KullĦadd_27.03.2022

Page 1

ATTENZJONI Tinsiex li l-lejl li għadda dawwarna l-arloġġ għall-ħin tas-sajf u mis-02:00 għamilnieh it-03:00 Ħarġa Nru 1,498

L-GĦAŻLA TAL-POPLU JINXTEĦTU MADWAR 86% TAL-VOTI ELIĠIBBLI FL-ELEZZJONI MAGĦRUFA GĦAD-DRITT LIL DAWK TA’ 16-IL SENA, IL-MEKKANIŻMU FAVUR IS-SESS L-INQAS RAPPREŻENTATTIV, L-GĦADD B’MOD ELETTRONIKU U L-PANDEMIJA TAL-COVID-19

Maġġoranza assoluta tal-poplu lbieraħ ivvotat biex taħtar lir-rappreżentanti tagħha fl-ogħla istituzzjoni tal-Parlament, fil-15-il siegħa disponibbli għall-jum proprju ta’ din it-13-il elezzjoni ġe­ nerali mill-Indipendenza ’l hawn. Dan wara li fl-aħħar jiem kien hemm oħrajn li vvotaw fl-elezzjonijiet bikrija minħabba raġunijiet ta’ safar jew kura fl-isptar. Waqt li minn kmieni filgħodu kien hemm konkorrenza tajba, inkluż bis-sehem tal-President tar-Repubblika George Vella, ilPrim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, fost l-ogħla awtoritajiet, kien għadu mhux magħruf kemm inxteħtu voti b’mod globali sakemm morna għall-istam­ pa. Waqt li sas-2:00 p.m. kienu vvotaw ftit inqas minn 45% ta’ dawk kollha eliġibbli li jivvotaw, minn tagħrif li għandha din ilgazzetta jirriżulta li l-persentaġġ approssimattiv ta’ dawk kollha li vvotaw f’din l-elezzjoni jlaħħaq madwar is-86%. Xorta kien mistenni persentaġġ inqas mit-92.1% li xeħtu l-vot tagħhom ħames snin ilu, ladarba t-tendenza ta’ tnaqqis fir-rata ilha sseħħ għal għexieren ta’ snin fl-elezzjonijiet ġenerali. Minkejja dan, b’għadd akbar fil-popolazz­joni u anke f’dawk li saru eliġibbli biex jivvotaw, ilbieraħ xorta kien mistenni li jkun hemm inqas persuni li jitfgħu l-vot tagħhom meta mqabblin mal-aħħar żewġ elezzjonijiet ġenerali. B’kollox kien hemm 355,075 persuna fuq ir-Reġistru Elettorali ta’ Frar eliġibbli għal din l-elezzjoni ġenerali, iżda minn dawn 14,473 dokument tal-vot baqgħu ma nġabrux sal-Ħamis f’nofs­illejl. L-aktar distretti li ġew affettwati minn dan kienu l-10 u t-12-il Distrett, li storikament ixaqilbu iżjed lejn il-Partit Nazzjona­lista. Tkompli f’paġna 4

57,000 VOTANT IŻJED IRREĠISTRATI MILL-2003 ’L HAWN Rapport f’paġna 3

Prezz €1 Ritratt: GARETH DEGIORGIO

Il-Ħadd, 27 ta’ Marzu, 2022


02

27.03.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 19°C L-Inqas Temperatura: 13°C L-Indiċi UV: 7 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni baxxa fuq it-Tuneżija, li testendi lejn iċ-ċentru tal-Mediterran, ser timxi lejn il-Lvant It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab Ir-Riħ: Qawwi mix-Xlokk il-Lvant li jsir ħafif għal moderat mix-Xlokk Il-Viżibilità: Ġeneralment tajba Il-Baħar: Qawwi li jsir moderat L-Imbatt: Baxx għal moderat mix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 15°C

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

KUNTATT ĠENERALI

17°C UV 7

11°C

Il-Ħamis

17°C UV 7

12°C

Il-Ġimgħa

19°C UV 5

14°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

19°C UV 2

13°C

18°C UV 7

11°C

17°C UV 7

11°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IL-ĦAMIS 31 TA’ MARZU

Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21234567 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Il-Marsa – 21221118 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513 D’Argen’s Pharmacy, 330, Triq D’Argens, Il-Gżira – 21330817 St. Andrew’s Pharmacy, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġ – 21371062 Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema – 21334635 St. Michael Pharmacy, Misraħ tatTrasfigurazzjoni, Ħal Lija – 21435875 Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Il-Mosta – 21416426 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, Il-Qawra – 21580881 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k/m Vjal il-Kottoner, Il-Fgura – 21673811 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq ilLampuka, Marsaskala – 27023322 Martin’s Pharmacy, 182, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa – 21651031 Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, L-Imqabba – 21683048 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21455479 Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat, Għawdex – 21566170 St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, Ix-Xewkija, Għawdex – 21563052

Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21238577 Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21236477 Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 21482558 Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Il-Ġżira – 21332080 Brown’s Pharmacy, 92-94, Triq il-Mensija, San Ġwann – 21373275 The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 21330376 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, L-Iklin – 21435567 Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Il-Mosta – 21416426 Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa – 21523536 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k/m Vjal il-Kottoner, Il-Fgura – 21673811 Polymer, Triq ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar – 21676263 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622 Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, L-Imqabba – 21683048 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21455479 Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat, Għawdex – 21556970 Nadur Pharmacy, Pjazza 28 t’April 1688, In-Nadur, Għawdex – 21563589

*Mil-lum l-ispiżeriji se jkunu miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.


03

27.03.2022

IL-FOND KONSOLIDAT IKOMPLI JITJIEB FI FRAR Sa Frar li għadda l-Fond Konsolidat kellu defiċit ta’ ftit inqas minn €81 miljun, li jfisser titjib ta’ €247 miljun mir-riżultat tal-istess perjodu fl-2021. Dawn ir-riżultati fiskali għall-ewwel xahrejn tas-sena kienu l-aħjar li ġew osservati mill-2019 lil hawn, minħabba li fl-2020 kien hemm defiċit ta’ €98 miljun fl-ewwel xahrejn u €328 miljun fl-2021. Ta’ min jinnota li fl-ewwel xahrejn ta’ sentejn ilu kienet għadha ma bdietx il-pandemija f’pajjiżna, għalkemm kien hemm diġà xi impatti ekonomiċi ġejjin minn barra. Fil-bidu tal-2020 il-Gvern kien għadu ma kellux bżonn jintroduċi skemi, bħal pereżempju l-Covid Wage Supplement, li wkoll għadhom jammontaw għal spiża sostanzjali din is-sena. Tant hu hekk li

l-ispiża rikurrenti kienet kważi €90 aktar għolja mill-istess xhur fl-2020. Min-naħa l-oħra, id-dħul tal-Gvern sa Frar li għadda kien kważi €90 miljun aqwa mill-ewwel xahrejn tal-2020. Dan jindika li, imqabbel ma’ qabel bdiet il-pandemija, l-attività ekonomika hi ferm akbar. Pereżempju d-dħul mill-Income Tax kien €261 miljun din is-sena, kontra €199 miljun fl-2020. Anke d-dħul mill-bolla u mill-VAT hu ferm aqwa milli kien sentejn ilu. Meta wieħed iqabbel id-dħul tal-Gvern ma’ kif kien fl-2021, jiġi nnotat titjib ferm qawwi, ta’ kważi €97 miljun. B’kuntrast, l-ispejjeż tal-Gvern naqsu b’€151 miljun. Dan il-fatt jikkonferma kemm parti sostanzjali taż-żieda fl-ispiża fl-2021 kienet dovuta

għal żviluppi temporanji relatati mal-pande­mija. Pereżempju l-ispiża fuq is-saħħa naqset għal €133 miljun minn €177 miljun sena ilu. Dan filwaqt li l-Gvern nefaq fuq is-settur ferm aktar milli kien jagħmel fl-2020, meta l-ispiża kienet €107 miljun. It-titjib ta’ 75% li ġie rreġistrat fil-Fond Konsolidat fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena jikkonferma li l-ekonomija lokali qed tkompli tirkupra mill-effetti tal-pandemija u li l-qagħda fil-finanzi pubbliċi qiegħda tiġi lura għan-normal. Fl-istess ħin il-Gvern għadu f’pożizzjoni li jkompli jagħti għajnuna lil dawk is-setturi li l-aktar għadhom affettwati, mentri jsostni wkoll bżonnijiet oħrajn bħall-kriżi fil-prezzijiet tal-fuel kif ukoll l-impatti mill-gwerra tal-Ukrajna.

Kien hemm żieda ta’ 56,966 persuna eliġibbli li jivvotaw f’pajjiżna mill-2003 lil hawn. L-akbar għadd ġie rreġistrat sa 10 snin wara, tant li kien hemm iżjed minn 35,000 votant (jew 61% taż-żieda kollha), li ġew irreġis­trati sal-2013 imqabbel mal-2003. Skont ċifri uffiċjali tal-Kummissjo­ ni Elettorali, għall-Elezzjoni Ġenerali tal-2003 kien hemm 297,930 persuna eliġibbli li jivvotaw, waqt li għal dik tas-Sibt li għadda kien hemm 354,896 votant eliġibbli. Dan irid jittieħed inkonsi­derazzjoni wkoll ma’ żieda ta’ madwar 100,000 fil-popolazzjoni lokali li ġew irreġistrati bejn iċ-ċensiment tal-2011 u dak li sar is-sena li għaddiet u li l-ewwel riżultati tiegħu ġew ippubblikati proprju din ilġimgħa (rapport f’paġna 7). Ta’ min jinnota li, minn analiżi talgħadd ta’ persuni li vvotaw fl-aħħar ħames elezzjonijiet ġenerali, bejn l-elezzjonijiet ġenerali tal-2003, l-2008 u l-2013 kien hemm żidiet kostanti kull darba ta’ iżje­d minn 17,000 votant, waqt li bejn dik tal-2013 u tal-2017 iż-żieda kienet ta’ ftit inqas minn 9,000. Fil-fatt għall-Elezzjoni Ġenerali tal2008 kienu rreġistrati 315,357 persuna eliġibbli għall-vot u 333,072 persuna eliġibbli għall-Elezzjoni Ġenerali tal2013. Fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2017 kienu rreġistrati 341,856 votant. L-għadd ta’ votanti li eventwalment jixħtu l-vot tagħhom ukoll baqa’ jiżdied kull elezzjoni ġenerali, għalkemm bħala persentaġġ dejjem kien inqas. Waqt li l-persentaġġ ta’ voti mixħutin kien mistenni jkompli jonqos, f’din l-elezzjoni għall-ewwel darba kien mistenni jkun hemm għadd inqas ta’ voti mixħutin mill-aħħar żewġ elezzjonijiet ġenerali. Waqt li l-285,122 votant li xeħtu l-vot tagħhom fl-2003 kienu jammontaw għal 95.7% tal-elettorat kollu, dawk li vvotaw ilbieraħ kienu mistennija jammontaw għal ftit iktar minn 300,000. Ħames snin ilu xeħtu l-voti tagħhom kważi 315,000, waqt li ftit inqas minn 310,000 ivvotaw fl-2013.

Ritratt: OMAR CAMILLERI/DOI

MAS-57,000 VOTANT IŻJED IRREĠISTRATI MILL-2003

Fost dawk li ma vvutawx f’din l-elezzjoni, kien hemm 14,473 li għażlu li lanqas jiġbru l-vot tagħhom, partikolarment fit-12-il Distrett fejn kien hemm 2,529 vot li baqgħu għand il-Kummissjoni Elettorali. Minbarra hekk, aktar minn 6,700 vot baqgħu ma nġabrux minn eletturi tal-1, it-3, id-9, l-10 u t-13-il Distrett flimkien, li lkoll esperjenzaw iżjed minn 1,000 vot mhux miġbur kull wieħed. Bil-maqlub, id-distretti fejn l-aktar li nġabru voti kienu r-4, il-5, is-6 u s-7 Distrett.

Bejn l-elezzjonijiet ġenerali tal-2003, l-2008 u l-2013 kien hemm żidiet kostanti ta’ iżjed minn 17,000 votant kull darba … ftit inqas minn 9,000 żdiedu bejn l-2013 u l-2017

€12B IŻJED FI TFADDIL MILL-2017 Fl-aħħar ħames snin it-tfaddil millMaltin u l-Għawdxin żdied bi ftit aktar minn €11.9 biljun. Ċifri, li ONE News kiseb mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, juru kif id-depożiti fil-banek lokali żdiedu b’€5.8 biljun, waqt li depożiti f’istituzzjonijiet mhux finanzjarji, bħal bonds tal-Gvern u kumpaniji privati, żdiedu bi ftit aktar minn €6 biljun. F’Jannar tal-2017 id-depożiti malbanek lokali kienu jlaħħqu qrib is-€17.3 biljun, iżda f’Jannar ta’ din is-sena dawn laħqu qrib it-€23.1 biljun. L-investimenti tal-Maltin, li ma sarux malbanek, kienu jlaħħqu kważi s-€17.5 biljun fl-2017, iżda f’Jannar ta’ din is-sena telgħu għal ftit iżjed minn €23.5 biljun. F’kummenti lil ONE News, id-Depu­ tat Dekan tal-Fakultà tal-Ekonomija l-Prof. Philip Von Brockdorff qal li din iż-żieda tista’ tiġi attribwita għall-effetti tal-pandemija u l-wirt minn ġe­ ne­razzjoni għall-oħra. “Id-depożiti ban­karji huma dovuti għal tliet affari­ jiet, bla dubju hemm żieda fit-tkabbir ekonomiku li jwassal għal żieda fl-assi finanzjarji, allura d-depożiti bankarji. It-tkabbir ekonomiku qabel il-pande­ mi­ja kien ċar, kien straordinarju.” L-aktar depożiti popolari huma f’kontijiet kurrenti li f’Jannar ta’ din is-sena laħħqu d-€19.2 biljun, żieda ta’ kważi €7 biljun meta mqabblin mal-istess perjodu fl-2017 fejn kienu jlaħħqu ftit aktar minn €12-il biljun. Isegwu wara huma d-depożiti fissi li kienu jlaħħqu t-€3.6 biljun. Hawnhekk kien hawn tnaqqis meta mqabbel ma’ Jannar tal-2017. F’dik is-sena depo­żiti simili laħħqu l-€4.7 biljun, jiġifieri naqsu bi ftit iktar minn €1 biljun. Hu mifhum li għal dan jaħti t-tnaqqis tar-rati tal-interessi mill-banek, li wassal lil ħafna iżjed biex jippreferu jinvestu jew jiddepożitaw f’investimenti oħrajn. L-akbar żieda fid-depożiti b’mod totali fl-aħħar ħames snin kienet is-sena l-oħra, tant li bejn Diċembru 2020 u Diċembru 2021 kien hemm żieda ta’ qrib il-€1.9 biljun. Von Brockdorff attribwixxa din iż-żieda għall-pandemija u anke għat-tkabbir ekonomiku.


04

27.03.2022

L-ogħla awtoritajiet fil-pajjiż jitfgħu l-vot tagħhom. Mix-xellug: il-Prim Ministru f’Marsaskala, il-Kap tal-Oppożizzjoni fil-Mosta u d-Deputat Prim Ministru

45% TAL-ELETTORAT ELIĠIBBLI Tkompli minn paġna 1 Il-votazzjoni permezz ta’ 742 kaxxa tal-votazzjoni f’116-il skola jew ċentru madwar Malta u Għawdex fetħet fis-7:00 ta’ filgħodu u baqgħet għaddejja sal10:00 ta’ filgħaxija. Sa minn kmieni filgħodu, wara li l-Kummissjoni Elettorali tat bidu għallpro­ċess tat-tqassim tal-kaxxi tal-voti fl-iskej­jel u ċentri oħrajn assenjati biex fihom issir il-votazzjoni, in-nies bdew jinġabru biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom. Għalkemm bosta kkonkorrew bi ħġarhom biex jivvotaw, kien irrapportat li l-andament kien wieħed mex­xej matul il-ġurnata kollha u kien hemm biss ftit ħin ta’ stennija biex wieħed jidħol jivvota. Fl-ewwel rendikont tas-2:00 ta’ waranofsinhar dwar kemm kienu vvotaw nies sa dak il-ħin, it-turnout kien ta’ ftit iżjed minn 40%, skont stqar­ rija inizjali tal-Kummissjoni Elettorali. Imqabbel mal-istess turnout tas-2:00 p.m. irrapportat fl-elezzjonijiet tal-2017 (52.3%) u tal-2013 (49%), dan kien pjuttost baxx. Il-Kummissjoni Elettorali qalet li l-għadd ta’ votanti li vvutaw sas-2.00 p.m. fil-jum tal-bieraħ kien ta’ 143,628 persuna jew 40.45% ta’ dawk kollha li kienu eliġibbli (355,075), inklużi dawk li baqgħu ma ġabrux il-vot. L-akbar għadd ta’ voti sa dan il-ħin inxteħtu f’Għawdex bi ftit inqas minn 31,000, waqt li segwew it-3, il-5, is-6, is-7, il-11 u t-12-il Distrett li kienu qabżu s-27,000 votant. Minkejja dan, l-akbar persentaġġi ġew irreġistrati fl-1, fir-4, fit-8 u fid-9 Distrett li kienu qabżu t-42% sas-2:00 p.m. Il-Kummissjoni qalet li dawn kienu l-persentaġġi ta’ votanti, skont id-distretti: 1 Distrett – 43.85%; 2 Distrett – 38.26%; 3 Distrett – 38.87%, 4 Distrett – 42.81%; 5 Distrett – 40.23%; 6 Distrett – 39.32%; 7 Distrett – 39.05%; 8 Distrett – 42.55%; 9 Distrett – 42.47%; 10 Distrett

– 41.47%; 11 Distrett – 39.28%; 12 Distrett – Ta’ min ifakkar li din l-elezzjo­ni ġe­ 37.72%, 13 Distrett – 40.50%. nerali se tibqa’ magħrufa għal inno­ Minkejja dan, jirriżulta li l-143,628 vazzjonijiet li seħħew fiha, speċ­jal­ment votant kienu dawk li ħarġu jeżerċitaw l-għadd tal-voti b’mod elettroniku, idid-dritt tagħhom proprju bejn is-7:00 ta’ dritt tal-vot għal dawk li għandhom filgħodu u s-2:00 ta’ waranofsinhar fil- minn 16-il sena ’l fuq u t-tħaddim jum tal-bieraħ biss. Ma’ dawn ma kinux tal-mekkaniżmu favur dak is-sess l-ininklużi t-8,224 persuna li vvotaw is-Sibt qas rappreżentattiv, li mistenni jgħolli ta’ qabel, 19 ta’ Marzu, is-6,157 li vvotaw l-preżenza tan-nisa fil-Parlament għal fil-jum ta’ nhar it-Tlieta 22 ta’ Marzu u mill-inqas 40%. d-908 li vvotaw il-Ħamis. Anke jekk il-proċess elettroniku Dawn flimkien jammontaw għal ntuża diġà b’suċċess fl-elezzjonijiet 15,289 vot ieħor, li jfisser li magħdudin tal-2019 għall-Parlament Ewropew u mal-143,628 tal-bieraħ jagħmlu 158,917- l-Kunsilli Lokali, din se tkun l-ewwil vot b’kollox. Bħael elezzjoni ġenerali li la persentaġġ milll-għadd mhux se jsir għadd sħiħ ta’ persuni manwalment u r-riżulfuq l-aħħar Reġistru tat se jkun magħruf Elettorali (355,075) ferm qabel edizzjonijiet Din l-elezzjoni se dan kien jagħmel preċedenti. 44.75%. Minbarra hekk, tibqa’ magħrufa Għall-ħabta tadb’riżultat tal-pande­ għal numru ta’ 9:00 p.m. il-Kummismija tal-COVID-19, għal sjoni ħarġet stqarrija din l-elezz­jo­ni ġenerali innovazzjonijiet: oħra biex tikkjarifika kellna pos­tijiet speċl-għadd tal-voti li l-ammonti msemjali għall-votazzjoni b’mod elettroniku, mijin minnha aktar dde­­­dikati għal dawk li kmieni kienu jirrefehuma pożittivi għall-viil-vot lil dawk ta’ ru biss għal dawk li rus jew inkella kienu 16-il sena u anke vvotaw ilbieraħ u ma għadhom fi kwarantil-mekkaniżmu favur na. jinkludux l-early voters. Għall-ewwel darba l-inqas sess Jekk il-158,917-il fl-istorja elettorali, inrappreżentattiv persuna li vvotaw sastużaw seba’ ċentri ta’ 2:00 jiġu kkalkulati votazzjoni apposta għal fuq it-340,423 li kienu għadhom eliġibbli dawk li lbie­raħ kienu rreġistrati pożittivi li jivvotaw ilbieraħ, u allura awtomati- għall-COVID-19 jew kienu fi kwarantina, kament esklużi voti mhux miġburin, total ta’ madwar 4,200 ċittadin. il-persentaġġ jitla’ għal 46.68%. Dawn iċ-ċentri, fejn persuna setWara ftit sigħat kajmana waranofs­ għet tibqa’ anke dieħla bil-karozza inhar, ġurnalisti fuq il-postijiet tal- biex tivvota, kienu mqassmin f’Ħal Far votaz­zjoni rrapportaw ċaqliqa oħra ta’ (għall-votanti tat-3 u l-5 Distrett), f’Pempersuni li kienu qed jirrikorru biex jix- broke (10 u 12-il Distrett), fl-MCAST ta’ ħtu l-vot tagħhom filgħaxija. Raħal Ġdid (1 u 6 Distrett), fil-Life Science It-turnout finali tal-elezzjoni ġenerali Park ta’ San Ġwann (8 u 9 Distrett), f’Ta’ ma kienx mistenni li joħroġ qabel tard Qali (7 u 11-il Distrett), fi Smart City (2 u 4 billejl, xi ħaġa li ma kinitx disponibbli Distrett), fl-Isptar Mater Dei (għal dawk għalina biex nirrapportaw qabel immor- kollha rikoverati) u fix-Xewkija, Għawru għall-istampa. dex (13-il Distrett).

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, flimkien ma’ martu Dr Lydia Abela, ivvotaw għallħabta tad-9:00 a.m. fl-Iskola Primarja ta’ Sant’Anna f’Wied il-Għajn, waqt li l-President George Vella u s-Sinjura Mi­riam Vella vvotaw fil-11:00 a.m. fil-Kulleġġ St Thomas More fiż-Żejtun. Id-Deputat Prim Ministru u Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Parlament Chris Fearne, akkumpan­jat minn martu Astrid, daħlu jivvotaw fl-Iskola Primarja Santa Monica, f’Ħal Tarxien, ftit qabel il-11:00 a.m. Għall-ħabta tal-10:20 a.m., il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u martu Annemarie Grech ivvotaw fl-Iskola Sekondarja taż-Żokrija fil-Mosta. Id-Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Partit Daniel Micallef kien fost l-ewwel li ħarġu jivvotaw tant li għall-ħabta tas-7:30 a.m. deher dieħel jivvota fl-Iskola Primarja ta’ Ħad-Dingli. Wara l-għeluq tal-postijiet ta’ votazzjoni tard billejl, il-kaxxi ssiġillati ttieħdu kollha lejn iċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar fejn inżammu fl-istrong room apposta. Wara bdew jinħarġu kaxxa, kaxxa, skont id-diskrezzjoni tal-Kummissjoni Elettorali, biex jinfet­ ħu u l-voti jintefgħu wiċċhom ’l isfel filproċess ta’ rikonċiljazzjoni. Minħabba li l-għadd tal-voti se jseħħ b’mod elettroniku, b’sistema li tħaddmet b’suċċess l-ewwel darba waqt l-Elezzjoni għall-Parlament Ewropew u l-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tliet snin ilu, ir-riżultat ġenerali mistenni jkun magħruf għall-ħabta tad-9:00 ta’ dalgħodu stess, waqt li d-deputati kollha eletti jsiru magħrufin tard illejla jew sbieħ għada filgħodu. Minn total ta’ 177 kandidat (69 PL, 70 PN, 10 ADPD, 14 ABBA, 8 Partit Popolari, 2 Volt Malta u 4 indipendenti) iridu jiġu eletti 65 deputat, apparti dawk li jiġu eletti bil-mekkaniżmu favur rappreżentanza akbar femminili, massimu ta’ 12-il siġġu ieħor.


05 Ritratti: GARETH DEGIORGIO/CLODAGH O’NEILL/OMAR CAMILLERI/DOI

27.03.2022

f’Raħal Ġdid, flimkien man-nisa tagħhom

VVOTA SAS-2:00

L-FKNK BI PROTEST ĠUDIZZJARJU KONTRA REFERENDUM IEĦOR Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nas­ sa­ba Konservazzjonisti (FKNK) ressqet protest ġudizzjarju kontra l-BirdLife Malta wara li din, fi stqarrija pubblika, iddikjarat fost l-oħrajn li “se taħdem biex terġa’ tinfetaħ diskussjoni minnufih dwar referendum abrogattiv dwar il-kaċċa”. Fid-dawl ta’ tali dikjarazzjoni l-FKNK iddeplorat tali theddida bħala turija ta’ arroganza lejn ilvot fl-aħħar referendum abro­ gattiv tal-2015, li ta vot favur il-kaċċa fir-rebbiegħa. L-FKNK qalet li dan il-vot għandu jiġi rispettat u l-Birdlife ma tistax taqbad u kapriċċjożament tinjorah u terġa’ titlob referendum ieħor biex tittanta twassal l-aġenda tagħha lejn l-għan finali tagħha – dak li tabolixxi l-kaċċa u l-insib minn Malta! “Bid-dikjarazzjoni tagħha, ilBird­life Malta qiegħda tagħżel li tinjora mhux biss dak li l-poplu Malti kien ivvota għalih, iżda qiegħda tinjora wkoll u tmur kontra deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li ppermettiet il-kaċċa fir-rebbiegħa, u agħar minn hekk qiegħda tinjora għalkollox, b’mod egois­tiku

l-bżonn li jinżamm bilanċ bejn il-konservazzjoni tal-għasafar u ħtiġijiet kulturali u rikreazzjonali – bilanċ rikonoxxut ukoll fl-Artiklu 2 tal-Direttiva tal-Għasafar,” qalet l-FKNK. Għaldaqstant, qalet li aktar minn qabel se tkompli tissie­ let favur li tibqa’ tiġi pprattika­ ta l-kaċċa fir-rebbiegħa u biex tkompli tiddefendi il-prattiċi tal-membri tagħha. L-FKNK ukoll wiegħdet li “tieħu kull pass neċessarju biex iċċaħħad lil Birdlife Malta milli terġa’ titlob li jsir referendum abrogattiv, li jiswa fuq €6,000,000 mit-taxxi tal-poplu Malti, anke peress li tali talba mhi xejn għajr minn diżrispett totali lejn deċiżjoni demokratika li diġà ttieħdet”. Fl-aħħar nett, il-Federazzjoni tenniet li mhijiex se tiġi intimidata minn Birdlife Malta, iżda tiddikjara minflok li, bħalma għamlet tul dawn l-aħħar 48 sena kemm ilha mwaqqfa, tibqa’ għaddejja bil-ħidma kontinwa tagħha aktar minn qatt qabel ħalli tkompli tressaq ’il quddiem l-interessi tal-membri tagħha.

50 SENA MILL-FTEHIM MAL-INGLIŻI LI WASSAL GĦAL ĦELSIEN SĦIĦ

Il-President tar-Repubblika u s-Sinjura tiegħu jivvotaw fiż-Żejtun

Bħall-bieraħ 50 sena ilu, ilGvern Malti mmexxi mill-Perit Duminku Mintoff kien iffirma r-reviżjoni tat-trattat ta’ difiża mal-Gvern Ingliż. Wara l-kisba tal-Indipendenza sitt snin qabel u frisk minn rebħa elettorali, il-Partit Laburista fil-Gvern iffirma ftehim mal-Ingliżi għal perjodu ta’ 10 snin. Il-ftehim iffirmat minn Min­ toff u s-Segretarju tal-Istat Ingliż Lord Carrington ġie ssiġillat nhar is-26 ta’ Mar­zu tal-1972, f’Marlborough House f’Londra. Il-ftehim kien jara li sal-aħħar ta’ Marzu tal-1979, l-Ingliżi jħallu darba għal dejjem il-bażi mili­tari f’Malta, waqt li fl-istess

perjodu ta’ seba’ snin, l-Ingliżi ntrabtu li jħallsu £14-il miljun fis-sena, ferm aktar minn dak li kienu jħallsu qabel u kważi t-triplu ta’ dak innegozjat millGvern preċedenti Nazzjonalista ta’ George Borg Olivier fl-1964, li partijiet minnu wkoll kienu self. In-negozjati bejn Mintoff u Carrington kienu mill-aktar ib­sin sakemm Malta ħadet pakkett favorevoli li stimula l-eko­nomija. Is-Segretarju tal-Istat Ingliż jibqa’ magħruf għall-kwotazzjoni f’intervista żmien wara fejn qal li Mintoff kien l-aktar negozjatur iebes li qatt iltaqa’ miegħu fil-karriera.


06

27.03.2022

GĦALIEX ŻEWĠ FLYOVERS FIL-GUDJA

Infrastructure Malta qed timmira li sal-aħħar ta’ Ġunju tiftaħ l-ew­ wel korsiji ġodda tal-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) u Luqa Junction Project. L-istrutturi tal-azzar li se jiffurmaw il-gvieret taż-żewġ flyovers li se jsiru f’Ħal Luqa u fil-Gudja bħalissa qed jinħadmu ġewwa fabbrika f’Sevilja, Spanja u l-ewwel partijiet minnhom mistennija jibdew il-vjaġġ tagħhom lejn Malta fil-ġimgħat li ġejjin. Dawn qed jinħadmu mill-kumpanija Megusa li għandha storja ta’ 180 sena u kienet responsabbli mill-bini ta’ strutturi simili u pontijiet kbar fi Spanja. Fuq is-siti tal-proġetti, il-kuntratturi tal-aġenzija diġà bnew il-kolonni tal-konkos li ser iserrħu fuqhom il-flyovers kif ukoll ir-rampi li jwasslu għalihom. Iż-żewġ proġetti se jtejbu l-junctions prinċipali ta’ Ħal Luqa u l-Gudja u għandhom jitlestew is-sena d-dieħla. Flimkien se jnaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar sa 74% f’kull direzzjoni tul din ir-rotta u se jwasslu wkoll għal titjib sinifikanti fil-kwalità tal-arja f’Ħal Luqa, fil-Gudja u nħawi oħrajn fil-viċin. Fil-fatt, hu stmat li se jnaqqsu sa disa’ tunnellati emissjonijiet tal-materja partikulata kull sena. Bl-istess mod, l-emissjonijiet tad-dijossidju tal-karbonju, li huma fost l-ikbar kontributuri tal-kriżi fil-klima, se jonqsu bi 33,000 tunnellata kull sena.

FIL-GUDJA … F’ĦAL LUQA TUL: 400 metru, maqsumin f’seba’ biċċiet tal-azzar PIŻ: 300 tunnellata BAŻI: 6 kolonni u 2 rampi DIREZZJONI: Korsija diretta minn Vjal l-Avjazzjoni f’Ħal Luqa għal Triq l-Ewwel Titjira lejn il-Mini ta’ Ħal Kirkop TAĦTHA: Roundabout ġdida, mina ta’ 200 metru lejn Birżebbuġa, il-Port Ħieles u Ħal Far, bankini ġodda u korsiji għar-roti BENEFIĊĊJI: Inqas riskji t’aċċidenti minn karozzi jaqsmu kontra xulxin mar-roundabout, inqas ħin fl-ivvjaġġar lejn Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, iż-Żurrieq u Ħal Safi

TUL: 225 metru, maqsumin f’sitt biċċiet tal-azzar PIŻ: 280 tunnellata BAŻI: 5 kolonni u 2 rampi DIREZZJONI: Korsija diretta minn Triq San Tumas f’Ħal Luqa għal Vjal l-Avjazzjoni fil-Gudja TAĦTHA: 3,000 metru kwadru spazju miftuħ flok ir-roundabout, mina ta’ 60 metru minn Triq il-Kunsill tal-Ewropa għal Triq San Tumas, bankini ġodda u korsiji għar-roti BENEFIĊĊJI: Inqas riskji t’aċċidenti minn karozzi jaqsmu kontra xulxin bl-eleminazzjoni tar-roundabout, post pubbliku ta’ rikreazzjoni b’siġar, passaġġi u xogħlijiet tal-arti monumentali, inqas ħin fl-ivvjaġġar lejn l-Ajruport, il-Gudja, Birżebbuġa u l-mini ta’ Ħal Kirkop


07

27.03.2022

U F’ĦAL LUQA? POPOLAZZJONI 100,000 AKBAR F‘GĦAXAR SNIN

IPPUBBLIKATI L-EWWEL RIŻULTATI MIĊ-ĊENSIMENT 2021

Skont l-ewwel riżultati taċ-ċensiment tal- persuna ġew reklutati biex jgħinu filpo­­polazzjoni u tad-djar, ippubblikat mill- proċess taċ-ċensiment li sar dar dar. Uf ­fi ċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), flL-NSO ukoll ħabbar li bħalissa għaddej aħħar 10 snin kien hemm żieda sostanzjali il-proċess ta’ analiżi fid-dettall tar-riżultati kemm fil-popolazzjoni kif ukoll fl-ammont taċ-ċensiment li mistenni jwassal għal ta’ residenzi. rapport preliminari fit-tieni kwart ta’ din Waqt li ċ-ċensiment preċedenti, li kien is-sena stess. Imbagħad fl-aħħar kwart sar fl-2011, indika popolazzjoni ta’ ftit ak- tas-sena jiġu ppubblikati r-riżultati finali tar minn 417,000, issa jidher li fiċ-ċensi- taċ-ċensiment. ment, li sar fil-21 ta’ Novembru li għadda, Fit-tnedija tal-istess ċensiment f’Mejju il-popolazzjoni telgħet għal 516,000. Dan tas-sena l-oħra, il-Ministru għall-Finanifisser żieda ta’ kważi 100,000 ruħ, medja zi u x-Xogħol Clyde Caruana qal li dan ta’ 10,000 ruħ fis-sena. huwa eżerċizzju importanti għall-pajjiż, Din iż-żieda tant kienet qawwija li fil-fatt għax per­mezz tiegħu wieħed ikun jaf ixtikkwantifika daqs dik li seħħet f’pajjiżna xejra u l-iżvilupp demografiku ta’ pajjiżna. bejn l-1957 u l-2011, perjodu ta’ 54 sena. Hu spjega li dan iċ-ċensiment jiġi jiswa Iċ-ċensiment attwali issa qed jindika madwar €3 miljun u jinvolvi madwar wkoll li f’pajjiżna hawn 210,000 dar priva- 1,300 persuna biex tkun tista’ tinġabar ta, inklużi appartamenti, li jfisser u tiġi kkumpilata l-informazzjoni li, bħala medja, f’kull dar jokollha. qogħdu medja ta’ ftit aktar Kif tħabbar ukoll, il-Minis­ minn żewġ persuni. tru fakkar dwar id-dis­ Jirriżulta wkoll li hawn kussjonijiet biex ikun Hawn mal-210,000 madwar 10,000 persu­ hemm ċensiment ġdid residenza privata u na joqogħdu f’istituzzdwar il-ħiliet tal-poplu mal-10,000 persuna li jonijiet, l-aktar djar Malti, speċjalment fost tal-anzjani, li fil-pajjiż dawk il-persuni li huma jgħixu f’istituzzjonijiet, hawn jeżistu 269 minnfid-dinja tax-xogħol. partikolarment hom. Dan ifisser li f’dawn Dan l-eżerċizzju se djar tal-anzjani id-djar joqogħ­du medja ta’ jkun l-ewwel tat-tip tiegħu 37 persuna. kemm f’pajjiżna kif ukoll flDan iċ-ċensiment kien l-ew­ Unjoni Ewropea. Tali ċensiment wel wieħed li fih persuna setgħet tissotġdid dwar il-ħiliet se jkun importanti tometti d-dettalji tagħha u tad-dar tagħha biex wieħed ikun jista’ jifhem fid-dettall ilb’mod online. Dan seħħ wara li ntbagħtu ħiliet tar-riżorsi umani f’pajjiżna u b’hekk madwar 225,000 ittra lid-djar kollha f’Mal- il-Gvern Malti jkun jista’ jkompli jsostni u ta u Għawdex u madwar terz tar-residenzi jsaħħaħ din il-politika fis-snin li ġejjin favur mlew iċ-ċensi­ment online. Madwar 1,000 tkabbir tal-ġid nazzjonali.

IT-TURIŻMU JKOMPLI JIRKUPRA Matul Jannar li għadda kien hemm kważi 60,000 turist li ġie f’pajjiżna. Dan meta f’Jannar tal-2019, jiġifieri qabel bdiet ilpande­mija fostna, kienu ġew inqas minn 128,000 turist. B’hekk l-ammont ta’ turisti li żaru pajjiżna kien 47% tal-ammont ta’ qabel il-pandemija. Minkejja dan, ta’ min ifakkar li f’Jannar tas-sena li għaddiet kienu ġew Malta inqas minn 14,000 turist barrani. Dan kien inqas minn kwart tal-ammont ta’ turisti li pajjiżna kellu fl-istess xahar din is-sena. Jirriżulta li, bħala medja, dawn it-turisti għamlu kważi għaxart ijiem f’pajjiżna, żieda sostanzjali mill-medja ta’ sebat ijiem li kien hemm qabel il-pandemija. Meta wieħed iħares lejn l-ammont ta’ ljieli li dawn it-turisti għamlu f’lukandi, dawn ukoll telgħu għal kważi 236,000.

Dan huwa 52% tal-ammont li kien hemm f’Jannar 2019. B’mod aktar globali, jekk wieħed janalizza l-għadd ta’ ljieli li kien hemm, kemm f’lukandi kif ukoll f’tipi oħrajn ta’ akkomo­ dazzjonijiet, dawn issa telgħu għal madwar 577,000, li tfisser rata ta’ 63% tal-iljieli li qattgħu f’Malta f’Jannar 2019. It-turisti li ġew f’pajjiżna f’Jannar 2022 nefqu kważi €47 miljun jew erba’ darbiet iżjed mill-istess xahar ta’ sena ilu. Ta’ min jinnota li n-nefqa fuq akkomodazzjoni laħqet kważi €11.5 miljun din is-sena, imqabbel ma’ €14-il miljun fl-2019. Dan ifisser 82% tal-livell ta’ qabel il-pandemija. B’kuntrast, l-ispiża fuq titjiriet għadha ferm aktar baxxa milli kienet qabel il-pan­ de­mija, fattur li qed inaqqas ukoll l-ispiża tal-package tourists.


08

27.03.2022

L-AĦĦAR TĦEJJIJIET GĦAŻ-ŻJARA TAL-PAPA L-aħħar tħejjijiet biex pajjiżna jkun jista’ jilqa’ fi ħdanu lis-suċċessur ta’ San Pietru u Kap tal-Knisja Kattolika Rumana, il-Papa Franġisku, fi tmiem il-ġimgħa li ġej jinsabu fl-aqwa tagħhom. Fi kliem Dun Jimmy Bonnici, Segre­tarju tal-Kon­ferenza Episkopali u membru tal-kumitat organizzattiv, qal li hi grazzja kbira li, fl-età tiegħu, il-Papa se jkun qed jiddedika jumejn f’pajjiżna bejn nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġejjin. Hu spjega li l-Papa se jasal pajjiżna għal ħabta tal-10:00a.m. b’titjira diretta mill-Ajruport ta’ Fiumicino f’Ruma. Fl-ewwel impenji tiegħu, il-Papa se jkollu attività għaż-żgħażagħ organizzata mill-Malta Catholic Youth Network fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, biex wara jidħol fil-Palazz tal-Gran Mastru għal-laqgħat individwali mal-President u l-Prim Ministru. Fil-Palazz, il-Papa wkoll se jkun qed jindirizza lill-awtoritajiet ċivili u l-ambaxxaturi akkreditati għal Malta. Dun Bonnici saħaq li wieħed millgħa­nijiet li għandu l-kumitat huwa li jerġa jinħoloq dak il-mument memorabbli tal-wasla tal-Papa fil-Port il-Kbir. “Dejjem hemm dik ix-xewqa, tkun ukoll l-esperjenza ta’ kull Papa li jiġi Malta. Fil-fatt, ġara wkoll meta wasal il-Papa Benedittu XVI. Il-mawra tal-Papa Franġisku minn Malta għal Għawdex se ssir mill-Port il-Kbir.”

It-tieni nofs tal-ewwel jum taż-żjara tal-Papa f’Malta se jkun riservat għal Għawdex. Mill-Port il-Kbir, il-Papa Franġisku se jibda l-pellegrinaġġ tiegħu lejn is-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu. Wieħed mill-aktar impenji mistennija tal-Papa Franġisku hu l-vjaġġ tiegħu bil-katamaran Maria Dolores. Is-sidien tad-dgħajjes se jkunu mistiedna jieħdu sehem f’din iċ-ċeleb­ razzjoni biex isellmu lill-Papa u anke jakkumpanjawh matul il-vjaġġ tiegħu. Għaldaqstant, nhar is-Sibt il-Port il-Kbir se jingħalaq fis-2.30 p.m. u dawk li jixtiequ jsellmu lill-Papa minn fuq l-opri tagħhom iridu jkunu qed jistennew f’waħda minn tliet żoni fil-port: il-bajja tar-Rinella jew Bighi, Dockyard Creek jew lil hinn minn Boiler Wharf. Fl-aħħar jiem f’wieħed mill-mollijiet fil-Port tal-Imġarr inbniet rampa apposta għall-vetturi li se jkunu fuq il-katamaran li se jintuża għall-vjaġġ tal-Papa minn Malta għal Għawdex. Il-katamaran Maria Dolores se jkun riservat għall-persuni li se jakkumpanjaw lill-Papa u l-vetturi tagħhom. Dgħajjes, li jinstaqu wara l-katamaran lejn Għawdex jew wara l-vapur Ta’ Pinu tal-Gozo Channel li se jintuża mill-Papa għall-vjaġġ tiegħu lura lejn iċ-Ċirkewwa, iridu jżommu distanza ta’ 100 metru bogħod. Transport Malta se tippubblika d-dettalji kollha f’avviż għall-baħħara. Dawk li se jkunu qed jistennew lill-Papa barra l-Port tal-Imġarr, iridu jkunu abbord id-dgħajjes tagħhom jistennew f’żoni indikati sa mhux aktar tard mill-4:00 p.m. Mill-4:30 p.m. ’il quddiem, sakemm il-Papa jitlaq minn Għawdex, se jkun hemm restrizzjonijiet fuq il-movimenti tad-dgħajjes fil-Port tal-Imġarr. Bħall-Papa Ġwanni Pawlu II u l-Papa Benedittu XVI, il-Papa Franġisku wkoll se jkun qed iżur il-Grotta ta’ San Pawl, waqt li l-qofol taż-żjara jintlaħaq bil-quddiesa tal-okkażjoni fuq il-Fosos tal-Furjana l-Ħadd. Dun Bonnici spjega li bosta persuni diġà rriservaw post bilqiegħda għall-quddiesa ċċelebrata mill-Qdusija Tiegħu. “Minħabba li r-rispons kien inkoraġġanti ħafna, żidna s-seating ukoll. Jiġifieri minbarra s-siġġijiet fuq il-post, se n i p ­p r o v d u iktar possibiltajiet biex innies jipparteċipaw fil-quddiesa mal-Papa.”

Ara wkoll paġni 10 u 11

BIRŻEBBUĠA

PROĠETTI GĦAL KWALITÀ TA’ ĦAJJA AĦJAR IMKEJLIN Għal diversi snin in-Nofsinhar ta’ Malta ra żvilupp industrijali li affettwa lil diversi lokalitajiet pittoreski, b’mod speċjali Birżebbuġa, il-Qajjenza u Marsaxlokk. Il-Gvern Laburista, ħabbar proġett ta’ riġenerazzjoni wieħed wara l-ieħor f’din iż-żona. Mal-€118-il miljun qed jiġu investiti f’katina ta’ proġetti li ser ikunu qed jirriġeneraw iż-żona kollha tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta. Matul il-ġimgħa li għaddiet il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli ħabbret investiment ta’ €40 miljun li se jkun qed ibiddel kompletament l-impjant tal-ħażna taż-żejt, f’hub uniku. Dan ser ikun qed iservi ta’ spazju għal riċerka u innovazzjoni għal industriji emerġenti bħal dawk fl-akkwakultura, ekonomija ċirkulari, u kumpaniji li qegħdin jinvestu fis-sostenibilità. Flok żjut u tankijiet, proġetti ħodor u moderni Din hija faċilità ta’ iktar minn 18,000 metru kwadru, kważi d-doppju tal-fosos tal-Furjana li se tagħti nifs ġdid u toħloq destinazzjoni turistika f’dawn l-akkwati. Dan jinkludi titjib fil-kwalità tat-traffiku, irwejjaħ, kif ukoll l-impatt viżwali fuq din il-bajja li tant għandha potenzjal kbir. Is-Siċċa ġie ddisinjat minn kumpanija ta’ perizja rinomata internazzjonali, Pininfarina, fejn id-disinn huwa ispirat mill-ambjent tal-madwar, b’mod partikolari mill-baħar u min-natura. Dan l-iżvilupp qiegħed jgħaqqad żewġ elementi kruċjali għalina l-Maltin, il-baħar u l-art. Id-disinn

ta’ dan il-hub qed joħloq kontinwità bejn in-natura u l-baħar. B’dan ilmod il-Gvern qed ikun katalist sabiex bl-eżempju tiegħu jixpruna s-settur tal-kostruzzjoni sabiex iħares b’aktar serjetà lejn żvilupp sostenibbli u ċirkulari. Miri ogħla għan-newtralità fil-klima Sabiex jintlaħqu l-miri tan-newtralità fil-klima, fid-disinn ġew inklużi aspetti konkreti bħall-għażla tal-materjali li jkunu riċiklati sabiex inaqqsu l-embodied carbon li ġej mill-binja. Barra minn hekk, huwa mistenni li 70% tal-konsum tal-operat tas-Siċċa jiġi minn kontribuzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli. Proġett ta’ ħolqien ta’ niċeċ ġodda Il-proġett tas-Siċċa għandu potenzjal li jiġġenera attività ekonomika u impjiegi fis-setturi tal-ekonomija l-ħadra u l-blu. Il-proġett se jkun qed jalloka spazji miftuħa għal iktar minn 30 startup b’diversi servizzi u riżorsi għal imprendituri fil-qasam tas-sostenibilità u l-innovazzjoni. Apparti dan, se jkun hemm spazji allokati għal faċilitajiet edukattivi sabiex jagħtu esperjenza tranżitorja bejn is-sistema edukattiva għal dik teknika u industrijali. Għalhekk qed tiġi varata opportu­ nità unika sabiex tiġi xprunata l-ekonomija sostenibbli kreattiva ta’ għada, li se tkun qed taqdi l-Gżejjer Maltin u r-reġjun tal-Mediterran, fil-qalba tal-Ewropa, b’investiment dirett barrani u lokali. Is-Siċċa jirrappreżenta kapitlu ġdid


09

27.03.2022

Miriam Dalli

SE TINGĦATA NIFS ĠDID

FUQ IS-SUĊĊESS TA’ TKABBIR EKONOMIKU BLA PREĊEDENT FIL-PAJJIŻ

let li dan il-proġett se jkun qed jassigura li x-xogħ­lijiet isiru mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent marittimu. Proprju għalhekk dan se jkun qed jissokta fi proċess ta’ konsultazzjoni mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), biex jiġu studjati l-aħjar metodi. Spazji ħodor

għall-komunità u għan-naħa t’isfel tal-pajjiż. Miriam Dalli qalet li b’dan l-investiment ser inkunu qegħdin ninvestu fi proġetti moderni, li jsebbħu mhux iniġġsu l-ambjent u fuq kollox li jsaħħu l-kwalità tal-ħajja tan-nies. Riġenerazzjoni fil-“Pont tax-Shell” Ir-riġenerazzjoni ta’ Birżebbuġa hija mnebbħa minn viżjoni ħolistika, li tinkludi l-għeluq tal-impjant 31 ta’ Marzu, b’investiment ta’ €70 miljun. Din l-operazzjoni ta’ ħażna u distribuzzjoni

tal-fuel imxiet għal Ħas-Saptan. Dan wassal biex jitħabbar proġett ieħor, b’investiment ta’ €4 miljun, fejn se jkun qed jagħti lura l-pont magħruf bħala l-Pont tax-Shell f’Birżebbuġa. Il-Pont tax-Shell b’tul ta’ 180 metru, kien jintuża mir-residenti u dawk li joqogħdu fil-madwar għal attivitajiet ta’ rikreazzjoni bħall-għawm u s-sajd. Biex dan il-proġett ikun possibbli se tkun qed titneħħa l-infrastruttura tal-fuel u partijiet mill-infrastruttura tal-konkrit filwaqt li jissaħħu l-pilastri li qegħdin fil-post.

Matul is-sajf li għadda, il-Ministru Dalli ħabbret li proġett massiv ta’ €4 miljun għar-riġenerazzjoni tal-Park tal-Familja f’Bengħajsa li jkopri medda ta’ art ta’ 60,000 metru kwadru, hu mistenni li jitlesta sal-aħħar tal-2023. Dan il-Park huwa mistenni li joffri spazju miftuħ biex ir-residenti ta’ Birżebbuġa u tal-madwar ikollhom spazju ta’ rikreazzjoni f’ambjent sigur. F’dan il-Park, diġà beda xogħol ta’ tħawwil ta’ siġar fejn se ssir afforestazzjoni ta’ aktar minn 1,000 siġra. Il-Park tal-Familja se jkun mgħammar b’diversi attrazzjonijiet kemm sportivi u dawk rikreattivi Fl-istess waqt se bħal camping site Hawn mal-210,000 tkun qed tinbena u picnic area. struttura ġdida ta’ residenza privata u Id-dekarbonizmadwar 1,500m2 li zazzjoni hija fost mal-10,000 persuna li se tkun qed isservi il-miri li pajjiżna jgħixu f’istituzzjonijiet, wkoll bħala żona jrid jilħaq sal-2050, pedonali. Ħa jkun u l-Ministru Miriam partikolarment qed jerġa’ jingħata Dalli dejjem assigudjar tal-anzjani lura l-aċċess għallrat l-element sostenibbaħar, f’forma ta’ deck bli għal kull proġett li u taraġ għal aktar aċċessibjiġi implimentat. Proġetti biltà u sigurtà għall-għawwiema. bħal dawn se jkomplu jiffaċilitaw F’kummenti li għaddiet lil din il- it-tranżizzjoni lejn kwalità ta’ arja aħgazzetta, il-Ministru Miriam Dalli qa- jar b’inqas tniġġis.


10

27.03.2022

IL-QADDEJ TAL-QADDEJJA Inqas minn ġimgħa qabel tibda ż-żjara fostna tal-Papa Franġisku, l-Ambaxxatur Malti għall-Vatikan FRANK ZAMMIT jagħti sfond dwar il-Kap tal-Knisja Kattolika Rumana u d-disa’ snin tal-pontifikat tiegħu s’issa. Minbarra hekk jitkellem ukoll dwar il-Qdusija Tiegħu nnifsu, l-umiltà li tiddistingwih u tiġbdu lejn aktar nies, u l-missjoni u l-imħabba favur għajru, speċjalment l-ifqar fis-soċjetà, fost oħrajn. Arġentin b’antenati minn Piemonte, vokazzjoni adulta, Ġiżwita, Franġiskan, u nibqgħu niftakruh għal dik “Il-lejla t-tajba”, li awgura biha lil kull min kien fi Pjazza San Pietru fl-ewwel ħarġa tiegħu mil-loġġa tal-benedizzjoni minuti biss wara l-elezzjoni tiegħu. Dawk li stennew is-sorpriża disa’ snin ilu kienu sodisfatti filgħaxija tat-13 ta’ Marzu 2013. Il-konklavi malajr iddeċieda: 24 siegħa u ħames votazzjonijiet – waħda t-Tlieta, 12 ta’ Marzu filgħaxija u erbgħa l-Erbgħa 13 – sabiex ikollu s-suċċessur ta’ Benedittu XVI. Elezzjoni li tat is-sens ta’ Knisja li tħares ’il quddiem b’tama mġedda fil-Mulej tagħha u fis-Suċċessur ta’ Pietru ssib il-blata li fuqha ġġedded il-fidi fi Kristu u l-komunjoni tal-poplu ta’ Alla. Fil-konklavi ta’ tmien snin qabel, l-Arċisqof ta’ Buenos Aires kien klassifikat it-tieni, wara l-elett il-Kardinal Ratzinger li kien ħa l-isem ta’ Benedittu XVI. Il-konklavi li eleġġa lill-Kardinal Jorge Mario Bergoglio kien wieħed uniku. Dan għaliex għall-ewwel darba kien elett għas-servizz petrin kardinal mill-Amerka Latina. Imwieled fi Buenos Aires, studja u ggradwa bħala tekniku kimiku. Din ukoll hija novità għal min ikun elett suċċessur ta’ Pietru – u mbagħad iħoss il-vokazzjoni għas-saċerdozju: jidħol fis-seminarju ta’ Villa Devoto. Ħass il-vokazzjoni tiegħu għallħajja reliġjuża ta’ 22 sena. Fil-11 ta’ Marzu 1958 mar fin-novizzjat tas-Soċjetà ta’ Ġesù, temm l-istudji umanistiċi fiċ-Ċilì u fl-1963, mar-ritorn lejn Buenos Aires, iggradwa fil-filosofija. Fl-1964-66 kien professur tal-letteratura u l-psikoloġija fil-kulleġġ tal-Imm a k u-

lata Kunċizzjoni ta’ Santa Fé u filkulleġġ tas-Salvatur fi Buenos Aires. Fl-1967-70 studja t-teoloġija u ggradwa. Fit-13 ta’ Diċembru 1969 ġie ordnat saċerdot. Fl-1970-71 temm it-tielet sena ta’ prova – tipika tal-formazzjoni tal-Ġiżwiti – f’Alcalá de Henares fi Spanja u fit-22 ta’ April, 1973 għamel il-wegħdiet perpetwi tiegħu. Fl-197273 kien is-surmast tan-novizzi f’Villa Barilari f’San Miguel, imbagħad professur fil-fakultà tat-teoloġija, konsulent tal-provinċja tal-Ġiżwiti u rettur tal-Collegio Massimo. Il-Papa Franġisku, fl-ewwel jiem tat-tmexxija tiegħu, bħala Papa riformatur kien diġà ħaseb li kellu jtejjeb il-kurja tiegħu u jġibha aktar viċin il-poplu t’Alla. Għalhekk xhur

biss wara l-elezzjoni tiegħu istitwixxa l-Kunsill tal-Kardinali. Il-Kunsill tal-Kardinali, komunement magħruf bħala s-C9, bil-Latin Consilium Cardinalium Summo Pontifici, huwa grupp ta’ ħidma ffurmat minn disa’ kardinali, stabbilit mill-Papa Franġisku fit-28 ta’ Settembru 2013 permezz ta’ kirografu, bil-għan li jassisti u jagħti pariri lill-istess Pontefice Ruman fil-gvern tal-Knisja Kattolika u fl-istudju ta’ reviżjoni tal-kostituzzjoni appostolika Pastor Bonus, dwar l-istruttura tal-Kurja Rumana. Fil-fatt, għaddew aktar minn tmien snin sabiex dan il-bord ta’ kardinali wasal sabiex fix-xhur li ġejjin jgħin lill-Papa Franġisku jvara kostituzzjoni ġdida li tirregola l-Istat tal-Belt tal-Vatikan il-“Praedicate Evangelium” li ser tissostitwixxi l-“Pastor Bonus” ta’ San Ġwanni Pawlu “Il-Kbir” promulgata minnu nhar lejlet is-solennità ta’ San Pietru u San Pawl” tal-1988. L-isem “Praedicate Evangelium” huwa wieħed proviżorju. Wieħed irid jgħid ukoll li n-numru ta’ kardinali f’dan il-bord ta’ kollaborazzjoni mal-Papa fi tmien snin niżel minn disgħa għal sitta. Il-Papa stieden lillInsara biex quddiem il-faqar dinji jorganizza t-tama lil min jgħix fih. Iddawwarx rasek quddiem id-dgħajjef, imma ħu azzjoni biex ittaffihom mit-tbatija billi timpenja ruħek soċjalment u politikament. Hekk kien ipprietka fl-omelija tiegħu l-Papa Franġisku, fil-Quddiesa għall-Ħames Jum Dinji tal-Foqra, iċċelebrata fil-Bażilika ta’ San Pietru, li jsejjaħ ukoll lill-Insara biex ikunu konvertituri tal-ġid. Il-Papa jkompli jispjega li huwa l-Evanġelju li

jgħin biex nifhmu l-eżistenza ta’ dawn in-nies, li għandhom ħajjiet mgħottija mis-solitudni, aspettattivi mitfija u l-ħolm li jaqgħalhom fir-rassenjazzjoni. Dan kollu minħabba l-faqar li ħafna drabi jkunu sfurzati għalih, vittmi tal-inġustizzja u l-inugwaljanza ta’ soċjetà li tintrema’, li tiġri mgħaġġla mingħajr ma tarahom u tħallihom bla skrupli għad-destin tagħhom. L-ewwel Ġimgħa Mqaddsa tal-Papa Franġisku żvelat aktar l-istil tiegħu. Fiċ-ċelebrazzjoni, fil-predikazzjoni, fil-preżenza tiegħu fejn hemm bżonnha. Il-Papa Franġisku ried ikompli f’Ruma dak li kien drawwa għalih fi Buenos Aires: li jiċċelebra Quddiesa “in Coena Domini”, nhar is-solennità ta’ Ħamis ix-Xirka bir-rit tal-ħasil tar-riġlejn f’post sinifikanti, fost dawk li jiġu l-aħħar. Għalhekk l-għażla tal-ħabs tal-minorenni Ruman ta’ Casal del Marmo, fejn ħasel saqajn 10 subien u 2 bniet, Taljan u ieħor Serb. Ġie mxandar dan kollu esklussivament mir-Radju Vatikan. Wara li ħasel saqajn dawn iżżgħażagħ u ħares lejhom, wieħed seta’ jinnota tant imħabba f’għajnejh, u l-ispirtu ta’ servizz li jrid ikollna lkoll. Meta mistoqsi minn tifel dwar ir-raġuni għall-għażla ta’ Casal del Marmo, il-Papa Franġisku wieġeb: “L-affarijiet tal-qalb m’għandhomx spjegazzjoni, jiġu waħedhom”. Dan l-avveniment seħħ fl-ewwel ġimgħat tal-Pontifikat tiegħu. Id-direzzjoni ta’ dan il-pontifikat kienet diġà ċara daqs il-kristall! Tmien xhur wara l-elezzjoni tiegħu għas-servizz petrin, nhar l-24 ta’ Novembru, il-Papa Franġisku jagħti l-ewwel Eżortazzjoni Appostolika tiegħu lill-Knisja u lid-dinja kollha. Dokument importanti ħafna, miktub mill-Papa b’idejh, b’togħma programmatika qawwija, għax jiddeskrivi l-wiċċ ġdid tal-Knisja mixtieq minnu stess. “Omm b’qalb miftuħa”: fqira, qrib in-nies, imsejħa biex tfittex toroq ġodda u toħroġ minnha nnifisha, biex ixxandar l-Evanġelju tal-ħniena lill-bnedmin kollha. Id-dokument jirrevedi b’ċarezza profetika t-trasformazzjonijiet li qed iseħħu fil-Knisja u l-isfidi tad-dinja tal-lum, u jiddenunzja t-tentazzjonijiet li aħna lkoll suġġetti għalihom. “Le għal ekonomija ta’ esklużjoni; Le għall-pessimiżmu.” Taħt il-kolonnat tal-Bernini l-Papa Franġisku ħoloq xehda attività ta’ ħniena kontinwa favur il-fqar Rumani. Ġest kbir favur il-fqar u l-batuti. Klinika li tinfetaħ għal ħafna jiem fil-ġimgħa, kmamar ekwivalenti għal ħwienet tax-xagħar kemm għallirġiel u kemm għan-nisa, kċina li tip-


11

27.03.2022

L-EWWEL DARBA FOSTNA Tagħha huwa “istint ta’ omm li sempliċement tbati, kull darba li jkun hemm tifel li jgħaddi minn passjoni. Aħna m’aħniex orfni: għandna omm fis-sema, li tgħallimna l-virtù tal-istennija, anke meta kollox jidher bla sens. Bħal f’dawn il-jiem diffiċli.”

produċi ’l fuq minn 500 ikla kuljum kif ukoll kmamar fejn dawn il-fqar jinħaslu kuljum. Din il-karità li sseħħ taħt il-patronċinju tal-Elemożinerja Appostolika sseħħ permezz tal-volontarjat fejn fiha jikkontribwixxu anke ħafna professjonisti mis-settur mediku Taljan. Ma ninsewx li l-Papa Franġisku, anke bl-assistenza tal-Komunità ta’ Sant’Egidio fetaħ Palazzo Migliori sabiex il-fqar jistkennu mil-iljieli kesħin Rumani u jorqdu fih. Din il-binja tinsab fuq in-naħa l-oħra tal-kolonnat tal-Bernini ħafna qrib il-komunità tal-Agostinjani f’Via Paolo VI. Fl-aħħar xhur il-Gvern Malti għen lil din il-klinika b’donazzjoni ta’ madwar 10,000 swab test kits tal-Covid li f’din il-klinika jiġu effetwati fiha bejn 50 u 100 verifika ta’ din l-infezzjoni pandemika. Bħalissa wkoll il-Fakultà tal-Mediċina tal-Università ta’ Malta qed tistudja l-possibbiltà li tidħol f’kollaborazzjoni mal-Clinica Madre della Misericordia biex studenti Maltin jibdew jitilgħu jwettqu volontarjat f’din il-klinika. Il-Madonna ta’ Fatima. Madwar 10 minuti, bilwieqfa fis-skiet quddiem l-istatwa tas-“Sinjura”. Hija waħda mill-aktar ritratti kommoventi talvjaġġ tal-Papa Franġisku lejn Fatima, biex jipproklama qaddisin l-ewwel tfal mhux martri fl-istorja tal-Knisja. Id-devozzjoni lejn il-Madonna ta’

Fatima tmur lura. Barra minn hekk, ħafna qabel il-bidu tal-ministeru Petrin ta’ Franġisku, fi tmiem il-Quddiesa fl-okkażjoni tal-Jum Marjan, fit13 ta’ Ottubru 2013, il-Papa fada l-pontifikat tiegħu lill-Madonna ta’ Fatima. Nafu li l-Papa Franġisku hu devot tal-ikona Salus Pouli Romani. Imma kien devot tagħha anke meta kien kardinal għax f’kull vjaġġ mill-Arġentina lejn Ruma dejjem sab il-ħin sabiex jasal waħda sal-Arċibażilika Papali ta’ Santa Maria Maggiore sabiex dejjem jitlob quddiem din l-ikona Marjana li tant tmur lura. Jekk hemm xbieha rikorrenti fil-pontifikat ta’ Franġisku, u mnaqqsa bl-aċċenti ta’ tenerezza, hija dik ta’ Marija “omm it-tama”, kif iddefinixxiha fl-udjenza tal-10 ta’ Mejju 2017. Tagħha huwa “istint ta’ omm li sempliċement tbati, kull darba li jkun hemm tifel li jgħaddi minn passjoni. Aħna m’aħniex orfni: għandna omm fis-sema, li tgħallimna l-virtù tal-istennija, anke meta kollox jidher bla sens. Bħal f’dawn il-jiem diffiċli.” Il-Papa għamel ħafna vjaġġi u ltaqa’ ma’ mexxejja kbar tad-dinja, inklużi dawk Iżlamiċi. Fil-miftuħ hu ddefenda l-Iżlam u l-Musulmani meta x-xbieha tal-Iżlam kienet imċappsa mit-terroriżmu. Għalhekk dejjem ried jiddistingwi bejn l-Iżlam bħala reliġjon bħala wirt uman u atti terroristiċi li jużaw l-isem ta’ Alla. Din id-distinzjoni dejjem kienet ċara min-naħa tal-Papa

Franġisku sa mill-bidu tal-Pontifikat tiegħu. Punt ta’ bidla storika fil-mixja s’issa tal-Papa kienet meta abolixxa s-segretezza pontifiċja f’każi ta’ vjolenza sesswali u abbużi ta’ minorenni mwettqa minn kjeriċi, u jiddeċiedi, flimkien, li jibdlu l-liġi dwar id-delitt tal-pedopornografija billi jagħmlu delicta graviora – l-aktar reati serji – jaqgħu fil-kategorija. Għaddiet inqas minn sena mis-summit dwar l-abbuż imsejjaħ għall-ewwel darba mill-Papa fil-Vatikan. F’dik l-okkażjoni kienu fuq kollox il-vittmi li qalu tagħhom u, xi wħud, ħarġu b’togħma ħażina għal deċiżjonijiet drastiċi li għadhom ma tteħdux. L-ewwel dokument u l-aktar importanti huwa reskritt u ffirmat mill-Kardinal Segretarju tal-Istat Pietro Parolin. Jgħid li l-Papa fl-4 ta’ Diċembru 2019 ordna li jabolixxi s-sigriet papali dwar id-denunzji, il-proċessi u d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw id-delitti msemmija. L-istruzzjoni l-ġdida tispeċifika wkoll li “l-informazzjoni tiġi ttrattata b’tali mod li tiggarantixxi s-sigurtà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tagħha” stabbilita mill-Kodiċi tal-Liġi Kanonika biex tipproteġi “r-reputazzjoni tajba, l-immaġni u l-privatezza” tal-persuni involuti. Iżda din is-“segretezza uffiċjali”, tkompli l-istruzzjoni, “ma tipprevenix it-twettiq tal-obbligi stabbiliti f’kull post mil-liġijiet statali”, inkluż kwalunkwe obbligu ta’ rappurtar, “kif ukoll l-eżekuzzjoni tat-talbiet ta’ infurzar tal-awtoritajiet ġudizzjarji ċivili.” Barra minn hekk, il-persuna li tagħmel ir-rapport, il-vittma u x-xhieda “ma jistgħux jiġu imposti ebda obbligu ta’ silenzju” fuq il-fatti. Bit-tieni reskritt iffirmat minn Parolin u mill-prefett tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi, il-Kardinal Luis Ladaria Ferrer, il-modifiki ta’ tliet artikoli tal-motu proprio Sacramentorum sanctitatis protection, mill-2001, diġà modifikati fl-2010 huma magħmula magħrufa.

Huwa stabbilit li fost l-aktar reati serji riservati għall-ġudizzju tal-Kongregazzjoni għad-Duttrina tal-Fidi hu “l-akkwist jew il-pussess jew l-iżvelar, għall-iskop ta żina, ta’ xbihat pornografiċi ta’ minuri taħt it-18-il sena minn kjeriku, b’kull mod u bi kwalunkwe strument”. Sa issa, dak il-limitu kien stabbilit għal 14-il sena. F’artiklu ieħor hu permess li f’kawżi li jikkonċernaw dawn ir-reati aktar serji, lajċi fidili b’dottorat fil-liġi kanonika u mhux aktar saċerdoti biss jistgħu jkollhom ir-rwol ta’ avukat u prokuratur. Ir-reskritt papali ovvjament ma jbiddilx is-sigriet tal-qrar li jibqa’. Lanqas ma jinvolvi l-pubblikazzjoni u l-iżvelar tad-dokumenti tal-proċess. Il-kunfidenzjalità tal-vittmi u x-xhieda hija fil-fatt dejjem protetta. “Imma issa d-dokumentazzjoni se jkollha tkun disponibbli għall-awtoritajiet ċivili għall-investigazzjonijiet li jikkonċernaw każijiet diġà affettwati minn proċedura kanonika”. Fil-pontifikat tiegħu, il-Papa Franġisku mexxa seba’ konċistorji li matulhom ħoloq 101 kardinal ġdid li minnhom 79 elettur u 22 oħra kienu nħolqu ad honorem minn 59 nazzjon, u li 18 minnhom qatt ma kellhom kardinal qabel. Matul il-pontifikat tiegħu, il-Papa Franġisku għamel total ta’ 66 vjaġġ appostoliku b’35 minnhom barra l-Italja, fejn żar 51 pajjiż u għexieren oħra ta’ żjajjar fi bliet u rħula fl-Italja. Bħala Primat tal-Italja l-Papa għamel 31 vjaġġ ieħor fil-peniżola Taljana fejn żar 41 belt u raħal. It-tagħlim, l-azzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet pubbliċi riċenti tal-Papa Franġisku jipprovdu ħafna ħsieb. Il-Papa Franġisku tkellem b’mod estensiv dwar kwistjonijiet ta’ ġustizzja soċjali, b’mod partikolari dwar il-“foqra”. Il-ħniena hija fiċ-ċentru tal-pontifikat tiegħu. Tul disa’ snin ta’ pontifikat il-Papa Franġisku ppromulga tliet enċikliċi: Lumen Fidei, Laudato Si u Fratelli Tutti.


12

27.03.2022

DIFFERENZA NETTA!

RODRICK AZZOPARDI ZERAFA

Hekk kif fis-sigħat li għaddew intemmet kampanja elettorali oħra u fil-ħin li ġej inkunu qed nistennew l-ewwel indikazzjonijiet tar-riżultat elettorali li se jkun qiegħed jiddetermina l-futur tal-ħames snin li ġejjin, ikun tajjeb li nagħmlu ftit eżami tal-kuxjenza u analiżi ta’ dak li rajna f’dawn l-aħħar 33 ġurnata fejn il-partiti ppreżentaw

il-viżjoni tagħhom għal-legiżlatura li jmiss. Fil-fehma tiegħi, huma żewġ kelmiet li jistgħu jiddeskrivu din il-kampanja elettorali; DIFFERENZA NETTA. Qiegħed ngħid dan għaliex sa mill-ewwel mumenti rajna Partit Laburista li ffoka fuq il-futur u kien dejjem pożittiv. Min-naħa l-oħra rajna Partit Nazzjonalista negattiv, li l-ħin kollu jrid jattakka b’mod personali u li jrid jeħodna lura fil-passat, saħansitra fis-snin 80 fost oħrajn. Matul din il-kampanja kelli x-xorti li ta’ kull filgħaxija fuq ONE flimkien mal-kollega Paula Cauchi nagħmel analiżi ta’ kull ġurnata tal-kampanja. Dħalna fid-dettall tal-proposti, analizzajna t-track record tażżewġ partiti fl-aħħar snin u fuq kollox analizzajna d-diskorsi tal-mexxejja. Hi x’inhi l-fehma politika tiegħek, ġej minn fejn ġej u int min int kulħadd fil-fond ta’

qalbu jaf li t-tmexxija għaqlija ta’ Robert Abela fis-sentejn li għaddew, fl-aktar mumenti diffiċli li d-dinja għaddiet minnhom sa mit-Tieni Gwerra Dinjija, ħalliet ir-riżultati u l-ġid għand il-poplu. Kulħadd jaf li b’Robert Abela fit-tmun tal-pajjiż, il-poplu tagħna għandu serħan il-moħħ fejn tidħol l-enerġija, fejn jidħlu l-investimenti barranin f’pajjiżna u fejn jidħol is-settur soċjali ta’ pajjiżna. Il-Prim Ministru hu dak li fl-eqqel ta’ pandemija, fejn ir-rapporti tal-esperti kienu qed jistmaw qgħad li jlaħħaq il-50,000 persuna, eluf ta’ mwiet u diżastru ekonomiku, irnexxielu jġib fix-xejn dan kollu u minflok jikseb l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja tal-pajjiż u l-akbar tkabbir ekonomiku tal-Unjoni Ewropea, saħansitra d-doppju tal-medja Ewropea. U jekk allura Robert Abela rnexxielu jikseb dan kollu

fl-aktar żmien diffiċli aħseb u ara x’jista’ jagħmel f’din ir-rebbiegħa ġdida li qed naraw qrib tagħna. Min-naħa l-oħra rajna Partit Nazzjonalista li minkejja li tant ħambaq li jrid li tgħaddi l-pandemija biex imur għall-Elezzjoni Ġenerali wera li ma kien preparat xejn. Dan kien il-Partit li l-unika ħidma tiegħu kienet tiffoka biss sabiex ilesti manifest elettorali kredibbli, però lanqas f’din ma kien kapaċi. F’kampanja ta’ ftit jiem, irnexxielu jbiddel il-manifest elettorali tiegħu minn tal-inqas ħames darbiet b’uħud mill-proposti jkunu fost l-aktar assurdi u li jġibu sens ta’ biża’ fost l-elettorat. Fost oħrajn, bir-riforma tal-kirjiet ta’ qabel l-1995 li permezz tagħha jista’ jitfa’ mal-10,000 familja ’l barra minn djarhom. Però tal-PN ma jitgħallmu qatt speċjalment fejn jidħlu l-costings. Wara li

kienu diġà bdew jivvutaw eluf ta’ nies fl-elezzjoni bikrija, il-PN fl-aħħar ħareġ bil-costings tal-manifest tiegħu, costings li meta tidħol fid-dettall tagħhom tinduna bi żbalji kbar li fihom, b’waħda mill-aktar bażiċi tkun li lanqas jafu kemm huwa l-prodott gross domestiku ta’ pajjiżna. U kif tista’ tafda lill-Partit fl-Oppożizzjoni bil-finanzi talpajjiż, meta l-aħħar li kellhom dan l-irwol daħħlu lil pajjiżna fi proċedura ta’ defiċit eċċessiv u kellha tiġbdilna widnejna l-Kummissjoni Elettorali. Insomma, nista’ nibqa’ għaddej u ma niqafx dwar id-diffe­renza netta li teżisti bejn iż-żewġ partiti. Jibqa’ fatt wieħed. Dr Robert Abela fil-maltemp irnex­xielu joħroġ lil pajjiżna mill-għawġ kif jgħidu bl-ingliż ‘with flying colours’ aħseb u ara bil-Futur Sabiħ li nistgħu nġibu b’Malta Flimkien.

ŻGĦAŻAGĦ: FLIMKIEN, IL-FUTUR SABIĦ

MIGUEL CAUCHI Uffiċjal Politiku, ŻL

Ilbieraħ pajjiżna wettaq eżer­ċiz­zju importanti ħafna biex jeleġġi lir-rappreżentanti tiegħu fil-Parlament u jagħżel il-Gvern li se jmexxi lil pajjiżna għall-ħames snin li ġejjin. Lil hinn mid-deċiżjoni u l-għażla individwali ta’ kull votant, il-proċess demokratiku li għaddejna minnu hu wieħed li ma nistgħux ninjorawh. Ilġene­razzjonijiet ta’ qabilna ġġieldu mhux biss biex pajjiżna jkun indipendenti u ħieles minn kull rabta mal-barrani, imma wkoll biex f’pajjiżna ngawdu mid-demokrazija, li fiha kull wieħed u waħda minna jistgħu jesprimu ruħhom mingħajr l-ebda biżà. Il-vot hu dritt tagħna. Inħarsu lejn pajjiżi oħrajn, fejn id-demokrazija hi maħnuqa jew ineżistenti, u naraw instabilità u intolleranza soċjali; l-ebda soċjetà, li għandha fiċ-ċentru tagħha d-dinjità tal-bniedem, ma jixirqilha dan. Id-demokrazija hi l-għodda li

biha niksbu l-futur. Dan għaliex id-demokrazija hi l-għodda li biha l-opinjonijiet u l-aspirazzjonijiet tagħna għal pajjiżna nittraduċuhom f’deċiżjoni kollettiva fuq il-futur. Bl-għodda tad-demokrazija, għandna responsabilità li nieħdu deċiżjoni li nagħrfu li se taffettwa mhux biss lilna imma wkoll lil uliedna: id-deċiżjo­ ni tagħna se tifforma lill-pajjiż għas-snin li ġejjin. Malta ffukata fuq il-futur F’dikors li għamilt dan l-aħħar bħala Uffiċjal Politiku ta’ Żgħa­ żagħ Laburisti tkellimt dwar kif “aħna ż-żgħażagħ ma niqfux naħsbu fuq il-futur”. Dan għax “il-futur nibnuh illum u billum”. Dakinhar tkellimt dwar kif “kull wieħed u waħda minna għandu ambizzjoni­jiet, u ta’ kuljum naħdmu biex dawn l-ambizzjonijiet niksbu­hom”. Dawn l-istess ambizzjonijiet, u dik il-ħidma biex niksbuhom, huma dawk li se jiddefinixxu Malta t’għada. Pożittivi dwar il-futur ta’ pajjiżna, għax Malta tagħna, fl-uniċità ta’ kull wieħed u waħda minna, hi mogħnija b’talent kbir. L-okkaż­joni ta’ elezzjoni ġene­rali toffri lilna ż-żgħażagħ, flimkien mal-kumplament tas-soċjetà inġenerali, l-oppor­ tu­nità li nagħżlu l-futur ta’ pajjiżna, nagħżlu dak li jgħaq­ qadna fuq dak li jifridna, nagħżlu l-ambizzjonijiet li għandu jkollu pajjiżna u fuq kif dawk l-istess ambizzjonijiet se niksbuhom.

Robert Abela, bħala Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, għaraf dan. Bena l-viżjoni tiegħu ta’ “Malta Flimkien” fuq kif se nwasslu dan il-pajjiż għall-futur. Hu insista li bħalma flimkien għaddejna mill-pandemija talCOVID-19 – li minkejja t-tbatija li kkawżatilna, irnexxielna nżommu flimkien filwaqt li ġiet provduta l-għajnuna li kien hemm bżonn u kompla jinħoloq ix-xogħol – flimkien biss nistgħu naffrontaw l-isfidi li ġejjin. Hu spjega dwar kif fl-aħħar snin, kien hemm il-prijorità li tinbidel il-medjokrità li kienet tirrenja f’pajjiżna, għallħolqien tal-ġid u l-opportunitajiet. Dan wasal għandna permezz ta’ proġetti infrastrutturali fit-toroq ta’ pajjiżna, opportunitajiet ġodda ta’ studju u taħriġ, l-opportunità li aħna ż-żgħażagħ li għadna nistudjaw naħdmu sa 25 siegħa fil-ġimgħa, żieda fir-rifużjoni tat-taxxa u żieda fl-istipendji. Dr Abela għaraf li l-ambizzjo­ nijiet tagħna ż-żgħażagħ huma wkoll dawk ta’ Malta billi inkludiena fil-viżjoni tiegħu: jixtieq jara li jitwettaq il-ħolm tagħna. Hu spjega kif vot għall-Partit Laburista se jkun ifisser investiment ta’ €700 miljun għal spazji ħodor pubbliċi ġodda; vot għall-Partit Laburista se jkun ifisser ukoll trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd: jixtieq jara li titwettaq il-ħolma tagħna ta’ ambjent aħjar, anki fil-qalba tal-irħula tagħna. Vot għall-Partit Laburista se

jkun ifisser it-tiġdid tal-iskemi ta’ għajnuna għax-xiri tal-proprjetà mill-first time buyers, u l-għotja ta’ €10,000 fuq 10 snin għall-ħlas tal-loan fuq l-istess proprjetà; vot għall-Partit Laburista se jkun ifisser ukoll tnaqqis fit-taxxi u twessigħ tat-tax bands. Jixtieq jara li titwettaq il-ħolma tagħna tal-ewwel dar, filwaqt li jkompli jippremja l-bżulija tagħna. Vot għall-Partit Laburista se jfisser it-tnedija tal-garanzija għat-tfal u t-tiġdid tal-garanzija għaż-żgħażagħ; vot għall-Partit Laburista se jkun ifisser ukoll għotja ta’ €500 għal kull sena li tkompli tistudja wara s-sekondarja għal tliet snin, u żieda oħra ta’ 15% fl-istipendju mingħajr kundizzjonijiet. Jixtieq jara li titwettaq il-ħolma tagħna li nkomplu nistudjaw, nitħarrġu u niksbu x-xogħol li nixtiequ nservu fih. Il-kampanja ta’ ŻL Kif għedt fid-dikors tiegħi, ilkam­panja taż-ŻL (“Together We Are”) fissret li kull wieħed u waħda minna għandna sehem minn din id-deċiżjoni dwar il-futur ta’ pajjiżna. Nemmnu li ladarba għandna l-vot, irridu nagħtu l-kontribut tagħna u ma rridu nħallu lil ħadd jiddeċiedi għalina. Il-kampanja tagħna kienet waħda bbażata fuq l-attiviżmu taż-żgħażagħ, speċjalment ta’ dawk li se jivvotaw għall-ew­ wel darba, u kienet tikkonsisti minn diversi aspetti, fosthom il-preżenza online u d-diskuss-

joni politika ma’ Robert Abela ta’ kull ġimgħa f’postijiet diffe­ renti. Filwaqt li ffukajna li nwasslu l-messaġġ tagħna permezz ta’ mezzi li ż-żgħażagħ ifittxu biex jiksbu l-informazzjoni, tajna l-op­portunità lil żgħażagħ jitkellmu u jesprimu ruħhom dwar l-ideat, il-proposti u l-kwistjonijiet li jolqtuhom. Bdejna l-ħidma tagħna ferm qabel, fejn iddiskutejna l-ideat u event­walment għaddej­niehom għall-manifest Laburista. Fil-kampanja elettorali identifikajna l-proposti li jolqtu liż-żgħażagħ, tajna spazju lill-kandidati żgħażagħ u ffukaj­na fuq l-aħjar mod kif inwasslu l-messaġġ ta’ pożittività u ottimiżmu għall-futur. Nixtieq nuża din l-opportunità biex inwassal messaġġ ta’ ringrazzjament lill-uffiċjali, il-membri tal-eżekuttiv u l-membri tal-fergħa tagħna li tul din il-kampanja elettorali kienu katalisti biex dak li ppjanajna flimkien wettaqnieh. Għal kull min ipparteċipa, din żgur kienet esperjenza sabiħa, li fiha tgħallimna u saħħaħna s-sens ta’ tim fostna. Aħna ż-żgħażagħ ukoll parti minn Tim Malta. U dan ittim lest biex jikseb aktar għal pajjiżna. L-għan ta’ kull forza politika hu li ġġib il-bidla li hija temmen fiha. Il-fehma politika tagħna hi li kull bniedem – minn twelidu sa mewtu – jgħix id-dinjità tiegħu ta’ bniedem u jilħaq il-potenzjal tiegħu. B’Malta flimkien, il-futur hu sabiħ!


13

27.03.2022

QAWWU QALBKOM

GEORGE AZZOPARDI Kap Uffiċjal Eżekuttiv, Partit Laburista

“Seddqu talbkom u qawwu qalbkom” ngħidu f’dik l-għanja tant għażiża għalina membri u attivisti fil-Partit Laburista. Għalkemm għamilna hekk fil-passat u għadna nagħmlu hekk sal-lum, ħadd minna ma jieqaf hemm. Waqt li qed jinqraw dawn ilkliem in-nies ivvutaw, il-poplu għamel l-għażla tiegħu u aħna lkoll qed nistennew l-eżitu tal-proċess tal-għadd. Proċess eċċitanti li mhuwa xejn ħlief riżultat ta’ proċess ieħor itwal minnu – dak li bih naslu għand in-nies, inservu lin-nies u nikkonvinċuhom bil-politika tal-Partit Laburista.

Lil hinn mill-għajdut li ħakem ix-xhur ta’ qabel, Gvern Laburista kien investit fl-amministrazzjoni tal-pajjiż biex bħala Maltin konna kapaċi niffaċċjaw sfidi bla preċedent fl-istorja tagħna. Imbagħad mindu fi Frar li għadda l-Prim Ministru sejjaħ l-elezzjoni ġenerali, il-poplu sab Partit Laburista ppreparat u organizzat biżżejjed biex nikkomunikaw bl-aħjar mod il-messaġġ tagħna, u biex naslu għand kull familja u dar Maltija. Il-poplu sab Partit li ġġedded. Partit li wara li għeleb l-isfidi li ħabbat wiċċu magħhom, ħareġ aktar magħqud milli kien qabel. Dan mertu għat-tmexxija li sab f’Robert Abela u mertu ta’ dawk kollha fi ħdan il-Partit Laburista, li jifhmu li l-Partit iħalli l-akbar ġid fis-soċjetà Maltija meta huwa stess ikun magħqud u f’saħħtu. Nemmen li dan kollu ħareġ bl-aktar mod ċar fil-kampanja li tħejjiet u li ġarret it-tema Malta Flimkien. Kienu jiem twal u mimlijin imma fl-ebda ħin ma niftakar li naqas l-entużjażmu fost it-tim kollu. Dak li jġib miegħu messaġġ pożittiv u fuq kollox messaġġ ta’ għaq-

da nazzjonali. Fuq din ix-xaqliba tal-ispettru politiku, fhimna tajjeb, li meta jiġi l-ħin tal-għażla, lil hinn mit-teatrin politiku li xi kultant ukoll jgħin biex titkebbes ftit tal-atmosfera, innies ikunu jridu pjan fattwali, konkret u kredibbli. Fuq kollox pjan għall-futur. Ħafna faħħru l-kampanja li ħejjejna bħala Partit Laburista f’dak li għandu x’jaqsam ma’ attivitajiet, imma xejn minn dan ma seta’ jinbena li kieku ma kienx hemm qabelxejn, pjan b’saħħtu għal pajjiżna, manifest miżgħud proposti li jistgħu jitwettqu u li se jitwettqu u li se jġibu l-bidliet li jmissha tagħmel is-soċjetà

Maltija. Programm elettorali li jitkellem fuq titjib fil-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd. Kien dak il-programm il-pedament tal-kampanja tagħna. Imbagħad rajna li nsibu kull mezz possibbli biex noħolqu spazju biex dak il-pjan jiġi diskuss bejn kulħadd u spjegat lil kulħadd. Għalhekk żorna l-irħula kollha ta’ Malta u Għawdex, morna fil-pjazez, fit-toroq, ħabbatna l-bibien u tajna ċ-ċans lin-nies isemmgħu leħinhom. Waqt li l-Partit ħareġ u wassal il-messaġġ tiegħu, ma waqafna qatt nisimgħu dwar dak li jikkonċerna lin-nies filħajja tagħhom. Ma għalaqniex widnejna għas-sofferen-

Dejjem emmint li dan l-aspett tal-politika huwa kruċjali biex tassew tħoss il-polz tan-nies fejn iħabbat u l-politika tal-Partit ma ssirx fl-arja imma tkun tassew tirrifletti l-ħtiġijiet tan-nies

zi u l-inġustizzji li jħabbtu wiċċhom magħhom individwi u familji differenti. Dejjem emmint li dan l-aspett tal-politika huwa kruċjali biex tassew tħoss il-polz tan-nies fejn iħabbat u l-politika tal-Partit ma ssirx fl-arja imma tkun tassew tirrifletti l-ħtiġijiet tan-nies. F’dawn il-jiem ħareġ dak li jagħmel il-Partit Laburista d-dar tal-ħafna. Rajt nies differenti jaħdmu biswit xulxin għal għan wieħed. Rajt nies ta’ etajiet differenti jpoġġu l-istess impenn. Rajt individwi jagħmlu xogħol differenti f’ħinijiet indiċenti, biex inħoloq prodott li għamel lil kulħadd sodisfatt. F’din il-kampanja ħareġ fid-dieher l-ispirtu li dejjem ġibidni lejn il-Partit Laburista bħala attivist u membru u konvint li eluf ta’ nies ħassewh ukoll. Għalhekk ninsab qalbi qawwija li fil-ħin li ġej naraw kif il-Maltin u l-Għawdxin wieġbu u taw il-mandat mistħoqq lill-Prim Ministru Robert Abela. Ninsab qalbi qawwija li poġġew il-fiduċja tagħhom fil-Partit Laburista biex ikompli jmexxi dan il-pajjiż u biex issa jimplimenta l-programm tiegħu għas-snin li ġejjin.

FUTUR SABIĦ FIX-XEFAQ

NIGEL VELLA

Is-sentejn li għaddew kienu sentejn xejn faċli. Ma kinux faċli għall-familji, għan-negozji u sintendi għall-Gvern. Il-pandemija tal-COVID-19 ħarbtet lid-dinja kollha. Waqqfet iċ-ċiklu normali talħajja u waqqfitna milli nagħmlu l-aktar affarijiet bażiċi u li konna mdorrijin nagħmlu. Sintendi kull Gvern fid-dinja sab ma’ wiċċu din l-isfida li dehret ikkumplikata aktar minn ħajt imkaħħal li trid titla’ miegħu. Robert Abela kien għadu kemm sar Prim Ministru ftit

tal-ġimgħat qabel. U f’dawk il-ftit ġimgħat ta’ qabel kien qed jaħdem biex jegħleb sfida oħra li ma tagħmilx għajb lanqas lil dik tal-COVID-19 meta pajjiżna għadda minn sitwazzjoni politika li poġġiet mistoqsijiet fuq il-governanza ta’ pajjiżna. Robert Abela lanqas kellu ċ-ċans jitmattar fil-kariga u jsib saqajh. Kellu jgerbeb ilqmis ’il fuq u jaqbad jaħdem mill-ewwel daqslikieku kien ilu fil-pożizzjoni għal numru ta’ snin. Mhux faċli li xħin tibda ssib ma’ wiċċek il-professjonisti tas-saħħa li jgħidulek li se jkollok numru ta’ persuni li se jkunu f’riskju li jitilfu ħajjithom konsegwenza tal-pandemija. Li ssib jistennewk l-esperti ekonomiċi jgħidulek li se jkollok 50,000 ruħ ifittxu impjieg u li se jieħdu daqqa l-ikbar muturi li jiġġeneraw ilġid fl-ekonomija tagħna. Irid ikollok mhux ftit kuraġġ! Iżda nemmen tabilħaqq, u din innotaha kulħadd, li l-Prim Ministru ħarġu fih l-elementi ta’ Mexxej sod, li jaf fejn irid

jieħu lill-pajjiż minkejja kollox u li aktar kemm kien qawwi s-saram aktar daħal għalih b’ruħu u ġismu. Jiena konvint li lbieraħ meta n-nies ħarġu jivvutaw, żammew dan kollu quddiem għajnejhom. Jafu li dawn is-sentejn ma kienu faċli xejn. Jafu kemm dawn is-sentejn minkejja ċ-ċirkustanzi kollha kien hemm Prim Ministru li ddeċieda biex mhux biss iħalli lill-pajjiż għaddej billi fost l-oħrajn ħallas il-paga ta’ 105,000 ħaddiem iżda wettaq riformi ferm aktar minn hekk. F’dawn is-sentejn minkejja

kollox, kompla jdaħħal ir-riformi bħalma kienu dawk talużu responsabbli tal-kannabis, bħalma kienet dik sabiex is-sess sottorappreżentat, ikun rappreżentat fil-Parlament u anke numru kbir ta’ riformi fl-istituzzjonijiet talpajjiż. In-nies jafu li f’dawn is-sentejn Robert Abela ma qagħadx lura jibki xortih u jgħid biss li qed jara l-maltemp u resaq fil-ġenb. Raw Prim Ministru li flimkien mad-Deputat Prim Ministru, it-tim ta’ Ministri li jieħdu ħsieb l-ekonomija kollha talpajjiż, ħarġu u taw dak kollu li

Robert Abela lanqas kellu ċ-ċans jitmattar fil-kariga u jsib saqajh. Kellu jgerbeb il-qmis ’il fuq u jaqbad jaħdem mill-ewwel daqslikieku kien ilu fil-pożizzjoni għal numru ta’ snin

setgħu u r-riżultati jidhru. Flok 50,000 persuna bla xogħol illum Malta għandha l-inqas rata ta’ persuni jfittxu impjieg, taħt l-1,000. Flok daqqiet lill-akbar muturi tal-ekonomija, rajna Prim Ministru jinawgura investiment ġdid wieħed wara l-ieħor f’oqsma differenti. Dan huwa dak li l-Prim Ministru ħalla f’dawn is-sentejn. Aħseb u ara fil-ħames snin li ġejjin kemm-il darba l-poplu għażel li l-pajjiż għandu jibqa’ jkollu lil Robert Abela fit-treġija. L-elezzjoni ġenerali li saret ilbieraħ se ssir f’dan il-kuntest. Sentejn iebsa u gwerra fl-Ewropa li mingħajr dubju t-tnejn ħallew impatti. Jiena konvint li l-poplu fehem li dak kollu li l-Partit Laburista, li dak kollu li tkellem fuqu Robert Abela tul it-33 jum tal-kampanja elettorali kienu biżżejjed biex il-poplu Malti u Għawdxi ma jmurx lura għall-politika tal-passat li tifred mhux tgħaqqad. Li taqta’ l-qlub u mhux tqawwihom. Fix-xefaq qed nara futur sabiħ għal pajjiżna.


14

27.03.2022

Ritratti: GARETH DEGIORGIO

MALTA FLIMKIEN

Kampanja elettora lejn il-futu

32 jum ta’ kampanja elettorali m Flimkien – il-futur sabiħ. Matul Laburista Robert Abela jmex ressaq manifest sod, costed u proposta li nibtu mill-100 idea Il-kampanja bdiet nhar it-Tne f’rally fil-Furjana, il-Prim Minis “Malta Flimkien biex intejbu l-ħ bit-teenagers u ż-żgħażagħ is li joħolmu. Malta Flimkien bie Malta Flimkien biex in-negozju il-ħaddiem ikollu kwalità ta’ ħa Sabiħ.”

It-Tnejn 21 ta’ Frar Fl-ewwel jum mill-ewwel tressqet il-proposta ta’ Pjan ta’ Ambjent Aħjar fuq medda ta’ 7 snin b’€700 miljun investiment għal spazji ħodor. Proposta tal-aktar proġett ambjentali ambizzjuż fl-istorja ta’ pajjiżna. Rajna wkoll ir-reazzjoni tal-Partit Laburista għat-tħabbira ta’ tliet deputati li telqu mil-lista ta’ kandidati tal-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Laburista qal li Bernard Grech u dawk li poġġewh hemm firdu partit, għalhekk il-poplu m’għandux iħallihom jifirdu pajjiż. It-Tlieta 22 ta’ Frar Proposta qawwija oħra dik ta’ tnaqqis fit-taxxi. Din setgħet issir għaliex l-għaqal li ħadem bih Gvern Laburista ħalla finanzi tal-pajjiż sodi. Il-Partit Laburista kompla jirreaġixxi għat-tluq ta’ aktar deputati tal-Partit Nazzjonalista, din id-darba Claudio Grech u stqarr li jekk Bernard Grech jingħata l-fiduċja, it-taqbida interna fil-Partit Nazzjonalista ssir problema tal-pajjiż filwaqt li nkunu qed nirriskjaw l-istabbiltà politika li tant hija importanti u li pajjiżna kiseb fl-aħħar snin. Dikjarazzjoni oħra importanti tal-Prim Ministru f’Marsaskala: “Wara li smajna t-tħassib tan-nies dwar il-proġett tal-Marina fil-bajja ta’ Wied il-Għajn, li kienet identifikata fil-pjani lokali tal-2006 biex fiha ssir Marina, illum nista’ nħabbar li dan il-proġett tal-Marina ser jieqaf minnufih.” L-Erbgħa 23 ta’ Frar Titħabbar il-proposta ta’ €57 miljun f’għajnuna liż-

żgħażagħ u l-first time buyers kollha, għalhekk proposta li l-Gvern iħallas €1,000 fis-sena lill-first time buyers mill-pagament talloan tagħhom għall-ewwel 10 snin. Robert Abela fakkar kif matul din is-sena n-nefqa fuq pensjonijiet biss se tkun qed tilħaq il-biljun ewro għall-ewwel darba. Spjega li fil-leġiżlatura li ġejja l-pensjonanti se jieħdu mill-anqas €15 oħra żieda fil-ġimgħa u mediċini b’xejn. Il-Ħamis 24 ta’ Frar Il-Partit Laburista jkompli jispjega l-proposti tiegħu għall-anzjani u l-pensjonanti: f’ħames snin, kull pensjonant se jieħu mill-inqas €2,340 aktar f’butu, apparti titjib fil-pensjonijiet tar-romol u li din tingħata lir-romol kollha. Dan apparti żidiet oħra li jingħataw tal-għoli tal-ħajja u ż-żieda li se tibda tinħadem b’mekkaniżmu ġdid. B’kollox €240 miljun żidiet għall-anzjani fuq leġiżlatura. F’intervista fuq ir-radju, il-Prim Ministru jitkellem dwar il-kunflitt bejn ir-Russja u l-Ukrajna u jwiegħed li se jkun onorat l-impenn biex jinżamm il-prezz tal-enerġija b’mod stabbli. Il-Ġimgħa 25 ta’ Frar Titħabbar li fil-leġiżlatura li jmiss ser jerġgħu jiżdiedu l-istipendji bi 15%, li jinfetaħ community hub ġdid fit-Tramuntana ta’ Malta, u li tissaħħaħ u titwessa’ l-eliġibilità tal-iskema Sensability. Messaġġ ukoll liż-żgħażagħ: “Intom iż-żgħażagħ ta’ 16-il sena, din se tkun l-ewwel elezzjoni ġenerali li se tivvotaw fiha u nittama li tkun l-aħħar waħda fejn tivvotaw u ma tikkontestawx. Irridu li din tkun parti

mid-diskussjoni dwar ir-riforma elettorali.” Is-Sibt 26 ta’ Frar Jitħabbar li Gvern Laburista jagħti numru ta’ inċentivi lin-negozji u għan-negozji f’Għawdex. Dawn l-inċentivi se jkunu b’10% iżjed mill-istess inċentivi li jingħataw lin-negozji stabbiliti f’Malta. Il-Ħadd 27 ta’ Frar F’għeluq l-ewwel ġimgħa tal-kampanja, il-Mexxej Laburista jistqarr li “Malta Flimkien se nagħtukom ambjent isbaħ, se nkomplu nkabbru l-ġid ta’ pajjiżna, se nagħtu ħajja aħjar lill-anzjani tagħna, iż-żgħażagħ se jwettqu l-aspirazzjonijiet tagħhom, il-familji se jkollhom spalla akbar u se nibqgħu kburin b’pajjiżna.” Il-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li jagħmel miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista post ODZ. It-Tnejn 28 ta’ Frar Jitħabbru proposti li se jwasslu li jgħinu l-koppji jsiru ġenituri bl-estensjoni tas-sistema tal-IVF; u proposti marbuta ma’ Garanzija Għat-Tfal b’investiment ta’ €145 miljun fuq medda ta’ ħames snin u li se tiġġedded il-Garanzija taż-Żgħażagħ. Żieda wkoll fiċ-Children’s allowance. It-Tlieta 1 ta’ Marzu Il-Partit Laburista jirreaġixxi għall-proposta tal-Partit Nazzjonalista u jgħid li dak ippubblikat fil-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed jitfa’ f’periklu imminenti madwar 10,000 familja li huma fil-kirjiet l-antiki, wara li Gvern Laburista ta s-solliev lil dawn il-familji bir-riforma storika tal-2021. L-Erbgħa 2 ta’ Marzu F’laqgħa mal-istudenti, il-Prim Ministru jgħidilhom: “Din l-elezzjoni hi dwarkom”. Għall-edukaturi Partit Laburista fil-Gvern se joffri


15

27.03.2022

N, FUTUR SABIĦ

ali pożittiva u li tħares ur ta’ wliedna

mill-Partit Laburista b’tema ta’ Malta lha rajna l-Prim Ministru u Mexxej xxi tim magħqud madwaru biex u bi pjan kif se jitħaddem, b’1,000 mressqa mill-Maltin u l-Għawdxin. ejn 21 ta’ Frar wara li l-jum ta’ qabel, stru indirizza folla b’messaġġ ċar: ħajja tal-pensjonanti. Malta Flimkien sibu hawn l-opportunitajiet kollha ex nagħtu spazju isbaħ lill-familji. u jikber aktar. Malta Flimkien biex ajja aħjar. Malta Flimkien. Il-Futur

kundizzjonijiet aħjar – jiġifieri titjib sinifikanti fil-pagi bil-ftehim kollettiv ġdid. Il-Ħamis 3 ta’ Marzu F’laqgħa mal-Unjin tal-Għalliema u l-Unjin tal-Edukaturi Professjonali l-Prim Ministru Robert Abela preżenta numru ta’ proposti li jolqtu s-settur edukattiv. ll-Ġimgħa 4 ta’ Marzu Il-Partit Laburista jirreaġixxi għad-diskors ta’ Bernard Grech dwar l-IVF u jgħid li dan kien wieħed insensittiv. Il-Prim Ministru jħabbar tliet inizjattivi marbuta mas-settur tad-diżabilità, fosthom li jkunu konsolidati s-servizzi ofruti mic-Child Development Assessment Unit f’binja ġdida u adekwata. Is-Sibt 5 ta’ Marzu Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, jippreżenta n-nomina tiegħu bħala kandidat għall-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu. F’Għawdex, jitħabbru aktar proposti għal din il-gżira fosthom investiment ta’ minn tal-anqas €162M f’fondi Ewropej. Il-Ħadd 6 ta’ Marzu F’maratona ta’ ġbir, il-Partit Laburista jiġbor is-somma ta’ €1,023,097. It-Tnejn 7 ta’ Marzu Jitħabbru proposti għas-settur tan-negozji fosthom li ssir leġiżlazzjoni

biex kull negozju u self-employed ikollu dritt għal kont tal-bank bażiku. Jitħabbru wkoll proposti indirizzati lejn il-mara li jinkludu rifużjoni ta’ 30% tal-paga fuq medda ta‘ tliet snin sa massimu ta’ €6,000 lil dawk li jimpjegaw magħhom nisa ’l fuq minn 40 sena u li kienu inattivi fis-suq tax-xogħol. It-Tlieta 8 ta’ Marzu Il-Partit Laburista jgħid li bil-Partit Nazzjonalista filGvern tiżdied il-burokrazija u jbatu n-negozji – b’rabta mal-proposti fil-manifest talPN li ħafna minnhom huma marbuta ma’ ċertifikazzjoni tal-ESG. Aktar proposti marbuta mal-mara fosthom li l-contraceptive pill u l-morning after pill se jibdew jitqassmu b’xejn mill-ispiżeriji u miċ-ċentri tas-saħħa. L-Erbgħa 9 ta’ Marzu B’rabta mal-proposti tal-Partit Nazzjonalista fuq tnaqqis ta’ taxxa, il-Partit Laburista jgħid li l-Partit Nazzjonalista b’dak li qed iwiegħed, lil 96% tal-ħaddiema li jaqgħilu inqas minn €60,000 se jkun qiegħed jeħdilhom il-flus sabiex ikun jista’ jqassam dawk il-flus lil 4% oħra tal-ħaddiema. Jikkritika wkoll li bit-tneħħija tar-rifużjoni tat-taxxa, il-poplu se jmur lura b’mill-inqas €24 miljun. Jitħabbar li Gvern Laburista joħroġ liċenzji għal krematorju. Il-Ħamis 10 ta’ Marzu Dibattitu fl-Università ta’ Malta juri differenza primarja bejn iż-żewġ partiti u jispikka li l-Kap tal-Oppożizzjoni ma jafx kemm se jiġi jiswa l-manifest elettorali tiegħu. Il-Ġimgħa 11 ta’ Marzu Il-Partit Laburista jikkritika lill-Partit Nazzjonalista li fil-verżjonijiet differenti tal-manifest tiegħu jispikka li għandu kollox bit-termini u l-kundizzjonijiet. Approvat b’mod unanimu l-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista. Is-Sibt 12 ta’ Marzu Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela jippreżenta t-tim ta’ 69 kandidat għall-elezzjoni tas-26 ta’ Marzu. F’Għawdex il-Prim Ministru jwiegħed li l-proġett tal-breakwater ta’ Marsalforn se jitwettaq. Il-Ħadd 13 ta’ Marzu Waqt rally fil-Furjana l-Prim Ministru jgħid li l-elezzjoni hija għażla dwar x’tip ta’ soċjetà rridu. It-Tnejn 14 ta’ Marzu Aktar kritika lejn proposti tal-Partit Nazzjonalista: It-termini u l-kundizzjonijiet tal-PN jiswew iktar mill-benefiċċji li qed jiġu proposti. Igiddeb ukoll lil Bernard Grech li qal li l-Gvern irid lura l-flus tal-Wage supplement.

Il-Prim Ministru jħabbar li se jkollna sajf tradizzjonali u l-festi se jiġu organizzati b’mod normali. It-Tlieta 15 ta’ Marzu Il-Partit Laburista jikkritika l-ħames verżjonijiet tal-manifest tal-PN u jgħid li t-termini u l-kundizzjonijiet huma l-unika konsistenza fihom. Mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela waqt konferenza tgħid li l-Partit Laburista se jkompli jsaħħaħ il-kwalità tal-ħajja bi pjan ċar u f’oqsma diversi fosthom dak tas-saħħa mentali. Il-Prim Ministru jħabbar proposti li bihom se jgawdu l-membri tal-forzi dixxiplinati. L-Erbgħa 16 ta’ Marzu Il-Mexxej Laburista jgħid li l-inawgurazzjoni tat-tieni fażi tal-proġett tal-Malta National Park, f’Ta’ Qali b’investiment ta’ €15-il miljun huwa investiment b’saħħtu fil-kwalità tal-ħajja tan-nies. Il-Ħamis 17 ta’ Marzu Aktar proposti indirizzati lejn l-anzjani: Gvern Laburista jżid l-għotja għall-anzjani ta’ 75 sena u aktar b’€200. Il-home helper of your choice lill-anzjani biex jimpjegaw il-carers magħhom, Gvern Laburista se jżidha biex tilħaq il-paga minima nazzjonali. Proposta wkoll li jitwaqqaf direttorat responsabbli mid-dimensja. Il-Ġimgħa 18 ta’ Marzu Il-Prim Ministru jħabbar li sal-aħħar tas-sena se jinfetaħ il-Paola Health Hub kif ukoll se jitlesta l-bini ta’ kumpless ġdid tal-futbol u tar-rugby f’Raħal Ġdid. Is-Sibt 19 ta’ Marzu Robert Abela jgħid li: “Huwa possibbli li nwettqu l-miżuri għaliex magħna taf fejn qiegħed u hemm track record ċar illi jitkellem għalina. Dak kollu li wegħedna implimentajnieh u hekk se nibqgħu nagħmlu.” Il-Ħadd 20 ta’ Marzu F’rally massiv f’Ta’ Qali, il-Prim Ministru jgħid li b’għaqda, nistgħu nħarsu lejn il-futur b’ottimiżmu. It-Tnejn 21 ta’ Marzu Il-Partit Laburista jirrispondi għal diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni u jgħid li l-fatti juru u se jibqgħu juru li l-uniku serial tax evader huwa Bernard Grech. Il-Mexxej Laburista jindirizza lil dawk li għadhom xettiċi li jivvutaw u jgħid li, li tibqa’ d-dar ifisser siġill t’approvazzjoni għall-manifest tal-Partit Nazzjonalista li jrid jeħodna lura fil-passat. It-Tlieta 22 ta’ Marzu F’rally f’Raħal Ġdid Robert Abela jgħid li l-pjan ta’ Gvern Laburista għall-ġejjieni huwa wieħed b’saħħtu u costed u huwa l-bażi għall-kwalità ta’ ħajja aħjar, opportunitajiet għal kulħadd u Malta sabiħa. L-Erbgħa 23 ta’ Marzu F’Għawdex, il-Prim Ministru jafferma li Għawdex huwa fiċ-ċentru tal-politika u fil-qalba tad-deċiżjonijiet ta’ Gvern Laburista. Il-Ħamis 24 ta’ Marzu Rally massiv f’Ta’ Qali jagħlaq il-kampanja elettorali tal-Partit Laburista.


16

27.03.2022

IL-FUTUR F’IDEJNA

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Min ikun qed jaqra dan l-artiklu dalgħodu l-Ħadd ikun ftit sigħat jew minuti qabel ma joħroġ ir-riżultat elettorali jew jista’ jkun li diġà tkun ħarġet l-indikazzjoni ta’ liema mill-partiti rebaħ il-maġġoranza tal-fiduċja tal-poplu. Wara kampanja elettorali ta’ 32 ġurnata, il-poplu persważa li kellu ż-żmien biżżejjed sabiex jara u jiżen dak kollu li ntqal mill-partiti, mill-mexxejja, dak li ġie dibattut, dak li ġie offrut fil-manifesti elettorali rispettivi. Il-poplu seta’ jagħraf min offra l-aqwa viżjoni imma aktar minn hekk ifformola opinjoni ta’ min fil-verità kapaċi mill-mexxejja iwassal din il-viżjoni li ssir realtà u titwettaq. Il-poplu jagħraf min tassew għandu mexxej li jaspira, li kapaċi jieħu d-deċiżjonijiet fi żminijiet ta’ sfida globali u li mogħni b’tim warajh magħqud u jwettaq il-ħidmiet li jiġi fdat bihom. Il-poplu jagħraf min hu lest li jidħol għall-ħidma sabiex ikollna futur aħjar u sabiħ b’ideat friski, innovattivi, tibdil bi tmexxija dinamika u ffokata, minflok min hu lest li jaħdem għall-futur billi juża l-istess tattiċi li uża biex imexxi fil-passat. Il-poplu jagħraf minn irid jagħtih gwida għall-futur tiegħu u ta’ wliedu u min irid jerġa’ jdawwar l-arloġġ lura għall-politika tal-passat. Fiduċjuża fil-kapaċitajiet ta’ dan il-poplu li dejjem għaraf iqum għall-okkażjoni meta jiġi msejjaħ sabiex jagħżel id-destin tal-futur tiegħu. L-istess fiduċja nesprimiha issa f ’dan il-waqt ukoll illi wasal mill-ġdid sabiex nerġgħu nagħżlu min ser imexxi lil dan il-pajjiż għall-ħames snin li ġejjin. Xahar kampanja tinvolvi ħafna u ħafna xogħol, ħsieb, riżorsi, iljieli u ġranet ta’ ħidma. U ħafna minn dan isir fuq livell volontarju. Ibda mill-amministrazzjoni tal-Partit, uffiċċji diversi fi ħdan il-Partit bħall-uffiċċju tal-komunikazzjoni, l-uffiċċju elettorali, tal-attivitajiet, tat-tfassil tal-manifest, outreach. U mbagħad attivisti u volontieri fuq livell lokali u distrettwali fil-kumitati u l-volontiera tagħhom. Kulħadd jaħdem f ’sintonija flimkien sabiex il-messaġġ li jrid iwassal il-Partit jasal bl-aktar mod ċar u effettiv. Fuq kollox il-mexxej tal-Partit li jaspira fina l-għaqda, id-determinazzjoni, il-kuraġġ, ir-rispett, il-lealtà u l-imħabba lejn il-prinċipji li jgħaqqduna. Kien xahar li jġiegħlek tapprezza il-valur tas-sapport tant meħtieġ minnies ta’ madwarek. Ix-xogħol jintensifi-

ka aktar, u mingħajr is-sapport ta’ dawk ta’ madwarek żgur li tkun ferm aktar diffiċli sabiex tagħti l-impenn tiegħek kif mistħoqq. Għandna nirringrazzjaw u nirrikonoxxu lill-familjari tagħna li jagħmlu s-sagrifiċċju magħna. Tul dan ix-xahar ta’ kampanja tirrealizza l-valur sabiħ tal-komunikazzjoni diretta mannies, valur li dan il-Partit huwa msejjes fuqu, dejjem imdawwar bin-nies. Dak li jagħmel dan il-Partit sa issa hu l-għażla naturali tal-poplu għax il-poplu jaf fejn hu mal-Partit Laburista, jaf fejn hu ma’ Robert Abela għaliex qatt ma nqata’ minn mal-poplu. Dejjem sema’ u aġixxa fuq dak li sema’. Ilbieraħ l-elettorat tefa’ l-verdett tiegħu. Dak li jagħżel il-poplu huwa l-ġudizzju aħħari u naturalment jiġi rispettat u onorat. Għada t-Tnejn, Malta tibda leġiżlatura ġdida ta’ Gvern li se jmexxi lil pajjiżna għall-ħames snin li ġejjin. Ikun min ikun il-Partit rebbieħ, ilkoll nibqgħu poplu wieħed u ta’ poplu sovran u matur għandna nħarsu ’l quddiem flimkien sabiex il-futur ta’ pajjiżna jkun tassew sabiħ b’poplu magħqud. Ma nistax ma nesprimix b’umiltà l-gratitudni tiegħi li nagħmel parti mill-amministrazzjoni tal-Partit Laburista, il-Partit li ħabbejt minn ċkuniti. Inħossni kburija u xxurtjata li naħdem daqshekk viċin ta’ Robert Abela. Ixxurtjata li nagħmel parti minn tim eċċezzjonali ta’ grupp ta’ amministrazzjoni li nsejħilhom familja. Il-ħidma tagħna ma tiqafx hawn. Inkomplu nġeddu l-Partit, inkomplu nisimgħu u nkunu viċin il-Laburisti u fuq kollox viċin kulħadd, kull min jersaq lejn dan il-moviment li dejjem qed jikber. U hemm raġuni għal dan, għax il-Partit Laburista jiftaħ il-bibien sabiex aktar nies jingħaqdu magħna mingħajr ma jsirulhom kundizzjonijiet, mingħajr preġudizzji. Nibqgħu naġġornaw, ninbidlu u nikbru flimkien.

Fiduċjuża fil-kapaċitajiet ta’ dan il-poplu li dejjem għaraf iqum għall-okkażjoni meta jiġi msejjaħ sabiex jagħżel id-destin tal-futur tiegħu

Sur Editur, Ili ntella’ u nniżżel x’se nikteb tlett ijiem. Għax tkun qed tikteb xi ħaġa lejlet li l-poplu se joħroġ jivvota, u taf li din il-kitba se tidher meta jkun ħareġ ir-riżultat, mhux faċli hux! Persważ li kulħadd illum qed jiċċelebra rebħa għal Robert tagħna. U se nkomplu għaddejjin b’Malta Flimkien għal futur aħjar. Għax ngħiduha kif inhi, Sur Editur, f’din il-kampanja elettorali, ma kienx hemm paragun. U mhux qed ngħid hekk għax Laburist. Anki ta’ taħtna li għadni ma skoprejtx xiz-zokk għandhom taħt l-iskutella ta’ rashom flok moħħ, u għadhom Nazzjonalisti, smajthom igergru mit-tieqa tal-kċina, li tagħti għall-bitħa tagħhom. Matul il-kampanja smajthom izekzku ftit mhux ħażin. Kif tista’ ma zzekzikx meta tara lil Bernard tagħhom jgħid ċuċata wara l-oħra? Alla jbierek l-istupitaġni glorifikata ta’ xi wħud, skont dak li mingħalih huwa l-Kap tagħhom, aħna tal-Labour kollox mingħandhom ikkupjajna. O Ġesù, jaħasra, kemm batejt għalxejn għal ċertu nies! Id-dibattitu li rajna u smajna nhar l-Erbgħa kien wieħed klassiku. Minflok smajna lill-Kap tagħhom joffri tama, kuraġġ u futur għal pajjiżna, hekk kif fetaħ ħalqu beda bit-tgħajjir u bl-insulti. Jista’ mhux jagħmel wegħda li jimxi għarkupptejh wara d-Duluri tal-Belt, għax ma jindem qatt dan. Dan li qal li jgħix ħajja modesta. Patri Mudest ħej! Vera kien tajjeb fl-għeluq u mbagħad! Intilef kompletament tant li meta skadielu l-ħin ipprova jdaħħal żewġ sillabi dwar il-pensjonanti u l-pandemija. Imma tgerbeb f’ilsienu u spiċċa l-ħin mingħajr ħadd ma ħaqq l-ożbreċ jaf x’ipprova jgħid. Insomma xi kazzata bħas-soltu kien se jgħid. Ifhem la għamel kampanja sħiħa ħlief kazzati ma jgħidx, ma naħsibx li kien se jibbrilla fi ftit sekondi fl-għeluq tad-dibattitu. But anyway. Il-Prim tagħna baqa’ konsistenti. Jispjega xi jfisser li b’Malta flimkien il-futur huwa sabiħ. Kif għamel matul il-kampanja kollha. Aħna tal-Labour tkun taf fejn qiegħed magħna. Ma noqogħdux induru mallewża kif jagħmlu huma. U mingħalik ikunu qalu xi ħaġa u tant igerfxu apposta li tispiċċa mħawwad int ukoll. U bit-tattika tagħhom, antikalja ta’ Pizzolu, jibqgħu jagħmlu bħalma tagħmel waħda minn dawk f’xalata, dejjem ankrati mal-passat imnellaħ tagħhom. Għamel kampanja sħiħa dan is-suppost kap tagħhom, negattiv u jattakka, għax ma kienx jaf kif se jirrispondi għall-kampanja tagħna, u fl-aħħar jiem jiġi jgħid li Robert tagħna ħlief messaġġi negattivi u attakki waqt il-kampanja m’għamilx. Mis­ kin. U mbagħad lejlet elezzjoni, il-partit tagħhom ippubblika dak li sejjaħ “mudell finanzjarju tal-viżjoni tiegħu sas-sena 2030”. Issa ħalliha li lanqas viżjoni sal-ponta ta’ mnieħru m’għandu, aħseb u ara kemm jista’ jkollu viżjoni ta’ kważi disa’ snin. Patetiċi aktar minnhom ma ssibx, Sur Editur. U lejlet l-elezzjoni ta Alla jbierek, ippubblikawhom. U ħżiena, jekk ma tridx. U biex ikompli fix-xalata bħat-talija, dan il-Kap tagħhom, affaċċjat dwar l-iżball oħxon fil-costings tal-Partit Nazzjonalista pprova jitfa’ l-ħażin tiegħu fuq ħaddieħor. Pwerili. Kellna kampanja qasira, Sur Editur. U mnalla. Għax emminni ma flaħtx nisimgħu iktar lill-Kap tagħhom. Kemm għadu vavu fil-politika. Lanqas kampanja ma kien kapaċi jmexxi, aħseb u ara kemm hu kapaċi jmexxi Gvern, kif ipprova jbellagħha lil kulħadd li kapaċi jagħmel. Imma min kapaċi jagħmel analiżi tal-viżjonijiet li ż-żewġ partiti ewlenin poġġew quddiemna, joħroġ ċar li min-naħa għandek il-Partit Laburista li għandu pjan ċar u ambizzjuż għal dan il-pajjiż u min-naħa l-oħra hemm il-Partit ta’ dawk li jmexxu lil Bernard, partit negattiv u ankrat fil-passat. Issa mhux qed ngħid li l-partit tagħna huwa perfett ta! Min huwa perfett, ħlief is-Sinjur, sur Editur? Insomma l-għażla f’idejn il-poplu kienet, kif dejjem tkun. U kif dejjem se tibqa’ tkun. Poplu li m’għadux iż-żmien li titmejjel bih u tbeżżgħu bil-babaw. Dan il-passat. Dak il-Partit tagħhom. Għad-dieħla.


17

27.03.2022

IL-PAPIET KBAR TA’ ŻMIENNA KTIEB ĠDID TA’ ROBERT ALOISIO Irid ikollok 90 sena jew aktar biex forsi tiftakar Papa ieħor qabel Piju XII. Fil-fatt, waħda mill-ewwel xandiriet li l-Maltin qatt raw fuq it-televixin kienet il-funeral ta’ Piju XII fl-1958, 64 sena ilu. Bis-saħħa tal-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-massa l-Papiet ma baqgħux figuri mbiegħda imma saru wċuh familjari ma’ miljuni kbar ta’ nies madwar id-dinja, fosthom magħna l-Maltin... Papa Ġwanni XIII daħal fi qlub ilMaltin, fost l-oħrajn, għax kien l-ewwel Papa li tkellem bi lsienna. Pawlu VI kien Papa ħabib kbir ta’ Malta, Papa pjuttost minsi li l-kobor tiegħu qed jerġa’ jiġi skopert fi żmienna. It-tbissima ħelwa tal-Papa Luciani, minkejja l-pontifikat tassew qasir tiegħu, tibqa’ magħrufa. Il-Papa maħbub Ġwanni Pawlu II kien l-ewwel Papa li ġie jżurna, u żjara waħda ma kinitx biżżejjed f’wieħed mill-itwal pontifikati fl-istorja tal-Knisja. Fit-tieni żjara tiegħu f’Malta bbeatifika l-ewwel tliet Maltin. Benedittu XVI ġie jżurna hu wkoll u ddikjara l-ewwel qaddis Malti. U issa jmiss lil Franġisku, il-Papa ħabib taż-żgħir u l-batut. Seba’ Papiet Kbar Seba’ Papiet fi 80 sena. Seba’ Papiet kbar. Seba’ Papiet ta’ fama qaddisa. Seba’ Papiet li ħallew marka fuq il-Knisja u fuq id-dinja. Seba’ Papiet umani, bil-preġji u bil-limitazzjonijiet tagħhom bħal kull wieħed u waħda minna. Luciani kien qal li kieku kien jaf li xi darba kien se jsir Papa kien jistudja iktar. Imma fil-verità ebda studju ma jista’ jkun biżżejjed għal responsabbiltà enormi bħal dik. L-aħħar sebgħa mill-265 suċċessur ta’ San Pietru fi storja twila ta’ 2,000 sena. Papiet kbar kemm trid. Imma Papiet li qatt ma għejew ifakkruna li ċ-ċentru tal-fidi tagħna jrid jibqa’ Ġesù Kristu u ħadd iktar. Ġesù huwa l-Mexxej veru tal-Knisja u Hu għadu jaħdem fil-Knisja u permezz tagħha, minkejja d-dnubiet ta’ wliedha. Bħala r-Ragħaj tal-Knis-

ja, il-Papa huwa l-Vigarju ta’ Kristu. Jiġifieri Kristu jaħdem fil-Knisja u jmexxiha permezz tal-Papa. Huwa biss strument umli f’idejh. Imut Papa u jagħmlu ieħor, jgħid il-Malti. Għaldaqstant, għandna noqogħdu ferm attenti li ma naqgħux, bla ma nintebħu, fil-kult tal-personalità. Il-Papa mhuwiex politikant jew pop star. Huwa ħaddiem hu wkoll fl-għalqa tal-Mulej.

jnejn id-dinja għad-dulur tal-immigrazzjoni illegali. Tant bnedmin għerqu fid-disa’ snin li għaddew, huma u jippruvaw jaqsmu l-Mediterran. Tant bnedmin ġew maħqura, abbużati u sfruttati. “Bniedem għandu dritt biss iħares ’l isfel lejn bniedem ieħor meta jitbaxxa biex jgħinu,” kien qal Franġisku. Imma fil-verità aħna l-Maltin inħarsu biss ’l isfel biex ngħinu? Jew għad baqa’ persuni li narawhom inqas minna? Ilkoll kemm aħna għandna fiex nikkonvertu f’dan ir-rigward ukoll. Dan huwa l-aqwa mod kif inħejju ruħna għaż-żjara ta’ Papa. Iċ-ċapċip u l-għajjat jgħaddu u jisfumaw fix-xejn. Din ta’ Franġisku ma tridx tkun biss żjara ħelwa imma okkażjoni għalina biex niġġeddu fil-fidi u nkunu werrieta denji ta’ missirijietna fix-xhieda tagħhom ta’ ospitalità.

“Ego cum Papa semper” Lanqas ma rridu naqgħu fit-tentazzjoni li noqogħdu nqabblu Papa ma’ ieħor, jekk mhux ukoll “inġellduhom”. Kull Papa kellu l-istil u l-karattru tiegħu imma f’kull Papa rridu naraw Missier, kif wara kollox ifisser ismu, papà. Irridu nagħtu kas tal-kelma tiegħu u mhux nikkwotawh biss fejn jaqblilna. “Ego cum papam semper”, jien dejjem mal-Papa, kien iħobb jgħid San Ġorġ Preca. Irridu nħallu lill-Papa jniggiżna fil-laħam il-ħaj u mbagħad ikollna l-kuraġġ ninbidlu f’persuni aktar veri, Insara veri, ħbieb tassew ta’ Alla. “Il-Papa mhuwiex sovran assolut li l-ħsieb u r-rieda tiegħu huma liġi. Bil-kontra: il-ministeru tal-Papa huwa garanzija tal-ubbidjenza lejn Kristu u l-Kelma tiegħu. Hu ma jridx ixandar l-ideat tiegħu, imma jmexxi lilu nnifsu u lill-Knisja l-ħin kollu lejn l-ubbidjenza għall-Kelma t’Alla.” Hekk kien qal il-Papa Emeritu Benedittu XVI fl-omelija tal-Quddiesa tal-Inawgurazzjoni Papali tiegħu fi Pjazza San Pietru fis-7 ta’ Mejju 2005.

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

Il-Ktieb

Iż-Żjara ta’ Papa Franġisku f’Malta U s-Sibt li ġej Papa Franġisku ġej hu wkoll iżurna fil-gżejjer tagħna. Niftakru li l-ewwel darba li Papa Franġisku ħareġ barra mill-Vatikan kien mar fi gżira oħra ċkejkna, dik ta’ Lampedusa. Kien ilu biss erba’ xhur Papa. Kienet l-aktar darba li kien qrib tagħna l-Maltin, 100 mil biss ’il bogħod minna. Kien mar Lampedusa biex jiftaħ għa-

Il-ktieb Papiet Kbar ta’ Żmienna tistgħu takkwistawh minn Preca Library, maġenb il-Kappella tal-Museum fil-Blata l-Bajda. Min isib diffikultà biex jakkwistah jista’ jibgħatli email: robertaloisio@gmail.com jew iċempel 2122 2626. Nawgura li dan is-seba’ ktieb tiegħi jservi mhux biss biex nikbru fl-imħabba tagħna lejn il-Papa “Missier tagħna u Ragħaj tal-Knisja” imma fuq kollox biex nikbru fl-imħabba tagħna lejn Ġesù Kristu li nistgħu nsibuh biss fil-foqra, fis-sempliċi u fiċ-ċkejknin.


18

27.03.2022

IL-PROĠETT MEMORJA TAL-ARKIVJU NAZZJONALI Nistgħu ngħidu li r-rakkonti huma ġrajjiet nostalġiċi għal individwi xjuħ, waqt li jservu ta’ enċiklopedija tal-ħajja għaż-żgħażagħ, li jew qatt ma semgħuhom jew li ma kinux twieldu meta seħħew u għalhekk ma kellhomx ħjiel tagħhom. B’dan kollu bħala ħsieb, insibu li kien pass għaqli tal-Arkivju Nazzjonali, li nieda kampanja, li taha l-isem ta’ MEMORJA, fejn ġabar recordings u ritratti ta’ bosta ġrajjiet li seħħew fil-passat. Tkellimt ma’ James Baldacchino, Amministratur ta’ dan il-proġett. Minn CHARLES B. SPITERI James, kif inħasset il-ħtieġa għal din it-taqsima mill-Arkivju Nazzjonali? Tradizzjonalment, l-Arkivji Nazzjonali jippriservaw rekords uffiċjali u mhux joħolquhom. L-idea tal-Proġett Memorja kif nafuh illum nibtet minn proġett ieħor li kien tnieda fl-2004 bl-isem ta’ The National Memory Project. Dan kien jinkludi l-wirja ta’ personalitajiet distinti fl-Imdina u l-ġabra ta’ materjal awdjoviżiv speċjalment materjal viżiv minn kolletturi bħal Tony Terribile. Meta fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista tal-2013 ingħatat importanza li l-Arkivji Nazzjonali ta’ Malta (ANM) kellhom jibdew arkivju orali u awdjoviżiv sabiex jinġabru stejjer orali u dokumenti minn qalb il-komunità, iddeċidejna li niżviluppaw in-National Memory Project fil-Proġett Memorja. Ħadna ħsieb ukoll li flok nibdew mill-ġdid, nissieħbu mal-Università ta’ Malta u b’hekk sar ftehim biex il-Public Memory Archive (PMA), li hu arkivji orali li jżomm intervisti li saħansitra ġew irrekordjati anke fit-tmeninijiet, jiġi integrat fil-Proġett Memorja. Bil-materjal diġitali u wkoll tanġibbli li dan ilProġett qiegħed jirċievi, qiegħed jinxteħet aktar dawl fuq l-istorja soċjali ta’ ħafna suġġetti. Temi bħall-Ingliżi f ’Malta, l-ikel, it-Tieni Gwerra Dinjija, id-divertiment u t-trasport, ipproduċew ħafna kollaborazzjonijiet mal-pubbliku. Hu maħsub ukoll li l-intervisti tal-PMA, li qegħdin jiġu ddiġitalizzati, se jikkontribwixxu biex madwar 1,500 intervista oħra jiġu ddepożitati fil-Proġett. Biex bdejtu: minn oġġetti privati jew ukoll pubbliċi?

Żewġ familji Maltin waqt ħarġa fix-Xlendi, Għawdex, f’Awwissu 1964 Avolja l-memorji tan-nies huma privati u personali, nistgħu ngħidu li dawn l-affarijiet intanġibbli qegħdin fl-isfera tal-pubbliku, l-aktar meta jkunu marbutin ma’ ċerti suġġetti li sawru l-kultura u l-atteġġjament ta’ numru sostanzjali tal-pubbliku, eżempju d-daqq tal-qniepen, jew l-esperjenzi tal-ħaddiema tat-Tarzna. Apparti minn hekk, kien ġie depożitat numru sostanzjali ta’ kollezzjonijiet fotografiċi li ġie deċiż li jiffurmaw parti mill-Proġett. X’taqsimiet fiha l-kollezzjoni? Il-Proġett hu kompost minn diversi kollezzjonijiet: mijiet ta’ sigħat ta’ intervisti, u eluf ta’ ritratti, filmati u sound recordings. X’firxa xtaqtu tilħqu u rnexxielkom?

L-objettiv primarju tal-Proġett hu li jinġabru stejjer orali u materjal ieħor kif semmejt hawn fuq u jiġu ppreservati fi ħdan Memorja, u jingħata aċċess lill-pubbliku. Bdejna billi ħejjejna kollaborazzjonijiet ma’ nies li l-esperjenzi tagħhom kienu relatati ma’ ħames temi speċifiċi: It-Tieni Gwerra Dinjija; L-Amministrazzjoni Pubblika; L-Ingliżi f’Malta; Id-Daqq tal-Qniepen u Il-Konnessjonijiet bejn Malta u Lampedusa. Sar fieldwork estensiv fejn iltqajna ma’ ħafna nies, soqna eluf ta’ kilometri u wettaqna wkoll fieldwork.

s’issa l-kollezzjoni tagħkom?

May Agius qiegħda online fuq is-sit tal-Proġett - www. Tal-inqas 300 intervista. Il- memorja.com - filwaqt li Proġett għandu intervisti li n-nofs l-ieħor għandu jitteljikkonsistu minn 20 minuta la’ fix-xhur li ġejjin. sa oħrajn li fihom sagħtejn u nofs. Din it-taqsima ‘Memorja’ hi dejjem miftuħa għallFejn jidħlu ritratti, taħseb pubbliku fil-ġranet kollha? li sehem il-barranin jisboq U fl-Arkivji Nazzjonali? dak tal-Maltin, peress li l-Malti jħobb ifaddal kollox Il-vantaġġ ta’ Memorja hu li għalih? l-pubbliku m’għandux għalfejn jiġi l-Arkivji Nazzjonali. Le. Għandna kollezzjonijiet Il-kollezzjonijiet awdjoviżivi bħal dawk ta’ Guido Stilon u li ġew depożitati jinsabu fisMay Agius li jikkonsistu minn sit ta’ Memorja li hu www. eluf ta’ ritratti suwed u bojod memorja.com. Kull ftit xhur, u wkoll bil-kulur li ppreser- inkomplu nżidu mal-materLiema hi l-aktar taqsima vaw Malta u Għawdex, li llum jal li diġà hemm. B’hekk dejjmħawra: safar, użanzi jew xi inqerdu għalkollox. Joffru em se jkollna affarijiet ġodda ħaġa oħra? xeni bħal bdiewa fil-kam- x’naqsmu mal-pubbliku. panja, il-bidu ta’ ċerti oqsma It-temi tat-Tieni Gwerra Dinji- industrijali fil-pajjiż, ħajja L-appell tagħkom għal aktar ja, il-biedja u l-edukazzjoni. ta’ kuljum aktar trankwilla memorji hu dejjem miftuħ? u pajsaġġ li llum m’għadux U kif taraw li tistgħu taslu Xi kemm-il memorja fiha jeżisti. Nofs il-kollezzjoni ta’ aktar għas-sehem pubbliku?


19

27.03.2022

Ħaddiema fuq il-fosos f’April 1950 - Mejju 1951

Consiglio ‘Konsu’ Mamo mal-karozza tal-linja numru 2220. Ħal Qormi, 28 ta’ Novembru, 1965 L-appell tal-Proġett hu dejjem miftuħ. Il-pubbliku jista’ jgħinna billi jissuġġerixxi nies għal intervisti, nies li jixtiequ jaqsmu r-ritratti/ dokumenti/filmati tagħhom ma’ riċerkaturi u jista’ jgħinna wkoll billi jmexxi l-kelma tal-Proġett. Dan huwa xogħol li jieħu ħafna ħin u jinvolvi ħafna laqgħat preliminarji (pre-interview meetings) u ħafna paċenzja miż-żewġ naħat tal-fieldwork: l-individwu li beħsiebu jiddepożita u l-membru ta’ Memorja. Ġeneralment, biex niffaċilitaw sehem l-intervistati, li ġeneralment ikunu mdaħħlin sew fiż-żmien, aħna mmorru fid-dar tal-individwi. Tista’ tirrakkuntali xi ġrajjiet partikulari li joħorġu minn dawn il-memorji? Il-ġrajjiet li ġbarna tista’ tgħid li ma jispiċċaw qatt, għax għandna varjetà kbira. L-istejjer ta’ refuġjati li ġew sfurzati mid-djar tagħhom sabiex sabu l-kenn fl-irħula; il-memorji ta’ ħaddiema talgvern f’karigi għoljin fi żmien Malta kolonjali u wkoll it-tluq tal-aħħar suldati u baħrin Ingliżi minn Malta, huma wħud mill-memorji prominenti li jistgħu jinstabu f’dan ilProġett. Jissemmew l-intervisti. Minn min ikunu saru? Pereżempju: inġabru intervisti tar-Rediffusion, Radju eċċ? L-intervisti saru u jsiru minn diversi nies. Hemm intervisti li saru minn individwi li kienu parti mit-tim uffiċjali tal-proġett Memorja, u kemm

minn oħrajn. Dawn in-nies jistgħu jkunu jew voluntiera li jkollhom ix-xewqa li jagħmlu fieldwork u jiġbru l-intervisti - bl-iskop li jiddepożitaw il-materjal li ġabru fi ħdan il-Proġett - u intervistaturi oħrajn li kienu rrekordjaw intervisti għall-Public Memory Archive (PMA), tad-Dipartiment tal-Istorja fl-Università ta’ Malta. Hemm xi taqsima fuq l-Għana Malti u ġieli ssibu l-istess tema trattata minn intervistaturi differenti? Iva. L-għana hi parti ewlenija mit-tradizzjonijiet orali lokali u l-Proġett fih intervisti u recordings li jittrattaw speċifikament din it-tema. S’issa għandna rekordji tal-Bamboċċu, daqq tal-kitarri u diversi għanjiet oħra. Ta’ min ifakkar li għalkemm ilProġett Memorja hu wieħed distint, jikkumplimenta wkoll kollezzjonijiet oħrajn li jinsabu fl-Arkviji Nazzjonali. Insibu pereżempju kollezzjoni estensiva u database tal-Malta Lost Voices – il-famużi diski tal-faħam tas-snin 30. L-Arkivju Nazzjonali għandu wkoll kollezzjoni rikka ta’ materjal tal-għana li nkisbet mingħand Leli Muscat – u din probabbilment hi waħda mill-akbar kollezzjonijiet ta’ għana f’Malta. Apparti l-ammont ta’ temi differenti li nsibu fi ħdan il-Proġett, għandna ċerti suġġetti li kienu ntgħażlu jew kienu riċerkati minn aktar minn intervistatur wieħed, minħabba żewġ raġunijiet. L-ewwel raġuni hi li ċerti temi tradizzjonali ġew analizzati minn angolu uffiċjali u f’ċer-

ti każi, kolonjali. Eżempju ta’ dan hi t-Tieni Gwerra Dinjija. Fil-maġġoranza tal-kotba li ġew pubblikati fuq dik l-epoka, l-istorja ttrattat in-naħa militari. Jiġifieri, l-ajruplani, l-attakki mill-ajru, is-sottomarini, il-konvojs u l-ammont ta’ bombi li waqgħu, huma ġeneralment il-punti ewlenin li jissemmew. Rari kont issib pubblikazzjonijiet li kienu jpoġġu l-individwu fl-epiċentru tal-istorja. Il-biża’; it-trawma; ir-refuġjati; in-nuqqas ta’ ikel; l-indafa; il-biedja u l-kuntrabandu rari kienu jissemmew jew jiġu deskritti minn lat dettaljat. B’hekk, numru inkoraġġanti ta’ intervisti li għad jiġu diġitalizzati għall-Proġett jittrattaw speċifikament din it-tema. It-tieni raġuni hi l-età tal-individwi. Minħabba li dawn in-nies huma mdaħħlin fiżżmien, numru sostanzjali ta’ intervisti huma ġustifikati sabiex tilħaq tinġabar aktar informazzjoni. L-episodji tad-deportazzjoni ta’ Maltin fi żmien il-gwerra jiffurmaw ukoll parti minn ‘Memorja’? Din mhix tema li dħalna fiha, iżda ma neskludux li tissemma’ f’intervisti li għandna. Apparti minn hekk, fejn jidħol dan is-suġġett l-Arkivji Nazzjonali għandu rikkezza ta’ materjal, fosthom ir-Reġistru tal-Internati (bir-ritratti ta’ kull internat), il-korrispondenza fuq l-appelli li ressqu u materjal arkivistiku ieħor. Meta xi ħadd jidħol ifittex, isib li kull memorja għandha t-taqsima tagħha?

Fis-sit għandna tliet sezzjonijiet - Ilħna/Voices, Vetrina/ Showcase, Għinna/Citizen Archivist. L-ewwel sezzjoni hi ddedikata lill-istejjer orali. S’issa fis-sit hemm 11-il tema li huma: Il-Konnessjonijiet bejn Malta u Lampedusa; Il-Gwerra; Il-Kura tal-Ġisem; L-Ingliżi f’Malta; Għajxien mill-Baħar; It-Trasport f’Malta; Covid-19; Il-Kultura talIkel; Inservu l-Istat; It-Tfulija u Divertiment. Kull tema għandha numru ta’ individwi fiha. Kull individwu għandu l-intervista tiegħu u, jekk possibbli, ritratti u dokumenti oħra wkoll. It-tieni sezzjoni hi komposta minn kollezzjonijiet fotografiċi u rikordji tal-awdjo u fit-tielet sezzjoni, il-Proġett qiegħed iħeġġeg lin-nies sabiex huma jgħinu lill-Arkivju Nazzjonali f’xogħlu. Bħalissa, il-kollezzjoni tas-St Michael’s Teacher Training College tinsab online u l-pubbliku jista’ jitteggja jew iżid informazzjoni relatata mar-ritratti, bħal ismijiet tan-nies, lokazzjonijiet, punti dwar lezzjonijiet eċċ. Minn wara l-kwinti, l-Arkivju Nazzjonali Malti se jkun qiegħed japprova l-kummenti tan-nies. Xi ħaġa li żgur ħalliet impatt fuq gżiritna kienet l-emigrazzjoni, l-aktar lejn l-Awstralja u l-Kanada. Din inġabret ukoll? Iva, qed niġbru wkoll materjal marbut mal-emigrazzjoni. Il-preżenza Maltija barra minn Malta hi waħda kbira, sinifikanti u ma tistax tkun ittraskurata. Bħala pajjiż f’nofs il-baħar u bi sfidi partikulari, nistgħu ngħi-

du li l-emigrazzjoni hi parti mid-DNA Maltija. Hawn tajjeb nirrimarkaw ukoll fuq il-kollezzjoni kbira tal-applikazzjonijiet tal-passaporti, li għandna fl-Arkivji Nazzjonali. Din il-kollezzjoni hija sors ewlieni ta’ informazzjoni fuq l-emigrazzjoni Maltija qabel bdiet lejn l-Awstralja, il-Kanada u l-Istati Uniti, meta allura kienet aktar ikkonċentrata lejn il-Mediterran (eżempju Korfù, it-Tuneżija, eċċ). Issa l-intervisti li għandkom, għal liema skop kienu saru? Għal xi teżijiet, programmi radjufoniċi jew għallmogħdija taż-żmien? L-ewwel intervisti li llum qegħdin fil-Proġett kienu ġew irrekordjati fit-tmeninijiet. Din il-metodoloġija bdiet tintuża sabiex tingħata vuċi lil grupp ta’ nies li l-istejjer tagħhom ma kinux qed jinkitbu. L-istess metodoloġija aktar ‘demokratika’ bdiet tintuża mill-Arkivji Nazzjonali, sabiex jinġabru stejjer orali għal kwalunkwe użu, primarjament edukattiv. Nemmen li bħala amministraturi tas-sit tkunu tafu bl-interess li jintwera mill-Maltin lejn din l-informazzjoni. Taħseb li l-aktar li jżuruh ikunu żgħażagħ, minħabba xi proġetti edukattivi li jkollhom? S’issa għadu kmieni biex ikollna stampa ċara ta’ kif setturi differenti tal-popolazzjoni jinteressaw ruħhom. Madankollu l-mira tagħna hi li nilħqu lill-popolazzjoni kollha.


20

27.03.2022

STRADA STRETTA Kitba ta’ CLIFFORD GALEA VELLA President tar-Reġjun Tramuntana Kull belt hija bħal persuna li għandha kwalitajiet prominenti li għandha tkun kburija bihom, iżda wkoll sigrieti, li mhumiex kondiviżi ma’ kulħadd. Il-Belt Valletta hija famuża għas-siti storiċi u l-mużewijiet tagħha, iżda fiha n-naħa mudlama u inqas magħrufa tagħha. Ilna nisimgħu dwarha imma kelli żewġ anzjani li bagħtuli personalment u xtaqu li jerġgħu jaqraw ftit dwar din it-triq ħelwa ta’ nostalġiji kbar; Strada Stretta. Strada Stretta tal-Belt Valletta ħafna drabi hija assoċjata mad-dnubiet kollha li kienu jiffjorixxu fi żmien l-Ingliżi. Normalment meta nitkellmu dwar il-passat ta’ din it-triq niftakru fl-isterjotipi negattivi, imma hemm ħafna iktar minn hekk. Strada Stretta hija l-iktar triq dejqa fil-Belt Valletta li hija parallela ma’ Triq ir-Repubblika. Jekk tgħaddi minnha llum il-ġurnata, qatt ma taħseb li xi darba kienet post magħruf daqstant. Se tara biss ristoranti, bars u kafetteriji. Probabbilment ftit graffiti moderni jagħtuk biss ħjiel dwar il-passat ta’ dan iċ-ċentru tal-edoniżmu. Madankollu, l-istorja tagħha ma titrattax biss dwar is-sess u x-xorb, iżda wkoll iljazz, l-arti u l-imħabba. Magħrufa min-nies tal-lokal bħala Strada Stretta kienet imsejħa l-akkwata tal-burdell mill-baħrin Ingliżi. L-isbaħ u l-aqwa żmien tagħha kien mid-19 sal-20 seklu - matul il-perjodu Ingliż. Jekk tmur lura għal dak iż-żmien ma tagħrafx il-post. Qtajjet kbar ta’ baħrin, taħlita ta’ mużika, daħk u għajjat​​ kienu jifnu kullimkien. Grazzi għall-fotografija li ġiet ivvintata 200 sena ilu għandna d-dokumenti fotografiċi ta’ dak iż-żmien. Wara li r-Renju Unit ikkolonizza lil Malta, il-Belt Valletta saret waqfa popolari għall-flotta Ingliża u wara għall-baħrin minn pajjiżi oħra. U fejn marret in-Navy, intefqu l-flus. U l-ammont ta’ flus miġjubin mill-Flotta lejn id-divertiment kien enormi. Pereżempju, il-mużiċisti kienu jaqilgħu £7 fil-ġimgħa

meta l-paga medja fil-ġimgħa ta’ impjegat normali kienet ta’ madwar £1. U l-barmaids għamlu flus kbar permezz tal-użu tat-tokens. Xi barmaids kienu jaqilgħu tant flus li kienu jistgħu jaffordjaw kollox minn deheb u ġojjellerija sa logħob talimħatri.

Grazzi għal kotba bħal Strait Street ta’ John Schofield u Emily Morrissey nistgħu nsibu l-istejjer tal-personalitajiet attwali li kienu jaħdmu fi Strada Stretta matul il-perjodu Ingliż. Xi barmaids kienu interessati biss fil-flus, oħrajn kienu qed ifittxu r-romantiċiżmu.

Bla dubju. Bħal f’kollox u bħal dejjem, kont issib minn kollox. “Jien biss inħobb lill-Amerikani,” qalet Nina - barmaid. “Bdejt niġġennen fuqhom. Xtrawli ħwejjeġ u lbiesi li kull waħda tiswa xi £70, £80. Kien hemm drabi li wegħdna lill-baħrin xi lejla tajba, u

Strada Stretta tal-Belt Valletta ħafna drabi hija assoċjata mad-dnubiet kollha li kienu jiffjorixxu fi żmien l-Ingliżi. Normalment meta nitkellmu dwar il-passat ta’ din it-triq niftakru fl-isterjotipi negattivi, imma hemm ħafna iktar minn hekk

mbagħad tajniehom indirizz falz,” qalet Nina. Mhux kulħadd baqa’ fi Strada Stretta daqskemm damet fiha Nina. Ħafna nisa tar-raħal kienu foqra u kellhom ifittxu opportunitajiet varji biex jaqilgħu l-flus. Xi wħud minnhom marru jaħdmu hemm bħala bniet ta’ ġolbar għal ftit snin, għamlu flus tajba, imbagħad marru lura d-dar u żżewġu. Wieħed mill-istilel ta’ Strada Stretta kien magħruf bħala Bobby. Huwa twieled f’Malta fl-1911 u beda jdoqq sa minn meta kellu 16-il sena. Sar famuż bħala cross-dressing artist, li kienet tip ta’ prestazzjoni popolari f’dak iż-żmien. Flus miġjuba f’din it-triq immotivaw diversi tipi ta’ divertiment biex jiffjorixxu. Strada Stretta kienet mimlija Cabarets, swali tal-mużika, bars, ristoranti u klabbs taljazz. Wieħed mill-eqdem Cabaret ‘Victoria Cabaret’ sar famuż grazzi għas-sid Ingliż tiegħu Wally Britton. Infetaħ


21

27.03.2022

Strada Stretta kienet waħda mimlija ġid u kienet titma’ mhux biss barmaids iżda ġibdet ukoll diversi mużiċisti, spettakli u artisti minn pajjiżi differenti biex jippruvaw xortihom f’dan il-hub ta’ edoniżmu. Kien ħaj bil-ħoss u t-tbaħrid, tgħanniq, bews u kull tip ta’ allegrija. Il-viżitaturi setgħu jaraw artisti u nies eleganti ġejjin minn partijiet differenti tad-dinja

fl-1881. Strada Stretta kienet waħda mimlija ġid u kienet titma’ mhux biss barmaids iżda ġibdet ukoll diversi mużiċisti, spettakli u artisti minn pajjiżi differenti biex jippruvaw xortihom f’dan il-hub ta’ edoniżmu. Kien ħaj bil-ħoss u t-tbaħrid, tgħanniq, bews u kull tip ta’ allegrija. Il-viżitaturi setgħu jaraw artisti u nies eleganti ġejjin minn partijiet differenti tad-dinja. L-ammont ta’ flus li ntefqu hawn ma kienx jinftiehem. Kien lit-

teralment żmien tad-deheb. Strada Stretta saret il‘melting-pot’ għal diversi klassijiet soċjali, nazzjonalitajiet u kulturi. Kien teatru ta’ barmaids, tfajliet tal-ispettaklu, drag-queens, mużiċisti u artisti. Baħħara Amerikani ġabu l-aħħar diski tal-vinil tal-jazz ukoll. U l-iktar bniet fuq tagħhom kisbu rigali tal-aħħar fosthom ilbiesi tal-moda li jiswew ħafna flus. In-nies kienu ġejjin minn partijiet differenti tad-dinja fejn kienu wkoll jaqsmu l-aħħar aħbarijiet u

gossip. Grazzi għall-fotografija għandna dawk il-memorji uniċi ħajjin. Imma ma kienx l-uniku mod kif taqsam l-istejjer u l-burdata ta’ dak il-post. Hemm xi cartoons ukoll li jirrakkontaw l-istejjer minn din it-triq, saħansitra kultant b’mod esaġerat. L-età tad-deheb ma setgħetx iddum għal dejjem u kienet waslet biex tintemm meta l-Ingliżi telqu mill-gżejjer. L-ammont ta’ baħrin naqas b’mod konsiderevoli u Strada Stretta

tal-1970 saret post ta’ abbandun. Biss l-ismijiet li jidhru mwaħħlin mat-tabelli tal-vireg, ifakkru l-burlesk li kien isir. Fil-bidu tas-seklu preżenti, it-triq bdiet ir-riinkarnazzjoni f’forma ġdida. Dan il-ħsieb kien immexxi min-nostalġija ta’ żminijiet ferrieħa u stejjer affaxxinanti mill-passat tagħha li baqgħu ħajjin mix-xhieda ta’ dak iżżmien u xi kotba li bdew jidhru, u rrakkontaw l-istejjer lil udjenza vasta. Bħalissa, Strada Stretta tidher bħala post “ċivilizzat” fejn kulħadd jista’ jiltaqa’ b’mod każwali. Din saret destinazzjoni għall-ikel tajjeb, cocktails u mużika live. Hemm inizjattivi għar-riġenerazzjoni tal-kul-

tura tal-mużika u l-arti li taw lil Strada Stretta l-ħajja tagħha. Il-Kunċett Strada Stretta, huwa programm ta’ avvenimenti kulturali li jinkludu teatru fit-toroq, wirjiet tal-arti, u kunċerti. Illum fi Strada Stretta, it-Tico Tico ssibu miftuħ mill-ġdid u rrestawrat u huwa l-uniku bar minn dan il-perjodu ta’ żmien, li n-nies għadhom jistgħu jżuru. Huwa eċċitanti li tara t-twelid mill-ġdid ta’ Strada Stretta oriġinali, anke jekk bi stil aktar modest. Għadha tattira mużiċisti u artisti, billi aktar turisti jiġu hawn u jġibu l-flus tagħhom, bħalma għamlu l-baħrin matul l-età tad-Deheb. Insellmu lil dawk li ħallewna u li għexu fi Strada Stretta.


22

27.03.2022

NORBERT BEZZINA U STEPHANIE MIFSUD

GĦAMLU AVVENTURA TA’ 151 FEJN ŻARU 15-IL PAJJIŻ Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Is-sens ta’ avventura hija xi ħaġa pożittiva f’kull min ifittixha. Hawn min jiflaħ għal avventuri qosra u ssib oħrajn li jfittxu avventuri itwal. Dan l-aħħar sirt naf b’koppja li ddeċidew li jagħmlu avventura ta’ 151 ġurnata fejn żaru 15-il pajjiż Ewropew. Qed nirreferi għall-koppja Norbert Bezzina u Stephanie Mifsud. Norbert għandu 34 sena, mill-Marsa u bħala passatempi jħobb is-safar, il-fotografija, l-isports, u l-mużika. Stephanie għandha 31 sena, minn San Ġiljan u bħala passatempi tħobb is-safar, il-hiking, it-tisjir, u l-arti. Norbert jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna pożittiva u dejjem lest li jiftaħ perspettivi ġodda u japprezza kull sekonda tal-ħajja. “Il-ħajja qasira wisq biex taħli sekonda waħda. Jien nibbaża ħajti ħafna fuq l-imħabba, il-ferħ u l-libertà. Dawn huma l-aktar affarijiet importanti. Persuna enerġetika u dejjem determinat u m’iniex persuna materjalista. Nippreferi kelma sempliċi mingħandek bħal kelma ta’ ġid jew kuraġġ jew ġest żgħir minn qalbek. L-aktar ħaġa li ddejjaqni li niġi ġġudikat,” beda jgħidli dwaru Norbert. Min-naħa tagħha, Stephanie hija persuna pożittiva, avventuruża u ma taqta’ qalbha minn xejn. Tipprova taħdem kemm tista’ biex twettaq ilħolm tagħha. Iktar ma tgħix ħajja sempliċi iktar tagħmilha kuntenta. Peress li t-tnejn li huma, huma persuni avventurużi waslu biex flimkien marru avventura ta’ 151 ġurnata fejn żaru 15-il pajjiż Ewropew. Telqu bit-tema backpacking on a budget. Proprjament riedu jmorru fil-kontinent tal-Asja, iżda minħabba l-Covid kellhom ibiddlu l-pjan u jmorru f’pajjiżi fl-Ewropa li għandhom cost of living baxx. Fil-fatt, bdew mill-Estonja, u eventwalment żaru wkoll il-Latvja, il-Litwanja, l-Ukrajna, il-Moldova, ir-Rumanija, il-Bulgarija, il-Maċedonja ta’ Fuq, l-Albanija, il-Montenegro, il-Kroazja, il-Bożnija-Ħerzegovina, is-Serbja, l-Ungerija, is-Slovakkja.

Stqarru miegħi li magħhom ħadu ftit ħwejjeġ, sempliċement ġakketta u qalziet kull wieħed u kienu jaħslu u jilbsu tista’ tgħid l-istess. Ridt inkun naf x’tip ta’ sagrifiċċji kellhom jagħmlu matul din l-avventura tagħhom. “Ħadna ftit ħwejjeġ u affarijiet essenzjali magħna. Konna naħslu u nilbsu. Xħin wasalna f’pajjiżi kesħin, xtrajna ġakketta u qalziet. Sagrifiċċji li preparajna għalihom minn ħafna żmien qabel tlaqna għal din l-avventura bħal akkomodazzjonijiet, vjaġġar fit-tul, kumdità u intoppi li jinqalgħu matul il-vjaġġ li ma jkunux pjanati.” Il-kumdità f’din it-tip ta’ avventura hi l-inqas ħaġa li tfittex Immaġinajt li ħassew bidla drastika, filli biex ngħid hekk jgħixu ħajja komda Malta, u filli jgħixu ħajja limitata waqt l-ivjaġġar tagħhom fl-Ewropa. Ħallejt f’idejhom sabiex jelaboraw aktar. “Il-bidla hija waħda kbira u inspjegabbli, iżda l-kumdità f’din it-tip ta’ avventura hi l-inqas ħaġa li tfittex, kif ukoll il-bidla drastika hija l-iktar ħaġa sabiħa fejn jiġu mumenti li fejn is-soltu tkun faċli tagħmilha f’dan il-każ trid tieqaf, taħseb u tasal għall-konklużjoni tal-aħjar ħaġa li għandek tagħmel. Nemmnu li din il-bidla hija waħda mill-fatturi li tgħallmek l-iktar.” Ta’ min jgħid li oriġinarjament riedu jagħmlu din l-avventura mifruxa fuq tliet xhur, iżda spiċċaw damu ħames xhur, minħabba li fit-tielet xahar spiċċaw l-Bożnija fejn spiċċat fuq l-aħmar skur ta’ restrizzjonijiet u allura ma setgħux jiġu lura Malta, u minn hemm iddeċidew li jtawlu l-avventura tagħhom. B’hekk ridt inkun naf ma’ liema intoppi ltaqgħu f’dan il-perjodu estiż u bla mistenni fuqhom. “Ovvjament illum l-ġurnata żdiedet l-iktar ħaġa li ġabet l-inċertezza fuq id-dinja li hija l-pandemija talCovid. Intoppi ma tantx kien hemm għax bqajna nagħmlu dak li nħobbu nagħmlu u bqajna nduru l-Ewropa fejn żidna erba’ pajjiżi oħra għar-raġuni

li apparti l-Bożnija li spiċċat fuq l-aħmar skur kien hemm ukoll is-Serbja. Ovjament ridna nagħmlu kwaratina ta’ ħmistax Malta jew ħmistax-il ġurnata barra mill-pajjiżi tal-aħmar skur u ġejna għall-konklużjoni li nkomplu nduru u estendejna ż-żmien minn tliet xhur. Hawnhekk fejn jidħol is-sens ta’ one way ticket. Ovvjament qabel tlaqna għal din l-avventura dejjem ħsibna għal dawn l-affarijiet li setgħu jinqalgħu u għalhekk ħloqna Pjan B.” Kienu jfittxu n-natura u joqogħdu man-nies tal-lokal Minn informazzjoni li ksibt qabel ma mort għal din l-intervista, kont naf li waqt l-avventura tagħhom kienu jfittxu n-natura u joqogħdu man-nies tal-lokal, filwaqt li tgħallmu jgħixu fis-sempliċità. Staqsejthom kif kienu jqattgħu l-ġranet tagħhom waqt l-ivvjaġġjar tagħhom. “Il-maġġor parti tal-ġranet tagħna konna nqattgħuhom nesploraw kemm nistgħu dak li dejjem ħlomna li nagħmlu, għalkemm mhux kull ġurnata kienet tkun

l-istess. Xħin tibgħat u ttella’ xi ritratti fuq il-midja soċjali kull ma jidher ikun ir-ritratt tal-post li nkunu morna fih, iżda warajh ikun hemm il-ħin kollu li forsi tkun vjaġġajt biex tasal għal dak il-post u preparamenti oħra. Ikun hemm ġranet fejn tpoġġi bilqiegħda u tippjana d-destinazzjonijiet li jmiss għax għalkemm ikollok pjan lest xorta l-bidliet li jseħħu joħolqu iktar bidliet għal pajjiżi li jkun imiss. Ovvjament ikun hemm ġranet fejn taħseb li tikkalma l-pass mgħaġġel li tkun għaddej minnu u tistrieħ għal ċerti ġranet, kif ukoll kien hemm drabi fejn qattajna ġurnata ġewwa u ħsilna l-ħwejjeġ kollha,” stqarr miegħi Norbert. Sirt naf ukoll li bħala ikel ma kinux jieklu xi lussu. Fil-fatt, l-aktar li kienu jieħdu kien ikel bażiku u sempliċi, bħal ħobż u ilma tal-vit. “F’avventura ta’ dan it-tip ma tistax tqum għada u tgħid aħna tlaqna mingħajr ma tagħmel ħafna riċerka bżonjuża u importanti. Riskju ma kienx hemm speċjalment fuq l-ilma f’ċerti pajjiżi. Illum teżisti informazzjoni apposta biex tiċċekkja jekk il-pajjiż

li sejjer fih, l-ilma hux sigur li tixorbu jew le. Ovvjament jeżistu ħafna affarijiet bħal tablets tal-ilma u filters apposta. Bħala ikel dejjem iffukajna li nieklu ikel tal-lokal. Ovvjament biċċa ħobż bil-butir u tazza ilma mill-vit tgħallmek tgħix issempliċità tal-ħajja u mhux ser taqa’ d-dinja. Nistgħu ngħidu li l-iktar żewġ affarijiet li kilna kienu Bureks u Cevapi, peress li dorna kważi l-pajjiżi kollha Balkani.” Immaġinajt li mumenti ta’ stress u għeja kellhom, speċjalment meta kienu qed jgħixu bla mezz ta’ trasport u allura kellhom jimxu ħafna. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Apparti l-mixi għamilna ħafna hitchhiking fejn tirrealizza l-umanità kemm hi sabiħa. L-istress u l-għeja huma żewġ fatturi importanti li minnhom trid toħroġ ħaġa waħda li hija s-soluzzjoni għal dik il-problema li qed toħloq l-istress u l-għeja. Ovvjament għal din tip ta’ avventura trid tkun preparat kemm mentalment kif ukoll fiżikament. Kont naf ukoll li esperjenzaw ħafna mumenti bla internet


23

08.11.2020 27.03.2022

ĠURNATA

SKEDA ONE TNEJN 28-03

13:00 15:30 15:35 15:58 16:00 16:25 17:30 18:30 19:20

Dokumentarju ONE News Popcorn Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Mhux Kemm taf Flimkien ma’ Nancy Pjazza ONE Sports & Temp

19:30 20:10 20:30 23:30

ONE News PrimeTime Programm Speċjali ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:33 Telebejgħ 09:05 PrimeTime 09:30 Espresso 12:30 ONE News

12:40 13:00 15:30 15:35 15:55 16:00 16:25 16:55 17:30

Ħabrikt Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak Li Jgħodd

18:30 19:18 19:30 20:10 20:30 23:30

Pjazza ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Programm Speċjali ONE News

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30

12:35 13:00 15:30 15:40 15:57 16:00 16:25 17:15

Step Up Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Pink Panther Mqades l-Istorja

17:15

30-03 What’s Cooking Pjazza ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Programm Speċjali ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:33 Telebejgħ 09:05 PrimeTime 09:30 Espresso 12:30 ONE News

12:40 13:00 15:30 15:40 15:57 16:00 16:25 17:15 18:15

Ħabrikt Dokumentarju ONE News Ieqaf 20 Minuta Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Popcorn Mhux Kemm Taf Pjazza

19:18 19:30 20:10 20:30 21:00 23:30

ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime L-Ewwel Vjaġġ … 50 Sena Ta’ Ħbiberija Bejn Malta U Ċ-Ċina Programm Speċjali ONE News

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00

15:30 15:35 15:55 16:00 16:20 16:50 17:30 18:15 19:13 19:20

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Sabiħa l-ħajja Music Legends Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp

19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:30 23:00 23:30

ONE News PrimeTime Niftakru Dokumentarju Ħabrikt Popcorn Żona Sport ONE News

12:30 12:35 13:10 13:40 14:40 15:00 15:30

ONE News Telebejgħ Sabiħa l-Ħajja Flimkien ma’ Nancy Ieqaf 20 Minuta Il-Papa Franġisku f’Malta ONE News

15:35 18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 23:30

Il-Papa Franġisku f’Malta Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 minuta Arani Issa ONE News

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Espresso ONE News Step Up

TLIETA 29-03

ERBGĦA

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Espresso ONE News

ĦAMIS 31-03

ukoll, fejn bis-saħħa t’hekk apprezzaw in-natura aktar. Anke nnutaw is-sabiħ tal-umanità fejn sabu persuni li ħarġu barra minn triqthom biex għenuhom. Ħallejt f’idejh sabiex jikkummenta aktar dwar dan. “Illum il-ġurnata l-internet jilgħab rwol importanti fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. F’ċerti pajjiżi r-roaming tal-mobiles tagħna ma applikax u ddeċidejna li ma nixtrux sim card u ħloqna sfida lilna nfusna li nibqgħu għaddejjin mingħajr aċċess ta’ internet u nistgħu ngħidu li rnexxiet u tirrealizza li qatt ma għandek taqta’ qalbek biex tasal fl-aħħar tat-triq li tkun ippjanajt. Ovvjament li tikkumpara huwa li ħafna żmien ilu dawn it-tip ta’ avventuri kienu jsiru biss fuq mapep tal-karti. Illum is-safar sar ħafna iktar faċli grazzi għat-teknoloġija, għalkemm is-safar tradizzjonali jibqa’ wieħed isbaħ fejn tispiċċa tinħoloq avventura memorabbli iktar. Irnexxielna nagħmlu hitchhiking ħafna drabi u nies li kienu sejrin fi triq li ma taqbilx mad-destinazzjoni tagħna xorta waħda ħarġu minn triqthom u wassluna fejn

xtaqna u din ġrat ħafna drabi. Jiddependi ħafna wkoll fuq il-post li tkun tinsab fih titlob il-hitchhike.” Ta’ min jgħid li minkejja li l-Covid kienet u għadha tgħix magħna, din xorta waħda ma fixklithomx mill-avventura tagħhom. Immaġinajt però li riedu joqogħdu attenti aktar. “Li trid toqgħod attent hija l-iktar ħaġa importanti f’mumenti diffiċli bħal dawn, imma għal din it-tip ta’ avventura l-ewwel ħaġa li pjanajna kienet polza tal-assigurazzjoni li tkopri kull ħaġa li setgħet tinqala’ relatata mal-Covid. Ovvjament il-ħsieb tagħna kien u baqa l-istess sal-ġurnata tal-lum li bil-Covid Malta u bil-Covid barra ma għamlet ebda differenza.” Fl-aħħar ta’ din l-intervista, stedint lil Norbert sabiex iħalli messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Dak li tista’ tagħmel illum, tħallihx għal għada u segwi l-ħolm tiegħek. Tgħix darba u għixha l-aqwa possibbli għalik u li tagħmlek kuntent. Għalina s-safar ta’ dan it-tip huwa l-isbaħ ħaġa u l-aktar ħaġa li tgħallmek,” temm jgħid.

SIBT 02-04

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Espresso ONE News Step Up Kalamita

18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 23:30

ĠIMGĦA 01-04

06:30 ONE News 06:45 Music Legends 07:20 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Ħabrikt 09:00 Il-Papa Franġisku f’Malta

ĦADD 03-04 06:30 06:45 7:10 07:30 12:30 12:35

ONE News Niftakru Ieqaf 20 minuta Il-Papa Franġisku f’Malta ONE News Arani Issa

15:30 15:35 16:00 19:25 19:30 20:10

ONE News Arani Issa Il-Papa Franġisku f’Malta One Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta

20:35 21:00 22:00 23:30

Niftakru Willy Flip the Venue ONE News


24

27.03.2022

reċensjoni tal-ktieb

VRUMM! L-ISTORJA TAL-KAROZZI Addattat għall-Malti minn Noel Tanti “Il-Karozza hi l-futur tagħna … Il-magna se tkun il-qofol tal-vetturi kollha li se jibda jkollna … Irridu li l-karozzi ma jkunux ta’ periklu, faċli biex issuqhom u ekonomiċi biex tużahom.” Hekk kiteb Pierre Giffard, l-editur tal-gazzetta Le Petit Journal, flokkażjoni tal-ewwel tellieqa tal-karozzi fl-istorja, li saret fl-1894. U veru kien viżjonarju għax wara 252 sena millinvenzjoni tal-ewwel karozza, il-vettura minn speċi ta’ kitla enormi, saret magna intelliġenti daqs l-aqwa kompjuter. Naħseb naqblu li l-karozza hija indispensabbli fil-ħajja tagħna llum. U tant hi parti minn ħajjitna li lanqas l-iċken ħsieb dwarha - sakemm għal xi raġuni tiqfilna jew ikollha l-ħsara. U hemm nindunaw kemm aħna dipendenti fuqha. Diffiċli timmaġina dinja mingħajr karozzi. Imma l-karozza kif u meta bdiet? Min ivvintaha? Mhux dejjem kienet dik li nafuha llum, bil-moħħ elettroniku u materjali ħfief u siguri. Il-ktieb ġdid fjamant, Vrumm! L-Istorja tal-Karozzi, iwieġeb dawn il-mistoqsijiet u ħafna aktar. Dan il-ktieb jeħodna fuq vjaġġ inkredibbli ta’ kif evolviet il-karozza; mimli fatti u jimxi b’mod kronoloġiku. Insibu inventuri bħal Henry Ford, John Boyd Dunlop u Herbert Austin, u ismijiet ta’ karozzi bħal Tin Lizzie, Baby Austin

(Iċ-Ċkejkna Sebgħa), il-Beetle u d-Dolly (Citroen 2CV). Naqraw dwar l-invenzjoni tat-tajers, tal-fanali, ħornijiet u maskots fost oħrajn. Insibu t-tfassil tas-sinjali tat-traffiku li mbagħad infirex b’mod internazzjonali. Vrumm! L-Istorja tal-Karozzi huwa ktieb differenti minn dik tas-soltu għall-pubblikaturi, il-Merlin Publishers. Huwa mimli rakkonti li t-tfal se jsibu interessanti u tad-daħq ukoll. Bħallavventura ħelwa li kellha mart Karl Benz bil-furfiċetta, bit-takkalja u bil-butir! Imma fl-istess ħin b’garanzija li l-adulti li se jiġi f’idejhom se jiġġennu jqallbu fih, jaraw kemm mill-vetturi l-antiki jiftakru u liema mill-aneddoti kienu jafu jew semgħu bihom. Dan il-ġmiel ta’ ktieb għandu qoxra iebsa, 88 paġna kollha kulur u stampi immensament sbieħ li trid tarahom biex temmen, għax idaħħluk fid-dinja talkarozzi antiki kollha li juru. It-traduzzjoni hi ta’ Noel Tanti li bit-ton tar-rakkont tiegħu, jgħin lit-tfal jaqraw bil-Malti, anke lil dawk li jippreferu jaqraw paġna jew tnejn, flok ktieb sħiħ f’daqqa. Vrumm! L-Istorja tal-Karozzi jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew direttament online minn merlinpublishers.com Mistoqsija: X’mistoqsijiet iwieġeb dan il-ktieb?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb VRUMM! L-ISTORJA TAL-KAROZZI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 3 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IĊ-ĊIMITERJU TAL-IMGĦALLQIN - L-EWWEL VOLUM hija:

E. BONNICI CACHIA - ŻEBBUĠ

04 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Mill-aħħar ċensiment li sar, b’kemm żdiedet il-popolazzjoni?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

27.03.2022

IL-KATAVRI TAT-TEWMIN ANDERSON MAĦRUĠA MIR-RESIDENZA TA’ HOBSON U SANDERSON

MARK HOBSON

DIANE U CLAIRE SANDERSON

JOQTOL ERBA’ PERSUNI FI TMINT IJIEM

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Mark Hobson iwaħħal fix-xorb u fid-droga għall-imġiba tiegħu Mark Richard Hobson huwa qattiel Ingliż li qatel erba’ persuni f ’North Yorkshire fl-Ingilterra. F’Lulju tal-2004, fi żmien tmint ijiem, Hobson qatel lill-għarusa tiegħu, lit-tewmija tagħha u koppja anzjana li kienu jgħixu fil-qrib. Hobson kien l-iktar raġel imfittex fir-Renju Unit u biex jinqabad tqabbdu iktar minn 500 uffiċjal tal-pulizija fit-tfittxija. Waqt l-investigazzjoni, il-pulizija sabet noti miktuba minn Hobson li wrew li l-omiċidji kienu maħsuba sew minn qabel. F’dawn in-noti kien hemm imniżżel kif kellu joqtol lil għarustu, kif jinganna lit-tewmija tagħha ħalli joqtolha wkoll u kien hemm imniżżlin l-affarijiet li kellu bżonn biex iwettaq dan kollu bħal boroż taż-żibel, tape u ċintorini. Apparti dawn it-tnejn, hu niżżel vittmi oħrajn li kienu l-ġenituri tal-għarusa u l-ġenituri tal-eks mara tiegħu iżda lil dawn iż-żewġ koppji ma laħaqx qatilhom. Minflokhom, Hobson spiċċa biex qatel lil koppja anzjana. F’April tal-2005, Hobson ammetta l-akkużi miġjuba kontrih u weħel sentenza ta’ għomor il-ħabs għal erba’ darbiet. Hu ma kienx kuntent bis-sentenza għax qal li kien ħaqqu sentenza inqas ħarxa peress li kkopera mal-pulizija u ammetta mill-ewwel li kien hu l-qattiel. Min kien Mark Hobson? Mark Hobson twieled fit-2 ta’ Settembru tal-1969 f ’Wakefield f ’West Riding of Yorkshire fl-Ingilterra. Hobson kellu żewġ ħutu bniet u kellhom trobbija tajba. Hu kien deskritt bħala tifel bil-għaqal u normali bħat-tfal l-oħrajn. Fl-1991, Hobson mar jgħix ma’ tfajla li kien ilu jafha mindu kienu żgħar. Din il-mara kellha żewġt itfal minn relazzjoni oħra iżda Hobson aċċettaha kif inhi u saħansitra żżewwiġha. Fl-1993, huma kellhom tifla u Hobson kien jaħdem żewġ xogħlijiet biex imantni lil familtu. Fl-1998, Hobson sab xogħol bħala gwardjan mal-klabb Kans li kien jinsab f ’Market Place f ’Selby. Fil-bidu tas-sena l-ġdida, Hobson abbanduna lil familtu għax iddejjaq bil-ħajja miżżewġa. Hu taha għax-xorb u beda anke jabbuża mid-droga. L-omiċidji Fl-10 ta’ Lulju tal-2004, Hobson qatel lill-għarusa

tiegħu, Claire Sanderson ta’ 27 sena, fl-appartament li kienu jgħixu fih f ’Millfield Drive f ’Camblesforth. Hu taha 17-il daqqa ta’ martell fuq rasha u wara fgaha. Wara li qatilha, hu geżwirha fil-boroż taż-żibel u poġġielha borża tal-plastik fuq rasha. Skont l-investigazzjoni, jidher li Hobson ħebb għal Sanderson fis-salott u wara kaxkarha lejn il-kamra tal-banju. Mill-awtopsja sar magħruf li ma kienx hemm attività sesswali bejn it-tnejn qabel jew wara ma twettaq il-qtil. Sebat ijiem wara, Hobson ċempel lit-tewmija ta’ għarustu, Diane Sanderson, u qalilha li oħtha tixtieqha ħdejha għax kienet ma tiflaħx ħafna. Hekk kif Diane waslet fl-appartament, Hobson qabad jagħtiha bil-martell, ittorturaha, stupraha u fgaha. Hobson għattielha rasha b’borża tal-plastik kif għamel lil oħtha. L-għada, Hobson qatel lill-koppja anzjana James u Joan Britton fiddar tagħhom billi tahom daqqiet ta’ sikkina minn wara. Ir-raġuni li ta Hobson għall-omiċidji kienet li x-xorb u d-droga ċajprulu l-ħsibijiet u ġegħluh iwettaqhom.

L-AĦĦAR ŻEWĠ VITTMI - IL-KOPPJA BRITTON

L-arrest Hobson ġie arrestat minn pompa tal-petrol fil-25 ta’ Lulju tal-2004 fil-villaġġ ta’ Shipton-by-Beningbrough, li jinsab qrib York. Il-ġuri sar f ’April u Hobson ammetta mill-ewwel li qatilhom. Hu ngħata sentenza ta’ għomor il-ħabs b’rakkomandazzjoni li m’għandu qatt jiġi illiberat. Waqt il-ġuri, sar magħruf ukoll li fl-2002, Hobson kien ta daqqiet ta’ sikkina lil wieħed raġel f ’sidru għax dan tal-aħħar kellu interess f ’mara li ried Hobson. Hobson ma weħilx il-ħabs u weħel sentenza ta’ xogħol komunitarju għax ammetta mill-ewwel l-ħsara li kien għamel. Hobson prova jappella s-sentenza li ngħata għax qal li mhux sew li weħel sentenza ħarxa meta huwa ammetta mill-ewwel għall-akkużi miġjuba kontrih. L-appell tiegħu ma ġiex milqugħ u l-Qorti tal-Appell qalet li taqbel mas-sentenza tal-imħallef. Qabel ma appella s-sentenza, sar magħruf li Hobson kien għamel tliet xhur maqful f ’ċella solitarja wara li attakka ħabsi ieħor u samtu billi tefagħlu barmil b’ilma jagħli. Hobson qiegħed jiskonta s-sentenza tiegħu f ’HM Prison Wakefield f ’West Yorkshire.

MARK HOBSON HEKK KIF ĠIE ARRESTAT


26

27.03.2022

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

27.03.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 426

E. VELLA - BIRKIRKARA

Bi 3 NUMRI 030 059 091 100 138 198 199 291 331 337 382 443 469 510 538

846 B’4 NUMRI 0232 0649 0731 0821 0891 2154 2169 2294 2795 2899 2990 3676 3777

4249 4718 4793 5859 6013 6054 6283 6313 6423 6530 6677 6680 7084 7517 7657 7864

8117 8356 8858 9446 9680 9765 9972 B’5 NUMRI 14140 14861 15866 25968 28282 33263 39972

43071 46785 47283 58493 59012 66749 66784 66839 67632 70375 79838 87579 87744 89450 97891

B’6 NUMRI 025866 188782 206444 267359 815302 834946 864759 940179 993095 995807

MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: Ġurdien xiħ ma jikolx .......... (5) 4. Parti mid-dieta ta’ kull Malti (4) 7,23. Probabbli (6)

9. 10. 12. 16. 18.

Jaħraq (3) Għannaq? (6) Ħmieġ (6) Kunjom (3) L-ewwel nofs tal-gidi (2) 19,21W. Imwaħħal? (6)

WEQFIN: 6. 1. Jiddendel ma’ għonq 8. xi annimal (6) 2,12W. Pajjiż (5) 11. 3,6. Inrekken (6) 12. 5.11. Għamel ordni (5) 13.

20. 21. 23. 24.

Ara 3 14. Joħorġu 15. għall-elezzjonijiet (9) 17. Ara 5 21. Ara 2 22. Mhux tal-gvern (1,1,1)

Torqod fuqha (5) Fil-qalziet ikollok żgur (3) Ara 7 Jixħet (5)

Isem (6) Gazzetta Russa (6) Mhux issa (3) Ara 19 Tisparah minn pistola (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.April, 4,Qatt, 7,9.Aġent, 10.Gendus, 12.Strett, 20.Xtaqt, 21.RAF, 23.Qala, 24.Ellul

WEQFIN: 1.Aġenda, 2,19.Rutina, 3,16.Lagana, 5,18.Aħdar, 6,21W. Tisraq, 8,11. Ġeneralment, 12,17.Santa, 13.Rat, 14.Titwal, 15.Kannol, 22.Ful


28

27.03.2022

IL-KELMA TAL-POPLU Editorjal

Inħossu li fl-aħħar ġimgħat (u mhux biss) għamilna dak li kien fid-dmir u fid-dover tagħna biex inwasslu l-aħjar messaġġ ta’ tama u gwida għall-poplu kollu Malti u Għawdxi

L-Elezzjoni Ġenerali 2022 ġiet u marret u dalgħodu nistennew bl-akbar ansjetà r-riżultat tagħha. Ikun xi jkun, il-ħajja fil-Gżejjer Maltin se tissokta u mill-ġimgħa d-dieħla nerġgħu naqbdu r-ritmu u r-rutina talħajja, li konna mdorrijin bihom, ħlief li żgur se jkollna iżjed tama li r-riżultat ikun serva ta’ ġid għall-kotra. L-akbar eżerċizzju demokra­ tiku fl-istorja umana jfisser li l-poplu jitkellem u bis-setgħa f’idejh jagħti dak li hu jemmen li hu l-aħjar ġudizzju fl-għażla għall-mexxejja tiegħu. Fl-għaż­ la ta’ min, fl-opinjoni tiegħu, kapaċi jiggwidah ’il quddiem blaħjar mod u bl-iżjed mod għaqli. Ta’ min kapaċi jipproteġih f’ċir­ kostanzi jew żmien ta’ saram u, fuq kollox, kapaċi jwasslu għal għajxien aħjar u ġejjieni aktar prosperu. Minkejja d-differenzi fl-ideal u t-twemmin, li xorta jibqgħu jeżistu, għax kieku ma tkunx demokrazija, dawk li qed ngħixu llum huma ċ-ċirkostanzi li, bħal oħrajn qabilhom, għad insiru napprezzawhom u nifhmuhom iżjed maż-żmien. U waqt li, għal darb’oħra,

qed terġa’ tinkiteb paġna ġdida fl-istorja glorjuża ta’ ġensna, għada pitgħada se nagħtu wkoll is-sehem tagħna biex flimkien, bħala poplu iżjed magħqud mill-bieraħ, inkomplu naħdmu ħalli, fiċ-ċiklu tal-ħajja, inwittu triq għal dawk kollha li ġejjin warajna, aħjar minn dik li sibna aħna. Dak hu proprju dak li għamlu missirijietna u ommijietna qabilna, b’kull ħidma, tbatija u kisba li ffaċċjaw fi żminijiethom. L-istess għad irid jerġa’ jiġri ’l quddiem. B’hekk ukoll inkunu qed inkomplu nimmaturaw. Illum qed inkomplu nikbru fi ħsibijietna u azzjonijietna, għall-imħabba ta’ pajjiż żgħir b’qalb kbira. L-istess kif għamlu ta’ qabilna. B’reżiljenza, li lanqas l-agħar pandemija globali fi 80 sena ma kienet kapaċi twaqqaf jew teqred. Kif mitbugħ anke fil-kliem mill-qalb (ta’ Ray Mahoney mill-musical Ġensna), li għal għexieren ta’ snin issa ilu jidwi f’wid­nejna, daqskemm jibqa’ għal għexieren oħrajn. “… infetħu l-qlugħ ta’ dgħajsa ċkejkna fil-port kaħlan, tisten­ na r-riħ jitqawwa sħiħ biex lejn

il-ħmura ta’ xemx fil-bogħod, la tħares lura … nara fik f’talqalbenin, il-qalb kull ħin, li tħobb u tagħder, li tgħożż u tqim, il-qalb li taħfer, il-qalb li tnin … inroddlok driegħi f’li ġej iż-żmien, ħares f’għajnejja, fuq fommi rodd il-bewsa li twaħħadna fil-ġejjien.” Din hi l-qlubija li tkompli tid­distingwi lill-Maltin u lillGħawdxin minn ġnus oħrajn. Il-kobor fiċ-ċokon ta’ pajjiż­ na u r-rieda fil-popo­lazzjo­ni li l-ak­bar stati wkoll jistgħu biss joħolmuha se jibqgħu jmex­xu­ na u jixprunawna għaż-żmien li ġej. Għaldaqstant bi tweġiba għal dak li ddeċieda lbieraħ il-poplu jeħtieġ biss li nroddu r-rispett u nbaxxu rasna, anke jekk ma naqblux ma’ tali deċiżjoni. Flistess ħin żgur ma rridux nip­ provaw nimminawha, sempli­ċi­ ment għax aħna kontra l-fehma tal-maġ­ġoranza. Min­flok, bħal f’okkażjonijiet oħrajn simili, jaqbel li nieqfu u nirriflettu, u waqt li nifhmu l-messaġġ demokratiku, naħsbu fuq dak li dejjem jifdal u li jista’ jsir aħjar. Dik ukoll hi forma ta’ maturità fiha nfisha.

Dak tal-lum għandu jkun, għax fil-fatt hekk hu, mu­ment ieħor mill-iżjed importanti f’din il-mix­ja ta’ poplu u li meta għad tiġi analizzata mill-isto­ri­ ċi ’l quddiem, tiġi rikonoxxuta bħala miraklu ħaj ta’ nies mill-aktar qalbiena. Ta’ ġens li ma jħalli lil ħadd jagħmillu l-bżieq fuq imnieħru, iżda fuq kollox dejjem għaraf li fl-għaqda hemm is-saħħa u b’hekk irnexxielu jasal anke fejn ħaddieħor qata’ jiesu milli jilħaq xi darba. Min-naħa tagħna, inħossu li fl-aħħar ġimgħat (u mhux biss) għamilna dak li kien fid-dmir u d-dover tagħna biex inwasslu l-aħjar messaġġ ta’ tama u gwida għall-poplu kollu Malti u Għawdxi. L-istess se nibqgħu nagħm­ lu u naħdmu mil-lum stess, għax dak hu twemminna. Blunika differenza biss se tkun li nagħmlu dan iżjed mogħnijin bl-esperjenza ta’ riżultat ieħor elettorali, li għandu jiġi analizzat bl-aħjar mod u fiddettall. Il-lezzjonijiet li joħorġu minnu huma għal kulħadd, inkluż għal min għażel bħallmaġġoranza.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.