KullĦadd_20.11.2022

Page 1

RIFORMI U ĠUSTIZZJA SOĊJALI

Il-Prim Ministru jippreżenta l-viżjoni b’saħħitha Laburista għas-snin li ġejjin

Fi tmiem il-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista lbieraħ filgħaxija l-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista Robert Abela elenka l-viżjoni progressiva li se tkompli tixpruna politika nazzjonali favur aktar riformi kbar, partikolarment dawk li jwasslu għal ġustizzja soċjali. Hu enfasizza li dan se jkun dejjem ibbażat fuq l-imħabba li l-Partit Laburista għandu għal pajjiżna.

Rapport f’paġni 4 u 5

Ħarġa Nru 1,532 Prezz €1 Il-Ħadd, 20 ta’ Novembru, 2022
GARETH DEGIORGIO
Ritratt:
PROSPETTI AĦJAR MINN MOODY’S GĦAR-RATING TA’ PAJJIŻNA Rapport
3
f’paġna

GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 19°C L-Inqas Temperatura: 16°C L-Indiċi UV: 3

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa minn fuq il-Baħar Tirren li qed testendi sa fuq il-Libja ser tersaq lejn il-Lvant It-Temp: Imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati u bilmaltempati bir-ragħad f’xi waqtiet Ir-Riħ: Moderat mill-Majjistral li jsir ftit qawwi għal qawwi millPunent Majjistru

Il-Viżibilità: Moderata għal ħażina fix-xita Il-Baħar: Moderat li jsir qawwi L-Imbatt: Baxx mil-Lbiċ It-Temperatura tal-Baħar: 22°C

It-Tnejn

Floriana Dispensary, 29, Triq Vincenzo Dimech, Il-Furjana – 21233034 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun – 21234570 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara – 21492958 Brown’s Pharmacy, 92-94, Triq il-Mensija, San Ġwann – 21373275 Brown’s Pharmacy, Retail Outlet, Level 0, 135, Central Business Centre, Spinola Bay, San Ġiljan – 21333886 The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 21330376 St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Trasfigurazzjoni, Ħal Lija – 21435875 St. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Il-Mosta – 21433833 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 21802986

Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 Polymer Żabbar Pharmacy, 30, Triq tal-Ħofra, Ħaż-Żabbar – 21676263 St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq – 21808723 Safi Pharmacy, Triq San Ġwann k/m Triq Bieb il-Ġarra, Ħal Safi – 21649552 St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà – 21237327 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479

Għawdex

Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn – 21563617 Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 t’April 1688, In-Nadur – 21563589

L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

20.11.2022 02 NUMRI IMPORTANTI MEZZI SOĊJALI SIT ELETTRONIKU INDIRIZZ POSTALI KUNTATT ĠENERALI DISINN TAL-PAĠNI REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI EDITUR STAMPAT KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 www.one.com.mt tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722 email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722 email: ronald.vassallo@partitlaburista.org Miller Newsprint Ltd. KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000 www.facebook.com/kullhadd KIMBERLY CEFAI KIMBERLY CEFAI RONALD VASSALLO Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182 DETTALJI IT-TEMP
1°C 23°C 19°C 21°C 15°C 18°C 18°C 16°C UV 3 UV 3 UV 3 UV 3 Il-Ħamis L-Erbgħa Is-Sibt
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD 18°C 12°C UV 3 It-Tlieta 22°C 17°C UV 3 Il-Ġimgħa

L-aġenzija internazzjonali Moody’s ik konfermat ir-rating A2 ta’ pajjiżna, l-aqwa rating miksub minn pajjiżna flaħħar 11-il sena u dan filwaqt li biddlet l-outlook tar-rating minn negattiv għal wieħed stabbli. Dan hu l-aħħar riżultat pożittiv u konferma li pajjiżna jinsab fit-triq it-tajba, wara rapporti oħrajn li ħarġu fl-aħħar żminijiet primarjament mill-Fond Monetarju Internazzjona li (IMF), mill-Kummissjoni Ewropea u mill-aġenzija ta’ kreditu Fitch Ratings.

Ir-rapport ta’ Moody’s juri wkoll b’mod ċar kif, minkejja li l-andament internazzjonali qed ikompli jmur għallagħar, qed tkompli tiżdied il-fiduċja f’pajjiżna, grazzi għall-ħidma tal-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Rob ert Abela. Dan mistenni jwassal biex, bħalma ġara matul il-pandemija talCOVID-19, il-familji u n-negozji lokali jibqgħu f’sitwazzjoni aħjar minn dik ta’ pajjiżi madwarna.

L-esperti ta’ Moody’s taw tliet raġuni jiet għaliex ħassew il-bżonn li jtejbu r-rating tagħhom għal Malta.

L-ewwel nett sostnew li d-diversifika zzjoni ekonomika ta’ pajjiżna se twassal biex it-tkabbir jibqa’ wieħed sostnut, minkejja l-andament negattiv internaz zjonali, partikolarment fil-bqija tal-Un joni Ewropea kawża tal-kriżi tal-enerġi ja.

It-tieni raġuni kienet li, filwaqt li nnotaw is-sostenn qawwi minn fondi pubbliċi biex jitnaqqas l-impatt ta’ din il-kriżi, jemmnu li d-defiċit nazzjonali xorta se jkompli jonqos, waqt li, fl-aħħar nett, faħħru l-impenn tal-Gvern La burista favur riformi istituzzjonali, kif ikkonfermati wkoll mid-deċiżjoni aktar kmieni din is-sena tal-Financial Action Task Force (FATF).

Ir-rapport ta’ din l-aġenzija inter nazzjonali jindika kif ir-rata ta’ rkupru ekonomiku f’pajjiżna kienet ferm aktar qawwija minn dik fil-bqija tal-Ewropa. Fil-fatt, il-ġid nazzjonali hu 5% aktar milli kien qabel il-pandemija, mentri fiż-Żona Ewro ż-żieda kienet biss ta’ 2%. Fid-dawl taż-żidiet qawwija fil-prezzi jiet internazzjonali, l-esperti barranin jirrimarkaw li l-miżuri tal-Gvern kienu strumentali biex l-inflazzjoni f’pajjiżna

MOODY’S: PROSPETTI AĦJAR GĦAR-RATING TA’ MALTA

baqgħet fost l-inqas fl-Ewropa.

Filwaqt li l-Oppożizzjoni Nazzjonalis ta ssostni li l-ekonomija ta’ pajjiżna hi waħda bbażata fuq iċ-cheap labour, l-es perti ta’ Moody’s jgħidu li “l-ekonomija Maltija għaddejja tajjeb f’setturi ta’ val ur għoli, bħas-servizzi finanzjarji, l-in formazzjoni u l-komunikazzjoni, u at tivitajiet rikreazzjonali (gaming)” (“the Maltese economy performs well in high value services sectors, such as financial services, information and communica tion and recreational activities (gam ing)”).

Minbarra hekk, ir-rapport ta’ Moody’s jinnota kemm, permezz tal-Pjan ta’ Rk upru u Reżiljenza pajjiżna mistenni jk abbar il-potenzjal ekonomiku, filwaqt li jtejjeb l-ambjent. Dwar dan ikkummen taw bl-istess mod l-esperti tal-Bank Ċentrali ta’ Malta din il-ġimgħa stess (ara rapport f’din il-paġna).

Kontra dak li jsostnu xi wħud, l-es perti tal-Moody’s huma ċari fit-tbassir tagħhom fejn jidħol id-defiċit tal-pajjiż u jisħqu li dan se jonqos, għax id-dħul mistenni jkompli jiżdied, frott tkabbir ekonomiku sostnut. Filwaqt li jinnotaw

kemm se jkun kbir is-sostenn tal-Gvern lill-familji u lin-negozji, l-esperti barr anin isostnu li d-dejn nazzjonali hu af fordabbli u li se jibqa’ qrib is-60%.

Moody’s isostnu li s-suċċess ta’ pajjiż na fit-twettiq tal-pjan ta’ azzjoni maqbul mal-FATF kien żvilupp mill-aktar im portanti, għax jindika b’mod ċar kemm l-istituzzjonijiet lokali huma kommessi li jilħqu standards internazzjonali rigorużi u kemm hemm rieda biex ikun hawn riformi istituzzjonali. Dan mis tenni jagħmel lil pajjiżna ferm aktar at traenti għall-investiment barrani.

Permezz tal-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza, li ġie ppreżentat mill-Gvern Malti lill-Kummissjoni Ewro pea, pajjiżna mistenni jirċievi madwar €260 miljun f’fondi Ewropej. Dan il-pjan, li l-Kap tal-Oppożizz joni Bernard Grech kien sejjaħlu froġa, kien deskritt mill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, bħala wieħed mill-aktar jekk mhux l-aktar ambjentalment sostenibbli li kienu tressqu mill-istati membri.

Issa studju tal-Bank Ċentrali, li ġie ppubblikat din il-ġimgħa, ikkonferma li minbarra l-impatt ambjen tali pożittiv, il-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza se jkollu wkoll effett pożittiv fuq l-ekonomija. Il-maġġoranza tal-fondi allokati lil pajjiżna mistennija jintefqu s-sena d-dieħla u ta’ wara, għalkemm hu previst li xi proġetti jiġu konklużi fl-2027.

Skont l-istudju tal-Bank Ċentrali, kumplessivament dawn il-proġetti se jkollhom impatt pożittiv ferm fuq l-ekonomija Maltija, partikolarment bejn l-2024 u l-2026 tant li mistennija jwasslu għal żieda fir-rata ta’

tkabbir ekonomiku ta’ madwar 0.6%. Ta’ min ifakkar li, f’dan il-perjodu, it-tbassir preżenti tal-esperti hu ta’ tkabbir ta’ madwar 3% fis-sena. Li allura jfisser li l-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza se jżid it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna bi kważi kwint ta’ dak imbassar.

tenni jikber bl-ekwivalenti ta’ kważi sena żejda, grazzi għall-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza.

Minkejja li ħafna mill-proġetti taħt il-pjan għand hom element ta’ spiża lokali wkoll, xorta waħda dan l-investiment pubbliku mistenni jwassal għal finanzi pubbliċi aktar sodi, tant li, skont l-istudju tal-Bank Ċentrali, il-piż tad-dejn nazzjonali fl-2030 mistenni jkun 0.6% inqas minn dak imbassar.

Minbarra hekk dan l-istudju jindika li, anke wara li jkunu ntemmu l-proġetti fl-2027, xorta se jibqa’ jkun hemm impatt ekonomiku pożittiv fis-snin ta’ wara. Tant li jingħad li anke fl-2030 il-ġid nazzjonali se jkun 0.4% akbar milli kieku ma jkunux seħħew dawn il-proġetti.

Għaldaqstant, fuq medda ta’ 10 snin, pajjiżna mis

Dawn l-istimi ma jinkludux l-impatt ta’ fondi oħra jn, li se jkun qed igawdi minnhom pajjiżna, fosthom dawk tan-Next Generation EU. Lanqas ma jinkludu stimi tal-impatt pożittiv li mistenni jirriżulta mill-ef fett tar-riformi strutturali li se jkun qed iwettaq ilGvern bħala parti mill-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza.

Ma’ dan, l-esperti tal-Bank Ċentrali jirrimarkaw ukoll li l-ekonomija ta’ pajjiżna se tkun qed tgaw di minn żieda addizzjonali fid-domanda minn barra l-pajjiż, ladarba stati oħrajn membri fl-Unjoni Ewro pea se jkunu qed iwettqu huma wkoll il-pjani tagħhom ta’ rkupru

reżiljenza.

20.11.2022 03
u
IMPATT EKONOMIKU POŻITTIV ADDIZZJONALI F’MALTA BL-INVESTIMENT “TAL-AKBAR PJAN AMBJENTALI FL-UE” Studju tal-Bank Ċentrali jgħid li l-benefiċċji mill-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza tal-Gvern mistennija jinħassu sal-2030 L-impatt ekonomiku pożittiv se jibqa’ fis-snin wara li jintemmu l-proġetti

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela, waqt li kien qed jindi rizza l-għeluq tal-Konferenza Ġenerali Annwali Laburista, insista li llum irridu nkomplu nuru t-triq tal-progress, li jit wettqu riformi kbar, ibbażat fuq il-prinċipju tal-ġustizzja soċjali. Hu qal dan waqt li elen ka viżjoni b’saħħitha Laburis ta li għandha tkompli tixpru na l-avvanz li kiseb pajjiżna fl-aħħar snin, anke jekk iffaċċ jajna żminijiet diffiċli.

Quddiem sala mimlija taċĊentru Nazzjonali Laburista, il-Prim Ministru kellu indirizz b’saħħtu li fih mhux biss kom pla jwassal il-viżjoni li għan du għal Malta, iżda fuq kollox wera kif il-fiduċja f’pajjiżna hi mnebbħa fuq kemm il-par tit u l-Gvern li jmexxi, tassew jemmnu f’Malta.

Fil-Konferenza Ġenerali bittema “Fiduċja f’Pajjiżna”, Dr Abela qal li proprju din l-ist ess fiduċja wasslet biex minn sfidi ħloqna opportunitajiet fejn pajjiżna baqa’, għadu u se jkompli miexi fid-direzzjoni t-tajba.

Il-Mexxej Laburista tkellem dwar fejn qed jara l-Partit La burista għaż-żmien li ġej f’ħid ma favur il-familji Għawdxin u Maltin bil-fiduċja tkun il-bażi tal-progress.

“Żgur inħaddnu l-valuri u l-prinċipji li dan il-pajjiż jeħtieġ biex nibqgħu mexjin ’il qud diem. Dawk li se jwasslu biex il-pajjiż jibqa’ jkun suċċess. Innies magħna jafu fejn qegħdin u fuq kollox jafu sew il-Partit Laburista x’jemmen. Għalhekk il-poplu reġa’ għażel dawn ilprinċipji f’Marzu li għadda. Għażel il-programm tagħna. Għażel il-proġett li għandna għal pajjiżna. Iżda, dik l-għaż la titfa’ fuqna responsabbiltà akbar għaż-żmien li ġej,” saħaq il-Prim Ministru.

Hu kompa jgħid: “Bħala Partit ma nistgħux nistrieħu fuq dak li ksibna, iżda rridu naħdmu u nikkonvinċu iżjed. Ladarba issa l-mandat hu ak bar, ifisser li għal kull bieb li ħabbatna fis-snin li għaddew, issa rridu nħabbtu tnejn biex niddjalogaw ma’ iktar persuni. Biex nispjegaw għaliex il-bid la ma tista’ tieqaf qatt u trid tkompli. Għaliex xejn ma jista’ jittieħed for granted.”

Hu tenna li, fil-politika, f’soċjetà li tinbidel il-ħin kol lu, ma jeżistix il-mument fejn tista’ tgħid issa għamilt biżżejj ed jew tgħid issa tista’ tieqaf. “Għax jekk tiddeċiedi hekk, tibda miexi lura. Forsi hemm min jaħseb li l-punt tal-wasla kien ir-riżultat sabiħ li ksibna f’Marzu li għadda. Iżda, filwaqt

li r-riżultat meliena b’kuraġġ biex naħdmu iżjed, dak kien biss il-punt ta’ tluq biex inkom plu nimmodernizzaw lil pajjiż na.”

Fost l-entużjażmu fis-sala taċ-Ċentru Nazzjonali Laburis ta, li kienet qed tilqa’ l-ewwel Konferenza Ġenerali Annwali mindu faqqgħet il-pandemija, il-Prim Ministru rrimarka l-ħid ma favur il-ġustizzja soċjali biex kulħadd jimxi ’l quddiem. F’dan il-kuntest semma l-Baġit, li għadu kemm ġie ppreżentat għall-2023 u l-għadd ta’ miżuri li jgħinu lill-familji.

“Jieħdu għalihom tal-Oppo żizzjoni li nirreklamaw dak li għamilna fil-Baġit. Smajtuhom jgħidulna, jekk il-Baġit hu tant tajjeb għal xiex tirreklamawh?” saħaq Dr Abela, imma stqarr li t-tweġiba hi sempliċi, waqt li elenka s-sensiela twila ta’ benefiċċji u miżuri li se jkunu qed igawdu minnhom faxex differenti tal-poplu.

“Il-pensjonanti għandhom ikunu jafu kemm reġgħu żdie du fil-pensjoni. Il-first-time buyers għandhom ikunu jafu xi skemi hemm għalihom. Il-

persuni b’diżabilità u l-famil ji tagħhom għandhom ikunu infurmati dwar x’benefiċċji se jgawdu minnhom. In-negoz ji jridu jkunu jafu li għand hom moħħhom mistrieħ dwar prezzijiet tal-enerġija stabbli, ħalli jippjanaw l-investiment. Dawk li jridu jinvestu f’enerġi ja rinnovabbli jridu jkunu jafu xi skemi hemm għalihom. Ilġenituri għandhom ikunu jafu x’żidiet se jieħdu fiċ-Children’s Allowance. Dawk li se jgawdu mill-garanzija għat-tfal għand hom ikunu jafu wkoll. Tafu min jiddejjaq jirreklama l-baġits tiegħu? Min kien ibigħ l-awste rità, jgħolli l-kontijiet u jżid it-taxxi,” saħaq il-Prim Minis

tru, b’referenza għaż-żmien tal-aħħar Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi, li għabba l-akbar piżijiet fuq il-poplu, bil-maqlub għal-lum.

Hu esprima wkoll il-ħsibijiet tiegħu dwar kif jara l-fiduċja f’pajjiżna meta jżur postijiet tax-xogħol u jara t-tkattir talinvestiment jitwettaq, kif kellu diversi okkażjonijiet jara pro prju din il-ġimgħa stess.

na fiduċja f’pajjiżna. Fiduċ ja f’pajjiżna billi ngħinu linnegozji jinvestu, billi nieħdu ħsieb lill-anzjani tagħna. Ngħinu liż-żgħażagħ iwettqu l-ħolm tagħhom, ma nħallu lil ebda tifel jew tifla jaqgħu lura u ma nistrieħu qatt fuq dak li ksibna. Għalhekk, aħna l-Partit tar-riformi, tal-ġustizja soċjali, tal-aspirazzjoni. Fuq dawn se nibnu futur sabiħ. Futur sabiħ f’Għawdex u f’Malta tagħna. Ilpajjiż li tant inħobbu. Il-pajjiż li għandna fiduċja fih,” ikkonk luda l-messaġġ tiegħu fost akklamazzjoni kbira mill-folla preżenti.

Sadanittant, fl-ewwel sessjo ni plenarja tal-Konferenza Ġenerali Annwali l-Ġimgħa tkell mu wkoll id-Deputati Mexxejja Laburisti Chris Fearne u Daniel Micallef (lemin).

Semma kif, fost oħrajn, jilta qa’ maż-żgħażagħ li appellal hom biex aktar minn qatt qa bel jibqgħu jkunu ambizzjużi, għax se jsibu Partit li joffri t-ta ma u s-soluzzjonijiet … u mhux il-qtigħ il-qalb.

“Futur sabiħ, għax għand

Fid-diskors tiegħu, id-Depu tat Prim Ministru u Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Par lament Chris Fearne sostna li jekk inħarsu madwarna naraw li d-dinja kollha qed tiffaċċ ja sfidi u quddiem dawn l-is fidi, l-ewwel li jbati hu ż-żgħir, il-ħaddiem u llum hekk

20.11.2022 04
qed
F’MALTA TĦALLINA FIT-TRIQ L-elezzjoni li għaddiet kienet biss il-punt tat-tluq biex inkomplu nimmodernizzaw lil pajjiżna, biex inkunu l-katalisti tal-bidla
IL-FIDUĊJA

TĦALLINA FIT-TRIQ IT-TAJBA

għaliha kuljum, għax il-fiduċ ja tiġi biż-żmien u tiġi l-aktar bid-deċiżjonijiet li tieħu.

Hu kompla jgħid li b’riżul tat ta’ deċiżjonijiet politiċi kontinwi, kuraġġużi u b’viż joni minn Gvern Laburista ġew salvagwardati l-impjiegi, għandna ekonomija li misten nija tikber disa’ darbiet aktar mill-medja Ewropea, kif ukoll ġie ppreżentat Baġit ieħor mill-aktar b’saħħtu. Sostna li dawn id-deċiżjonijiet ifissru wkoll li pajjiżna għadu bl-ist ess kontijiet tad-dawl, l-ilma u l-fuels ta’ qabel bdiet il-gwerra fl-Ukrajna.

“Il-bidla u t-tiġdid huma dawk li jżommuna relevanti politikament illum u għada. Ma nistgħux nieqfu nbiddlu u nieħdu d-deċiżjonijiet f’kull livell. Dawn l-ewwel xhur tal-leġiżlatura rajna riforma wara oħra tkun implimentata mill-Gvern immexxi minn Rob ert Abela. Dan ir-ritmu jrid ikompli u fix-xhur li ġejjin irri du naraw l-istrutturi tal-Partit mill-ġdid fuq quddiem imexxu numru ta’ diskussjonijiet fuq bażi nazzjonali,” irrimarka Mi callef.

Hu fakkar f’numru ta’ miżuri li diġà daħlu fis-seħħ f’din il-leġiżlatura u sostna li bil-fiduċja tan-nies il-Gvern se jkompli jaħdem biex l-elf proposta tal-manifest eletto rali narawhom isiru elf kisba kif ġie mwiegħed.

REQUEST FOR CALL for Offers (CFO)

REQUEST FOR CALL for Offers (CFO)

jiġri f’pajjiżi oħrajn fejn qed jogħlew il-prezzijiet tal-enerġi ja, tal-fuel, qed jiżdiedu t-taxxi, il-pagi u l-pensjonijiet ma baqgħux jiżdiedu, intilfu l-imp jiegi, kif ukoll żdied il-faqar. Waqt li tenna li, bil-maqlub mhux hekk qed jiġri f’Mal ta, għax il-piż ta’ dawn l-isfidi daħal għalih il-Gvern, fakkar kif Gvernijiet Nazzjonalisti qatt ma kienu fuq in-naħa tal-pop lu. “Ħaddieħor kien għolla l-kontijiet tal-elettriku bil-qalb. Aħna bil-qalb insostnu l-familji u n-negozji Maltin u Għawdx in billi nżommu l-prezzijiet tal-elettriku stabbli. Mhux talli ma friżajniex il-pensjoni jiet talli qatt daqs illum ma kien hemm żieda fil-pens jonijiet. Mhux talli ma ntilfux l-impjiegi imma qatt ma kien hawn f’pajjiż na daqstant nies jaħdmu u daqstant rata baxxa ta’ qgħad.

Qatt daqs illum ma ħassejtni kburi li jie na Malti u qatt daqs illum ma ħassejtni kburi li jien La

burist”, qal id-Deputat Prim Ministru.

Fakkar kif il-PN illum huwa mi frud u maqsum f’elf biċċa u meta tkun mifrud ma tistax ikollok par tit u oppożizzjoni effettiva. “Aħna partit magħqud, aħna partit ilkoll flim kien u, għax aħna magħqudin, aħna rebbiħin u iktar ma jiġi maltemp, aktar ningħaqdu,” tenna Fearne. “Minn hawn in wegħedkom li l-Partit Laburis ta se jibqa’ partit inklussiv, se jibqa’ partit li jisma’ u jimpur tah min-nies, se jibqa’ partit umli, tan-nies u man-nies.

Il-Partit Laburista se jibqa’ l-partit talMaltin u Għawdx in, għax aħna Gvern tal-Maltin u Għawdxin kollha,”  hu temm jgħid.

Min-naħa tiegħu, id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Daniel Micallef stqarr li l-fiduċja trid taħdem

“Bl-enerġija tagħkom, bil-fi duċja tan-nies, u b’saqajna mal-art, ejja nkomplu naħdmu b’fiduċja f’pajjiżna għal ak tar bidliet, għal aktar kisbiet u għal ak tar riformi li jtej bu l-kwalità talħajja tal-Maltin u l-Għawdx in,” temm jgħid id-Deputat Mexx ej għall-Affarijiet tal-Partit.

Membri tal-Eżekuttiv

Ilbieraħ fi tmiem il-konferenza saret ukoll l-elezzjoni għall-ħa tra ta’ 12-il membru tal-Eżekut tiv Laburista minn 15-il nomina li ġew sottomessi.

Dawk eletti bil-voti filparenteżi kienu Yana Debono Grech (516-il vot), Ray Azzopar di (495), Ġuża Cassar (474), Ray Falzon (440), Jason Farrugia (421), Monica Farrugia (410), Ray Mizzi (354), Raymond Az zopardi (333), Noel Cassar (331), Christian Attard (326), Karl Nikhail Spiteri (318) u Frederick Cutajar (308). It-tliet delegati l-oħra kienu Michael Mifsud (268), Jason Caruana (221) u Anthony Farrugia (211).

Invitation to submit proposals to manage the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in Żejtun

Invitation to submit proposals to manage the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in Żejtun

CFO document to be collected from:

CFO document to be collected from

Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Ħamrun.

Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Ħamrun

Invitation to submit proposals to manage the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in Żejtun

Monday 21st November 2022 to Thursday 25th November 2022, 9:00 a.m. to 5:00 p.m. and Friday 26th November 2022, 9:00 a.m. to noon.

Monday 21st November 2022 to Thursday 25th November 2022, 9:00am to 5:00pm and Friday 26th November 2022, 9:00am to noon.

CFO document to be collected from

Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Ħamrun.

Closing dates for submissions: Friday 26th November 2022 at 12:00 p.m.

Closing date for submissions: Friday, 26th November, 2022 at 12.00pm

Monday 21st November 2022 to Thursday 25th November 2022, 9:00am to 5:00pm and Friday 26th November 2022, 9:00am to noon.

Closing date for submissions: Friday, 26th November, 2022 at 12.00pm

20.11.2022 05
Ritratti: GARETH DEGIORGIO

L-AQWA PROĠETT FL-UE

Il-proġett multimiljunarju li wassal għar-restawr taċ-Ċittadella fl-aħħar jiem ġie kklassifikat l-aqwa wieħed fil-kompetizzjoni RegioStars fejn kienu ppreżentati 300 proġett li għamlu użu minn fondi Ewropej. L-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdew (GTA) laqgħet b’sodisfazzjon l-aħbar għal dan l-aktar sit li jżuruh turisti u Maltin.

33 PROĠETT TA’ KANNABIS MEDIĊINALI

Bejn l-2018 u l-2022, il-Malta Enterprise approvat 33 proġett minn kumpaniji li jispeċjaliz zaw fil-kannabis mediċinali, li minnhom diġà jirriżulta li hawn sebgħa qegħdin joperaw u jes portaw il-prodotti tagħhom. Minn tagħrif, li ngħata fil-Par lament, joħroġ li dawn bejniet hom qed jinvestu madwar €20 miljun f’investiment dirett bar rani, waqt li jħaddmu 79 persu na, fil-maġġoranza tagħhom xjenzati u persuni mill-qasam mediku u farmaċewtiku.

Hemm ukoll erba’ kumpaniji oħrajn li ġew approvati u jin sabu fil-proċess li jiksbu liċenz ji skont l-Att dwar il-Kannabis għall-Użu Mediċinali.

Il-benefiċċji indiretti ta’ dan l-investiment jinkludu ħolqien ta’ karrieri ta’ kwalità, il-ġene razzjoni ta’ riċerka, innovazz joni u l-ħolqien ta’ proprjetà intellettwali kif ukoll l-iżvilupp kontinwu ta’ servizzi u mani fattura ta’ prodotti anċillari.

F’Ġunju li għadda, kumpani ja oħra Maltija, Materia Mal ta, saret l-ewwel waħda li es portat il-prodotti tagħha lejn pajjiż ieħor, il-Ġermanja, waqt li ZenPharm Ltd, sussidjarja tal-kumpanija Kanadiża Zen abis, laħqet ftehim ma’ klijent fl-istess pajjiż barrani biex tib da tipprovdi mill-inqas 500kg f’kannabis mediċinali fis-sena.

L-aħħar żviluppi ngħataw flaħħar jiem mill-Ministru għallAmbjent, l-Enerġija u l-Intrapri ża Miriam Dalli fi tweġiba għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjo nalista Mark Anthony Sammut.

Pajjiżna kien l-ewwel wieħed fl-Ewropa li ħoloq qafas regola torju f’dan is-settur bi skop ta’ riċerka fl-2018, meta approva l-Att bħala parti mill-politika tal-Gvern Laburista biex ikomp li jiddiversifika l-ekonomija u jimmassimizza l-potenzjal ta’ negozju u opportunitajiet ta’ impjiegi ta’ kwalità.

Riċerka Ewropea tindika li l-industrija tal-kannabis medi ċinali mistennija jkollha valur ta’ aktar minn €55 biljun sal2028.

Biex kumpanija f’dan il-qa sam tiftaħ hawn Malta hemm proċess twil u riġoruż li jwassal biex tingħata liċenzja mill-Aw torità Maltija għall-Mediċini, wara l-approvazzjoni mill-Mal ta Enterprise.

Il-proċess rigoruż tal-entita jiet governattivi għal-liċenzjar finali ta’ proġett ta’ kannabis mediċinali jieħu s-snin biex

ikun hemm l-aċċertazzjoniji et kollha meħtieġa li l-prodott finali jkun tal-ogħla grad far maċewtiku.

Fl-istess waqt, il-qasam talkannabis globalment għadda minn diversi fażijiet fejn intla qat b’mod negattiv waqt il-pan demija, kif ukoll kien hemm diversi kumpaniji li ġew akk wistati minn kumpaniji oħrajn u li għadhom għaddejjin minn proċess ta’ akkwist.

B’hekk proġetti simili jieħdu aktar żmien biex iseħħu.

Sadanittant, din il-ġimgħa l-kumpanija A2W Pharma Ltd, li diġà hi stabbilita f’pajjiżna, ħabbret li daħlet fi sħubija ma’ Reakiro, kumpanija Pollakka, li tispeċjalizza fil-produzzjoni tal-Cannabidiol (CBD), l-ingre djent attiv fil-pjanta tal-kanna bis li ma joħloqx dipendenza u m’għandu l-ebda effett stupe faċenti.

Is-sħubija se tara lil Reaki ro tipprovdi għarfien espert biex A2W Pharma Ltd tniedi l-prodotti tagħha fis-suq glo bali. “Il-preżenza qawwija ta’ Reakiro fis-settur nutraċew tiku flimkien mal-esperjenza tat-timijiet ta’ bejgħ u mar keting se jgħinu lil A2W Phar ma Ltd twettaq l-għan tagħha li twassal terapiji ta’ kwalità bbażati fuq il-kannabis u li huma ċċertifikati mill-Unjoni Ewropea aktar disponibbli għall-pazjenti madwar id-din ja”, qal Peter Paul Farrugia, di rettur tal-kumpanija lokali.

Permezz ta’ din is-sħubija, Reakiro se tespandi l-portafoll tal-prodotti tagħha minn sup plimenti tal-ikel b’bażi taż-żejt tal-kannabis u kożmetiċi biex jinkludi prodotti mediċinali tal-kannabis li se jiġu fornu ti permezz ta’ riċetta minn spiżeriji, kliniċi u sptarijiet madwar id-dinja.

A2W Pharma Ltd u Rea kiro inizjalment se jimmiraw għas-suq Ewropew u dak Aw straljan. Il-kumpanija bbażata f’Malta tipprovdi pproċessar sħiħ mill-estrazzjoni tal-ma terja prima sal-produzzjoni finali. Il-pjan fit-tul ta’ A2W Pharma Ltd hu li tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ sustanzi attivi botaniċi għas-settur far maċewtiku li jgħinu fil-kura ta’ kundizzjonijiet bħall-Ep ilessija, l-Isklerożi Multipla, l-Alzheimer, il-Fibromyalgia, il-Crohn’s Disease u kundizz jonijiet newroloġiċi u immu noloġiċi oħrajn.

20.11.2022 06

F’GĦAXAR SNIN JITNAQQSU MILJUN TUNNELLATA CO2

Il-politika Laburista favur l-ambjent naqqset it-tniġ ġis bid-dijossidu tal-karbonju fil-pajjiż b’mill-inqas miljun tunnellata bejn l-2010 u l-2020, bl-aktar miżu ra li wasslet għal dan l-iżvilupp pożittiv ambjenta li kienet l-eliminazzjoni tal-użu tal-Heavy Fuel Oil fil-ġenerazzjoni tal-elettriku wara l-bidla fil-Gvern fl-2013. Jirriżulta li kien hemm tnaqqis ta’ 62% f’CO2 sal-2016 meta mqabbel maċ-ċifri tal-2012.

Proġetti, li qed jitwettqu bħalissa mill-Gvern jew se jkunu qed isiru b’riżultat ta’ wegħdi elettora li fl-aħħar manifest Laburista (“Malta Flimkien”), se jkomplu jeliminaw tali tniġġis u jtejbu l-kwalità tal-arja f’pajjiżna.

Statistika, li ġiet ippubblikata din il-ġimgħa millMinistru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Mir iam Dalli, tixhed kif, kontra l-perċezzjoni li jipprovaw ibellgħu xi wħud, inkluża l-Oppożizzjoni Nazzjonalis

ta, Gvernijiet Laburisti fl-aħħar disa’ snin ħolqu bid la drastika ambjentali, inkluż bit-tnaqqis fl-emiss jonijiet, anke jekk il-popolazzjoni baqgħet tikber u l-karozzi fit-triq komplew jiżdiedu.

tagħhom mixgħula, l-inċentivi għax-xiri ta’ vetturi elettriċi, it-trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd u t-twettiq ta’ proġetti infrastrutturali bħal dawk bis wit l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta se jkomplu jikkontribwixxu għal dan il-għan ambjentali.

Fil-Parlament din il-ġimgħa l-Ministru Dalli wieġ bet lill-Oppożizzjoni li, permezz tad-Deputata Eve Borg Bonello, staqsiet kemm żdied it-tniġġis mid-dis jossidu tal-karbonju.

Fiż-żmien li ġej, proġetti ta’ reklamazzjoni urbana, fejn żoni diġà żviluppati fil-qalba tal-irħula u l-bliet jinbidlu fi spazji ħodor, il-provvista elettrika lil bas timenti li jsorġu fil-Port il-Kbir flok iħallu l-magni

Minkejja dan, Dalli, li rrimarkat il-varjanzi li kien hemm kull sena, tenniet li kien hemm tnaqqis kum plessiv ta’ ftit aktar minn miljun tunnellata ta’ CO2 minn 2,600,000 tunnellata fl-2010 għal 1,597,000 tunellata fl-2020.

Il-ħruq ta’ fossil fuels hu l-kawża primarja għażżieda fil-konċentrazzjoni ta’ CO2 fid-dinja, it-tisħin globali u ovvjament it-tibdil fil-klima.

IL-PN IDUR GĦAL ŻVILUPPI PROPOSTI WARA LI PPERMETTIEHOM HU FL-2006

Applikazzjonijiet għall-bini f’art verġni, inkluż f’Għawdex, xprunati bl-akbar skandlu ambjentali Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista u l-friegħi varji tiegħu għadhom iduru għal proposti ta’ żvilupp li qed jitressqu fuq art verġni, partikolarment fil-gżira Għawdxija, u jattakkaw lill-Gvern li qed joħloq xi kli ma li tippermetti dan kollu.

Minkejja dan, kif anke rriżulta millpjan propost u issa rrifjutat fil-Bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien, huwa aktar ċar li s-sidien ta’ artijiet issa qed iressqu ’l quddiem pjani simili wara li l-proprjetà tagħhom kienet iddaħħlet fiż-Żona ta’ Żvilupp proprju mill-Gvern Nazzjonalis ta lura fl-2006.

Fil-bidu ta’ dan ix-xahar ġie deċiż mit-Tribunal dwar l-Ambjent u l-Ippja nar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar li l-art f’Ħondoq ir-Rummien, fil-limiti tal-Qa la, għandha tibqa’ mhux mittiefsa u ma jseħħ l-ebda żvilupp fil-post. Id-deċiż joni waslet wara appell mill-iżviluppa turi għal deċiżjoni simili mill-Awtorità tal-Ippjanar fl-2016 u b’hekk ingħalqet kwistjoni li damet għaddejja mill-2002 meta Gvern Nazzjonalista kien iddeċie da li jgħaddi l-art lill-privat u ftaħar bi proġett massiċċ, anke jekk sa dakinhar din kienet għadha barra ż-Żona ta’ Żvi lupp.

Minkejja dan, fl-2006 il-bajja u parti mill-wied biswitha ddaħħlu fiż-Żona ta’ Żvilupp bħala parti minn diversi artijiet oħrajn, li hu stmat li flimkien jagħmlu daqs is-Siġġiewi kollu kemm hu.

Dik id-deċiżjoni mill-Ministru għallAmbjent George Pullicino fil-Gvern ta’ GonziPN baqgħet meqjusa bħala l-ak bar skandlu ambjentali fl-istorja ta’ pajjiżna u li kif inhu evidenti għadu u se jibqa’ jħalli riperkussjonijiet serji. Dak iż-żmien fil-Ministeru ta’ Pullicino kien hemm ukoll Ray Bezzina (Chief of Staff), li mill-2020 sal-aħħar elezzjoni kien l-is trateġista ewlieni tal-Kap attwali Ber nard Grech, u Chris Ciantar (Segretarju Permanenti), illum rappreżentant ta’ Grech u l-PN fuq l-Awtorità għar-Riżorsi u l-Ambjent (ERA).

Kien hemm allegazzjonijiet li, f’dak ilproċess, il-PN ixxaħħam bil-miljuni biex

jaġevola diversi artijiet li kienu għad hom barra ż-Żona ta’ Żvilupp. Mhux magħruf jekk dawn l-allegazzjonijiet pubbliċi qattx ġew investigati mill-Pu lizija.

Fl-aħħar ġranet tfaċċaw każi ġodda għal żvilupp, inkluż raba’ f’żoni rura li Għawdxin, wara li kienu inklużi f’dik l-iskema korrotta, waqt li l-esponenti tal-establishment Nazzjonalista u anke deputati tal-Oppożizzjoni ppontaw sub għajhom lejn il-Gvern.

Wieħed minn dawn il-każi, żvilupp propost għal razzett tan-nagħaġ fil-lo kal tal-Għasri, tqajjem mill-portal Shift News, wieħed mill-portavuċi tal-estab lishment Nazzjonalista u mmexxi milleks strateġista ta’ Simon Busuttil, Car oline Muscat, daqslikieku jaħti għalih il-Gvern.

Minkejja li x-Shift ipprova jimplika wkoll xi kompliċità tas-Sindku tal-lokal

Dr Daniel Attard, li rriżenja mill-PN qa bel l-aħħar elezzjoni ġenerali, jirriżulta li mhux biss dan tal-aħħar għamel enfa si speċifika f’laqgħat tal-Kunsill biex jid daħħal appell kontra l-proġett approvat, iżda saħansitra ż-żona inkwistjoni saret eliġibbli għal żvilupp fl-2016, bil-barka tal-istess ħbieb tax-Shift News

Mal-pubblikazzjoni tar-rapport taxShift, intitolat “Green light for virgin ODZ Għasri land to be turned into a sheep farm”, Dr Attard kiteb fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook li mhux biss jisħaq li ma sar l-ebda tentattiv miegħu biex jagħti r-reazzjoni tiegħu, iżda ddeskriv ieh bħala “rapportaġġ tal-bigilla ta’ Shift News li drajnieh jeċċella biss fl-attakki personali u fuq ħdura fuq pajjiżna taħt Gvern Laburista.”

“L-unika li ħarġet ċara daqs il-kristall mir-rappurtaġġ hu fil-fatt li mhux issheep farm idejjaqhom, imma r-riżenja

tiegħi,” saħaq Attard, li fi Frar li għadda kien informa lis-Segretarju Ġenerali Nazzjonalista bid-deċiżjoni tiegħu, waqt li żamm postu bħala Sindku fil-Kunsill, fejn issa hemm żewġ kunsillieri kull wieħed għall-PN u l-PL.

Dwar l-istess rapport mix-Shift din ilġimgħa, Attard kompla li “dan l-attakk jimla lili u lil sħabi b’kuraġġ li qegħdin fit-triq it-tajba u ’l bogħod mill-ħdura partiġjana”. Hu wkoll espona parti minn minuti ta’ laqgħa tal-Kunsill f’Settem bru li għadda fejn ħeġġeġ għal appell qabel biss ġiet approvata l-applikazzjoni għall-iżvilupp u ħabbar li qed isir tali proċess.

Kien hawn li speċifika li dan qed isir anke jekk, “minħabba policies intro dotti fl-2006, din l-approvazzjoni hi ta’ qtigħ il-qalb.”

Huwa mifhum li artijiet oħrajn simili fl-istess lokal Għawdxi u bnadi oħra jin sabu fil-mira għal żvilupp proprju wara li ġew eliġibbli li japplikaw mal-Awtorità tal-Ippjanar bid-deċiżjoni Nazzjonalista 16-il sena ilu. Attard insista li l-Kunsill għandu interess li jħares l-ambjent ru rali tal-Għasri.

Każ simili tqajjem ukoll it-Tlieta li għadda stess fil-Parlament mill-Minis tru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri bi tweġi ba għal mistoqsija tad-Deputat il-ġdid tal-Oppożizzjoni Albert Buttigieg. Dan tal-aħħar staqsa jekk il-Ministru setax jgħid kif u meta nħareġ it-tender għal encroachment li hemm fil-ġnien ta’ wara, fil-Palazzo Spinola f’San Ġiljan, u li qed jintuża bħala restorant u pizzeri ja. L-Eks Sindku ta’ San Ġiljan, li għadu kemm ħa postu fil-Parlament minflok Robert Arrigo, talab li jingħata kopja tal-istess tender.

Skont it-tweġiba mogħtija, il-konċessjoni b’encroachment kienet ingħatat b’mod dirett lil stabbiliment tal-ikel li jopera fl-istess żona u li f’dan il-każ “l-encroachment fil-ġnien relatat ma’ dan l-istabbiliment ingħata proprju fl2006”.

20.11.2022 07
Diversi artijiet rurali f’Għawdex, bħal f’Malta, fl-2006 kienu ddaħħlu fiż-Żona ta’ Żvilupp mill-Ministru George Pullicino (inset) u GonziPN
Diversi proġetti u miżuri mill-Gvern se jkomplu jnaqqsu t-tniġġis lokali

L-GĦAJNUNA LILL-ASSOĊJAZZJONIJIET SPORTIVI “TISPLODI” F’GĦAXAR SNIN

Sena wara oħra, il-Gvern qiegħed dejjem jagħti aktar fondi mhux biss lill-Kumitat Olimpiku Malti, imma anke assistenza finanzjarja, per mezz ta’ skemi ta’ SportMalta, lil biżibilju ta’ għaqdiet f’diver si dixxiplini. Waqt li l-Gvern jinsab kommess li jkompli jinvesti fl-isports, inkluż bil li jibqa’ jtejjeb il-faċilitajiet li jeżistu u jara li l-istrateġija Nazzjonali għall-Isport tiġi implimentata bl-aħjar mod, fl-aħħar jiem ġie ppubblikat tagħrif dwar kemm fil-verità tikkwantifika l-għajnuna fi nanzjarja.

Fuq kollox, SportMalta qed tagħti għajnuna finanzjarja lill-assoċjazzjonijiet u għaq diet sportivi bħala sostenn fil-ħidma fejjieda tagħhom, imma wkoll għajnuna diretta lil sportivi Maltin u Għawdxin. Minbarra hekk, l-investiment li jsir mill-Istat biex il-faċili tajiet sportivi lokali jkomplu jogħlew għal standards inter nazzjonali hu bla preċedent, kif skopriet il-KullĦadd

Minn tweġiba li ta fil-Par lament il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħa żagħ, ir-Riċerka u l-Innovaz zjoni, Clifton Grima, jirriżulta li l-għajnuna li qed tingħata lil dawn l-assoċjazzjonijiet kull sena hi konsiderevoli u tlaħħaq il-miljuni.

Jekk tieħu l-ammont sħiħ li ngħata fl-aħħar sena ta’ Gvern Nazzjonalista, jiġifieri l-2012, din l-għajnuna lanqas laħqet il-€1 miljun – fil-fatt kienet €902,432. F’10 snin dan l-ammont żdied għal €5,045,953 din is-sena – aktar

€847,050 (fl-2012 irċieva €303,500).

Minbarra hekk, iżda, din ma kinitx l-unika għajnuna li rċieva l-istess Kumitat Olimpiku Malti, tant li per

€2.7 miljun f’assistenza diret ta għal erba’ snin minn Sport Malta.

B’hekk, l-għajnuna lillatleti elit fl-għaqdiet sportivi se tkompli ttejjeb l-oppor tunitajiet biex, bl-impenn u bis-sagrifiċċji individwali,

Malti jista’ jassisti assoċjazz jonijiet sportivi, biex jimpje gaw coaches professjonali fuq bażi full-time, jiffinanz jaw il-parteċipazzjoni ta’ atleti f’kompetizzjonijiet u sessjonijiet ta’ taħriġ barra mill-pajjiż u jinvestu f’għodod tekniċi aktar adekwati, fost l-oħrajn.

L-investiment tal-Gvern burista fl-atleti Maltin ma jiqafx hemm lanqas.

Is-sena l-oħra wkoll, ilFond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali (NDSF) għadda €5 mil jun oħra lil SportMalta biex atleti Maltin iħejju ruħhom bl-aħjar mod għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f’pajjiżna s-sena li ġejja.

Min-naħa tagħha, Sport Malta qassmet dan l-inves timent lil 10 assoċjazz jonijiet sportivi biex b’hekk beda t-taħriġ tal-atleti lokali għal dan l-avveniment inter nazzjonali. Dan il-pass għal hekk serva biex il-Kumitat Olimpiku Malti jinvesti f’atleti Maltin.

Mitlub jikkummenta, il-

“Per mezz ta’ dan il-ftehim, il-Ku mitat Olimpiku Malti jinsab f’pożizzjoni aħjar biex jippja na għal parteċipazzjonijiet internazzjonali kif ukoll għalLogħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Malta fl-2023.

Minbarra hekk, permezz ta’ SportMalta, il-Gvern qed jaħdem fuq l-atleti profes sjonali. Din hi l-viżjoni tagħna għall-qasam sportiv, li tolqot lil kull min b’xi mod jew ieħor jipprattika xi attività fiżi ka, minn persuni li jagħmlu taħriġ bażiku għall-atleti pro fessjonali li l-isport hu l-pass joni u l-karriera tagħhom.”

Dan l-investiment qawwi jikkonferma kemm il-Gvern hu ta’ spalla għall-atleti u l-organizzazzjonijiet sportivi u biex ikunu jistgħu jintlaħqu l-aspirazzjonijiet ta’ tant sportivi.

Ta’ min jinnota wkoll li, min ħabba n-nuqqas ta’ introjtu li kellhom kawża tal-pandemija tal-COVID-19, l-għaqdiet spor tivi sofrew riperkussjonijiet kbar. Għalhekk

20.11.2022 08
Fost dawn kollha, il-Ku mitat Olimpiku Malti se jkun qed jingħata Ministru Grima qalilna: SportMalta Is-sostenn finanzjarju mill-Gvern jikber b’ħames darbiet, flimkien ma’ għadd kbir ta’ benefiċċji oħrajn L-għajnuna miljunarja li qed tingħata mill-Gvern Laburista lill-għaqdiet sportivi hi mingħajr preċedent

daħlet ukoll biex tgħinhom, billi tat assistenza lil 130 għaq da sportiva ħalli jkunu jist għu jkopru l-kirjiet tal-art u jerġgħu jkunu f’pożizzjoni li jqumu fuq saqajhom. Tali as sistenza ammontat għal mad war €300,000, li kienet tik kumplimenta għajnuna oħra, bħall-COVID Wage Supplement u Online Helpdesk.

Aktar għajnuna kienet fil-forma ta’ benefiċċju minn kontijiet orħos tal-enerġija, grazzi għal numru ta’ skemi amministrati mill-Aġenzi ja tal-Enerġija u l-Ilma. Din tal-aħħar tippromwovi ske mi speċifiċi bħal investimenti relatati ma’ titjib fl-enerġija fl-intrapriżi, skemi ta’ energy audit għal industriji żgħar u medji, u anke amministrat din l-iskema għal organizzazzjoni jiet sportivi.

B’hekk, permezz ta’ dawn l-iskemi, klabbs sportivi li in vestew f’tagħmir li jnaqqas l-użu tal-enerġija mhux biss qegħdin jiffrankaw mill-kont tad-dawl tagħhom, imma bilflus iffrankati jistgħu jinvestu iktar fil-klabb u fin-nurseries rispettivi tagħhom.

Din is-sena f’pajjiżna kell na wkoll l-Ispecial Olympics fejn anke hawn ma naqsitx l-għajnuna minn SportMalta. Special Olympics Malta matul din is-sena bbenefikat minn €195,838, waqt li 10 snin ilu kienu allokati biss €15,943. Dan apparti l-ammont ta’ €420,000 fuq perjodu ta’ tliet snin, per mezz ta’ ftehim ieħor is-se na li għaddiet, biex l-atleti ta’ Special Olympics Malta jkunu jistgħu jkomplu jipparteċipaw fil-logħob internazzjonali u fi training camps barra minn xtutna.

Permezz tal-istess fondi, Special Olympics Malta set għet tinvesti f’kits u apparat li jkollha bżonn minn żmien għal żmien, fost oħrajn.

Dan l-investiment u kull għajnuna finanzjarja ma jko prux artijiet li jingħataw assoċ jazzjonijiet sportivi u sostenn fl-investimenti li jagħmlu. Fost oħrajn, insemmu s-sostenn b’investiment ta’ mad war €3 miljun li qed jingħata fil-pixxina bl-ogħla standards internazzjonali għall-water polo u sports akkwatiku ieħor

tal-klabb tas-Sirens ASC.

Il-Ministru Grima enfasizza li l-Gvern hu kommess li, anke għas-snin li ġejjin, ikompli jin vesti fil-qasam sportiv, fl-as soċjazzjonijiet sportivi u diret tament fl-atleti biex tkompli tiżdied il-professjonalità fl-is port Malti.

Sadanittant, aktar għajnu na fis-settur sportiv għadha kemm tħabbret din il-ġimgħa stess mill-Ministru Grima u s-Segretarju Parlamenta ri għall-Fondi Ewropej Chris Bonett meta flimkien nedew tliet skemi tal-Erasmus+, li se jagħtu opportunità lill-orga nizzazzjonijiet sportivi, coach es, staff tal-klabbs u voluntieri biex jingħaqdu ma’ sħabhom Ewropej f’opportunitajiet bar ra mill-pajjiż.

Grazzi għal din is-sejħa l-ġdida, kull sena mill-2023 ’il quddiem, mat-30 coach minn klabbs differenti se jintbagħtu jitħarrġu barra minn Mal ta. L-investiment ta’ madwar €135,000 se jfisser li, sal-2027, se jkunu bbenefikaw mal-150 coach biex il-livell tal-għaqdi et sportivi jkompli jersaq lejn livelli Ewropej.

Skema oħra ffinanzjata di rettament mill-Kummissjoni Ewropea, b’investiment ta’ €50 miljun fis-sena, se tagħti l-opportunità biex organiz zazzjonijiet sportivi Maltin u Għawdxin isaħħu l-istrutturi, il-kompetenzi u l-operat tagħ hom billi jissieħbu fi proġetti ma’ pajjiżi oħrajn.

Sportivi ta’ bejn it-13 u t-30 sena qed jingħataw ukoll lopportunità li jipparteċipaw f’youth exchanges, b’investi ment ta’ €700,000 kull sena.

B’dawn iż-żewġ inizjattivi se tingħata l-opportunità biex, sa ħames snin oħra, l-isportivi Maltin u Għawdxin jipparteċi paw fi proġetti flimkien ma’ oħrajn barranin u potenzjal ment jibbenefikaw minn pak kett ta’ fondi esklussivi għal Malta li jlaħħaq xejn inqas minn €3.5 miljun.

Dan l-ammont jista’ jikber kemm-il darba l-organizzaz zjonijiet Maltin jagħmlu sforz biex jipparteċipaw fi proġetti ta’ partnerships, li jaqgħu taħt l-azzjoni ċentralizzata.

SEJĦA GĦALL-OFFERTI :

Sejħa għall-offerti għall-Provvista, Installazzjoni u Kkummissjonar ta' tmien (8) Liftijiet inkluż iż-żarmar ta’ liftijiet eżistenti u disinn, manifattura, provvista u installazzjoni ta' tlett lift hoistway bi struttura tal-ħadid (Rif. SPD4/2022/136).

Laqgħa ta’ kjarifika ser issir mill-Awtorita’ tad-Djar nhar l-Erbgħa 23 ta’ Novembru 2022 fl-10 ta’ filgħodu fi Blokka A, Casa Floriani, Lewis Glanville room, Triq Pietro Floriani, Floriana.

L-offerta tagħlaq nhar it-Tlieta, 20 ta’ Diċembru 2022 fid-9:30 ta’ filgħodu. Id-dokumenti tal-offerta huma bla ħlas u jiħu miksuba, imniżżla u milqugħa BISS minn fuq is-sit eletroniku: http://www.etenders.gov.mt.

L-għajnuna li ngħatat lill-għaqdiet u lill-assoċjazzjonijiet sportivi fl-2012 minn Gvern Nazzjonalista kienet ta’ €902,432, waqt li din is-sena se tkun żdiedet b’aktar minn ħames darbiet għal €5,045,953 … konferma kemm il-Gvern Laburista kien u se jibqa’ jkun ta’ spalla għall-atleti Maltin

KONSULTAZZJONI PUBBLIKA DWAR

IS-SEPARAZZJONI MANDATORJA TAL-ISKART

Ammont sinifikanti ta’ skart riċiklabbli li faċilment jista’ jkun konvertit f’riżorsa ta’ valur, qiegħed jintilef fil-miżbliet, minħabba li l-iskart mhux qed jiġi separat kif suppost.

Minħabba f’hekk, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, flimkien malMinisteru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, għandhom l-intenzjoni li jagħmlu s-separazzjoni tal-iskart fis-sors dmir ta’ kull ċittadin inkluż fid-djar, stabbilimenti kummerċjali u entitajiet pubbliċi.

Aktar informazzjoni dwar il-konsultazzjoni pubblika fuq is-separazzjoni mandatorja tal-iskart għal kullħadd tista’ tinkiseb permezz tal-kodiċi QR hawn taħt jew f’https://era.org.mt/establishment-of-mandatoryseparation-of-waste-within-national-waste-legislation/ Il-pubbliku huwa mistieden biex jibgħat kummenti b’imejl lil: era.policy@era.org.mt

20.11.2022 09 Hexagon House, Spencer Hill, Marsa.
MINISTERU GHALL-AKKOMODAZZJONI SOCJALI U AFFORDABBLI GVERN TA’ MALTA

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista attakkat l-investiment ta’ €700 miljun fl-akbar proġetti ta’ junctions u l-bini tat-toroq kollha fil-pajjiż biex ikollna infrastrut tura addattata għas-Seklu 21. Il-proġetti massiċċi u bla preċedent, li bdew jitwettqu bħala parti minn wegħ da elettorali fl-2017, diġà tejbu drasti kament l-aċċessi, taffew it-traffiku u naqqsu l-inċidenti fl-akkwati tal-Marsa, Santa Luċija, Ħ’Attard, Ta’ Qali, l-Imsi da, San Ġwann, in-Naxxar, Ħal Qormi u Ħal Luqa, fost oħrajn. Magħhom ġew konvertiti żoni sħaħ residenzjali u to roq arterjali fil-qalba tal-ibliet u l-irħula wara għexieren ta’ snin jistennew fi stat diżastruż kif tħallew minn amminis trazzjonijiet Nazzjonalisti.

Minkejja dan, il-Kelliem Ewlieni talOppożizzjoni għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Infrastruttura Ryan Callus din ilġimgħa qal fil-Parlament li dan l-inves timent ma jimpressjonahx. Lura fl-2018 il-Partit Nazzjonalista kien saħansitra ħareġ kontra l-ħolqien tal-aġenzija Infrastructure Malta, li ngħatat dan l-inkarigu importanti u fl-aħħar erba’ snin wettqet mijiet ta’ proġetti li tejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ eluf ta’ ċittadini.

Min-naħa l-oħra, il-Ministru respon sabbli Aaron Farrugia tenna li, kontra n-negattività u l-baħħ tal-PN, il-Gvern se jkompli għaddej b’din il-ħidma vasta, waqt li proġetti waslu biex jiġu konklużi u oħrajn li jinsabu fil-fażi inizjali jew tal-ippjanar.

Din hi r-raba’ sena mindu twaqqfet Infrastructure Malta bl-inkarigu li twet taq dan l-investiment fit-toroq u fl-in frastruttura marittima fil-portijiet u fixxtut madwar il-pajjiż.

Din is-sena, kompliet twettaq di versi proġetti kbar biex ikollna toroq aħjar, faċilitajiet aktar siguri għas-set turi marittimi fi xtutna u ħafna ħid miet oħrajn. Mal-bidu tas-sena, lestiet is-Central Link Project, fit-toroq ewle nin ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan u Birkirkara – investiment ta’ madwar €55 miljun li twettaq wara li kien tħalla fuq l-ixkaf

fa għal għexieren ta’ snin. Kif lestietu, Infrastructure Malta bdiet minnufih l-Imrieħel Underpass Project, proġett elwieni ieħor biex tkompli ttejjeb l-im patti pożittivi tas-Central Link. Wara li nfetħet din il-mina ġdida li tgħaqqad Triq l-Imdina mal-Bypass tal-Imrieħel, fil-junction ħdejn l-uffiċini tal-MFSA, issa qed jinbnew ir-roundabout il-ġdi da fuq il-mina, kif ukoll punti ta’ qsim aktar siguri għal dawk li jiv vjaġġaw bil-mixi jew bir-ro ta u żoni ġodda msebbħin bis-siġar. Hu mmirat li l-Im rieħel Underpass Project jit lesta sa tmiem is-sena.

