KullĦadd_25.12.2022

Page 1

Il-Kamra tal-Kummerċ għan-Negozji Żgħar u Medji, l-MHRA u l-GTA jikkonfermaw l-andament b’saħħtu għan-negozji u l-oqsma turistiċi, bħal-lukandi u r-restoranti f’dan il-perjodu festiv. Dan wara li l-Ġimgħa l-Bank Ċentrali wkoll immarka kif l-attività ekonomika f’pajjiżna kienet ogħla min-normal f’Novembru, grazzi għall-miżuri li ħa l-Gvern biex jilqa’ għall-kriżi tal-enerġija u jipproteġi d-dħul tal-familji u n-negozji.

kbir li, wara sentejn ta’ restrizzjonijiet bil-pandemija, id-divertiment jinsab lura għal żmien il-Milied ukoll.

Ħarġa Nru 1,537 Prezz €1 Il-Ħadd, 25 ta’ Diċembru, 2022 Awguri għal Milied hieni lill-qarrejja kollha tagħna mingħand l-Editur u l-istaff kollu L-ARTISTI LOKALI ENTUŻJASTI LI JIRRITORNAW PJAZZA SAN ĠORĠ GĦALL-AKBAR SPETTAKLU IMSIEĦBA SOĊJALI JISTENNEW ATTIVITÀ QAWWIJA FIN-NEGOZJI, FIL-LUKANDI U FIR-RESTORANTI Il-kantanti u l-mużiċisti, li se jkunu qed joffru l-ispettaklu mistenni talaħħar lejl tas-sena organizzat fil-kapitali Maltija, jinsabu ħerqanin li se jkunu jistgħu jagħtu divertiment lil eluf li mistennija jgawdu magħhom dan l-avveniment bla ħlas is-Sibt li ġej. F’kummenti mal-KullĦadd, ilkoll esprimew entużjażmu
Ritratt: GARETH DEGIORGIO
5
f’paġna 4
Rapport f’paġna Rapport

GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 21°C L-Inqas Temperatura: 14°C L-Indiċi UV: 2

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja dgħajfa ta’ pressjoni għolja qed tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Imċajpar għall-ewwel, li jsir sabiħ Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Majjistral it-Tramuntana li jdur mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Ġeneralment tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat li jsir ħafif L-Imbatt: Baxx mill-Majjistral It-Temperatura tal-Baħar: 18°C

It-Tnejn

Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Il-Marsa – 21221118 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 21492151 St. Matthew’s Pharmacy, Triq ix-Xatt, Il-Gżira – 21311797 St. Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan – 21369426 Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102

Brown’s Chemists, Triq San Pawl, In-Naxxar – 21417652 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308

Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21821646

White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671

Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 21827939

Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, Iż-Żejtun – 21693723

Milia’s Pharmacy, 42, Vjal il-Blue Grotto, Iż-Żurrieq – 21689971

Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, Tal-Pietà – 21244366 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274

Għawdex

Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979

Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur – 21566431

L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

25.12.2022 02 NUMRI IMPORTANTI MEZZI SOĊJALI SIT ELETTRONIKU INDIRIZZ POSTALI KUNTATT ĠENERALI DISINN TAL-PAĠNI REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI EDITUR STAMPAT KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 www.one.com.mt tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495 email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495 email: ronald.vassallo@partitlaburista.org Miller Newsprint Ltd. KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000 www.facebook.com/kullhadd KIMBERLY CEFAI KIMBERLY CEFAI RONALD VASSALLO Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182 DETTALJI
IT-TEMP
19°C 18°C 19°C 18°C 16°C 15°C 14°C 14°C UV 3 UV 3 UV 1 UV 3 Il-Ħamis L-Erbgħa Is-Sibt
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD 19°C 15°C UV 3 It-Tlieta 18°C 15°C UV 3 Il-Ġimgħa

diċembru

ta’

PERJODU EKONOMIKU B’SAĦĦTU

Ir-rappreżentanti tan-negozji żgħar u medji, dawk li jiffurmaw is-sinsla tal-ekonomija lokali, flimkien ma’ dawk li jirrappreżentaw lil-lukandieri u lir-restorantieri f’pajjiżna u dawk lis-settur turistiku Għawdxi kellhom ilkoll kliem ta’ sodisfazzjon dwar kif inhu għaddej l-andament ekonomiku fostna bħalissa.

Dan ikompli wkoll mas-sentiment pożittiv espress millBank Ċentrali ta’ Malta nhar ilĠimgħa fejn tenna li l-attività ekonomika f’pajjiżna f’Novembru li għadda kienet ogħla mill-medja storika rreġistrata mis-sena 2000. Fl-aħħar aġġornament ekonomiku tagħhom, l-esperti tal-Bank Ċentrali wkoll sabu li l-fiduċja fost in-negozji wkoll kompliet titjieb fis-setturi kollha.

Avolja għadna qed nirkupraw mill-effetti kollha tal-pandemija tal-COVID-19 u, agħar minn hekk, iffaċċjati minn kriżi tal-enerġija mingħajr preċedent, bħall-bqija tal-kontinent, Abigail Mamo mill-Kamra tal-Kummerċ għan-Negozji Żgħar u Medji, Tony Zahra millAssoċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u r-Restoranti (MHRA) u Joseph Muscat mill-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu (GTA) esprimew biss pożittività għal dan iż-żmien festiv f’kummenti mal-KullĦadd

Il-fehmiet tagħhom huma primarjament xprunati minn riżultati tajbin fit-turiżmu, li anke jqarrbu ħafna dawk rekord li kellna fl-2019, is-sostenn qawwi mill-Gvern li jgħin lillfamilji u lin-negozji f’dawn iż-żminijiet diffiċli, il-fatt li l-Maltin u l-Għawdxin huma fost l-inqas affettwati mill-għoli tal-ħajja fl-Unjoni Ewropea kollha, u l-kilba ta’ dawn talaħħar li jpattu għall-aħħar sentejn fejn dan iż-żmien kien ristrett mill-miżuri imposti.

Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tat-Turiżmu fi ħdan il-Ġnus Magħquda (UNWTO), pajjiżna jinsab fost l-ewwel fid-dinja li qed jirnexxilhom jirkupraw in-numri fis-settur turistiku malajr imqabbel mal-livelli li kienu rreġistrati qabel faqqgħet il-pandemija tal-COVID-19.

Fl-aħħar barometru turistiku tagħha, li ġie ppubblikat fl-aħħar ġimgħat, l-UNWTO qalet li bejn Jannar u Settembru l-Ewropa rreġistrat l-ogħla rkupru fid-dinja (81%) imqabbel ma’ tliet snin ilu, l-istess livell imħabbar mill-Ministru għatTuriżmu Malti Clayton Bartolo.

Dan fl-istess ħin li t-turiżmu globali jinsab fit-triq biex sa

tmiem l-2022 jilħaq biss 65% tal-livelli ta’ qabel il-pandemija.

Minbarra hekk, ġimagħtejn ilu stħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea sab li l-Maltin u l-Għadwxin, flimkien mal-Iżvediżi u d-Daniżi, jinsabu f’qagħda finanzjarja aħjar mill-bqija tal-Ewropej u 10 pajjiżi ġirien.

Waqt li l-eżerċizzju mill-fondazzjoni Ewropea Eurofound, li hi responsabbli għat-titjib tal-għajxien u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, jirrimarka li l-kontinent qed iħabbat wiċċu ma’ ċirkostanzi ġodda ta’ inċertezza kbira bil-gwerra fil-Lvant tal-Ewropa, f’pajjiżna l-effetti devastanti kienu kkontrollati grazzi għall-interventi talGvern Malti.

Dan kollu seta’ faċilment jiġi interpretat fil-kummenti li għaddewlna din il-ġimgħa r-rappreżentanti ewlenin tan-negozji żgħar u medji u dawk fl-oqsma tat-turiżmu u l-catering.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ għan-Negozji Żgħar u Medji qalet li “l-affarijiet jidhru pożittivi, l-ewwel indikazzjonijiet ħadniehom millBlack Friday, jiġifieri, dik tkun mistennija ħafna u tagħti indikazzjoni tajba għal kif se jkun qed jipproċedi l-konsum u kif se tintlaħaq l-aħħar tas-sena. Fil-fatt, mill-indikazzjonijiet li għandna s’issa jidher li l-affarijiet komplew sejrin ’il quddiem, jiġifieri li rajna fil-Black Friday kien li l-konsumatur irid joħroġ, irid jixtri, però b’nefqa daqsxejn aktar konservattiva, jew inkella ‘on a budget’ u aħna

konna qed nittamaw li aktar ma joqrob il-Milied wieħed aktar jagħmel forsi nfiq b’mod aktar normali u naturali kif kien qabel.

Milli qed naraw s’issa, hekk jidher li komplew jitjiebu fuq ir-riżultati diġà tajbin li kien hemm tal-Black Friday, jiġifieri hi xi ħaġa pożittiva għall-kummerċ,” kompliet tispjegalna Mamo. “Qegħdin nistennew li sal-aħħar ta’ Diċembru jkompli jissaħħaħ il-konsum, jiġifieri nkomplu naraw aktar konsumaturi, li anke l-infiq ikun qed isir mhux biss fuq prodotti essenzjali, imma affarijiet li huma anke ‘high-end’, affarijiet li huma tal-okkażjoni, bħal rigali.”

ikun jista’ jieħu roħs, wieħed jagħmel aktar kuraġġ biex jixtri. Qegħdin nistennew, naraw x’se jiġri għall-bidu tas-sena, għax wieħed ikun għamel ix-xiri li kellu bżonn u li xtaq jagħmel sal-aħħar ta’ Diċembru.”

Mitlub għar-reazzjoni tiegħu dwar is-settur turistiku fejn jidħlu lukandi u anke l-andament fir-restoranti f’dan iż-żmien, Tony Zahra, li għadu kemm ġie kkonfermat fil-pożizzjoni ta’ President talMHRA, kien ukoll pożittiv.

lokali. Jidher ukoll li, l-ewwel darba fi tliet snin fejn mhux se jkun hemm restrizzjonijiet, l-andament se jkun tajjeb ukoll. B’mod ġenerali, qed inħossu li s-suq hu pożittiv ħafna u nittamaw li ma jinqala’ xejn minn issa sal-aħħar tas-sena ħalli jkollna sitwazzjoni pożittiva. Għandek sitwazzjoni fejn in-nies għamlu sentejn magħluqin ma jistgħu jmorru mkien għall-Milied u l-Ewwel tas-Sena u din is-sena qed jgħidu ‘it’s time li noħorġu u niċċelebraw’.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-GTA qal li “qegħdin nittamaw li dan il-perjodu festiv b’mod speċjali fil-Milied u l-Ewwel tas-Sena jkun simili għall-andament li konna mdorrijin bih qabel il-pandemija. Qegħdin nistennew ukoll li, kemm fis-settur tal-akkomodazzjoni kif ukoll fis-settur tal-catering, b’mod speċjali, fejn għandek ir-restoranti, ikun hemm domanda li tkun aħjar minn dik li kellna f’dawn l-aħħar sentejn, l-2020 u l-2021. Diġà hemm indikazzjonijiet tajbin, b’għadd ta’ stabbilimenti jirrapportaw li għandhom domanda tajba ħafna għal diversi ikliet u attivitajiet konnessi ma’ dawn il-ġranet.”

Skont il-ĠM, Malta hi mal-ewwel pajjiżi fid-dinja li qed jirkupraw mill-pandemija, u, skont l-UE, il-Maltin għandhom mill-inqas problemi biex ilaħħqu mal-ħajja … effetti li qed jissarrfu f’perjodu ekonomiku festiv mill-aqwa

Meta ttrattat kif taħseb li jista’ jkun l-andament fil-bidu tas-sena l-ġdida, Mamo qalet: “Issa mbagħad x’se jiġri s-sena d-dieħla, il-fatt li se jkun hemm is-sales, ikunu qegħdin jgħinu. Ovvjament li diġà konna qed naraw sinjali li wieħed qed ikun daqsxejn aktar kawt kif jonfoq jista’ jkun dak ħa jkun qed ifisser li għal Jannar u Frar jista’ jkun li l-bejgħ miexi aktar kajman. Ovvjament, jagħmel sens ukoll, imma, li meta wieħed

“Il-lukandi qed jirrapportaw domanda tajba li biċċiet minnhom qed jgħidu aħjar filfatt mill-2018/19. Dawn is-snin kienu l-perjodu xitwi l-aktar b’saħħtu fl-industrija tal-lukandi, jiġifieri qabel ma bdiet il-Covid. Hemm min qed jgħidilna wkoll li hu inqas. Jien naħseb li se jkollna numru ta’ wasliet kważi daqs il-perjodu l-aktar qawwi, però ma naħsibx li jkollna aktar minn dak – qisu 90% ta’ dak il-perjodu bħala lukandi u bħala takeup tal-lukandi. Il-fatturi (għal xiex qed jiġu t-turisti f’Malta) huma diversi, l-aktar ħaġa importanti hi li l-aħħar sentejn in-nies ma setgħux jivvjaġġaw u allura hemm aktar domanda ta’ nies li jridu jivvjaġġaw għax issa miftuħin. Dik hi importanti ħafna, fl-opinjoni tagħna,” tenna Zahra, waqt li spjega li Malta qiegħda tajba fis-suq bħalissa u hemm domanda b’saħħitha fejn tidħol id-destinazzjoni.

Hu kompla jgħid li “fejn jidħlu r-restoranti, allura hawn għandna aktar effett mis-suq

Hu tenna ma’ din il-gazzetta li, fejn tidħol l-akkomodazzjoni, “għandna feedback mingħand diversi operaturi li hemm domanda għall-akkomodazzjoni f’Għawdex f’dan il-perjodu, b’mod speċjali għal tmiem u l-bidu tas-sena. Dan il-perjodu, fl-eqqel tax-xitwa, is-settur turistiku jkun qed jistennieh ħafna, għax fih hemm ukoll aħna naraw, li għalkemm is-soltu jkun kajman mitturiżmu minn barra, il-gżira Għawdxija kapaċi tattira bi ħġarha s-suq domestiku. Ma ninsewx ukoll li dan il-perjodu f’Għawdex isiru diversi attivitajiet, anzi numru ta’ attivitajiet li huma marbutin ħafna ma’ dawn il-jiem ta’ festi tal-Milied.

“Hawn (f’Għawdex) insibu programm li jibda mis-6 ta’ Diċembru u jkompli sas-6 ta’ Jannar u fih kull viżitatur li jiġi Għawdex, kemm dak lokali kif ukoll barrani, għandu żgur x’jammira u anke jesperjenza f’din il-gżira, li aħna nsibuha, il-gżira tal-Milied, għax preċiżament f’dan il-perjodu l-gżira Għawdxija tilbes il-libsa tal-festi tal-Milied u tkun attrazzjoni fiha nnifisha,” temm jgħidilna Muscat, b’referenza għal numru kbir ta’ attivitajiet li qed jiġu organizzati, b’mod partikolari dawk tal-Ministeru għal Għawdex.

25.12.2022 04
Il-Kamra tal-Kummerċ għan-Negozji Żgħar u Medji, l-MHRA u l-GTA jikkonfermaw attività qawwija għal dan il-Milied u l-Ewwel tas-Sena, daqs jew aktar mill-2019 … tpattija għas-sentejn li għaddew ta’ restrizzjonijiet Ritratt: GARETH DEGIORGIO

€4 MILJUN LIL ĦADDIEMA B’XIFTIJIET

Madwar 25,000 ħaddiem tal-privat bdew jirċievu benefiċċju ġdid ta’ €150, bħala parti minn miżura tal-Baġit, li minnha jiggwadanjaw ħaddiema u self-employed fis-settur privat li jaħdmu bix-xift, fi tmiem il-ġimgħa jew wara s-sitta ta’ filgħaxija.

Waqt li din il-ġimgħa kien qed iniedi l-miżura waqt konferenza talaħbarijiet, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana ħabbar li din se tkun qed tħalli madwar €4 miljun oħra fil-bwiet tal-familji Maltin u Għawdxin.

Is-setturi eliġibbli f’din l-iskema

huma dawk tal-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel; is-servizzi amministrattivi u ta’ sapport; il-manifattura; it-trasport u l-ħażna; u l-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut. Din se tgħin biex tkompli tinċentiva lill-ħaddiema li jaħdmu f’dawn l-oqsma u tħeġġeġ oħrajn biex iħarsu lejn impjiegi fihom.

Il-Ministru Caruana qal li l-miżura kienet proposta minn rappreżentanti ta’ min iħaddem meta fl-2021 ġiet imfassla l-Politika Nazzjonali tas-Suq tax-Xogħol.

“Din hi miżura oħra minn sensiela ta’ miżuri li jippremjaw il-bżulija

tal-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Matul din is-sena biss, bħala Gvern, tajna ’l fuq minn €50 miljun f’miżuri lill-ħaddiema,” tenna l-Ministru, fejn semma, fost l-oħrajn, it-traħħis tattaxxa fuq l-overtime u l-part-time, il-miżura tat-Tax Refund u dik tal-InWork Benefit. Dawn waħedhom kienu injezzjoni ta’ kważi €50 miljun oħra għall-ħaddiema.

Issa l-benefiċċju ġdid lil ħaddiema b’ħinijiet atipiċi se jibda jingħata kull sena u minnu se jibbenefikaw kemm il-ħaddiema li jaħdmu fuq bażi fulltime kif ukoll dawk li l-impjieg part-

time hu primarju.

Il-benefiċjarji jridu jkunu ilhom jaħdmu mal-istess intrapriża mill-inqas sitt xhur u l-paga bażika tagħhom ma taqbiżx l-€20,000 fis-sena 2021.

Dawk il-ħaddiema kollha li jaħsbu li huma intitolati għal dan il-benefiċċju, iżda baqgħu ma rċevewhx, jistgħu jċemplu fuq il-freephone 153 minn għada t-Tnejn.

Jekk individwu jinstab li jkollu xi dokumenti jew dettalji neqsin u eventwalment jiġu kkorreġuti, se jirċievi din l-għotja lejn l-aħħar ta’ Marzu tal-2023.

L-AKBAR SPETTAKLU B’XEJN FI TMIEM IS-SENA

Id-dinja tal-ispettaklu u d-divertiment tinsab imħejjija mill-ġdid għaż-żmien tal-Milied u s-Sena l-Ġdida, għall-ewwel darba mingħajr restrizzjonijiet tal-pandemija. L-artisti lokali, li se jkunu qed joffru l-akbar spettaklu fl-attivitajiet festivi organizzati fil-kapitali Maltija, ukoll jinsabu ħerqanin li se jkunu qed jirritornaw fi Pjazza San Ġorġ biex jagħlqu s-sena ma’ eluf li mistennija jgawdu magħhom dan l-avveniment bla ħlas fil-lejl li jtemm l-2022 u jagħti bidu għas-sena l-ġdida.

Wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija, din is-sena se jkunu qed jirritornaw fi Pjazza San Ġorġ, ilBelt Valletta, iċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena organizzati mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta (VCA) taħt il-patroċinju tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet se jibdew fl-10:00 ta’ filgħaxija u jibqgħu għaddejjin sas-sigħat bikrin tas-sena l-ġdida. Il-KullĦadd staqsiet lil uħud mill-artisti, li se jkunu qed jieħdu sehem matul is-serata nhar is-Sibt li ġej, kif qed iħarsu lejha.

Kevin Abela, fundatur u direttur talBrass House Unit, il-mistiedna speċjali tal-okkażjoni, saħaq li “wara sentejn ta’ tama u stennija biex il-ħajja tiġi lura għan-normal, hawn aħna lejlet sena ġdida. Bla dubju, l-akbar stage f’Malta se jkun dak fi Pjazza San Ġorġ … inħeġġeġ lil kulħadd biex jingħaqad magħna biex jiċċelebra mal-Brass House Unit u num ru spettakolari ta’ artisti Maltin.” “Hu ta’ unur kbir li nirritorna fuq dan il-palk maestuż. L-aħħar dar ba li kantajt kien fl-2018 mal-istess Brass House Unit. Għalija l-unur u l-emozzjoni huma d-doppju wara waqfa twila minħabba ċ-ċirkostan zi tal-pandemija. Ħerqana ferm li jasal dan l-avveniment tant mistenni! Narawkom hemm!,” qaltilna l-kantanta Gloriana Arpa Belli Amanda Marie wkoll taħsibha l-ist ess. Stqarret li, wara l-perjodu diffiċli tal-pandemija, “inħossni onorata li se nkun parti miċ-ċelebrazzjoniji et nazzjonali tal-Ewwel tas-Sena fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt. Importanti ferm li nerġgħu ningħaqdu flimkien fil-kapitali tagħna biex insellmu lill-2022 u nħarsu ’l quddiem għas-sena l-ġdida bi spettaklu fenomenali. Il-preparamenti għaddejjin ġmielhom u nħeġġeġ lil kulħadd jattendi għal serata indimentikabbli.”

Tiziana Calleja, ukoll fost il-kantan ti parteċipanti, qalet li “kuntenta li se nkun parti minn dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Ħerqana biex il-bidu tas-sena l-ġdida nqattgħu mal-poplu tagħna. Żgur, mhux forsi, li se tkun

waħda mill-akbar u l-isbaħ serati dakinhar. Persważa li, dak li qed inħejju se jintgħoġob minn kull ġener azzjoni. Mingħajr restrizzjonijiet, din is-sena nistgħu nkantaw, nitgħannqu u niċċelebraw. U wara kollox, nagħtu merħba, kif jixraq, lis-sena l-ġdida.” “Dawn l-aħħar sentejn kont parti miżżewġ kunċerti tal-Ewwel tas-Se saru fi żmien il-COVID-19 u n-nuqqas tan-nies inħass sew,” spjegat il-kan tanta Jasmine. “Li tara lil kulħadd, familji u ħbieb jitgħannqu, jidħqu, firħu u jiċċelebraw jgħolli l-livell ta’ emozzjoni li dejjem ġab miegħu l-bidu ta’ sena ġdida. Ferħana u eċċitata biex nara lil kulħadd magħqud flimkien, folla waħda kbira fi Pjazza San Ġorġ,” kompliet tgħidilna.

Fir-reazzjoni tiegħu, Ludwig Ga lea qalilna li “nemmen li avvenimenti bħal dawn jagħtu opportunità mill-isbaħ lill-poplu Malti biex jingħaqad flimkien fil-kapitali tagħna għal festa ta’ mużika u ċelebrazz jonijiet li għandhom jagħlqu l-aħħar tas-sena 2022 bil-kbir. Wara nuqqas ta’ sentejn ejjew nagħtu rigal simboliku b’saħħtu lil xulxin billi nidħlu bi ħġarna l-Belt Valletta, nassistu għal dan l-ispettaklu u nibdew sena u paġna ġdida flimkien.

Kantant ieħor stabbilit, Ozzy Lino, jemmen li l-is-

pettaklu se jkun fost l-aktar imfittxijin għall-okkażjoni f’pajjiżna. “Għalhekk qed inħarsu ’l quddiem li nġibu show kbir għal dawk kollha li se jingħaqdu magħna fil-Pjazza u dawk li se jsegwuna minn djarhom.”

Aktarx l-iżgħar artist parte Aidan Drakard kompla jżid gi sħabu li “ċ-ċelebrazzjoni jiet tal-aħħar tas-sena fi Pjazza San Ġorġ huma żgur mixtiqin. Taj fl-aħħar għandna ċ-ċans li nerġgħu nagħtu esperjenza sabiħa immens lil kull min se jiġi biex jieħu gost magħna u jkollu għeluq tas-sena kif mistħoqq.”

Il-lejla se tibda b’mużika minn Kurt Calleja & Band, segwit mill-mistiedna speċjali The Brass House Unit, u diversi kantanti lokali stabbiliti, fosthom ukoll Brooke, Kevin Paul Calleja, Owen Luellen u Pawlu Borg Bonaci.

Eżatt qabel il-countdown, il-Brass House Unit tingħaqad mad-DJ lokali Debrii biex iħejju lill-folla miġbura fil-Belt u dawk li se jkunu qed isegwu t-trażmissjoni diretta fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali għas-sena l-ġdida. Se jkun hemm ukoll logħob tan-nar biex tingħata merħba mill-isbaħ lis-sena l-ġdida. Iċ-ċelebrazzjonijiet jagħlqu b’sett minn DJ Drey.

Ron, Taryn Mamo Cefai, Claire Agius Ordway u Clint Bajada se jkunu qed jippreżentaw din is-serata.

25.12.2022 05
Il-Ministru Bonnici (xellug) u ċ-Chairman tal-VCA (fuq) waqt it-tnedija tal-kunċert

L-GĦAJNUNA GĦAL KIRJIET ANTIKI

Ir-riforma legali dwar il-kirjiet ta’ qabel l-1995 tat il-protezzjoni lil inkwilini anzjani f’residenzi privati u, fl-istess

Minn kemm ilha li nbidlet il-liġi s-sena li għaddiet biex tipproteġi lill-familji f’kirjiet ta’ qabel l-1995 u tagħti kumpens xieraq lil sid il-kera, il-Gvern Malti diġà ħareġ aktar minn €800,000 biex jgħin lil 314-il familja sal-bidu ta’ Ottubru li għadda wara li t-talba tagħhom ġiet validata.

Tagħrif li ngħata fil-Parlament flaħħar ġimgħat mill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes, jirriżulta li, bis-saħħa tar-riforma, li ddaħħlet fl-1 ta’ Ġunju 2021 fl-eqqel tal-pandemija talCOVID-19, ġew ipproċessati b’kollox s’issa 370 applikazzjoni għall-għajnuna mill-Gvern, li tista’ tlaħħaq sa €10,000 fis-sena.

Minn dawn 314 kienu validi, 29 invalidi, waqt li 27 għadhom fl-istadju inizjali ta’ evalwazzjoni inkella qed jistennew li jiġu ppreżentati xi dokumenti meħtieġa li kienu neqsin meta tressqet l-applikazzjoni.

Għadd ta’ kirjiet ta’ residenzi privati, li l-kuntratt tagħhom imur lura għal aktar minn 27 sena ilu, kienu qed jiġu affettwati minn żidiet kbar imposti fuq l-inkwilini, b’deċiżjonijiet ta’ sentenzi minn qrati lokali u internazzjonali. Iżjed minn hekk għadd ta’ residenti, li ħafna

Dan kien pass ieħor rivoluzzjonarju minn Gvern riformista, taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela, li ma jiddejjaqx jidħol u jwettaq kull tibdil meħtieġ biex il-pajjiż jibqa’ miexi ’l quddiem

huma avvanzati fl-età, kienu saħansitra ordnati jiżgombraw mill-post fejn jgħixu.

Bil-bidla kuraġġuża, li introduċa l-Gvern Laburista, inkwilini ngħataw isserħan tal-moħħ li, biż-żieda imposta, il-kirja tagħhom ma taqbiżx il-25% taddħul li għandhom mill-impjieg, waqt li residenti li huma pensjonanti mhuma qed iġorru l-ebda żidiet, għax iħallasha kollha l-Gvern sakemm jiġu nieqsa.

Fl-istess ħin, sidien ta’ proprjetajiet maqbudin f’tali kuntratti bdew igawdu minn dħul ġust, skont il-valur tar-residenza fis-suq.

Fi tweġibiet għal numru ta’ mistoqsijiet Parlamentari mid-Deputata Paula Mifsud Bonnici, il-Ministru Galdes ħabbar li l-akbar ammont ta’ ħlasijiet tas-sussidji saru din is-sena bejn l-1 ta’ Jannar u l-5 ta’ Ottubru – €756,449 –waqt li mill-1 ta’ Ġunju 2021 u l-aħħar ta’ dik is-sena kienu tħallsu €49,140 oħra, għal total ta’ €805,589.

B’medja ta’ €84,000 mħallsin kull xahar din is-sena, hu stmat li l-ispiża taqbeż il-€1 miljun sal-aħħar tal-2022, sena u nofs wara l-bidla fil-liġi.

Mill-istess tagħrif tal-Ministru joħroġ li fid-29 applikazzjoni, li ma kinux approvati sal-bidu t’Ottubru, iż-żieda filkera kienet inqas minn 25% tad-dħul annwali globali tal-inkwilini, kif inhu stipulat mill-iskema.

Mit-370 applikant, fil-maġġoranza assoluta kienu persuni li għandhom ’il fuq minn 65 sena, total ta’ 286, filwaqt li 84 applikant ieħor għandhom inqas mill-età pensjonabbli.

Il-liġi tal-kirjiet ta’ qabel l-1995 kienet approvata wara li għaddiet minn proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, f’riforma li ġiet meqjusa bħala pass storiku li jiżgura l-protezzjoni lil min jeħtieġ u fl-istess waqt tagħti dħul xieraq lis-sidien tal-proprjetà. Fl-2018 il-Gvern kien nieda White Paper għall-konsultazzjoni dwar riforma fil-liġi tal-kera li kellha l-ħsieb tirregola lis-settur. Din wittiet

it-triq għar-riforma, li saħħet l-istokk tal-akkomodazzjoni soċjali u drittijiet aħjar lis-sid u lill-inkwilin tal-post.

Ir-riforma ntlaqgħet b’mod pożittiv minn bosta għaqdiet, inklużi l-Caritas, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA), il-Kamra tal-Periti u l-General Workers’ Union (GWU).

B’dan il-pass, il-Gvern għeleb ilbiża’ ta’ għadd ta’ amministrazzjonijiet

preċedenti, li, waħda wara l-oħra, naqsu milli jindirizzaw l-anomaliji fis-suq talkera li kienu ilhom igerbu sa mill-bidu tas-seklu l-ieħor.

Meta ppreżentata kien ingħad li l-liġi se taffettwa b’mod pożittiv il-ħajja ta’ mijiet ta’ familji u l-qraba tagħhom, daqskemm dik tas-sidien tal-proprjetajiet, li flok il-ħlas miżeru li kienu jieħdu sas-sena l-oħra, issa bdew jirċievu kirja

25.12.2022 06

DIĠÀ QABŻET IT-€800,000

ward, li kienet tressqet minn Gvern Nazzjonalista 12-il sena ilu, ma kinitx konformi mal-Kostituzzjoni u l-Kon

min iħallas it-taxxi tiegħu f’dan il-pajjiż, spiċċa jbati l-piż ta’ sentenza wara oħra li l-Qrati tagħna u l-Qorti Ewropea bdew jagħtu kontra l-Istat Malti. Kumpens, li jekk nikkalkulaw, tela’ miljuni u għexieren ta’ miljuni. Dan qiegħed jitħallas minn kulħadd f’dan il-pajjiż, kull ċittadin onest li jħallas it-taxxi tiegħu.”

Bil-liġijiet il-ġodda, il-Gvern qed jerfa’ r-responsabbiltà soċjali minn fuq spallejn is-sidien u jassigura li din hi l-aħħar ġenerazzjoni li tista’ tirċievi protezzjoni. Is-sidien kisbu d-dritt għall-kera li tirrifletti l-valur tal-proprjetà fis-suq miftuħ, b’mekkaniżmu awtomatiku li jżid il-kera skont l-indiċi tal-prezzijiet

Il-bilanċ intlaħaq permezz ta’ benefiċċju tal-kera b’saħħtu li jista’ jlaħħaq sa €10,000 fis-sena. Għall-inkwilini li jikkwalifikaw għall-protezzjoni, il-benefiċċju se jassigura li min jaħdem ma jħallasx iżjed minn 25% tad-dħul tiegħu fuq kirja tal-akkomodazzjoni tiegħu. Għall-pensjonanti, il-Gvern qed jassorbi ż-żieda kollha fil-kirja.

Dan kien pass ieħor rivoluzzjonarju minn Gvern riformista, immexxi millPrim Ministru Robert Abela, li ma jiddejjaqx jidħol u jwettaq kull tibdil meħtieġ biex il-pajjiż jibqa’ miexi ’l quddiem.

ġusta stabbilita minn bord apposta. L-istituzzjonijiet lokali u anke Ewropej, fosthom il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, kienu ilhom 21 sena jgħidu biex il-problema tiġi indirizzata. Waqt id-dibattitu fil-Parlament is-sena l-oħra, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista kienet baqgħet waħedha iżolata u kkritikat ir-riforma, għax skontha l-Gvern kien qiegħed jagħmel din ir-riforma

u oħrajn biex jaljena linnies.

Dan anke jekk kien il-Partit Nazzjonalista filGvern li tefa’ l-kwistjoni taħt it-tapit u meta taparsi soluzzjoni, ma offra l-ebda rimedju konkret u l-inċertez za għall-inkwilini baqgħet biss tikber. Riforma f’dan ir-rig

Fil-fatt, permezz ta’ din il-liġi, il-Gvern għeleb l-anomaliji li kienu jeżistu fis-suq tal-kera, waqt li pproteġa u ta serħan il-moħħ lill-inkwilini, flimkien ma’ kumpens ġust

25.12.2022 07
dħul ġustifikat lis-sidien tal-istess proprjetajiet skont il-prezz tas-suq mindu ddaħħlet f’nofs l-2021 In-nuqqas ta’ azzjoni minn gvernijiet preċedenti wassal għal sentenzi fil-qrati kontra l-inkwilini u għal kumpens miljunarju lis-sidien … l-emenda fil-liġi minn dan il-Gvern laħqet kompromess b’serħan tal-moħħ għall-partijiet kollha
L-Awtorità tad-Djar waqqfet ukoll taqsima apposta biex toffri s-servizzi u l-pariri ta’ avukati b’xejn lil dawk l-inkwilini li jinsabu f’kirja ta’ qabel l-1995. ħin,

IL-PROTEZZJONI TAL-OMM FIT-TQALA LEJN STADJU IEĦOR

Nhar it-Tnejn li għadda l-Parlament ivvota dwar it-tieni qari tal-Abbozz ta’ liġi Numru 28 li jemenda l-Kodiċi Krimi nali. Issa jmiss li, wara l-vaganzi, l-emenda proposta tgħaddi g ħall-istadju tal-Kumitat fejn trid issir diskussjoni dettaljata tal-abbozz, peress li d-dibattitu fl-istadju tat-tieni qari hu wieħed ġenerali mixħut aktar fuq id-diskussjoni tal-prinċipji tal-Abbozz milli tad-dettall.

Fil-każ tal-Abbozz 28 id-diskussjoni kemm fil-Parlament kif ukoll fil-pajji ż hi mqanqla u dan għax ħafna persuni ta’ twemmin pjuttost konservattiv fuq is-suġġett iqisu li dan l-abbozz se jiftaħ it-triq jew, kif jgħid min hu aktar meqjus fi kliemu, se jbexxaq il-bieb, għal-legalizzazzjoni tal-abort f’Malta.

Min mhux marbut mattwem min tradizzjonali jħoss li dawn l-istqarrijiet għandhom jiġu kkwalifikati, għax huma esaġerati.

F’kumment lill-KullĦadd, il-Mi nistru għall-Ġustizzja Jonathan Attard qal: “Mhux korrett min jgħid li kull terminazzjoni ta’ tqala b’intervent mediku tista’ tiġi deskritta bħala abort. Biex terminazzjoni ta’ tqala tkun tikkostitwixxi abort din trid tkun magħmula liberament bil-għan oriġ inali li t-tqala tispiċċa. L-Abbozz 28 ma jikkontemplax dawn it-tip ta’ ter minazzjonijiet ta’ tqala, i żda jittratta biss it-terminaz-

zjonijiet iddettati minn neċessità Għalhekk min qed jgħid li din l-emenda tipprovdi dwar l-abort , jgħid hekk, għax qed iġebbed it-tifsira tal-kelma abort.”

Hu kompla li, min-naħa l-oħra, l-istess Konservattivi jik konċedu li l-“abort” isir meta l-ħajja tal-omm tkun filperiklu. “Dwar dan m’għandhomx problemi. In-nuqqas ta’ qbil mal-abbozz jinsab filfatt li din in-naħa ta’ opinjoni donnha tqis li t-terminazzjoni tat-tqala qatt ma tista’ tkun neċessarja jekk il-periklu għall-omm ma jkunx għal ħajjitha, iżda jkun ‘biss’ periklu gravi għal saħħitha. Dan minkejja li l-periklu għallħajja u l-periklu gravi għassaħħa mhumiex ’il bogħod minn xulxin,” saħaq il-Ministru.

Il-liġi Maltija, kif inhi llum u jekk interpretata litteralment, tipprojbixxi l-“abort” f’kull ċirkostanza u hu biss abbażi tad-“difiża tan-neċessità” li wieħed jista’ jasal biex jaċċetta l-abort ħalli tiġi salvata l-omm.

“Madanakollu, anke fuq din tan-neċessit à kollox hu mibni fuq interpretazzjoni u ħadd ma jgawdi minn garanzija li l-Qorti Maltija se taċċetta d-difiża tan-neċessit à f’xi ċirkostanzi. Fuq kollox ħadd ma jista’ jg ħ id ġudikant ta’ ħsieb konservat tiv kif se jiddeċiedi. Meta jinqala’ każ allura kulħadd jitfixkel u t-tabib, bniedem bħal ħaddieħor, jibża’

jissogra. Dan dejjem a skapitu tal-mara,” spjegalna Attard.

Jirriżulta li, f’dan ir-rigward, il-liġ i Maltija għadha flistat li fih kienet dik Franċiża fl-1810 u l-liġijiet tar-Renju ta’ Napli u, wara l-liġi Taljana fis-Seklu 19. Forsi wkoll agħar minn hekk, għax dawk jidher li dejjem irrikonoxxew id-difi ża tan-neċessit à , iżda fuq il-liġi tagħna ħadd ma jista’ jgħid.

“Hu ċar li min qed jgħid li ma hemm bżonn nagħmlu xejn f’din is-sitwazzjoni kon fuża, mhuwiex realistiku. L-Abbozz 28 sempliċiment idaħħal filliġi l-iskużanti tan-neċessit à f’ka ż ta’ periklu għall-ħaj ja jew periklu gravi għas-saħħa. Din mhix liġi tal-abort. Jekk wieħed jara l-liġ ijiet tal-abort f’pajjiżi oħrajn mill-ewwel jinduna li dawn fihom ħafna iżjed elementi minn sempliċi eżenzjoni mir-responsabbilit à krimina li fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-abbozz,” kompla l-Mi nistru, waqt li temm jinsisti, kif esprima ruħu flaħħar jiem il-Prim Ministru Robert Abela wkoll, li l-Gvern hu determinat li jassigura li l-emenda leġiż lattiva ma tagħti l-ebda lok ta’ abbuż.

“Biss, però, dan mingħajr ma ndgħajfu l-prinċipji ewlenin, jiġifieri l-protezzjoni ta’ ħajjet u saħħet l-omm. Is-soluzzjoni legali u politika qiegħda fil-bilanċ meqjus u mhux fil-biża’ li ma tiġix irranġata s-sitwazzjoni, kif jgħidu t-Taljani, ‘coraggio fuggiamo’.”

SKEMA PROGRESSIVA

LI “PPROTEĠIET LIL FAMILJI LI JINSABU L-AKTAR FIL-BŻONN”

Studju tal-Bank Ċentrali jenfasizza dwar il-ġid tal-Wage Supplement fil-pandemija

Analiżi komprensiva ta’ ekonomista mill-Bank Ċentrali ta’ Malta tikkonferma kemm l-iskema tal-COVID-19 Wage Supplement kienet ta’ fejda għall-familji f’pajjiżna. Ir-rapport, li hu bbażat fuq metodi xjentifiċi avvanzati u juża mudell mibni mill-Kummissjoni Ewropea, isostni li l-iskema Maltija għenet l-iżjed lil dawk l-aktar fil-bżonn.

Jirriżulta lil din il-gazzetta li l-istudju jgħid li “l-impatt tal-iskema fl-ispettru kollu tad-dħul kien progressiv fissens li pproteġiet lil dawk bi dħul baxx relattivament iżjed” (“the scheme’s impact across the income spectrum was progressive in the sense that it shielded the lowest earners relatively more”).

L-istudju jindika wkoll li l-familji li l-aktar kienu se jintlaqtu mill-effetti devastanti tal-pandemija kienu dawk li l-aktar gawdew mill-iskema. Tant li kien ikun hemm impatt sinifikanti fuq ir-rata tal-faqar kieku din l-iskema ma kinitx hemm.

L-analiżi dettaljata tindika li l-pandemija, li laqtet lil pajjiżna fil-bidu ta’ Marzu tal-2020, spiċċat biex naqqset l-attività ekonomika b’madwar 14%. L-aktar affettwati kienu dawk li jaħdmu fis-settur tal-lukandi u r-restoranti fejn kważi 95% tal-ħaddiema spiċċaw fuq il-Wage Supplement. Fis-settur tal-ħwienet, il-miżura sostniet l-għajxien ta’ madwar 40% tal-ħaddiema, mentri fis-settur tal-proprjetà l-proporzjon kien ta’ kważi 35%. Fil-manifattura d-dipendenza kienet ta’ kważi 27%, l-istess bħal fis-settur tat-trasport.

Dan minbarra skemi oħrajn, bħall-moratorju fuq isself, li permezz tagħhom kienu protetti l-familji f’pajjiżna b’mod ferm aktar komprensiv milli f’pajjiżi oħrajn.

Bla Wage Supplement, ir-rata ta’ dawk f’riskju ta’ faqar kienet titla’ b’5% jew 20,000 persuna iżjed

Bil-Wage Supplement, dawk il-ħaddiema li kienu jaqilgħu inqas mill-paga medja raw id-dħul jonqos b’medja ta’ bejn 3% u 5%. Li kieku ma kienx hemm l-iskema kienu jispiċċaw minn taħt b’bejn 7% u 12%.

Dawk bi dħul aktar mill-medja ma kinux daqstant protetti għax il-Wage Supplement kien l-istess ammont għal kulħadd. Għalhekk kien proporzjon ogħla tad-dħul għal dawk bl-inqas dħul. Huwa dan li għamel l-iskema progressiva. Fil-fatt, l-istudju jirrimarka li l-aktar li kienu protetti kienu familji ta’ single parents, kif ukoll familji bi tliet ulied u aktar.

Skont l-analiżi tal-Bank Ċentrali, li kieku ma kienx hemm il-Wage Supplement, ir-rata ta’ dawk f’riskju ta’ faqar kienet titla’ minn 17% għal 22%. Meta tħares lejn l-għadd ta’ dawk f’riskju ta’ faqar, dan kien ifisser madwar 20,000 persuna aktar. Bl-introduzzjoni tal-Wage Supplement, tlieta minn kull erbgħa li kienu se jiġu f’riskju ta’ faqar ma ġewx f’din is-sitwazzjoni.

25.12.2022 08
L-Abbozz Numru 28 quddiem il-Kumitat Parlamentari wara l-btajjel

QBIL FUQ PREZZ LIMITAT TAL-GASS

Wara negozjati intensivi fil-Kunsill tal-Enerġija, li komplew fil-bidu ta’ din il-ġimgħa fi Brussell, il-Ministri tal-Enerġija tal-Unjoni Ewropea laħqu ftehim li se jkun qed jgħin biex jiddaħħal mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tas-suq, magħruf ukoll bħala gas price cap.

Il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tassuq hu maħsub biex iwassal għall-istabilità fis-swieq tal-gass naturali meta l-prezzijiet jibdew jogħlew b’mod eċċessiv. Din kienet is-sitwazzjoni fl-aħħar xhur fl-UE, meta l-prezzijiet żdiedu b’mod eċċessiv, partikolarment fix-xahar t’Awwissu, b’riżultat tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna.

F’kummenti lill-ġurnalisti fil-bidu tal-laqgħa, il-Ministru Maltija għallEnerġija, l-Ambjent u l-Intrapriża, Miriam Dalli, saħqet fuq l-importanza li jintlaħaq dan il-ftehim. Qalet li dan hu bżonjuż biex ikunu stabbilizzati kemm il-prezz kif ukoll is-suq talgass. Il-Ministru Dalli qalet li dan il-ftehim hu neċessarju anke għal Malta, peress li nużaw il-gass biex nipproduċu l-enerġija.

Kontra popli oħrajn, iż-żidiet fil-prezz m’affettwawx direttament lill-Maltin u l-Għawdxin sempliċement għax il-

Gvern, immexxi millPrim Ministru Robert Abela, iddeċieda li jissussidjah u kull tibdil kien assorbit mill-Istat.

Issa l-ftehim milħuq fl-UE għandu l-għan li jattiva dan il-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni meta l-prezz tal-gass jogħla ’l fuq minn  €180 u li fih jinkludi

salvagwardji għal sospensjoni u diżattivazzjoni biex b’hekk jiġi mħares is-suq.

Il-limitu tal-prezz milħuq flimkien mal-mekkaniżmu kollu se jwassal għal prezzijiet tal-enerġija aktar stabbli fl-Ewropa, minn fejn Malta timporta l-elettriku permezz tal-interconnector.

Il-Ministru Dalli stqarret li dan hu pass ’il quddiem. “Dak li esperjenzajna

madwar il-kontintent f’dawn l-aħħar xhur wassal għal piżijiet fuq l-ekonomiji, il-familji u l-industrija tagħna. Għalhekk hemm bżonn ta’ soluzzjoni differenti għas-sitwazzjoni preżenti f’tentattiv li jonqos il-prezz tal-gass għall-elettriku. Dan il-qbil hu pass fid-direzzjoni t-tajba u flimkien ma’ deċiżjonijiet oħrajn, hemm il-potenzjal li l-prezzijiet talenerġija jkunu kkontrollati.”

Il-gwerra kontra l-Ukranja wasslet għal prezzijiet għoljin tal-enerġija, u waqt li jidher li dawn se jippersistu fixxhur li ġejjin, l-UE qed tipprova timplimenta leġiżlazzjoni li sa ċertu punt jiġu kkontrollati dawn iż-żidiet.

“F’Malta ħadna d-deċiżjoni li nżommu l-prezzijiet tal-enerġija stabbli għall-familji u n-negozji, speċjalment meta l-maġġoranza tal-industriji tagħna huma ta’ daqs żgħir u medju. Dan ifisser li l-Gvern irid jaħdem aktar fuq livell Ewropew biex jassigura li ma jkunx hemm żidiet eċċessivi,” qalet il-Ministru, b’referenza għall-fatt li l-Gvern hu stmat li se jkun qed joħroġ aktar minn €1 biljun biex jissussidja l-prezzijiet tal-enerġija sas-sena d-dieħla.

Il-Ministri għall-Enerġija laħqu wkoll ftehim fuq żewġ regolamenti oħrajn f’każi ta’ emerġenza f’sitwazzjonijiet simili, waħda dwar il-permessi għas-sorsi rinnovabbli u l-oħra dwar is-solidarjetà f’każi ta’ kriżi.

B’IMPENN FAVUR L-AMBJENT F’TAS-SLIEMA U L-GŻIRA

Membri tat-tim mill-British American Tobacco (BAT) Malta dan l-aħħar ħaduha f’idejhom li jiġbru loqom ta’ sigaretti li jiġu mormijin tul il-promenade popolari minn Tas-Sliema sal-Gżira, waqt li l-kumpanija sponsorjat u installat ukoll 15-il ashtray ġdida għall-użu pubbliku fiż-żona bejn il-Lukanda Fortina u Manoel Island.

Din l-inizjattiva, li tifforma parti mill-istrateġija ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) tal-kumpanija, tibni fuq it-tradizzjoni annwali tagħha li fil-passat ratha tħawwel bosta siġar indiġeni, issebbaħ spazji pubbliċi ta’ rikreazzjoni u anke tipprovdi għajnuna lil diversi NGOs soċjali, fost oħrajn.

Fil-bidu ta’ din l-aħħar attività, taħt il-gwida professjonali tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni, it-tim ta’ BAT Malta ntlaqa’ mis-Sindku ta’ Tas-Sliema, John Pillow, u s-Sindku tal-Gżira, Conrad Borg Manché, fejn it-tnejn kellhom kliem ta’ tifħir, waqt li estendew il-gratitudni f’isem ir-residenti tażżewġ lokalitajiet.

Clint Bajada, Country Manager ta’ BAT f’Malta, qal li “r-riċerka wriet li l-loqom tas-sigaretti huma fost l-aktar forom komu-

ni ta’ skart u tipikament jintremew mingħajr ħsieb dwar l-effetti. L-inizjattiva ambjentali tagħna hi mmirata biex tagħmel lill-utenti aktar konxji dwar kif jarmu l-loqom tas-sigaretti tagħhom b’mod sigur u korrett.”

Ramon Deguara, Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni faħħar l-inizjattiva u qal li “BAT Malta qed tmexxi bl-eżempju firresponsabbiltà korporattiva tagħha lejn il-komunità u l-ambjent billi mhux biss tnaddaf żoni turistiċi popolari, iżda wkoll tisponsorja diversi ashtrays li ġew installati f’postijiet ewlenin. Nappellaw lill-pubbliku biex jagħmel użu mill-ashtrays u jikkontribwixxi biex it-toroq ta’ Malta jinżammu ħielsa miż-żibel.”

BAT Malta bdiet topera fl1907 u llum hija l-kumpanija ewlenija tat-tabakk fis-suq lokali b’kontribut sinifikanti għall-ekonomija Maltija.

Il-kumpanija tifforma parti minn British American Tobacco plc, il-grupp internazzjonali mwaqqaf fl-1902 u llum jimpjega aktar minn 52,000 ħaddiem fid-dinja bi preżenza attiva f’aktar minn 175 suq.

25.12.2022 09
Membri tat-tim ta’ BAT Malta jiġbru loqom tas-sigaretti bejn il-Gżira u Tas-Sliema, waqt li waħħlu ashtrays ġodda
Ministri tal-Enerġija fl-Unjoni Ewropea, fosthom dik Maltija Miriam Dalli, jiftiehmu biex jidħol mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tas-suq f’nofs il-kriżi li qed taffettwa ħażin lill-kontinent
stmat li l-Gvern se jkun qed joħroġ aktar minn €1 biljun waqt li jissussidja l-enerġija lokali
Hu

“KULĦADD JAF X’ĠID TAGĦMEL L-MCCF”

L-Istrina hi, bla dubju, fost l-aktar avvenimenti mistennija minna l-Maltin u l-Għawdxin, fejn l-għan komuni hu li kull sena jinġabru kemm jista’ jkun fondi biex il-Malta Community Chest Fund (l-MCCF) tkompli bil-ħidma siewja tagħha tul is-sena. Il-maratona ta’ 12-il siegħa, li bdiet fl-1995, tiġi organizzata bħas-soltu l-għada tal-Milied.

Illum il-ġurnata din id-data daħlet sew fil-kalendarju tal-Milied Malti, tant li saret tradizzjoni unika għalina. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tara wkoll attività li ġiet organizzata apposta għal Għawdex, li se tittella’ f’Villa Rundle fir-Rabat fl-istess ħin li tkun għaddejja l-Istrina. Din hi r-raba’ edizzjoni tal-maratona taħt il-patroċinju tal-President tar-Repubblika George Vella. Is-sena l-oħra hu kien kostrett jingħaqad mal-Istrina b’mod virtwali minħabba li kien għaddej minn żmien ta’ kwarantina. Il-President fisser kif l-MCCF isservi ta’ spalla għal mijiet ta’ persuni u l-familji tagħhom li minħabba l-mard jew sfidi soċjali oħrajn fittxew l-għajnuna u sabuha mingħand il-fondazzjoni.

“M’għandi l-ebda dubju li kull min jgħin fl-Istrina jaf bil-ġid kbir li tagħmel il-Malta Community Chest Fund. Il-kon-

tijiet tal-istess fondazzjoni huma kollha ppubblikati, u dejjem ikun żgurat li kull ċenteżmu li jinġabar imur għal min tassew għandu bżonnu.”

Kull min ta sehmu biex għal darb’oħra ssir l-Istrina ilu xhur sħaħ jgħin biex jittella’ programm varjat li joffri divertiment, b’repertorju wiesa’ ta’ mużika u logħob bis-sehem ta’ bosta personalitajiet Maltin.

Il-benefiċjarji li ngħataw xi forma ta’ appoġġ mill-fondazzjoni wkoll se jkunu preżenti fis-sala biex iwieġbu t-telefonati tad-donazzjonijiet. Ta’ min jinnota li dawn il-pazjenti jkunu ħerqanin jagħtu daqqa t’id lill-Istrina u juru l-apprezzament tagħhom lejn l-MCCF u jagħtu kuraġġ u wens lil dawk li għaddejjin minn xi saram ukoll.

Fl-aħħar jiem bosta minn dawn il-persuni resqu ’l quddiem u qasmu l-istejjer tagħhom mal-midja u mal-pubbliku biex juru l-impatt li l-fondazzjoni tħalli fuq kull min jitlob l-għajnuna tagħha.

Il-frażijiet “allaħares ma kinux

huma” u “huma jagħmlu l-impossibbli possibbli” spikkaw fid-dawl li l-MCCF toffri fost oħrajn għajnuniet finanzjarji lill-pazjenti u lil qrabathom li tkopri kura u trattament, u anke akkomodazzjoni f’każ li dak li jkun ikollu bżonn li jingħata l-kura barra minn Malta.

Ħafna minn dawn il-pazjenti qalu wkoll li sabu t-tieni familja tagħhom fil-voluntieri u l-ħaddiema tal-fondazzjoni, u li għalkemm għalihom personali kien żmien ta’ niket, matulu nibtu ħbiberiji speċjali li se jibqgħu jgħożżu tul ħajjithom. Minbarra s-sehem li jagħtu fl-Istrina stess, bosta pazjenti jibqgħu f’kuntatt kontinwu mal-fondazzjoni u joffru l-appoġġ huma stess lil min jitlob l-għajnuna. Huma lkoll esprimew sens ta’ gratitudni li grazzi għal din l-għajnuna kollha setgħu jkomplu b’ħajjithom u jgawdu lill-għeżież tagħhom. Ma naqsux l-appelli biex kull min hu f’pożizzjoni li jagħti donazzjoni jkun ġeneruż u jgħin lil min hu fil-bżonn.

Nafu kemm l-Istrina hi l-akbar rigal tal-Milied għal dawn il-pazjenti, għax tgħin ħafna biex ikunu ffinanzjati l-ivvjaġġar u l-mediċina li jkollhom bżonn. Dan kollu biex kemm jista’ jkun, il-pazjent u l-qraba jkollhom moħħhom mistrieħ u jkunu jistgħu jiffokaw fuqhom infushom.

Pazjenti, li bħalissa jinsabu barra minn xtutna għal kura, kif ukoll is-sorijiet Franġiskani f’Londra, se jkunu qed isegwu l-Istrina u jaraw il-frott ta’ xhur ta’ ħidma ta’ bosta u l-ġenerożità li l-poplu Malti magħruf għaliha.

Dan l-appell estendieh ukoll il-President Vella biex ilkoll nagħtu sehemna u nassiguraw li l-ġid kbir, li jagħmlu l-Istrina u l-MCCF, ikunu jistgħu jibqgħu jgawduh dawk fil-bżonn. “Nemmen li din is-sena l-bżonn li ngħinu lil ħutna hu possibbilment akbar mis-sena l-oħra, għax il-prezzijiet tal-mediċini żdiedu u n-numru ta’ benefiċjarji żdied b’mod konsiderevoli wkoll.”

Il-KullĦadd ukoll tingħaqad fl-appell u nħeġġu lill-qarrejja tagħna jiftakru f’min hu fil-bżonn. L-Istrina tibda minn nofsinhar u tibqa’ sejra sa nofsillejl, u se tixxandar fuq l-istazzjonijiet lokali kollha b’mod dirett.

25.12.2022 10
lil
hu
2090 8600
Il-President ta’ Malta George Vella b’appell biex waqt l-Istrina ta’ għada
ngħinu kif nistgħu
min
fil-bżonn

GWERER FIL-MILIED U L-BALLUN LI WAQQAF IL-ĠLIED 108 SNIN ILU

Il-waqfien mill-ġlied fl-ewwel Milied matul l-Ewwel Gwerra Dinjija fejn kien involut direttament saħansitra uffiċjal Ingliż li spiċċa sar Gvernatur ta’ Malta

Bejn l-1914 u l-1918, żewġ gruppi ta’ pajjiżi kienu maqbudin fil-ġlied tal-Ewwel Gwerra Dinjija – l-Imperu Ingliż, Franza, ir-Russja, l-Istati Uniti tal-Amerka u xi pajjiżi oħra fuq naħa u l-Ġermanja, l-Imperu Awstro-Ungeriż, l-Imperu Ottoman u pajjiżi oħrajn fuq in-naħa l-oħra.

Din il-gwerra, li ħalliet mad-disa’ miljun suldat mejjet, miljuni feruti u ħafna qerda fl-infrastrutura u fl-ekonomiji dinjin, wasslet ukoll għal qgħad u ġuħ enormi f’diversi pajjiżi. Politikament ukoll kien hawn taqblib kbir u tibdil enormi fejn diversi imperi tfarrku u feġġew diversi pajjiżi ġodda fuq il-mappa ġeografika.

F’din il-gwerra, eżattament fil-Milied tal-ewwel sena tagħha, seħħet xi ħaġa mhux normali meta ġlied qalil f’territorju Belġjan waqaf ħesrem b’mod spontanju. Bla approvazzjoni mis-superjuri u mill-pajjiżi li kienu qed jirrappreżentaw, suldati fuq iż-żewġ fronti ġew ma’ xulxin biex jikkontestaw logħbiet tal-futbol u jagħtu l-awguri lil xulxin, fost oħrajn.

Fil-fatt, il-waqfien ma kienx uffiċjali u seħħ f’xi nħawi biss bejn l-24 u s-26 ta’ Diċembru tal-1914. Dawn il-jiem baqgħu msemmijin bħala l-“Ftehim tal-Milied”. Dak iż-żmien fuq l-art ċatta tal-Belġju kienu qed iseħħu battalji ħorox u mdemmijin bejn iż-żewġ naħat, partikolarment is-suldati fuq it-trunċieri. Dan it-tip ta’ taqbid kien wieħed tal-biża’ fejn iż-żewġ naħat m’għamlux wisq akkwisti jew xi avvanzi. Battalji msemmijin f’din is-sitwazzjoni kienu fost l-oħrajn dawk ta’ Aisne, Marne u Ypres. Is-sitwazzjoni fil-post partikolari

Kitba u riċerka ta’ DAVID BARTOLO

fejn seħħet il-paċi, anke jekk temporanja, kienet terribbli wkoll minħabba l-art kollha ħama u spiss b’temp xejn favorevoli. Minkejja dan, f’dawk il-jiem tal-Milied ta’ 108 snin ilu, saru ġesti uniċi li difnu l-ġlied bejn il-partijiet.

Fil-fatt, suldati miż-żewġ naħat qasmu minn posthom, f’dik li kienet art li ma tappartjeni lil ħadd (No Man’s Land), u resqu lejn in-naħa l-oħra biex jawguraw l-isbaħ xewqat lill-għadu.

Minbarra dan, iżda, hu magħruf li saru wkoll ċerimonji ta’ dfin ta’ suldati mejtin u anke bdil ta’ priġunieri. Sar saħansitra kant flimkien ta’ għanjiet tal-Milied, magħrufin miż-żewġ naħat. Sar ukoll bdil ta’ ikel u tifkiriet, iżda l-aktar li baqgħu magħrufin kienu l-logħbiet tal-ballun.

Fost il-kapijiet tas-suldati li ħadu sehem f’dan il-waqfien spontanju kien hemm il-Brigadier-Ġeneral Ingliż Walter Congreve (1862-1927), li fl-aħħar tliet snin ta’ ħajtu wkoll serva bħala Gvernatur ta’ Malta fejn ukoll miet.

Fuq talba tiegħu personali, meta miet fit-28 ta’ Frar fl-Isptar Militari tal-Imtarfa, hu kien indifen fil-baħar xi mkien bejn Filfla u l-Qrendi. Lapida b’memorja tiegħu tinsab fuq l-irdum qrib it-Tempju tal-Imnajdra u Ħaġar Qim, waqt li l-kanal dejjaq bejn Malta u Filfla hu msemmi proprju għalih.

Għalkemm mhux magħruf wisq dettall dwar dak li seħħ fil-Belġju, min

ħareġ bl-idea, kif waslu għall-ftehim u l-attivitajiet organizzati, jirriżultaw rakkonti minn uħud li baqgħu ħajjin mill-konflitt. Anke għax, prattikament, kollox kien seħħ b’mod klandestin.

Jingħad li, Lejlet il-Milied u f’distanza ta’ inqas minn 300 metru minn xulxin, is-suldati Ingliżi bdew ikantaw b’leħen għoli diversi innijiet tal-Milied, l-iżjed biex juru lill-għadu li jinsabu fi spirtu għoli u b’hekk jinkuhom u jiżżufjettaw bihom. Min-naħa l-oħra, iżda biex ipattu, suldati Ġermaniżi ma damux wisq biex jibdew ikantaw għanjiet popolari f’ilsienhom.

Fost anke ċajt, jingħad li suldat jew uffiċjal wieħed Ġermaniż kien għajjat lejn in-naħa l-oħra b’Ingliż imkisser: “Tomorrow, you no shoot, we no shoot” Minn hemm nibet l-hekk imsejjaħ “Ftehim tal-Milied”.

Ta’ min jgħid li dan il-waqfien millġlied ma seħħx kullimkien inkluż fl-istess inħawi u kien hemm fejn il-konfront imdemmi baqa’ għaddej jew fejn dan kien biss għal ftit sigħat, l-aktar b’arranġamenti biex jiġu rkuprati l-katavri tas-suldati rispettivi.

Ta’ min jiftakar li, waqt li llum niċċelebraw din il-ġurnata b’diversi modi, inkluż b’xi ikla tajba f’atmosfera ta’ familja, fl-Ukrajna, b’mod partikolari, għadu għaddej il-ġlied u kif tħabbar fl-aħħar jiem ma kien hemm l-ebda ħsieb li jintlaħaq kompromess biex jitwaqqfu l-attakki, inkluż bil-bombi.

F’xi partijiet oħra tad-dinja, bħas-Sirja, ukoll għadhom għaddejjin il-konflitti. Ironikament anke fl-Art Imqadd-

sa fejn jaf l-għeruq tiegħu l-Milied hu bomba tal-ħin, lesta biex tisplodi minn ħin għall-ieħor fl-isfond tal-inkwiet antik bejn il-Lhud u l-Palestinjani, b’eluf jgħixu t-tensjoni ma’ kull ġurnata.

Sfortunatament fl-istorja kien hemm diversi taqbid ieħor jew ġrajjiet militari li seħħew f’dan il-jum partikolari tal-Milied. Din li ġejja hi lista ta’ wħud mill-aktar prominenti:

■ 1776 - Battalja bejn l-armata Amerikana u suldati Hessian li kienu alleati tal-forzi Ingliżi fir-Rivoluzzjoni Amerikana bejn il-Kolonji Amerikani u l-Ingilterra bejn l-1775 u l-1783;

■ 1862 - Taqbid seħħ f’Kentucky bejn il-Kavallerija tal-Konfederati (l-istati tan-Nofsinhar fl-Amerka) u truppi Nordisti (l-istati tat-Trammunta) waqt il-Gwerra Ċivili Amerikana, li damet bejn l-1861 u l-1865;

■ 1864 - Fl-istess Gwerra Ċivili Amerikana, flotta Nordista attakkat port vitali tal-istati Konfederati;

■ 1935 - Waqt il-Gwerra tal-Abbisinja (1935-1937), li bdiet bl-invażjoni tal-Italja fuq l-Abbisinja (llum l-Etjopja), l-Abbisinji attakkaw lit-Taljani u ħaduhom b’sorpriża;

■ 1939 - Attakk minn truppi Sovjetiċi fuq il-qagħdiet Finlandiżi waqt il-Gwerra tax-Xitwa, li seħħet bejn l-1939 u l-1940 meta l-Unjoni Sovjetika invadiet il-Finlandja;

■ 1941 - Il-gwardjan Ingliż iċedi f’idejn il-Ġappuniżi f’Hong Kong waqt it-Tieni Gwerra Dinjija (1939-1945);

■ 1942 - Fl-istess gwerra, suldati Ġermaniżi kienu qed imutu bil-guħ fil-Battalja ta’ Stalingrad fl-Unjoni Sovjetika u kellhom jinqatlu mat-12,000 annimal biex jittrejqu. Eventwalment fi Frar ta’ wara, is-Sitt Armata Nażista ċediet u seħħet l-ewwel telfa fuq l-art għal Hitler;

■ 1944 - Il-forzi Ġermaniżi ġarrbu telfiet kbar fl-offensiva tal-Ardennes fil-Lussemburgu;

■ 1972 - Seħħ bombardament kbir mill-forzi tal-ajru Amerikani fuq Hanoi, waqt il-Gwerra tal-Vjetnam, serje ta’ konflitti bejn l-1954 u l-1975 fix-Xlokk tal-Asja;

■ 1989 - Ġlied qalil f’Bucharest, ir-Rumanija, bejn l-forzi leali lejn Nicolae Ceaușescu, u r-ribelli kontrih fir-Rivoluzzjuni Rumena li seħħet f’Diċembru ta’ dik is-sena u wasslet għat-tmiem tad-dittatura Komunista.

25.12.2022 11
Iż-żona, dak iż-żmien No Man’s Land (fuq), fejn intlaħaq il-“Ftehim tal-Milied” u suldati miż-żewġ naħat tal-gwerra ngħaqdu (lemin) biex jagħtu l-awguri lil xulxin u jkantaw għanjiet festivi, fost oħrajn. L-unika taqtigħa bejniethom, li baqgħet immarkata waqt il-waqfien mill-ġlied, kienet għall-ballun f’logħob tal-futbol li organizzaw (inset)

Illum jaħbat proprju il-jum tal-Milied. Dan il-jum tal-Milied hu kkaratterizzat minn atmosfera sabiħa u ċelebrazzjonijiet soċjali, fejn għal diversi nies din hija waħda mill-isbaħ ġranet tas-sena.

Imma mhux għal kulħadd hekk. Hawn min għalih din il-ġurnata tfisser li jħossu waħdu aktar minn ġranet oħra.

Nieħu gost ħafna jekk bil-ħidma li wettaqna fl-aħħar xhur fis-settur kulturali u bis-saħħa ta’ dak li ġie provdut, min normalment iħossu waħdu f’dawn iż-żminijiet tant sbieħ, isib fil-kultura dar sabiħa li tagħtih sodisfazzjon u kuntentizza.

Lil kull min, għal diversi raġunijiet, iħossu waħdu fi żmien il-Milied, niddedika

l-ħidma li wettaqna lilu u lilha.

Bħala Ministeru tal-Kultura nedejna diversi inizjattivi biex dawn iż-żminijiet ikunu memorabbli kemm jista’ jkun, waqt li nissalvagwardaw ukoll tradizzjonijiet sbieħ marbuta mal-Milied.

Ħabbarna programm varjat ta’ attivitajiet tal-Milied li se jittella’ fil-Belt Valletta beda. Dan il-programm beda mill-25 ta’ Novembru sal-31 ta’ Diċembru 2022 bl-isem ta’ “Christmas in the Capital”. Aħna ppjanajna li nagħmlu madwar 25 avveniment f’25 jum.

Din kienet opportunità għall-familji Maltin u Għawdxin biex iżuru l-Belt Kapitali ta’ pajjiżna matul il-perjodu tal-Milied. Il-Belt Kapitali tagħna, għalkemm fiżikament waħda mill-iżgħar bliet kapitali fl-Ewropa, hija l-post perfett għal ċelebrazzjonijiet bħal dawn.

Dan l-avveniment jibni fuq l-impenn tagħna li niċċelebraw il-kultura fil-ġeneri diversi tagħha u nibqgħu nagħtu sostenn lill-artisti. Dan ilGvern hu kommess li nkomplu nkabbru l-attivitajiet kulturali fil-Belt Kapitali u f’diversi postijiet f’pajjiżna.

Dan il-Milied ilqajna lill-familji lura fil-Belt Valletta b’attivitajiet u b’attrazzjonijiet fuq medda ta’ xahar. Stajna

naraw baned fit-toroq u street walkers, korijiet u kunċerti mużikali minn numru ta’ gruppi popolari li jinkludu The New Victorians, MARA, Centrestage, Klinsmann, Tikka Banda, Big Friends Guggen Musik u Sterjotipi fost oħrajn.

Fil-Belt stajna naraw is-siġra tal-Milied armata fit-toroq u fil-pjazez ewlenin, presepji f’diversi partijiet tal-Belt u dwal li jakkumpanjaw dawn il-jiem.

Ta’ min isemmi wkoll id-dilettanti f’pajjiżna tal-presepji. Dawn il-presepisti jagħmlu xogħol kbir, li jeħtieġ jiġi valorizzat.

Hawn m’iniex qed nirreferi biss għall-wirjiet kollettivi tal-presepji li jsiru, imma anke fejn jidħlu l-presepji fid-djar fejn dak li jkun jiftaħ il-bibien ta’ daru biex min irid jidħol u jżur il-presepji.

Nirringrazzja minn qalbi lill-presepisti tagħna u lid-Direttorat tal-Kultura tax-xogħol li wettqu fl-aħħar xhur li m’għandix dubju se jinżel tajjeb ħafna ma’ kull min iħobb l-aspetti tradizzjonali tal-kultura.

Issa li l-ġranet tal-Milied ġew fi tmiemhom, nagħtu bidu għall-ġranet li se jwassluna għall-bidu ta’ sena ġdida. Wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija, din is-sena se jkunu qed jirritornaw ukoll fi

Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta, iċ-ċelebrazzjonijiet nazzjonali ta’ Lejlet l-Ewwel tas-Sena.

Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet se jibdew fl-10:00pm u jibqgħu għaddejjin sas-sigħat bikrin tas-sena l-ġdida.

Dan il-programm ma fihx biss varjetà mużikali iżda ser joffri l-opportunità lil diversi artisti biex juru t-talenti tagħhom fuq pjattaforma daqshekk kbira.

Kemm hu sabiħ li tara lill-poplu Malti u Għawdxi jgawdi flimkien dan l-avveniment li hu tant għal qalb innies! Ninsab ħerqan li nerġa’ nara din il-pjazza mimlija ħajja, briju u mużika sabiex flimkien nagħlqu din is-sena u nagħtu merbħa lis-sena l-ġdida.

Il-poplu Malti u Għawdxi se jkun jista’ jsegwi t-trażmissjoni diretta taċ-ċelebrazzjonijiet fuq l-istazzjonijiet televiżivi lokali minn ġewwa djaru, għas-sena l-ġdida bi prestazzjoni uptempo speċjali ta’ fużjoni bejn muzika orkestrali u elettronika b’mashup tal-aqwa mużika tal-ġeneru dance tal2022, flimkien ma’ effetti speċjali fuq il-palk u logħob tannar sabiex tingħata merħba mill-isbaħ lis-sena l-ġdida.

Inizjattiva li ma stajtx ma nsemmix u żgur se tkun qed

tgħin u tferraħ ħafna tfal hi “Agħti Rigal B’Imħabba”, ispirata minn mart u bint il-Prim Ministru Robert Abela – Dr Lydia Abela u ċ-ċkejkna Georgia Mae. Din l-inizjattiva rat li jiġu ppakkjati mijiet ta’ rigali, b’dawn ir-rigali li mbagħad jiġu mqassma lil tfal li forsi jgħixu f’sitwazzjonijiet differenti minn dawk li għandhom tfal oħra.

Naturalment irrid insellem lit-tfal kollha speċjalment dawk ċkejknin. Min jaf illum, kemm intom eċċitati tiftħu r-rigali ... xi ġmiel hux vera. Awguri lil kull tifel u tifla li jħobbu b’tant saħħa l-Milied.

L-aħħar kelma hija dik ta’ kuraġġ lill-komunità Ukrena li tinsab fostna li din is-sena se tgħaddi minn martirju u qsim il-qalb hekk kif qed issegwi x’qed jiġri f’pajjiżha tort il-gwerra insensata li għażel li jibda Putin. Il-Milied għall-Ukreni din is-sena se jkun wieħed iswed u doloruż. Nagħmlilhom kuraġġ u persważ li jafu li aħna l-Maltin qed ngħinu kemm nistgħu lil dawk li jinsabu fostna.

U fuq kollox nixtieq lilkom u lill-familji kollha tagħkom u lill-għeżież tagħkom, lill-Editur u lill-ħaddiema ta’ din ilgazzetta Milied hieni u sena ġdida, mimlija barka, sliem, u fuq kollox saħħa.

ĦSIBIJIET GĦAL TMIEM IS-SENA

jn kienet waħda li fiha saru l-votazzjonijiet għall-Baġit allokat għal kull Ministeru, b’hekk bħala Deputati Laburisti vvutajna konsistentement favur il-Baġit 2023 u l-istabbiltà li dan ser iġib miegħu għall-Maltin u l-Għawdxin kollha; tmiem xieraq għal dan l-ewwel tmiem tas-sena ta’ din il-leġiżlatura.

F’dan l-aħħar Ħadd tas-sena, normalment wieħed jieħu ftit ħin biex jieqaf u jirrifletti fuq dak li għadda, u jipprepara ruħu għal dak li tista’ ġġib magħha sena ġdida. Personalment, ma nistax ma naħsibx fuq din is-sena speċjali li matulha bdiet il-ħidma Parlamentari tiegħi.

Mil-lat Parlamentari, l-aħħar seduta li kellna nhar it-Tne-

Il-Parlament bil-kompożizzjoni ġdida tiegħu beda jitlaqqa’ f’Mejju, u s’issa kellna 71 seduta: sigħat twal ta’ ħidma biex inkomplu nilleġiżlaw skont l-aqwa interessi tal-poplu tagħna, apparti l-ħidma li ssir mill-kumitati varji tal-Parlament, u anke d-delegazzjonijiet u l-laqgħat lil hinn minn xtutna fi Strasburgu, Brussell, u f’kull rokna tad-dinja fejn hu neċessarju li nirrappreżentaw lil Malta b’responsabbiltà u mħabba għal pajjiżna.

S’issa ġew ippubblikati wkoll 31 abbozz, li jfisser li l-aġenda Parlamentari għas-sena d-dieħla hija diġà waħda mimlija sew, u la nidħ-

lu lura f’Jannar se nkomplu għaddejjin bi grinta liema bħalha sabiex nirriformaw lil pajjiżna biex inkomplu nwittqu t-triq għal soċjetà iżjed ħanina, u nindirizzaw in-nuqqasijiet leġiżlattivi, inkomplu nsaħħu l-istituzzjonijiet u ntejbu l-kwalità tal-ħajja, skont il-mandat li tajtuna din is-sena. Inħares ’il quddiem għal iżjed ħidma bħala Deputat Whip ma’ sħabi fil-Grupp Parlamentari.

Ħidma Politika

Qed nieħu l-opportunità wkoll biex naħseb dwar ir-raġunijiet għalfejn għażilt din it-triq tal-ħajja politika. Niftakarni fil-bidu tal-attiviżmu tiegħi fil-Partit Laburista bħala żagħżugħa ta’ 21 sena – kemm kelli aspettattivi għal xi rrid nara għal pajjiżi, li dak iż-żmien, ftit wara li tela’ Gvern Laburista, kien beda proċess ta’ ħafna bidliet importanti! Dak iż-żmien, kont noħlom b’pajjiż fejn l-ugwaljanza

ma tibqax fuq il-karta biss, u maż-żmien dan il-Gvern wettaq riforma wara oħra għal dan l-għan.

Kont nixtieq li nara opportunitajiet ta’ xogħol għalina ż-żgħażagħ li ma jkunux skarsi, imma jkunu fl-abbundanza u ta’ kwalità: illum pajjiżna mhux biss għandu l-inqas rata ta’ qgħad ta’ kull żmien, imma bqajna nattiraw l-investiment anke f’dawn iż-żminijiet ta’ inċertezza internazzjonali.

Kont nittama li meta niġi biex nixtri l-ewwel post tiegħi, insib xi tip ta’ sostenn finanzarju. Sena wara oħra, il-Gvern qed jagħti sostenn indispensabbli għall-firsttime buyers meta jkunu qed jagħmlu dan il-pass.

Kont ninkwieta għan-nanniet, u għall-anzjani tagħna, u kont nittama li jibqgħu jsibu lil min jieħu ħsiebhom u jsostnihom, wara kemm ħadu ħsieb lilna tul ħajjithom. Dan il-Gvern baqa’ jagħti prijorità lill-anzjani, u t-tisħiħ tal-pensjonijiet huwa xhieda

ta’ dan.

Fl-aħħar snin, affaċċajna kull sfida li ġiet għal wiċċna b’suċċess, u komplejna ninbidlu, imma l-qalb tagħna Laburista għadha tħabbat. Minħabba dawn ir-raġunijiet u ħafna, ħafna iżjed, jibqa’ jiġġeddidli s-sens ta’ impenn għall-ħidma fi ħdan il-Partit Laburista.

Is-Solitudni

Biex nagħlaq, dan il-jum tal-Milied iġib miegħu ħafna għaqda u ferħ lil bosta, iżda jista’ wkoll jiftaħ ferita kbira lil min iħossu waħdu, lil min għaddej minn żmien iebes, jew lil min tilef lil xi ħadd għażiż. Ejjew inkunu konxji ta’ din il-pjaga, u naħsbu ftit jekk nistgħux inkunu ta’ faraġ għal xi ħadd. L-iċken ħsieb jista’ jfisser id-dinja għal xi ħadd li jkollu bżonn l-appoġġ.

Nawgura Milied hieni lilkom il-qarrejja leali talKullĦadd , u lill-familji tagħkom.

25.12.2022 12
Ministru OWEN BONNICI Membru Parlamentari NAOMI CACHIA
ILLUM

ĦNIENA ĠUSTA

dawk l-aktar fil-bżonn. Kull darba li l-poplu Malti jkun mitlub jgħin lil min hu filbżonn, iqum għall-okkażjoni u jagħti xhieda b’saħħitha ta’ solidarjetà.

Soċjetà b’saħħitha ma titkejjilx biss mill-ġid materjali. Anke jekk il-ġid materjali huwa essenzjali għal soċjetà b’saħħitha. Iżda hemm kejl ieħor li jiddistingwi poplu minn ieħor: is-solidarjetà li l-poplu juri ma’ dawk filbżonn.

Lejn il-bidu tal-Papat tiegħu, Papa Franġisku tkellem dwar “il-globalizzazzjoni tal-indifferenza’’. Dan għamlu f’kuntest ta’ nuqqas ta’ ħarsien globali f’soċjetajiet avvanzati ma’ dawk l-aktar fil-bżonn.

Bħala poplu, bħal kull poplu, għandna n-nuqqasijiet tagħna – iżda żgur li m’aħniex indifferenti ma’

Il-kelma ħniena għalina l-Maltin mhix sempliċement kelma li nużaw – hija parti mit-tessut soċjali tagħna, hija dik li tagħmilna Maltin u li tiddistingwina minn ħaddieħor – mhux biss issa, iżda minn dejjem.

Is-soċjetà Maltija hija moderna, avvanzata u kożmopolitana. Iżda hija wkoll soċjetà ħanina, li taf tħobb u tgħin. Il-valuri tal-ġustizzja soċjali, u l-appoġġ lill-batut, huma mnaqqxa fil-qlub tal-Maltin.

Jekk immorru lura fl-istorja ta’ pajjiżna naraw eżempji konkreti ta’ poplu ħanin u li jaf iħobb u jgħin. Jgħin mhux biss lil ħutna Maltin stess, iżda saħansitra popli oħra ’l bogħod ferm minn xtutna. Mal-erbat irjieħ tad-dinja nsibu proġetti ta’ fejda b’risq popli oħra fil-bżonn. Dan apparti li f’diversi okkażjonijiet gruppi ta’ Maltin marru barra minn xtutna jgħinu lil min hu fil-bżonn.

Mal-milja tas-snin, Malta tagħna għamlet progress ekonomiku kbir. Illum pajjiż-

na, minkejja li huwa żgħir fiddaqs, għandu tkabbir ekonomiku li jisboq dak ta’ pajjiżi ferm akbar minna fl-Ewropa. Raġuni ewlenija ta’ dan il-progress hija r-reżiljenża tal-Maltin, u s-sens qawwi imprenditorjali li għandna fostna. Bla dubju li l-politika għaqlija li dejjem ħaddem il-Partit Laburista millGvern inċentivat lill-Maltin biex jaħdmu u jirnexxu. Għax aħna partit b’ruħ soċjali, li qalbna tħabbat għal dawk l-aktar fil-bżonn. Għax il-politika tagħna mibnija fuq il-kredu soċjalista Laburista li għandu fiċ-ċentru tiegħu lill-bniedem.

Ikkunsidraw biss fatt wieħed: kważi tliet snin ilu d-dinja nħakmet minn pandemija globali. Madwar id-dinja ntilfu miljuni ta’ impjiegi u fallew għexieren ta’ eluf ta’ negozji. F’Malta konna fost il-ftit eċċezzjonijiet li dan ma seħħx. Ma seħħx għax il-poplu tagħna wera reżiljenza qawwija, u għax Gvern Laburista wieżen lin-negozji u lill-ħaddiema. L-istess qed jagħmel bħalissa meta fl-Ewropa għaddejja gwerra. Mhux talli ma għotorniex, iżda l-ekonomija tagħna kompliet tikber u

toħloq ix-xogħol.

Iżda l-ħajja mhix biss ekonomija u flus. Is-saħħa hija l-aktar ħaġa għażiża li għandu l-bniedem u n-nuqqas tagħha joħloq sfidi enormi lil min saħħtu ma tagħtihx aktar. Fil-ħidma tiegħi bħala Ministru rrid nixpruna ħidma akbar lejn it-tkattir ta’ kultura favur aktar saħħa u sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol. Irrid li flimkien ma’ stakeholders naslu biex is-settur tal-kostruzzjoni jkun regolat aħjar kemm għall-benefiċċju ta’ min jaħdem fis-settur, kemm ta’ min jgħix viċin l-iżvilupp u anki ta’ min qed jonfoq ammonti sostanzjali biex jakkwista proprjetà.

Il-mard iġib sfidi kbar, mhux l-inqas dawk finanzjarji. Hawnhekk ukoll il-poplu dejjem wera solidarjetà qawwija ma’ ħutna fil-bżonn minħabba mard. Anzi, f’dan is-sens, il-poplu tagħna huwa solidali immens.

L-għada tal-Milied, l-Istrina. Għal ġurnata sħiħa tittella’ attività fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televiżjoni f’pajjiżna, li matulha l-poplu jkun mistieden jagħti l-appoġġ finanzjarju biex ngħinu lil Malta Community Chest Fund

tgħin lil min ikollu bżonn il-kura minn mard qalil. Sena wara l-oħra, il-Maltin jikkontribwixxu bi ħġarhom, u kull sena tinġabar somma flus kbira. Ix-xogħol li jagħmlu tal-Community Chest Fund huwa imprezzabbli. Konvint li din is-sena wkoll il-poplu se jkun ġeneruż ħafna.

L-għajnuna lil ħutna l-aktar fil-bżonn hija ħniena ġusta li bħala poplu nemmnu bis-sħiħ fiha u li, fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, se nkomplu nindukraw.

Il-valuri tal-ġustizzja soċjali, u l-appoġġ lill-batut, huma

INSELLMU LIS-SENA 2022

il-Gvern Laburista kien, għadu u se jibqa’ impenjat li jbiddilha f’aktar ħidma sabiex inkomplu mmexxu lil pajjiżna ’l quddiem.

Fl-ewwel mitt jum mill-ewwel mandat ta’ Robert Abela bħala l-Prim Ministru ta’ Malta, wettaqna diversi riformi u ħadna diversi deċiżjonijiet iffukati biex itejbu ħajjet il-poplu kollu. Riforma ewlenija kienet l-emendi fil-liġi tal-IVF. Numru ta’ familji, ta’ koppji llum, jistgħu jsejħu lilhom infushom ġenituri tattfal tagħhom.

tal-carers u d-dritt ta’ flessibbiltà fuq il-post tax-xogħol.

Madanakollu, tajjeb ukoll li nirrikonoxxu li din is-sena, bħalma kienu l-aħħar ftit snin, ma kinitx faċli. L-isfidi esterni komplew jagħmlu pressjoni fuq diversi pajjiżi u l-popli tagħhom. Malta ma kinitx eċċezzjoni.

faxxa vulnerabbli tas-soċjetà. Ftit tal-jiem ilu, ’il fuq minn 45,000 familja u 86,500 individwu rċevew bejniethom ’il fuq minn 16-il miljun f’għotjiet addizzjonali tal-COLA.

burista u grazzi għall-fiduċja tal-kostitwenti tiegħi, ser noħrog minnha bħala Deputata Laburista.

Issa li wasalna fl-aħħar ta’ din is-sena, tajjeb li nirriflettu fuq il-kisbiet li għamilna flimkien, kif ukoll fuq l-isfidi li bħala pajjiż għaddejna minnhom.

Is-sena 2022 kienet sena sinifikanti għall-poplu Malti u Għawdxi, u għall-Partit Laburista. Sena fejn il-poplu ta mandat ġdid u b’saħħtu lill-Partit Laburista u lillPrim Ministru Robert Abela. Dak il-mandat, dik il-fiduċja,

Komplejna nwettqu dak li wegħedna meta vvotajna sabiex l-art fiż-Żonqor tibqa’ mhux mittiefsa u art fil-Kottonera tingħata lura lin- nies. Mhux dan biss, daħħalna wkoll il-kunċett tal-femiċidju u daħħalna drittijiet ġodda maħsuba biex iġibu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja fosthom, iż-żieda fil-paternal leave għal għaxart ijiem, aktar leave imħallas lill-ġenituri, id-dritt ġdid għal leave

Iżda minkejja dan kollu, bqajna ffukati fuq il-ħtieġa li Malta trid tibqa’ miexja ’l quddiem, bin-nies prijorità. Quddiem dawn ir-realtajiet u sfidi internazzjonali, il-Gvern mhux talli ma dawwarx wiċċu għalihom iżda indirizzahom u ttieħdu numru ta’ passi dwarhom.

Bid-deċiżjonijiet li ħa l-Gvern, l-ekonomija talpajjiż kompliet tissaħħaħ u b’hekk stajna nkomplu nkunu ta’ sostenn għall-poplu kollu, partikolarment għal dawk vulnerabbli.

Fil-Baġit imħabbar f’Ottubru li għadda, rajna diversi miżuri soċjali li bihom ser inkomplu nwieżnu lill-aktar

Komplejna nżidu lill-pensjonanti, iċ-children’s allowance, il-carers grants għal ġenituri li jibqgħu d-dar jieħdu ħsieb lil uliedhom li għandhom diżabilità severa, komplejna nagħtu għotjiet lill-first time buyers, fost miżuri oħra. Ma żidna l-ebda taxxa fuq il-poplu kollu. Ħabbarna miżuri li bihom ser inkomplu mexjin lejn ekonomija u pajjiż aktar sostenibbli.

B’dan u ħafna aktar, ser inkomplu nwettqu l-bidliet meħtieġa sabiex inħallu legat ta’ pajjiż sostenibbli u ambjent sabiħ, bi spazji miftuħa għat-tgawdija tal-familji Maltin u Għawdxin.

Iżda s-sena 2022 għandha wkoll sinifikat ieħor għalija. Dħalt f’din is-sena bħala kandidata u attivista La-

Din il-kariga fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna għalija hija responsabbiltà li kommessa li nibqa’ nsarrafha f’aktar ħidma għal pajjiżna u l-poplu kollu. Ħidma li se nkompli nwettaqha b’lealtà u b’ħilti kollha sabiex intejbu u nsaħħu lil Malta ta’ Għada.

Sena ġdida, b’aktar grinta, determinazzjoni u ħidma favur Malta, ħidma għal ħajja aħjar għall-Maltin u l-Għawdxin kollha. Inkomplu nħarsu ’l quddiem għal aktar kisbiet, għal aktar riformi u deċiżjonijiet meħtieġa li se jkomplu jwasslu għall-għan ewlieni – dak li Malta tkun fuq quddiem nett, mhux biss fejn jidħlu figuri ekonomiċi, iżda wkoll fejn tidħol il-kwalità tal-ħajja u tal-miri ambjentali.

Nawgura lill-poplu kollu Milied hieni u sena ġdida mimlija paċi, ferħ u saħħa.

25.12.2022 13
mnaqqxa fil-qlub tal-Maltin
Ministru STEFAN Membru Parlamentari CRESSIDA GALEA

20 ta’

SENA B’SAĦĦITHA GĦALL-PARTIT

27 ta’ Ottubru, 2022 –Quddiem l-isfidi, Gvern Laburista jibqa’ jagħżel li jkun man-nies. Messaġġ li wassluh il-President tal-PL Ramona Attard u d-Deputat Randolph de Battista wara l-preżentazzjoni tal-Baġit 2023, li ntlaqa’ tajjeb minn kull settur u li hu bbażat fuq prinċipji ta’ ċertezza u stabbiltà.

1 ta’ Mejju, 2022 – B’għajta qawwija l-Prim Ministru u Mexxej Laburista jistqarr li l-Partit Laburista hu l-akbar xhieda ta’ Gvern li lill-ħaddiem jipproteġih u mhux jgħakksu. Bi kburija, il-PL jista’ jiftaħar li lill-ħaddiem iċċelebrah kuljum bid-deċiżjonijiet li ħarsulu l-impjieg u li ma għabbewhx b’piżijiet ġodda.

6 ta’ Lulju, 2022 – Mitt jum tal-PL fil-Gvern li raw dak li hu magħruf għalih il-Moviment: Dak li jwiegħed, iwettqu. L-ewwel tliet xhur mill-elezzjoni raw ukoll wegħdi u miżuri mħabbra jiġu implimentati. Partit li ma jiddejjaqx jieħu deċiżjonijiet, għax jaf li dak li qed jaħdem għalih se jgawdi minnu l-poplu kollu.

25.12.2022 14
Frar, 2022 – Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista jniedi l-kampanja elettorali “Malta Flimkien, il-Futur Sabiħ”. L-għajta tal-kampanja bbażata fuq pajjiż isbaħ, kwalità ta’ ħajja aħjar, opportunitajiet għal kulħadd. Robert Abela jispjega li dawn huma l-għanijiet li jridu jintlaħqu b’ħidma flimkien għall-futur. U biex jintlaħqu l-Partit Laburista beda jippreżenta pjan b’saħħtu li ressaq quddiem il-poplu Malti u Għawdxi.

30 ta’ Marzu, 2022 – B’rebħa elettorali friska u jumejn wara l-ġurament tal-ħatra tiegħu, il-Prim Ministru jfakkar it-43 anniversarju ta’ Jum il-Ħelsien b’messaġġ qawwi: “L-ikbar ħelsien li rrid nara llum hu l-ħelsien mill-politika tal-firda, il-mibegħda u l-konfront. Ibqgħu emmnu fis-saħħa tal-għaqda tagħna. Malta flimkien. Il-futur sabiħ. Il-futur issa f’idejna lkoll.”

27 ta’ Marzu, 2022 – Il-Partit Laburista jirbaħ l-Elezzjoni Ġenerali hekk kif il-poplu Malti u Għawdxi jerġa’ jafdah bit-tmexxija tal-pajjiż. Il-poplu sab Partit li jħares lejn il-futur, għax jemmen mhux biss f’pajjiżu, imma fuq kollox fil-poplu stess. Bl-akbar maġġoranza fl-istorja, l-elettorat għażel b’mod ċar li jrid Malta li tħares ‘l quddiem b’politika mfassla mill-Partit Laburista.

GĦALL-PARTIT LABURISTA

29 ta’ April, 2022 – Il-Konferenza Ġenerali tal-PL tiltaqa’ b’aġenda li tħares lejn it-titjib tal-qagħda talMaltin u tal-Għawdxin b’politika favur ħajja aħjar. Il-Konferenza rat ukoll diskussjoni dwar punt kruċjali: it-tiġdid u l-bidla biex il-Partit jibqa’ joffri tmexxija kredibbli u soda għal Malta.

12 ta’ Novembru, 2022 – Il-programm LEAD tal-PL kompla jissaħħaħ b’20 mara oħra. Programm li għandu l-għan ewlieni li jkompli jżid sehem il-mara fil-politika, fl-ambizzjoni tal-Partit li fl-inqas żmien possibbli jibqa’ jġib bidla kulturali u politika. Il-PL jemmen u ħadem bissħiħ biex iżid sehem il-mara u r-rappreżentanza tagħha fil-Parlament.

19 ta’ Novembru, 2022 – Fl-għeluq tas-sessjoni plenarja tal-Konferenza Ġenerali Annwali, il-Prim Ministru jitkellem dwar il-fiduċja li tintwera f’pajjiżna u li kienet kruċjali biex fl-aħħar snin il-Partit Laburista fil-Gvern wettaq tant bidliet biex Malta mxiet ’il quddiem. Din il-fiduċja msejsa fuq politika li hi bbażata fuq kemm il-Partit jemmen f’Malta, fuq kemm iħobb lil pajjiżu, u kemm hu konvint mill-ħiliet tan-nies.

25.12.2022 15
11 ta’ Diċembru, 2022 – Il-Partit jiġbor aktar minn nofs miljun f’donazzjonijiet waqt maratona ġbir ta’ fondi mtellgħa fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela, flimkien mal-Amministrazzjoni tal-Partit, jirringrazzja lil dawk kollha li kkontribwixxew b’ċifra li se tkompli ssaħħaħ lill-Partit ħalli jibni pajjiż fejn kulħadd jista’ jaspira u jikseb dak li jixtieq. Fiduċja f’pajjiżna. Wara tliet ġabriet din is-sena, il-poplu investa b’kollox iżjed minn €1,900,000 fil-politika Soċjalista ta’ dan il-Moviment, illum immexxi minn Robert Abela. 4 ta’ Novembru, 2022 – L-unika telfa kbira Laburista fl-2022 se tibqa’ dik tal-Eks Prim Ministru u Eks Mexxej tal-Partit Karmenu Mifsud Bonnici f’dan il-jum fl-għomor ta’ 89 sena.

SKEDA ĠDIDA TA’ ĠBIR TA’ SKART

Fl-2019, il-Gvern nieda proċess ta’ konsultazzjoni ma’ stakeholders ewlenin dwar l-immaniġġjar tal-iskart f’pajjizna. Fil-fatt, kien ġie ppubblikat qafas ta’ pjan nazzjonali sabiex iservi bħala bażi għal din id-diskussjoni.

Fost dawn l-istakeholders, hemm il-kuntratturi li jagħtu s-servizz talġabra, il-Kunsilli Lokali u r-Reġjuni, l-iskemi li jagħtu s-servizz għal ġbir riċiklabbli, il-Wasteserv li għandha jispiċċa l-iskart miġbur, il-produtturi, l-Awtorità għar-Riżorsi, il-Ministeru għall-Gvern Lokali u dak ambjentali, fost l-oħrajn.

Stakeholder ewlieni u forsi l-aktar importanti, huwa r-resident, li jiġġenera u jiddisponi mill-iskart tiegħu u li kull riforma, bidla jew kull ħaġa oħra, tiddependi mill-attitudni, l-aptit u d-determinazzjoni tiegħu li jifhem li li hu wkoll irid jagħmel il-parti tiegħu.

Tul dan il-proċess ta’ konsultazzjoni, wara diversi laqgħat li involvew diversi nies, ġie stabbilit li t-triq ’il quddiem għal pajjizna għandha tkun li l-ġbir tal-iskart jibda jsir mill-Kunsilli Reġjonali.

Dan anki wara konsultazzjoni u proċess ta’ studju li sar minn kumpanija ewlenija barranija fis-settur. S’hawn, dan it-tibdil bl-ebda mod ma jaffettwa lir-resident għaliex isservizz bieb bieb ser jibqa’ jingħata bl-istess mod kif kien isir qabel.

Li se jinbidel għar-resident hija l-iskeda tal-ġabra, imma dwar dan nispjega aktar ’l isfel.

Proprju f’Ġunju li għadda, inħarġu sitt sejħiet, waħda għal kull Reġjun, sabiex dawk interessati jissottomettu l-prezz tagħhom, skont il-kriterji li kien hemm fl-istess sejħiet. Irrid ngħid, li l-kriterji mitluba u l-obbligi tal-kuntratturi, issa se jkunu miżjuda b’mod li t-tama hi li jitjieb is-servizz.

Biex nagħti eżempju, it-trakkijiet tal-ġbir, issa jridu jkunu mgħammra b’sistema ta’ kamera li tirrekordja dak li jkun qed iseħħ waqt ir-rotta. Kull trakk irid ikollu sistema li timmoniterja minn fejn qed jgħaddi u f’ħin reali. Kull trakk irid ikollu miżien li jiżen il-piż tal-iskart li jkun ġabar appena jlesti lokalità.

Dan se jagħti l-possibbiltà li per-

ess li l-ġabra hija fuq bażi Reġjonali u mhux kuntratt għal kull lokalità, dan ikun jista’ jibqa’ għaddej jiġbor fil-lokalità ta’ fejn għadu kemm spiċċa l-ġabra bla ma jkollu għalfejn imur jarmi l-Wasterserv u jirritorna lura. Dan għandu jwassal għal inqas vjaġġi ta’ vetturi kbar fit-toroq.

Rajna wkoll li jkun hemm upgrade fil-kwalità tal-vetturi u saħansitra, 10% tal-flotta trid tkun elettrika sa sitt xhur minn meta jibda s-servizz. Hemm maħsub ukoll diversi multi li jistgħu jiġu mogħtija jekk jinkisru dawn u kundizzjonijiet oħra li hemm fil-kuntratti.

Il-parti li ser taffettwa lill-pubbliku b’mod dirett hija l-iskeda, jiġifieri x’se jkun qed jinġabar f’ kull ġurnata.

L-iskeda ser tinbidel kif ġej

• It-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa ser tinġabar il-borża organika (il-borża l-bajda).

• It-Tlieta u s-Sibt skart imħallat (ilborża s-sewda).

• Il-Ħamis il-borża riċiklabbli (ilborża l-ħadra jew griża).

• Il-Ħadd ma jsir l-ebda ġbir.

• Il-ħġieġ jinġabar kull l-ewwel u t-tielet Ġimgħa tax-xahar.

Kif wieħed jista’ jinnota fl-ebda ġurnata mhu se jkun qed isir ġbir ta’ skart jew boroż imħallta u dan għandu jgħin sabiex il-ġabra tkun aktar effiċjenti u tieħu inqas ħin biex titlesta.

L-appell tiegħi huwa li kulħadd jagħmel sforz kollettiv sabiex nimxu ma’ din l-iskeda u anki li naċċertaw li f’kull borża jintefa’ l-iskart it-tajjeb separat.

Dan huwa obbligu ta’ kull wieħed u waħda minna għaliex il-problema ta’ kemm niġġeneraw skart u fejn jintefa’ hija problema tagħna lkoll.

Irrid nieħu l-okkażjoni f’dan l-aħħar artiklu għal din is-sena, sabiex nawgura lilkom il-qarrejja kif ukoll lil dawk kollha li b’xi mod għandhom x’jaqsmu mal-Gvern Lokali, Milied hieni u sena mimlija saħħa u prosperità. Awguri!

Sur Editur, Il-Milied it-tajjeb lilek u lil kulħadd. Hekk, ħa neħles millawguri l-ewwel. U awguri lil Melda tiegħi, avolja ngħidilha viva voce, imma aħjar insemmiha hawn ukoll. Għax ħoll xagħrek u ġib iż-żejt inkella.

Mhux iż-żejt li m’għandhomx f’wiċċhom tan-naħa l-oħra ta! Dak żejt ieħor. Żgur li mhux pur u verġni. Taf għalfejn qed ngħidlek hekk, Sur Editur? Le, hux. Mela ħa ngħidlek jien, Sur Editur.

Għax jien m’iniex ipokrita bħalhom. Jagħmlu sena jaqilgħu l-kakka lil kulħadd, imbagħad isiru qaddisin mexjin fl-art u fi żmien il-festi kollhom dlik u kollhom awguri. Mela hekk sew, matul is-sena jikkalunnjaw lil kull min ma jaqbilx magħhom, anki lil ta’ madwarhom stess, imbagħad jiftakru li se jitwieled il-bambin, u tarahom kollha ipokrezija jawguraw il-festi t-tajba. U ħalluna! Jien mhux bħalhom. Jien nawgura lil dawk ta’ rieda tajba u lil dawk li matul is-sena jaġixxu ta’ merda miegħi, imorru jitnellħu. Punto e basta.

Ħa nibda mill-Kap tagħhom. Dil-ġimgħa qalilna li jrid iwaqqaf lill-partit tagħna milli jikteb l-istorja. Għax għajjur, Sur Editur. Il-partit tagħna fil-gvern qed jikteb l-istorja. Tagħhom ħlief ħrejjef ma kitibx, u bih suppost imexxi lill-partit tagħhom, mhux ħrejjef biss qed jikteb, imma kazzati.

Skużani qed nikteb hekk fil-Milied Imqaddes, Sur Editur. Imma kif għidtlek, jien m’iniex ipokrita. Bħal dawk li fiż-żmien kienu mal-partit tagħna, u llum, Alla jbierek, saru Nazzjonalisti u wħud minnhom deputati tagħhom ukoll. Ifhem, għandhom kull dritt ta! Għax fid-dinja minn kollox issib. Hawn min fetaħ għajnejh u ġie mal-partit tagħna u hawn min minn premier niżel third division.

Bħal dak li issa sar b’żewġ kunjomijiet is-Sammut Sassi. Issa Sassi sa fejn naf jien bit-Taljan u tfisser ġebel. U jħobb jitfa’ ġebel dan ta, Sur Editur! L-aħħar li tefa’ l-ġebel lejn is-saħħa u l-edukazzjoni. Qal li ż-żgħażagħ huma mħassbin dwar saħħithom u dwar x’edukazzjoni qed jieħdu. Ħa nitfagħlu kantun mela.

Il-qasam tas-saħħa ta’ pajjiżna huwa wieħed mill-aħjar li ssib. Ara kif imxejna matul il-pandemija! Kulħadd ifaħħarna. U ara jekk hawnx servizz tas-saħħa b’xejn f’pajjiżi oħra. U pilloli b’xejn u x’naf jien. Fuq xiex iridu jkunu mħassba ż-żgħażagħ? U x’irid jgħid dan dwar l-edukazzjoni? Kien dejjem Gvern tagħna li saħħaħ l-edukazzjoni. U ta stipendji u eżamijiet b’xejn u trasport b’xejn. U fl-iskejjel tal-lum hemm kull opportunità possibbli. Min ma jridx ma jitgħallimx.

Fl-iskejjel jitgħallmu ħafna suġġetti, Sur Editur. Fosthom l-etika, apparti kif tkun ċittadin tajjeb u ma ġġorrx armi fuqek. U mhux għall-ġebel qed ngħid.

Imma dawn hekk, Sur Editur. Jitfgħu l-ġebel ħalli jiżirgħu t-taħwid. Imbagħad irid jiġi jagħtina l-awguri tal-Milied u ta’ sena mimlija b’dak li tixtieq qalbna? Naf li l-Milied, imma tiġini f’moħħi d-diska ta’ Marco Masini jien meta naqra dawn.

Dan huwa obbligu ta’ kull wieħed u waħda minna għaliex ilproblema ta’ kemm niġġeneraw skart u fejn jintefa’ hija problema tagħna lkoll

F’kollox hekk il-partit tagħhom. Mela dan l-aħħar l-istilla tal-Ewropa, Berta l-Metsola ma kinitx fl-aħbarijiet marbuta mal-korruzzjoni? U skont hi, l-akkużi ta’ korruzzjoni huma attakk fuq id-demokrazija Ewropea? Mela ma joħroġx mit-toqba ħabibha! David l-Għarukaża! U wara li xewwex kontra l-Gvern tagħna, qalilna li l-Grupp tal-PiPiEe fi ħdan l-Unjoni Ewropea qed iqisu l-indħil tal-Gvern Malti fejn jidħol ix-xandir pubbliku bħala theddida għad-demokrazija. Vavati.

Hekk dejjem moħħhom dawn! Kif dejjem ngħid, dejjem l-istess diska mġenġla. U ajma Sur Għarukaża! Mur kompli staħba fit-toqba, tagħmel pjaċir lil kulħadd! Nesa dan l-għaref l-indħil tal-Gvern tagħhom. Meta nofs il-ġurnalisti tal-Wann Oh! Wann sabu ruħhom il-PeeBeeEss. U kollox ikkontrollat minnhom. Imma nsomma. U l-Ħamis qalulna li qed tkompli tiggrava s-sistema tal-ġustizzja f’pajjiżna. Imma Marija tal-Ħniena, kollox ħażin? Ara kemm għamel riformi u titjib il-Gvern tagħna f’dan il-qasam ta! Vera partit tal-ħabba gozz!

Awguri mill-ġdid. Għad-dieħla!

25.12.2022 16
President Sezzjoni Kunsilliera PL MARIO FAVA
Bin it right. The organic bag is white. S eparate right, make our future bright

RASPUTIN U L-WAQGĦA TA’

Persunaġġ li fis-seklu 19 kien popolari ferm fir-Russja, kien bla dubju ta’ xejn Grigori Yefimovich Rasputin. Rasputin twieled lil koppja raħħala, li kienet tgħix fil-villaġġ Siberjan ta’ Pokrovskoye. Tqies bħala bniedem mistiku u pproklama lilu nnifsu qaddis. Għamel ħabib mal-familja tal-Imperatur Russu Nikola II, li kien l-aħħar monarka tar-Russja. Minħabba l-ħbiberija tiegħu kellu ċerta influwenza anki politika, lejn l-aħħar tal-imperu Russu. Hu nqatel fit-30 ta’ Diċembru, 1916.

Ftit hemm tagħrif fuq il-ġenituri tiegħu. Li hu żgur hu li missieru, Yefin, kien bidwi u attiv sew fil-knisja. Twieled fl-1842 f’Porkrovskoye u żżewweġ lil omm Rasputin, Anna Parshukova meta kellu 21 sena. Yefim kien jaħdem ukoll bħala kurrier imqabbad millgvern, biex iwassal lin-nies u jġorr il-merkanzija bejn Tobolsk u Tyumen. Il-koppja kellha sebat itfal oħra, li lkoll mietu fl-infanzja jew kif bdew jitfarfru u wara Rasputin kien hemm id-disa’ tarbija, Feodosiya.

Skont l-istoriku Joseph T. Fuhrmann, Rasputin kien qrib ħafna ta’ Feodosiya u spiċċa jagħmilha ta’ parrinu għal uliedha.

L-istoriku Douglas Smith jgħidilna li fiż-żgħożija u fl-adolexxenza ta’ Rasputin hemm ‘toqba sewda’, għax kważi ma nafu xejn minn xiex għadda. Minħabba f’hekk, bosta persuni ffabbrikaw stejjer fuq kif Rasputin kiseb il-fama li kellu.

Madanakollu, l-istoriċi jaqblu li bħall-maġġoranza tar-raħħala Serbi, l-omm u l-missier, kif ukoll Rasputin, qatt ma rċevew edukazzjoni formali u b’hekk baqa’ illitterat sa ma laħaq raġel.

Verità jew qlajjiet

Kitba lokali arkivjata turi li Rasputin kellu żgħożija sfrenata – li kienet tinkludi x-xorb alkoħoliku, xi serq żgħir u diżrispett lejn l-awtoritajiet lokali – iżda m’hemm ebda xhieda li xi darba kien akkużat bis-serq ta’ żwiemel, dagħa, jew li kien hemm xi okkażjoni fejn xehed falz. L-istudjużi tal-istorja jaqblu li dawn kienu lkoll akkużi serji li ma kellhomx bażi soda u għalhekk jitqiesu b’gideb minn xi ħadd li qala’ minn żniedu kontra ż-żagħżugħ Rasputin.

Li nafu fiż-żgur hu li fl-1886, Rasputin ivvjaġġa lejn Abalak, fir-Russja, fejn iltaqa’ ma’ Praskovya Dubrovina, tifla raħħala. Wara li nnamraw għal numru ta’ xhur, iżżewġu fi Frar tal-1887. Praskovya baqgħet tgħix f’Pokrovskoye, ukoll meta aktar tard Rasputin beda l-vjaġġi tiegħu u

kiseb il-prominenza li baqa’ magħruf għaliha. Praskovya baqgħet devota lejn żewġha sa mewtu. Bħala koppja miżżewġa, kellhom sebat itfal, għalkemm tlieta biss għexu sa ma kibru: Dmitry, Maria u Varvara.

Fl-1897, Rasputin żviluppa interess ġdid fir-reliġjon. Minħabba f’hekk, telaq minn Pokrovskoye biex mar għal pellegrinaġġ. Għaliex għamel hekk, ħadd ma jaf, għalkemm ilsna aktarx ħżiena kienu jsostnu li ‘ħarab’ biex ma jkunx ikkastigat għal serq ta’ żiemel.

Sorsi oħra kienu tal-fehma li Rasputin kellu viżjoni – jew mill-Verġni Marija jew minn San Simeon ta’ Verkhoturye – waqt li oħrajn sostnew li dan il-pellegrinaġġ kien ispirat mir-rabtiet li kellu ma’ student teoloġiku żagħżugħ, bl-isem ta’ Melity Zaborovsky. Kienet x’kienet ir-raġuni għattluq tiegħu, irriżulta li kien hemm bidla radikali f’ħajtu. Kien għad kellu 28 sena, kien ilu miżżewweġ 10 snin u fost

uliedu kellu tifel ċkejken ferm u tarbija fit-triq.

Aktar qabel, Rasputin mar għal pellegrinaġġi qosra fil-Monasteru f’Abalak u l-katidral Tobolsk, iżda ż-żjara lill-Monasteru San Nikola f’Verkhoturye fl-1897 ittrasformatu għalkollox. Hemm iltaqa’ ma’ għalliem umli, magħruf bħala Makary.

Tgħallem jikteb u jaqra

Jidher li Rasputin qatta’ xhur f’Verkhoturye u aktarx li hemm tgħallem jaqra u jikteb. Maż-żmien iżda, ilmenta dwar il-monasteru għax qal li xi patrijiet kienu omosesswali. Irritorna f’Pokrovskoye bħala bniedem mibdul, b’dehra maħmuġa u b’atteġġjament totalment differenti minn qabel. Sar bniedem veġetarjan, qata’ l-konsum tax-xorb alkoħoliku u beda jitlob u jkanta ħafna iktar minn qabel.

Xi snin wara, Rasputin għex bħala pellegrin, jivvjaġġa minn post għal ieħor u jżur siti qaddisa. Aktarx li f’xi pellegri-

naġġ minnhom mar Athos, il-Greċja, iċ-ċentru għall-ħajja monastika tal-Knisja Ortodossa fil-Lvant.

Fil-bidu tas-snin 1900, Rasputin ifforma ċirku ta’ akkolti, ħafna minnhom membri tal-familja tiegħu u raħħala lokali, li kienu jitolbu miegħu fil-Ħdud u fil-festi f’Pokrovskoye. Iżda ma damux ma qajmu s-suspett u l-ostilità tas-saċerdot u nies oħra tal-villaġġ, wara li l-akkolti ta’ Rasputin kienu bdew jiltaqgħu għal talb sigriet.

Kien hemm min qal li s-segwaċi nisa kienu jaħsluh qabel kull laqgħa f’rit ċerimonjali, waqt li ssemma wkoll li Rasputin kien f’setta reliġjuża li kienet tinkludi l-flaġellazzjoni fuqhom infushom u orġji sesswali. L-istoriku Joseph Fuhrmann jistqarr iżda, li minn dan kollu xejn ma kien fondat.

Mal-bidu tal-1900, il-kelma ġriet fis-Siberja fuq l-attività u l-kariżma ta’ Rasputin. Sentejn wara mar Kazan, fuq ix-xmara Volga, fejn akkwista

reputazzjoni bħala għaref jew bniedem qaddis, li seta’ jgħin lin-nies isolvu l-kriżijiet u l-ansjetajiet spiritwali li jkollhom. F’Kazan, dam sentejn.

Rakkomandazzjoni

Minkejja d-diċeriji li Rasputin kien qed jagħmel is-sess massegwaċi femminili tiegħu, rebaħ l-attenzjoni tal-patri superjur tas-Seven Lakes Monastery, kif ukoll l-uffiċjali tal-knisja lokali, l-Arċimandrita Andrei u l-Isqof Chrysthanos, li tawh ittra ta’ rakkomandazzjoni għall-Isqof Sergei, ir-rettur tas-Seminarju Teoloġiku ta’ San Pietruburgu u rranġawlu biex isiefer lejn San Pietruburgu bejn l-1903 u l-1905.

Li hu żgur hu li fl-1905, Rasputin kellu ħbiberija ma’ numru ta’ membri tal-aristokrazija, fosthom il-‘Prinċipessi s-Suwed’, Militsa u Anastasia tal-Montenegro, li kienu miżżewġin lill-kuġini tal-Kżar u kienu strumentali biex introduċew lil Rasputin lill-Kżar

25.12.2022 18

DINASTIJA

u lill-familja tiegħu.

L-ewwel darba li Rasputin iltaqa’mal-Kżar kien fl-1 ta’ Novembru 1905, fil-Palazz Peterhof. Din il-ġrajja, tinsab reġistrata fid-djarju tal-Kżar innifsu, fejn kiteb li hu u Alexandra “għamilna konoxxenza u familjarità ma’ bniedem t’Alla – Grigory, mill-provinċja ta’ Tobolsk”.

Rasputin mar lura f’Pokrovskoye ftit wara l-ewwel laqgħa magħhom u ma rritornax f’San Pietruburgu qabel Lulju tal-1906. Hekk kif wasal, bagħat telegramm lillKżar, jitlobu jippermettilu jippreżentalu ikona ta’ Simeon ta’ Verkhoturye. Għalhekk iltaqa’ mal-Kżar u l-Kżarina fit18 ta’ Lulju u f’Ottubru, u sar jaf ukoll lil uliedhom.

Poteri mirakolużi

Anna Vyrubova, ħabiba tal-Kżarina kienet konvinta li Rasputin kellu poteri mirakolużi u b’hekk saret waħda mill-aktar avukatessi influwenti ta’ Rasputin.

F’xi ħin, anki l-familja rjali emmnet li Rasputin seta’ jfejjaq lil binhom Alexei, li kien qed jitlef id-demm, aktarx wara rikba kollha skos-

si lejn l-artijiet irjali għall-kaċċa fi Spala, li kkawżatlu hematoma kbira. F’xi waqtiet, din il-kundizzjoni kienet tikkawżalu deni u wġigħ enormi, tant li kien anki wasal biex imut.

Mhux magħruf kif u meta Rasputin sar jaf minn xiex kien qed ibati bin il-familja rjali, iżda fid-disperazzjoni, il-Kżarina talbet lil Vyrubova tibgħat għal Rasputin permezz ta’ telegramma. Hu kien jinsab fis-Siberja, iżda l-Kżarina talbitu jmur għandhom biex ikun jista’ jmur jitlob fuq binha.

Rasputin ittelegrafaha lura u qalilha: “Alla ra d-dmugħ u sema’ talbek. Titnikkitx. Iċ-ċkejken ma jmutx. Tħallix lit-tobba jdejquh ħafna.”

Sal-għada, il-kundizzjoni ta’ Alexei ma nbidlitx, iżda Alexandra ma qatgħetx qalbha fuq li bagħat jgħidilha Rasputin. Ġara li l-għada, lil Alexei waqfitlu t-tnixxija tad-demm.

Kebbies tal-fanal

Dan il-fatt ta saħħa mhix mistennija lil Rasputin fil-qorti. Il-Kżar ħatru bħala l-kebbies tal-fanal tiegħu u kellu jieħu ħsieb u jara wkoll li l-lampi kollha quddiem l-ikoni reliġjużi fil-palazz ikunu mixgħulin. B’din il-ħatra, Rasputin kiseb aċċess regolari għall-palazz u għall-familja rjali.

Tant sar ta’ ġewwa, li f’Diċembru tal-1906 talab pjaċir speċjali lill-Kżar. Xtaqu jippermettilu jibdel kunjomu għal Rasputin-Novyi (Rasputin-Ġdid). Il-Kżar ħaffiflu l-proċess, u dan il-fatt wera

kemm Rasputin kien meqjum minnu.

Jingħad ukoll li Rasputin beda juża l-poter kollu li ngħatalu: beda jaċċetta t-tixħim u l-favuri sesswali mill-ammiraturi tiegħu u jaħdem b’attenzjoni biex ikabbar l-influwenza li kellu. Ma damx ma sar persuna kontroversjali u kien akkużat mill-għedewwa tiegħu b’ereżija reliġjuża u stupru. Kien hemm diċerija li kellu x’jaqsam ukoll mal-Kżarina.

Jirriżulta li l-influwenza ta’ Rasputin fuq il-familja rjali, intużat kontrih u kontra r-Romanovs kemm mill-politiċi kif ukoll mill-ġurnalisti, li riedu jdgħajfu l-integrità tad-dinastija; iġiegħlu lill-Kżar iċedi l-poter politiku assolut li kellu u jifirdu lill-Knisja Ortodossa Russa mill-istat.

Meta ntemmet l-Ewwel Gwerra Dinjija, l-ekonomija Russa bdiet sejra lura b’mod allarmanti. Ħafna tefgħu l-ħtija fuq Alexandra u Rasputin, minħabba l-influwenza żejda li kellu fuqha.

Ministri marjunetti

Fid-19 ta’ Novembru 1916, Vladimir Purishkevich, membru tad-Duma li ma kellux kantunieri, qal: “Il-ministri tal-Kżar inbidlu f’marjunetti, li l-ispag tagħhom jiġġebbed skont kif jiddettaw Rasputin u l-Imperatriċi Alexandra Fyodorovna – il-ġenju tal-ħażen tar-Russja u l-Kżarina... li baqgħet Ġermaniża fuq it-tron Russu u aljena għall-pajjiż u l-poplu, rispettivament.”

Il-Prinċep Felix Yusupov attenda għal dan id-diskors u aktar tard ikkuntattja lil Purish-

kevich, li malajr qabel miegħu li jieħu sehem fl-asassinju ta’ Rasputin.

Allura grupp ta’ persuni nobbli, immexxija mill-Prinċep Felix Yusupov, il-Gran Duka Dmitri Pavlovich u l-politiku lemini Vladimir Purishkevich, li kollha riedu jeqirdu l-influwenza ta’ Rasputin minn fuq il-Kżarina, f’Diċembru tal-1916 ippjanaw li joqtluh, apparentement billi jħajruh imur fil-Palazz Moika, tal-Yusupovs.

Qtil f’kantina

Rasputin inqatel kmieni fl-għodwa tat-30 ta’ Diċembru fid-dar ta’ Felix Yusupov bi tliet tiri, li waħda minnhom kienet sparata qrib moħħu. Il-mewta tiegħu qajmet spekulazzjoni konsiderevoli. Skont l-istoriku Douglas Smith: “X’ġara eżatt, qatt ma jkun magħruf”.

Iżda Yusupov kiteb kollox fil-memorji tiegħu. Isostni li kien hu li stieden lil Rasputin f’daru għal ftit wara nofsillejl u niżżlu fil-kantina. Offrielu biċċiet ta’ kejk li kielhom u b’sorpriża kbira, il-velenu li kien fihom ma għamillu ebda effett. Rasputin talab għal aktar inbid Madeira (li wkoll kien ivvelenat), xorob tliet tazez, iżda xorta ma wera ebda sinjal ta’ wġigħ. Għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ filgħodu, Yusupov talbu jiskużah sakemm tela’ sa fuq, fejn kien hemm il-kospiraturi jistennew.

Mingħand Dmitry Pavlovich, Yusupov ħa pistola, reġa’ niżel fil-kantina u qal lil Rasputin li kien jaqbillu jħares lejn il-kurċifiss li kien hemm imdendel u jgħid talba. Imbagħad sparalu f’sidru.

Il-kospiraturi saqu għall-appartament ta’ Rasputin. Ċertu Sukhotin, libes il-kowt u l-kappell ta’ Rasputin biex iġiegħlu lin-nies jemmnu li dak il-lejl kien irritorna d-dar. Imbagħad reġgħu marru fil-Palazz Moika u Yusupov niżel mill-ġdid fil-kantina biex jiżgura ruħu li Rasputin kien miet. Iżda f’tebqa t’għajn, Rasputin qam għalih u attakkah. Yusupov, li rnexxielu jaħrab minn taħt idejh, tela’ jiġri fuq. Rasputin tela’ warajh u ħareġ fil-bitħa tal-palazz, qabel ma Purishkevich reġa’ sparalu u waqa’ fuq is-silġ.

Dak il-ħin il-kospiraturi geżwru l-katavru tiegħu fiddrapp u saquh lejn il-Pont Petrovsky, fejn tefgħuh fixXmara Malaya Nevka.

L-aħbar tal-mewt L-aħbar tal-mewt ta’ Rasputin

tant ġriet, li n-nies kienu jafu biha qabel ma nstab il-katavru tiegħu. Douglas Smith isostni li Purishkevich tkellem fl-apert fuq il-qtil ta’ Rasputin ma’ żewġ suldati u ma’ pulizija li kien qed jinvestiga r-rapporti ta’ sparaturi wara l-ġrajja, iżda ħeġġu ma jitkellem ma’ ħadd.

L-għada filgħodu bdiet investigazzjoni u fuq il-mewt ta’ Rasputin, The Stock Exchange Gazette irrappurtat li miet waqt festin f’waħda mill-aktar djar aristokratiċi fil-qalba tal-belt.

Żewġ ħaddiema nnutaw demm fuq il-poġġaman talPont Petrovsky u sabu buza fuq is-silġ, taħtu. Il-pulizija bdiet tiftix fl-inħawi u sabet il-katavru ta’ Rasputin, 200 metru ’l isfel mill-pont.

Dmitry Kosorotov, it-tabib ewlieni tal-belt mexxa l-awtopsja, iżda r-rapport intilef. Aktar tard intqal li l-katavru ta’ Rasputin wera sinjali ta’ trawma, kif ukoll tliet feriti kaġunati minn arma tan-nar (waħda sparata minn qrib ħafna ta’ moħħu), farrett fuq in-naħa xellugija u ħafna feriti oħra. It-tabib qal li ma sab ebda xhieda li Rasputin kien ivvelenat.

Il-funeral u d-dfin ta’ Rasputin sar fit-2 ta’ Jannar fil-knisja ċkejkna li Anna Vyrubova kienet bniet f’Tsarskoye Selo. Għalih attendew biss il-familja rjali u ftit segwaċi. Mart Rasputin, il-konkubina u t-tfal ma kinux mistiedna, għalkemm uliedu bniet iltaqgħu mal-familja rjali aktar tard dakinhar stess fid-dar ta’ Vyrubova.

Hekk kif il-Kżar abdika t-tron, f’Marzu tal-1917, il-katavru ta’ Rasputin inqala’ minn postu, u nħaraq minn stakkament ta’ suldati, biex qabru ma jinbidilx f’post fejn jiltaqgħu l-partitarji tarreġim antik.

Xi kittieba kienu tal-fehma li aġenti tas-Servizz Sigriet Ingliż kienu involuti fil-qtil ta’ Rasputin. Skont din it-teorija, l-aġenti Ingliżi kienu mħassba li Rasputin kien qed iħeġġeġ lill-Kżar jagħmel paċi separata mal-Ġermanja, li kienet tippermetti lil dan ilpajjiż jikkonċentra l-isforzi militari tiegħu fuq il-Front tal-Punent.

Hemm ħafna varjazzjonijiet għal din it-teorija, iżda tista’ tgħid li kollha jippuntaw lejn l-aġenti tal-intelliġenza Ingliża u jsostnu li fil-pjan talqtil kien hemm Samuel Hoare u Oswald Rayner, li kienu jattendu l-Università ta’ Oxford ma’ Yusopov.

25.12.2022 19

IL-PANTOMIMA SINDIRELLU

Wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija, il-kumpanija Bronk Productions se terġa’ ttella’ l-pantomima għal żmien il-Milied. Din is-sena t-titlu tal-pantomima huwa SindirellU.

L-istorja ta’ Cindirella kulħadd jafha u kulħadd jaf

kif tispiċċa. Imma SindirellU min hu? U x’se jkun is-sehem tiegħu fil-pantomima? Mingħajr ma niżvelaw ħafna dettalji ngħidulkom biss li Codiva, id-Diva li hija d-Dama ta’ din il-pantomima, hija mwielda fiċ-Ċina u wara li daret id-dinja kollha ddeċidi-

et li tiżżewweg lil Kwantong. Jiġri li għodwa minnhom Codiva tqum bħas-soltu imma Kwantong jisbaħ iebes stanga wara li jkun kiel ikla springrolls papali. Wara ftit ġranet, Codiva tintebaħ li hi tqila u twelled tifel li ssemmih SindirellU. Codi-

va li min-natura tagħha ma tgħaddix mingħajr raġel, terġa’ tiżżewweġ lil Federico, bniedem li jkun jipposjedi ġid kbir u li jkollu żewġt itfal li niddubita jekk hawnx min hu arroganti daqshom. Imma jiġri li Federico jmut ukoll u jħalli lil uliedu jgħixu ma’ Codiva.

Ir-Re Bobby jkun irid iżewweġ lil bintu, il-prinċipessa Rosianne ma’ prinċep nobbli imma Rosianne, tfajla moħħ ir-riħ, ftit għandha ħajra għaż-żwieġ. Bl-għajnuna tas-segretarja privata tagħha jiġi organizzat party kbir fil-palazz tar-re u hemm... Morru ħa taraw xi jseħħ.

Staqsejnieha ftit mistoqsijiet lid-dama mqarba. Weġbitna hekk:

Kemm għandek żmien?

Mhux affarik kemm inti pastaż. Xebba bħali mingħajr plastik ma’ wiċċi tiġi tistqasini kemm għandi żmien. Ma nidhirx pupa taħt it-tletin sena jew?!

Xi tħobb tiekol?

L-aktar li nħobb burger bil-ġobon, bacon u zalzett u importanti mingħajr salad għax vegetarian u nibża’ għall-figura allura niekol healthy kemm nista’.

Min taħseb li hija l-isbaħ mara ta’ Malta?

Ara l-ieħor kemm hu ħelu mhux mistoqsija vojta?! Inti qatt rajt lil xi ħadd isbaħ minni jew? Infatti jien lanqas għall-kompetizzjoni tas-sbuħija ma jħalluni nidħol għax inkaxkar lil kulħadd u mhux Malta biss ta, anka barra minn Malta.

Issa spiċċat it-tazza tad-dinja. Segwejtha?

Maaaaa kemm inħobbu l-futbol. Xejn ruħi, tini logħba futbol u tagħtinix film. Dawk l-irġiel kollha jiġru warajja ... oops sorry wara l-ballun. Kemm qisni ballun jien!

25.12.2022 20
L-uffiċini tal-Awtorità tad-Djar ser ikunu magħluqin għall-festi tal-Milied mit-23 ta’ Diċembru 2022 L-uffiċini jerġgħu jiftħu għall-pubbliku mit-Tnejn 2 ta’ Jannar 2023. Nawguralkom Milied ħieni u sena ġdida mimlija saħħa u risq.
GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI GVERN TA’ MALTA
MINISTERU

...

TITILFUHIEX!

Kif tħossok meta tinterpreta din il-parti?

U ruħi qalbi. Inħossni tajba ħafna għax inkun viċin l-irġiel, hawn ... irrid ngħid li nkun viċin in-nies. Nieħu gost bil-kuntatt man-nies għalkemm minn fuq il-palk

nibda nara xi erba’ min-nies iħarsu lejja bl-ikrah. Ovvja għax ikunu qegħdin jgħiru għalija għax għandi figura u pupa.

Mhux hekk biss. Inġennen lill-irġiel warajja kemm inħobb ruħi. Isma’ bejnietna. Jien anke l-mara tal-Prim

Ministru u tal-Kap tal-Oppożizzjoni jgħiru għalija ta. Mela x’inhu, għax kemm ilPrim Ministru u anke l-Kap tal-Oppożizzjoni jriduni nkun viċin tagħhom imma ma ridtx naċċetta. Jibku xħin jarawni. Mur arani nidħol fil-partit. Pupa bħali! Voti biss inreb

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24.

Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek.

Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

baħ jien kieku. SindirellU għandha kitba ta’ George Micallef u direzzjoni ta’ Tonio Vella, lirika tal-kanzunetti ta’ Vince Fabri u żfin minn Keith Dance Studio.

Din il-pantomima se tittella’ fit-teatru tal-Junior

College l-Imsida, fejn ilparkeġġ mhux problema u t-teatru huwa aċċessibbli għal kulħadd. Id-dati huma bejn is-26 ta’ Diċembru u t-8 ta’ Jannar. Għal aktar informazzjoni ċemplu fuq 21223347 jew idħlu fis-sit buytickets.mt

25.12.2022 21
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

MANUEL FARRUGIA

DIVERSI KUMMISSJONIJIET FIL-KNEJJES LOKALI

L-arti f’kull forma tagħha hija sengħa ta’ min jitpaxxa biha. F’Malta għandna diversi artisti bravi u dan l-aħħar sirt naf b’artist Għawdxi li għandu diversi kummissjonijiet fil-knejjes lokali. Qed nirreferi għal Manuel Farrugia.

Għandu 33 sena, miżżewweġ, jgħix il-Fontana, Għawdex u jaħdem bħala artist fuq bażi full-time. Iħobb ħafna jpitter jew jimmudella fit-tafal apparti li jħobb isajjar u jaqra.

Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem paċenzjuż ħafna, kapaċi jisma’ u determinat. Manuel huwa wieħed minn dawk l-iffortunati li qed jagħmel xogħol li huwa l-passatemp tiegħu. L-arti hija għal qalbu ħafna b’mod speċjali li llum hija xogħlu. Jispeċjalizza l-aktar fl-iskultura u t-tpinġija.

Mistoqsi liema l-aktar minn dawn huma mfittxija u x’differenza hemm bejniethom, weġibni: “Hija domanda diffiċli però ser nipprova nwieġeb bl-aktar mod dirett u sempliċi. Meta tkun tagħmel dawn iż-żewġ ġeneri tal-arti huwa diffiċli

li tisseparahom għax it-tnejn jimxu id f’id. Il-bażi tal-iskultura huwa d-disinn u l-bażi tal-pittura huwa li tifhem ilvolum. It-tnejn fihom l-isfidi u s-sodisfazzjon tagħhom. Jien naħdem fit-tnejn u mfittex fit-tnejn però aktar nagħmel xogħol ta’ pittura.”

Fl-ewwel snin tal-karriera tiegħu beda jaħdem fil-festi

Manuel studja l-arti fl-Iskola tal-Arti, fejn isostni li fetħitlu opportunitajiet kbar u minn hemmhekk seta’ joħroġ ix-xogħlijiet tiegħu. Fil-fatt, bħala pocket money, dak iż-żmien, kien jagħmel xogħol għall-festi u dak fetaħlu bibien u opportunitajiet ġodda. Illum qed jagħmel xogħol kemm għal-lokal ta’ fejn joqgħod, kif ukoll għal barra minn Malta.

Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar x’tip ta’ xogħol qed joħoloq u l-konnessjonjiet tiegħu ma’ barra minn Malta. “Fl-ewwel snin tal-karriera tiegħi bdejt naħdem fil-festi. Kienu huma li tawni l-ispinta ’l quddiem fejn servew ta’ pjattaforma billi permezz tagħhom in-nies kemm dil-

ettanti tal-festi, kif ukoll dilettanti tal-arti inġenerali saru jafu bija. Illum il-ġurnata kelli nagħżel triq oħra billi x-xogħol żdiedli u kelli naqta’ x-xogħol tal-festi.

Naħdem ħafna fix-xogħol tad-dekorazzjoni tal-knejjes kemm lokali kif ukoll barra minn xtutna. Nista’ nsemmi li wieħed mill-proġetti lesti huwa sett pitturi għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Dipodi fil-provinċja ta’ Catanzaro u sett pitturi għal Kurja Agostinjana f’Ruma. Insemmi wkoll li għamilt pala d’altare fil-Knisja tas-Seminarju Episkopali f’Massa Marittima Italia.”

Fid-dinja taf kemm taf qatt ma taf biżżejjed, u dejjem hemm x’titgħallem anke fl-arti stess. Fil-fatt, Manuel isostni li sempliċement tifel jista’ jgħallmek kif tħares lejn l-arti. “L-iskola tgħallmek, iżda titgħallem ħafna iktar meta tibda tipprattika u tisma’ l-kritika tal-poplu naturalment.

Meta tistudja tieħu l-pedamenti tal-formazzjoni fis-suġġett konċernat. Meta bdejt naħdem bdejt nitgħallem affarijiet ġodda li tit-

għallimhom biss max-xogħol. Għalhekk dejjem ngħid li qatt ma tkun taf biżżejjed għax kull ġurnata tagħtik opportunità ta’ tagħlim ġdid u skoperti.

Hemm imbagħad mod ieħor li bih titgħallem u ċoè dik mil-lenti tal-popolin. Ovvjament il-popolin mhuwiex studjużi tal-arti u t-teknika, għalhekk dejjem ngħarbel u nieħu s-sugu tal-kritika għaliex fl-aħħar mill-aħħar kulħadd jista jgħallmek xi ħaġa.”

Kompla jgħidli li għandu diversi kummissjonijiet fil-knejjes billi Manuel jaħdem ħafna fis-sagru, imma għandu wkoll fil-privat.

Immaġinajt li kull meta joħloq xi biċċa arti, qalbu tiġi marbuta magħha u jaf ma tantx ikun irid jitlaqha minn idejh. B’hekk ridt inkun naf jekk hux ġieli kellu xi sitwazzjonijiet simili hekk.

“Iva, kien hemm drabi li ġrali hekk fosthom riċentement meta kont qed naħdem fuq saqaf ta’ knisja fejn onestament xtaqt inżomm parti minnu. Però, ovvjament kelli nkomplih. Kien hemm

okkażjonijiet oħra li ġieli ħloqt kwadri li fil-fażi tal-bidu nett tagħhom nara ċerta spontanjetà fil-brush work kif ukoll freskezza u xtaqt li nżommhom iżda huwa impossibbli nżomm kollox.”

Kellu diversi xogħlijiet li ħallew impatt f’avvenimenti importanti

Bħal kull ħaġa oħra, Manuel kellu xi xogħlijiet li għamlu aktar impatt minn xogħlijiet oħra tiegħu stess. “Insemmi s-sett pitturi li għamilt għall-Bażilika ta’ San Ġorġ fir-Rabat, Għawdex li jittrattaw l-Opri tal-Ħniena, il-kwadru li ngħata rigal mill-Istat Malti lil E.T. il-Papa Franġisku fiż-żjara li għamel hawn Malta riċentement, kif ukoll l-iskultura interattiva li għamilt fil-pjazza t’Għajnsielem bl-isem ‘Il-Bank tal-Pjazza’.”

Lil hinn mill-arti, staqsejtu xi jdejqu fil-ħajja b’mod ġenerali. “Idejjaqni meta nosserva li ħafna nies qed iqattgħu ħin b’wiċċhom imwaħħal ma’ screen. Anke tmur tiekol ġo restorant tara koppji anke bit-tfal li flok iqattgħu ħin ta’

25.12.2022 22
Kitba

SKEDA

kwalità ma’ xulxin jispiċċaw kulħadd għal rasu b’wiċċu mwaħħal mal-iscreen tal-mobile jew iPad, din hija ħaġa li ddejjaqni u tweġġagħni ħafna. Imbagħad l-aktar ħaġa li ddejjaqni hija l-għaġla filħajja li qed ngħixu. Ninnota li f’ħafna każi l-esperjenza li kellna tal-COVID-19 ma servitx wisq ta’ tagħlima u kemxejn ma nazzardax ngħid li l-ħajja saret mgħaġġla ak-

tar minn kif kienet qabel,” stqarr miegħi.

Fl-aħħar ta’ din l-intervista, Manuel spiċċa b’dan il-kumment. “Il-messaġġ tiegħi huwa wieħed sempliċi li fil-ħajja qatt ma trid taqta’ qalbek. Taf tkun iebsa, imma dejjem trid tikkumbatti u tkun pożittiv. Sib ħin għal passatemp għax il-ħajja hija qasira wisq u l-jum darba jiġi,” temm jgħidli.

27-12 TLIETA

08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard update 09:55 Denfil 10:00 The Little Big Show 12:00 L-Istrina 2022 12:30 ONE News 12:35 L-Istrina 2022

10:00 The Local Travellers 10:40 Esperti

11:10 Aroma Kitchen

12:10 Investigaturi tal-Mużika 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 12:55 Denfil 13:00 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Flimkien ma’ Nancy

17:00 What’s Cooking

17:30 Dak li Jgħodd

18:30 Klassi Għalina

19:30 ONE News

20:05 Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:30 Esperti 21:00 Awla 22:30 Country Jamboree 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News

06:30 ONE News 06:45 Esperti 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Denfil 07:25 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Imqades l-Istorja 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 09:55 Denfil 10:00 The Local Travellers

29-12 ĦAMIS

07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Denfil 07:25 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Imqades l-Istorja 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update

10:40 Esperti 11:10 Aroma Kitchen

12:10 Investigaturi tal-Mużika

12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard update 12:55 Denfil 13:00 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Primetime 16:00 Dak Li Jgħodd 17:00 Investigaturi tal-Mużika

09:55 Denfil 10:00 The Local Travellers

17:15 Pink Panther

18:00 What’s Cooking

18:30 Klassi Għalina

19:30 ONE NEWS

20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:35 The Local Traveller 21:00 Jackpot4 22:20 Imqades L-Istorja 23:00 Ondroad 23:30 ONE News

28-12

Cooking

10:40 Esperti

11:10 Aroma Kitchen 12:10 Investigaturi tal-Mużika 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 13:00 Arani Issa 15:30 ONE News 15:40 Primetime

10:40 Esperti 11:10 Aroma Kitchen 12:10 Investigaturi tal-Mużika 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard update 12:55 Denfil 13:00 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Primetime 16:00 Aroma Kitchen 17:00 Popcorn

10:33 Aroma Kitchen 11:30 Popcorn 11:57 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:38 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Country Jamboree 16:05 Flimkien ma’ Nancy 17:15 Sabiħa l-Ħajja

16:00 Ieqaf 20 Minuta

16:30 Esperti 17:00 Żona Sport

ĠIMGĦA

31-12 SIBT TNEJN

07:21 26-12

11:50 Urbi et Orbi

12:30 ONE News 12:35 MARATONA Dar tal-Providenza 15:30 ONE News 15:35 MARATONA Dar tal-Providenza

17:30 Indhouse 18:30 Klassi Għalina 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Il-Prietka tal-Milied: Kunċert - Amber 22:00 Imqades l-Istorja 23:00 Ieqaf 20 minuta 23:30 ONE News

30-12

17:45 Ondroad 18:15 Pink Panther 19:00 Primetime 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE NEWS 20:05 Is-Sena 2022 22:00 L-EWWEL TAS-SENA Mill-Belt Valletta 01:00 ONE News

19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE NEWS 20:10 MARATONA Dar tal-Providenza 23:30 ONE News

ĦADD

01-01

ERBGĦA 06:30 ONE News 06:48 Ondroad 07:22 Mill-Chcina ta’ Dari 07:26 Primetime 07:49 HazZzard update 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:45 Is-Sena 2022

08.11.2020 25.12.2022 23
15-02 17-02 19-02
ONE 06:30 ONE News 06:45 Popcorn 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Denfil 07:25 Primetime 07:50 HazZzard update 08:00 Quddiesa tal-Jum
15:30 ONE News 15:35 L-Istrina 2022 20:00 ONE News 20:40 Ir-Rapport tat-Temp 20:45 L-Istrina 2022 00:00 ONE News 06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree
Mill-Chcina ta’ Dari 07:27 Primetime 07:49 HazZzard update 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 HazZzard
06:30 ONE News 06:45 Żona Sport 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Denfil 07:25 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Imqades l-istorja 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 09:55 Denfil
06:30 ONE News 06:45 What’s
17:30 Aroma Kitchen 18:30 Klassi Għalina 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Taste & Travel 21:00 Mission to Moscow 23:30 ONE News
06:30 ONE News 06:45 Taste & Travel 07:20 Mill-Chcina ta’ Dari 07:25 Denfil 07:28 Primetime 07:46 HazZzard update 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Imqades L-Istorja 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard update 09:55 Denfil 10:00 The Local Travellers

reċensjoni tal-ktieb

ULIED IL-FENTON

Id inviżibbli, wiċċ mistur, għadu moħbi, fantażma… qegħdin fi gwerra kontra kull min jgħix fil-villa.

Dawk l-atti vandali u dawk l-ittri anonimi kollha jfissru ħaġa waħda: xi ħadd waħħalha f’moħħu li jivvendika ruħu minn kull wieħed u waħda. Xi ħadd jobgħodhom… imma min? Il-ġrajjiet tal-passat li kienu swew tant deni għal Dolly u Edward Fenton għaddew u marru. Allura għaliex kellu jinqala’ dan l-inkwiet wara tant snin? Minn dak iż-żmien ’l hawn akkwistaw l-akbar żewġ ġojjelli f’ħajjithom, uliedhom Amber u Lisa.

Id-dubji jaqgħu saħansitra fuq dak il-

Kuban, qattiel bla ħniena… imma dak maqful f’ħabs l-Amerka. Thomas ukoll jinsab ’il bogħod, fi Florida. Allura min jista’ jkun?

Minn dan it-twegħir joħroġ ukoll it-tajjeb. Ġamri jaqta’ xewqtu li jpatti għad-deni li kien wettaq fil-passat billi din id-darba joħroġ għonqu għall-Fenton, xi ħaġa li qatt ma stennew. Walter, iben Connie l-fattiga, kif ukoll ħabibu Martin isiru l-fus f’ħajjet il-kuġini, Amber u Lisa.

Sa tmiem l-investigazzjoni tal-pulizija jilħqu jinkixfu fatti sorprendenti kif ukoll l-erba’ żgħażagħ isibu l-iskop ta’ ħajjithom.

Mistoqsija: Lil min kienu swew tant deni l-ġrajjiet tal-passat?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ULIED IL-FENTON. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 1 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb EJJA NSAJRU POEŻIJA hija:

Tweġiba:

25.12.2022 24
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 01 Kemm-il darba saret l-Istrina taħt il-patroċinju tal-President George Vella?
Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:
C. CIANTAR - VALLETTA
G. AZZOPARDI - BORMLA Rebbieħ:

THE BUTCHER BAKER

Robert Hansen jaħtaf in-nisa, jistuprahom u wara jikkaċċjahom

Robert Christian Hansen, magħruf bħala The Butcher Baker, kien qattiel tal-massa Amerikan. Bejn l-1971 u l-1983, Hansen ħataf, stupra u qatel minn tal-inqas 17-il mara f’Alaska, fl-Istati Uniti. Hu qatel ħafna mill-vittmi billi ħelishom f’bosk u wara kkaċċjahom bi xkubetta u b’sikkina. Hu ġie arrestat fl-1983 u weħel 461 sena ħabs mingħajr il-possibbiltà tal-parole. Hansen miet fl2014 fl-età ta’ 75 sena b’kawża naturali.

Min kien Robert Hansen?

Robert Christian Boes Hansen twieled fil-15 ta’ Frar tal-1939 f’Estherville f’Iowa. Hu kien il-kbir miżżewġt itfal ta’ Edna Margret Peterson u Christian Hansen. Il-ġenituri tiegħu kellhom forn u Robert kien jagħtihom daqqa t’id.

Bħala żagħżugħ, Hansen kien mistħi, kien itemtem u kellu imperfezzjonijiet f’wiċċu. Dawn it-tliet affarijiet wasslu biex ma jingħatax wiċċ mit-tfajliet li kien jieħu grazzja magħhom u minn hawn nibtet fih il-mibegħda lejn in-nisa. Hansen kien iqatta’ ħafna ħin waħdu u bħala passatempi kien iħobb jikkaċċja u jispara l-vleġeġ bil-qaws.

Fl-1957, Hansen daħal fil-United States Army Reserve, fejn dam sena biss. Wara sab xogħol bħala assistant drill instructor fl-akkademja tal-pulizija f’Pocahontas, f’Iowa. Hawnhekk, Hansen iltaqa’ ma’ mara u żżewwiġha fl-1960.

Atti kriminali

Fis-7 ta’ Diċembru tal-1960, Hansen wettaq l-ewwel att kriminali tiegħu hekk kif ħaraq il-garaxx fejn kienu jinżammu l-vannijiet tal-iskola fejn kien jattendi. Hu weħel tliet snin ħabs fl-Anamosa State Penitentiary iżda serva ftit inqas minn sentejn. Waqt li kien il-ħabs, hu ġie dijanjostikat bid-dipressjoni skizofrenika. Il-psikjatra li induna b’dan qal li Hansen kellu ossessjoni li jrid ipattiha lil kull min għamillu xi ħaġa ħażina. Il-kobba kompliet titħabbel hekk kif martu talbet għad-divorzju waqt li kien għadu qed jiskonta s-sentenza tiegħu.

Wara li ħareġ mill-ħabs, Hansen kompla jwettaq atti kriminali oħrajn. Fl-1963, Hansen iżżewweġ lit-tieni mara tiegħu u flimkien kellhom żewġt itfal. Erba’ snin wara, hu u familtu marru joqogħdu f’Anchorage, l-Alaska. F’Diċembru tal-1971, Hansen ġie arrestat darbtejn fejn

ġie akkużat bil-ħtif u bl-attentat ta’ stupru ta’ mara tad-dar u bl-istupru ta’ prostituta. Hansen weħel ħames snin ħabs u wara li serva sitt xhur, hu tpoġġa fi programm ta’ riabilitazzjoni fejn seta’ joħroġ jaħdem u jerġa’ jirritorna fl-istituzzjoni hekk kif jispiċċa mix-xogħol.

Fl-1976, Hansen inqabad jisraq lupa minn ħanut u ta’ dan l-att weħel ħames snin ħabs filwaqt li kellu jingħata kura għad-disturb bipolari. Għal darb’oħra, Hansen reġa’ ġie rilaxxat qabel skonta s-sentenza kollha.

Il-qtil

Huwa maħsub li Hansen qabad joqtol fl-1971. Hu kien ifittex is-servizz tal-prostituti, u hekk kif kienu jidħlu fil-karozza tiegħu, hu kien jheddidhom b’arma tan-nar u jeħodhom id-dar. Hemmhekk, hu kien jistuprahom, wara kien jeħodhom bl-ajruplan tiegħu f’bosk, jikkaċċjahom u joqtolhom bi sparaturi jew b’daqqiet b’sikkina. Ħafna jemmnu li l-ewwel vittma tiegħu kienet Celia Van Zanten, li kellha 18-il sena. Hi għosfrot fit-22 ta’ Diċembru tal-1971 u nstabet f’jum il-Milied. Minkejja s-suspett, ma nstabet l-ebda evidenza li torbot lil Hansen mal-qtil ta’ Van Zanten ħlief is-salib fuq il-mappa li sabu fiddar tiegħu.

Fit-13 ta’ Ġunju tal-1983, Hansen offra mitejn dollaru lil Cindy Paulson biex twettaq atti sesswali fuqu. Paulson, li kellha 17-il sena, aċċettat u hekk kif rikbet fil-karozza, hu heddidha b’arma tan-nar u ħadha d-dar tiegħu, fejn stupraha u ttorturaha. Paulson irnexxielha taħrab hekk kif Hansen poġġieha fil-karozza u ħadha lejn l-ajruport ta’ Merrill Field. Waqt li Hansen kien qiegħed jgħabbi xi affarijiet fl-ajruplan, Paulson ħarbet u sabet raġel li taha l-għajnuna. Hi qalet lill-pulizija li Hansen qalilha li kien se jeħodha fil-kabina tiegħu, liema kabina kienet tinsab ħdejn ixxmara Knik fil-Matanuska-Sustina Valley.

Mid-deskrizzjoni li tat Paulson, il-pulizija ssuspettaw f’Hansen u b’hekk sejħulu biex iwieġeb xi mistoqsijiet. Hansen ċaħad u qal li Paulson bdiet tipprova ġġibu fl-inkwiet wara li ma qabilx mal-prezz li tatu. Il-pulizija spiċċaw biex emmnuh għax l-imġiba tiegħu kienet tajba, kien jaħdem bħala furnar allura ma kienx jagħti l-impressjoni li jweġġa’ lil xi ħadd u kellu wkoll ħabib tiegħu li qal li kienu flimkien. Kien għalhekk li nħeles mill-arrest.

Bħala żagħżugħ, Hansen kien mistħi, kien itemtem u kellu imperfezzjonijiet f’wiċċu. Dawn it-tliet affarijiet wasslu biex ma jingħatax wiċċ mit-tfajliet li kien jieħu grazzja magħhom u minn hawn nibtet fih il-mibegħda lejn in-nisa

25.12.2022 25
TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju:

Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

25.12.2022 26
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri. 1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24
25.12.2022 27 TISLIBA 466 MIMDUDIN: 1.Hemmx,4.Mars,
M. Aktar,
WEQFIN: 1.Hemmek,
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 L. CUTAJAR - IŻ-ŻURRIEQ Isem: Indirizz: WEQFIN: 1. Kompli l-qawl: Għall- ...... kulħadd tajjeb (6) 2,12W Kienu jbilluha fil-linka biex jiktbu (5) 3,23. Qata’ biċċa injama (6) 5,18. Eks President tal-Istati Uniti (5) 6,17. Mhux tond (6) 8. Plejer Portugiż tal-United (9) 11. Missier (2) 12. Ara 2 13. Norman Mallia Enriques (1,1,1) 14. Bħal 9 Mimduda (6) 15. Belt (6) 17. Ara 6 21. Tlieta Taljani (3) 22. Telaq bl-ajru (3) MIMDUDIN: 1. Saċerdot (5) 4, Minn Istanbul dan (4) 7,16. Problema? (5) 9. Lemħek (3) 10. Lejla (6) 12. Pasta (6) 16. Ara 7 18. Ara 5 19. Żmien (3) 20. Drapp (5) 21. Frott (3) 23. Ara 3 24. Għasfur (5) Bi 3 NUMRI 047 084 449 639 678 679 697 759 901 948 B’4 NUMRI 0046 0466 0626 0921 1314 1454 1563 1952 2447 2545 2633 2793 3275 4001 4123 4502 4692 5341 5455 5527 5748 6214 6641 7054 7140 7271 7733 7928 8008 8077 8271 8579 8644 8814 9352 9550 B’5 NUMRI 02849 02897 07600 22283 37057 41957 42064 42083 43352 51539 53238 62781 72605 75110 75758 76077 79728 89973 93527 B’6 NUMRI 133839 272204 475655 957363 B’7 NUMRI 2511266 2877256 4640596 7231015 7840378 Bi 8 NUMRI 52732497 69063431 B’9 NUMRI 519994282 579499078
7,21
10.Maktur, 12.Saħnet, 16,22.Kbarat, 20.Żibel, 23.Rota, 24.Ittra
2,18.Mimli, 3,9. Xammem, 5.Att, 6.Sur, 8.Kannibali, 11,12W. NASA, 13,19.Ħliena, 14.Telqet, 15.Tadama, 17.Bla, 21.Tir

IL-MILIED LI JAWGURA L-ĠID

Editorjal

Li kien Milied normali, kif konna nafuh sa tliet snin ilu, probabbli ma konniex nistagħġbu li l-poplu Malti u Għawdxi qed jiċċelebra bil-kbir dawn il-jiem ta’ għożża. Kif nafu, hu parti millkaratteristika antika tagħna li nkunu wisq soċjali mal-ewwel okkażjoni. Minbarra hekk, sal2019, l-ekonomija tagħna wkoll kienet qed tibbrilla biżżejjed, u żżejjed, biex tawgura biss li l-Milied u l-Ewwel tas-Sena jiġu ċċelebrati kif jixraq, anke iżjed minn popli oħrajn.

timenti mill-iżjed pożittivi fost in-negozji lokali, inkluż anke fil-qasam turistiku u tad-divertiment, l-aktar li għotru taħt l-effetti tal-pandemija, mhumiex lanqas b’kumbinazzjoni.

Li kieku kien hemm Bernard Grech imexxi, illum m’aħniex ingawdu l-isbaħ żmien f’qagħda li hi mfaħħra minn kulħadd, iżda nispiċċaw nieklu biss in-nostalġija tiegħu ta’ gvernijiet passati, li ġabu biss imrar fuq iċ-ċittadini u n-negozji tagħna

Imma l-fatt li, minn dakinhar id-dinja kellha tgħaddi millagħar burraxki li wieħed jimmaġina u llum l-Ewropa, b’mod partikolari, tinsab f’diffikultajiet mingħajr ebda preċedent, iġibna biex nirrealizzaw li l-andament esperjenzat bħalissa f’kull rokna f’pajjiżna hu ferm aktar milli sinifikanti. Għalhekk hu aktar hieni u speċjali.

Dan qabel biss ukoll nikkunsidraw li pajjiżna, li hu ferm insulari u allura dipendenti iżjed fuq l-importazzjoni, li ġiet affettwata drastikament, għandu dawn l-isfidi addizzjonali.

Ir-riżultati espressi u s-sen-

L-istess kif mhumiex komuni ċ-ċertifikati brillanti, li għadna nirċievu kull tant żmien minn istituzzjonijiet internazzjonali rinomati, ibda mill-Kummissjoni Ewropea, kompli bil-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u spiċċa bl-aġenziji ta’ kreditu, jew inkella l-mod kif nikklassifikaw ruħna fi stħarriġ tal-Organizzazzjoni Dinjija tatTuriżmu fi ħdan il-Ġnus Magħquda (UNWTO) u dak mill-Eurofound, l-aġenzija għat-titjib tal-għajxien u x-xogħol fl-UE.

Il-ħarsa lejn il-qagħda ġenerali tal-ħajja fl-Ewropa u lil hinn tista’ faċilment tnikkitna kif dan iż-żmien ma jfissirx l-istess għal ġnus oħrajn. Hemmhekk eluf kbar mank baqgħu filqagħda li kienu draw. Dawn saħanistra qed ikunu sfurzati jagħmlu sagrifiċċji drastiċi u jġorru piżijiet eżorbitanti, birriskju serju li ħafna jistgħu lanqas jaraw din is-sena tispiċċa.

Fejn tidħol biss ix-xorti għal pajjiżna hu fil-fatt li għandna Gvern, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, li kien kapaċi jagħmel l-aħjar għażliet u jieħu l-aħjar deċiżjonijiet flinteress ta’ kull ċittadin, millkbir saż-żgħir, mill-vulnerabbli sa dawk fin-negozju.

Sinifikanti wkoll li, mill-bidla fl-amministrazzjoni fl-2013, Gvern wara ieħor kienu mogħnijin bl-għaqal impressjonanti li, minbarra li jsolvu kriżijiet li ħolqu Gvernijiet Nazzjonalisti, kellhom anke l-viżjoni li jaħsbu għal ċirkostanzi ta’ maltemp, kif sfortunatament kellna.

Li kien għal ħaddieħor, li mhux biss kien irresponsabbli u inkapaċi meta ffaċċjat minn problemi li lanqas jitqabblu ma’ dawk li għaddejna minnhom fl-aħħar snin, xejn minn dak li qed ingawdu ma kien ikun possibbli.

Immaġina b’xi ħadd, bħal Bernard Grech, Prim Ministru x’sitwazzjoni ninsabu fiha llum. B’wieħed, li wara sentejn lanqas in-Nazzjonalisti nfushom ma jistgħu jifhmu x’politika jirrappreżenta fuq kull

settur, x’kienu jsarrfu l-politika u d-deċiżjonijiet tiegħu fil-ħajja ta’ kuljum tagħna lkoll?! Kien ikollna nieklu biss bin-nostalġija ta’ qalbu ta’ dak li kienu kapaċi (!) jagħmlu Gvernijiet passati Nazzjonalisti?!

Żgur li, kieku, qegħdin nibku d-destin bħal popli oħrajn li spiċċaw iduqu biss l-imrar ta’ gvernijiet oħrajn barranin, li l-istess bħall-amministrazzjoni GonziPN, għażlu l-eħfef triq u l-piż tal-irresponsabbiltà tagħhom għabbewh kollu fuq innies. U l-istess bl-arroganza grassa tagħhom, flok jistaħbew bil-mistħija, għandhom l-ardir li jiftaħru li qed jagħmlu jew għamlu l-aħjar li setgħu.

L-istess għadu jrid ibellagħhielna Lawrence Gonzi llum, waqt li l-Kap Nazzjonalista tallum ikompli jippromwovih.

X’differenza minn Gvern Laburista li, bla tlaqliq, sfida kull kriżi u kull tendenza, biex jipproteġi lill-poplu kollu minn kull saram, mhux l-inqas biex jagħtih is-serħan tal-moħħ minn kull inkwiet illum u għada … u l-akbar awgurju għal Milied u l-bidu ta’ Sena Ġdida aħjar.

25.12.2022 28
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.