2 minute read

THE MOOR MURDERS

L-Aħħar Vittmi

IR-RABA’ PARTI

Advertisement

Ir-raba’ vittma, Lesley Ann Downey, marret funfair f’Ancoats waħedha fis26 ta’ Diċembru tal-1964. Brady u Hindley għaddew minn ħdejha u waqqgħu basket mal-art apposta biex jitolbuha tgħinhom. Huma qalulha biex tgħinhom iġorru l-affarijiet fil-karozza u tmur magħhom biex tgħinhom idaħħluhom fid-dar. Downey għamlet hekk iżda ma kinitx taf li kienet se toħroġ minn hemm ġew bla ħajja. Jidher li kif Downey daħlet ġewwa, hi ġiet imneżżgħa, għalqulha ħalqha u ġagħluha tippoża għar-ritratti. Wara, hi ġiet stuprata u mgħallqa bi spag. Hindley qalet li xħin Brady qatilha, hi kienet qiegħda timla l-banju bl-ilma u xħin marret ħdejn Brady sabet lil Downey bla ħajja. Mill-banda l-oħra, Brady qal li kienet Hindley li qatlet lil Downey.

L-għada filgħodu, Brady u Hindley ħadu l-katavru ta’ Downey lejn Saddleworth Moor, fejn difnuha għarwiena, bi ħwejjiġha ħdejn saqajha, f’qabar baxx.

L-aħħar vittma kien Edward Evans ta’ 17-il sena. Fis-6 ta’ Ottubru tal-1965, Hindley u Brady marru ħdejn l-istazzjon tat-tren biex Brady jagħżel il-vittma li kien imiss. Sadanittant, Hindley baqgħet fil-karozza tistenna lil Brady. Wara ftit, Brady irritorna ma’ Edward Evans, fejn qal li kien sejjer magħhom biex iwettqu atti sesswali. Huma t-tlieta marru d-dar tan-nanna ta’ Hindley u qagħdu jixorbu flixkun inbid.

F’ħin minnhom, Brady qal lil Hindley biex issejjaħ lir-raġel t’oħtha, David Smith. Hindley qalet lil Smith biex jistenna barra sakemm tagħmillu sinjal bit-torċ. Hekk kif għamlitlu s-sinjal, Smith ħabbat fuq il-bieb u fetaħlu Brady, li staqsieh kienx hemm għall-fliexken tal-inbid u qallu jidħol jistennieh fil-kċina. Smith għamel hekk u hekk kif Brady daħal f’kamra oħra, hu sema’ għajat u twerżiq ġej mill-kamra fejn daħal Brady.

Hindley għajtet lil Smith biex jgħin lil Brady u kif daħal fil-kamra ra lil Evans bilqiegħda mal-art, b’rasu u spallejh iserrħu mas-sufan. Smith saħaq li Evans kien qed jgħajjat u Brady tah daqqa fuq rasu bil-mannara li kellu f’idu.

Wara din id-daqqa, Smith ra lil Brady jifga lil Evans b’wire tad-dawl. Waqt li Brady kien qed jissara ma’ Evans biex joqtlu, hu weġġa’ l-għaksa u l-katavru ta’ Evans kien wisq tqil biex iqandlu għal ġol-karozza. Kien għalhekk li geżwruh fil-plastik u qafluh fil-kamra tas-sodda biex fis-sigħat tal-għada filgħodu jeħduh f’Saddleworth Moor ħdejn il-vittmi l-oħrajn.

Smith mar lura d-dar għand martu, li kienet oħt Myra – Maureen, u qalilha x’kien ġara. Smith kien imwerwer minn Brady u beża’ li jagħmillu xi ħaġa u b’hekk ċempel lill-pulizija, fejn dawn tal-aħħar ġew għalih u ħaduh l-għassa ta’ Hyde. Hemmhekk, Smith qalilhom x’għamel Ian Brady. Kien għalhekk li s-Suprintendent Bob Talbot mar f’Wardle Brook Avenue u miegħu ħa surġent. Talbot, li kien liebes ħwejjeġ oħra fuq l-uniformi, ħabbat u staqsa lil Hindley jekk żewġha kienx id-dar. Hindley qaltlu li ma kinitx miżżewġa u ma kienx hemm irġiel jgħixu fid-dar. Ma’ din il-gidba, Talbot qalilha min kien u Hindley daħħlitu ġewwa.

Talbot ra lil Brady mimdud fuq is-sufan u qallu li kien qiegħed jinvestiga “att vjolenti li kien jinvolvi armi tan-nar”. Hindley ċaħdet dan u ħalliet lil Talbot ifittex fid-dar.

Talbot sab il-kamra tas-sodda msakkra u talab lil Hindley biex tiftaħlu. Hekk kif daħlu hemm, huma sabu l-katavru ta’ Evans. Wara din is-sejba, Talbot u l-pulizija rritornaw ħdejn Brady, u arrestawh fuq allegat qtil. Brady qalilhom li hu u Eddie kellhom xi jgħidu u li tilfu l-kontroll waqt il-ġlieda. Hu ttieħed l-għassa u Hindley akkumpanjatu, minkejja li ma ġietx arrestata.

Hindley, li marret bil-kelb tagħha l-għassa, ma qalet xejn dwar il-qtil ta’ Evans u bdiet tgħid li l-mewta tiegħu kienet waħda aċċidentali. Hi tħalliet tmur lura d-dar bil-patt u l-kundizzjoni li terġa’ tmur l-għassa l-għada filgħodu filwaqt li Brady inżamm arrestat.

Fil-11 ta’ Ottubru tal-1965, il-pulizija arrestaw lil Hindley u ġiet mixlija li kellha sehem fil-qtil ta’ Evans. Hi nżammet fl-HM Prison Risley sakemm il-pulizija fittxew sew fid-dar fejn kienu joqogħdu. Fid-dar, il-pulizija sabu ktieb u fih kien hemm imniżżel l-isem “John Kilbride”. Din is-sejba

Hindley u Brady marru ħdejn l-istazzjon tat-tren biex Brady jagħżel il-vittma li kien imiss

This article is from: