5 minute read

L-ISFOND U L-MIXJA TWILA SAL-IRVELLIJIET

Il-fatturi lokali u internazzjonali li xprunaw il-ġrajja storika f’pajjiżna, mill-kundizzjonijiet ta’ faqar u t-theddida għall

Il-ġrajja storika tat-28 t’April ta’ 65 sena ilu ma seħħitx xi ġurnata qabel għax xi individwu jew xi ġemgħa nies iddeċidew li jirribellaw, avveniment li baqa’ mmarkat fil-ġlieda tal-ħaddiem biex jieħu dak li kien ħaqqu. L-elementi li wasslu għal dan l-avveniment bdew ħafna snin qabel u wara li seħħet il-ġrajja nnifisha l-mixja kompliet bla waqfien biex sawru l-Malta li hi llum.

Advertisement

Il-protagonisti ewlenin f’din il-mixja kienu Malta u l-ħakkiema kolonjali tagħha, l-Ingliżi. Il-palk tal-ġrajja kien aktar vast, għax minbarra pajjiżna kien hemm il-bqija tad-dinja wkoll. F’dan l-ambitu nħolqu diversi fatturi li wasslu għal din il-ġrajja jew li kienu fatturi wkoll li kellhom effett indirett jew imxew paralleli ma’ din it-taqbida li fetħet il-bieb beraħ għal Malta ġdida.

Qabel kollox, l-akbar protagonist f’din l-mixja kollha kien bla dubju l-Perit Dom Mintoff, li anke l-istorja tfakkru bħala l-aktar persuna idonea għal dawk iż-żminijiet … kien mexxej kuraġġuż, oratur u kien jaf x’ried il-poplu Malti u x’kienet l-aħjar triq għalih, avolja ma kienet xejn faċli. Għalhekk b’appoġġ kbir u massiv, Mintoff kien l-uniku politiku Malti li kien jaf l-Ingliżi sew għal diversi raġunijiet, fosthom li missieru kien jaħdem masservizzi Ingliżi, għamel żmien jistudja fl-Ingilterra, tħallat mal-poplu Brittaniku u kien anke involut fil-ħidma politika Ingliża bħala parti mill-Fabian Society.

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, Malta kienet pajjiż imkisser bit-tifrik. L-Imperu Ingliż, li kien jiftaħar li fuqu ma tinżel qatt ix-xemx, beda jitlef il-pożizzjoni tiegħu l-aktar meta l-Indja ħadet l-Indipendenza fl-1947 wara ħafna tensjonijiet u ġlied. Dan il-fenomenu beda jiżdied meta aktar kolonji qamu biex jiksbu l-ħelsien mistħoqq.

F’Malta baqa’ jiżdied l-appoġġ lejn il-Partit Laburista, l-aktar mill-klassi tal-ħaddiema li bdew iħossu l-bżonn, iżjed minn qatt qabel, li jkunu magħqudin jiddefendu l-għajxien u jiġġieldu għal pajjiżhom.

L-ewwel elezzjoni wara l-Gwerra

Problema kbira li bdiet tiffaċċja Malta kienet il-kriżi ta’ governanza u problemi biex ikun hemm gvern stabbli li seta’ jiżviluppa xi forma ta’ progress nazzjonali.

Ta’ min jgħid li, minn meta spiċċat il-Gwerra fl-1945 sal-1958, saru sitt elezzjonijiet u referendum. Tlieta minn dawn saru bejn l-1950 u l-1953, rekord ta’ elezzjonijiet fi żmien daqshekk qasir.

Fl-istess perjodu, il-Gvern kien mag mul minn koalizzjoni bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Malta Workers’ Party bejn l-1951 u l-1953 u bejn l-1953 u l-1955.

Il-Partit Laburista rebaħ bi kbir l-elezzjoni tal-1947, li hi waħda storika għal diversi raġunijiet. Ir-rebħa ta’ partit wieħed, li ntgħażel biex imexxi l-Gvern b’persentaġġ għoli, kienet sinifikan- ti meta f’din l-elezzjoni kellu dritt jivvota kull min kellu 21 sena jew iktar, waqt li għall-ewwel darba vvotaw ukoll in-nisa f’pajjiżna.

Fatturi oħrajn kienu li abolit is-Senat u li l-leġiż twalet għal erba’ snin flok tlieta. IlGvern il-ġdid kellu triq iebsa quddiemu, fosthom il-bini mill-ġdid tal-pajjiż wara l-ħerba tal-Gwerra. F’dan il-proċess kien ukoll tneħħa l-Mandraġġ fil-Belt Valletta, post li ma kienx jagħmel ġieħ lill-persuni li kienu jabitaw fih, fost il-faqar kbir u l-istat degradanti li kien jispikka fih.

Ftit wara feġġ l-intopp tal-Marshall Aid u kienu se jibdew jingħataw is-sensji mit-Tarzna. Il-Prim Ministru Pawlu Boffa u d-Deputat Prim Ministru Dom Mintoff bdew ikollhom differenzi fuq dawn il-materji u beda l-inkwiet.

L-Ingliżi ma kienu taw l-ebda għajnuna lil Mal ta mill-Marshall Aid u Gvern Laburista kien ta ultimatum lill-Gvern kolonjali, li, iżda, ġie rtirat wara. Mintoff ma qabilx. Dan wassal għall-qasma fil-Partit Laburista ta’ Boffa, li wkoll ġie sfiduċjat internament u spiċċa minn Mexxej.

Mintoff laħaq Mexxej Laburista fis-16 t’Ottubru tal-1949 u, ftit wara, Boffa waqqaf il-Malta Work ers’ Party. Fl-istess perjodu, storikament, ġew eletti rappreżentanti minn żewġ partiti Għawdx in – il-Gozo Party u l-Jones Part – u għalhekk kien jinħass anke l-ispirtu politiku reġjonali għall-uni ka darba.

Wara l-perjodu 1951-1955, ikkaratterizzat minn kriżi qawwija fil-governanza, fl-1955 reġa’ tela’ b’saħħa kbira l-Partit Laburista, li kkontesta bil-proposta ewlenija tal-għaqda mal-Ingilterra, magħrufa aħjar bħala l-Integration. Fattur parti kolari f’din l-elezzjoni kien li l-Malta Workers’ Par ty ta’ Boffa kien sfaxxa u għeb mix-xena politika.

Dan il-Gvern Laburista beda sensiela ta’ taħdi tiet importanti mal-Gvern Ingliż kemm lokalment kif ukoll f’Londra bil-għan li jaslu għal ftehim li jwassal biex Malta tkun parti integra mir-Ren ju Unit. Wara diversi trattattivi, sar referendum, l-ewwel wieħed li fih seta’ jivvota kulħadd minn 21 sena ’l fuq, nhar it-12 u t-13 ta’ Frar tal-1956.

Il-vot favur dan il-pjan kien għoli – 67,607 (77.02%) kontra 20,177 (22.98%) li ma kinux jaqblu. Minkejja dan, ħafna nies, mat-62,480, ma marrux jivvotaw u l-voti mitfugħin kienu jammontaw biss għal 59.13%. Dan wassal biex il-pjan jisfaxxa u l-Gvern Laburista beda jaħdem fuq proposta ġdida, dik tal-Indipen denza sħiħa mir-Renju Unit.

Fl-1957 beda jfeġġ l-inkwiet bil-futur inċ għat-Tarzna u l-eluf ta’ Maltin li kienu jaħdmu fiha. L-Ingliżi kellhom il-ħsieb ċar li jagħtu ħafna sensji minn din l-intrapriża tant importanti għal Malta fejn kienu impjegati persentaġġ kbir tal-popolazzjoni.

Fit-30 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena tlaqqa’ l-Parlament biex jiddiskuti u jgħaddi riżoluzzjoni kruċjali fejn il-partijiet kollha qablu b’mod unanimu dwarha, dik li baqgħet magħrufa bħala l-Break With Britain Resolution. Din tressqet minn Dom Mintoff, bilKap tal-Oppożizzjoni George Borg Olivier jissekondaha. Dan kien pass storiku fil-mixja ta’ pajjiżna, għax b’hekk il-poplu beda l-ġlieda tiegħu biex b’mod aktar intensiv jieħu rajh f’idejh mill-ħakma kolonjali. Minn hawn bdew diversi taħditiet ġodda bejn ilGvern Malti u dak Ingliż fuq il-problemi ekonomiċi, primarjament il-futur tat-Tarzna u l-għajnuna finanzjarja għall-baġit Malti. Dawn damu jkarkru sa April tal-1958, mingħajr ebda żblokk u wisq inqas riżultati.

Il-qagħda lokali kompliet tisħon, bdew il-protesti u d-dimostrazzjonijiet kontra akma Ingliża, bl-ewwel waħda tkun fid-19 t’April, segwita minn ħamsa oħrajn.

F’dawn il-protesti kien inqala’ xi inkwiet u l-Pulizija, immexxija mill-Kummissarju Vivian de Gray, li kien servili lejn il-Kuruna Ingliża, weġġgħet u attakkat lin-nies fil-proċess. F’din il-kriżi l-Prim Ministru u l-Gvern Laburista rriżenjaw bi protesta kontra l-atteġġjament tal-Gvern Ingliż u l-Gvernatur Sir Robert Laycock.

Il-Gvernatur bagħat għal George Borg Olivier biex jifforma l-Gvern, imma dan ċaħad l-offerta, għax argumenta li ma kellux il-mandat tal-poplu biex jagħmel dan.

Fl-istess perjodu bdiet tqum ukoll qasma fil-Partit Nazzjonalista stess, bejn il-Kap u wieħed mill-esponenti ewlenin tal-istess Partit, l-Avukat Herbert Ganado. Din il-qasma bdiet tikber b’mod kritiku ħafna, tant li ftit wara Ganado fforma partit ieħor għalih – il-Partit Nazzjonalista Demokratiku – u kkontesta żewġ elezzjonijiet, dawk tal-1962 u tal-1967.

Fil-Moviment tal-Ħaddiema wkoll kien qam id-diżgwid, ftit wara li l-klima nazzjonali kkalmat, bejn Mintoff u t-Taqsima tal-Ammiraljat fi ħdan il-General Workers’ Union (GWU).

Iżda lura għall-kriżi politika nazzjonali, fil-25 t’April sar meeting mill-GWU fi Pjazza Fra Diegu fil-Ħamrun fejn ukoll għaddiet mozzjoni li ssejjaħ għal strajk ġenerali għat-Tnejn 28 t’April. Dan l-istrajk nazzjonali kontra l-ħakma kolonjali u l-miżuri tal-Gvern Ingliż b’nuqqas kbir ta’ gratitudni lejn dak li sofriet Malta u niesha fil-Gwerra, inbidel fi protesta qawwija u sussegwentement spiċċa fl-irvell li nafu bi ġlied qawwi u vjolenza spontanja bejn id-dimostranti u l-Pulizija, l-aktar f’Raħal Ġdid.

Minbarra din il-kriżi ta’ governanza, il-fattur ekonomiku kien b’saħħtu wkoll, anke wkoll għax qatt ma ngħata importanza mill-Gvern Ingliż. Pajjiż bla futur għal niesu u wliedu beda jħoss il-ħtieġa kif se jsib toroq oħrajn biex jaħrab mill-ġuħ u l-miżerja.

L-Ingliżi, li kienu jmexxu, ma tantx ħabblu rashom kif se joħolqu x-xogħol għall-Maltin u l-Għawdxin u l-Gvernijiet Maltin, bl-awtonomija limitata li kellhom, ftit setgħu jagħmlu biex jinħoloq il-ġid. L-alternattiva ewlenija kienet lil hinn minn xtutna u l-emigrazjoni lejn artijiet akbar li kienu joffru futur aħjar kienet fl-eqqel tagħha.

Għal dan il-għan, wara t-Tieni Gwerra Dinjija, kien

This article is from: