3 minute read

SAL-IRVELLIJIET TAT-28 T’APRIL 1958

għall-“ħobża”

tal-Maltin sal-movimenti antikolonjalisti fid-dinja u l-waqgħa tal-imperu “fejn ix-xemx tiddi dejjem” partikolari fejn kien jidħol bejgħ ta’ armi lill-Eġittu u l-għajnuna finanzjarja biex tinbena d-Diga Aswan. B’mod dirett kienu involuti l-Ingilterra u Franza, li dak iż-żmien kellhom l-akbar imperi fid-dinja u b’kapital enormi investit fil-kanal. Flimkien ma’ rael, qabdu u attakkaw lill-Eġittu, imma sar inter vent għal waqfien milllied mill-Amerikani u waqaf kollox. Minn hawn ’il quddiem, l-Ingliżi tilfu l-pożizzjoni dinjija li kellhom. f’Malta hawn il-Komuniżmu. Dawn l-akkużi mill-Kurja, li kellha saħħa kbira, damu sejrin qatigħ mhux ħażin, bil-konsegwenza li xi wħud minn dawk l-istess enti spiċċaw kellhom jitilqu minn pajjiżna. saħansitra ffurmat Ministeru tal-Gvern Malti bit-tir li jgħin biex kemm jista’ jkun jemigraw Maltin u Għawdxin minn fostna.

Advertisement

Din il-ġrajja kellha effett qawwi fuq Malta, l-iżjed għal, bħala bażi militari Ingliża, intużat sew fit-tħejjijiet u l-operazzjonijiet f’dan il-konflitt. IlGvern ta’ Mintoff ma kienx favur ovvjament, l-aktar għax kienet kontra l-ħakma tal-imperi.

Minn dan il-konflitt, l-Imperu Ingliż beda t-triq tan-niżla, b’ħafna pajjiżi membri jibdew isaħħu l-ġlieda individwali għall-indipendenza.

Kwistjoni oħra kienet ix-xandir bir-Rediffusion fejn l-Ingliżi ma kkonsultawx mal-Gvern Malti l-wasla ta’ ajruplani tal-baħar f’Malta u qabdu u ħarġu avviż lis-sajjieda Maltin biex ma jersqux lejn l-inħawi fejn dawn kellhom jaslu u joqogħdu għal sitt ijiem.

Kwistjoni oħra politiko-reliġjuża ħet fi żmien il-kampanja u r-referendum tal-proposta biex Malta tingħaqad mar-Renju Unit. L-Arċisqof Gonzi u l-Knisja lokali kienu bis-sħiħ kontra din il-proposta, bl-iskuża li jekk Malta ssir parti mir-Renju Unit, ikun iżjed faċli li jiddaħħal il-Protestantiżmu u jispiċċaw it-tradizzjonijiet kollha reliġjużi.

Kien qam ukoll argument fit-taħditiet tal-Integration f’pajjiżna fejn id-Deputat Ingliż Aneurin Bevan kien ikkritika r-rata qawwija tat-twelid fost il-Maltin u l-Għawdxin, kumment li dwaru spiċċa jitlewwem dirett mal-Arċisqof Gonzi waqt riċeviment.

L-Arċisqof, li dak iż-żmien kien iħeġġeġ lill-familji biex ikollhom kemm jista’ jkun tfal, anke kontra l-messaġġ tal-Knisja Universali, ukoll qajjem l-argument lejlet ir-referendum fuq ir-Rediffusion biex il-poplu jivvota kontra l-proposta tal-Integration.

Din il-mossa qajmet kwistjoni serja oħra bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija tar-Rediffusion, li rrifjutat li xxandar avviżi tiegħu. Il-Gvern Malti ordna lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi biex jibda jżarma l-arbli kollha tat-telekomunikazzjoni li l-kumpanija kellha fuq art Maltija.

F’din il-klima internazzjonali kien hemm inkwiet ieħor, l-aktar dak relatat mal-Gwerra l-Bierda u l-ġlied kontra l-kolonjaliżmu. F’tal-ewwel, il-Gwerra fil-Korea kienet eżempju ċar ta’ konflitt bejn il-Punent u l-Lvant. Ftit wara, id-dinja segwiet l-imblokk ta’ Berlin tal-Punent mill-Unjoni Sovjetika, bl-alleati jgħinu lill-Ġermaniżi f’din il-belt bi pjan ta’ trasport ta’ ikel u oġġetti oħrajn biex jibqgħu hemm u jisfidaw lir-Russi. Fil-perjodu tal-1953 kien hemm irvellijiet fil-Ġermanja tal-Lvant u fl-1956 invażjoni Russa fl-Ungerija biex twaqqaf irvell hemmhekk.

Il-ġlieda kontra l-kolonjaliżmu kienet evidenti madwar il-globu, b’impenn ta’ diversi pajjiżi biex jeħilsu mill-madmad tal-ħakkiema. Fejn kienu jidħlu l-Ingliżi kien hemm inkwiet kbir f’Ċipru, il-Kenja, il-Malaya u Aden, illum il-Jemen. Fil-każ tal-ħakma kolonjali Franċiża kien hemm inkwiet serju fl-Alġerija u fit-Tuneżija.

Fi sforz għal din il-ġlieda tal-ħelsien u biex tinkiseb aktar malajr, bdiet tinħoloq koperazzjoni bejn il-pajjiżi Afro-Ażjatiċi u b’hekk il-ħidma konġunta għall-istess għan issaħħet iżjed. Fl-istess perjodu, sitt pajjiżi Ewropej ħadmu biex iwelldu l-idea ta’ Ewropa komuni, il-Komunità Ekonomika Ewropea.

Intopp ieħor inqala’ ftit wara. Bejn l-1956 u l-1957, żewġ pitturi tal-artist magħruf Caravaggio kienu ntbagħtu Ruma għar-restawr mill-espert il-Professur Cesare Brandi u, meta tlestew, twasslu lura fuq bastiment navali Ingliż fis-26 ta’ Frar tal-1958. Kif ġew lura, il-Gvern Malti kien poġġiehom fil-Mużew Nazzjonali u mhux lura fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fejn kienu oriġinarjament. Din il-mossa wasslet għal konflitt bejn l-Istat u l-Knisja, li ġie riżolt fl-20 ta’ April tal-istess sena meta reġgħu tpoġġew lura f’posthom.

Il-poplu Malti ma beżax u kellu l-kuraġġ, avolja ċkejken u mingħajr għajnuna … mit-triq sat-28 t’April 1958 wasal fejn kellu jasal, l-ewwel għall-Indipendenza fl-1964, għall-istat ta’ Repubblika fl-1974 u sussegwentement għall-Ħelsien fl-1979, li temm kull irbit mal-Kuruna Ingliża

Wara l-ġrajjiet tat-28 t’April 1958 u dak kollu li wassal għalih, il-poplu Malti beda triq oħra, biex ikun ħieles. Din il-mogħdija wkoll kienet kumplessa ħafna u ħalliet diversi ġrieħi, b’uħud li għadhom evidenti sal-ġurnata tal-lum.

Figuri demografiċi bejn l-1946 u l-1958

Kriżi oħra li affettwat lil pajjiżna kienet il-kwistjoni tal-Kanal tas-Swejz. L-Eġittu, li minnu kien jgħaddi dan il-kanal tant vitali għat-tbaħħir fil-Mediterran, fl1956 innazzjonalizza din il-faċilità u nħoloq allarm kbir fid-dinja.

F’din il-kwistjoni kienu mdaħħlin indirettament l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Sovjetika, b’mod

F’pajjiżna, fl-isfond ta’ dan kollu, nibtet il-kwistjoni politiko-reliġjuża bejn il-Mexxej Laburista Dom Mintoff u l-Arċisqof Mikiel Gonzi. Din ma bdietx fis-sittinijiet kif ħafna jaħsbu, imma minn ftit wara l-Gwerra u sal-1958 kien hemm tliet avvenimenti prinċipali f’dan il-kuntest.

L-ewwel intopp kien fl-Ewwel ta’ Mejju tal-1948 meta grupp ta’ żgħażagħ attivi fil-politika Laburista għamlu ikla f’lukanda f’San Pawl il-Baħar u għaliha kien mistieden il-Perit u s-Sinjura tiegħu.

Mintoff kien intlaqa’ bl-innu tal-“Bandiera Ħamra”, iżda waqqafhom. L-affari waqfet hemm, imma l-għada l-Arċisqof Gonzi rreaġixxa bil-qawwa u bdew l-akkużi li

Imma għax il-poplu Malti ma beżax u kellu l-kuraġġ, avolja ċkejken u bla għajnuna, wasal fejn kellu jasal, l-ewwel għall-Indipendenza fl-1964, għall-istat ta’ Repubblika fl-1974 u sussegwentement għall-Ħelsien fl1979, li temm kull irbit mal-Kuruna Ingliża.

Ma’ dan waslu r-riformi u t-tibdil meħtieġ biex inbena pajjiż mix-xejn u dan il-ġens tpoġġa fuq il-mappa dinjija mhux aktar bħala bażi militari jew parti minn xi rotta biex joffri s-servizzi lit-tbaħħir kolonjali, imma bħala stat ħieles u indipendenti. Ħajr lil missirijietna u lil dawk kollha li mmilitaw b’rieda tal-azzar fil-Moviment tal-Ħaddiema, il-Partit Laburista.

This article is from: