KullĦadd_20.12.2020

Page 1

Awguri ghal Milied hieni …anke jekk b’distanza! Il-Ħadd, 20 ta’ Diċembru, 2020

Ħarġa Nru 1,432

Mingħand l-Editur u l-istaff kollu

Prezz €1

KARITÀ MALTIJA F’DETROIT INKLUŻ FIL-COVID Rapport f’paġna 4

MALTA TITLA’ MAL-AQWA EKONOMIJI F’SEBA’ SNIN Il-bidla fl-amministrazzjoni f’pajjiżna wasslet għal splużjoni fit-tkabbir tal-ġid nazzjonali lokali, tant li laħaq tliet darbiet aktar minn dak irreġistrat fit-tmien snin ta’ qabel mindu sirna membri sħaħ fl-Unjoni Ewropea. Dan wassal biex, ras għal ras, il-ġid lokali laħaq il100% tal-medja Ewropea, waqt li l-ekonomija Maltija qabżet tliet postijiet fil-klassifika Ewropea biex issa tinsab malaqwa 10. B’riżultat ta’ politika li ġġenerat aktar investimenti, inklużi minn barra, li kienet strumentali għal parteċipazzjoni usa’ ta’ ħaddiema u li naq­qset b’mod kostanti taxxi u spejjeż, it-tkabbir irreġistrat fl-aħħar seba’ snin fisser li f’Malta ġiet osservata l-akbar rata ta’ konverġen-

za minn fost il-pajjiżi kollha fiż-Żona Ewro. Stqarrija mill-Eurostat nhar it-Tlieta indikat li l-ġid nazzjonali ras għal ras ta’ pajjiżna fl-2019 laħaq il-medja Ewropea, meta fl-2012 konna 13% inqas. Pajjiżna hu wkoll l-uniku stat membru Ewropew fiż-Żona Ewro b’ekonomija li laħqet il100% tal-medja Ewropea. L-ekonomija Maltija issa telgħet fl-10 post, tliet postijiet aħjar mill-2012. F’dawn is-snin, Malta qabżet lil pajjiżi bħal Spanja, l-Italja u Ċipru, waqt li d-distakk tagħna ma’ ġgant bħal Franza tnaqqas għal 6%. Fl-2012 dan kien ilaħħaq il-21%. Id-distakk ekonomiku ras għal ras mal-Ġermanja, li hi l-mutur ekonomiku tal-UE, ukoll naqas bin-nofs fl-istess żmien.

ĠID NAZZJONALI RAS GĦAL RAS IMQABBEL MAL-MEDJA FL-UE BIDLA BIDLA 2004-2012 2012-2019

2004

2012

2019

MALTA

83%

87%

100%

4%

13%

ĊIPRU

100%

91%

90%

-9%

-1%

SLOVENJA

88%

83%

89%

-5%

6%

ESTONJA

56%

75%

84%

19%

9%

LITWANJA

50%

71%

84%

21%

13%

SLOVAKKJA

59%

77%

70%

18%

-7%

LATVJA

47%

61%

69%

14%

8%

Tkompli f’paġna 3


02

20.12.2020

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 18°C L-Inqas Temperatura: 15°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa ser tkun fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Imsaħħab b’ħalbiet iżolati tax-xita li possibbilment isir bir-ragħad, bis-silġ u bil-buffuri Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mix-Xlokk il-Lvant li jsir ftit qawwi mix-Xlokk Il-Viżibilità: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita Il-Baħar: Ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx mix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 19°C

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

KUNTATT ĠENERALI

17°C UV 2

12°C

17°C UV 1

Il-Ħamis

12°C

Il-Ġimgħa

17°C UV 3

12°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

17°C UV 3

13°C

18°C UV 3

13°C

18°C UV 1

12°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IL-ĠIMGĦA 25 TA’ DIĊEMBRU

Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Il-Ħamrun – 21225539 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara – 21493549 St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà – 21237327 St. Andrew’s Pharmacy, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġġ – 21371062 Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531 Brown’s Chemists, Triq San Pawl, In-Naxxar – 21417652 Promenade Pharmacy, Triq il-Korp tal-Pijunieri, Buġibba – 27441160 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21821646 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, Il-Fgura – 21673811 MC Pharmacy, 303, Triq Ħaż-Żabbar, Il-Fgura – 21801962 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622 Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa – 21692546 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447 Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Ir-Rabat, Għawdex – 21556170 Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 t’April 1688, In-Nadur, Għawdex – 21563589

New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta – 21244813 Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238623 Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi – 21487739 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513 Regional Pharmacy, Triq E. H. Furse, L-Imsida – 21312449 J.V.’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Is-Swieqi – 21371062 Stella Maris Pharmacy, 34, Triq Milner, Tas-Sliema – 21335217 St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Transfigurazzjoni, Ħal Lija – 21435875 Mġarr Pharmacy, Triq il-Kbira k/m Triq Vitale, L-Imġarr, Malta – 21577784 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelika, Ħaż-Żabbar – 21663750 St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq – 21808723 Pasteur Pharmacy, Triq it-Tellerit, Ħal Safi – 21689944 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat, Malta – 21454274 Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat, Għawdex – 21556170 Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb, Għawdex – 27888128


03

20.12.2020

SAL-2012 ŻIDNA 4% Tkompli minn paġna 1 Fl-aħħar seba’ snin, 12-il pajjiż ieħor tilfu l-pass meta mqabblin mal-bqija tal-UE. Pereżempju, fl-Italja minn 103% tal-medja Ewropea, fl-2019 il-ġid nazzjonali tagħhom naqas għal 96%. Fl-istess perjodu l-ekonomija Maltija telgħet minn 87% għal 100% tal-medja Ewropea. Filwaqt li fl-2012 il-ġid nazzjo­nali f’Malta kien 4% biss ogħla minn dak tas-Slovenja, sal-2019 id-distakk twessa’ għal 11%. Ta’ min ifakkar li bejn l-2004 u l-2012, il-ġid nazzjonali ras għal ras ta’ pajjiżna kien żdied b’4% biss lejn il-medja Ewropea, li jfisser li l-konverġenza li seħħet wara l-2012 kienet tliet darbiet aktar b’saħħitha minn dik li seħħet fl-ewwel tmien snin wara li pajjiżna ssieħeb bħala membru fl-UE. Li kieku bqajna għad­dejjin bl-istess ritmu ta’ qabel l-2012, kieku fl-2019 l-ekonomija lokali per capita kien tkun għadha fl-istess livell ta’ Ċipru, u saħansitra taħt l-Italja u Spanja. Dan minkejja li dawn it-tliet pajjiżi għaddew minn kriżijiet ekonomiċi u awsterità qawwija. L-istatistika ppubblikata mill-Eurostat din il-ġimgħa ssegwi stqarrijiet oħrajn li indikaw kemm fl-2019 pajjiżna kellu ekonomija b’saħħitha. Fost l-oħrajn, skont il-proċedura Ewropea tal-iżbilanċi makroekonomiċi, li tħares lejn 14-il indikatur differenti (fosthom ilpiż tad-dejn, ir-rata tal-qgħad u l-iżbilanċ kummerċjali), Malta hi l-uniku pajjiż mingħajr xi forma ta’ żbilanċ. Il-pajjiżi l-oħrajn għandhom bejn wieħed jew erba’ indikaturi li kienu qed jixegħlu bozza ħamra. Anke dawk meqju­ sin bħala l-magni ekonomiċi Ewropej, il-Ġermanja u l-Olanda, kellhom indikatur wieħed li sejjer ħażin, filwaqt li l-Ġreċja, Spanja u Ċipru kellhom erbgħa.

ILLUM


04

20.12.2020

€40M LILL-INTRAPRIŻI LOKALI F’DIĊEMBRU Permezz tal-Malta Enterprise, il-Gvern se jkun ta b’€40 miljun f ’għajnuniet lil eluf ta’ intrapriżi privati li joperaw f ’pajjiżna u li ntlaqtu mill-effetti tal-imxija tal-COVID-19. Dan tħabbar ilbieraħ mill-Ministru għall-Intrapriżi Miriam Dalli, li wkoll żiedet li, għal dan ix-xahar tal-festi, il-Malta Enterprise ħarġet il-pagamenti tal-Wage Supplement iżjed kmieni. Dan il-benefiċċju ta’ massimu ta’ €800 fix-xahar lil kull ħaddiem f ’industriji, li ntlaqtu l-agħar, kien fundamentali biex f ’pajjiżna ġew salvati mal-100,000 impjieg, waqt li negozji privati setgħu jkampaw anke fiż-żmien li waqfilhom kull bejgħ jew negozju. Skont il-Kap Eże-

kuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia diġà tqassmu bi €320 miljun f ’għajnuna lil 17,000 negozju f ’dan ir-rigward. Il-Ministru Dalli spjegat li apparti l-għajnuna tal-Wage Supplement, il-Gvern ħareġ ukoll €6.3 miljun li għamlu parti mill-iskema għall-kontijiet tal-enerġija. B’din l-iskema, li bbenefikat lil aktar minn 6,000 negozju, kien hemm mas7,000 kont kummerċjali tad-dawl u l-ilma li ngħataw sa 50% lura mill-ħlasijiet dovuti. Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia spjega li l-iskema tar-rifużjoni tal-kontijiet tal-enerġija nħadmet b’kollaborazzjoni mal-ARMS Ltd u b’kollox kien hemm 3,280

applikazzjoni minn kumpaniji u minn 1,860 self-employed. Hu qal li 33% tal-applikazzjonijiet ġew minn intrapriżi tal-bejgħ bl-ingrossa u bejgħ bl-imnut, 27% tal-ikel u l-akkommodazzjoni, 16% tas-servizzi u 8% mill-manifattura. Spjega wkoll li b’kollox din l-iskema se tolqot kumpaniji li jimpjegaw 24,410 ħaddiema f ’Malta u 1,396 f ’Għawdex. Il-Ministru Dalli fakkret li f ’Jannar li ġej, kif tħabbar fid-diskors tal-Baġit, se jkunu qegħdin jerġgħu jitqassmu l-vouchers ta’ €100 lil kull ċittadin ta’ 18-il sena ’l fuq biex jintużaw favur l-irkupru ekonomiku f ’numru ta’ setturi partikolari.

KARITÀ MALTIJA F’DETROIT INKLUŻ WAQT IL-COVID-19 Mijiet ta’ tfal ta’ etajiet varji u dixxendenzi differenti f’Detroit, l-Istati Uniti tal-Amerka, jaqsmu biss bejniethom id-dwejjaq li ma jistgħux igawdu dawn iż-żminijiet ta’ festi bħal ħaddieħor. B’xortihom, fi ħdanhom tgħammar komunità Maltija li kull sena torganizza attivitajiet speċjali biex tferraħhom filbelt ta’ Corktown. U anke jekk attwalment l-Amerka hi l-agħar milquta mill-pandemija talCOVID-19, l-attività, li ilha ssir 50 sena, xorta saret u l-għajnuna wasslet l-istess tbissim tas-snin preċedenti, anke jekk b’restrizzjonijiet neċessarji. F’Detroit, fejn l-identità Maltija hi komuni ħafna, grazzi għal eluf ta’ emigranti Maltin u Għawdxin u d-dixxendenti tagħhom, insibu l-kunjom Malti jispikka. Mhux biss, imma magħhom ukoll il-ġenerożità u l-qalb tajba li ħadu magħhom minn Malta u Għawdex għexieren ta’ snin ilu u spiċċat intirtet mill-ġenerazzjonijiet ta’ warajhom. L-organizzaturi fil-Parroċċa tat-Trinità Mqaddsa f’dan il-lokal din is-sena kienu mħassbin kif se jgħinu lit-tfal tal-lokal biex xorta jdaħħluhom fl-ispirtu tal-Milied u jqassmulhom ir-rigali, fl-istess ħin li kellhom idejhom marbutin u ma setgħux jagħmlu dan bħal snin oħra. Hawn nibet ħsieb, li fil-fatt kien suċċess, li jsejħu lit-tfal fil-miftuħ, bi spazju adegwat u b’Father Christmas idoqq il-qanpiena u jgħajjat lit-tfal lejh biex iqassmilhom ir-rigali. Fil-parkeġġ quddiem il-knisja fejn saret l-attività u mal-420 tifel u tifla rċevew rigali xierqa kien hemm ukoll presepju ħaj – bil-familja Said, fosthom il-missier Joe liebes ta’ San Ġużepp u wliedu Sara, Cecilia u Abby lebsin ta’ Marija, ta’ anġlu u ragħaj. Tanya Caruana, li ilha parti mill-organizzazzjoni ta’ din l-attività għall-aħħar 15-il sena u chairperson għal dawn l-aħħar tliet snin tgħid li minkejja l-pandemija xorta waħda riedu jgħinu tfal li ġejjin minn famil-

ji vulnerabbli. Hi spjegat li l-pandemija wkoll wasslet biex għadd ta’ familji ntlaqtu ħażin bl-għeluq ta’ kumpaniji u postijiet tax-xogħol oħrajn u għalhekk, aktar minn snin oħrajn, riedu jkunu fuq quddiem biex jgħinu u jferrħu lit-tfal. Meta kienet qed titkellem mal-midja lokali, hi wkoll saħqet li permezz ta’ din l-attività taw l-istess esperjenza tas-snin ta’ qabel, imma bid-differenza li t-tfal ma ħarġux mill-karozzi u Father Christmas qagħad idur il-karozzi u jqassam ir-rigali. Ma tqassmux rigali biss. Fil-fatt voluntieri, fosthom Chris Caruana, qassmu wkoll basktijiet bi bżonnijiet ta’ kuljum lil dawn il-familji li nġabru fil-parkeġġ tal-knisja. Għal ħafna minn dawn il-familji, ir-rigali se jkunu l-uniċi li se jirċievu fil-Milied. U huwa għalhekk li l-organizzaturi ma ridux li l-pandemija xxekkel milli tittella’ din l-attività. Tanya Caruana tibda mill-ewwel tiġbor id-donazzjonijiet biex tkun tista’ torganizza l-attività tas-se-

na ta’ wara, bl-ispiża kull sena tlaħħaq madwar €20,000. Il-ħidma ta’ din il-parroċċa fost il-vulnerabbli u l-fqar ilha mill-1830 u kompliet tikber. Monsinjur Clement Kern, li għamel 30 sena fil-parroċċa, kien maħbub sew u magħruf għad-devozzjoni tiegħu lejn l-immigranti fqar, fosthom dawk Maltin. Kien hu li beda din l-attività tant mistennija minn dawn il-familji li baqgħet issir u tikber kull sena. Il-Maltin ukoll jagħtu lura lil din il-komunità f’Detroit, tant li nsibu kemm il-Maltese American Community Club f’Dearborn u proprja f’Corktown, l-eqdem soċjetà Maltija, il-Maltese

American Benevolent Society u li ftit tas-snin ilu ċċelebrat il-75 anniversarju mit-twaqqif tagħha. L-aħħar ċensiment li sar erba’ snin ilu juri li numru sostanzjali ta’ Maltin tal-Amerka huma kkonċentrati f’Metro Detroit, Michigan, New York, San Francisco u Chicago. Is-sit The Maltese-Detroiter jgħid li hemm 13,726 Malti f’Detroit, Michigan – numru li jinkludi biss lil Maltin u Għawdxin tal-ewwel ġenerazzjoni. Il-Konslu għal Malta f’Detroit, Paul Borg, fl-2015 kien qal li f’Detroit jgħixu madwar 70,000 Malti u Maltija li jinkludu l-ewwel, it-tieni u t-tielet ġenerazzjoni. Ħafna mill-Maltin emigraw għal Detroit wara l-Gwerra, b’numru minnhom jaħdmu fl-industrija talkarozzi.



06

20.12.2020

ĠUSTIZZJA M’GĦAWDEX U L-GĦAWDXIN GO U EPIC JINDIKAW LI, WARA NUQQAS GĦAL GĦADD TA’ SNIN, IT-TIENI FIBRE OPTIC CABLE SE JWASSAL GĦAL FIDUĊJA U POSSIBBILTAJIET AKBAR GĦALL-GŻIRA-OĦT Tnejn mit-tliet fornituri ewlenin ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni f’pajjiżna indikaw li fl-aħħar saret ġustizzja mal-gżira Għawdxija u r-residenti tagħha bl-investiment ta’ €4 miljun fit-tieni fibre optic cable li l-Prim Ministru Robert Abela inawgura fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Mitlubin mill-KullĦadd biex jagħtu kumment, kemm GO kif ukoll Epic urew sodisfazzjon li issa minn ċittadini sa negozji fil-gżira-oħt se jkunu jistgħu jgawdu u jibbażaw fuq servizzi reżiljenti u konnessjoni mal-bqija tad-dinja tant meħtieġa fid-dinja teknoloġika tal-lum. Tlabna wkoll il-kummenti tal-Melita, it-tielet fornitur fil-pajjiż, iżda sakemm morna għall-istampa konna għadna bla risposta. Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Kurt Farrugia, li mexxa l-proġett, ukoll jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu, f’opinjoni li qiegħda tiġi ppubblikata f’din il-ħarġa (ara paġna 14),

u jisħaq li issa Għawdex hu wkoll ankrat mal-kumplament tad-dinja u għaldaqstant issa jinsab f’qagħda ta’ eċċellenza li jattira n-negozji daqs Malta.

Nhar it-Tnejn, il-Prim Ministru Abela u l-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri ħabbru li l-Gvern kien ħaseb biex iwaqqaf il-kump-

anija Gozo Fibre Optic Cable Ltd, li ġiet fdata biex topera u żżomm ir-rabta l-ġdida minn tarf sa tarf. Il-kumpanija wkoll innegozjat u kkonkludiet b’suċċess ftehim mat-tliet operaturi tat-telekomunikazzjoni f’pajjiżna. Fid-diskors tal-okkażjoni, il-Prim Ministru nnota li ras għal ras, mill-2013 ’l hawn, il-Prodott Gross Domestiku għal Għawdex żdied minn nofs il-medja tal-Unjoni Ewropea għal kważi żewġ terzi. Hu wiegħed li, inkluż b’dan l-investiment tat-tieni fibre optic cable, Għawdex se jaqbeż il-medja Ewropea u jsir mera tal-mudell ekonomiku ġdid ta’ pajjiżna. Arthur Azzopardi, Chief Officer - GO Business, qal li l-GO minn dejjem kienet minn ta’ quddiem fejn jidħol investiment fl-infrastruttura diġitali ta’ pajjizna, inkluż aktar minn €120 miljun f’dawn l-aħħar 10 snin. “Nafu li n-nuqqas ta’ reżiljenza għal Għawdex f’terminu diġitali hu fattur li kien ilu jinħass għal dawn l-aħħar snin. Bla dubju dan hu element ewlieni li investituri potenzjali jħarsu lejh waqt il-proċess ta’ ppjanar. Għaldaqstant il-GO kienet minn tal-ewwel biex tilqa’ dan l-investiment għallġid tal-industrija Għawdxija kif ukoll għar-residenti Għawdxin,” hu qal, waqt li enfasizza li llum il-ġurnata, peress li ħafna aktar nies qed jaħdmu mid-dar, id-domanda għall-bandwidth f’żoni fejn it-traffiku fuq l-internet kien ġeneralment baxx, żdied b’ammont sostanzjali. “Għalhekk, il-bżonn ta’ kon-

nessjoni b’saħħitha u reżiljenti, hi fattur essenzjali fid-dinja tal-lum. Dan kollu jikkumplimenta l-investiment mingħajr preċedent li l-GO qiegħda tagħmel fir-roll-out tal-fibra direttament sa ġewwa d-djar u n-negozji (TrueFibre) madwar Malta u Għawdex kollu. Dan il-cable ġdid se jsarraf f’possibbiltajiet ġodda għal Għawdex – b’konnessjoni b’saħħitha mal-bqija tad-dinja, fejn negozji kbar u żgħar jistgħu joperaw minn din il-gżira b’moħħhom mistrieħ. Il-GO se tkompli tgħin u tappoġġja lil dawn in-negozji u r-residenti kif meħtieġ,” kompla Azzopardi. Iċ-Chief Executive Officer ta’ Epic, Tamas Banyai, ukoll stqarr li Epic tilqa’ dan l-investiment, li fuq kollox se jagħti lill-Għawdxin u lin-negozji f’Għawdex konnessjoni aktar reżiljenti bejn il-gżejjer. “Dan ifisser li r-residenti u negozji f’Għawdex jistgħu jkollhom aktar fiduċja f’konnessjoni konsistenti u affidabbli mal-internet, li hu dak li jerfa’ d-dinja tal-komunikazzjoni u t-teknoloġija tal-lum,” stqarr Banyai. “F’dawn l-aħħar 30 sena, aktar u aktar Għawdxin għażlu lil Epic, li qabel kienet Vodafone, għall-konnettività tagħhom. B’dan l-investiment ġdid, u mat-tnedija tal-brand ġdida tagħna, aħna se nkunu aktar preżenti f’Malta u Għawdex biex noffru servizzi ta’ mobile u aktar fis-setturi tal-komunikazzjoni u teknoloġija, kif ukoll nsaħħu n-network li magħrufin għalih b’aktar valur minn qatt qabel għall-klijenti tagħna.” Iċ-Ċermen tal-Gozo Fibre Optic Cable Ltd Mario Galea qal li, permezz tal-ftuħ ta’ dan il-cable, se jkunu qed jinfetħu opportunitajiet ta’ negozji fl-ekonomija diġitali, fir-remote gaming, fin-niċeċ tad-digital nomads u f’ħafna setturi li jirrikjedu l-appoġġ ta’ digital transmission. Hu qal li jħares ’il quddiem biex jara l-ekonomija Għawdxija aktar b’saħħitha u robusta. Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri wkoll qal li dan l-investiment se jgħin biex ikun attirat aktar investiment speċifikament f’Għawdex relatat mal-gaming u l-internet biex l-ekonomija tal-gżira tkompli tikber anke iżjed millaħħar snin fejn diġà kellha tkabbir ekonomiku ikbar minn dak ta’ Malta.



08

20.12.2020

“IS-SAFAR JISTA’ JIBDA B’MOD SIGUR ANKE QABEL IL-VAĊĊIN” FORA INTERNAZZJONALI SPEĊJALIZZATI FL-IVVJAĠĠAR U T-TURIŻMU JĦEĠĠU GĦAL AZZJONI IMMEDJATA BIEX TIĠI SALVATA DIN L-INDUSTRIJA DINJIJA … RYANAIR BDIET IL-VJAĠĠI MINN BOURNEMOUTH NHAR IL-ĠIMGĦA U MINN MALTA F’MARZU LI ĠEJ Il-Kunsill Dinji tal-Ivvjaġġar u t-Turiżmu (World Travel & Tourism Council –WTTC) u korpi ewlenin internazzjonali tal-industrija ngħaqdu biex jitolbu azzjoni immedjata biex l-ivvjaġġar internazzjonali jerġa’ jiġi minnufih bl-użu ta’ proċessi ppruvati u mingħajr ma jistennew jew jeħtieġu t-tilqim kontra l-COVID-19. Dan jista’ jerġa’ jibda b’riskju minimu b’kombinazzjoni ta’ ttestjar effettiv u protokoll ta’ iġjene. Id-WTTC, li jirrappreżenta globalment is-settur privat fl-oqsma msemmija, flimkien mal-Kunsill Internazzjonali tal-Ajruporti (ACI), il-Forum Ekonomiku Dinji (WEF), il-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ (ICC), qalu li d-dinja ma tistax tistenna li jingħata l-vaċċin lill-maġġoranza tal-popli. Huma jirrikonoxxu li s-saħħa pubblika hi ta’ importanza ewlenija u jilqgħu l-introduzzjoni tal-vaċċin, li fit-tul se jkollha rwol ewlieni fil-ġlieda kontra l-Coronavirus u r-restawr tal-ivvjaġġar internazzjonali. Madankollu, stqarrija konġunta minnhom ippubblikata fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, ingħad li l-vaċċin m’għandux ikun rekwiżit biex wieħed jivvjaġġa minħabba li dan se jdewwem aktar il-qawmien mill-ġdid tas-settur tal-ivvjaġġar u t-turiżmu li diġà jinsab f’diffikultà. Sorsi qrib l-industrija lokali, li tkellmu magħna, qalulna li jaqblu perfettament ma’ dak li tgħid l-istqarrija tad-WTTC u l-għaqdiet l-oħrajn. “Bħalma ġara fil-kumplament tad-dinja, is-settur turistiku f’Malta wkoll ħass id-daqqa li ġabet magħha l-pandemija u kienu bosta l-operaturi li raw dak li bnew

u investew fih b’tant sagrifiċċji matul is-snin jittiekel u jintilef kważi għalkollox,” qalu s-sorsi. Fl-istess ħin, huma rrikonoxxew il-ħidma għaqlija minnaħa tal-awtoritajiet Maltin. “L-għajnuna f’waqtha minnaħa tal-Gvern evitat li jintilfu eluf ta’ impjiegi u jfallu kumpaniji, xenarju li kien ikun bil-bosta agħar minn dak li kellhom jiffaċċjaw fix-xhur li għaddew.” Stħarriġ riċenti mid-WTTC

Is-soluzzjonijiet proposti fl-istqarrija tad-WTTC huma realistiċi u sensibbli, għax filwaqt li l-ogħla prijorità tkompli tingħata lis-saħħa pubblika, faċli jinfetħu kurituri siguri (safe corridors) bejn pajjiżi li joffru livelli minimi ta’ riskju

wera li madwar 174 miljun impjieg fid-dinja fl-industriji tal-ivvjaġġar u t-turiżmu jinsabu taħt theddida. Għalhekk jeħtieġ jerġa’ jibda issa biex isalva lilu nnifsu dan is-settur. Barra minn hekk, dawk innies li jerġgħu lura għax-xogħol se jipprovdu wkoll benefiċċji enormi għas-saħħa lil dawk madwar id-dinja, li l-għajxien tagħhom ġie affettwat mill-pandemija devastanti talCOVID-19. Il-ftuħ sigur ta’ kurituri ta’ vvjaġġar eżistenti, bħal dak minn Heathrow f’Londra għal Dubai, b’ittestjar xieraq u protokolli ta’ iġjene, juri li l-ivvjaġġar internazzjonali jista’ jsir b’riskju minimu aċċettabbli. Flimkien ma’ korpi ewlenin internazzjonali tal-industrija ġew identifikati erba’ miżuri ewlenin li jeħtieġ li jiġu implimentati biex jirrestawraw l-ivvjaġġar internazzjonali mingħajr periklu. L-erba’ miżuri identifikati huma l-ittestjar, il-protokolli komuni tas-saħħa

u l-iġjene, l-immaniġġjar tar-riskju u l-permessi rikonoxxuti tal-ivvjaġġar. L-għaqdiet rinomati wissew kontra l-introduzzjoni talhekk imsejjaħ “passaport tassaħħa”, li jista’ biss idewwem iżjed l-irkupru tal-industriji. Bil-maqlub huma favur passes tal-ivvjaġġar li jkunu rikonoxxuti globalment u wkoll qed jiġu kkunsidrati bħalissa bħala possibbiltà. Huma qalu li l-ittestjar globali hu meħtieġ mat-tluq, fejn test rapidu jnaqqas ir-riskji ta’ trażmissjoni. Minbarra hekk, il-protokolli tas-saħħa u l-iġjene jridu jiġu msaħħa u l-gvernijiet kollha għandhom jadottaw politika ċara ta’ mmaniġġjar tar-riskju skont ir-rakkomandazzjonijiet riċenti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO), il-Kunsill Aviation Recovery Taskforce (CART) u l-linji gwida mill-Aġenzija tas-Sigurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea u ċ-Ċentru Ewropew

għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (EASA/ECDC). L-organizzazzjonijiet saħqu li t-tilqima kontra l-COVID-19 tista’ taħdem flimkien mal-passaporti tal-ivvjaġġar diġitali, bħal CommonPass, AOK Pass u IATA Travel Pass biex tiġi żgurata ċ-ċertifikazzjoni tar-riżultati tat-testijiet u b’hekk terġa’ titqajjem l-industrija tal-ivvjaġġar. Sadanittant, din il-ġimgħa l-akbar kumpanija low-cost Ryanair kienet minn tal-ewwel li bdiet bit-titjiriet internazzjonali. Mill-Ġimgħa hi bdiet it-titjiriet minn Bournemouth u għal ħames destinazzjonijiet Ewropej – Faro, Alicante, Tenerife u Krakow. Il-linja tal-ajru ħabbret li t-titjiriet tagħha mistennija jirritornaw ukoll minn Marzu li ġej minn Malta u ħames destinazzjonijiet oħrajn. L-istess sorsi lokali li tkellmu mal-KullĦadd qalu li, issa li ġew żviluppati vaċċini li jilqgħu kontra din il-marda, hemm


09

20.12.2020

Id-WTTC u l-imsieħba internazzjonali tagħha identifikaw dawn l-erba’ miżuri li, fil-fehma tagħhom, għandhom jirrestawraw l-industrija tal-ivvjaġġar u t-turiżmu minnufih 1. Reġim ta’ ttestjar rikonoxxut globalment - Hu essenzjali li testijiet veloċi u rħas skont livelli internazzjonali jiġu introdotti mattluq tal-passiġġieri kollha biex jiġi minimizzat ir-riskji ta’ trażmissjoni. 2. Protokolli komuni ta’ saħħa u iġjene – Sistemi tal-ogħla livell ta’ saħħa u iġjene jistgħu jassiguraw li r-riskju ta’ tixrid tal-virus waqt l-ivvjaġġar hu fil-fatt inqas milli fil-komunità. 3. Reġim ta’ risk management – Il-gvernijiet kollha għandhom jadottaw politika ċara ta’ risk management bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet riċenti tal-ICAO, CART, EASA u ECDC. Dan hu għalkollox bil-kontra tad-deċiżjonijiet riċenti li jiġi evitat kull riskju, kif rifless fi kwarantini ta’ 14-il ġurnata, li qed jgħaffġu l-industriji inkwistjoni. 4. Passes tal-ivvjaġġar – Il-vaċċin jista’ jaħdem flimkien ma’ passes diġitali tal-ivvjaġġar biex tiġi assigurata ċ-ċertifikazzjoni komuni ta’ riżultati tat-testijiet, mingħajr ilħtieġa ta’ barrieri restrittivi u mhux neċessarji, bħall-kwarantini li huma kontroproduttivi.

40 SENA SITI TAL-UNESCO Heritage Malta din is-sena qed tiċċelebra l-40 anniversarju minn meta l-UNESCO ddikjarat lit-Tempji tal-Ġgantija, il-Belt Valletta u l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni bħala Siti ta’ Patrimonju Dinji. “It-titlu ‘Sit ta’ Patrimonju Dinji’ għandu sinifikat kbir għax, permezz tiegħu, il-UNESCO tiddikjara li s-sit hu ta’ importanza straordinarja u unika għall-umanità, u għalhekk jinħtieġ li jiġi ppriservat,” qal il-Kap Eżekuttiv ta’ Heritage Malta, Noel Zammit. Fil-każ tal-Ġgantija, il-UNESCO hi tal-fehma li dan is-sit jirrappreżenta pass kbir fl-istorja tal-umanità, jiġifieri l-ħila li l-bniedem joħloq kunċett ta’ arkitettura monumentali li m’hemmx bħalha fid-dinja, mhux biss fl-istil, iżda wkoll f ’termini ta’ sengħa. Permezz tat-Tempji tal-Ġgantija – flimkien mat-Tempji ta’ Ħaġar Qim, l-Imnajdra, Skorba u Ta’ Ħaġrat li fl-1992 ukoll tniżżlu fil-lista ta’ Siti ta’ Patrimonju Dinji – l-umanità rnexxielha titla’ skaluna ewlenija fit-taraġ

Ritratt ta’ ANTHONY AXIAQ

xaqq ta’ dawl li d-dinja tirritorna kemm jista’ jkun malajr lejn stil ta’ ħajja aktar normali. “Madankollu, dan mhux se jseħħ mil-lum għal għada, għax jirrikjedi żmien sakemm il-vaċċin jitqassam madwar id-dinja u jingħata lil miljuni ta’ nies. Iżda l-industrija turistika ma tistax tistenna daqshekk, għax il-ħsara li ġarrbet fid-disa’ xhur li għaddew trid tibda tissewwa immedjatament, qabel ma tidħol aktar ’il ġewwa. Is-soluzzjonijiet proposti fl-istqarrija tad-WTTC huma realistiċi u sensibbli, għax filwaqt li l-ogħla prijorità tkompli tingħata lis-saħħa pubblika, faċli jinfetħu kurituri siguri (safe corridors) bejn pajjiżi li joffru livelli minimi ta’ riskju. B’hekk, bil-mod il-mod u filwaqt li jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji, jingħata nifs ġdid lis-settur tal-ivvjaġġar li hu tant importanti għall-ekonomija lokali u dik dinjija,” temmew jispjegaw is-sorsi.

tal-progress. Bħala Sit ta’ Patrimonju Dinji hemm pjan ta’ konservazzjoni għall-Ġgantija li jirrikjedi interventi varji fuq diversi partijiet tas-sit mill-konservaturi

tal-ġebla fi ħdan Heritage Malta, inkluż għat-tisħiħ ta’ parti mill-faċċata. Għal dan il-għan, il-UNESCO ffinanzjat ix-xiri ta’ strumenti li jiġbru tagħrif relatat ma’ movimenti tal-ħitan.


10

20.12.2020

POŻITTIVI DWAR IL-PJAN FIT-TUL GĦAT-TRATTAMENT TAL-ISKART Il-pjan ta’ 10 snin, li l-Gvern għadu kemm ressaq għad-diskussjoni minn nhar it-Tnejn li għadda, qanqal reazzjonijiet mill-aktar pożittivi fost l-iskemi awtorizzati biex jiġbru l-iskart fil-pajjiż, GreenPak, GreenMT u WEEE Malta, u anke mill-għaqda ambjentali mhux governattiva, Żibel. Waqt li ġimagħtejn ilu nieda uffiċjalment il-pjan, il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia spjega li l-għan aħħari hu li jimmassimizza l-valur tal-iskart permezz ta’ soluzzjonijiet ħolistiċi u l-adozzjoni ta’ kollaborazzjoni mal-imsieħba kollha, waqt li jiġu promossi tibdiliet fl-imġiba. Qal li l-Gvern hu determinat li Malta tilħaq il-miri ambizzjużi tagħha sal-2030, imma wkoll issir fost l-aqwa pajjiżi fl-Unjoni Ewropea f ’dan il-qasam. Il-pjan jipproponi s-separazzjoni obbligatorja taliskart, borża ġdida għarriċiklar tal-karti u flotta moderna tal-vetturi li jiġbru l-iskart, fost oħrajn. Fl-aħħar jiem l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ħabbar li sa tmiem l-2019 bħala poplu Malti u Għawdxi pproduċejna ftit inqas minn 350,000 tunnellata ta’ skart, li jlaħħaq madwar 24,000 tunnellata jew 7.3% iżjed mis-sena ta’ qabel. Fatt pożittiv mill-2018 għall-2019 kien li l-iskart tal-borża s-sewda naqas b’aktar minn 21,000 tunnellata. Mistoqsijin għall-kummenti tagħhom rigward ilpjan ta’ 10 snin għall-ġbir

u l-immaniġġjar tal-iskart, l-iskemi awtoritazzati esprimew li dan hu ambizzjuż u jinsabu impenjati li jikkontribwixxu bis-sħiħ biex jarawh jitwettaq. Żibel tenniet li dan hu l-pjan fit-tul li tant ilna neħtieġu u bis-sehem ta’ kulħadd jista’ jagħmel id-differenza ambjentali u fil-kisba tal-miri imposti. GreenPak tqis il-pjan għall-immaniġġjar tal-iskart propost għall-2021-2030 bħala sforz biex jitjieb dak li fil-fatt ħadem, joħroġ b’suġġerimenti biex jinbidel dak li ma ħadimx u jqanqal sfida fil-pubbliku biex jistinka u jikseb aktar. Kelliem għall-iskema qa-

lilna li “GreenPak, li hi pijuniera lokali fil-qasam ta’ extended producer responsibility, ilha għall-maġġoranza tal-aħħar 20 sena tistinka u taħdem biex iġġib bidla pożittiva u b’hekk ittejjeb il-wirja ta’ Malta, partikolarment fejn jidħol l-iskart mormi mill-konsumatur. Aktar minn oħrajn, m’aħniex sodisfatti bil-prestazzjoni kollettiva tant fqira li għandha Malta, minkejja l-isforzi kollha li saru f ’dawn l-aħħar snin. Il-pjan ippreżentat mill-Ministru Farrugia hu pjan ambizzjuż u għaldaqstant GreenPak se tibqa’ kommessa billi tkompli taħdem bil-għan li tilħaq dawn il-miri.”

IL-PJAN PROPOST HU BBAŻAT FUQ 10 PUNTI LI HUMA: 1. Ekonomija ċirkulari: Inċentivi fiskali li jippromwovu t-tiswija u l-użu mill-ġdid tal-prodotti; il-bini ta’ ċentru għat-tiswija u l-użu mill-ġdid; u inċentivi għall-użu ta’ materjal riċiklat; 2. Prevenzjoni tal-iskart: Online swap shops; app li tippromwovi prattiċi tajbin u informazzjoni real-time; 3. Separazzjoni tal-iskart: Separazzjoni mandatorja għal kulħadd, inklużi stabbilimenti kummerċjali; introduzzjoni ta’ borża ġdida għar-riċiklar tal-karti; 4. Ġbir tal-iskart: Perspettiva reġjonali li twassal għal economies of scale; modernizzar tal-flotta; introduzzjoni ta’ sistema armonizzata nazzjonali għall-ġbir tal-iskart; 5. Infrastruttura għat-trattament taliskart: ECOHIVE – impjanti state-of-the-art biex innaqqsu d-dipendenza ta’ pajjiżna

fuq il-miżbliet; 6. Responsabbiltà estiża tal-produttur: Sistemi ġodda għar-rimi ta’ żjut, tajers u tessuti, fost l-oħrajn; 7. Skart kummerċjali: Aktar ġbir ta’ skart organiku bla ħlas; introduzzjoni ta’ ecolabel għal stabbilimenti kummerċjali; 8. Kampanji edukattivi, moniteraġġ u konformità: Reklutaġġ ta’ green champions; infurzar akbar biex jitnaqqas l-abbuż; awtoritajiet governattivi jagħtu tagħrif fuq min jikser dawn il-provvedimenti; 9. Ġestjoni tad-data, riċerka u żvilupp: Sistemi ġodda diġitali avvanzati, inklużi dawk ta’ intelliġenza artifiċjali, flimmaniġġjar ta’ skart solidu; 10. Partijiet interessati: ħidma id f’id mar-residenti, kunsilli u gvernijiet reġjonali, settur kummerċjali, l-industrija u l-awtoritajiet governattivi.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ GreenMT u WEEE Malta, Joe Attard, qalilna li “l-iskemi nazzjonali responsabbli mill-ġbir taliskart tal-ippakkjar u skart elettroniku, jilqgħu il-pjan fit-tul tal-immaniġġjar taliskart sas-sena 2030. Dan hu dokument spjegat li jurina fejn ninsabu u fejn irridu mmorru. Se nipparteċipaw bis-sħiħ fil-proċess ta’ konsultazzjoni f ’isem l-1,800 importatur li nirrappreżentaw f ’dawn is-setturi u, filwaqt li nikkritikaw b’mod kostruttiv, ngħaddu wkoll ideat li f ’pajjiżi oħrajn taw riżultati pożittivi f ’dawn is-setturi.” Min-naħa l-oħra, l-eNGO Żibel irreaġixxiet billi laqgħet il-pjan fit-tul estensiv li se jkun jeħtieġ il-popolazzjoni sħiħa li tagħmel sehemha jekk irridu nilħqu dawn il-miri u dawk imfasslin millUE b’mod ġenerali. “Bħala Żibel inħarsu ’l quddiem biex naħdmu mal-Ministeru biex inwettqu dawn il-miri u nsemmgħu t-tħassib tal-pubbliku b’mod kostruttiv. Dan hu l-pjan fittul li minn dejjem ħtieġna u l-ballun issa jinsab f ’saqajna lkoll,” qal kelliem għall-eNGO, li kompla li ħafna mill-punti prinċipali fil-pjan minn dejjem konna favurihom minn perspettiva ta’ mmaniġġjar tal-iskart u bħala riżorsa li nistgħu nużaw għal affarijiet oħrajn. Meta ħabbar il-pjan għall-immaniġġjar futur tal-iskart, il-Ministru Far-

rugia qal li “dawn il-miżuri se jiżguraw li Malta tagħmel il-bidla tant mistħoqqa fl-immaniġġjar tal-iskart li tinkludi attivitajiet u azzjonijiet li jkopru l-ħajja kollha tal-iskart – minn mindu dan jinħoloq sa ma jiġi biex jintrema.” “Fis-settur tal-iskart jeħtieġ nifhmu fejn ninsabu llum il-ġurnata, fejn irridu mmorru u kif se naslu. Il-ħtieġa li nħaddmu sistemi aktar sofistikati u innovattivi fl-immaniġġjar taliskart qed tiżdied hekk kif il-popolazzjoni ta’ pajjiżna se tkompli tikber,” tenna l-Ministru Farrugia, waqt li spjega li m’hemmx lok għal dewmien biex jiġu implimentati r-riformi neċessarji ħalli pajjiżna jilħaq il-miri tiegħu. “Jekk ma nisfidawx l-istatus quo, pajjiżna se jkun f ’pożizzjoni ħafna aktar prekarja biex jilħaq il-miri għall-iskart għall-2030. Li ma nagħmlu xejn għandu prezz kemm mill-aspett ekonomiku kif ukoll ambjentali, u l-ammont ta’ art li diġà tlifna minħabba l-bżonn ta’ landfilling hu eżempju ċar ta’ dan. Is-sitwazzjoni bħalissa qed twassal għal aktar teħid ta’ art għal miżbliet.” Hu spjega li dan il-pjan se jkun qed jitwettaq flimkien ma’ riformi oħrajn li tħabbru riċentement f ’dan is-settur, fosthom l-akbar investiment li qatt sar fl-immaniġġjar taliskart f ’pajjiżna – faċilitajiet state-of the-art fil-kumpless ECOHIVE. Dan il-proġett se jkun qed iwassal biex pajjiżna jimxi lejn ekonomija ċirkulari u jippermetti li l-iskart jiġi użat fil-potenzjal kollu tiegħu u b’hekk ma nibqgħux dipendenti fuq il-miżbliet, darba għal dejjem. “L-ekonomija ċirkulari hi l-futur u filwaqt li nirrikonoxxu li l-implimentazzjoni ta’ sistemi avvanzati fl-immaniġġjar tal-iskart tiswa aktar milli wieħed jinvesti f ’sistemi u fl-approċċ tradizzjonali ta’ kif jiġi ġestit l-iskart, dan il-pjan se jkun qed jagħti l-opportunità lin-negozji biex imexxu f ’dan is-settur li dejjem qed jikber fl-ekonomija dinjija,” kompla jgħid il-Ministru. Id-dokument jinsab disponibbli għal konsultazzjoni pubblika mis-sit elettroniku tal-Ministeru (meae.gov.mt) u s-sottomissjonijiet jintlaqgħu b’email sat-18 ta’ Jannar li ġej.


11

20.12.2020

FILM MALTI JGĦADDI GĦAL FESTIVAL PRESTIĠJUŻ AMERIKAN “Luzzu” hu l-ewwel film Malti fl-istorja ta’ pajjiżna li kkwalifika biex jikkompeti fil-kategorija ċinematografija drammatika minn madwar id-dinja waqt is-Sundance Film Festival, li se jsir bejn it-28 ta’ Jannar u t-3 ta’ Frar 2021. Dan il-film tad-direttur żagħżugħ Alex Camilleri nħadem is-sena li għaddiet fl-akkwati ta’ Marsaxlokk u Birżebbuġa, bl-appoġġ tal-Malta Film Fund u inċentivi finanzjarji oħrajn mill-Kummissjoni Maltija tal-Films u l-Gvern Malti. Sundance hu l-akbar festival tal-films indipendenti fl-Istati Uniti tal-Amerka, li ġie stabbilit fl-1978 mill-attur leġġendarju Robert Redford. Il-festival ukoll nieda l-karrieri ta’ wħud mill-akbar produtturi u diretturi tal-films, inkluż Quentin Tarantino u Wes Anderson, waqt li films kbar ċinematografiċi wkoll iddebuttaw fih, bħal “Four Weddings and a Funeral” ta’ Mike Newell, “Reservoir Dogs” ta’ Tarantino, “Whiplash” ta’ Damien Chazelle u “Get Out” ta’ Jordan Peele. Sundance jfaħħar il-film Malti bħala “punġenti, ritratt

umanistiku ta’ ħajja diffiċli”, bid-direzzjoni neorealistika ta’ Camilleri biex issib “il-poter kwiet ta’ mumenti żgħar u l-intensità ta’ persuni ordinarji jiġu imbottati f’pożizzjonijiet li diffiċli tkampa fihom”. “Luzzu”, li se jibda jintwera f’Malta mis-sena d-dieħla, jirrakkonta l-istorja fittizja ta’ sajjied li qed jitħabat biex ikampa finanzjarjament u jwarrab it-tradizzjoni biex jirriskja kollox meta jinvolvi ruħu f’sajd illegali bil-għan li jkun jista’ jipprovdi aħjar għal martu u t-tarbija tagħhom. I l- p a r t i j iet prinċipali tal-film jinkludu liż-żewġ sajjieda proprji Jesmark u David Scicluna u l-attriċi Michela Farrugia. Rebecca Anastasi, Ramin Bahrani, Alex Camilleri u Oliver Mallia huma l-produtturi tal-film. Il-film, li qed jimmarka d-debutt ta’ Camilleri, ġie żviluppat fuq medda ta’ tliet snin permezz ta’ riċerka fil-fond. Jesmark u David Scicluna

kienu strumentali biex jgħinu lil Camilleri jaħdem l-aħjar xeni reali ta’ sajd tradizzjonali Malti. Is-Sundance Film Festival is-sena d-dieħla se jinkludi diversi wirjiet madwar l-Istati Uniti u online għall-udjenzi Amerikani, l-industrija internazzjonali u l-midja.


12

20.12.2020

TISĦIĦ TAL-ĦABS BI PROFESSJONISTI FIL-KURA U R-RIABILITAZZJONI L-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi qed tkompli tkabbar ittim multidixxiplinarju tagħha bil-għan li tipprovdi pjan ta’ kura u riabilitazzjoni iktar b’saħħtu għall-priġunieri. Dan it-tim kiber b’iktar minn 75% flaħħar ftit snin u sejħiet riċenti għal professjonisti oħrajn jixhdu li se jkompli jissaħħaħ. Mhux hekk biss, iżda b’żieda ma’ dan l-investiment fl-aħħar jiem tħabbar ftehim mal-organizzazzjoni mid-Dlam għadDawl li se tkun qed timpjega hi wkoll professjonisti fuq bażi full-time bil-għan li jaħdmu direttament mal-priġunieri u l-familji tagħhom. Għal dan ilgħan qed ikunu investiti nofs miljun ewro fuq tliet snin biex jingħata dan is-servizz mingħajr preċedent. George Busuttil, li jmexxi l-organizzazzjoni u li għandu snin twal ta’ esperjenza jaħdem fil-qrib mal-priġunieri, kellu kliem ta’ ħajr għall-apoġġ li ta l-Gvern u l-aġenzija għasservizzi korrettivi biex dan ilproġett seta’ jsir realtà. Bħalissa fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm rekord ta’ priġunieri, li minnhom 356 huma Maltin. Minkejja li dan in-numru u s-sena tal-pan-

Din il-ġimgħa stess kien iffirmat ftehim ġdid ma’ Mid-Dlam għad-Dawl li se joffri aktar servizzi professjonali lill-priġunieri demija ġabu sfidi kbar għal kulħadd fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin issoktaw l-inizjattivi bil-għan li jkun imsaħħaħ l-investiment fl-edukazzjoni u r-riforma. Bħalissa hemm 153 resident tal-Faċilità li jattendu xi wieħed mid-diversi korsijiet li qed isiru bi sħab ma’ istituzzjonijiet edukattivi lokali. Kelliem għall-Aġenzija għasServizzi Korrettivi fisser kif il-korsijiet isiru fi gruppi żgħar

biex il-priġunieri jingħataw attenzjoni individwali u s-suġġetti huma varji. Partikolarment isir it-tagħlim tal-lingwi, il-matematika, it-teknoloġija tal-informatika u suġġetti oħra li jinkludu wkoll il-ħiliet talħajja. Fl-aħħar sena kien hemm ukoll numru ta’ priġunieri li għamlu l-eżamijiet tal-MATSEC f’livell ordinarju u għamlu dan b’suċċess. Hemm ukoll numru ieħor ta’ priġunieri li beħsieb-

hom joqogħdu għal dawn l-eżamijiet fis-sessjoni li jmiss. Bħalissa hemm ukoll ħames priġunieri li qed jattendu istituzzjonijiet edukattivi barra l-faċilità. Ma’ dawn jingħaqdu inizjattivi oħrajn bħal taħditiet minn banek, partikolarment l-APS, dwar kif wieħed jiftaħ u jimmaniġġja kont u inizjattivi ta’ tagħlim u informazzjoni dwar kif wieħed iġib ruħu f’intervista.

MALTA U L-UNICEF FAVUR AI TAT-TFAL Proposta Maltija biex tistab­­ bilixxi politika għall-użu ta’ intelliġenza artifiċjali (AI) mit-tfal għadha kemm intgħażlet mill-UNICEF biex taqsam esperjenzi reali dwar kif it-teknoloġija moderna tista’ tintuża u jiġi stabbilit dak li jaħdem u dak li ma jaħdimx. Il-fergħa speċjalizzata għall-ħarsien tat-tfal fi ħdan il-Ġnus Magħquda għażlet is-sottomissjoni li tressqet minn Tech.mt, il-kumpanija mwaqqfa mill-Gvern Malti u l-Kamra tal-Kummerċ biex tippromwovi l-istrateġija fuq teknoloġija innovattiva, u l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal f’pajjiżna. Din is-sħubija għandha l-għan li twassal għal ekosistema iżjed inklussiva, konformi mal-Istrateġija Diġitali Nazzjonali għall-2021-2024, biex tassigura li tintlaħaq kull faxxa tas-soċjetà, partikolarment it-tfal. Malta issa hi msieħba ma’ pajjiżi oħrajn, bħall-Iżvezja, ir-Renju Unit, il-Ġappun, il-Finlandja, iċ-Ċilì, in-Niġerja, Sierra Leone u r-Rwanda f’impenn globali favur sistemi u policies tal-AI li jappoġġjaw l-iżvilupp tat-tfal. Fi stqarrija, Tech.mt qalet li tirrikonoxxi l-intelliġenza artifiċjali bħala parti integrali minn ġenerazzjonijiet futuri u għaldaqstant se tkompli taħdem biex tassigura li fiż-żmien li ġej kulħadd ikun aġġornat mad-dinja diġitali. “Din hi wkoll kontinwazzjoni fix-xogħol li qed isir diġà biex ikollna provvista b’saħħitha ta’ riżorsi umani għall-industrija teknoloġika fis-snin li ġejjin. Tech.mt hi impenjata li tgħin kumpaniji bbażati f’Malta biex jesportaw it-teknoloġiji tagħhom u biex jitwaqqfu kurituri għall-bejgħ fid-dinja tat-teknoloġija. Qed naħdmu wkoll ma’ istituzzjonijiet akkademiċi biex nifhmu aħjar kif il-kurrikuli lokali ta’ STEM u IT jistgħu jitjiebu u jsiru aktar attraenti għal żgħażagħ u tfal,” kompla jingħad minn Tech.mt. Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri laqa’ l-aħbar tas-sħubija mal-UNICEF u qal li l-kisbiet tal-aħħar snin minn pajjiżna fis-settur tat-teknoloġija ġibdu l-attenzjoni ta’ istituzzjonijiet internazzjonali li qed jagħżluna bħala l-bażi tagħhom fejn iniedu proġetti sinifikanti.



14

20.12.2020

GĦAWDEX ANKRAT MAL-BQIJA TAD-DINJA

KURT FARRUGIA Kap Eżekuttiv Malta Enterprise

It-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex ħadd mhu se jarah fiżikament għax jinsab imwaħħal ma’ qiegħ il-baħar. Iżda se jkun qed jankra lil Għawdex bħala destinazzjoni ta’ eċċellenza għan-negozju daqskemm hi Malta. L-ewwel nett, xi jfisser li Għawdex ikollu t-tieni fibre optic cable li jgħaqqdu ma’ Malta u mal-bqija tad-dinja? Fibre optic cable huwa essenzjalment cable oħxon bħal dak li jgħaddi l-elettriku minnu, iżda li minnu tgħaddi wkoll data b’veloċità qawwija li essenzjalment jintuża għal skopijiet ta’ telekomunikazzjoni u internet. Għawdex diġà għandu fibre optic cable wieħed, iżda bħal kull ħaġa f’qiegħ il-baħar – bħal pereżempju l-interconnector tad-dawl bejn Malta u Sqallija – jista’ jiġrilu l-ħsara. F’każ ta’ ħsara lill-ewwel fibre optic lejn Għawdex, l-unika link tal-internet għal Għawdex kienet tkun infrastruttura użata fil-passat, meta l-internet kien għadu jibda, magħrufa bħala radio wave frequency li hija sistema ta’ satelliti li jħarsu lejn xulxin u jisparaw l-informazzjoni fl-arja. Illum il-ġurnata l-ebda post tax-xogħol ma jopera mingħajr internet, daqskemm l-ebda post tax-xogħol ma jopera mingħajr dawl. Dan it-tieni fibre optic cable li huwa infrastruttura iktar moderna minn dak eżistenti se jkun ifisser li t-telekomunikazzjoni u l-internet f’Għawdex prattikament ma jistgħu jinqatgħu qatt. Din l-infrastruttura kritika għal Għawdex hija investiment tal-Gvern ta’ €4 miljun. Iżda f’termini ta’ investiment barrani u lokali lejn il-gżira Għawdxija din se tfisser mijiet ta’ miljuni u se nispjega għal xiex. Illum il-ġurnata Malta hija

fost l-aqwa pajjiżi li għandha infrastruttura ta’ telekomunikazzjoni b’saħħitha fid-dinja. Id-daqs ta’ pajjiżna jgħin biex l-ebda roqgħa f’Malta u Għawdex ma hija maqtugħa mill-internet jew fejn ma jaqbadx il-mobile minħabba li ma jasalx signal. Filwaqt li llum il-ġurnata din saret xi ħaġa li kulħadd jieħu for granted, ir-realtà hija li anke fl-iktar pajjiżi avvanzati, għadek issib postijiet fejn ma jaqbadx il-mobile u l-internet. Illum f’Malta u f’Għawdex taqbad bit-telefown ċellulari minn kullimkien bit-3G, 4G u fi ftit tax-xhur oħra anke bit-teknoloġija 5G. Fix-xogħol tal-Malta Enterprise meta niġu biex nattiraw investiment lejn pajjiżna, wieħed mill-iktar punti li jattira investitur lejn pajjiżna huwa l-infrastruttura diġitali li għandna. Filwaqt li fiżika-

ment aħna gżira u maqtugħin bil-baħar, virtwalment nistgħu nilħqu l-Istati Uniti, l-Asja, l-Afrika u kull parti tad-dinja bl-istess veloċità li jilħquhom l-iktar pajjiżi avvanzati ekonomikament. Dan illum nistgħu ngħiduh kemm għal Malta u daqstant ieħor għal Għawdex. Dan għax filwaqt li Malta hija konnessa b’mod qawwi mingħajr inkwiet li jista’ jinqata’ l-internet b’mod permanenti, Għawdex kien għadu jistrieħ fuq link tal-fibre optic wieħed. Allura, iċ-ċans li jiġrilu xi ħaġa ma kienx żgħir. Dan kien iżomm investitur lura milli jitfa’ n-negozju tiegħu f’Għawdex. Illum dak l-inkwiet spiċċa għalkollox bit-tieni link ta’ fibre optic. B’hekk minn din il-ġimgħa bit-tħaddim ta’ dan it-tieni fibre optic cable, negozju f’Għawdex ma għandu l-ebda

Fix-xogħol tal-Malta Enterprise meta niġu biex nattiraw investiment lejn pajjiżna, wieħed mill-iktar punti li jattira investitur lejn pajjiżna huwa l-infrastruttura diġitali li għandna

inkwiet li xi darba se jinqata’ l-internet jew kwalunkwe mezz ta’ kommunikazzjoni ieħor. B’hekk illum, negozju li jopera f’qasam diġitali għandu moħħu mistrieħ f’Għawdex daqskemm f’Malta jew fi kwalunkwe parti oħra żviluppata fid-dinja. Filwaqt li qed nagħmlu enfasi kbira fuq kif permezz ta’ dan is-serħan il-moħħ nistgħu nattiraw investiment ġdid, u allura impjiegi, f’Għawdex, hemm ukoll il-lat soċjali li huwa daqstant kruċjali. Dak illi kull individwu jkun moħħu mistrieħ illi għandu provvista ta’ internet u telefonija. Bir-realtà li kellna ngħixu fiha fi żmien il-Covid pereżempju, nafu illi f’ċertu mumenti kellna ningħalqu ġewwa djarna u nkomplu naħdmu jew nistudjaw mid-dar. Ħaddiema jew studenti Għawdxin illum jistgħu jagħmlu dan b’moħħhom mistrieħ illi kemm jekk jgħixu Wied il-Għajn, iżda anke jekk jgħixu San Lawrenz, għandhom l-istess aċċess għall-internet u t-telefonija ċellulari. Filwaqt li f’residenza, l-internet li jintuża x’aktarx ma għandux bżonn xi qawwa u veloċità straodinarja, hemm attivitajiet kruċjali oħra li huma essenzjali – bħall-qasam tas-saħħa. Bil-fibre optic cable, jekk isir X-Ray jew

kwalunkwe scan mediku, dan jista’ jgħaddi mingħajr inkwiet f’temp ta’ millisekondi għand it-tobba fi sptar f’Malta jew barra permezz tal-internet. Din l-informazzjoni tant hi tqila li tista’ tgħaddi biss permezz tat-teknoloġija tal-fibre optic u allura f’każ li l-uniku fibre optic cable jiġrilu xi ħaġa, l-informazzjoni medika minn Għawdex x’aktarx kien ikollha tasal bil-vapur. B’dan it-tieni fibre optic cable llum għandna ċertezza li s-servizz tas-saħħa minn Għawdex huwa wieħed reżiljenti daqskemm huwa f’Malta. Nistgħu nibqgħu nużaw dawn l-eżempji ta’ kif bissaħħa ta’ din l-infrastruttura ġdida kritika, Għawdex daqs Malta tista’ tgħid li huwa reżiljenti għal xenarji differenti. Il-punt prinċipali huwa li llum Għawdex għandu awtonomija daqs Malta u infrastruttura diġitali daqs l-iktar pajjiżi żviluppati fid-dinja. Forsi dan il-cable mwaħħal f’qiegħ il-baħar, l-Għawdxin qatt mhuma se jarawh b’għajnejhom. Iżda l-effetti li se jħalli fuq is-saħħa u s-sostenibbiltà ekonomika għall-gżira Għawdxija huma fit-tul u se jibdew jinħassu immedjatament. B’hekk nistgħu ngħidu li llum Għawdex huwa ankrat b’mod diġitali u permanenti mal-bqija tad-dinja.


15

20.12.2020

DALWAQT JISBAĦ JUM AĦJAR

CLAYTON BARTOLO Ministru

Ftit tal-jiem oħra nagħlqu s-sena 2020, sena li ma kienet xejn normali u li għal ħafna se tibqa’ mfakkra bħala ‘s-Sena tal-Covid’. Il-pandemija laqtet id-dinja bħal sajjetta fil-bnazzi. Ħadd ma kien qed jistennieha meta fil-31 ta’ Diċembru li għadda konna qed nagħtu l-awguri tagħna lil xulxin. Eluf ta’ kilometri ’l bogħod minn xtutna, l-għadu inviżibbli li kien se jġib tant ħsara u taqlib madwar id-dinja kien diġà nibet u beda jinxtered. Sa Marzu kien kiber u nfirex biżżejjed biex jilħaq il-kontinent Ewropew u

jiġi meqjus mill-awtoritajiet mondjali tas-saħħa bħala pandemija globali. Fin-nuqqas ta’ kura jew tilqima, l-uniċi armi li kellha d-dinja biex titrażżan l-firxa tal-virus kienu dawk tal-prevenzjoni: L-ilbies tal-maskri, id-distanza soċjali, ix-xogħol mid-dar fejn hu possibbli, l-għeluq ta’ stabbilimenti f’ċerti ħinijiet jew għalkollox, u f’każi estremi, il-lockdown parzjali jew totali. Dan talaħħar, li jinkludi ukoll restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar minn post għal ieħor, kellu impatt devastanti fuq is-settur turistiku mondjali. Naturalment, Malta wkoll ġiet affettwata minn dak kollu li seħħ madwarna (Malta gżira, iżda mhix iżolata) u minkejja l-politika għaqlija u l-prekawzjonijiet sensibbli u f’waqthom li ttieħdu mill-awtoritajiet tagħna, il-Coronavirus inevitabbilment sab ruħu fostna wkoll. Minħabba n-natura tiegħu u d-dipendenza fuq viżitaturi minn barra l-pajjiż, is-settur turistiku Malti kien fost l-aktar oqsma li ntlaqat ħażin. Wara snin ta’ tkabbir, rekord wara l-ieħor, u prospetti eċċel-

lenti kif jixhdu l-figuri reġistrati fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena, il-qasam turistiku sofra daqqa kbira li waqqfitu ħesrem hekk kif feġġ il-Covid. Il-perjodu qasir tas-sajf, fejn is-sitwazzjoni tjiebet għal ftit ġimgħat, ġab solliev temporanju, iżda ma kienx biżżejjed biex jagħmel tajjeb għall-kumplament tas- sena. Kien hemm min bata, u mhux ftit. Il-Gvern ħa ħsieb jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex, filwaqt li jagħti l-prijorità mistħoqqa lis-saħħa pubblika, jipproteġi l-impiegi u l-kumpaniji, speċjalment dawk żgħar u medji, permezz ta’ għajnuniet finanzjarji u l-iskema tal-vouchers. Kif stqarru miegħi diversi operaturi, dawn il-miżuri kienu s-salvazzjoni għan-negozju tagħhom li mingħajrhom żgur ma kienx ikampa. Issa li l-vaċċin wasal biex jitqassam f’pajjiżna u madwar id-dinja, nistgħu nibdew inħarsu ’l quddiem b’aktar ottimiżmu u bit-tama li l-kbir għadda u dalwaqt jisbaħ jum aħjar. Iżda nagħmlu ħażin jekk ninsew il-prekawzjonijiet, speċjalment f’dawn il-ġranet

ta’ festi, jew naħsbu li l-virus miet jew telaq lura minn fejn ġie. Huwa fundamentali li waqt li nagħmlu l-ewwel passi lejn ritorn għan-normalità, naraw li l-lezzjonijiet li tgħallimna waqt din il-pandemija - kemm bħala pajjiż, kemm bħala poplu u kemm bħala settur turistiku - iservuna għall-ġejjieni. Il-ġimgħat u x-xhur li ġejjin se jkunu importanti ferm għas-settur turistiku globali u għal dak Malti. Wieħed jistenna li hekk kif ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar jibdew jonqsu, tibda tiżdied bil-mod il-mod id-domanda, kif ukoll il-kompetizzjoni qawwija bejn id-destinazzjonijiet. Malta trid tkun imħejjija tajjeb biex tieħu vantaġġ mit-titjib fix-xenarju internazzjonali. It-tħejjijiet diġà bdew, anzi nistgħu ngħidu li ma waqfu qatt. Fil-fatt, matul il-pandemija, kemm il-Ministeru kif ukoll l-Awtorità Maltija għatTuriżmu ħadu l-opportunità biex jagħtu spinta lil ċertu xogħol immirat lejn il-perjodu ta’ wara l-Covid. Saru proġetti ta’ tisbiħ, manutenzjoni u restawr tal-prodott turistiku biex min jiġi jżurna fix-xhur

u s-snin li ġejjin isib is-siti storiċi u l-attrazzjonijiet turistiċi fi stat aħjar milli kienu. Ġew investiti miljuni ta’ ewro fi programm ta’ taħriġ b’xejn għall-impjegati fis-settur turistiku sabiex dawn jiksbu ħiliet ġodda li jgħinuhom jagħtu servizz aħjar lit-turist. Ser infasslu strateġija għall-10 snin li ġejjin li se twassal biex Malta, Għawdex u Kemmuna jattiraw turiżmu ta’ kwalità aħjar minn qabel, fejn in-numri jibqgħu importanti iżda ma jkunux kollox, strateġija bbażata fuq diversifikazzjoni tas-swieq, tkabbir fl-aċċessibbiltà bl-ajru, tnaqqis tal-istaġjonalità, tkabbir fl-infiq lokali, tisħiħ ta’ niċeċ eżistenti u żvilupp ta’ niċeċ ġodda, fost oħrajn. Fl-istess ħin, komplejna nirreklamaw lil Malta fis-swieq ewlenin tagħna, l-aktar permezz tal-midja diġitali, sabiex pajjiżna jibqa’ f’moħħ il-vjaġġatur prospettiv. B’dan kollu, u bis-sehem ta’ kulħadd, nistgħu nkomplu naħdmu biex dan is-settur tant importanti għall-ekonomija Maltija jirpilja u jiġi fuq saqajh fl-iqsar żmien.

MILIED BĦAL QATT QABEL

FLIX BUSUTTIL GALEA Kandidat

Min qatt kien jgħidilna meta f’idejna kellna dik it-tazza tax-xampanja fil-31 ta’ Diċembru 2019 li kien ser ikollna sena bħal din. Sena li kienet sejra tkisser kull memorja sabiħa ta’ sena fejn nistgħu ngħixu ħajja bħas-snin kollha ta’ qabel. Sena mimlija stigma, biża’ u inċertezzi. Sena li kienet ser tweġġa’ mhux biss lil pajjiżna imma lid-dinja intera u li kieku ma konniex bil-għaqal u mimlijin tama u rispett lejn ħaddieħor, kienet tkun ferm agħar milli kienet. Kieku konna taħt Gvern Nazzjonalista konna mhux biss nitkaxkru u nidħlu ġo ħajt

imma kien ikollna katastrofi ekonomika. It-teżor ta’ Malta kien fjakk u vojt u ħafna ċittadini Maltin, ħafna familji u ħafna ħaddiema lokali u internazzjonali kienu jsibu ruħhom f’sitwazzjoni prekarja li setgħet twassal għad-disperazzjoni, id-dipressjoni u dwejjaq ikrah. Grazzi għas-sitwazzjoni ta’ ekonomija b’saħħitha, l-għaqal ta’ Gvern Laburista, l-ewwel taħt id-direzzjoni straordinarja ta’ Joseph Muscat u wara bil-kontinwità u l-perseveranza ta’ Robert Abela, aħna, il-Maltin u l-Għadwxin, stajna niffaċċjaw din il-gwerra. U tassew. Din gwerra kienet u gwerra għadha. Għax iva jeżisti ftit dawl fit-tarf ta’ din il-mina imma għadna ma ħriġniex minnha. U jonqos ftit tal-paċenzja oħra – u flimkien għax poplu għaref, ħabrieki, responsabbli u mimli fidi – żgur ser naslu sakemm nerġgħu ngħixu bħal qabel mill-ġdid. Rajna Ministeru tas-Saħħa effiċjentissimu. Ministeru li mhux gwidana – imma Ministeru li ħabb lill-poplu. Kif jgħid l-Ingliż. Truly cares. L-empatija tal-Profs Charmaine Gauci, it-tim kollu tagħha, l-infermieri u t-tobba, il-ħaddiema

kollha ta’ kontra l-COVID-19 u fl-aħħar u mhux l-inqas il-Ministru tas-Saħħa Dr Chris Fearne li wrew professjonalità liema bħalha. Dawn ser nibqgħu niftakruhom bħala l-armata li tkun fuq quddiem ta’ kull armata oħra inkluż il-poplu. Għax anke l-poplu gwerrier. Taħt Gvern Laburista m’għadniex biss suldati tal-azzar imma suldati tat-titanju. Rajna amministrazzjoni governattiva li ma kinitx imbuttata mill-biża’ (u min kien qiegħed ixerred il-biża’ speċjalment mill-midja tal-Partit Nazzjonalista ħaqqu tbeżbiża). U m’hawnx agħar mill-biża’ u mill-paniku f’mumenti mudlama bħalma kellna. Kellna magna propagandista li riedet biss tkexkex. Insomma dan nafuh. Dan narawh dejjem qabel l-elezzjonjiet, wara telfiet kbar elettorali u kontinwament. Beżżgħu lill-poplu bil-lockdowns. Bilġuħ. Bin-nuqqas ta’ mediċini u ikel fuq l-ixkafef. Bl-imwiet u t-tort li kontinwament jagħtuh lill-Gvern flok jagħtu kuraġġ. Flok joffru kondoljanzi u sapport. Flok kienu kontra dan il-virus li qered lill-kontinenti kollha ħaduha qatta bla

ħabel kontra l- Gvern għaqli preżenti, kontra l-istruttura tas-saħħa u kontra l-poplu Malti stess li tant kellu bżonn inkoraġġiment. Rajna Gvern ċentrali u Gvern lokali jaħdem id f’id. Gvern li kellu jqatta’ sigħat ifittex dak il-bilanċ fraġli bejn il-ħajja u l-għajxien. Ir-rota ta’ pajjiżna ma setgħetx tieqaf. Xhur qabel l-aħħar baġit ta għajnuna stupenda lil kulħadd. Sistemi finanzjarji li għenu lill-intrapriżi, lill-industriji u lis-self-employed sabiex ħadd waqt din il-pandemija ma jiddispra. Ma waqafx hawn. Baqa’ jagħti. Mhux fix-xhur tar-rebbiegħa biss tas-sena 2020. Imma wkoll waqt is-sajf. Waqt il-ħarifa. U saħansitra waqt ix-xhur tax-xitwa tas-sena 2021. U baqa’ jagħti. Sussidji għall-ispiża tal-kiri u tad-dawl u l-ilma. Gvern li ma qatax qalbu. Ma qatax qalb il-ħaddiema. Ma qatax qalb il-poplu. Ser naraw Milied ferm differenti minn qatt qabel. Milied fejn ser ikun il-Milied kif suppost. Milied li nispera li jkun spiritwali. Fejn nitgħallmu nkunu grati għal dak li għandna u mhux dak li m’għandniex. Fejn il-familja tiġi tassew l-ew-

wel u qabel kollox. Fejn uliedna huma dawk li nuruhom kemm inħobbuhom u mhux bir-rigali materjali. Imma bl-ikbar rigal li nistgħu nagħtu. Dak ta’ mħabba mingħajr kundizzjoni. Fejn l-anzjani tagħna, missirijietna, ommijietna, in-nanniet u z-zijiet li ma nistgħux ngħannqu din is-sena ngħidulhom b’vuċi soda kemm tassew ngħożżuhom, kemm tassew huma importanti, kemm tassew qatt ma ser inħalluhom waħedhom. Se jkun tmiem ta’ sena li f’idejna ser ikollna dik it-tazza tax-xampanja li forsi mhux ser inċekċkuha ma’ tal-ħbieb imma ngħolluha lejn is-sema u ngħidu grazzi Mulej li tajtna t-tama. Li tajtna l-fidi. Li tajtna pajjiż liema bħalu. Mimli ġenerożità. Mimli kunfidenza. Mimli qawwa u forza. Mimli b’dawk l-ingredjenti Maltin u Għawdxin li jagħmluna gwerrieri, kaptani fil-maltemp sakemm naslu sal-port fejn l-ibħra huma kalmi taħt xemx tiżreġ u tħobb. Il-Milied it-Tajjeb lil dawk kollha ta’ rieda tajba. Dawk ta’ qalb tajba. Dawk li jafu jħobbu tassew, lill-ħbieb u mħabba lil dawk li huma forsi ftit inqas.


16

20.12.2020

ASCENSION

SEMA

L-ILWIEN U L-IM FL-ISPAZJI MIFTUĦ TAL-MARSA Fil-ġimgħat li ġejjin, Infrastructure Malta se tibda tpoġġi l-erba’ opri tal-arti monumentali tal-Marsa Junction Project li bil-kuluri u l-immaġinazzjoni tagħhom se jagħtu bixra ġdida lill-ispazji miftuħa madwar it-toroq, il-flyovers u l-mogħdijiet pedonali ġodda. Wara li l-proposti kreattivi tagħhom intgħażlu permezz ta’ kompetizzjoni pubblika biex ikunu parti minn dan l-akbar proġett infrastrutturali, erba’ timijiet t’artisti kemm Maltin kif ukoll barranin bħalissa qegħdin joħolqu dawn ix-xogħlijiet artistiċi għoljin aktar minn sular, ħalli fil-ġimgħat li ġejjin iwaħħluhom fis-sit tal-Marsa. Dawn l-opri tal-arti monumentali se jkunu magħmulin mill-azzar, ċeramika, materjal minn ġebel riċiklat u materjali oħrajn. Ix-xogħlijiet artistiċi li Infrastructure Malta kkummissjonat għaż-żoni ġodda msebbħin bis-siġar u l-pjanti tal-Marsa Junction Project huma Tisliba, taċ-ċeramista mwieled Għawdex Paul Haber, Sema ta’ I+A Limited, grupp ta’ periti, artisti u teknoloġisti minn Malta, Ascension ta’ Mizzi Studio, tim ta’ disinn ibbażat f’Malta u f’Londra, l-Ingilterra, u Tipping Point, ta’ Alex Welch, artist Ċiprijott li jispeċjalizza fl-arti tal-metall. Filwaqt li Sema u Tipping Point jittrattaw b’mod differenti temi relatati man-natura u l-ambjent, Tisliba tilgħab fuq is-sinifikat tal-Marsa Junction Project innifsu u Ascension, kif jixhed l-isem, għandha konnotazzjonijiet reliġjużi b’rabta maċ-Ċimiterju tal-Addolorata u ċ-Ċimiterju tat-Torok li hemm fl-inħawi tal-proġett u din se tkun mibnija fuq vaska b’mod li tirrifletti fuq l-ilma. Dawn se jitpoġġew fiż-żoni mħaddrin li l-aġenzija qed tiżviluppa bejn Triq Aldo Moro u ċ-Ċimiterju tal-Addolorata bħala parti mill-proġett ta’ €70 miljun biex ittejjeb l-iżjed ħolqa importanti tas-sistema tat-toroq f’Malta. Il-kuntratturi ta’ dan il-proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea qegħdin iħawlu 600 siġra indiġena u 25,240 arbuxell biex jiffurmaw dawn iż-żoni madwar il-korsiji għall-vetturi, il-flyovers, il-korsiji għall-karozzi tal-linja, bankini u korsiji għar-roti mifrudin mit-triq li dan il-proġett qed jintroduċi biex jiffaċilitaw u jħaffu l-ivvjaġġar b’mod aktar sigur għal iżjed minn 100,000 persuna li ta’ kuljum jgħaddu minn dawn l-inħawi.


17

20.12.2020

MMAĠINAZZJONI ĦIN FIL-PROĠETT A JUNCTION Waqt li l-artisti għaddejjin bil-ħidma tagħhom, Infrastructure Malta u Fondazzjoni Kreattività qed jistiednu lill-pubbliku għal wirja tal-abbozzi ta’ dawn l-opri tal-arti u ta’ 12-il sottomissjoni oħra li ġew identifikati għal proġetti oħrajn fit-toroq f’Malta. Din il-wirja, li ġiet fdata f’idejn il-Kuratur Dr Christian Attard, tinsab fi Spazju Kreattiv (il-Kavallier ta’ San Ġakbu), fil-Belt Valletta, u se tibqa’ miftuħa sal-Ħadd, 24 ta’ Jannar 2021. Id-disinji ta’ dawn ix-xogħlijiet artistiċi ntgħażlu minn fost 56 proposta li Infrastructure Malta rċeviet wara sejħa internazzjonali li għamlet b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv, f’Marzu li għadda. B’kollox kien hemm 36 parteċipant minn Malta u seba’ pajjiżi oħra, inklużi Ċipru, l-Italja, il-Polonja, ir-Rumanija, Spanja, l-Istati Uniti u l-Venezwela, li daħlu għal din il-kompetizzjoni bi proposta waħda jew aktar. Kumitat tal-għażla magħmul minn esperti tal-arti u persuni oħra konċernati identifikaw erba’ xogħlijiet artistiċi għas-sit tal-Marsa Junction Project u kklassifikaw 12-il proposta oħra li qed jiġu kkunsidrati għal proġetti infrastrutturali oħrajn ta’ Infrastructure Malta, bħalma huma l-mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija, Central Link Project, Luqa Junction Project u Msida Creek Project. Dawn ix-xogħlijiet artistiċi jinkludu Two Meters Apart (Box Concept Studio), Observatory (Kane Cali), The Floating Cube (Clifford Carabott), The Guardian Angel (Jennings Falzon), The Centaur (Jennings Falzon), On the Move (John Grima), N(h)ar (I+A Limited), Mewġa (maltarti.studio, Paul Vella Critien), The Creation of Man (Ilarie Pintea and Andrei Kiss), Desdoblado/Unfolded (José Luis Sanchez Trujillo), Il-Mara Qawwija (Alejandro Vega Beuvrin) u Il-Ġgant tal-Ilma (Alejandro Vega Beuvrin). Il-wirja tal-mudelli tax-xogħlijiet artistiċi tal-kompetizzjoni tal-Marsa Junction Project tkun miftuħa mit-Tlieta sal-Ġimgħa, bejn id-9:00 ta’ filgħodu u d-9:00 ta’ filgħaxija, u fi tmiem il-ġimgħa mill10:00 ta’ filgħodu sad-9:00 ta’ filgħaxija. Il-wirja se tkun magħluqa f’Jum il-Milied u f’Jum l-Ewwel tas-Sena 2021 filwaqt li fl-aħħar jum ta’ din is-sena, nhar il-31 ta’ Diċembru, se tiftaħ mid-9:00 ta’ filgħodu sas-1:00 ta’ waranofsinhar.

TIPPING POINT

TISLIBA


18

20.12.2020

MALTA 2030: IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART

AARON FARRUGIA Ministru

Inħares lejn il-pjan għall-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna għall-10 snin li ġejjin, jiġifieri sal-2030, bħala opportunità. Il-pjan ħabbarnieh din il-ġimgħa biex b’hekk seta’ jmur għall-konsultazzjoni pubblika bil-għan aħħari li jibda jiġi implimentat mis-sena li ġejja. Id-deċiżjonijiet f’dan is-settur kellhom jittieħdu, diffiċli kemm huma diffiċli.

Mad-deċiżjonijiet jiġi wkoll bżonn ta’ investiment bla preċedent, liema investiment u deċiżjonijiet se jieħdu lill-pajjiżna għal era ġdida f’dan is-settur, jew aħjar, il-quantum leap li pajjiżna jrid jagħmel. Bir-raġun, il-pjan jidher li diġà sab appoġġ mifrux fost l-industrija, il-kmamar tal-kummerċ, l-għaqdiet mhux governattivi u l-familji. Hu frott ta’ ħidma ta’ ’l fuq minn 12-il xahar b’persuni professjonali li mhux biss fasslu dan il-pjan li għandu jieħu lil pajjiżna fost l-aqwa fl-Ewropa iżda għamlu dan b’konsultazzjoni wiesgħa. Nafu fejn qegħdin, nafu fejn irridu mmorru, nafu kif se naslu. Għaliex irridu nieħdu lil Malta għal-livell li jmiss f’dan is-settur? Sempliċement għax Malta hi t-tieni l-iktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li tiġġenera skart għal kull persuna, għandna persen-

taġġ ta’ landfilling, jiġifieri użu ta’ miżbliet għoli ħafna u persentaġġ ta’ riċiklaġġ baxx ħafna. Il-bidla li trid issir hi kbira u trid issir issa. Hi opportunità għax il-futur għalina lkoll hi l-ekonomija ċirkulari, l-ekonomija l-ħadra. Il-pjan maqsum f’numru ta’ setturi li jmissu mal-immaniġġjar tal-iskart fosthom il-prevenzjoni tal-iskart, il-kollezzjoni tal-iskart, ilġbir, l-infrastruttura, skart kummerċjali, l-extended producer responsibility, infurzar u kif ukoll diġitalizzazzjoni u intelliġenza artifiċjali. Dawn kollha se jibnu fuq dak li qed nagħmlu bħalissa jiġifieri investiment ta’ madwar €500 miljun f’erba’ impjanti state of the art fl-ecohive li permezz tagħhom se ninfatmu mill-kunċett ta’ miżbliet u minflok se nibdew noħolqu riżorsa mill-iskart li niġġeneraw. Imbagħad għandna l-impjant li se jibda jilqa’ l-iskart goff u l-Beverage

Container Refund Scheme li se tkun qed titħaddem għallaħħar tas-sena d-dieħla. Il-pjan fih għexieren ta’ miżuri fosthom is-separazzjoni tal-iskart b’mod obbligatorju, kemm fid-djar kif ukoll mill-industrija u mill-entitajiet kummerċjali, l-introduzzjoni ta’ borża addizzjonali oħra biex nisseparaw il-karta mill-plastic, il-ġbir fuq livell reġjonali biex nibbenefikaw minn economies of scale u opportunità biex nimmodernizzaw il-flotta tagħna, l-introduzzjoni ta’ green ambassadors u eco-labels, l-għeluq tal-impjant ta’ Sant’Antnin, armonizzazzjoni fil-ġbir taliskart biex b’hekk, tgħix fejn tgħix taf liema boroż għandek toħroġ dakinhar, ġbir ta’ skart kemm filgħodu u kemm filgħaxija, online swap shops, ċentru għat-tiswija kif ukoll l-iskema tal-extended producer responsibility f’oqsma bħall-karta, iż-żjut u t-tyres. It-teknoloġija se tgħin

biex nilħqu dawn l-orizzonti ġodda. Se jkollna digital apps biex jgħinu l-familji u n-negozji u se nużaw intelliġenza artifiċjali u mmaniġġjar tad-data. Iżda fuq kollox għandna bżonn lil kull ċittadin warajna, kull turist li jżurna, kull entità kummerċjali. Bħal dejjem se nagħtu l-inċentivi biex il-familji jisseparaw sew u jużaw ilborża s-sewda mill-inqas u se niġbru l-iskart organiku mir-ristoranti f’żoni turistiċi sakemm is-sistema tindara u ssir in-norma. Dan mhuwiex biss il-pjan tagħna, iżda hu l-pjan tagħkom, hu pjan li għandna nkunu kburin bih. Se nieħdu lil pajjiżna fost l-aqwa f’settur li qtajna lura fih u fejn qatt ma sar l-investiment neċessarju. Malta ambizzjuża, Malta reżiljenti, Malta b’mudell ekonomiku u ambjentali li jagħti l-aqwa kwalità tal-ħajja lilna, lit-tfal tagħna, lill-ġenerazzjonijiet li jmiss.

INĦARSU B’KURAĠĠ ’IL QUDDIEM

STEFAN ZRINZO AZZOPARDI

Segretarju Parlamentari

Mingħajr l-iċken dubju li s-sena li wasalna biex intemmu ħa tibqa’ mmarkata bħala waħda mill-aktar diffiċli li għaddejna minnha, mhux biss aħna bħala poplu Malti u Għawdxi, imma d-dinja kollha minħabba l-pandemija COVID-19 u dak kollu li ġabet magħha kemm għas-saħħa tan-nies kif ukoll għall-ekonomija tad-dinja. Għalina kienet sena mill-aktar partikolari. Bdejna s-sena b’bidla fit-tmexxija tal-pajjiż wara li rajna lill-Partit Laburista jgħaddi minn proċess mill-aktar demokratiku, trasparenti u organizzat biex ħatar lil Robert Abela bħala mexxej ġdid tiegħu u ftit jiem wara, fil-bidu ta’ Jannar li għadda, jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Ministru ta’ pajjiżna.

Kien proċess li b’wiċċna minn quddiem nistgħu ngħidu, huwa l-għira tal-avversarji tagħna fil-politika li proprju f’din is-sena wkoll kellhom jgħaddu minn proċess simili iżda wara battalja interna mill-aktar qalila li wasslet biex neħħew kap li ma riedx jirriżenja u ħatru ieħor floku. Il-Partit Laburista min-naħa l-oħra, ħareġ mill-elezzjoni tal-Mexxej tiegħu b’aktar saħħa u determinazzjoni biex jilqa’ għall-isfidi li kienu ġejjin fuq pajjiżna fix-xhur ta’ wara. Il-Prim Ministru Robert Abela għoġbu jaħtarni fil-kariga ta’ Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u proprju ftit tal-jiem wara, f’waħda mill-ewwel deċiżjonijiet meħuda mill-Prim Ministru l-ġdid, inħtart bħala membru tal-Kumitat tal-Kabinett dwar ir-riformi istituzzjonali biex insaħħu l-governanza f’pajjiżna. Fi ftit xhur irnexxielna nressqu quddiem il-Parlament mhux inqas minn 10 abbozzi ta’ liġijiet b’tibdiliet sostanzjali għall-Kostituzzjoni u liġijiet importanti oħra u fil-maġġoranza tal-każi, irnexxielna wkoll niksbu l-kunsens tal-Oppożizzjoni biex għaddejna dawn il-liġijiet b’mod unanimu. Fost dawn ir-riformi kbar li wettaqna kien hemm dawk dwar il-ħatra tal-membri tal-ġudikatura, il-ħatra tal-Prim Imħallef,

l-Avukat tar-Repubblika u l-Avukat tal-Istat, il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni u bosta riformi importanti oħra.

mezz tal-vouchers ta inċentiv lil eluf ta’ familji Maltin u Għawdxin biex jonfqu l-flus ħalli l-ekonomija tkompli ddur.

ħolqien tal-impjiegi, it-taħriġ tal-impjegati u l-għajnuniet ta’ miljuni ta’ ewro lill-intrapriżi ta’ daqs żgħir jew medju.

Faqqgħet il-Pandemija

Ġibna l-akbar pakkett finanzjarju għal Malta

Inħarsu ’l quddiem b’kuraġġ

Ftit kienu għaddew ġranet mill-ħidma ta’ dan il-Gvern ġdid li ma bdejniex nisimgħu kif il-Coronavirus miċ-Ċina wasal ukoll fl-Ewropa. L-awtoritajiet tas-saħħa f’pajjiżna, sa minn Jannar bdew jippreparaw għal dan. Meta fis-7 ta’ Marzu feġġ l-ewwel każ f’Malta, konna mħejjija sew u rnexxielna nrażżnu bilkbir l-imxija li kienet għadha fl-istadju bikri tagħha. Kellhom jittieħdu miżuri drastiċi biex nikkontrollaw u bħala Gvern, fuq id-direzzjoni kontinwa tal-awtoritajiet tassaħħa rnexxielna nsibu l-bilanċ meħtieġ biex filwaqt li pproteġejna s-saħħa tan-nies, ma morniex għal lockdown komplut u ħallejna partijiet importanti tal-ekonomija Maltija jkomplu jiffunzjonaw. Minħabba l-miżuri li ttieħdu u l-kriżi kbira internazzjonali li nħolqot, partikolarment fejn jidħol it-turiżmu u l-industrija tad-divertiment, il-Gvern intervjena bil-kbir biex ġew salvati eluf kbar ta’ impjiegi billi pprovda l-wage supplement u per-

Waqt li kien għaddej dan kollu, fuq livell Ewropew komplejna bin-negozjati dwar il-pakkett finanzjarju li ridna niksbu għal Malta mill-Baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. Xhur sħaħ ta’ negozjati laħqu l-qofol tagħhom f’Lulju li għadda meta waqt is-summit tal-Mexxejja Ewropej, ilPrim Ministru Robert Abela rnexxielu jakkwista għal Malta l-akbar pakkett finanzjarju li qatt ksibna, jiġifieri €2.27 biljun li fis-seba’ snin li ġejjin se jgħinu biex nirkupraw mill-effetti tal-pandemija u nkomplu nimxu ’l quddiem fl-iżvilupp ta’ pajjiżna u tas-soċjetà Maltija kollha kemm hi. Fl-istess ħin li qed joqrob lejn tmiemu l-Baġit preżenti tal-Unjoni Ewropea, diversi proġetti kbar iffinanzjati minn dawn il-fondi tlestew, jew waslu fl-aħħar fażijiet tagħhom. Fost dawn irridu nsemmu proġetti infrastrutturali bħax-xogħlijiet kbar fit-toroq tagħna, fl-MCAST, fil-qasam tas-saħħa, fil-

Issa ninsabu f’punt fejn flaħħar bdejna naraw id-dawl fit-tarf tal-mina. Fil-ġranet li ġejjin jasal fostna l-vaċċin li għandu jimliena bit-tama li bil-mod il-mod, ħajjitna tibda ġejja lura għan-normal. Aktar ma jitlaqqmu nies fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, aktar ikompli jonqos in-numru ta’ dawk li jimirdu u nkunu nistgħu nerġgħu naraw li jitreġġgħu lura l-miżuri kontra l-pandemija li għad għandna fisseħħ. Anke f’dan iż-żmien ta’ festi jeħtieġ li nkomplu nsegwu b’reqqa d-direttivi li qed jagħtuna l-awtoritajiet tassaħħa. Naf li dan huwa diffiċli speċjalment meta qed nintalbu ma niltaqgħux fi gruppi kbar u li ma jkunx hemm taħlit bejn familji. Imma bi ftit sagrifiċċji oħra, wara l-ħafna li diġà għamilna fixxhur li għaddew, inkunu nistgħu noħorġu minn dan kollu aktar b’saħħitna minn qatt qabel. Nieħu din l-okkażjoni biex nawgura lil kulħadd, Milied Hieni u Sena Ġdida mimlija risq u fuq kollox saħħa.


19

20.12.2020

KUNSILLI LOKALI AKTAR B’SAĦĦITHOM IS-SITT PARTI

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Fl-aħħar ġimgħat, tajna ħarsa lejn kif bi ftit impenn politiku, rieda mill-Kunsilliera u l-amministrattiv tal-Kunsilli, kif ukoll b’aktar sehem tal-pubbliku fid-deċiżjonijiet meħuda, nistgħu tassew nibdew proċess sabiex insaħħu l-Kunsilli Lokali. Tajna ħarsa lejn l-importanza tal-Kunsilli Lokali fl-iżvilupp lokali, il-potenzjal tal-Gvern Lokali, kif ukoll il-governanza lokali tista’ tkun effettiva, il-proċess ta’ deċentralizzazzjoni u l-investiment li hemm bżonn fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-ħaddiema. Illum ser inkomplu din is-sensiela ta’ artikli fejn se niffukaw fuq l-urbanizzazzjoni imma b’mod sostenibbli kif ukoll il-funzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Urbanizzazzjoni Sostenibbli Matul l-aħħar snin esperjenzajna tkabbir mgħaġgel tal-popolazzjoni urbana f’ħafna mil-lokalitajiet tagħna bħala riżultat ta’ tkabbir ekonomiku. Tgħallimna, li f’pajjiż ċkejken bħal tagħna, dawn iż-żewġ fatturi huma direttament relatati. Il-governanza urbana saret aspett importanti għal governanza tajba. Il-Kunsilli Lokali għandhom sehem deċiżiv biex jirregolaw u jamministraw sfidi ġodda relatati mat-tkabbir ta’ żoni urbani. Dawn jinkludu żvilupp ta’ kostruzzjoni u l-isfidi li jġib miegħu, residenti mingħajr servizzi u faċilitajiet essenzjali, sfidi relatati ma’ faqar, kriminalità u nuqqas ta’ sigurtà, kif ukoll problemi soċjali. Il-Kunsilli Lokali għandhom ikunu huma li jifformolaw u jippromwovu strateġiji sostenibbli kontra d-diskriminazzjoni, barrieri ta’ kull tip kontra gruppi fis-soċjetà li jeskludu aċċess għal riżorsi u opportunitajiet, favur żvilupp sostenibbli urban, promozzjoni u inkoraġġiment ta’ inklużjoni soċjali, integrazzjoni soċjali, titjib, ħarsien u promozzjoni tal-ambjent. Attenzjoni speċjali għandha tingħata għall-valur tal-art urbana fil-lokalità li ħafna drabi tirrifletti d-densità ta’ żvilupp urban. Il-finanzjament tal-Kunsilli għandu jkollu relazzjoni diretta ma’ dan il-valur sabiex jiġi assigurat li l-kwalità ta’ servizzi u l-faċilitajiet urbana offruti huma proporzjonati mal-livell ta’ żvilupp u investiment mill-privat. Il-Kunsilli għandhom ikunu huma li jfasslu policies tal-lokalità relatati ma’ dilapidazzjoni tal-bini u żdingar li po-

tenzjalment jistgħu jevolvu f’kerrejjiet jew jikkawżaw tbatijiet u inkonvenjenza għall-ġirien tal-madwar, iwaqqgħu l-valur taż-żona u li fl-aħħar nett jispiċċaw bejta għall-kriminalità. Il-Partit Laburista għandu jimbotta għall-involviment tal-Kunsilli fejn jidħol id-Dipartiment tal-Artijiet u l-Awtorità tad-Djar, għall-użu u l-immaniġġjar aħjar ta’ propjetà pubblika fil-lokalità tal-istess Kunsill. Dan l-iżvilupp għandu jtejjeb l-aċċess għall-propjetajiet privati u jiftaħ is-suq għal iktar kompetittività u trasparenza. It-titjib tal-ambjent urban, żoni miftuħa pubbliċi, servizzi u faċilitajiet sanitarji u essenzjali aħjar, huma prerekwiżiti importanti għall-iżvilupp sotenibbli urban u t-titjib tal-kwalità tal-ħajja tar-resident b’mod ġenerali. L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali L-Assoċjazzjoni għandha potenzjali biex isservi bħala għodda importanti fl-isforz ta’ governanza tajba u trasparenti. Għandha l-vantaġġ li hi esposta għall-isfidi kollha u diversi li jaffaċċjaw il-Kunsilli u l-lokalitajiet tagħhom u allura għandha l-iktar stampa ċara tal-bżonnijiet tal-Kunsilli fuq livell nazzjonali. Il-funzjonijiet prinċipali għandhom ikunu; • Il-promozzjoni ta’ ideat u l-interessi tal-membri tagħha f’taħditiet u tfassil ta’ policies mal-Gvern Ċentrali kif ukoll fil-fora Ewropea u dik internazjonali. • Lobby għal policies ta’ deċentralizzazzjoni li għandhom iwasslu għal tmexxija b’saħħita u awtonoma tal-Kunsilli fir-rigward ta’ realtajiet lokali u speċifiċi. • It-tisħiħ ta’ komunikazzjoni, koordinament u ħidma bejn il-membri kollha tal-Kunsilli Lokali. • It-tixrid ta’ informazzjoni u esperjenzi bejn il-Kunsilli varji sabiex jikkontribwixxu għal żvilupp ta’ kapaċitajiet individwali, amministrattivi u istituzjonali. • Is-superviżjoni tal-ħidma u l-prestazzjoni tal-Kunsilli Lokali f’oqsma ta’ tfassil ta’ policies u s-servizz publiku. • Il-promozzjoni, koordinament u tfassil ta’ pjanijiet lokali b’mod parteċipattiv li jinkludi l-istakeholders kollha. • Fl-aħħar nett, it-tfassil ta’ viżjoni ta’ ħidma li tiġbor il-bżonnijiet, l-esiġenzi u x-xewqat tar-resident, bi proċess ta’ diskussjoni, konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali u l-istakeholders ikkonċernati. Il-Gvern Ċentrali, u l-awtoritajiet tiegħu għandhom ifittxu l-involviment tal-Assoċjazzjoni biex f’isem il-Kunsilli Lokali tipparteċipa fi tfassil ta’ programmi nazzjonali u l-implimentazzjoni tagħhom, speċjalment f’ħidma li potenzjalment tista’ tiġi ddeċentralizzata. Il-Gvern għandu jassigura li l-Assoċjazzjoni għandha jkollha għajnuna finanzjarja, amministrattiva u leġiżlattiva meħtieġa biex din tkun tista’ tkompli u ttejjeb il-ħidma u s-servizzi li qed toffri lill-Kunsilli Lokali.

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 10 ta’ Diċembru Maltemp għandna, man u qiegħed nispiċċa magħluq ġewwa. Li kieku mhux għax nistħi, kieku kuljum immur inqatta’ siegħa ħdejn sieħbi tal-Istamperija, imma dak ikollu x’jagħmel għax għadu ma wasalx għall-pensjoni. Imma din li nispiċċa magħluq ġewwa għal xi breakdown se twassalni, għalkemm aktar nibża’ li jwassalni għal breakdown l-inkwiet li għandna fil-partit darba glorjuż tagħna. U inkwiet kbir reġa’ għandna biex il-Kap issa mhux ġdid, Bernard Grech għadu lanqas biss ħabbar ix-shadow cabinet. Ikolli ngħid li diġà spiċċa pupu f’idejn Jason Azzopardi u Manuel (mhux Adrian) Delia li mill-ewwel kien wissieh li jew jagħmel kif jgħidulu, jew it-tmexxija tiegħu malajr tieqaf ħesrem. Il-Ġimgħa, 11 ta’ Diċembru Qisna bdejna niċċaqilqu, man! Daqqa niltaqgħu ma’ dak jew mal-ieħor, jew ma’ dik jew mal-oħra, u llum anke konferenza tal-aħbarijiet kellna. Xejn ġdid, għax l-istess kien isir taħt Adrian Delia, imma aħjar nikkuppjaw dak li kien isir taħt Adrian Delia milli nibqgħu b’idejna fuq żaqna ma nagħmlu xejn. Xejn xejn konna fl-aħbarijiet u mhux qisna ma neżistux, għax dan kien qiegħed jinkwetani bil-kbir. Ħalliha li ma għedna xejn ġdid, għax kulma qegħdin nagħmlu hu kif kien isir taħt Simon Busutti. Ħafna rapporti, rakkomandazzjonijiet, proposti, sejħilhom li trid, imma xejn konkret. Nispera li ma tiġix l-elezzjoni u nerġgħu nagħmlu l-istess żbalji! Is-Sibt, 12 ta’ Diċembru Ikolli ngħid li qegħdin naħsbu li verament riesqa l-elezzjoni ġenerali. Xħin mort niltaqa’ ma’ sieħbi tal-Istamperija, qalli li kien hemm laqgħa għall-kandidati ġodda li se jkunu qegħdin jikkontestaw. Staqsejtu jekk kienx hemm xi ħadd ta’ stoffa, apparti dawk li diġà konna nafu. Milli jidher ma kienx impressjonat. Filgħaxija sirt naf li għal-laqgħa kien preżenti wkoll il-veteran Louis Galea, u ngħid is-sewwa xejn ma niżlitli tajjeb. Komplejt nikkonferma li wara kollox mhuwiex Bernard Grech il-Kap ilġdid, għax il-klikka li tal-Labour isejħulha l-establishment, tidher li ħadet f’idejha għalkollox ir-riedni tal-partit darba glorjuż tagħna. U jaħasra b’dik il-klikka ma wasalna mkien! Il-Ħadd, 13 ta’ Diċembru It-temp xejn mhu qiegħed ikun favur tagħna, man! Mhu jħallina nagħmlu l-ebda attività. Jew qegħdin nieħdu vantaġġ mit-temp xejn sabiħ li qiegħed jagħmel biex naħbu l-inkwiet li għandna. Għax ngħid is-sewwa ma nistax nifhem għaliex nhar ta’ Ħadd, minflok

imur f’lokalitajiet differenti, il-Kap issa mhux ġdid tagħna, Bernard Grech qiegħed isejħilna l-Istamperija jew ma jsejħilna xejn u jagħti biss intervista fuq l-istazzjonijiet tagħna. Ftit li xejn għadu żar lokalitajiet kemm ilu li laħaq Kap, u skont sieħbi tal-Istamperija mhux iżur il-lokalitajiet għax hemm kumitati li qalulu ċar u tond biex ma jersaqx lejn il-każini tagħhom. Insomma jien illum ma ddejjaqt xejn għax mort nara l-parata għax jien il-parati nħobbhom. It-Tnejn, 14 ta’ Diċembru Isa ħej kemm jaf jiżfen il-Kap issa mhux ġdid Bernard Grech! Kont imqarraq man li naħseb li mhu jagħmel xejn ġdid għax qiegħed jikkopja biss dak li kien jagħmel Adrian Delia. Mar fuq Tik-Tok u tgħidx kemm qiegħed jiżfen maż-żgħażagħ. Jixraqlu għax żagħżugħ għadu u jiżfen jaf. Apparti minn hekk, liż-żgħażagħ, biż-żfin tiegħu, qiegħed jiġbidhom lejn il-partit darba glorjuż tagħna għax tgħidx kemm eluf rawh jiżfen. Aħjar milli joqgħod idur il-lokalitajiet biex jiltaqa’ mal-kumitati tagħna u xi erba’ akkaniti oħrajn, aktar u aktar meta għad għandna kumitati u lokalitajiet li għadhom ma jridux jafu bih. It-Tlieta, 15 ta’ Diċembru Kif sar idejjaqni Jason Azzopardi, man! Jien tal-fehma li, kuntrarjament għal dak li jemmen u jgħid il-Kap issa mhux ġdid Bernard Grech, dan Jason Azzopardi aktar ħsara qiegħed jagħmlilna milli ġid. Għax afli jrid ikollok wiċċek tost biex tgħid li tal-Labour għandhom jitolbu apoloġija għax, skont hu, gidbu fuq id-data tal-elezzjoni. Mela hu xi jmissu jagħmel, daqskemm gideb. Tant jigdeb li anke l-Eks Kap Adrian (mhux Manuel) Delia jgħajru giddieb pubblikament. U bir-raġun. Gideb meta qal li qatt ma ltaqa’ ma’ Yorgen Fenech meta fil-verità kien mar it-tieġ tiegħu. Gideb meta qal li qatt ma ħa xejn mingħand Tumas Grupp meta kienu tawh vaganza fil-Hilton ta’ Tel Aviv. Insomma mhux se nibqa’ sejjer insemmi l-gideb ta’ Jason Azzopardi għax nibqa’ sejjer sa filgħodu, u bħalissa, f’din il-kesħa, norqod għandi aptit. L-Erbgħa, 16 ta’ Dicembru Ma nistax nifhem dan l-għaġeb kollu dwar id-deċiżjoni tal-imħallfin li qegħdin imexxu l-inkjesta dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia. Ngħid jien mhijiex ħaġa ovvja li jridu jġorru r-responsabbiltà tad-deċiżjoni tagħhom! Is-sabiħa hi li kulħadd irid li din l-imbierka inkjesta tintemm biex tkun magħrufa l-verità kollha malajr kemm jista’ jkun, u minnaħa l-oħra qegħdin inħeġġu lill-imħallfin biex idumu jtawlu kemm jifilħu. Imma nsomma aħna ngawdu qegħdin għax lil tal-Labour ħsara qiegħda ssirilhom.


20

20.12.2020

META L-MALTIN QAMU KONTRA L-INGLIŻI It-28 ta’ April 1958 mhix biss data storika għall-moviment tal-ħaddiema u għall-poplu Malti, sempliċiment għax matulha seħħew ġrajjiet imqanqla li taw xhieda ta’ kuraġġ u solidarjetà. Mod kif nistgħu nifhmu dak li ġara hu s-sens ta’ qawmien mill-poplu Malti, biex juri li ma kienx għadu lest jaċċetta l-impożizzjoni barranija. Kontra dak li kien ġara fis7 ta’ Ġunju 1919, il-protesta nazzjonali ta’ April 1958 ma kinitx spontanja u bla direzzjoni. Din id-darba, il-mexxejja Laburisti u s-segwaċi tagħhom kienu jafu x’qed jagħmlu u

riedu jagħmluh. Hekk jistqarr Dr Alfred Sant, Eks Prim Ministru Laburista f’intervista virtwali bbażata esklussivament fuq dak li seħħ dakinhar u li jinsab miktub fi ktieb li ħareġ hu stess madwar 30 sena ilu fuq l-istess ġrajjiet. Dan ma jfissirx li llum ma jistax ikollu fehmiet aktar żviluppati fuq dawk il-ġrajjiet, għax il-qies storiku hu wieħed li dejjem jinbidel maż-żminijiet. Minn CHARLES B. SPITERI

Alfred, qed nirreferu għaż-żmien ta’ ħakma Ingliża. Kif kienet id-dipendenza ekonomika fuq is-servizzi Ingliżi? Fl-1958, il-biċċa l-kbira tal-impjiegi kienu jiddependu misservizzi. Minn 88,710 persuni jaħdmu, 22,480 kienu mad-dipartimenti tas-servizzi Ingliżi. Kien hemm ukoll 15,050 ħaddiem mal- Gvern Malti. Imbagħad l-impjiegi fil-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut, li kienu jlaħħqu għal 10,700 ruħ. L-għajxien kien marbut bil-kbir man-nefqa tas-suldati, il-baħrin u l-familji tagħhom; kif kienu jiddependu wkoll is-6,370 persuna li kienu jipprovdu servizzi personali. Fl-istess sena, fil-biedja kienu jaħdmu 8,080 persuna u 7,220 fl-industrija tal-bini. B’hekk, aktar minn 25.3% tal-ħaddiema b’impjieg kienu jiddependu direttament mis-servizzi Ingliżi, u mill-inqas 19.2% oħra kellhom impjieg li kien jiddependi bil- tal-ekonomija tal-gżira kien ilkbir mill-Ingliżi. bażi navali. Kieku din tingħalaq f’salt, il-pajjiż kien jogħtor. X’effett żbilanċjat kellha Kulħadd kien jaf li jeħtieġ bilfors tħalli din l-istruttura issir xi ħaġa biex is-sisien fil-kummerċ ta’ Malta tal-ekonomija Maltija jinbidlu. ma’ barra? Matul l-ewwel nofs tas-snin 50 u anki qabel, sar ħafna paroli Ix-xiri minn barra kien jegħ- fuq x’kellu jsir u ma jsirx. Biex leb bil-kbir il-bejgħ li kienet tassew titwettaq xi ħaġa, kellu tagħmel Malta barra minn jidħol il-Partit tal-Ħaddiema filxtutha. Pereżempju fl-1958 Mal- gvern. ta xtrat bi £28,820,474 prodotti minn barra u esportat biss Kollox ma’ kollox, kif kienet £3,595,272. il-ħajja tal-ħaddiem Malti Dawn iċ-ċifri juru ċar kif fis-snin 50? fis-snin 50, kieku Malta kellha tistrieħ fuq l-esportazz- Kważi ħadd ma kellu ġimgħa joni tagħha biex tgħix, ma xogħol ta’ inqas minn 44 għal kienx ikollha minn fejn tħal- 45 siegħa. Ix-xufiera u l-kunlas għall-bżonnijiet meħtieġa dutturi kellhom l-itwal ġimgħa mill-esportazzjoni. U sa tmiem – medja ta’ 57 siegħa u tliet is-snin 50, it-turiżmu lanqas kwarti. kien jeżisti. Skont ir-reġistru tal-Gvern, Issa fl-1958, Malta daħħlet in-nies qiegħda fl-1958 kienu b’kemm jiswew £20.2 miljun 3,500, li minnhom 2,349 kienu f’infiq tal-Ingliżi biex iżommu rġiel. Kien hemm ukoll 3,152 li l-istallazzjonijiet tagħhom. emigraw. Kien hemm ukoll dħul ta’ £5.1 miljuni minn sorsi uffiċjali In- Bħala valur ta’ flus, x’saħħa gliżi, bħala sussidju lill-Gvern kellhom għall-familja dak Malti. iż-żmien? Jekk dawn iċ-ċifri juru xi ħaġa, din hi li l-pulmun Kont tixtri ratal ħobż 5 sol-

l-integrazzjoni, iżda kif se jitwaqqfu s-sensji mit-tarzna. L-integrazzjoni kienet dik li ried il-Partit Laburista għal Malta fis-snin 50. (Kienet l-għaqda bil-mod il-mod ta’ Malta mal-istituzzjonijiet politiċi, finanzjarji u soċjali tal-Ingilterra. Fin-nuqqas ta’ dik il-kisba, kien beħsiebu jitlob l-indipendenza.) Għall-Partit Laburista, l-ewwel skop kien li jissalvagwardja l-għajxien (il-ħobż) tal-ħaddiema. Fiċ-ċirkustanzi ta’ dak iżżmien, dan seta’ jsir l-aħjar billi Malta ssir parti mir-Renju Unit, bil-kundizzjonijiet kollha li kellhom iċ-ċittadini Ingliżi għal servizzi soċjali u ħarsien soċjali ieħor japplikaw għall-Maltin. Jekk dan l-iskop ma jintlaħaqx, kellha tittieħed minnufih it-triq tal-Indipendenza. Kif kien wieġeb għall-kwistjoni tas-sensji l-Prim Ministru Mintoff? di (5ċ), libbra butir kważi 33ċ, il-ġobon ta’ barra kważi 44ċ l-kwart, il-marġerina 24ċ irratal, l-għaġin 6ċ, il-laħam ta’ Malta 92ċ ir-ratal u tal-friża kważi 67ċ. L-inbid kien kważi 12ċ kull flixkun. L-unions kienu ġa mwaqqfa. X’kienu jagħmlu fuq l-indiċi tal-prezzijiet? Il-unions u l-ħaddiema kienu jżommu għajnejhom fuq l-għoli tal-ħajja. L-indiċi tal-prezzijiet għas-snin 1952/1958 tela’ minn 140.3 (1952) għal 148.3 (fl-1958) jiġifieri żieda ta’ xi 5%, mingħajr żieda fil-pagi biex tpatti għalih. Niġu għall-1958. X’wassal biex beda jberraq fil-poplu Malti? Bejn il-jum meta r-Round Table Conference ippreżentat ir-rapport finali tagħha u l-bidu tal-1958, saru sensiela ta’ negozjati f’Londra u qamet il-kwistjoni tal-għajnuna ekonomika li l-Gvern Malti kellu jirċievi għall-baġit tiegħu. Inqalgħet kontroversja kbira, għax ilGvern Ingliż insista li mhux se jiċċaqlaq mill-£5 miljuni li kien

ta għall-ewwel sena tal-Gvern Laburista, u dan insista li l-għajnuna kellha tingħata skont il-bżonnijiet li kien iħabbat wiċċu magħhom il-Gvern Malti. Dan it-tilwim sar rutina ta’ kull sena, bil-perit Mintoff jagħmel ħiltu biex iċaqlaq lillGvern Ingliż mill-pożizzjoni tiegħu, tant li tellagħha għal £6,077,270. Nafu li għall-ħabta tas-7 ta’ Mejju 1957 l-ammiraljat ħabbar li xi 400 ħaddiem kienu se jingħataw is-sensja. X’għamlet it-taqsima tal-union? Organizzat mass meeting fi Pjazza Gavino Gulia biex tipprotesta. Iżda dawn ir-riżoluzzjonijiet u dawn il-meetings donnhom ma kienu qegħdin iwasslu mkien. Il-Gvern Ingliż ma kienx se jiċċaqlaq mill-politika l-ġdida tiegħu tad-difiża minħabba fihom. F’Lulju, Mintoff reġa’ kellu diskussjonijiet f’Londra, li marru aħjar milli mistenni, għax ġab miegħu l-bidu ta’ ftehim ġdid għall-integrazzjoni. Biss l-akbar tħassib tal-Gvern Malti ma kienx għadu fuq kif se tinġieb

Hu għamilha ċara lill-Gvern Ingliż li jekk it-tarzna tingħalaq mingħajr ma jinstabu impjiegi alternattivi, setgħu jkunu żguri li dik kienet se tkun l-aħħar ġurnata tagħhom f’Malta. Nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru 1957 saret protesta nazzjonali u meeting fuq il-Fosos mit-Taqsima tal-Ammiraljat tal-GWU. L-Ammiraljat irrifjuta li jagħti siegħa leave lill-ħaddiema tat-Tarzna. Kienu suċċess? Iva, għax waqt li l-Ammiraljat ċaħad it-talba, it-Taqsima tal-Ħaddiema tal-Ammiraljat ordnat strajk mill-impjegati, li ma rabatx lill-apprendisti u ’l-established. Il-Gvern Malti ħalla lill-impjegati tiegħu jitilqu kmieni mix-xogħol biex jattendu l-meeting. Ironija drammatika dakinhar kienet l-aħbar li l-Gvern Ingliż iddeċieda jagħlaq it-tarzna ta’ Hong Kong f’sentejn b’xi 5,000 ħaddiem Ċiniż jisfaw bla xogħol. Iżda b’danakollu l-meeting kien wieħed mill-aktar kontroversjali li qatt kien organizzat fi ħdan il-moviment


21

20.12.2020

tal-ħaddiema. Kemm nistgħu ngħidu li ħadmu flimkien il-Gvern u l-Oppożizzjoni b’risq il-ħaddiema tat-Tarzna? Wara l-messaġġ li Mintoff bħala Prim Ministru ħareġ għall-Milied u l-Ewwel tas-Sena, bdew kuntatti mal-Oppożizzjoni Nazzjonalista. Borg Olivier u sħabu qablu li jkunu solidali mal-Gvern Malti u mal-ħaddiema tat-tarzna. Qbil ta’ din il-kwalità bilfors kellu juri lill-Gvern Ingliż li ma kienx se jkun jista’ jinjora d-drittijiet tal-Maltin. Terġa’ l-Prim Ministru fisser li kien iltaqa’ mal-Kap tal-Oppożizzjoni u għarrfu bil-ħsieb tiegħu li jressaq il-mozzjoni, jiġri x’jiġri, u l-Kap Nazzjonalista kien lest jagħti l-appoġġ għar-riżoluzzjoni u mill-Oppożizzjoni kien hemm qbil unamimu fuqha. Dan kien ġest “li Malta kollha kienet se tapprezza,” qal il-Prim Ministru fost l-approvazzjoni taż-żewġ naħat tal-Kamra. Wara Mintoff, tkellem Dr. Giorgio Borg Olivier, li ssekonda l-mozzjoni. Hu qal li l-Oppożizzjoni kienet tqisu d-dmir tagħha li tappoġġja l-mozzjoni, għax il-kwistjoni tat-tarzna kienet waħda nazzjonali. Sa Marzu tal-1955 in-negozjati kienu waslu fi tmiemhom. Xi rriżulta? Kien fl-20 ta’ Marzu li n-negozjati bejn Malta u l-Ingilterra ntemmu, wara żewġ sessjonijiet. L-Ingliżi ma kienu taw ebda sinjal li lesti jrattbu l-pożizzjoni tagħhom fuq l-għajnuna finanzjarja għallbaġit Malti tas-sena l-ġdida, u lanqas fuq il-kriżi tat-tarzna. Kien hemm battibekk sħun fil-Parlament Ingliż bejn is-Segretarju tal-Kolonji, Lennox-Boyd u Dom Mintoff, wara li dan ġie mgħajjar pocket dictator, b’Mintoff jispiċċa jirriferi għalih bħala six foot bastard. U mbagħad, x’ġara?

Il-veri problemi bdew jinqalgħu wara li bil-bidla tal-Prim Ministru Ingliż, il-gvern tar-Renju Unit iddeċieda li jekonomizza bil-kbir fl-infiq tiegħu, l-aktar fuq difiża In-nuqqas ta’ qbil bejn ilGvern Malti u dak Ingliż kompla jitħaġġeġ u f’daqqa waħda, il-ġrajja f’Malta qabdet ritmu mgħaġġel li kellu jwassal għall-protesta nazzjonali tat-28 ta’ April, 1958. Dan minħabba li l-flus ivvutati għal Malta kienu waslu biex jispiċċaw. Il-veri problemi bdew jinqalgħu wara li bil-bidla talPrim Ministru Ingliż, il-gvern tar-Renju Unit iddeċieda li jekonomizza bil-kbir fl-infiq tiegħu, l-aktar fuq difiża. Bħattarznari l-oħrajn Ingliżi, it-tarzna ta’ Malta kienet mhedda bi tnaqqis kbir ta’ impjiegi, li seta’ joħloq problemi ekonomiċi kbar. Dawn, fil-fehma tal-Gvern Malti, żgur li kienu qegħdin jiffalsifikaw il-kalkoli li saru meta ż-żewġ naħat għamlu progress fit-taħditiet tagħhom għall-integrazzjoni. Fl-aħħar ta’ Diċembru, il-Parlament Malti, unanimament għadda riżoluzzjoni mressqa mill-perit Mintoff, fejn stqarr li Malta kienet lesta tinħall mill-obbligazzjonijiet tagħha mal-Ingilterra, kawża tat-trattament li kienet qed tirċievi. F’Jannar 1958 saret laqgħa oħra bejn delegazzjonijiet tażżewġ gvernijiet. Bdew negozjati li ntemmu f’falliment totali f’Marzu 1958. Għalhekk Mintoff ried idur għas-self-determination.

tant li l-Gvern Imperjali daħħal lill-commandos fil-Palazz talGvernatur, fil-Berġa Kastilja u f’Admiralty House, fi Triq Nofsinhar. Fil-Palazz talGvernatur iddaħħlu munizzjon u tankijiet tal-ilma għal kontra l-irvellijiet. Minn kull fejn għaddew, id-dimostranti għajtu slogans kontra l-Gvern Ingliż u kontra Mabel Strickland, li kienet il-mexxejja tal-Partit Stricklandjan, u kienet favur li Malta tibqa’ qrib l-Imperu Britanniku. Id-dimostranti marru fi Pjazza Kastilja fejn xegħlu meta raw lill-commandos fit-twieqi talBerġa. Intefgħu l-ġebel u l-art imliet ħġieġ imfarrak. Wara, għamlu l-istess lil Admiralty House. L-għada, 8 ta’ April filgħaxija, fil-Belt inġemgħu gruppi ta’ rġiel bis-slogans ‘Englishmen pay up or go home’. Peress li kienet ix-xita, id-dimostranti kienu inqas fin-numru. It-tielet dimostrazzjoni u l-ikbar waħda mit-tlieta saret il-Ġimgħa, 11 ta’ April filgħaxija. Din id-darba tista’ tgħid li għaddiet bla ebda incident. Wara dan kollu, kien rappurtat xi ċaqliq?

L-Ingliżi baqgħu jżommu sod u ma ridux jiċċaqilqu mill-5 miljuni li kienu se jagħtu. Għalhekk fis-16 ta’ April, Mintoff wieġeb Wara li ma ntlaħaqx ittra li kien bagħatlu Trafford kompromess ġdid Smith, il-Logutenent Gvernatmill-Gvern Ingliż, x’tip ta’ ur. Min-naħa tiegħu, dan sostdimostrazzjonijiet saru? na li ma kellux informazzjoni biżżejjed biex seta’ jwieġeb. Bdew fis-7 ta’ April wara Għal dan, Mintoff kitiblu milll-editorjal li deher f’Is-Sebħ. ġdid u qallu: “int irresponsabKienet dimostrazzjoni kbira, bli”.

Aktar tard, fil-Parlament, Mintoff ħabbar li l-Gvern Malti kien se jirriżenja minħabba l-mod kif il-Gvern Ingliż kien qed jittratta lill-Maltin. Temm kliemu hekk: “Is-siegħa tal-prova waslet. Il-poplu Malti, li fl-imgħoddi tant iġġieled battalji ta’ ħaddieħor, issa wasal biex juri lid-dinja jekk kibirx u sar nazzjon. Quddiem Alla, għandna raġun. Issa sta għalina li dan ir-raġun neħduh ukoll mingħand in-nies tad-dinja. Jekk inkunu ġwejjef aħna, jisħtuna wliedna u wlied uliedna. Illum waslet is-siegħa li kull Malti jrid juri bil-fatti li Malta għalina tiġi l-ewwel u qabel kollox.” Kien kliem li jqanqal u jgħaddab fi żmien ta’ tensjoni bħal dik. X’ħareġ minnu? Din ix-xandira, bit-tħabbira li Mintoff kien se jirriżenja laħqet udjenza enormi. Wara li mar il-Palazz bir-riżenja tiegħu, filBelt saret dimostrazzjoni oħra. Xi dimostranti għamlu r-ronda mal-Belt u oħrajn ġrew għall-bini tan-NATO fil-Furjana. Fil-ġranet ta’ wara, id-dimostrazzjonijiet kienu ta’ kuljum. Qabel it-28 ta’ April, il-jum tal-istrajk nazzjonali, saru żewġ dimostrazzjonijiet oħra. Minn lejlet, grupp ta’ rġiel ippruvaw jaqtgħu l-wajers tar-Rediffusion. Oħrajn kienu attenti għaċċaqliq tal-pulizija jew commandos. Fil-Gżira, Toni Dimech, imlaqqam il-Laganà, flimkien ma’ ħbiebu xerrdu żejt misruq f’salib it-toroq. Sas-sebħ, iż-żejt infirex. Erba’ muturi tal-militar

skiddjaw bil-kbir. Xogħol diversi pickets Maltin kien li jaċċertaw li l-karozzi ma jaħdmux. Meta sar magħruf li taż-Żurrieq qed jaħdmu, imblukkawlhom ittriq. F’Bormla wkoll, xi nies xerrdu ż-żejt u l-ġebel taħt il-mina u t-traffiku ma setax jgħaddi. Il-pulizija ma dehru mkien. L-istess ġara fin-naħa tal-pont li jagħti għal Manoel Island. Xi xufiera u kundutturi niżlu mill-karozza u warrbu l-ġebel. Għalhekk inxtered iż-żejt biex żgur ma jgħaddi ħadd. Inċidenti oħrajn seħħew f’Ħaż-Żabbar u fir-Rabat. Issa l-pulizija ħarġu bil-fireengines biex jaqbdu lil xi dimostranti, fosthom lil Joe Carbonaro, iżda numru minnhom marru lejn il-Boom Defence, ġiegħlu lill-commandos jirtiraw u ppruvaw jattakkaw l-ewwel lanċa. Minħabba aktar suldati armati bl-azzarini, ħarbu. Iżda d-dimostranti bdew jattakkaw u ħarqu l-Għases tal-Pulizija ta’ Ħal Tarxien, ta’ Bormla u ta’ Ħaż-Żabbar. Jiġifieri l-istrajk nazzjonali rnexxa? Ħafna, tant li fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, il-folla kienet ferħana bis-suċċess minkejja t-tensjoni u l-ġlied. Għal xi s-sitta wasal Mintoff li qal lil kulħadd imur id-dar qabel jidlam. Fil-bulettin tal-aħbarijiet tas-7p.m. il-BBC bidel il-verżjoni ta’ qabel fuq l-istrajk nazzjonali. Qal li kien mifrux sew, ġraw bosta inċidenti u x-xogħol fit-tarzna navali waqaf għalkollox. Joe Carbonaro m’obdiex l-ordni. Għat-tmienja neqsin kwart, mar ħdejn iċ-ċimiterju tat-Torok fejn kien hemm żewġ arbli kbar tal-injam… ma jafx humiex tal-elettriku jew tar-Rediffusion, xarrabhom bil-pitrolju, tahom in-nar u waqgħu fl-art. Kien l-aħħar ġest kontra l-ħakma Ingliża. Numru ta’ Maltin tressqu l-Qorti, ġew kundannati u kien hemm min tilef ix-xogħol.



23

20.12.2020

L-GĦEJBIEN TA’ ŻEWĠ AĦWA BNIET – SHEILA U KATHERINE LYON IT-TIENI PARTI

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Suspettati Suspettat li kellhom għajnejh fuqu l-pulizija kien Fred Howard Coffey. Fl-1987 instab ħati għall-qtil ta’ tif­ la ta’ 10 snin li kien wettaq fl-1979 f ’North Carolina. Il-pulizija kienu saru jafu li Coffey beda jaħdem f ’Silver Spring f ’Maryland, li kien viċin ħafna ta’ Wheaton Plaza. Minkejja dan, il-pulizija ma setgħux isibu evidenza konkreta li setgħet tikkonferma li Coffey kien wara l-ħtif tal-bniet u b’hekk qatt ma ġie akkużat. Kien hemm ukoll Raymond Rudolph Mileski Sr bħala suspettat. Mileski kien joqgħod fi Suitland f ’Maryland. Mileski kien instab ħati għall-qtil ta’ martu u ta’ ibnu u li kkawża ġrieħi gravi lil ibnu l-ieħor wara argument jaħraq f ’Novembru tal-1977. Hu weħel 40 sena ħabs u qal lill-pulizija li kien jaf dwar ilkaż tal-bniet, iżda kien lest jitkellem jekk isir xi ftehim fuq is-sentenza li kien qed jiskonta. Il-pulizija fittxew fid-dar li kellu iżda ma sabu l-ebda evidenza. Lloyd Welch Welch diġà ssemma għax ta xhieda falza fuq l-għejbien tal-bniet. Wara li nstab li kien qiegħed jigdeb, huwa ammetta li kien ta xhieda falza u ma sar xejn iżjed. Hekk kif bdew igerbu s-snin, isSurġent Chris Homrock reġa’ fetaħ il-każ u qara l-istqarrija ta’ Welch. Homrock innota wkoll li Welch kien jixbah lit-tpinġija tal-ġuvni li kienet iddeskriviet il-ħabiba tal-bniet. Hekk

L-aħwa Lyon

Hekk kif kompla jaqra d-dokumenti tal-każ, Homrock induna li Welch vera seta’ kien xhud waqt il-ħtif tal-bniet għax semma lil raġel izappap, u Mileski kien zopp kif kompla jaqra d-dokumenti talkaż, Homrock induna li Welch vera seta’ kien xhud waqt il-ħtif tal-bniet għax semma lil raġel izappap, u Mileski kien zopp. Iktar ma kompla jindaga, Homrock iktar ikkonvinċa ruħu li Welch kien li ħataf lill-bniet għaliex hu wkoll kellu offiżi sesswali fuq it-tfal. Kien għalhekk li Homrock iddeċieda li jintervista lil Welch. L-intervista Fis-16 t’Ottubru tal-2013 saret intervista ma’ Lloyd Welch. Homrock beda jibża’ li Welch ma kienx se jagħtihom informazzjoni iżda fil-verità dam ikellimhom għal sigħat sħaħ. Waqt li kien qed jiġi interrogat, Welch beda jagħtihom informazzjoni dwar kif seħħ il-każ.

F’Diċembru tal-2014, il-kuġin ta’ Welch, Henry Parker, qal lill-pulizija li fl-1975 kien iltaqa’ ma’ kuġinuh f ’residenza f ’Thaxton f ’Virginia. Parker qal li għen lil kuġinuh ineħħi żewġ basktijiet mill-karozza ta’ Welch. Kompla jgħid li dawn il-basktijiet kienu jiżnu madwar 30 kg kull wieħed u li kellhom riħa ta’ “mewt”. Parker qal ukoll li l-basktijiet kellhom dbabar ħomor fuqhom u mingħajr ma jaf x’kien fihom għen lil kuġinuh jaħraqhom billi tefgħuhom f ’ħuġġieġa nar. Fi Frar tal-2014, Welch kien is-suspettat ewlieni fil-każ tal-aħwa Lyon. Il-pulizija qalu li Welch kellu 18-il sena fl-1975 u matul is-snin ġie akkużat bi stupru fi tliet stati oħrajn. Semmew ukoll il-fatt li ħabiba tal-bniet rat ġuvni jħares lejn il-bniet u ma qalax għajnejh minn fuqhom. Fl-20 ta’ Settembru tal2014, il-pulizija marru jfittxu fid-dar fejn kien joqgħod Welch u f ’kamra partikolari fil-kantina sabu ħafna dmija. Minkejja din is-sejba, ma setgħux isiru testijiet tad-DNA għax kien għadda wisq żmien minn fuqha. Il-ġuri

Lloyd Lee Welch

F’Lulju tal-2015, Welch – li diġà kien il-ħabs jiskonta sentenza fuq stupru ta’ tfal, instab ħati għall-qtil tal-ewwel grad ta’ Katherine u Sheila Lyon,

Il-ġenituri tal-bniet, John u Mary Lyon minkejja li l-katavri tagħhom ma nstabux. Huwa nstab ħati wkoll bilħtif tagħhom u bl-għan ta’ stupru li kellu. F’Settembru tal-2017, Welch ammetta li kellu x’jaqsam mal-ħtif u qtil ta’ Katherine u Sheila Lyon fl-1975. Welch kellu 60 sena waqt l-intervista u diġà kien qiegħed jiskonta sentenza ta’ 40 sena ħabs iżda mid-dehra qatt mhu se jerġa’ jirfes l-għatba ta’ barra. Il-mistoqsija li għadhom jhewdnu fuqha l-pulizija hi din: min kien involut fil-ħtif u l-qtil tal-bniet flimkien ma’ Welch jekk dan tal-aħħar ammetta li “kellu x’jaqsam mal-każ?” Welch kien qal ukoll li zijuh u missieru kellhom x’jaqsmu mal-ħtif u l-qtil iżda qatt ma nstabet evidenza konkreta. Ilħaġa li qed iddejjaq lill-pulizija hi li ħafna min-nies li setgħu kienu involuti fil-każ jew setgħu kienu xhieda issa kibru u forsi ma jiftakrux sew jew setgħu anke laħqu mietu.


24

20.12.2020

GĦAŻIŻ MILIED PROĠETT MINN TFAL STUDENTI KANTANTI U L-GĦALLIEMA TAGĦHOM Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Huwa ġest sabiħ wisq li matul is-sena, speċjalment fi żmien il-Milied, persuna taqsam ma’ ħaddieħor il-ferħ u ftit mill-ġid tagħha stess. Fil-fatt, huma ħafna jaħsbu f ’persuni nqas ixxurtjati minnhom. Din is-sena ffukajt fuq grupp ta’ studenti kantanti li flimkien mal-għalliema tagħhom organizzaw u ħadmu fuq proġett bl-isem “Għażiż Milied” li jikkonsisti f ’kanzunetta oriġinali bilMalti, b’lirika u mużika ta’ Marija Bellia u Iona li tittratta dwar dan iż-żmien tal-Milied speċjalment fis-sitwazzjoni kurrenti tal-pandemija. Kanzunetta bil-Malti għal għan nobbli ma’ tfal oħra

“Ta’ min jgħid li diġà nġabru €400 mill-parteċipanti, li ser imorru għal tfal morda bil-kanċer b’kollaborazzjoni mal-Malta Community Chest Fund. Dawn huma l-flus li s-soltu jinġabru għar-recording tal-kanzunetta. “Għażiż Milied” hija kantata minnhom flimkien ma’ ’l fuq minn 30 student u studenta ta’ Future Voices, u nħareġ ukoll music video miġbud b’mod volontarju minn Kurt Cauchi Videography,” bdiet tgħidli Iona Vella. Żiedet tgħidli li mhux hekk biss, għax dawn it-tfal ħadu l-inizjattiva li jagħmlu ġest ma’ tfal inqas ixxurtjati minnhom li jinsabu fil-kenn tal-istituti billi jnaqqsu minn dak li ser jirċievu huma fil-Milied, u

jagħtuh bħala rigal lil dawn ittfal. “Fuq kollox, huma jaħsbu li mhux il-materjaliżmu li ser iwassal il-ferħ, iżda l-ħsieb. Fil-fatt, fil-kanzunetta jitwassal dan l-istess messaġġ. Flimkien mar-rigali ser ikunu qed jibagħtu ittri personalizzati fejn jgħaddu x-xewqat tagħhom. S’issa qegħdin f’kuntatt ma’ sitt stituti tat-tfal u diġà ġbarna ’l fuq minn 80 rigal mill-parteċipanti, il-familjari u l-ħbieb tagħhom,” stqarret miegħi b’sodisfazzjon fuqha Iona. Ta’ min jgħid ukoll li dan ilproġett beda meta l-istudenti kantanti wrew ix-xewqa li f’dan il-Milied jaqsmu l-ferħ tagħhom ma’ ħaddieħor, bħalma jagħmlu ta’ kull sena bit-talent tagħhom stess. Fil-fatt din kienet proprju t-talba u l-mistoqsija f’moħħ l-istudenti u l-għalliema ta’ Future Voices Studio fil-Gudja, taħt id-direzzjoni ta’ Ms Iona Dalli bl-assistenza ta’ Ms Marija Bellia. Permezz tal-

proġett bl-isem “Għażiż Milied” li jikkonsisti f’kanzunetta oriġinali, b’lirika u mużika ta’ Marija Bellia u Iona. Il-ferħ li ġab f ’qalbhom dan l-att tajjeb tant huwa kbir li jixtiequ li kulħadd ikollu iċ-ċans jesperjenza dan Future Voices Studio hija għaqda taħt id-direzzjoni tal-istess Iona Dalli, bl-assistenza ta’ Marija Bellia li joffru lezzjonijiet tal-kant u sessjonijiet ta’ recordings u produzzjoni tal-mużika fil-Gudja. Sirt naf li fiha jattendu ammont ta’ kantanti solisti u anke żewġ korijiet; wieħed magħmul minn tfal ta’ età żgħira, u ieħor minn adolexxenti. Iona ilha tmexxi dan l-istudio għal madwar 11-il sena. Ħallejt f’idejha sabiex tkompli telabora aktar fuq dak li joffru. “Minbarra li nagħti l-lezzjonijiet tal-kant, jien għandi l-karriera ta’ għalliema

tal-ewwel sena primarja. B’hekk inqis ħajti bħala waħda mimlija. Però mimlija b’affarijiet li nħobb immens li huma l-edukazzjoni u l-mużika. Marija, li għandha 17-il sena, toqgħod il-Gudja wkoll u hija studenta fil-Junior College. F’din l-aħħar sena ngħaqdet miegħi bħala kollega fl-istudio fejn hi wkoll tagħti xi lezzjonijiet tal-kant. Barra minn hekk, hi mużiċista u tipprattika d-daqq tal-kitarra, il-pjanu u l-kurunetta. Kemm jien, kif ukoll Marija, inħaddnu passjoni kbira għall-mużika, u ilna snin naħdmu f’dan il-qasam, fejn hi tikteb il-lirika għall-kanzunetti oriġinali tagħha, u jiena nipproduċi l-mużika. Din is-sena ddeċidejna li nieħdu x-xogħol tagħna pass ’il quddiem, u ninkludu lill-istudenti ta’ Future Voices fil-prodott finali tal-mużika li noħorġu,” stqarret miegħi Iona. Żiedet tgħidli li l-ferħ li ġab f’qalbhom dan l-att

Ta’ min jgħid li diġà nġabru €400 mill-parteċipanti, li ser imorru għal tfal morda bil-kanċer b’kollaborazzjoni mal-Malta Community Chest Fund. Dawn huma l-flus li s-soltu jinġabru għar-recording tal-kanzunetta. “Għażiż Milied” hija kantata minnhom flimkien ma’ ’l fuq minn 30 student u studenta ta’ Future Voices, u nħareġ ukoll music video miġbud b’mod volontarju minn Kurt Cauchi Videography


25

20.12.2020

tajjeb huwa kbir u jixtiequ li kulħadd ikollu ċ-ċans jesperjenza dan. “L-appell tagħna huwa li kull min jixtieq jingħaqad magħna f’dan il-ġest sabiħ tad-donazzjoni tar-rigali, għandu jagħmel dan billi jibgħat email lil Iona Dalli fuq iona_music@hotmail. com jew jibgħat messaġġ fuq 79291704. Hekk ikunu jistgħu jagħmlu donazzjoni

monetarja biex nixtru aktar rigali lit-tfal jew inkella jieħdu d-dettalji ta’ xi tifel/tifla mill-istitut flimkien maletà tagħhom sabiex ikunu jistgħu joffru rigal u nota mill-qalb.” Ta’ min jgħid li l-ewwel sett ta’ donazzjonijiet u rigali ser jingħata fit-23 ta’ Diċembru 2020, u għal min ma jlaħħaqx, għamlu data oħra biex iqassmu t-tieni sett fid-

29 ta’ Diċembru 2020. L-appell finali ta’ Iona, flimkien ma’ Marija u l-istudenti tagħhom huwa sabiex iħeġġu n-nies li jekk ma jixtiqux jagħmlu dan l-att magħhom, tal-anqas isibu huma l-istituti u n-nies filbżonn dan il-Milied u jagħtu ftit minn dak li jistgħu. Ejjew flimkien naqsmu l-ferħ tal-Milied ma’ nies oħra!


26

20.12.2020

IL-MILIED MALTI ...

NIBQGĦU NGĦOŻŻU U NSOSTNU T-TRADIZZJONIJIET LI WRITNA! Kitba ta’ CLIFFORD GALEA Wasal il-Milied. Mhux tas-soltu imma jibqa’ l-Milied. Kważi kważi huwa l-Milied li suppost niċċelebraw. Mhux għax li niddevertu huwa ħażin imma l-Milied ħa doża qawwija ta’ kummerċjalità. Il-Milied dejjem okkupa post speċjali ħafna fil-ħajja tagħna l-Maltin u l-Għawdxin. Il-biċċa l-kbira minna ġejjin minn trobbija Kattolika u għalhekk sal-lum, il-Milied għad għandu influwenza reliġjuża qawwija

b’għadd kbir ta’ nies għadhom jimlew il-knejjes ta’ gżiritna biex jattendu għaċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa ta’ nofsillejl fil-lejl tal-Milied. Il-knejjes tagħna huma magħrufa sew għat-tiżjin relatat ma’ dawn iż-żminijiet speċjali, partikolarment bi presepji kbar u artistiċi bix-xeni tan-Nattività mibnija mill-parruċċani nfushom. Barra minn hekk, f’kull knisja, ma tonqosx l-istatwa artistika ta’ daqs nat-

urali tal-Bambin Ġesù li ġeneralment titpoġġa fuq l-artal maġġur eżatt qabel ma tibda l-quddiesa ta’ nofsillejl. Tradizzjonalment, it-tliet figuri tas-slaten maġi ma jitpoġġewx fil-presepju sa qabel il-festa tal-Epifanija. Sa 40 sena ilu din il-festa kienet iċċelebrata f’Malta fil-jum proprju tagħha, fis-6 ta’ Jannar, u kienet iġġib fi tmiemu l-istaġun tal-festi tal-Milied. Sfortunatament, din il-festa tneħħiet mil-lista tal-festi pubbliċi u għalhekk il-Knisja mexxietha għall-Ħadd wara l-Ewwel tas-Sena. Organizzazzjoni volontarja mwaqqfa f’Malta fl-1986 u magħrufa bħala l-Għaqda Ħbieb tal-Presepju tikkonserva u żżomm ħajja t-tradizzjoni tal-presepju Malti. Kull sena, fil-ġimgħat ta’ qabel il-Milied, din l-organizzazzjoni torganizza wkoll wirja nazzjonali ta’ madwar 100 presepju ta’ kull għamla u qies. Il-presepju ġie introdott għall-ewwel darba f’Malta mill-Italja permezz tan-nobbiltà tal-gżira. Għall-bidu ma tantx deher li kien popolari. L-ewwel presepju Malti li nafu bih huwa maħsub li nbena fl-1617 fil-Knisja tal-Patrijiet Dumnikani fir-Rabat. Ftit snin wara, fil-Monasteru Benedittin tal-klawsura ta’ San Pietru fl-Imdina, insibu wkoll presepju li jmur lura għall-1670.

Dan għadu għażiż u mħares mis-sorijiet li jgħixu f’dan il-monasteru. Madwar l-istess żmien niltaqgħu wkoll mal-ewwel presepju f’Malta b’elementi li jiċċaqalqu li dak iż-żmien kienu jitħaddmu bl-ilma! Hekk kif il-presepji saru aktar popolari bdew jieħdu xejra iktar Maltija b’xenarji u snajja’ orjentati fil-kultura Taljana jiġu sostitwiti minn dawk lokali. Pereżempju nsibu l-imtieħen tad-dqiq li kienu u għadhom karatteristika popolari li tidher fix-xena tal-presepju Malti. L-ewwel pasturi Taljani importati (figurini) kienu għaljin ħafna u l-Maltin ma kinux jifilħu jixtruhom. Għalhekk, in-nies komuni bdew jagħmlu l-figurini tagħhom stess minn tafal mhux maħdum u mill-ġibs. Uħud minn dawn il-pasturi oriġinali għadhom jeżistu sallum. Sfortunatament fl-aħħar snin bdew jinbidlu ma’ pasturi moderni tal-plastik li bħala materjal huwa estranju ħafna għall-kultura tradizzjonali tagħna. Fil-bidu tas-seklu 20, is-saċerdot Malti Dun Ġorġ Preca, fundatur ta’ soċjetà għat-tagħlim tad-duttrina Nisranija (il-MUSEUM), welled numru ta’ inizjattivi biex jagħti spinta lit-tradizzjonijiet tal-Milied f’pajjiżna. Pereżempju rawwem it-tradizzjoni tal-bini tal-presepju fost it-tfal Maltin,

u fl-1921 ta bidu għall-purċissjoni annwali lejlet il-Milied magħrufa bħala ‘tal-Bambin’. Din hija tradizzjoni li għadha ħajja sew f’ħafna lokalitajiet Maltin u Għawdxin. Forsi ftit huma dawk li jafu li din il-purċissjoni saret l-ewwel darba ma’ nżul ix-xemx ta’ lejlet il-Milied tal-1921 fi Triq Fra Diegu fil-Ħamrun, il-belt ta’ San Ġorġ Preca. Dakinhar, xhieda li kienu preżenti jirrakkontaw kif il-Ħamrun kien miżgħud bi tfal u adulti lesti biex jieħdu sehem fil-purċissjoni. F’dawk iż-żminijiet, id-dawl fit-toroq kien fqir tant li ħafna mill-parteċipanti ġabu fanali magħhom biex jgħinuhom jaraw triqthom waqt il-purċissjoni u jitfgħu dawl fuq l-istatwa ta’ Ġesù Bambin li kienet merfugħa fuq l-ispalla minn erba’ żgħażagħ tal-MUSEUM. Il-fanali kienu ta’ kull tip u għamla u kienu jinkludu fanali ta’ quddiem tar-roti li jaħdmu bil-gass, lampi taż-żejt użati fuq il-karrettuni tal-bdiewa, fanali tal-karti kkuluriti u dwal magħrufa bħala Venezjani. Din l-inizjattiva malajr saret popolari man-nies u baqgħet issir kull sena sal-ġurnata tal-lum. L-importanza li nagħtu lill-Milied hija riflessa wkoll fil-mod kif jiġu mżejna d-djar tagħna l-Maltin, mhux biss bi presepji ta’ kull xorta iżda wkoll permezz tax-xbieha tat-Ġesù


27

20.12.2020 08.11.2020

L-ewwel presepju Malti li nafu bih huwa maħsub li nbena fl-1617 fil-Knisja tal-Patrijiet Dumnikani fir-Rabat

Bambin imqiegħda wara t-twieqi jew fil-gallariji u mixgħula billejl għall-ammirazzjoni ta’ kulħadd. Tradizzjoni oħra, li probabbilment hija unika fid-dinja għal żmien il-Milied, hija dik taż-żrigħ tal-qamħ u ż-żerriegħa tal-ġulbiena. Dawn jinżergħu f’kontenituri li jkun fihom blalen tal-qoton niedja madwar ħames ġimgħat qabel il-Milied. Imbagħad jitħallew f’parti mudlama tad-dar sakemm iż-żrieragħ jispuntaw u jikbru f’funtani ta’ ħaxix abjad. Tradizzjoni unika għalina l-Maltin hija dik magħrufa bħala l-Priedka tat-Tifel. Din tikkonsisti fi prietka li ssir minn fuq il-pulptu jew l-ambone tal-knisja fil-quddiesa ta’ nofsillejl minn tifel li normalment ikollu bejn is-seba’ u l-għaxar snin. It-tifel jitgħallem il-prietka bl-amment u jibda jipprattikaha minn ftit xhur mhux ħażin qabel il-Milied. Il-predikatur tfajjel jirrakkonta l-istorja tat-twelid ta’ Ġesù f’Betlehem b’laqta personali li tmiss il-qlub ta’ dawk preżenti fil-knisja. L-ewwel prietka li nafu biha kienet dik tal-abbati Ġorġ Sapiano fl-1883, fil-knisja parrokkjali ta’ Sant’Andrija f’Ħal Luqa. Il-kultura Maltija tal-Milied

għandha wkoll numru ta’ għanjiet lokali, bl-aktar popolari tkun dik ta’ Ninni la tibkix iżjed. Litteralment l-isem tal-għanja jfisser ‘orqod u tibkix aktar’ u nkitbet mill-qassis Ġiżwita minn Ħal Luqa, Dun Indri Schembri (1774-1862) għall-immigranti Maltin li kienu jgħixu f’Tuneż. Fl-aħħar nett assaġġ ta’ ikel Malti fil-Milied. Tradizzjonalment, il-familja Maltija żammet l-iktar is-serduk jew kif inhu magħruf aħjar bħala il-ħasi. Mixwi fil-forn f’reċipjent mimli bil-patata u ħxejjex oħra, dan id-dixx tat-tjur ikun mistenni b’ħerqa minn kulħadd. Ħelu tradizzjonali servut fil-Milied jinkludi l-qagħqa tal-għasel u x-xarba sħuna tal-qastan u l-kokotina magħrufa bħala imbuljuta tal-qastan. Illum il-menù tradizzjonali Malti għandu numru sew ta’ influwenzi barranin li wittew it-triq għad-dundjan, il-kejkijiet u pudini tal-Milied li kollha ntirtu matul 164 sena ta’ tmexxija Ingliża (1800 - 1964) f’Malta. Fl-aħħar 40 sena ma naqas qatt il-Panettone Taljan li sar ukoll sinonimu mal-Milied Malti. Nieħu l-okkażjoni biex nawgura lilkom, lill-familjari tagħkom u lil dawk qrib tagħkom, Milied hieni mimli saħħa.

SKEDA ONE Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Klassi Għalina

19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Reboot 21:00 Follow Up 22:15 Gizelle 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Il-Kelma 09:15 Telebejgħ 09:30 Better Living 10:30 Espresso 12:30 ONE News

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:30

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview The Step Up For Parkinsons Dak li Jgħodd

18:30 Klassi Għalina 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:45 Ħabrikt - Reel 8 21:00 Mija - PL 22:15 Music Legends 22:50 Ondroad 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 18:30 19:15

Telebejgħ Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Dak li jgħodd: 5in1 Klassi Għalina ONE Sports & Temp

19:30 ONE 23-12 News 20:10 PrimeTime 20:30 The Local Traveller 21:00 L-Iskwadra Sigrieta tan-Nannu Ton 22:30 Distintivi 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Music Legends 09:15 Telebejgħ 09:30 Pink Panther 10:30 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Teftif

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35 18:00 18:30

Telebejgħ Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt - Reel 8 Mhux kemm taf Klassi Għalina

19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:30 Otello Preview 21:00 Messaġġi Awtoritajiet 21:15 L-Iskwadra Sigrieta tan-Nannu Ton 22:15 Quddiesa ta’ nofsillejl 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:30 11:50 12:30

13:15 13:20 13:40 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 19:15

ONE News Messaġġi Awtoritajiet L-Iskwadra Sigrieta tan-Nannu Ton ONE News Jacob Prime Time Preview Duurella Otello ONE Sports & Temp

19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Min Imissu?! 22:00 Kick OFF 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Indhouse Espresso ONE News Teftif

TLIETA 22-12

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Żona Sport Telebejgħ Dak li jgħodd Espresso ONE News Teftif

ĦAMIS 24-12

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum One Day We Will Dance Again Espresso Uribi et Orbi Press Conference: Covid-19

SIBT 26-12

Il-presepju li jinsab fil-Monasteru Benedittin tal-klawsura ta’ San Pietru fl-Imdina li jmur lura għall-1670

TNEJN 21-12

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40

ERBGĦA

ĠIMGĦA 25-12

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living

09:30 Dak li jgħodd: 5in1 11:00 Telebejgħ 12:00 L-Istrina 12:30 ONE News 12:35 L-Istrina 15:30 ONE News

15:35 L-Istrina 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 L-Istrina 00:00 ONE News 00:15 Night Transmission

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55 12:30

12:35 13:45 14:00 15:30 15:35 16:10 18:45

19:15 One Sport & Temp 19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Awstralja 21:30 Min Imissu?! 23:30 ONE News

ONE News ONE News Duurella Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Dak li jgħodd Telebejgħ ONE News

Mija Ħabrikt Kunċert ta’ Corazon ONE News Duurella Klassi Ghalina: Mission to Moscow Muża : Feature 01

ĦADD 27-12


28

20.12.2020

reċensjoni tal-ktieb

SHERLOCK, LUPIN U JIEN L-AĦĦAR ATT FIT-TEATRU TAL-OPRA IS-SINJURA S-SEWDA Dawn il-kotba miktuba minn Irene Adler. “Imma jien dan l-isem nafu xi mkien …” probabbli qed taħseb. Dażgur li tafu! Miss Adler hija waħda mill-iżjed karattri femminili famużi fl-istejjer ta’ Sherlock Holmes ta’ Sir Arthur Conan Doyle, karattru li l-fans kollha jafuha żgur. Tidher biss fi storja waħda ta’ Conan Doyle, imma tagħmel impressjoni fuq il-famuż Sherlock li

jammira l-intelliġenza u makakkerija tagħha. Fl-ewwel ktieb minn sensiela ġdida, Sherlock, Lupin u Jien: Is-Sinjura s-Sewda, kif irrakkontat minn Irene tifla ta’ 12-il sena, niskopru mnejn ġejja din l-ammirazzjoni: kienu ħbieb, skontha, meta kienu tfal. U jinzerta wkoll li t-tnejn li huma jsiru ħbieb ta’ Arsène Lupin, li la jikber kif nafu jsir il-ħalliel ġentlom per eċċellenza, fl-istejjer Franċiżi ta’ Maurice Leblanc. Sherlock, Lupin u Jien: Is-Sinjura s-Sewda hu avventura klassika ta’ tfal waqt il-vaganzi. Irene, tifla li flimkien m’ommha qiegħda villeġġjatura għas-sajf f’belt ċkejkna Franċiża fl-1870. U, hi u tfittex l-avventura, tiltaqa’ maż-żagħżugħ Sherlock Holmes u sieħbu, Lupin. It-tliet avventuriera jilagħbu tul it-toroq u jiġġerrew fuq il-bjut – imma ż-żmien tal-logħob jispiċċa ħesrem meta jsibu katavru fil-bajja! U hekk, it-tliet investigaturi żgħażagħ – mur għidilhom li la jikbru se jsiru daqstant famużi! – flimkien jibdew jinvestigaw l-ewwel misteru tagħhom: dal-misteru jinvolvi dar abbandunata, ispezzjoni sigrieta f’binja fejn jintlagħab kon-

tra l-liġi l-logħob tal-azzard, u ġlieda bil-ponnijiet ma’ kriminali fit-triq. Irene ma toqgħodx lura, u tinqala’ kemm biex tiġġieled lill-avversarji u kemm biex tlaħħaq ma’ Sherlock fil-battibekki ta’ bejniethom. Sherlock, Lupin u Jien: Is-Sinjura s-Sewda, ippubblikat oriġinarjament l-Italja minn Mondadori, ġie addattat għall-Malti minn Dwayne Ellul u ppubblikat mill-Merlin Publishers. Huwa maħsub primarjament għal tfal minn 10 snin ’il fuq, li żgur se jżommhom sa ma jaslu fl-aħħar paġna u s-soluzzjoni tal-misteru. Imbagħad, ħelu ħelu jistgħu jibqgħu għaddejjin għat-tieni ktieb fis-sensiela: Sherlock, Lupin u Jien: L-Aħħar Att fit-Teatru talOpra. Hawn, it-tlett iħbieb jiftiehmu biex jiltaqgħu Londra, imma mill-ewwel jibda l-gwaj għax Lupin ma jitfaċċax. Missieru ġie arrestat u akkużat b’serq u qtil tal-assistent personali tal-kompiżitur ċelebri Giuseppe Barzini. Irene, Sherlock u Arsène jaraw kif jagħmlu biex jippruvaw l-innoċenza ta’ missier Lupin. L-indizji li jsibu jwassluhom biex ifittxu lis-sopran

popolari Ophelia Merridew, li donnha sparixxiet minn fuq wiċċ id-dinja. U minn hemm, jitfaċċaw ħafna u ħafna sorpriżi oħra sa ma fl-aħħar jiskopru min hu l-ħati. Sherlock, Lupin u Jien: Is-Sinjura s-Sewda u Sherlock, Lupin u Jien: L-Aħħar Att fit-Teatru tal-Opra jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn merlinpublishers.com.

Mistoqsija: Fejn kienet villeġġjatura Irene? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba SHERLOCK, LUPIN U JIEN. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 27 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb KARMA RED hija:

D. FALZON - IŻ-ŻURRIEQ

03 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’jismu l-ewwel film Malti fl-istorja ta’ pajjiżna li kkwalifika biex jikkompeti fil-kategorija ċinematografija drammatika minn madwar id-dinja waqt is-Sundance Film Festival?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


29

20.12.2020

LEJLET L-EWWEL TAS-SENA FUQ IT-TV Il-Valletta National New Year’s Eve 2021 Variety Show, li ser jixxandar fuq TVM, Net u One, din is-sena ser jieħu post l-avveniment li s-soltu jsir fil-Belt Valletta lejlet l-Ewwel tas-Sena. L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta flimkien mal-Ministeru għall-Wirt Kulturali, l-Arti u l-Gvern Lokali llum taw dettalji tal-ispettaklu ta’ tliet sigħat waqt konferenza stampa fi Piazza D’Armi, il-Forti Sant’Iermu. Minħabba l-miżuri tas-sigurtà kontra l-Pandemija COVID-19, l-ispettaklu mhux miftuħ għall-pubbliku u se jkun dirett fuq it-televixin mill-10pm sas-1am. Is-serata tinkludi l-Palace String Orchestra li hija magħmula minn 12il mużiċist taħt id-direzzjoni ta’ Ryan Paul Abela, u li ser tkun akkumpanjata minn uħud mill-aqwa artisti Maltin fosthom Amber, Aidan, Jasmine u Kevin Paul. Is-serata tinkludi wkoll lit-tim lokali magħruf Min Imissu? Is-semifinalisti ta’ Britain’s Got Talent, Ember Trio, se jkunu qed jesegwixxu f’postijiet ikoniċi tal-Belt Valletta fosthom ġewwa l-Konkatidral ta’ San Ġwann u huma l-qofol tal-ispettaklu. Il-Kummidjant famuż Ingliż Michael McIntyre ser jagħti l-prestazzjoni tiegħu matul is-serata. L-ispettaklu se jkun ippreżentat minn Ben Camille, flimkien ma’ Andreana DeBattista.

Wirja speċjali ta’ logħob tan-nar millPort il-Kbir u l-inħawi ser tittella’ f’nofsillejl. Il-Valletta National New Year’s Eve 2021 Variety Show qed jiġi organizzat mill-G7 Events, bl-appoġġ tal-Ftehim ta’ Sħubija għal avvenimenti fuq skala kbira u inizjattiva mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, Kultura u Gvern Lokali. Il-Ministru José Herrera tenna: “Il-kuraġġ u r-reżiljenza li wrejna bħa-

la nazzjon matul l-2020 ser iwassluna biex l-2021 tkun waħda li rridu nħarsu lejha b’mod pożittiv, b’aspirazzjoni u b’determinazzjoni li nerġgħu naqbdu t-triq tan-normalità. Huwa għalhekk li nemmnu li din l-inizjattiva hija waħda importanti għaliex filwaqt li qegħdin nadattaw għar-realtà preżenti xorta waħda ser inkunu qegħdin nagħtu spettaklu televiżiv li jilħaq l-ogħla livell lill-pubbliku Malti.” Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef

qal: “Minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-Pandemija COVID-19, iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ lejlet l-Ewwel tas-Sena din is-sena ser iseħħu bħala spettaklu live fuq it-tliet stazzjonijiet prinċipali TVM, One u Net fi spettaklu ta’ għaqda nazzjonali. L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta aċċertat li tkompli tgħolli l-moral waqt lejla speċjali b’avveniment ieħor ta’ kwalità mill-Forti Sant’Iermu u postijiet oħra fil-Belt Valletta, filwaqt li noħolqu tama għas-sena li ġejja.”


30

20.12.2020

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


31

20.12.2020

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 360

Y. COLEIRO - BIRKIRKARA

MIMDUDIN: 9,11. 1. Ma tantx tinżel f’Malta (5) 10. 4. Kompli l-qawl: 12. F’Jannar għalaq in-nagħaġ 16. fl-......... (4) 18,19. 7,16. Nitfa (5) Bi 3 NUMRI B’4 NUMRI 000 0522 069 0852 172 0919 304 3028 695 3367 704 3556 797 4504 810 4763 873 5093 917 5153 5497 5786

5827 5845 6084 6176 6512 6617 6900 6969 7087 7384 7570 7709 7990

8090 8434 8507 8521 8589 8695 8905 9068 9168 9309 9414 9581 9604

9656 9766 B’5 NUMRI 06319 06768 07786 09747 16982 20043 36768 41947 44073

44597 56473 66179 69933 70909 73320 75055 92390 92707 93927 97330 97867 99735

B’6 NUMRI 099908 528533 644069 754509 B’7 NUMRI 0599747 9946918 Bi 8 NUMRI 36939422 81255467

Bajja 19. bir-ramel (5) 20. Total (6) 21. Jorbtu 23. l-jottijiet fiha (6) Ara 7 24. Ikun imwaħħal fit-toroq (5)

WEQFIN: tal-università (6) 1. Frott (6) 8. Partitarju? (9) 2,3. Imwielda Ruma (6)11. Ara 9 3. Ara 2 12,17. Post (5) 5. Heavy Fuel 13,21M. Ma ħalliex Oil (1,1,1) iebes (6) 6,21W. Il-mexxej 14. Joqogħdu fih

15 17. 21. 22.

Ara 18 Pajjiżi? (5) Ara 13 Mhux komuni (4) Tal-linja għandhom tagħhom (5) in-nies (6) Membru tal-Armata (6) Ara 12 wieqfa Ara 6 Nimlewh bl-ilma (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Għani, 4.Skur, 7,9.Skada, 10.Salvat, 12.Mirdum, 16.ABA, 18,21M. Rigal, 19.All, 20.Ħadid, 24.Aħdar

WEQFIN: 1.Għassa, 2,Ara, 3,23.Issalli, 5,15. Kavallier, 6.Rat, 8.Kandidata, 11,13. Birra, 12,21W. Magna, 14.Madmad, 17.Bla, 22.Lol


32

20.12.2020

DAK LI JAĦTI SCICLUNA Editorjal

Ħadd ma kellu jistagħġeb bir-reazzjoni tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista għan-nomina tal-Professur Edward Scicluna fil-kariga ta’ Gvernatur talBank Ċentrali. Ir-raġunijiet, li ma setgħux ikunu iżjed ċari, twittew fit-triq li wasslitna sa fejn qegħdin illum. U l-provi ta’ dan jinsabu fil-ħidma sfiqa li l-Professur offra lil pajjiżna bħala Ministru għall-Finanzi. Nifhmu iżjed kif dan kien biss xewk li ma ħalliex lill-PN komdu fl-ebda ħin.

Li ma kienx għas-seba’ snin twal ta’ investimenti li ġew attirati lejn xtutna u l-livell għoli ta’ professjonalità u għaqal li ntwerew fl-amministrazzjoni finanzjarja mill-Professur innifsu, allura xejn minn dak li doqna u qed induqu b’mod rikorrenti ma kien ikun possibbli. Illum ma teħtieġ l-ebda fantażija biex timmaġina kif kienet tkun l-istorja mingħajr dan kollu. Nafu perfettament, ladarba lill-Oppożizzjoni u niesha issa drajniehom sew u m’hemmx għal xiex nistaqsu lil xi ħadd dwarhom. Wisq iżjed drajna lil dawk li nsibuhom bħala tal-establishment, li kienu qawwijin u sħaħ qabel l-2013. Il-faqar li kien “perċezzjoni” sa żmienhom, illum kien ikun l-akbar inkubu li jkollu jiffaċċja Gvern Laburista. Kienu wkoll jitolbuh jirriżenja fuq il-post minħabba fih. Ħoll xagħrek u ġib iż-żejt, kieku ma saritx ħidma kbira, sostnuta bl-akbar għadd ta’ benefiċċji u għajnuniet bla preċdent, li nvesta fi-

hom Gvern Laburista. Il-konoxxenza tas-sitwazzjoni fil-pajjiż taħt Gvernijiet Nazzjonalisti u l-esperjenza ta’ dawn l-aħħar xhur huma biżżejjed biex jikkonvinċu anke lil dawk ġenwinament xettiċi fuq ħidmet il-Gvern Laburista. Nafu li bl-istess qagħda ta’ seba’ snin ilu anke l-effetti ta’ staġun kiefer tal-influwenza kienu jkunu serji u mifr­­­­u­ xin, aħseb u ara kif stajna niffaċċjaw din is-sena sħiħa ta’ pandemija. Il-Gvern ma kien ikun fl-ebda pożizzjoni li joffri pakketti multimiljunarji biex itaffi d-daqqa devastanti talCOVID-19. Diversi pajjiżi oħrajn, anke ferm akbar minna, diġà qed iħossuhom mgħattnin minn virus li sabhom mhux imħejjijin sew. Liema pazjenti konna se nagħżlu minn oħrajn biex jingħataw kura speċjalizzata għax ma kienx ikollna tagħmir biżżejjed, kieku?! Liema impjieg fil-qasam tat-turiżmu seta’ jsalva bl-għeluq tal-ajruport u l-portijiet? Liema negozju kien se jlaħħaq mal-ispejjeż waqt

li l-klijenti jogħsfru minn fuq l-għatba tiegħu? Kemm-il 100,000 post tax-xogħol kien jiġi salvat mingħajr l-eżistenza talħlas tal-Wage Supplement, l-ekwivalenti ta’ iżjed mill-Paga Minima Nazzjonali, li l-Gvern għadu qed jipprovdi anke għax-xhur li ġejjin? Minbarra hekk, l-ebda persuna ma kien jirnexxilha tqum fuq saqajha u tistejqer mill-piżijiet esaġerati li kienu imposti mill-aħħar amminis­ trazzjoni Nazzjonalista. Kif smajna din il-ġimgħa, kien hemm 24,000 persuna li mill2013 ’l hawn m’għadhomx imċaħħdin materjalment b’mod sever u 5,000 persuna oħra li wkoll tbiegħdu mirris­­kju tal-faqar u l-esklużjoni soċjali. Dawn jerġgħu jimmultiplikaw meta jittieħed inkonsiderazzjoni kemm kibret il-popolazzjoni fl-aħħar snin. Issa li pajjiżi oħrajn jgħiru għalina, għax imxennqin minn qagħda hekk tajba, tifhimha u tistennieha … li ma tistenniex hu li Maltin oħrajn iridu jċaħħ-

du lil ġensna minn għajxien daqstant tajjeb, sempliċiment għax il-kilba għall-poter għadha tiekolhom minn ġewwa. L-unika ħtija tal-Professur Scicluna f’dan kollu hi li għandu għal qalbu lil Malta u ’l-Maltin, waqt li rawwem amministrazzjoni li kapaċi tħallas id-djun antiki u b’għaqal tonfoq bil-qies. Iżjed minn hekk, jaħti għax f’dawn is-snin ħaseb f’dawk l-inqas ixxur­tjati, fl-anzjani u f’persuni vulnerabbli. Grazzi għall-par idejn tassew sodi tiegħu fuq il-finanzi, dawn illum qed igawdu mill-aqwa benefiċċji li qatt esperjenzaw. Għall-establishment Nazz­ jonalista, Edward Scicluna mhux kredibbli għax mhux parti minnhom u, agħar minn hekk, skreditahom sa mill-ewwel jum tiegħu fl-amministrazzjoni governattiva ftit inqas minn tmien snin ilu. Ta’ dan, il-maġġoranza tal-poplu Malti tirringrazzjah mill-qalb u konvinta li se jibqa’ jagħmel ġieħ u ġid lil pajjiżna anke fir-rwol il-ġdid.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.