-Maltin,” qal il-Ministru Camilleri. L-entitajiet li pparteċipaw kienu l-Korp tal-Pulizija, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Forzi Armati ta’ Malta, l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi u l-LESA.

L-akbar attività ta’ ġbir ta’ fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund (MCCF) ilbieraħ kienet fi triqitha biex tilħaq ċifra oħra sabiħa bħall-aħħar snin tant li sakemm morna għall-istampa kien hemm ritmu tajjeb fl-għotjiet li bdew deħlin fuq it-telefown u l-pledges minn diversi organizzazzjonijiet. Jekk din il-ġabra multimiljunarja tin­ għadd ukoll ma’ dawk li saru mill-partiti fl-aħħar xhur, allura noqorbu lejn donazzjonijiet totali ta’ madwar €10 miljun. Sa tard filgħaxija u ftit siegħat bogħod mit-tmiem tal-Istrina 2020, li reġgħet kienet qed titmexxa mill-Kumpless Spor­ tiv tal-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop, il-ġbir kien qrib l-€4 miljun. Iċ-ċifra mhix wisq ’il bogħod mis-somma sabiħa ta’ €6.2 miljun li nġabru s-sena li għaddiet, fl-ewwel Strina organizzata taħt il-Presidenza attwali. Dawn jiżdiedu wkoll mal-ftit iżjed minn €1 miljun li nġabru għall-istess għan f’Settembru li għadda. L-attività dakinhar, li kellha t-tema “Għinuna Ngħinukom”, kienet qed tpatti għan-nuqqas ta’ diversi attivitajiet, li l-Uffiċċju tal-President jorganizza matul is-sena u li din is-sena kellhom jitħassru minħabba r-restrizzjonijiet rakkomandati mill-awtoritajiet tas-saħħa. Ma’ dawn, il-poplu kkontribwixxa wkoll f’erba’ ġabriet mill-partiti ewlenin, li flimkien akkumulaw €1,984,563 f’donazzjoni­ jiet mingħand il-partitarji tagħhom. Waqt li l-Partit Laburista ġabar €615,123 f’maratona organizzata fil-21 ta’ Ġunju li għadda, ġimagħtejn ilu nhar ir-Repubblika kellu ġabra oħra qawwija ta’ €737,690. Minnaħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalista ġabar €307,300 fil-11 t’Ottubru li għadda u fis-6 ta’ Diċembru daħħal €324,450 oħra.

Il-ġenerożità tal-poplu Malti se tkun qed terġa’ tintalab tagħmel sforz ieħor nhar ilĠimgħa li ġej, nhar l-Ewwel tas-Sena, meta ssir il-ġabra b’riżq id-Dar tal-Providenza. L-attività, li se tixxandar dirett fuq l-istazzjonijiet televiżivi, tibda minn nofs­inhar. Fil-ġabra, li saret fil-bidu ta’ din is-sena, kienu nġabru €1.1 miljun għall-istess għan, għalkemm dan kien qabel intlaqatna mill-pandemija tal-COVID-19.


10

27.12.2020

SUSPETTAT ĠDID F’LOCKERBIE Fis-36 anniversarju mit-tiġrif b’bomba ta’ ajruplan tal-linja Pan Am fuq il-belt Skoċċiża Lockerbie, nhar it-Tnejn li għadda d-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan fetaħ akkużi ġodda kontra individwu identifikat bħala suspettat ġdid fil-każ. L-attakk kien ħalla 270 persuna mejta, fil-maġġoranza Amerikani u fih issemma bi prominenza anke pajjiżna minħabba li ngħad li l-bomba telqet minn hawn. Is-suspettat, identifikat minn diversi sorsi bħala Abu Agila Mohammad Masud, hu eks uffiċjal tas-Servizzi Sigrieti Libjani. Skont il-midja internaz­zjonali, Masud qed jinżamm arrestat fil-Libja stess u mistenni jiġi estradit lejn l-Istati Uniti biex jgħaddi ġuri. Rapporti jgħidu li l-Libja­n ammetta mal-awtoritajiet f’paj­jiżu li hu kien ġie Malta biex jiltaqa’ ma’ Abdel Baset Ali al-Megrahi u Lamen Khalifa Fhimah u għaddielhom bagalja tal-marka Samsonite

Abu Agila Mohammad Masud (lemin), is-suspettat ġdid fl-attakk li seħħ fl-1988

bil-bom­ba fiha. Dawn tal-aħħar kienu għad­ dew ġuri dwar il-każ f’Qorti Skoċċiża fejn kienu akkużati li bnew bomba b’timer, ħbewha f’bagalja li tgħabbiet fuq titjira tal-Air Malta għal Londra fejn eventwalment ġiet trasferita

għat-titjira 103 tal-Pan Am. Fl-2001, Megrahi nstab ħati tal-involviment tiegħu f’dan il-każ, imma nħeles fl-2009 fuq raġunijiet ta’ kompassjoni minħabba li kien qed ibati minn kanċer terminali, u rritorna l-Libja fejn miet fl2012. Il-Qorti Skoċċiża lliberat għal kollox lil Fhimah. Issa qed jiġi rrapportat li, fl-istess sena li miet Megrahi, Abu Agila Masud żvela mal-investigaturi li kien irnexxielu jiżgiċċa milli jinqabad bl-iscanner fl-ajruport, għax poġġa l-bomba, li kienet f’cassette recorder, viċin il-metall talbagalja. Hu kellu wkoll $500 għad-dispożizzjoni biex jimla l-bagalja b’ammont ta’ ħwej­ jeġ, li kif inhu magħruf inxtraw minn ħanut f’Tas-Sliema. L-allegat stqarrija ta’ Masud

saret wara li dan kien inġabar mal-waqgħa tar-reġim tal-Kulunell Muammar Gaddafi, filwaqt li kopja tagħha għaddiet lill-Istati Uniti fl-2017. Flistqar­rija jingħad li Masud jammetti li bena l-bomba f’operazzjoni ppjanata kollha mis-Servizzi Sigrieti Libjani, akkuża li kienet ilha tiġi ripetuta sa minn ftit wara l-attakk terroristiku. Fl-affidavit, li ġie żvelat millFBI nhar it-Tnejn li għadda, jingħad li Masud qal lil uffiċjali Libjani li kien iltaqa’ ma’ al-Megrahi u Fhimah f’Malta ftit jiem biss qabel l-attakk u għadda l-bagalja bil-bomba tal-ħin lil dan tal-aħħar fl-Ajruport. Hu allegat li Masud imbagħad irritorna l-Libja minnufih. Skont l-affidavit, li wkoll qed

iqanqal dubji dwar il-ġenwinità tiegħu, Masud ammetta li din l-atroċità kienet ippjanata mis-Servizzi Sigrieti Libjani u li Gaddafi nnifsu kien irringrazzja lilu u lill-membri l-oħra tattim “għall-attakk suċċess fuq l-Istati Uniti tal-Amerka”. It-titjira tal-Pan Am kienet splodiet inqas minn nofs siegħa wara li telqet minn Londra fi triqitha lejn New York u suppost wara Detroit. Ingħad li Masud kien uffiċjal tas-Servizzi Sigrieti Libjani bejn l-1973 u l-2011 u, bħala espert fil-bini tal-bombi, kien involut ukoll fl-isplużjoni tadDiskoteka LaBelle f’Berlin, filĠermanja, fil-5 t’April tal-1986 fejn inqatlet Torka u żewġ uffiċjali militari Amerikani. Mal-230 persuna oħra, inklużi 50 suldat Amerikan, indarbu serjament. Disat ijiem wara, bħala ritaljazzjoni, il-President Amerikan Ronald Reagan ordna serje ta’ attakki mill-ajru fuq miri militari fi Tripli u Benghazi.

QBIL SAL-AĦĦAR ĦIN WARA BREXIT Rappreżentanti mis-27 stat membru, inkluż minn Malta, iltaqgħu fi Brussell din ilġimgħa biex jiġu aġġornati u jingħataw aktar dettalji dwar il-ftehim storiku ta’ kummerċ wara Brexit, li ntlaħaq bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit nhar il-Ħamis waranofshinar. Jingħad li l-ftehim, li dam itertaq fit-tul sakemm wasal biex ikun konkluż, hu magħmul minn madwar 1,250 paġna. Kien in-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni Ewropea Michel Barnier, li mexxa dan l-aġġornament dwar il-ftehim, li

ra xhur sħaħ ta’ negozjati u nuqqas ta’ qbil, partikolarment dwar is-sajd u l-ammont ta’ ħut li jistgħu jinqabdu flibħra territorjali tagħha minn pajjiżi Ewropej, il-kummerċ bejn iż-żewġ naħat, il-ġurisdizzjoni diretta tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fuq il-pajjiż u oħrajn. Wara aktar minn 40 sena ta’ sħubija, ir-Renju Unit issa qed iserraħ rasu li se jtemm ir-relazzjoni Ewropea bilftehim li jevita wkoll kull taħwid li kien mistenni li kieku baqa’ ma wasalx kompromess bejn iż-żewġ naħat.

Issa jmiss li nhar l-Erbgħa li ġej, 30 ta’ Diċembru, il-Membri Parlamentari Ingliżi jivvutaw dwar dan, bir-Renju Unit mistenni jneħħi l-liġijiet ta’ kummerċ li kienet timponi fuqu l-UE l-għada, tmiem is-sena. Fost l-affarijiet importanti li ġew maqbulin hemm li ma jkunx hemm tariffi fuq il-prodotti u servizzi bejn il-membri stati u r-Renju Unit. Dan il-qbil ġab reazzjonijiet pożittivi miż-żewġ naħat u segwew il-mexxejja tal-pajjiżi tal-istati membri, fosthom il-Prim Ministru Malti Robert Abela.


11

27.12.2020

J.J. CREMONA JMUT TA’ 102 Tħabbret il-mewt tal-Eks Prim Imħallef John Joseph Cremona fletà ta’ 102, il-persuna responsabbli, fost oħrajn, li fasslet il-Kostituzzjoni tal-Indipendenza. Hu kien ftit ġimgħat bogħod milli jagħlaq żmienu f’Jannar li ġej. Tul il-karriera tiegħu, Cremona serva wkoll bħala Avukat Ġenerali u eventwalment bħala Prim Imħallef ta’ pajjiżna kif ukoll Imħallef u Viċi President tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. Minbarra hekk, hu magħruf li J.J. Cremona kien poeta u l-poeżiji tiegħu saħansitra nqraw anke mir-Reġina Eliżabetta II. Fi stqarrija, il-Gvern Malti sellem il-memorja tiegħu u ddeskrivieh bħala wieħed mill-aqwa mħuħ legali li qatt ipproduċa dan il-pajjiż, fejn ħalla wirt imprezzabbli fil-qasam legali, partikolarment fl-oqsma kostituzzjonali u amministrattivi.

J.J. Cremona “Dan għaliex huwa kien il-persuna li kiteb il-Kostituzzjoni tal-Indipendenza u għadu sal-ġurnata tal-lum bastun importanti għal kull student tal-liġi u għal kull persuna li taħdem fil-qasam legali. Il-Professur Cremona se jibqa’ mfakkar bħala ġgant fl-istorja ta’ pajjiżna u l-mixja li mexa dan il-poplu tul il-milja taż-żmien,” ingħad fl-istqarrija uffiċjali tal-Gvern, waqt li ngħataw il-kondoljanzi lill-familja tiegħu. Il-President tar-Repubblika Dr George Vella f ’messaġġ li tella’ fuq Twitter ukoll stqarr li Malta tilfet wieħed mill-aqwa mħuħ li kellha. “Malta hi midjuna bil-kbir miegħu,” tenna l-President waqt li ddeskriva lill-Professur Cremona bħala skolar ġentlom. “Ulied daqstant prominenti ta’ pajjiżna m’għandhomx jitilqu mingħajr tifkira xierqa,” kompla Dr Vella.

KAMPANJA FEMMINILI FAVUR ĦARSIEN AĦJAR TA’ REGOLI FIS-SEWQAN Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport (MMF) nediet kampanja fuq il-midja soċjali biex tippromwovi 12-il regola tad-deheb għal sewqan sigur fit-toroq Maltin, bħala parti mill-kampanja globali FIA Action For Road Safety. Għal dan il-għan sellfu wiċċhom 12-il mara mill-Women in Motorsports (WIM) involuti fl-isports lokali tas-sewqan talkarozzi. Dawn ir-“regoli” huma suġġerimenti sempliċi lis-sewwieqa biex itejbu l-imġiba tagħhom fit-triq u jfakkruhom fir-responsabbiltà li għandhom lejhom infushom, fil-passiġġieri ta’ magħhom u f’ħaddieħor, li jagħmel użu mit-toroq, speċjalment f’dan il-perjodu festiv. Il-kordinatriċi tal-WIM Marisa Grixti se tkun qed tmexxi l-kampanja, bl-għajnuna tas-Segretarja Ġenerali tal-MMF Susanne Fenech u l-Eks President talMMF Tonio Cini, waqt li tippromwovi nisa li jikkompetu fl-ogħla livelli tal-isport tal-karozzi f’Malta, li hu ddominat mill-irġiel. Stqarrija tal-MMF qalet li trid tgħaddi l-messaġġ li hemm sewwieqa femminili fil-ġiri tal-karozzi responsabbli, li minbarra li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn 8 snin sa 50 sena, ġejjin ukoll minn kull faxxa tas-soċjetà u jirreġistraw ħinijiet tajbin anke aħjar mill-irġiel. “L-iskop ta’ din il-kampanja hu li nħeġġu s-sewwieqa biex ikunu prudenti waqt is-sewqan u jirrikonoxxu nisa li diġà qed jagħtu sehemhom fil-kompetizzjonijiet sportivi tal-karozzi. In-nisa jistgħu jkunu sewwieqa, uffiċjali u/jew parti mill-amministrazzjoni, bħal filkaż tal-Federazzjoni, li hi l-ogħla organu speċjalizzat f’dan il-qasam fil-komunità,” qalet l-MMF. It-12-il regola tad-deheb li qed issir enfasi fuqhom fil-kampanja huma: ♦ Obdi l-limitu tal-veloċità ♦ Qatt tixrob u ssuq ♦ Uża s-siġġu tas-sigurtà għat-tfal ♦ Dejjem moħħok hemm ♦ Ilbes iċ-ċintorin tas-sigurtà ♦ Tibgħatx messaġġi waqt li ssuq

♦ Ieqaf meta tħossok għajjien/a ♦ Ilbes l-elmu ♦ Iċċekkja t-tyres ♦ Kun luċidu/luċida ♦ Ittestja l-vista ♦ Naqqas il-veloċità mat-tfal Waqt li appoġġja l-inizjattiva, il-Presi­ dent tal-MMF Duncan Micallef tenna li

r-riskji ta’ fatalitajiet fit-toroq tagħna huma dejjem hemm, is-sena kollha u mhux biss fi żmien il-festi. “Nagħrfu t-titjib kbir li kien hemm fl-infrastruttura tat-toroq tagħna flaħħar snin, imma dan ma jagħmel l-ebda triq aktar sigura,” qal il-President tal-Federazzjoni.


12

27.12.2020

TAMA U KURA ĠĠ DANIEL MICALLEF

Deputat Mexxej għall-Affarjiet tal-Partit

Qed nikteb dan l-artiklu proprju ftit minuti wara li f ’Malta waslu l-ewwel dożi tal-vaċċin. Naħseb bħal ħafna minnkom kont qed insegwi dan l-avveniment li għad inħarsu lura u nqisuh bħala wieħed storiku, bil-Prim Ministru u d-Deputat Prim Ministru jilqgħu din il-wasla b’mod personali fil-mitjar. Bla dubju l-2020 ser tibqa’ mfakkra globalment għall-pandemija, li biddlet totalment il-mod kif ngħixu u affettwatna anke fl-aktar affarijiet sempliċi ta’ kuljum. Meta ntlabt sabiex naqsam ftit ħsibijiet magħkom il-qarrejja dwar din is-sena, moħħi aktar kien inklinat li nħares ’il quddiem, iżda għalkemm ġabet magħha ħafna diffikultajiet, is-sena 2020 kienet waħda sinifikanti għal pajjiżna wkoll. Għall-Partit Laburista fissret ukoll it-tfakkira ta’ 100 sena mittwaqqif ta’ l-istess Partit. Żgur li meta sena u nofs ilu bdejna nippreparaw il-mod kif ser nimmarkaw dan l-anniversarju storiku, ħsibna li l-affarijiet ħa jkunu differenti ferm. Iċ-ċirkosanzi iżda talbu mod ieħor. Jekk inżommu mat-tema tal-pandemija, kulma rridu nagħmlu biex nifhmu s-sinifikat ta’ din is-sena għal pajjiżna huwa li nħarsu ftit madwarna; kif intlaqtu pajjiżi Ewropej oħra u kif laqgħu għaliha s-sistemi tassaħħa. Pajjiżna ġie affettwat iva; kellna numru ta’ persuni li sfortunatament ħallewna; għandna setturi ekonomiċi li batew u qegħdin ibatu; iżda meta wieħed iqabbel, pajjiżna affaċċja din l-isfida bl-aktar mod organizzat u b’saħħtu. Inkun qed nonqos jekk ma nsellimx lil dawk kollha involuti fis-sistema tas-saħħa ta’ pajjiżna. Din is-sistema hi l-għira ta’ bosta u l-ingredjenti ewlenin tagħha huma tnejn: il-fatt li kulħadd għandu aċċess għasservizzi tas-saħħa, u l-livell

għoli tal-persuni li jaħdmu f ’dan il-qasam li huma fost l-aqwa fid-dinja. Tfittex fejn tfittex, fl-aqwa istituzzjonijiet madwar il-globu, mhijiex kumbinazzjoni li dejjem ssib nies ġejjin miċ-ċkejkna Malta. Dan huwa riflessjoni wkoll tal-livell għoli fil-qasam edukattiv ta’ pajjiżna. Minn għada tibda triq twila lura lejn in-normalità. Kruċjali li filwaqt li nibqgħu ottimisti u nħarsu ’l quddiem, inżommu l-kolp fil-ġlieda kontra l-pandemija. Matul din is-sena rajna mijiet ta’ miljuni investiti sabiex pajjiżna jibqa’ b’saħħtu, u jipprepara ruħu għal meta r-rota terġa’ tibda ddur. Is-sistema tas-saħħa, in-negozji, l-iskejjel – u l-Gvern kif qal il-Prim Ministru determinat li jibqa’ jassisti sakemm hemm bżonn lil kulħadd. Din l-għajnuna hija possibbli biss għax pajjiżna kellu għaqal finanzjarju kbir fis-snin li għaddew. Pajjiżna jiddependi mill-andament f’pajjiżi oħrajn ukoll. It-turiżmu wieħed irid jara kif ser jirkupra globalment. L-importanti li aħna bħala pajjiż inkunu għamilna dak kollu possibbli biex inkunu fl-aħjar pożizz-

joni biex nibdew it-tellieqa fit-tiġrija għall-irkupru ekonomiku. L-effetti tas-sena 2020 ħa jdumu ftit magħna, iżda l-isfidi li għandna quddiemna għandhom jimlewna b’entużjażmu ġdid ukoll. Hemm effetti li qajla jissemmew, bħas-saħħa mentali, fejn għal eluf din is-sena fissret ansjetà kbira, dipressjoni u solitudni. Bħala Partit Laburista għandna diversi proġetti li rridu narawhom jitwettqu fis-sena li ġejja. Uħud minnhom sabu ftit ostakli bil-pandemija, iżda konvinti li naslu. Ewlenin fosthom ix-xogħol fuq l-inizjattiva 100 Idea, li qed iservi ta’ pjattaforma għal mijiet ta’ persuni b’in-

teressi u kapaċitajiet varji sabiex inġeddu l-viżjoni tagħna għal pajjiżna. Fil-ġimgħat li ġejjin l-inizjattiva ser tkompli tiżviluppa. M’għandniex noqogħdu lura mill-ebda diskussjoni, u għalkemm il-Partit Laburista qiegħed fil-Gvern, ir-rwol tal-Partit isir aktar importanti biex nassiguraw ruħna li nibqgħu rilevanti; li nkomplu ntejbu u nsaħħu, u li ma niddejqux inbiddlu dak li jista’ jsir aħjar. Xtaqt nieħu din l-opportunità wkoll biex nirringrazzja lill-eluf li kkontribwixxew għall-inizjattiva ‘Milied ghatTfal Kollha’. Fiċ-ċokon tiegħi, tajt sehem żgħir u kont affaxxinat kemm fi ftit sigħat, l-ammont ta’ nies li kellmuni

Minn għada tibda triq twila lura lejn in-normalità. Kruċjali li filwaqt li nibqgħu ottimisti u nħarsu ’l quddiem, inżommu l-kolp fil-ġlieda kontra l-pandemija

u li ltqajt magħhom sabiex inwassal ir-rigali tagħhom baqa’ jżid u jżid. Meta mort inwassal l-aħħar ġabra ta’ rigali xit-tmienja ta’ filgħaxija, apparti s-suldati li bdew jgħinu sabiex jinġabru u jitwasslu r-rigali, il-familji kienu għadhom ġejjin waħda wara l-oħra bir-rigali f’idejhom, ħafna drabi f’idejn l-ulied. Ngħid prosit lit-tim kollu b’mod speċjali lil Lydia Abela u Giorgia Mae, li fi ftit ġranet irnexxielhom jagħmlu inizjattiva bla preċedent li bla dubju ssarrfet f’ferħ għal bosta tfal b’pajjiżna. Illum ukoll Jum l-Istrina – il-jum fejn l-ispirtu ta’ għaqda nazzjonali jispikka, liema għaqda jiena nawgura li narawha b’mod aktar kontinwu matul is-sena. Il-Maltin u l-Għawdxin l-għaqda jħobbuha, u jistmerru lil min jifred sabiex mingħalih isaltan. Nawgura lilkom u lill-familji tagħkom sena ġdida aħjar minn dik li ser tispiċċa daqt, li jekk nieħdu l-avvenimenti riċenti bħala indikatur għandhom jimlewna b’tama u kuraġġ li l-2021 ser tkun sena ta’ riġenerazzjoni u mixja lejn normalità ġdida li tippermetilna nkomplu nsaħħu l-kwalità tal-ħajja ta’ xulxin.


13

27.12.2020

SENA LI TAGĦTINI AKTAR ENERĠIJA

MICHAEL FALZON Ministru

Min qatt kien jobsor minn dak li kellna ngħaddu minnu matul din is-sena? Min qatt ħaseb li din il-pandemija kienet se tolqot daqstant nies mal-globu kollu? Din hija realtà li d-dinja kollha għexet matul dawn l-aħħar xhur, f’ċerti pajjiżi, is-sitwazzjoni kienet aktar ikkumplikata minn oħrajn. Malta, ukoll ħasset id-daqqa tal-pandemija, imma fortunatament, bl-impenn ta’ kulħadd, qegħdin f’pożizzjoni tajba ħafna, u ninsabu viċin illi naqbdu t-triq lura għan-normalità.

L-għaqal tal-Gvern kien żgur parti importanti mis-suċċessi li bqajna niksbu bħala pajjiż, hekk kif bqajna ngħinu finanzjarjament lil dawk il-ħaddiema li kellhom l-impjieg tagħhom affettwat. Kienu eluf ta’ familji f’din il-pożizzjoni, li grazzi għal dawn l-inizjattivi setgħu jibqgħu jkampaw mal-ħajja. Għall-grazzja t’Alla, f’temp ta’ ftit ġimgħat il-qgħad f’Malta reġa’ niżel għal rati baxxi ħafna u fost l-inqas fl-Ewropa. Proprju llum, hija ġurnata storika hekk kif se jibda jingħata l-vaċċin lin-nies, biex fi ftit ġimgħat naraw eluf ta’ persuni jieħdu l-vaċċin. B’dan il-mod se nerġgħu naraw il-popolazzjoni tagħna temmen aktar fiha nfisha u tara d-dawl, li f’dawn l-aħħar xhur ma tantx kien viżibbli. Fl-istess waqt ejjew nibqgħu nagħtu kas l-appelli mogħtija mill-awtoritajiet tas-saħħa, filwaqt li inkomplu nosservaw ir-restrizzjonijiet marbuta mad-distanza soċjali. Għalhekk, issa nemmen illi reġa’ wasal iż-żmien li nħarsu ’l quddiem, u nikkonsolidaw dak illi ksibna matul is-snin.

L-irwol tagħna, bħala Gvern se jkun illi nerġgħu nibnu l-fiduċja, mhux biss lokalment, iżda anke dik ta’ Malta fuq il-mappa internazzjonali. Irridu naraw li Malta terġa’ tkun l-għażla naturali t’eluf ta’ turisti minn madwar id-dinja. Hekk terġa’ tibda ddur ir-rota. Huwa b’dan il-mod li nassiguraw li jkollna servizzi soċjali b’saħħithom, li jkunu sostenibbli għal għada u pitgħada. Bħal dejjem, il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, se jkollu ħidma bla waqfien fit-twettiq tal-benefiċċji soċjali li se jkomplu jingħataw mis-sena d-dieħla, u li magħhom se jingħaqdu oħrajn ġodda. Ħid-

ma li diġà bdiet, hekk kif diġà ħallasna tliet miżuri soċjali, ġranet qabel il-bidu tas-sena, sabiex nagħtu nifs lill-familji fi żmien fejn normalment jiżdied l-infiq. Din is-sena biss wettaqna 26 miżura soċjali, sena li matulha rajna persuni b’diżabilità li ma jistgħux jaħdmu, jieħdu ekwivalenti għal dik li hija paga minima, il-pensjonanti ħadu t-tielet żieda konsekuttiva filwaqt li issa jħarsu ’l quddiem għal żieda oħra, fi ftit taljiem. Mhux biss se nkomplu nagħtu għajnuna finanzjarja lill-familji tagħna, iżda anke wkoll iktar ħin ta’ kwalità. Dan il-Gvern għamilha ċara li jerġa’ jagħti lura dawk il-festi pub-

Għalhekk, issa nemmen illi reġa’ wasal iż-żmien li nħarsu ’l quddiem, u nikkonsolidaw dak illi ksibna matul is-snin

bliċi jew nazzjonali li jaħbtu s-Sibt jew il-Ħadd. Se nkomplu nagħmlu dan bil-fatti u mhux bil-kliem. Bħala Kabinett tal-Ministri approvajna emenda mressqa, li twassal sabiex kull festa nazzjonali jew btala pubblika li taħbat fil-ġurnata tas-Sibt jew tal-Ħadd, se tkun qed tiżdied mal-leave. Il-Gvern irid jagħti lura dak li ħaddieħor ċaħħad, għax verament nemmnu fil-bżonn ta’ bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol. B’hekk mis-sena d-dieħla l-ħaddiema se jieħdu kull ġurnata li taħbat bħala festa nazzjonali jew btala pubblika. Ħbieb, il-prospetti huma sbieħ għalkemm irridu nkomplu nżommu saqajna mal-art. Ejjew xorta waħda ngawdu dan l-ispirtu tal-Milied u tal-festi. Għandna l-opportunità nkunu aktar qrib il-familjari u dawk l-aktar viċin tagħna. Nippruvaw nibdlu dawn l-isfidi f’opportunitajiet, ħalli ftit xhur oħra nħarsu lura u ngħidu ara xi ksibna, flimkien, bħala nazzjon maqgħud u b’saħħtu. Is-Sena t-Tajba lil kulħadd!

INNOVAZZJONI, INNOVAZZJONI, INNOVAZZJONI

OWEN BONNICI Ministru

Il-Malti għandu qawl li hu ftit dirett u goff imma li jwassal messaġġ b’mod tajjeb ħafna: min ma jbiddilx, iqammel. Il-bżonn tal-innovazzjoni hu bżonn li jifhmu kulħadd. F’kull ħaġa li nagħmlu fis-settur ekonomiku, irridu noħorġu b’affarijiet ġodda, irridu nkunu innovattivi, irridu noħolqu soluzzjonijiet ġodda li jagħmluna iktar interessanti mill-kompetituri diretti tagħna bħala pajjiż. Biex naslu s’hemm, biex naslu sal-innovazzjoni normalment ikun hemm vjaġġ ieħor sħiħ qabel, ibbażat fuq ir-riċerka. U għalhekk ħafna kumpaniji u universitajiet kbar ikollhom magħhom riċerkaturi f’kull kamp li xogħolhom hu

li jirriċerkaw, li jibnu fuq ideat tagħhom jew ta’ ħaddieħor u jittrasformaw dik l-idea, permezz tar-riċerka, f’innovazzjoni. Waħda mill-ewwel affarijiet li r-riċerkaturi jitolbuk huma l-flus. Għax bla flus, la tgħannaq u lanqas tbus, partikolarment fir-riċerka. U fil-kamp tar-riċerka, l-għoti tal-flus ma jfissirx neċessarjament riżultati għaliex kultant meta tirriċerka tagħmel avvanz u kultant ma tagħmilx avvanz. Hemm żewġ tipi ta’ fondi – dawk nazzjonali, u dawk Ewropej. U dawk Ewropej jinqasmu fi tnejn – fondi li jiġu allokati bħala parti mill-flus li jingħataw lil pajjiżna u fondi li huma fuq livell Ewropew. L-iktar programm famuż ta’ fondi fuq livell Ewropew huwa Horizon 2020. Dan hu l-istrument ewlieni tal-UE li jappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni. Ħadt gost ħafna nara li l-parteċipazzjoni tagħna f’Horizon 2020 żdiedet. Ġew iffirmati 26 ftehim ta’ għotja ma’ 26 parteċipanti Maltin. It-total ta’ dawn il-ftehimiet jammonta għal €5.7 miljun li se jmorru għal entitajiet u riċerkaturi Maltin. Riċentement il-Horizon Unit fi ħdan il-Kulleġġ Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija - li jagħmel xogħol eċċellenti - nie-

da skema ġdida ta’ premjijiet sabiex jkun jista’ jiġi rikonoxxut ix-xogħol eċċellenti ta’ riċerka li qed tiġi mħejjija hawn Malta. Fl-istess waqt dan ikun qed jinkoraġġixxi parteċipanti oħra biex japplikaw. Tħejjew ukoll bosta webinars sabiex l-MCST tippromwovi l-aħħar sejħiet tal-Programm Horizon 2020 li se jiġi fi tmiemu fl-aħħar ta’ din is-sena. Dan huwa kollu xogħol importanti ħafna. Fl-istess waqt baqgħu għaddejjin il-preparamenti għall-programm ta’ qafas ġdid Horizon Europe, li se jibda mill-2021. F’dawn l-aħħar xhur, l-MCST mhux biss kien qed isegwi l-iżviluppi tal-programm il-ġdid billi pprovda feedback dwar il-programmi ta’ ħidma proposti, iżda wkoll ħejja konsultazzjoni biex jintgħażlu l-partnerships li Malta

għandha tipparteċipa fihom. Mill-ġdid, prosit lil dawk kollha li qed jagħmlu din il-ħidma kollha. Ħadt gost ukoll nara li matul is-sena 2020 l-MCST ukoll kienet innovattiva fil-ħidma tagħha fid-dawl tal-pandemija u l-ħidma baqgħet għaddejja fuq diversi fronti bis-saħħa tal-informatika. Pereżempju, fil-bidu tas-sena 2020, l-MCST għamlet l-ewwel rapport ta’ monitoraġġ tal-R&I, billi sar konsolidament fuq is-sistema ta’ monitoraġġ li ġiet stabbilita fl-2018-2019. Ukoll sar xogħol fuq il-preparazzjoni tal-Istrateġija ta’ Speċjalizzazzjoni Intelliġenti (RIS3) 2021-2027. It-tnedija sħiħa tal-konsultazzjoni pubblika fuq l-RIS3 seħħet f’Ottubru tal-2020. Huwa ppjanat li din l-istrateġija għandha tiġi ffinalizzata fil-bi-

Diġà saru għadd ta’ laqgħat importanti ma’ riċerkaturi u xjenzati li lkoll kellhom suġġerimenti importanti ħafna xi jmexxu ’l quddiem

du tal-2021. B’hekk tkun qed twitti t-triq għal fondi strutturali u sorsi oħra ta’ finanzjament sabiex tiġi megħjuna l-innovazzjoni fi gruppi selettivi ta’ oqsma tematiċi fejn jinħass li hemm l-akbar potenzjal biex isseħħ l-innovazzjoni. Dan u ħafna aktar se jibqa’ għaddej matul is-sena li ġejja. Issa li hemm Ministeru ġdid iffukat kompletament għall-ewwel darba fl-istorja fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni nemmen li se nibdew naraw riżultati importanti ħafna u se jkun hemm bidla fil-perspettiva ta’ kif inħarsu lejn dan is-settur. Diġà saru għadd ta’ laqgħat importanti ma’ riċerkaturi u xjenzati li lkoll kellhom suġġerimenti importanti ħafna xi jmexxu ’l quddiem. Qed nisimgħu, biex nieħdu d-deċiżjonijiet u naġixxu. Ħadt gost naqra l-kliem sabiħ immens tal-Kamra tax-Xjenzati li kellhom diskors pożittiv dwar il-Ministeru nnifsu u l-ewwel jiem ta’ ħidma fis-settur. Is-sena 2021 se tkun is-sena ta’ bidu ġdid wara l-isfidi li l-pandemija ġabet magħha. Aħna kommessi għar-rilanċ ekonomiku u t-tisħiħ soċjali ta’ pajjiżna – li għandu jkollu fiċ-ċentru tiegħu t-tisħih ta’ ekosistema robusta ta’ innovazzjoni f’pajjiżna.


14

27.12.2020

It-taqbil, li kien jingħad meta kienu jieqfu quddiem il-bibien biex jagħtu x-xewqat tas-sena l-ġdida u fl-istess ħin jiġbru xi ħaġa tal-flus, kien xi ħaġa hekk: “Ġejna tal-Qarniża wara biebek, Agħtina minn dak li għandek; Is-sena t-tajba, u l-għatba mbajda! Bajjadhielek is-Sultan, Tuh (Tih) xi ħaġa karità Biex jitma’ ’l dawk it-tfal...” Magri, għalkemm iħalli barra l-ewwel żewġ versi, fl-aħħar iżid dan il-vers: “Flok tiġieġa, tih dunjan”. Flokha l-Għawdxin kienu jħobbu jgħidu: “U jħallas lil Baskal...”

DRAWWIET MINSIJIN GĦ Il-Maltin u l-Għawdxin għandhom id-drawwiet tagħhom, bħalma għandhom il-popli kollha madwar id-dinja, drawwiet u tradizzjonijiet li huma parti intrinsika min-nisġa li jagħmilna l-poplu li aħna u jsawru l-identità kulturali tagħna. Sfortunatament bl-iżvilupp dinji li mess ukoll lil xtutna, ħafna minn dawn id-drawwiet u tradizzjonijiet qed imilu rashom għal oħrajn li daħlu f ’pajjiżna, filwaqt li oħrajn qed jgħibu bil-mod. Oħrajn illum il-ġurnata hemm dawk li evolvew u ħadu wkoll tifsira differenti. L-Istrina Forsi l-aktar drawwa li tiġi f ’moħħna meta nsemmu l-Ewwel tas-Sena hija l-istrina. Il-mibki storiku Għawdxi Anton Attard jirrakkonta li fl-ewwel jum tas-sena kien hawn id-drawwa li t-tfal jingħataw minn qrabathom, jew xi ħbieb, għotja ta’ ftit soldi. Din l-għotja, li kienet magħrufa bħala Strina, kienet tkun mistennija ħafna mittfal. Dan il-jum kienu jistennewh ukoll is-sefturi, għax dakinhar is-sinjuri tagħhom kienu mistennija li jagħtuhom xi ħaġa żejda mal-paga. Interessanti li t-tfal kienu jistennew din l-istrina

l-aktar mingħand il-parrini tal-Magħmudi tal-Griżma u n-nanniet. Dwar l-istrina jikteb ukoll Dun Ġużepp Fa gia, kif deskritt mill-awtur Joseph C. Cam fil-kitba tiegħu “L-Ewwel tas-Sena, Jum l-I na”. Dun Ġużepp jirrakkonta li “Sbieħ l-1 ta’ nar, qatta tfal tilmaħhom minn kmieni jd mat-toroq, sew fil-bliet u sew fl-irħula, b’kax ta żgħira tal-għuda f ’idejhom. Kull tifel li jħa wiċċu miegħek, waqt li jixtieqlek is-sena t-ta jitolbok strina billi jibda ferħan iċekċek il-k li jkun fiha xi ftit tlitiet u sittiet, u mingħ għandu xi dinja!” L-influwenza tal-Inglizi biddlet din id-dra u qajl qajl, din inbidlet għal jum il-Milied. Il dawk il-ftit soldi nbidlu mar-rigali tal-Milied Imma il-kelma “strina” ma nqatgħetx millabularju tagħna. F’dawn l-aħħar snin reġgħe għatat il-ħajja u kif rajna l-għada tal-Milie Maltin u l-Għawdxin juru l-ġenerożità tagħ b’għotjiet lill-Malta Community Chest F b’risq il-vulnerabbli u dawk li l-aktar li hum bżonn. L-Awguri

L-ewwel jum tas-sena jġib miegħu l-awgu nagħtu lil xulxin. L-awtur Joseph C. Cam jirrakkonta li l-Malti għandu l-istil partik tiegħu biex jagħti l-awguri: “Is-sena t-t mimlija risq!”, “Il-ġid u kulma tixtieq qalb Filwaqt li d-drawwa kienet li bħala tweġ din tkun waħda sempliċi: “Tant ieħor!”. Din is-sena l-awgurju se jkun jiswa m deheb. Bl-aħħar disa’ xhur li l-popli ko għexu ħajja bil-wisq differenti minn kif dorrijin is-soltu, l-awguri ta’ din l-Ew tas-Sena se jkunu żgur għal sena “ħ aħjar mis-sena li dalwaqt tintemm!” Il-Qarinża

Ħarsa dettaljata dwar il-qarinża jag ha l-awtur Martin Morana: Kien ikun hemm xi żgħażagħ li kienu


15

27.12.2020

T ATTWALI U OĦRAJN ĦALL-EWWEL TAS-SENA

ija u

arruilleri IstriJanduru xxetabbat ajba, kaxxa ħalih

awwa llum, d. -voket ind, ilħhom Fund, ma fil-

uri li illeri kolari tajba bek!”. ġiba,

mitqlu ollha f imwwel ħafna ”.

għti-

u ja-

raw kif idabbru xi rigali, x’aktarx ikel jew flus, billi jagħmlu dik li tissejjaħ il-Qarinża (jew Qarinza jew Qarniża). Din kienet bħal teatrin tattriq li dawn iż-żgħażagħ kienu jirreċtaw bl-akbar żuffjett. Dawn kienu jinġabru fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu tal-ewwel tas-sena biex jieklu, jixorbu u jdoqqu xi strument. Waqt dan it-tbaħrit kienu jagħżlu wieħed minnhom biex jagħmilha ta’ bniedem mejjet. B’mod ritwali u simboliku dawn kienu taparsi jqattgħu l-“ġisem mejjet” ta’ seħibhom u joffru l-biċċiet ta’ ġismu lill-erwieħ, daqslikieku dan kien tas-sena li issa mietet. Morana jkompli jgħid li fid-dizzjunarju tiegħu Ktyb Yl Klym Malti tal-1796, Mikiel Anton Vassalli jgħid li fi żmienu l-qarinża bilkemm kienet għadha ssir, biss jgħid li sa 20 sena qabel kienet għadha popolari. Jgħid ukoll li gruppi ta’ żgħażagħ kienu jħabbtu l-bibien tan-nies benestanti. Min kien jagħtihom xi ħaġa kienu jfaħħruh ħafna, u jiżbgħulu l-għatba tal-bieb bil-ġir bajdani, sinjal ta’ awgurju għas-sena l-ġdida b’risq, biss min ma kien jagħtihom xejn kienu jgħajruh, u minflok jiżbgħulu l-għatba bil-ġir, kienu jitfgħulu l-faħam u t-trab iswed fuq l-għatba. Ikompli li xorta waħda, b’xi mod jew ieħor din l-użanza baqgħet isseħħ anki sal-bidu tas-Seklu 20. Dan jiddokumentah Annibale Preca fl-1904. Għalkemm fi żmienu, flok li kien jinġarr il-ġisem ta’ xi ħadd minn sħabu, kienu jinġarru żewġ trabi li jirrappreżentaw raġel u mara, u kienu jduru bihom fit-toroq tar-raħal. Minn ħin għal ieħor kienu jieqfu quddiem iddjar tan-nies u jittallbu għal xi rigali, l-aktar ikel. Hekk kif ir-rigal jingħata, dawn ukoll kienu jiżbgħu l-għatba tal-bieb bil-ġir, għax l-abjad kien sinjal ta’ ferħ u awgurju. Patri Manwel Magri SJ, fil-ktieb tiegħu X’Jgħid il-Malti, itenni li “f ’għeluq is-sena, kulħadd jix­ tieq lil għajru s-sena t-tajba; u ma jonqosx f ’Malta u Għawdex min ibajjadlek l-għatba tal-bieb”, biex jiddeskrivi din il-prattika tradizzjonali. Cassar Pullicino fil-ktieb tiegħu, Studies in Maltese Folklore, jgħid li t-tiċpis tal-għetiebi bil-ġir baqa’ jseħħ anki sa ftit snin wara t-Tieni Gwer­ra Dinjija.

L-Imbuljuta Waħda mit-tradizzjonijiet Maltin għal dawn iż-żminijiet hija l-Imbuljuta tal-Qastan. Tradizzjonalment l-imbuljuta kienet issir darbtejn, wara l-quddiesa ta’ nofsillejl tal-Milied u wkoll lejlet l-Ewwel tas-Sena. Fil-ksieħ xitwi, kikkra imbuljuta kienet u għadha, tinżel għasel! Taħlita ta’ qastan, kokotina, imsiemer tal-qronfol, qoxra tal-mandolina u ħwawar jagħtu t-togħma u r-riħa li huma sinonimi ma’ dawn il-festi. Te Deum Laudámus Il-kant tat-Te Deum hu marbut ma’ festi prinċipali u wkoll b’radd il-ħajr ’l Alla wara ġrajjiet li jkunu messew mill-qrib il-poplu. Huwa wkoll marbut

mal-aħħar jum tas-sena. Dari, ma kontx tara knisja vojta għal dan il-kant solenni li jitkanta b’radd il-ħajr għas-sena li tkun fl-aħħar sigħat tagħha. Illum, għalkemm għadu jsir, l-attendenza fqaret. Hija tradizzjoni antika li fl-aħħar jum tas-sena, fil-knejjes jitkanta l-innu “Te Deum laudamus; te Dominum confitemur...” (Lilek O Alla nfaħħru, lilek aħna nistqarru). Qabel it-Te Deum kien jissejjaħ l-“l-Innu Ambrosjan”, għaliex kien maħsub li kitbu Sant’Ambroġ jew Santu Wistin, imma minn studji li saru jirriżulta li kitbu l-Isqof Niċetu fir-raba’ seklu. Għalkemm l-aktar li titkanta hija l-verżjoni Gregorjana (dik Maltija tvarja xi ftit mill-oriġinal), insibu dan l-innu kompost minn diversi kompożituri, fosthom il-Maltin Benigno Zerafa u Nicolò Isouard.


16

27.12.2020

MALTA FL-2021 għal realtà ġdida. Realtajiet

EDWARD ZAMMIT LEWIS Ministru

M’hemmx dubbju li bħal sajjetta fil-bnazzi, il-COVID-19 laqtet kull aspett tal-ħajja tagħna. It-turiżmu mejjet, in-negozji jmajnaw, l-edukazzjoni f’diffikultà, l-isport wieqaf u sar anke diffiċli inkunu flimkien. Tlifna għeżież tagħna u lanqas stajna narawhom jew nonorawhom b’funeral denju. Ferm aktar minn qatt qabel, is-saħħa tagħna saret l-aktar ħaġa importanti. Riċentement il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar xaqq ta’ dawl, li l-vaċċin daqt ser ikun magħna. Irridu nkunu pożittivi li ser negħlbu l-pandemija fix-xhur li ġejjien. L-objettiv tagħna għandu jkun li naddattaw

Indunajna kemm bħala popli differenti għandna nkunu ponn wieħed. Din il-pandemija tefgħet lil kulħadd f’baħar wieħed, laqtet saħansitra l-aktar pajjiżi avvanzati. Is-safar waqaf ħesrem, b’hekk intbaħna kemm dan huwa importanti għall-bniedem sabiex jifhem kulturi differenti. Fattur importanti f’ħajjitna huwa li nieħdu ħsieb lill-għeżież tagħna, issa ma stajniex immorru nżuruhom kif konna nagħmlu qabel. Wara l-Covid għandna nnaqqsu mill-ħajja mgħaġġla li ngħixu u nagħtu aktar ħin lill-għeżież u lill-anzjani tagħna. Teknoloġija u Impjiegi Ġie apprezzat aktar l-użu tat-teknoloġija, skoprejna modi ġodda kif nikkomunikaw, u nistgħu niltaqgħu u naħdmu mingħajr ma nkunu fiżikament preżenti fuq ilpost tax-xogħol. Il-bniedem wara dan kollu ser jitgħallem jadatta b’mod mgħaġġel prattiċi ġodda u effikaċi. It-teknoloġija għenet ukoll

sabiex jiġi ggarantit aċċess għall-ġustizzja. Kien żmien fejn minħabba ċ-ċirkostanzi straordinarji li ġew fuqna għaġġilna sabiex daħħalna metodi ġodda ta’ kif fost oħrajn, jinstemgħu l-kawżi, kif jidaħħlu l-atti ġudizzjari l-Qorti. Jiena tlaqt bi proċess ta’ diġitalizzazzjoni sħiħa tal-awli tal-Qorti. Ta’ min jiftaħar bl-għajnuna finanzjarja li ta l-Gvern diversi drabi waqt din il-pandemija. Kemm għandna nkunu kburin li kuntrarju għal dak li seħħ f’pajjiżi oħra li għandhom ekonomiji tant avvanzati, aħna rnexxielna nżommu l-impjiegi. Dan wassal għal anqas tbatija għallMaltin u l-Għawdxin, mhux biss finanzjarja, iżda anke dik mentali u psikoloġika. Ċertament li dan ser jippermettilna li kif jekk Alla jrid, jgħaddi kollox nitilqu b’rankatura ekonomika b’saħħitha. Jeddijiet Umani Huwa ċar ukoll li ntbaħna kemm hu importanti li fi żminijiet diffiċli bħal dawn ikun hemm mexxejja li jieħdu deċiżjonijiet importanti għaċ-ċittadini tagħhom. Kien hemm mexxejja li

użaw l-iskuża tal-pandemija sabiex f’pajjiżhom ħonqu d-demokrazija permezz ta’ miżuri awtoritarji. Dan qalu s-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fil-Jum iddedikat għall-Jeddijiet Umani: “The pandemic has reinforced two fundamental truths about human rights, said the Secretary-General, starting with the observation that violations harm us all. The COVID-19 pandemic has had a disproportionate impact on vulnerable groups including frontline workers, people with disabilities, older people, women and girls, and minorities. It has thrived because poverty, inequality, discrimination, the destruction of our natural environment and other human rights failures, have created enormous fragilities in our societies. At the same time, the pandemic is undermining human rights, by providing a pretext for heavy-handed security responses and repressive measures that curtail civic space and media freedom.” F’kull mument qgħadt attent li għalkemm ħafna minna kienu qed joqogħdu ġew-

wa djarhom, dejjem baqa’ miftuħ l-aċċess għas-sistema tal-ġustizzja f’pajjiżna, dejjem b’rispett lejn il-ħaddiem tal-Qorti, il-Ġudikanti, iċ-ċittadini li jużaw is-servizz u l-membri tal-professjoni legali. Inħarsu ’l Quddiem Dan kollu għandu jimliena b’kuraġġ li nimxu ’l quddiem, m’hemmx dubju li d-dinja fil-passat għaddiet minn żminijiet ta’ sfidi oħrajn. Ħadd mhu lest għar-realtà ta’ wara din il-pandemija, jeħtieġ nitgħallmu lezzjonijiet important, nimxu ’l quddiem u noħorġu b’saħħitna aktar minn qatt qabel. Konvint li bħala Gvern u bħala Malta jirnexxilna li fil-mument li b’xorti tajba nirbħu għalkollox il-gwerra kontra l-pandemija, nitilqu b’ekonomija b’saħħitha sabiex inkomplu nqassmu aktar minn qatt qabel lill-poplu Malti u Għawdxi, fis-saħħa, fl-edukazzjoni u fi kwalunkwe tip ta’ benefiċċji soċjali. Dan iwassal għal Malta b’ekonomija b’saħħitha, pajjiż rispettat fejn tirrenja l-ġustizzja soċjali u s-saltna tad-dritt!

LEJN SENA ĠDIDA B’TAMA U POŻITTIVITÀ

JOSIANNE CUTAJAR Membru Parlamentari Ewropew

Għaddejna Milied b’differenza u issa qed nistennew l-aħħar ftit jiem qabel ma nibdew sena ġdida – sena mistennija aktar minn snin oħra. Kull sena ġġib magħna episodji, avvenimenti u mumenti, imma dawn id-disa’ xhur li għaddew kienu xhur li matulhom rajna u għexna perjodu li żgur li se nibqgħu niftakruh u nirrakkontawh. Jiena persuna li nħobb inħares ’il quddiem. U f’dan il-messaġġ tiegħi xtaqt inwas-

sal ħsibijiet li jimlewni b’kuraġġ, u nittama li lilkom ukoll, biex nilqgħu b’idejna miftuħa s-sena 2021. Ma jistax jonqos li nitkellmu dwar il-pandemija, li għaġnet ħajjitna matul dawn ix-xhur li għaddew. Imma proprju llum stess li b’koinċidenza huwa jum twelidi, se jkolli u l-poplu Malti u Għawdxi wkoll, l-akbar rigal – għaliex illum nibdew l-ewwel pass lura lejn in-normalità. L-għada tal-Milied wasal il-vaċċin f’pajjiżna u llum bdew jitlaqqmu n-nies. Lura lejn in-normalità. Kelma li ilna nistennew u li f’għeluq sena u bidu ta’ oħra, issa se nibdew nersqu eqreb biex ngħixuha. Imma anki hawn irridu nkunu kawti. Filwaqt li għandna għalfejn niċċelebraw, irridu noqogħdu attenti ħalli dak kollu li ksibna f’dawn l-aħħar xhur, inżommuh. Għalhekk, ningħaqad kemm mal-Prim Ministru Robert Abela kif ukoll mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, biex xorta nibqgħu nsegwu

l-pariri tal-Awtoritajiet tasSaħħa. Hawnhekk niftakru kif pajjiżna mexa b’għaqal u b’direzzjoni. Aħna l-Maltin u l-Għawdxin ninsabu f’din il-pożizzjoni għax kien hemm tmexxija li ħarset tassew saħħitna. Pajjiżi oħra, anki dawk viċin tagħna, illum għadhom, sfortunatament, f’sitwazzjoni totalment differenti. Sitwazzjoni li l-pandemija rikbithom. U għalhekk ngħid li għalkemm ma ċċelebrajniex il-Milied bħas-soltu, imma għandna ngħożżu dan il-Milied b’differenza. Hawnhekk inħoss li għandna wkoll nirriflettu ftit. Fil-ġirja mal-ħajja meta kollox kien ħieles mir-restrizzjonijiet tal-pandemija, xi drabi jaf ma ffukajniex biżżejjed fuq is-setturi tas-soċjetà li jistħoqqilhom l-attenzjoni sħiħa tagħna – dawk li jgħixu waħedhom, l-anzjani tagħna, dawk li minħabba raġuni jew oħra jinsabu rikoverati – u hawn mhux qed ngħid biss

għall-morda, imma wkoll għal dawk li qed iħarsu ’l quddiem għal ħajja differenti u ħajja pożittiva. It-Tlieta li għadda kelli x-xorti nżur il-Caritas. Mhux se nidħol fix-xogħol kbir u dedikat li jagħmlu dawk kollha li jaħdmu ma’ dawn il-persuni li l-ħajja kienet kiefra magħhom u imbuttathom lejn il-vizzju tad-droga. Dan kollha nafuh u napprezzawh immens. Imma tajjeb li nirriflettu ftit kif f’dawn ix-xhur moħħna kien kważi mimli ħsibijiet dwar l-effetti tal-pandemija – imma pajjiżna xorta baqa’ għaddej b’dak li s-sena ‘normali’ tinkludi wkoll. Fost dan, il-ħidma kbira li ssir minn għaqdiet volontarji, organizzazzjonijiet mhux governattivi – f’diversi oqsma, fosthom ukoll allura, il-Caritas. Insellem lil dawk kollha li jaħdmu f’dawn is-setturi li l-ħidma tagħhom hija indirizzata biex jaraw li dawk li huma vulnerabbli, dawk li huma maħkumin minn vizz-

ji, dawk li għandhom bżonn vuċi – jibqgħu jiġu megħjuna – kif ġara f’dawn id-9 xhur li għaddew, minkejja, intenni, ir-restrizzjonijiet u d-diffikultajiet kollha li ġabet magħha l-pandemija. Kienet sena b’differenza. Imma kienet sena wkoll li ressqet fuq l-għatba tagħna opportunitajiet fuq diversi livelli. Jekk xejn rajna d-dinja diġitali tidħol ħafna aktar fid-djar u fl-iskejjel tagħna u fis-servizzi li ningħataw. Rajna għajnuna tingħata lil dawk is-setturi li, mingħajr din l-għajnuna, kienu litteralment se jispiċċaw ħażin. Naħseb li din is-sena li għaddiet għallmitna ħafna. Jekk xejn għallmitna naprezzaw aktar il-ħajja u lil xulxin. L-akbar rigal li nistgħu nagħtu lil xulxin għas-sena d-dieħla huwa li dan l-apprezzament inkomplu ngħożżuh. Minn qalbi nieħu din l-opportunità biex nawgura lilek u lill-għeżież tiegħek sena mimlija saħħa, kuntentizza u pożittività.


17

27.12.2020

POPLU B’SAĦĦTU, F’PAJJIŻ SAN

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

L-isbaħ rigal għall-Milied din is-sena huwa bla dubju l-aħbar li ħadna din il-ġimgħa fejn il-vaċċin ġie approvat mill-Kummissjoni Ewropea u se jibda jingħata mil-lum ’il quddiem. Kienet stennija u aħbar li tferraħ mhux biss lilna l-poplu Malti u Għawdxi imma lillpopli tad-dinja kollha. Nibdew il-ġlieda biex jinqered dan il-virus li rnexxielu jwaqqaf lid-dinja. Bil-koperazzjoni tagħna lkoll, qed naraw id-dawl fit-tarf tal-mina. U meta naċċenna bil-koperazzjoni ta’ kulħadd qed ngħid kemm għall-fatt li kull min jista’ jieħu l-vaċċin, jieħdu, kif ukoll biex nibqgħu nobdu l-protokolli u nżommu d-distanza soċjali sakemm jgħidulna l-Awtoritajiet tas-Saħħa. Hekk biss niżguraw li l-mixja lejn in-normalità u l-qerda ta’ dan il-virus tkun garantita fl-iqsar żmien possibbli. Kulħadd xeba’, nafu lkoll. Kulħadd irid li jkollu Milied normali u jiddeverti. Imma din is-sena r-raġuni trid tkun suprema u tirbaħ fuq kull xewqa oħra, għall-ġid tagħna u għall-ġid tal-għeżież tagħna. Il-Ħadd li għadda, fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru wera d-determinazzjoni ta’ dan il-Gvern li jkun fuq ta’ quddiem fost il-pajjiżi kollha Ewropej sabiex noħorġu minn din il-pandemija u nirritornaw għall-ħajja normali, biex l-ekonomija tirpilja mill-aktar fis possibbli, biex it-turiżmu jerġa’ jirranka u biex mhux biss insalvaw l-impjiegi imma nkomplu niġġeneraw impjiegi ta’ kwalità. Imma fuq kollox sabiex il-poplu jerġa’ jikseb il-kunfidenza u nkomplu mexjin ’il quddiem bħala poplu san u b’saħħtu. B’poplu b’saħħtu ngawdu lkoll. U dan hu l-għan ewlieni ta’ dan il-Gvern, li jissalvagwardja u jieħu ħsieb saħħet il-poplu tiegħu. Għamel dan billi implimenta protokolli u ħa deċiżjonijiet

iebsa f’dan iż-żmien ta’ sfida u kif ukoll ħaseb u ra li l-kunsinja tal-vaċċin tilħaq lil dan il-poplu żgħir fl-UE daqskemm se tilħaq lill-popli ta’ pajjiżi ferm ikbar. Niftakru sitwazzjonijiet simili fil-passat fejn virus fatali laqat id-dinja u l-Gvern ta’ dak iż-żmien ma ħasibx bis-serjetà sabiex il-vaċċin kontra l-virus jilħaq l-ammonti li jkopru lill-popolazzjoni Maltija u Għawdxija jekk ikun hemm il-bżonn. Dan ma jistax jingħad illum, fejn aħna assigurati li kull nhar ta’ Tnejn minn għada tasal kunsinja ta’ vaċċin kontra l-COVID-19 u se jkollna biżżejjed biex jitlaqqam il-poplu kollu u aktar minn hekk. Għalhekk, nappella lil kulħadd għax ir-responsabbiltà issa taqa’ fuqna lkoll, biex naħtfu l-opportunità u meta niġu mistiedna sabiex nitlaqqmu, nagħmlu dan bla biża’ għax il-vantaġġi li joffri dan il-vaċċin għal saħħitna u għat-tkomplija ta’ ħajjitna kif konna nafuha sena ilu, żgur li jissuperaw bil-bosta xi side effects li jista’ jagħmel dan il-vaċċin. Jien l-ewwel waħda nistenna l-mument bil-ħerqa li nitlaqqam u dan nagħmlu għalija nnifsi, għall-familja tiegħi u għal kull persuna madwari l-aktar għall-vulnerabbli. Biżżejjed niftakar f’persuni ħbieb u għeżież għalija li tlift kaġun ta’ dan il-virus. F’isem dawn il-vittmi, immur għall-vaċċin b’aktar ħeġġa sabiex nibqgħu poplu b’saħħtu f’pajjiż san. Kollox jiddependi wkoll fuq il-koperazzjoni tal-popli l-oħra madwarna speċjalment fl-Ewropa, li huma wkoll jirrikorru bi ħġarhom għall-vaċċin. Għandna bżonn li l-Ewropa tirpilja u tiġi għan-normalità daqskemm irridu li pajjiżna jagħmel dan. Hekk biss nistgħu niżguraw staġun turistiku tajjeb għas-sajf li ġej jekk Alla jrid. Dan hu l-aħħar artiklu tiegħi qabel il-festi tal-Milied u l-ewwel tas-sena u għaldaqstant nieħu l-opportunità sabiex nawgura lilkom għeżiez qarrejja tal-KullĦadd u l-familji tagħkom, Milied hieni u fuq kollox sena 2021 tajba, mimlija saħħa, suċċess u hena. Għandna tama ġdida f’idejna sabiex l-2021 tkun sena mill-aqwa. Saret ħafna ħidma, saru ħafna sagrifiċċji. Issa l-mument li nuru li Malta lesta biex tiltaqa’ mad-destin u lesta li tieħu d-deċiżjonijiet u twettaq il-miżuri sabiex titlaq tiġri mill-ġdid. Dan nistgħu nagħmluh biss jekk nagħmluh flimkien, b’determinazzjoni u mingħajr biża’. Awguri mill-qalb lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.

B’poplu b’saħħtu ngawdu lkoll. U dan hu l-għan ewlieni ta’ dan il-Gvern, li jissalvagwardja u jieħu ħsieb saħħet il-poplu tiegħu. Għamel dan billi implimenta protokolli u ħa deċiżjonijiet iebsa f’dan iż-żmien ta’ sfida u kif ukoll ħaseb u ra li l-kunsinja tal-vaċċin tilħaq lil dan il-poplu żgħir fl-UE daqskemm se tilħaq lill-popli ta’ pajjiżi ferm ikbar

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 17 ta’ Diċembru Le, le, man, xejn mhuma sejrin tajjeb l-affarijiet! Minn dak li nisma’ l-Kap issa mhux ġdid, Bernard Grech, mhu Kap xejn u diġà sar pupu f ’idejn il-klikka ta’ Jason Azzopardi u Manuel (mhux Adrian) Delia. Minn dak li smajt, qabel imqar jagħmel pass wieħed, qiegħed ikollu jikkonsulta ma’ Jason Azzopardi li nesa li kien mar it-tieġ ta’ Yorgen Fenech u nesa wkoll li ta’ Tumas Grupp (jiġifieri ta’ Yorgen Fenech) kienu tawh vaganza b’xejn fil-lukanda lussuża tal-Hilton f ’Tel Aviv. Mhux biss jikkonsulta qiegħed ikollu l-Kap issa mhux ġdid, imma saħansitra qiegħed ikun sfurzat jiddefendi lil Jason Azzopardi waqt li jħallih jagħmel u jgħid li jrid. Il-Ġimgħa, 18 ta’ Diċembru Qabżitli llum, man! Erħejtilha lejn il-Belt bit-tama li niltaqa’ ma’ xi ħbieb u nintefgħu xi mkien ngħidu kelma, għalkemm it-temp ma tantx kien jippermetti. Iltqajt ma’ żewġt iħbieb tiegħi u morna sal-Barrakka ta’ Fuq ngħidu kelma, ovvjament fuq il-partit darba glorjuż tagħna. Dawn iż-żewġt iħbieb għandhom l-istess fehma tiegħi li b’Bernard Grech kap issa mhux ġdid tal-partit, ftit li xejn qegħdin jaraw progress. U din lili tinkwetani bil-kbir għax għalkemm dawn mhux Nazzjonalisti daqskemm jien Nazzjonalist jien, donnhom li diġà destinati għal tkaxkira oħra. U tkaxkira oħra ma niflaħiex, man! Is-Sibt, 19 ta’ Diċembru Ma niflaħx nisma’ aħbarijiet xejn sbieħ, aktar u aktar meta deħlin fil-ġimgħa tal-Milied, il-ġimgħa li jien imdorri ngawdi bil-kbir. Sieħbi tal-Istamperija xejn ma kellu aħbarijiet sbieħ xi jgħidli. Għal kuntrarju, ikolli ngħid li anke hu digà qata’ qalbu li se nirbħu l-elezzjoni li jmiss. Imma jien mhux lakemm naqta’ qalbi u anke jekk xtaqt li l-elezzjoni li ġejja jkun Adrian (mhux Manuel) Delia li jiġġilidha, xorta waħda se nkun fuq quddiem nett niġġieled sal-aħħar. Missieri, li semmieni Nazju għax il-Kappillan qallu li ma jistax isemmini Nazzjonalist, dejjem hekk għallimni. Il-Ħadd, 20 ta’ Diċembru Dejjem l-istess kantaliena, man! Irridu lil dak jew lil dik tirriżenja u ngħidu li jekk ma tirriżenjax, għandha titkeċċa. U minn tagħna ma jirriżenja ħadd. U allaħares tidħol il-kultura tar-riżenji, kif kien isejħilha Eddie l-kbir, għax kieku l-ewwel li jkollu jirriżenja huwa l-Kap issa mhux ġdid Bernard Grech minħabba

li kwistjonijiet li kellu ma’ tat-taxxa għax ma kienx ħallas kif suppost kellu jħallas. U jekk jirriżenja l-Kap issa mhux ġdid, jerġa’ jkollna tellieqa oħra li żgur ma tagħmlilniex ġid għax aħna mhux bħalhom. Huma, ladarba tintemm it-tellieqa jispiċċa kollox, imma aħna le. Aħna nibqgħu nagħtu bejnietna. It-Tnejn, 21 ta’ Diċembru Illum l-ewwel jum tax-xitwa, l-istaġun li ma nħobbx. Insomma ilha li bdiet ix-xitwa għax dawn l-aħħar ġimgħat ħlief riħ, xita u maltemp ma kellniex. M’hemmx x’tagħmel, man! Il-Covid u l-maltemp qegħdin iżommuni ġewwa, u dejjem l-istess ħajja, nispiċċa nhewden fuq il-partit darba glorjuż tagħna. U matul din il-ġimgħa aktar u aktar għax filġimgħa tal-Milied, ovvjament meta konna fil-gvern, ma kinitx tgħaddi ġurnata waħda mingħajr ma kont inkun mistieden għal xi riċeviment. Tgħidx kemm kont niekol u nixrob minn fuq dahar il-Ministri, għax kollha kienu jistednuni bħala l-akbar Nazzjonalist li hawn fil-pajjiż. It-Tlieta, 22 ta’ Diċembru U le, man, m’għandniex għalfejn naqtgħu qalbna għax il-Kap issa mhux ġdid jaħdem bla heda qiegħed. Anke f ’dawn il-ġranet tal-festi l-ħin kollu għaddej u qiegħed isib ħin għalkollox. Fuq kollox qiegħed isib il-ħin biex jikkritika lill-Gvern tal-Labour, fuq quddiem nett lill-Prim Ministru Robert Abela. Għalkemm ikolli nammetti li Robert Abela mhux iħallih b’xejn lanqas, għax malajr ikun pront iwieġbu, biex ma ngħidx li jagħtih xi daqqa taħt iċ-ċintorin. Imma jien konvint li meta tasal l-elezzjoni li jmiss Bernard tagħna jkun sablu rkaptu u jirbaħlu, għax fuq kollox l-elezzjonijiet illum hekk saru: tellieqa bejn il-mexxejja tal-partiti. L-Erbgħa, 23 ta’ Diċembru Nista’ ngħid li qattajt il-ġurnata nċempel lil dak u lill- ieħor, nixtiqilhom il-Milied it-tajjeb. Ċempilt lil ħafna ħbieb u ovvjament kulħadd kelma waħda: Se jkun Milied differenti minħabba din l-imniefaħ ta’ pandemija. Ftit li xejn se nkunu nistgħu niltaqgħu, mhux għax m’għandniex minn fejn nonfqu biex nieħdu grokk, għax flus kulħadd għandu, imma bil-bars u l-każini magħluqin fejn taqbad tmur, man! U issa, biex tgħaxxaqha ma nafx x’sabu l-Ingilterra, imma bit-titqiba, tal-anqas skont ma qegħdin jgħidu, xorta waħda se negħlbuha l-pandemija. Jalla jirnexxilna llum qabel għada.


18

27.12.2020

DAWRA MA’ ERBA’ QADDISIN Ħafna Kattoliċi inklużi aħna l-Maltin tgħallimna u ħadnieha drawwa li meta nitilfu jew ma nsibux xi ħaġa li nkunu rridu f’ħin qasir, nitolbu lil Sant’Antnin ta’ Padova biex isibhielna. X’kienet ir-raġuni għal din l-invokazzjoni? U għaliex meta naraw is-sema timla bissħab tax-xita, ragħad, beraq u sajjetti, nitolbu lil Santa Barbara, biex teħlisna mid-deni u mill-ħsara? Minn CHARLES B. SPITERI Sant’Antnin bis-Sagrament, fejn anki l-annimal imil quddiemu

Nibdew b’Sant’Antnin. Jingħad li waqt li kien fil-Monasteru Franġiskan f’Montpellier, biex jgħallem u jipprietka lill-istudenti Franġiskani, ma setax isib ktieb tas-Salmi li kien ikkopja b’idejh u li fih kellu n-noti u l-kummentarji li juża waqt it-tagħlim tat-teoloġija lill-istudenti tiegħu. Ġara li wieħed minn dawn l-istudenti ddeċieda li jitlaq mill-komunità Franġiskana u appena ġara dan, Sant’Antnin ma setax isib il-ktieb tas-Salmi! In-novizz żagħżugħ kien ħa dan il-ktieb prezzjuż miegħu. Sant’Antnin iddispjaċieh ferm, għax mingħajru spiċċa bħal ruħ mitlufa; ma jafx xi jrid jagħmel. Ħadd ma kien jaf fejn mar dak iżżagħżugħ u għalhekk ħadd ma seta’ jsibu. B’fidi kbira f ’Alla, Sant’Antnin talab li n-novizz jirrealizza l-iżball li kien wettaq u jagħtih lura l-ktieb. Fi żmien relattivament qasir, iż-żagħżugħ reġa’ lura, irritorna l-ktieb lil Sant’Antnin u talbu maħfra. Mhux talli hekk, talli reġa’ daħal malFranġiskani hekk kif qala’ l-maħfra u twiddiba minn Sant’Antnin biex darb’oħra ma jerġax jagħmel li għamel. Jingħad li dan l-istess ktieb jinsab imħares fil-monsateru Franġiskan f ’Bologna, l-Italja. Wara l-mewt ta’ Sant’Antnin, din l-istorja saret ‘leġġenda’ u nfirxet bħal nar f ’foresta. Minħabba f ’hekk, il-qaddis malajr sar magħruf bħala l-interċessur biex jinstabu l-oġġetti mitlufin. Din ir-reputazzjoni baqgħet tikber u tissaħħaħ tul is-snin. Madankollu, għalkemm lil Sant’Antnin nirrikorru

lejh għall-oġġetti materjali li jintilfulna, hu magħruf ukoll għall-grazzji li jaqla’ lil dawk li jkunu tilfu ruħhom, hu magħruf bħala l-qaddis tal-imħabba lejn l-annimali, u l-patrun għall-ħaddiema tal-posta, in-nisa tqal u x-xjuħ. Minħabba f ’hekk saret novena (talba li tingħad għal disat ijiem wara xulxin), b’fehma importanti li Alla dejjem jisma’ u jwieġeb it-talb tagħna. Jista’ jkun li mhux dejjem nirċievu dak li rridu, iżda dejjem jagħtina eżattament dak li neħtieġu.

Tagħrif fuq Sant’Antnin L-aktar li nassoċjaw lil Sant’Antnin hu ma’ Padova, l-isem tal-belt fl-Italja fejn hu għex l-aħħar snin ta’ ħajtu. Twieled f ’Lisbona, il-Portugall, fl-1191, f ’familja nobbli, u l-isem li ngħatalu fil-magħmudija kien Ferdinandu. L-ewwel edukazzjoni tiegħu rċevieha fl-iskola tal-Katidral ta’ Lisbona u aktar tard insibu li ta’ 15-il sena daħal mal-Kanoniċi Regolari

ta’ Santu Wistin. Iżda billi kien qed ikollu ħafna żjarat minn qrabatu u ħbiebu talab biex ikollu bidla fil-monasteru. It-talba ntlaqgħet u ntbagħat f ’Koimbra. Hemm studja sew l-Iskrittura u s-Santi Padri, u ħa wkoll il-Quddiesa. 14-il sena wara u sewwasew fis-16 ta’ Jannar 1220, fil-Marokk inqatlu l-ewwel ħames martri Franġiskani, u f ’dik is-sena stess ħadu l-iġsma tagħhom f ’Koimbra. Meta Ferdinandu ra l-purċissjoni għaddejja tqanqal ħafna biex jidħol malFranġiskani, bl-iskop li jkun jista’ jmur il-Missjoni u jmut martri. Għalhekk, sena wara, fl1221, daħal mal-Franġiskani Minuri u ħa l-isem ta’ Anton. Kien fil-ħarifa tal-istess sena, li rħielha lejn il-Marokk. Hemmhekk marad, u wara ftit xhur kellu jirritorna lejn pajjiżu, iżda billi l-vapur li kien fuqu ltaqa’ ma’ tempesta, flok il-Portugall sab ruħu Sqallija, f ’Messina. Minn hemm mar Assisi fejn kellu jiltaqa’ l-Kapitlu Ġenerali. Hemmhekk ra u sema’ lil San Franġisk. Ftit wara mar Montepau-

lo mal-Provinċjal, fejn għex ħajja ta’ ġabra. Darba minnhom intalab biex jagħmel kelmtejn fil-Katidral ta’ Forli, u tant ipprietka tajjeb li wara, il-Provinċjal talbu biex jagħti ruħu għall-prietki. Hu ħa l-proposta tal-Provinċjal, filwaqt li baqa’ jistudja u ħa d-Dottorat fit-Teoloġija. Hekk kif San Franġisk sema’ b’għerfu, ħatru biex jibda jgħallem it-teoloġija lill-patrijiet sħabu. Għamel ħafna ġiri jipprietka fl-Italja, fi Spanja, u fi Franza. Fl-1224 kien Gwardjan u fl-1226 inħatar Ministru Provinċjal. Fl-1228 mar Ruma fuq xogħol tal-Ordni. Hemm ipprietka quddiem il-Papa Girgor IX, li sejjaħlu “Arka tat-Testment u moħba tal-Iskrittura”. Biex fuq talba tiegħu stess imur ikompli jipprietka, fl-1230 inħeles mill-uffiċċju ta’ Ministru u mar fil-Kunvent ta’ Padova li kien bena hu stess. Hemm ħadem bla heda speċjalment għall-fqar, li sal-lum għadna nisimgħu bil-“ħobż ta’ San Antnin”. Fil-prietki tar-Randan ta’ dik is-sena, il-folla ta’ nies li marret tisimgħu laħqet it30,000 persuna.

Wara l-mewt ta’ Sant’Antnin, din l-istorja saret ‘leġġenda’ u nfirxet bħal nar f’foresta. Minħabba f’hekk, il-qaddis malajr sar magħruf bħala l-interċessur biex jinstabu l-oġġetti mitlufin. Din ir-reputazzjoni baqgħet tikber u tissaħħaħ tul is-snin

Miet meta kellu 40 sena, fit-13 ta’ Ġunju 1231. 11-il xahar wara, il-Papa Girgor IX iddikjarah Qaddis. Fl-1946 il-Papa Piju XII ipproklamah Duttur tal-Knisja. Sant’Antnin hu meqjum ħafna fil-Bażilika li bnewlu l-Franġiskani Konventwali f ’Padova, fejn hemm il-fdal tiegħu.

Tagħrif fuq Santa Barbara Santa Barbara ilha meqjusa bħala martri mill-akbar fil-Knisja Ortodossa talLvant. Kienet ukoll waħda mill-ewwel qaddisin u martri Kristjana Griega. Minkejja l-leġġendi marbutin ma’ ħajjitha, l-ewwel referenzi għaliha, li suppost imorru għat-tielet seklu, ma jidhrux qabel is-seba’ seklu. Anki l-venerazzjoni lejha, li kienet komuni, speċjalment fil-Lvant, tidher li bdiet fid-disa’ seklu. Minħabba d-dubju dwar l-istoriċità tal-leġġenda tagħha, Santa Barbara tneħħiet mill-Kalendarju Ġenerali Ruman fir-reviżjoni tal-1969, iżda xorta baqgħet iżżomm postha fil-lista ta’ qaddisin tal-Knisja Kattolika. Ħafna drabi, lil Santa Barbara narawha b’minjatura ta’ ktajjen u torri. Bħala waħda mill-14-il persuna qaddisa li joffru l-għajnuna, Santa Barbara tkompli tkun popolari anki fiż-żminijiet tal-lum. Hi magħrufa fost l-oħrajn bħala l-qaddisa patruna tal-artillieri; suldati bil-korazzi; inġiniera militari, matematiċi, ħaddiema tal-minjieri u oħrajn li jaħd-


19

27.12.2020 mu fl-isplussivi, minħabba r-rabta tal-leġġenda tagħha mas-sajjetti. F’verżjoni Franċiża tal15-il seklu nsibu li ma’ din il-qaddisa hemm marbutin 13-il miraklu, ħafna minnhom jirriflettu s-sigurtà li offriet lid-devoti tagħha li ma jmutux qabel ma jqerru u li jirċievu wkoll il-Griżma tal-Morda. L-istorja ta’ Santa Barbara tgħidilna li hi twieldet f ’Nicomedia, fit-Turkija, fis-sena 273 Wara Kristu. Hi kienet bint ċertu Dioscorus, raġel pagan li kien sinjurun. Kienet mgħassa sew minn missierha, li spiċċa qafilha f ’torri biex tinqata’ mid-dinja ta’ barra u għax ma baqgħetx pagana. Dan wara li sar jaf li segretament hi qalbet għall-Kristjaneżmu u ċaħdet ukoll milli taċċetta offerta għaż-żwieġ, li waslitilha permezz ta’ missierha. Qabel ma missierha telaq għall-vjaġġ, ordna li tinbena kamra tal-banju qrib fejn kienet maqfula. Barbara insistiet li f ’din il-kamra, minflok ma jkollha żewġ twieqi, jsiru tlieta, simbolu tal-Ispirtu s-Santu. Meta missierha ġie lura mis-safra, Barbara stqarritlu li qalbet għall-Kristjaneżmu, u tant ħadha bi kbira li ħareġ ix-xabla tiegħu biex joqtolha, iżda t-talb tagħha ħoloq ftuħ fil-ħajt tat-torri u b’mod mirakoluż kienet trasportata f ’wied bejn żewġ muntanji, fejn kien hemm rgħajja jindukraw lill-merħliet tagħhom. Dioscorus ħareġ ifittex lil bintu, u l-ewwel ragħaj li ltaqa’ miegħu ma tahx widen u qallu li ma kien jaf b’xejn, iżda t-tieni ragħaj, ċaħadha. Talli għamel hekk, hu kien mibdul fi statwa tal-ġebel u l-merħla tiegħu tbiddlet f ’ġurati. Barbara tkaxkret quddiem Martinianus, il-Prefett tal-provinċja, li ordna li tkun ittorturata b’mod krudil, iżda hi xorta waħda baqgħet issostni li kienet Kristjana. Matul il-lejl, id-dlam talħabs imtela dawl u seħħew mirakli oħrajn. Kull filgħodu, il-pjagi tagħha bdew jitfejqu. Torċijiet tan-nar li kienu jintużaw biex jaħarquha bdew jintfew hekk kif jitressqu lejha. Finalment, kienet ikkundannata għall-mewt bilqtugħ tar-ras. Din is-sentenza wettaqha missierha stess, iżda bħala kastig, hekk kif kien sejjer lura d-dar, intlaqat minn sajjetta, li xorbitu fil-fjammi tagħha. Barbara ndifnet bħala Kristjana minn ċertu Valentinus u l-qabar tagħha sar sit għall-mirakli. Skont il-kiteb Golden Legend, il-martirju tagħha twettaq fl-4 ta’ Diċembru, waqt

kellu sejħa għall-konverżjoni meta nqabad priġunier waqt battalja u xeħtuh il-ħabs. Meta, minħabba n-nuqqas ta’ saħħtu ħelsuh, mar lura f ’dar il-ġenituri tiegħu, konfuż u mdejjaq. Il-mixjiet twal fit-toroq tal-kampanja t’Assisi u s-smigħ kontinwu ta’ leħen Alla, tah il-kuraġġ li jibqa’ miexi skont qalbu. Beda jagħti flusu u flus missieru lill-foqra u l-ħin kollu jitlob quddiem il-kurċifiss, mnejn kiseb enerġiji biex jinbnew mill-ġdid il-knejjes delapidati. In-nies ta’ Assisi kienu jirriferu għalih bħala l-baħnan, iżda Franġisku ma kienx jaf mod ieħor. Hu beda jipprietka l-Vanġelu u l-mod kif il-poplu kellu jsib lil Alla f ’kull ħolqien li jara madwaru, fih innifsu u f ’kull attività umana. Bl-imħabba u l-ferħ li kien juri, Franġisku ma damx ma ġibed numru ta’ segwaċi warajh, li fi ftit snin laħħqu l-eluf.

Santa Klara

Il-virtujiet ta’ San Franġisk

Ħafna drabi, lil Santa Barbara narawha b’minjatura ta’ ktajjen u torri. Bħala waħda mill-14-il persuna qaddisa li joffru l-għajnuna, Santa Barbara tkompli tkun popolari anki fiż-żminijiet tal-lum ir-renju ta’ Maximianus u l-Prefett Marcien. Fil-verżjoni Franċiża, editjata minn Patri Harry F. Williams, tal-Komunità Anglikana tar-Reżurezzjoni, id-data tingħata bħala l-267. F’Ruma, Santa Barbara saret magħrufa fis-seba’ seklu u l-kult lejha jinstab li nfirex fid-disa’ seklu, l-ewwel fil-Lvant. Peress li qabel ma tissemmiex fil-martirjoloġiji, l-istoriċità tagħha titqies dubjuża. Iżda l-leġġenda tagħha hi inkluża fi Speculum Historiale ta’ Vincent ta’ Beauvais u aktar tard insibuha wkoll fil-verżjoni ta’ William Caxton, Golden Legend. Madankollu, il-festa tagħha fl-4 ta’ Diċembru kienet introdotta f ’Ruma fit-12-il seklu u hi inkluża fil-Kalendarju Tridentin. Insibu iżda, li fl-1729, din id-data ġiet assenjata għaċ-ċelebrazzjoni tal-festa ta’ San Pietru Krisostmu, li naqqset il-kommemorazz-

joni ta’ Santa Barbara b’mod li tissemma biss fil-quddiesa li ssir lill-qaddis. Kif għedna aktar ’il fuq, fl1969, Santa Barbara tneħħiet mill-Kalendarju Tridentin, għax intqal li r-rakkonti fuq ħajjitha u l-martirju li jingħad li ġarrbet kienu immaġinarji, neqsin miċ-ċarezza u lanqas hu magħruf sew fejn ingħatat il-martirju. Ta’ min iżda jsemmi li Santa Barbara għadha mniżżla fil-Martiroloġija Rumana, għalkemm hemm qaddisa oħra bl-istess isem.

San Franġisk u Santa Klara Dawn iż-żewġ qaddisin dejjem jissemmew flimkien. La kienu f ’xi relazzjoni romantika u lanqas kienu aħwa. Kienu marbutin biss b’għaqda qawwija ta’ ħbiberija spiritwali fl-imħabba tagħhom lejn Ġesù Kristu u fil-ġlie-

da komuni biex jippriseraw il-Vanġelu u l-ideal tal-faqar volontarju. Franġisku u Klara ftit li xejn raw lil xulxin f ’ħajjithom, iżda t-tnejn kienu jafu bil-battalji u t-tbatija ta’ xulxin. Huma ħadmu separatament, għalkemm kienu jafu li jinsabu magħqudin fl-istess ideal. Tant hu hekk li r-rabta tagħhom fil-qalb u r-ruħ dejjem hi riflessa fl-arti u l-letteratura sa mill-Medjuevu. Jingħad ukoll li l-istorja ta’ San Franġisk ma tista’ qatt tkun kompluta mingħajr Santa Klara. Huma meqjusin bħala l-Adam u l-Eva għall-Kristjanità tal-Punent. Kemm Franġisku kif ukoll Klara twieldu u kibru f ’Assisi, l-Italja, fis-seklu 12. Franġisku kien bin merkant tad-drappijiet u kellu dak kollu li kien jinħtieġ, għax in-negozju ta’ missieru kien qed jiffjorixxi. Kien iħobb linnies, il-festini u l-kant, iżda

Klara kienet 12-il sena iżgħar minn Franġisku u membru tal-klassi nobbli. Ħajjitha kienet aktar indukrata minn ommha, li kienet taf li bintha kienet ġeneruża ferm mal-foqra t’Assisi. Minn età żgħira, Klara żviluppat spiritwalità qawwija u nġibdet lejn it-tagħlim u l-istil ta’ ħajja ta’ Franġisku. Hi ltaqgħet miegħu f ’numru ta’ okkażjonijiet sakemm flaħħar, fil-lejl ta’ wara Ħadd il-Palm, telqet minn dar il-ġenituri tagħha u sabet triqtha għal għand Franġisku u l-aħwa. Hemmhekk, Klara wiegħdet lilha nnifisha lil Alla u lill-foqra u bdiet tgħix l-istil ta’ ħajja sempliċi li kien jipprietka Franġisku. Anki meta zijietha marru biex joħorġuha mill-kunvent fejn Franġisku kien bagħatha, hi ma ċċaqalqitx minn fehmtha. Lanqas ċediet meta nisa oħra tan-nobbiltà, kif ukoll oħtha iżgħar minnha marru jippruvaw iħeġġuha titlaq. Bħal Franġisku, kienet tieħu ħsieb lis-segwaċi tagħha, tgħallimhom bil-kelma u bl-eżempju u kitbitilhom regola sempliċi, li jibżgħu għall-ħajja li jkunu msejħin għaliha. Illum, is-segwaċi ta’ Franġisku u Klara jinsabu ma’ kullimkien u f ’kull kontinent – ilkoll ferħanin u jfittxu stil ta’ ħajja sempliċi, ifittxu u jimxu wara Alla, li jgħix fil-fond ta’ qalbhom u f ’kull ħolqien. Il-viżjoni komuni tagħhom hi l-identifikazzjoni fis-sħubija mal-foqra u li jgħinu lil xulxin bħala aħwa.


20

27.12.2020

CLARE BUSUTTIL

MHIX SE TFIQ, IMMA TAF LI TISTA’ TGĦIX

Dan l-aħħar sirt naf b’persuna li xi snin ilu ħakmitha l-marda tal-kanċer. Impressjonani l-fatt li hija stess taf li mhix se tfiq, imma taf li tista’ tgħix. Qed nirreferi għal Clare Busuttil. Għandha 41 sena, minn Ħaż-Żabbar, taħdem lokalment f ’kumpanija internazzjonali u tħobb ħafna tgħum, issiefer, taqra u ssajjar. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna li jekk tieħu impenn, tipprova tagħmel ħilitha biex tonorah, kemm fil-ħajja privata, fix-xogħol u anki fil-volontarjat. “Inbati biex ngħid le u persistenti f ’dak li nkun qed nagħmel biex nagħmlu tajjeb kemm jista’ jkun. Naħseb ħafna fuq dak li nkun smajt jew dak li jkunu qaluli u ġeneralment nagħti l-opinjoni wara u sensittiva ħafna,” bdiet tgħidli dwarha. Clare hija s-Segretarja tal-grupp Europa Donna Malta li hija organizzazzjoni li taħdem ma’ persuni li huma morda bil-kanċer. Europa Donna bdiet fl1989 biex toffri wens lil d a w k

kollha li huma għaddejjin mill-kanċer tas-sider, kemm nisa, kif wkoll irġiel. Iktar ’il quddiem fl-2004 ingħaqdet ma’ Europa Donna, il-koalizzjoni li titkellem favur il-kura u d-drittijiet tal-pazjenti fl-UE. F’din il-koalizzjoni hemm 47 pajjiż ieħor li mhux kollha ġejjin mill-EU, fil-fatt, tinkludi pajjiżi bħal Iżrael, l-Użbekistan u r-Russja. “Il-koalizzjoni toffri wkoll sapport biex gruppi bħalna li joffru wens jitgħallmu u jżommuna aġġornati fuq trat-

tamenti ġodda, b’informazzjoni relatata u dak kollu li hemm bżonn waqt il-kura,” spjegatli Clare. Kompliet tgħidli li l-għan ewlieni ta’ EDM hu li toffri wens kemm lill-pazjenti, kif wkoll lill-familja u ħbieb ta’ dawk affettwati milkanċer tas-sider. Toffri wkoll tagħlim permezz ta’ materjal edukattiv bħall-importanza li kull bniedem ikun jaf lilu nnifsu biex jekk ikun hemm xi tibdil fis-sider jinduna bih, speċjalment fix-xahar t’Ottubru fejn membri tal-EDM imorru fi skejjel, f ’postijiet tax-xogħol u anki f ’postijiet oħrajn fejn jagħtu informazzjoni fuq il-kanċer tas-sider. “Din is-sena xorta tajna servizz permezz tal-internet; minn żmien għal żmien nikkollaboraw anki ma’ professjonisti kemm lokali, kif wkoll barranin biex intellgħu seminars edukattivi kemm għall-professjonisti, kif wkoll għall-pubbliku inġenerali. EDM toffri numru ta’ sessjonijiet għal sapport psikoloġiku professjonali għal pazjenti jew familjari milquta minn din il-kundizzjoni. Għandna kemm xtrajna xi kpiepel tal-qoton biex nagħtuhom lil dawk il-pazjenti li jkunu għaddejjin mil-kimoterapija u taqgħalhom xagħarhom u kull l-ewwel Ħamis tax-xahar inlaqqgħu l-pazjenti tagħna fl-uffiċċju tagħna fejn ikunu jistgħu jgħidu kelma ma’ pazjenti oħra bħalhom. Minħabba l-COVID-19 bħalissa qed niltaqgħu online. Noffru wkoll servizz fejn wieħed jista’ jistaqsi jew jitkellem ma’ rappreżentanta minn tagħna. In-numru huwa 99994666 jew 99330330 jew

permezz tal-paġna tagħna ta’ Facebook jew Instagram.” Kompliet tgħidli li hija ngħaqdet mal-Europa Donna fl-2016. “Dik is-sena avviċinatni l-breast care nurse li kienet tieħu ħsiebi biex nirrakkonta l-esperjenza personali tiegħi. Il-kumitat ta’ dak iż-żmien imbagħad offrieli li nattendi kors ġewwa Milan. Fi Frar ta’ wara sirt membru tal-kumitat u minn hemm ma ħaristx lura. Ninvesti ħafna ħin f ’tagħlim fuq il-kanċer tas-sider biex inkun nista’ nkun ta’ sapport u ngħaddi l-aħħar informazzjoni lill-pazjenti tagħna u lil dawk ta’ madwarhom. Tgħallimt ukoll x’servizzi hawn offruti għall-pazjenti lokalment.” Skopriet li kellha l-kanċer minn ħakk f ’sidirha Lura għas-sena 2012, Clare saret taf li kellha l-marda tal-kanċer. Kellha ħakk f ’sidirha, marret tagħmel ultrasound u skopriet li kellha l-kanċer. Kienet ħadet it-trattament mill-ewwel. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar dwar dan il-fatt. “Skoprejt li kelli kanċer b’kumbinazzjoni, wara vista għand gynaecologist. Meta għedtlu li kelli ħakk f ’sidri rrakkomandali biex napplika anti-histamine cream. Irrakkomandali li jekk ma jgħaddilix bil-cream immur nagħmel ultrasound u filfatt mort nagħmlu. Fl-ultrasound ma kien jidher xejn ħlief dell. Minn hemm il-professjonista ħadet azzjoni u rrakkomandat li nagħmlu mammogram li kkonferma dak li ħasbet. L-għada dħalt l-isptar għal biopsy. Mort waħdi, kont għedt lid-direttur tiegħi ta’ dak iż-żmien u xi ftit ħbieb minħabba li kelli bżonn xi ħin barra mix-xogħol. Kelli mmur għar-riżultat ġimgħa u nofs wara - isSibt minħabba li nhar ta’ Ħamis l-isptar jiltaqa’ multidisciplinary team li jinvolvi professjonisti mill-qasam tal-kanċer tas-sider. Meta mort għar-riżultat indunajt li ma kellix riżultat tajjeb,

Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

tinduna li l-professjonisti kienu eċitati. Tifhem li għalihom kull darba li jkollhom pazjent b’dijanjosi ta’ kanċer għalihom ukoll hija trawma. Fid-9 ta’ Awwissu neħħewli sidri. Fit-23 ta’ Settembru kif kont irkuprajt mill-operazzjoni bdejt il-kimoterapija u spiċċajt fl-24 ta’ Diċembru. Dak iż-żmien konna nieħdu trattament ġewwa Boffa li bħala sptar kont niddeskrivih qisek dieħel ġo post minn xi ktieb ta’ Charles Dickens. Niftakar l-ewwel darba li dħalt hemm ġew bkejt bikja quddiem Ġesù Sagramentat u għedtlu inti bis-serjetà ġibtni hawn ġew lili? Għalijja dak kien l-ikbar xokk, però nammetti li l-professjonisti li kienu jaħdmu hemm u llum ħafna minnhom għadni niltaqa’ magħhom l-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo jikkumpensaw għat-tbatija. Fis-17 ta’ Jannar erġajt ġejt operata taħt idejja fejn tneħħewli lymph nodes u wara ħadt radjuterapija. Minn hemm bdejt nieħu pillola kuljum suppost għal ħames snin,” bdiet tirrakkontali emozzjonata Clare. F’Diċembru 2015 ġiet dijanjostikata bil-kanċer tas-sider avvanzat fil-fwied. Għaliha kien xokk ieħor u bdiet taħseb li ser tmut ftit wara. “Minn dak iż-żmien ’l hawn ħadt diversi tipi ta’ trattamenti. Kanċer tas-sider avvanzat mhux operabbli, però hemm il-kura għalih. Kanċer tas-sider avvanzat jinfrex lejn partijiet oħra tal-ġisem bħall-moħħ, il-pulmun, il-fwied, l-għadam u anki fil-glandoli ta’ taħt l-idejn. Ma jitfejjaqx, imma hawn il-kura biex jinżamm stabli. Fil-fatt, xi professjonisti jħarsu lejn din il-kundizzjoni bħala waħda kronika. Trattament tiegħu hu kumpless u jinvolvi diversi tipi ta’ trattamenti bħall-kimoterapija, pilloli, radjuterapija jew operazzjoni. Trattament tal-kanċer avvanzat iġib diversi kumplikazzjonijiet u tbatijiet, apparti kollox mhux kulħadd jifhem il-kumplessità tiegħu u fil-fatt jiżolak minħabba


21

27.12.2020

l-stigma. Tiltaqa’ ma’ pazjenti li ħafna drabi jispiċċaw bla xogħol minħabba li bħala pazjent/a jkollok tmur l-isptar għal kura, check-ups u eżamijiet diversi drabi li jġib ukoll problemi finanzjarji,” stqarret miegħi. Ma kellix l-għarfien kollu li għandna llum Clare ssostni li dak iż-żmien ma kellhiex l-għarfien kollu li għandha llum dwar ilkanċer, u kienet ħasbet li kienet xi piena tal-mewt għaliha. Immaġinajt li kienet ħassitha xi ftit jew wisq mitlufa. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora. “Minkejja l-kura li joffri l-pajjiż, meta ssir taf li għandek kanċer tħoss id-dinja waqgħet fuqek. Tħossha bħala sentenza talmewt. Bħala persuna minn dejjem nistaqsi ħafna u dejjem kont nitlob li ningħata materjal x’naqra. Kont infittex fuq l-internet, però indunajt u biż-żmien ikkonfermajt li minħabba li l-bijoloġija ta’ kull persuna hija differenti, l-informazzjoni li hemm hemm barra mhux dejjem tkun relevanti għallkaż tiegħek. Kull individwu huwa uniku u anka l-kura għalih hija unika,” stqarret miegħi Clare. Kollox ma’ kollox, illum il-ġurnata Clare tirringrazzja lil Alla, u issa għaddew tmien snin minn dak iż-żmien bis-sewwa u bid-dnewwa. Issostni li mhux se tfiq, imma taf li tista’ tgħix. B’hekk staqsejtha kif jirnexxilha tikseb ilfaraġ u kuraġġ matul dan il-

Minkejja l-kura li joffri l-pajjiż, meta ssir taf li għandek kanċer tħoss id-dinja waqgħet fuqek. Tħossha bħala sentenza tal-mewt. Bħala persuna minn dejjem nistaqsi ħafna u dejjem kont nitlob li ningħata materjal x’naqra. Kont infittex fuq l-internet, però indunajt u biż-żmien ikkonfermajt li minħabba li l-bijoloġija ta’ kull persuna hija differenti, l-informazzjoni li hemm hemm barra mhux dejjem tkun relevanti għall-każ tiegħek

vjaġġ li waqa’ ħesrem fuqha. “Hope, Faith and Love. Bħala persuna nieħu ħsieb tiegħi nnifsi ħafna kemm minn barra, kif wkoll minn ġewwa. Bħala pazjenta nfittex kemm għajnuna psikoloġika, kumplimentari u anki spiritwali. Mhux se niċħad li nixtieq li l-ħajja trattatni aħjar u jiġi ħin li ngerger u jiġu ġranet fejn ma nitlobx, però nħalli f ’idejn Alla. San Franġisk ifarraġni ħafna u jgħallimni ħafna. Nammetti li nħobb il-ħajja u nipprova nagħmel memorji sbieħ u ma’ dawk kollha ta’ madwari. Ngħid ukoll li dak li jiddependi minni nagħmel l-aħjar li nista’ biex nagħmlu, però dak li ma jiddependix minni nipprova ma nagħtihx wisq importanza. Ma neħilx mal-ikrah talħajja, imma nara x’hemm iktar sabiħ madwari,” stqarret

miegħi. Kull persuna teħtieġ li tadatta għas-sitwazzjoni tal-ħajja Issostni li l-kanċer li għandha tqisu bħala kundizzjoni li trid tibqa’ tgħix biha. Sfortunatment Clare hija waħda minn 13% li ma tfiqx minnu. Issostni wkoll li kull persuna teħtieġ li tadatta għas-sitwazzjoni tal-ħajja. Fil-każ tagħha tilfet lill-maħbub tagħha f ’inċident. L-ironija tal-ħajja u f ’qalbha kienet tgħid li hija titlaq qablu, imma d-destin ried hekk. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar. “Ray miet f ’inċident imma mhux tat-traffiku. Il-mewta ta’ Ray kienet l-iktar sitwazzjoni f ’ħajti fejn jien ma ridtx ngħix aktar u kien hemm waqtiet fejn jien

ridt nieqaf nieħu anki trattament. Ħajti ma flaħthiex iktar. Hija diffiċli taċċetta dak li tħabbat wiċċek miegħu u tgħixu iktar u iktar. Kuljum naħseb fih u għad għandu post f ’qalbi. Nirringrazzja ’l Alla li ż-żmien li qattajt miegħu kien żmien sabiħ immens u l-memorja tiegħu ġġibli tbissima sabiħa immens u paċi. Ikolli nammetti li ħalla vojt kbir li batejt immens biex drajt ngħix biha, iżda kelli naddatta għalih. Kelli naddatta u nkompli ngħix. Madwari dejjem kelli sapport spiritwali u mediku b’saħħtu, mill-onkologu, mill-psikologa, mill-familja, mill-ħbieb u mill-kollegi. Telfa bħal dik qatt ma stajt inkampa mingħajrhom.” Qabel ma tfaċċalha l-kanċer Clare kienet tgħum, timxi u tmur il-gym, iżda

llum ħajjitha ġiet ikkundizzjonata. “Ngħum għadni, però mhux dejjem. L-eżerċizzju għadni nħobbu u nipprova nagħmel ħilti biex ngħum speċjalment fil-baħar. Nevita ħafna postijiet magħluqa minħabba li jiġi żmien li ċelloli l-bojod ikunu baxxi. Nimxi fix-xitwa għax is-sħana saret tagħmel bija u ħafna drabi jżommni l-uġigħ f ’dahri, ġenbi u saqajja li huma side effects tat-trattament. Nerġa’ nispeċifika li mhux ta’ kull trattament. Ftit eżerċizzju kuljum huwa rakkomandat, anke għal pazjenti bħali.” Lil Clare tlabtha tikkummenta dwar dawk il-persuni b’saħħithom, iżda li xorta waħda ssibhom jeqirdu għal kull ħaġa ta’ xejn. “L-attitudni hija xi ħaġa żgħira li tagħmel differenza kbira,” stqarret miegħi. Fl-aħħar nett għaddiet messaġġ inġenerali lejn il-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Għal pazjenti bħali nirrakkomanda li qabel jieħdu supplimenti jiddiskutu mal-onkologu minħabba li dawn jistgħu jkollhom impatt fuq il-kura. Għixu kull ġurnata bl-aħjar mod li tistgħu, l-aħħar ġurnata mhix f ’idejna, imma f ’idejn Alla. Taqtgħux qalbkom - jiġu ġranet aħjar mingħajr ma tkunu qed tistennewhom. Minn hawn nixtieq ħafna nirringrazzja lill-familja tiegħi, lill-ħbieb, lill-kollegi, lil dawk kollha li emmnu fija u l-aħħar u mhux l-inqas lill-professjonisti li mingħajrhom kieku jien mhux dak li jien illum. GRAZZI.”


22

27.12.2020

MOD KIF TIKKALMA, TGĦIN LIL SAĦĦTEK U TIRRILASSA Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Min hi Gaby Bartoli? L-ikbar passjoni tiegħi hija l-yoga. Xi sitt snin ilu mort l-ewwel lezzjoni tal-yoga ta’ ħajti u mill-ewwel sirt inħobbha. Dak iż-żmien kont qed naħdem full-time u nagħmel il-masters, u l-yoga mill-ewwel tatni sens ta’ kalma, kwiet u paċi li dak iż-żmien vera kont ilni nfittex. Barra minn hekk, biex nistudja kont inqatta’ ħafna ħin bilqiegħda u avolja kont immur il-gym, ħassejtni qisni persuna ġdida fiżikament kif ħriġt mil-lezzjoni. Minn hemm bqajt nipprattika kontinwament u bdejt naqra u ninteressa ruħi iktar. Verament affaxinatni l-yoga u bdejt nagħmel it-taħriġ. Illum il-ġurnata iċċertifikata għalliema tal-yoga tradizzjonali kif ukoll tal-aerial yoga. Ftit qabel ma faqqset il-pandemija ftaħt spazju żgħir tiegħi fejn kont nagħmel il-lezzjonijiet li semmejt: “The Mindful Moments Yoga Space.” Minħabba s-sitwazzjoni bħalissa però l-lezzjonijiet qed nagħmilhom online jew barra meta jippermetti t-temp. Naħdem ukoll bħala għalliema tal-guidance fl-iskejjel kif ukoll bħala counsellor privatament maż-żgħażagħ u adulti żgħar. Għandi wkoll passjoni kbira għall-mindfulness u meditation. Infatti t-teżi tal-Master in Counselling kienet fuq kif mindfulness jista’ jagħti serħan lill-moħħ anzjuż. Tkellimt ma’ diversi adulti li kienu jipprattikaw il-mindfulness u l-meditation u kollha semmew kif din il-prattika bidlitilhom ħajjithom u għenithom immens fejn tidħol ansjetà. Din il-prattika llum il-ġurnata nużaha kemm ma’ klijienti tal-counselling kif ukoll tal-yoga. Barra minn hekk, għamilt ħafna snin niżfen u avolja naqqast, iż-żfin għadu xi ħaġa li ngħożż ħafna. Inħobb ħafna naqra, inħobb inqatta’ ħin fin-natura, inħobb insiefer, inħobb l-avventuri u nħobb ħafna l-annimali. Xi tfisser yoga? Il-proprja kelma ‘yoga’ tfisser konċentrazzjoni fuq ħaġa waħda kompletament; li tgħin lil moħħok jimxi għal stat ta’ silenzju. Però l-yoga bħala prattika hija numru ta’ pożizzjonijiet li huma mmirati biex jgħinu

ja ħafna li mhux qed taħdem fuqha, tipprattika l-yoga. Dan għax tista’ tkun ta’ distress qawwi u anke trawmatiku li tiffoka fuq il-ħsibijiet u l-emozzjonijiet li tkun qed tesperjenza. Huwa minnu li l-yoga tintuża biex tnaqqas l-istress? Huwa minnu li l-yoga tkun issuġerita lill-addicts biex tgħinhom jiżviluppaw dopamine fil-moħħ?

jitqies bħala persuna importanti immens fil-yoga, infatti jissejjaħ il-missier tal-yoga. Interessanti ħafna li dak iż-żmien kienet xi ħaġa li tiġi pprattikata minn irġiel biss! Minn hemm kien hemm gurus importanti li bdew jagħtu iktar struttura u bdew joħolqu numru ta’ pożizzjonijiet li llum il-ġurnata nafu bħala yoga. Fil-passat kien hemm biss madwar ħames pożi li kienu jipprattikaw qabel il-meditazzjoni. Mill-Indja dawn il-gurus bdew isiefru u jxerrdu din il-prattika partikolarment fl-Amerka, fejn bdew jiftħu skejjel apposta. B’hekk bdiKif bdiet? et tinxtered madwar id-dinja Il-yoga bdiet ħafna snin ilu kollha, fejn f’Malta riċentefl-Indja. Kienet prattika li tin- ment bdiet iżżid fil polpolarità. tuża biex tipprepara l-ġisem fiżikament għal sigħat twal Fiex tgħinek il-yoga? ta’ meditazzjoni. Din kienet titqies bħala prattika sagra Il-yoga tgħin f’aspetti fiżiċi varħafna allura kienet tgħaddi ji bħal fil-flessibilità u t-tisħiħ minn persuni għall-oħra biss tad-dahar, biex tevita jew bil-kliem. Minħabba dan, in- tegħleb uġigħ u problemi, biex tilef ħafna għarfien fuq il-yoga terħi tensjoni fl-ispalel u filinkluż meta bdiet din il-prat- qadd li tkun riżultat ta’ stress tika eżatt. Però hu maħsub li u/jew pożizzjoni ħażina, tgħin l-bidu tagħha kien bejn 5,000 u anke fejn tidħol is-sistema diġestiva kemm biex iżommha 10,000 sena ilu. Wara ħafna snin kien hemm b’saħħitha u anke bħala detox, guru li ddeċieda li joħloq ftit biex iżżomm fit, fost ħafna asstruttura u beda jikteb doku- petti oħra. Xi ħaġa li hi unika għall-yoga menti fuq din il-prattika u l-valuri assoċjati magħha, li llum meta kkumparata ma’ eżerċizzjitqiesu bħala dokumenti sagri. ju fiżiku hija li tgħin anke f’asDan ir-raġel illum il-ġurnata petti mentali, emozzjonali u lill-persuna fuq aspett fiżiku, mentali, emozzjonli u spiritwali. F’ħafna tipi ta’ yoga, il-movimenti huma marbutin ma’ nifsijiet twal u fil-fond. Il-yoga tinkludi wkoll element ta’ meditazzjoni kemm bħala prattika fil-bidu jew fl-aħħar tal-lezzjoni kif ukoll fuq aspett ta’ stillness fil-pożizzjonijiet. Il-yoga hija wkoll lifestyle għax l-aspetti tagħha huma ta’ benefiċċju kbir jekk tinkludihom fil-ħajja ta’ kuljum, kemm fejn jidħlu valuri kif ukoll fl-aspett importanti li tiffoka fuq ilpreżent.

spiritwali. Il-yoga tgħin immens lill-persuni li jkunu għaddejjin minn perjodi ta’ stress jew ansjetà jew anke perjodi ta’ dipressjoni. Barra li tgħin waqt li tkun għaddej minn dawn il-mumenti diffiċli, tgħin ukoll biex tipprevjeni żmien ħażin fil-ħajja li jiżvolġi f’ansjetà jew f’dipressjoni li tkun ħafna iktar diffiċli timmaniġġja. Dan isir billi titfa’ l-attenzjoni tiegħek fuq il-ħsibijiet u l-emozzjonijiet li tkun qed tesperjenza u billi tiffoka fuq il-mument u tieħu nifsijiet twal teħles mill-ħsibijiet u mill-emozzjonijiet li m’għandekx bżonn u/ jew li jkunu qed jagħmlulek ilħsara, imqar għall-ħin li tkun qed tagħmel il-yoga. Din il-prattika hija tajba għal kulħadd?

Iva, kif semmejt qabel il-yoga tgħin ħafna biex tnaqqas l istress kemm għax hemm ċerti pożizzjonijiet li huma immirati biex ineħħu t-tensjoni millġisem, imma iktar minn hekk minħabba l-ambjent li l-yoga ssir fih fejn ħafna drabi tkun tinvolvi xemgħat, mużika rilassanti, in-nifsijiet twal u fil-fond li huma aspett importanti immens tal-yoga u l-element ta’ kwiet, meditazzjoni u stillness. Tgħin biex ittejjeb il-burdata u sense of well-being, tikkalmak u tirrilassak. Dawn jgħinu fl-iżvilupp ta’ dopamine fil-moħħ. Il-yoga tgħinek ukoll tibqa’ fil-preżent, tgħinek issir tħobb iktar lilek innifsek u tidentifika vizzji distruttivi u tgħinek iżżid il-kunfidenza fik innifsek. Dawn kollha jgħinu ħafna meta persuna tkun qed taħdem biex tegħleb il-vizzju tad-droga. Kif tipprattika l-yoga waħdek id-dar jekk ma jkollokx instructor? Ma nissuġġerix li persuna li qatt ma marret lezzjoni tal-yoga tipprattika waħidha d-dar, speċjalment jekk hemm injuries jew problemi ta’ saħħa. Jekk persuna li qatt ma pprattikat qabel tkun tixtieq tibda u forsi minħabba l-pandemijja jew impenji oħra ma tixtieqx toħroġ, nissuġġerixxi li tagħmel lezzjoni one to one ma’ instructor. Dan għaliex daqskemm il-yoga tista’ tkun ta’ benefiċċju huwa faċli li tweġġa’ jekk ma tkunx qed tagħmel il-pożizzjonijiet kif suppost. Però, jekk xi ħadd ġieli għamel yoga u jixtieq jinkludi din il-prattika fil-ħajja ta’ kuljum jista’ jfittex fuq l-internet jew anke fuq applikazzjonijiet varji fuq il-mobile u jsib varjetà ta’ riżorsi.

Hawn ħafna tipi differenti u livelli ta’ yoga, għalhekk importanti li nsibu l-prattika addattata għal-livell fiżiku tagħna. Jekk qed tipprattika skont il-livell tiegħek ma’ xi ħadd li huwa infurmat b’ injuries jew kundizzjonijiet mediċi li tbati minnhom, mela iva tajjeb. Però mhux il-pożizzjonijiet kollha huma tajbin għal kulħadd. Meta jidħlu problemi mentali ma nissuġġerix li persuna li tesperjenza psikożi jew għaddiet minn xi trawma kbira ħaf- Hemm min jaqta’ qalbu u na, jew hemm dipressjoni ser- jgħidlek li ma jarax effett biha.


27.12.2020 08.11.2020

23

SKEDA ONE The Greatest Deep Reds Ħabrikt ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Teżori Muża: Feature 02

19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 23:30 23:45 00:50

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Żona Sport 09:00 Muża: Feature 02 09:15 Telebejgħ 09:30 Better Living 10:30 Espresso

12:30 12:35 12:45 13:15 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:30

ONE News Popcorn Telebejgħ Kenn Niesa ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Follow Up Dak li Jgħodd

18:45 Muża: Feature 03 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:45 Ħabrikt - Reel 8 21:00 Mija - PL 22:15 Music Legends 22:50 Ondroad 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:00 09:15 09:30 10:30 12:30 12:35

13:00 13:15 14:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:45 19:15

Telebejgħ Ħal Far Airfield Follow Up ONE News Music Legends Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Pink Panther Better Living Muża: Feature 04 ONE Sports & Temp

ERBGĦA 19:30 ONE 30-12 News 20:10 PrimeTime 20:30 The Local Traveller 21:00 L-Iskwadra Sigrieta tan-Nannu Ton 22:30 Distintivi 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

13:00 13:15 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35 18:00 18:30

Telebejgħ Klassi Għalina: History of the world ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt - Reel 8 Mhux kemm taf Teżori

19:00 Jacob 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:45 Messaġġi Awtoritajiet 21:00 L-Iskwadra Sigrieta tan-Nannu Ton 22:00 Xandira Diretta Valletta 01:00 ONE News 01:15 Night Transmission

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Ieqaf 20 minuta Muża: Feature 01 Telebejgħ Indhouse Espresso ONE News Music Legends Telebejgħ

TLIETA 29-12

ĦAMIS 31-12 X’inhu l-argument tiegħek dwar dan? Il-ħajja llum il-ġurnata hija mgħaġġla immens, u qisu iktar ma tkun imħabbat iktar tiġi ammirat. Minħabba dan, moħħna jkun dejjem għaddej minn ħaġa għall-oħra b’ritmu mgħaġġel ħafna. Meta nkunu drajna ħajjitna kollha hekk u niġu biex inpoġġu bilqiegħda biex nagħmlu l-yoga jew xi meditazzjoni, moħħna ħa jagħmel kif inhu mdorri u jibqa’ għaddej b’veloċità, u din ħafna drabi ġġiegħel lill-persuna jħossu frustrat u jaħseb li l-yoga mhux tajba għalih. Wara snin imdorrijin b’moħħna dejjem għaddej, ma tippretendix li ħa tipprattika darba u l-mod kif dejjem għixt ħajtek ħa jinbidel! L-effetti fiżiċi ħa tħosshom mill-ewwel, imma l-effetti mentali għandhom bżonn iktar prattika! U nemmen li iktar ma persuna tħoss li l-yoga mhux tajjeb għaliha għax ilmoħħ ma jiqafx, iktar għandha bżonnha! Trid tkun konsistenti u paċenzjuż miegħek innifsek u jekk tipprattika imqar ftit minuti kuljum jew fil-biċċa l-kbira tal-ġranet, nassigurak li ħa tibda tħoss benefiċċji kbar!

semmejt fir-risposta ta’ qabel li tipprattika l-yoga u l-meditazzjoni frekwenti hija importanti immens. Però tista’ tipprattika wkoll fil-ħajja ta’ kuljum billi tkun attent għal meta tħossok li qed tintilef fil-ħsibijiet tal-passat jew tal-futur u tiffoka fuq il-mument billi tosserva x’hemm madwarek, tgawdi l-esperjenzi li tkun għaddej minnhom fil-preżent, u tosserva kif tkun qed tħossok dak il-ħin. Moħħok qatt mhu ħa jieqaf jaħseb għax għalhekk qiegħed, iżda billi nkunu attenti għal meta nintilfu fil-ħsibijiet u nġibu l-attenzjoni lura fuq ilpreżent, ikollna ħafna iktar kontroll fuq moħħna u nkunu nistgħu nikkonċentraw ħafna iktar. Messaġġ mingħandek biex tħeġġeġ lill-pubbliku jipprova din il-prattika.

Nemmen ħafna li l-yoga tajba immens għall-aspetti diversi fil-ħajja u li b’hekk il-ħajja tieħu xaqliba għall-aħjar. M’għandniex naqtgħu qalbna għax naraw ritratti ta’ persuni jagħmlu l-yoga f’pożizzjonijiet li jidhru impossibbli, jew għax naħsbu li m’aħniex flessibKif titgħallem tikkontrolla bli biżżejjed għall-yoga għax moħħok u tikkonċentra? l-aspett fiżiku huwa biss parti żgħira mill-yoga li jista’ jiġi Mistoqsija tajba ħafna! Kif addattat.

TNEJN ONE Sports & Temp 28-12 ONE News Prime Time Reboot Follow Up Gizelle ONE News Gizelle - ikompli Flimkien ma’ Nancy

13:30 15:05 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:35 18:55

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:55 09:15 09:30 10:30 12:30 12:43 13:10

08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:35

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Ġrajjiet tan-nannu Ċens Muża: Feature 03 Telebejgħ Dak li jgħodd Espresso ONE News Ieqaf 20 Minuta 07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum Ġrajjiet tan-nannu Ċens Telebejgħ Better Living Espresso ONE News Muża: Feature 04

12:30 ONE News 12:35 Andrea Bocelli: Concert 13:35 Maratona: Dar tal-Providenza 15:30 ONE News 15:35 Maratona: Dar tal-Providenza

19:15 ONE ĠIMGĦA Sports 01-01 & Temp 19:30 ONE News 20:15 Maratona: Dar tal-Providenza 00:00 ONE News 00:15 Night Transmission

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:30 Music Legends 10:00 Ieqaf 20 minuta 10:30 Popcorn

11:00 12:00 12:30 12:35 15:30 15:35 16:30 17:30

18:00 18:45 19:15 19:30 20:10 20:30 23:30 23:45

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55 12:30 12:35

15:30 ONE News 15:35 Arani Issa 16:50 Duurella 16:10 Mija 17:30 Kunċert Nico Darmanin 19:15 One Sport & Temp 19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:00 11:50 12:20

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Jacob Round up 2020 Uribi et Orbi Messaġġi Awtoritajiet

SIBT 02-01

ONE News ONE News Duurella Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan MPO: Youths Telebejgħ ONE News Arani Issa

Telebejgħ Ħabrikt ONE News L-Iskwarda Sigrieta tan-nannu Toni ONE News Dak li jgħodd Flimkien ma’ Nancy Il-Kelma

Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 minuta Arani Issa ONE News Night Transmission

ĦADD Minuta 20:30 Għax Jien 03-01 Inħobbok 21:30 The Great Deep Reds 23:00 The Music Legends 23:30 ONE News


24

27.12.2020

reċensjoni tal-ktieb

IX-XWEJJAĦ TAL-ĠUGARELLI ID-DAQQAQ TA’ ĦAMLIN U STEJJER OĦRA

Ix-Xwejjaħ tal-Ġugarelli u Stejjer Oħra huwa l-ħames ġabra ta’ stejjer għattfal ta’ Patrick Sammut. Hawnhekk il-qarrejja jsibu 17il storja ġdida li fl-imgħoddi l-awtur irrakkonta lil uliedu tard filgħaxija, u li wara għaddiehom minn proċess ta’ tirqim li għamilhom tajbin biex jinqraw kemm miżżgħar kif ukoll minn min ħalla warajh l-età tal-ħolm u talinnoċenza. Mill-ġdid, hawnhekk insibu stejjer fejn għandna kemm bnedmin kif ukoll bhejjem differenti bħala protagonisti jew personaġġi. Huma stejjer li għandhom kemm mirrealtà ta’ kuljum, kif ukoll mill-ħolma, mill-ħrafa, mirrealiżmu maġiku, u millcartoons li spiss rajna fuq ittelevixin. Sammut juża lingwa u stil mexxejja, flimkien ma’ Malti idjomatiku, biex b’hekk l-esperjenza tal-qari tinbidel f ’waħda mhux biss li tagħti pjaċir, imma anki tgħaddi messaġġ pożittiv. Hemm valuri bħalma huma l-ġenerożità, is-solidarjetà lejn min hu differenti, ir-rispett lejn l-ambjent li ngħixu fih u anki lejn in-nies u l-ħlejjaq l-oħra ta’ madwarna, imma jiġu anki ttrattati temi bħalma huma l-bullying, is-solitudni, imġibiet żbaljati rigward l-ikel, u d-dipendenza fuq it-televixin. L-ispazji fejn isseħħ l-azzjoni tal-istejjer f ’din il-ġabra huma spazji familjari bħal parks nazzjonali, ġonna pubbliċi, il-librerija, id-dar fejn ngħixu, u oħrajn li jmorru lil hinn mir-realtà li mdorrijin inġarrbu kuljum. L-istejjer f ’din il-ġabra ġdida ta’ Patrick Sammut joffru waqtiet ta’ mistrieħ u anki ta’ riflessjoni lill-qarrejja minn 10 snin ’il fuq.

Kull pajjiż, bħall-Gżejjer Maltin, għandu l-leġġendi tiegħu. Dawn huma stejjer li aktarx seħħew tassew imma li maż-żmien sarilhom xi tibdil jew xi żieda min-nies tal-lokal. Xorta waħda jibqgħu lwien letterarji ħelwin u xhieda tat-tradizzjonijiet talpajjiż mnejn bdew. Id-Daqqaq ta’ Ħamlin hi leġġenda mill-Ġermanja li ġejja minn żmien medjevali, u li wara nxterdet f’diversi pajjiżi. Illum ma tmurx f’din il-belt sabiħa ta’ Ħamlin mingħajr ma tara din I-istorja riflessa kullimkien. Fiha ġibda turistika partikulari, u fiha wkoll tagħlima għal kull żmien.

Silta mill-ktieb Għadda ftit taż-żmien u ma seħħ xejn. Imbagħad, ġurnata fost l-oħrajn, fil-belt ta’ Ħamlin deher wieħed raġel liebes stramb, qisu xi pulċinell tal-kummiedja, jew maskarat tal-karnival. Kellu lbiesu kull kulur u kien liebes barnuż aħdar bi pjuma bil-ġolġol li kienet tlaħħaq sa nofs dahru. Saħansitra ż-żraben kienu ta’ kulur aħdar u bi pjuma tobrom ’il fuq. In-nies ta’ Ħamlin qatt ma kienu raw wieħed bħalu u waqfu jħarsu lejh. It-tfal bdew jidħku, u xi wħud anki mxew filliera warajh, jippruvaw iżommu mal-pass tiegħu, qishom qed jiddieħku bih. Id-daqqaq ma qal xejn, ma ħares lejn ebda naħa, u baqa’ miexi dritt dritt bil-fifra taħt abtu. Meta wasal ħdejn il-bini tal-Kunsill waqaf, ħares madwaru, imbagħad baqa’ dieħel fil-bini qisu kien tiegħu. Il-Kunsill kien qiegħed f’seduta dak il-ħin, imma kif rawh kull kunsillier baqa’ ċass iħares lejh. Is-Sindku qam minn postu u resaq lejh. “Għaddi, ħabib tagħna,” qallu.

Mistoqsija: X’deher fil-belt ta’ Ħamlin? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba IX-XWEJJAĦ TAL-ĠUGARELLI u ID-DAQQAQ TA’ ĦAMLIN. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 3 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-kotba SHERLOCK, LUPIN U JIEN hija:

PAULINE DEBATTISTA - ZABBAR

04 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Minħabba Gvern Nazzjonalista, bejn l-2005 u l-2017, kemm-il ġurnata leave nsterqet mingħand il-ħaddiema bil-miżura antisoċjali?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

27.12.2020

MICHAEL U SUZAN BEAR CARSON – IS-‘SAN FRANCISCO WITCH KILLERS’ QATLU NIES LI F’GĦAJNEJHOM KIENU ‘SĦAĦAR’ Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO James Clifford Carson u Susan Barnes kienu koppja qattiela tas-‘sħaħar.’ Huma bidlu isimhom għal Michael Bear Carson u Suzan Bear Carson wara li ġew ‘illuminati’ minn Alla. Huma nstabu ħatja għal tliet omiċidji li wettquhom bejn l-1981 u l-1983. Min kienet din il-koppja Fl-1977, James Carson kien jgħix f’Phoenix f’Arizona flimkien mal-ewwel mara tiegħu u binthom. Skont l-ewwel mara tiegħu, Carson inbidel mil-lejl għan-nhar u l-imġiba tiegħu ma bdietx togħġobha. Kien għalhekk li qabdet lil bintha u telqu mid-dar xi mkien ’il bogħod minnu. Wara ftit, Carson beda joħroġ ma’ Susan Barnes, mara ddivorzjata b’żewġ ġuvintur. Carson u Barnes iżżewġu u flimkien bdew jagħmlu użu mid-drogi u jipprattikaw il-mitiċiżmu. Kien minn hawn li Carson qal li ‘Alla’ tah isem ġdid, dak ta’ Michael. Dan kitbu f’ittra indirizzata lil bintu fejn qalilha li issa ismu sar ‘Michael Bear’ u Susan saret ‘Suzan Bear.’ Wara sena jivvjaġġaw fl-Ewropa, il-koppja rritornaw lejn l-Istati Uniti u marru joqogħdu f’Haight-Ashbury f’San Francisco f’Kalifornja. Hawnhekk, huma komplew jagħmlu użu mid-drogi u baqgħu jaġixxu u jaħsbuha differenti mill-kumplament tas-soċjetà tal1980. F’dan il-perjodu, l-ewwel mara ta’ Carson bdiet tibża’ li kien se jsibha u jweġġagħha filwaqt li jeħdilha lit-tifla. Kien għalhekk li l-mara qatgħet il-kuntatt anke minn mal-qraba u kienet timxi minn post għal ieħor flimkien ma’ bintha ħalli Carson ma jsibhomx. Id-delitti F’Marzu tal-1981, Keryn Barnes ta’ 23 sena nstabet mejta fl-appartment tagħha. Magħha kienu jgħixu Michael u Suzan Bear u l-koppja kienu s-suspettati ewlenin tal-qtil ta’ Barnes. Il-vittma qalgħet 13-il daqqa b’arma bil-ponta u

Il-koppja Carson provat taħrab bil-karozza ta’ Hellyar iżda nqabdet mill-pulizija hekk kif intilef il-kontroll tal-karozza

qalgħet diversi daqqiet fuq rasha. IlIL-KOPPJA CARSON WAQT ġisem bla ħajja tagħha nstab imgeżwer fi gverta fil-kantina. Meta l-pulizija sabu IL-KONFERENZA STAMPA lil Barnes bla ħajja, huma tefgħu ħarsithom fuq Michael u Suzan iżda dawn talaħħar kienu laħqu ħarbu. ’Il quddiem meta jinqabdu, il-koppja Carson qalu li qatlu lil Barnes wara li Suzan qalet li din kienet saħħara. Il-koppja Carson reħewlha lejn il-muntanji fi Grants Pass f’Oregon, fejn baqgħu hemmhekk sar-rebbiegħa tal-1982. Wara marru f’Alderport f’Kalifornja fejn għexu u ħadmu f’razzett li jkabbar il-ħaxixa. Skont il-ħaddiema l-oħrajn, Michael u Suzan kienu anarkisti u kienu jipprietkaw dwar apokalissi nukleari li kienet se sseħħ fil-futur qrib. F’Mejju tal-istess sena, Michael spara u qatel lil Clark Stephens, ħaddiem fl-istess razzett, wara li kellu argument miegħu. Carson prova jeħles mill-ġisem ta’ Stephens billi ħarqu u difnu taħt il-fertilizzant tat-tiġieġ fil-bosk. Ħmistax wara, Stephens ġie rrappurtat nieqes lix-xeriff ta’ Humboldt County u wara t-tfittxija sabu l-fdalijiet maħruqa ta’ Stephens. Sakemm sar ir-rapport u saret is-sejba, il-koppja Carson laħqet ħarbet. Fost l-affarijiet li l-koppja ħalliet warajha, il-pulizija sabu manifest fejn fih kien hemm imniżżel li jrid isir l-assassinju tal-President ta’ dak iż-żmien, Ronald Reagan. F’Novembru tal1982, Michael inqabad mill-pulizija f’Los Angeles wara li xi ħadd kixfu li rah jipprova jiddobba lift. Minkejja dan, sar żball mill-pulizija u Carson inħeles b i l-k a r o z z a mill-arrest qata’ Hellyar iżda KERYN BARNES, bel ma l-pulizija nqabdet mill-puL-EWWEL VITTMA ta’ Humboldt County lizija hekk kif intilef laħqu kellmuh. Carson il-kontroll tal-karozza. ħalla ftit evidenza warajh, bħar-ritratt ta’ meta ġie arrestat, inIl-ġuri formazzjoni dwar fejn kien joqgħod u pistola. Għall-bidu, il-koppja sejħet għal konF’Jannar, Michael u Suzan bdew jip- ferenza stampa ħalli tammetti li kienu provaw jiddobbaw lift qrib Bakersfield huma t-tnejn qatlu lil Keryn Barnes, u waqaf Jon Charles Hellyar biex jgħin- Clark Stephens u Jon Charles Hellyar. hom. Waqt li kienu fil-karozza, Suzan id- Minkejja dan, qabel il-ġuri, huma reġa’ deċidiet li Hellyar kien saħħar u b’hekk darilhom u bdew jgħidu li ma kinux kellu jinqatel. Xħin waslu f’Sonoma ħatja. Fit-12 ta’ Ġunju tal-1984, James County inqala’ argument jaħraq bejn Clifford Carson u Susan Carson instabu il-koppja u Hellyar, fejn dan tal-aħħar ħatja għall-qtil ta’ Barnes u weħlu 25 waqqaf il-karozza. Il-ġlieda kompliet sena ħabs kull wieħed. Huma nstabu barra mill-karozza fejn Hellyar pro- ħatja wkoll għall-qtil ta’ Stephens u va jieħu l-arma tan-nar lil Michael. Hellyar, fejn weħlu 50 sena ħabs fuq ilKien hawn li Suzan tat daqqiet b’arma qtil ta’ Stephens u 75 sena fuq il-qtil ta’ bil-ponta lil Hellyar u Michael sparalu Hellyar. u qatlu. Din ix-xena rawha persuni li James Clifford Carson (Michael kienu għaddejjin minn hemm bil-karoz- Bear) qiegħed iservi s-sentenza tiegħu za u dawn informaw lill-pulizija. fil-Mule Creek State Prison filwaqt li Il-koppja Carson provat taħrab Susan Carson qiegħda fis-Central Cal-

ifornia Women’s Facility. Intervista Waqt intervista ta’ ħames sigħat millKGO-TV u s-San Francisco Chronicle, il-koppja qalet li huma kienu paċifisti u kienu jipprattikaw dik li tissejjaħ ‘vegetarian yoga’. Huma qalu wkoll li kkonvertew għal tip partikolari ta’ Iżlam u bdew isejħu lilhom infushom bħala ‘vegeterian Moslim warriors’, fejn kellhom missjoni biex joqtlu lil dawk li f’għajnejhom kienu ‘sħaħar’. Kien minn hawn li ngħatalhom il-laqam ta’ ‘The San Francisco Witch Killers’. Waqt din l-istess intervista, huma qalu li qatlu lil Keryn Barnes għax din taparsi kkonvertiet għat-twemmin tagħhom u bdiet ‘tixrob is-saħħa u l-poteri tal-yoga’ ta’ Susan Carson. Fuq il-qtil ta’ Stephens u Hellyar, huma qalu li dawn l-irġiel pruvaw jabbużaw sesswalment minn Susan. Il-koppja ma wriet l-ebda ħsus fuq id-delitti li wettqet.


26

27.12.2020

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

27.12.2020

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 361

AUDREY TESTAFERRATA DE NOTO - ZEJTUN

MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: F’Jannar ix-xiħ jew fis-........ jew l-isptar (5) 4. Flus antiki? (4) 7,16. Tilfu l-kulur (5)

Bi 3 NUMRI 070 077 106 261 466 477 658 728 734 B’4 NUMRI 0098

0285 0477 1137 1216 1405 1568 1702 1870 2498 2562 3099 3115 3178

3878 4549 4618 4703 4704 5587 5829 5961 6334 6456 6518 6838 6895

7403 7487 7974 9607 9648 B’5 NUMRI 01777 01778 02693 05051 12621 16566

16854 17689 28252 40227 46024 49707 53617 56073 58516 61471 72558 74163 74403

75477 75814 80372 82348 85567 85904 86565

466245 589941

B’7 NUMRI 1685606 2153487 3039635 3481886 B’6 NUMRI 5825297 014723 6586211 041345 8748849 277853 411776

9. 10. 12. 16. 18. 19. 20.

WEQFIN: 5. 1. Xorob ħafna? (6) 2,15,12W. Tfittex 6. it-tifsira tal-kliem (11) 8. 3,9. Hekk tkun liġi qabel tgħaddi mill-Parla- 11. ment (6) 12.

Ara 3 Qal x’se jiġri (6) Jaħrab (6) Ara 7 Ara 17 Mhux mejjet (3) Vaganza (5)

21,23. 23. 24.

Mhux bniedem (7) Ara 21 mimduda Basal ta’ fjura selvaġġa (5)

Jinżamm iż-żejt fih (3) Noqogħdu fiha (3) Siġra sabiħa ħafna (9) Negattiv (2) Ara 2

13. 14. 15 17,18. 21,22. 22.

Taxxa (3) Jara (6) Ara 2 Flus Libjani (5) Ħuta mqadda (6) (Ara 21 wieqfa)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Borra, 4.Għar, 7,16.Naqra, 9,11. Ramla, 10.Ammont, 12.Marina, 18,19.Arblu, 20.Stati, 23.Rari, 24.Rotot

WEQFIN: 1.Berquq, 2,3.Rumana, 5.HFO, 6,21W. Rettur, 8.Ammiratur, 12,17. Marsa, 13,21M. Rattab, 14.Abitat, 15.Suldat, 22.Bir


28

27.12.2020

GĦADA JUM MIBDUL Editorjal

L-unika ħaġa li se tibqa’ identika bħall-aħħar seba’ jew tmien snin hi, mingħajr dubju, in-negattività li taħkem lill-Partit Nazzjonalista

F’kull tmiem is-sena u fil-bidu ta’ waħda ġdida nittamaw f ’dak kollu li ma rnexxilniex inwettqu fit-12-il xahar ta’ qabel. Infasslu wkoll miri għalihom forsi nwettquhom fiż-żmien li ġej. Din hi aspirazzjoni umana meqjusa normali, avolja ħafna ħolm jispiċċa dejjem jevapora aktar malajr milli jkun ġie. Imma dan hu parti minn dak li jimbottana biex inħarsu b’fiduċja ’l quddiem, forsi ftit iżjed għorrief wara li tgħallimna minn żbalji jew ċirkostanzi li konna fihom. Issa aktarx li lkoll konxji u anke konvinti li l-2021, li wasalna biex nibdew, se tkun differenti u aħjar għal ħafna minna. Qabel xejn għax se toħroġna mill-pandemija tal-COVID-19, li mhux biss ġegħlitna niffaċċjaw għaj­ xien wisq differenti minn dak li konna mdorrijin fih, iżda wkoll urietna tbatijiet u mwiet li ma kinux mistennija. Jekk xejn ġabitna konxji ta’ kemm hi sabiħa l-ħajja fis-sempliċità tagħha, u wisq

aktar minn hekk, konxji kemm hu importanti li, bħala individwi daqskemm bħala soċjetà, inkunu mħejjijin għal problemi u diffikultajiet li ma nkunux qed nantiċipaw. Kliem missirijietna ta’ “erfa’ u sorr għal meta tiġi bżonn” qatt ma ġie utli daqs l-2020. L-ewwel konsenja talvaċċin waslet fostna lbieraħ biex jibda jingħata proprju mil-lum. Dan għandu jitfa’ warajna ħafna minn dak li doqna fl-aħħar xhur. Iżda, minbarra hekk, kellhom ikunu r-reżiljenza ta’ poplu ħawtiel u kuraġġjuż, flimkien mas-sostenn ta’ Gvern Laburista, li għaraf ikun għaqli sa mill-mandat li ngħata seba’ snin ilu, biex jagħmlu differenza assoluta u se jgħinuna nagħrfu kif nimxu f ’għada aħjar u diffe­ renti, inkluż fi żminijiet fejn ġnus oħrajn m’għandhomx l-istess xorti. Hemm wisq pajjiżi madwarna u lil hinn li se jkollhom iqattgħu s-sena l-ġdida jħabblu moħħhom kif se jiġbru l-frak kollu li ħallitilhom

il-Coronavirus u kif jistgħu jfasslu bidu ġdid f ’ġejjieni, li għalihom kien diġà mċajpar iżżejjed fl-2019. Waqt li nistgħu nifirħu li, bħala Maltin u Għawd­ xin, m’għandna l-ebda minn dawn it-tip ta’ problemi jew inkella mhumiex daqshekk kbar, xorta tajjeb niftakru li għad hawn min fostna li hu determinat li jfarrak dan kollu u jitlob minn filgħodu sa filgħaxija biex tikkrolla l-ekonomija nazzjonali u jisplodi l-għadd tal-foqra. Għax jekk dawn is-snin se jkunu ġabu tibdil drastiku f ’ħajjitna, l-unika ħaġa li se tibqa’ identika bħall-aħħar seba’ jew tmien snin hi, mingħajr dubju, in-negattività li taħkem lill-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni jew dak li llum reġa’ qed jiddominah mid-Dar Ċentrali. Dawk qatt m’aċċettaw ilfatt li l-poplu skreditahom u mill-2013 tahom aktar minn lezzjoni waħda, kbar biżżej­ jed biex jgħibu bil-mistħija. Flok tgħallmu xi ħaġa, saru eqlel u ħarrxu azzjonijiet­hom

b’kull tip ta’ ostaklu possibbli, basta jfixklu l-mixja progressiva u ta’ prosperità li l-Gvern ta’ Robert Abela issa qed ikompli jwettaq favur ilġid komuni. Anke minn sitwazzjoni li ħolqu huma stess 15-il sena ilu ttantaw jieħdu tagħhom, meta din il-ġimgħa sar magħruf li l-Gvern se jkun qed iwettaq il-wegħda li jagħti lura lill-ħaddiema l-festi nazzjonali li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa. Ċwieċ aħna, jekk anke wara dan iż-żmien kollu, nemmnu li l-id tal-ħbiberija tagħna tista’ tiġi reċiprokata minn min lest jaqtagħhielna barra. Tlifna diġà wisq okkażjonijiet. F’dawn iż-żminijiet ta’ riżoluzzjonijiet tajjeb li nibqgħu nkejlu bħala tali lil dawk li ma jafux, għajr iħassru kull logħba li jafu li hu impossibbli li jirbħu. Bħala kotra flimkien nistgħu xorta waħda nibqgħu nimxu ’l quddiem u ninjoraw lil min jixtieq iżommna ankrati fi żminijiet imgħoddija. Awguri u hena lill-bqija!


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.