Fl-istess waqt, baqgħu mexjin id f’id l-ikbar żewġ proġetti li Infrastructure Malta qed taħdem fuqhom bħalissa – il-Kirkop Tunnels & Airport Intersection Proj ect u l-Luqa Junction Proj ect. Nhar il-Ġimgħa wkoll tħabbru żviluppi u bdil ta’ rotot għal min juża l-akk wati f’fażi oħra tal-proġetti fejn diġà tpoġġew il-pjatta formi kollha tal-ħadid fuq iż-żewġ flyovers ġodda, li mistennija jinfetħu u jib dew jintużaw mill-pubbliku fix-xhur li ġejjin.

du jmorru lejn Birżebbuġa u l-ajruport billi jagħmlu u-turn.

Min-naħa l-oħra, dawk li ġejjin minn Birżebbuġa u l-Ajruport fid-direzzjoni lejn Ħal Luqa jridu jmorru lejn Ħal Kirkop, iduru mar-roundabout ħdejn l-ST u jerġgħu lura lejn Ħal Luqa. Din id-devjazzjoni hi waħda temporanja sakemm jitlesta x-xogħol fuq l-under pass.

L-aġenzija għadha kemm issottomet tiet pjanti ġodda għall-Imsida Creek Project biex ittejjeb is-sigurezza u l-ef fiċjenza f’din il-junction. Dan il-proġett hu maħsub biex jelimina l-ħin ta’ sten nija fit-traffic lights li hemm bħalissa u jnaqqas ir-riskji ta’ aċċidenti tul din ir-rotta arterjali, li minnha jgħaddu ak tar minn 4,500 vettura kull siegħa minn u lejn il-Belt Valletta u lokalitajiet filviċin.

Tunnels & Airport Intersection Project u l-Luqa Junction Project, f’Ħal Luqa u l-Gudja

Jitkompla l-investiment għal arja aktar nadifa fil-Port il-Kbir bil-proġett tal-Grand Harbour Clean Air Project, li mistenni jibda jopera fl-istess sena

Jibda l-Imsida Creek Project li se jtejjeb is-sigurtà u l-effiċjenza f’din il-junction importanti fir-rotta lejn il-Belt

Jitlesta l-proġett tal-bini mill-ġdid tal-mollijiet u promenade ġdid f’Sally Port, bejn il-Birgu u l-Kalkara

Jitkompla t-titjib tar-rotta ewlenija bejn is-Swieqi, San Ġiljan u San Ġwann

Jitkompla l-pjan fil-bini mill-ġdid u titjib tat-toroq residenzjali f’kull lokalità

Jitlesta l-bini ta’ mollijiet u faċilitajiet ġodda għall-passiġġieri tal-laneċ f’Tas-Sliema u f’Bormla

Jitlesta l-bini mill-ġdid tal-breakwaters tal-Marfa u ta’ Marsaskala u jibda l-bini mill-ġdid tal-breakwater ta’ Buġibba, biex iservi bħala mezz ta’ vvjaġġar alternattiv f’din il-lokalità wkoll

Fil-fatt minn għada, fid9:00 a.m., se jsir tibdil fid-di rezzjoni tat-traffiku fiż-żona fejn bħalissa għaddej dan ilproġett, li 80% minnu diġà lest. Dawn id-devjazzjonijiet ġodda se jseħħu biex ikomplu x-xogħli jiet fuq il-partijiet l-oħrajn.

Minn għada dawk li minn Vjal il-Gud ja jridu jmorru lejn il-mina ta’ Ħal Kirkop se jibqgħu għaddejjin dritt lejn il-mina. Dawk li minn Ħal Luqa jridu jmorru lejn Birżebbuġa u l-Ajruport se jgħaddu mill-mina l-ġdida, li fi tmiem din il-ġimgħa qed tingħata l-ewwel saff ta’ asfalt. Din id-direzzjoni hija l-istess ukoll għal dawk li minn Vjal il-Gudja jri

Sadanittant, se jibqa’ għaddej ukoll ix-xogħol fiż-żewġ mini, l-ewwel waħda tal-Ajruport, li se tibda tintuża f’waħ da mid-direzzjonijiet u l-oħra fin-naħa ta’ Ħal Luqa. Dawn iż-żewġ proġetti huma ppjanati li jitlestew fit-tieni kwart tas-sena d-dieħla u flimkien se jnaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar f’din ir-rotta b’aktar minn 70%, li jfisser ukoll tnaqqis kbir fittniġġis tal-arja u l-istorbju mill-konġest joni.

Il-qofol ta’ dan ilproġett hu l-bini ta’ flyover flok il-junction bis-sistema ta’ traffic lights, it-titjib tal-inħa wi fil-madwar bi spaz ji miftuħa li jinkludu pjazza ġdida quddiem il-knisja parrokkja li, kanal u żoni ġodda għar-rikreazzjoni, faċil itajiet aktar siguri għal mezzi alternattivi tal-iv vjaġġar u sistema ġdida għall-ilma tax-xita, f’din iż-żona li ilha snin twal magħrufa għall-prob lemi tal-għargħar.

Proġetti mwettqa mill-aġenzija f’toroq prinċipali din is-sena kienu jinkludu fost oħra jn it-tlestija tal-bini millġdid ta’ Dawret il-Qalb Imqaddsa, it-triq ta’ madwar 1.2 kilometri li ddur max-xatt ta’ Birżeb buġa, u t-titjib fil-junc tion ta’ bejn is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ, fi Triq l-Imdina, biex jittaffew id-diffikul tajiet ta’ konġestjoni u tnaqqas ir-riskji ta’ aċċidenti f’din ir-rotta ewlenija ta’ pajjiżna. Bħalissa għaddejja wkoll bil-bi ni mill-ġdid ta’ Triq il-Marfa u l-proġett li qed twettaq f’kollaborazzjoni mal-Aw torità Maltija tat-Turiżmu (MTA) biex jiġi rriġenerat

msebbaħ

tal-Bajja
lieħa. 20.11.2022 10 Waqt li Infrastructure Malta tkompli għaddejja bix-xogħol mingħajr preċedent fit-toroq u strutturi marittimi, PN: “€700M FL-INFRASTRUTTURA ■ Jitlestew il-Kirkop
IL-ĦIDMA
u
il-promenade ta’ max-xatt
tal-Għadira, fil-Mel
TISSOKTA FL-2023…

IL-PROMENADE TAL-IMSIDA MIFTUĦ GĦAN-NIES

B’investiment ta’ madwar €2 miljun, qed joqrob lejn tmiemu x-xogħol fuq il-promenade tal-Im sida. Il-ħidma li kellha ssir mill-Grand Harbour Regeneration Corporation tlestiet, u issa jonqos biss li jeħlu f’posthom l-arbli tad-dawl ġodda.

Wara li għal numru ta’ snin din it-triq mill-is baħ max-xatt tal-Imsida ma ngħatat ebda tip ta’ intervent biex tiġi miżmuma, il-GHRC wettqet proġett mill-isbaħ fejn ġew prijoritizzati n-nies fuq il-karozzi. Dan billi sar twessigħ tal-prome nade eżistenti biex issa din ġiet imkabbra b’mod sinifikanti.

Ġiet inkluża wkoll bike lane li se tkun issegre gata mit-traffiku u mill-karozzi tat-triq biex dawk li jagħmlu użu minnha jkollhom l-aktar sigurtà possibbli.

Inħasset il-ħtieġa wkoll li din iż-żona tiġi mseb

bħa b’numru ta’ siġar għal dan is-sit li qiegħed eżatt ħdejn il-baħar. Kien għalhekk li ntgħażlu siġar apposta li jkunu ideali f’dan is-sit.

Turija kif proġetti infrastrutturali jistgħu jtejbu l-kwalità tal-ħajja billi joffru spazju ta’ mistrieħ fl-urban

Biswithom ġew imwaħħlin ukoll numru ta’ street furnitures li jikkuntrastaw b’mod tajjeb mal-kumplament tal-ambjent. Dawn il-bankijiet se joffru post ta’ mistrieħ għal dawk li se jiffrek wentaw din iż-żona. Żona li tiġbed ħafna nies u

familji lejha speċjalment fix-xhur tas-sajf.

Ittieħdet l-opportunità biex jiġu installati wkoll għadd ta’ faċilitajiet għall-irmiġġi flimkien ma’ aċċessibilità aħjar għas-sidien tad-dgħajjes fejn għall-ewwel darba se jkun installat winch li se jgħinhom biex itellgħu d-dgħajsa mill-ilma fixxhur tax-xitwa.

Waqt żjara li għamel fil-promenade kif tlestew ix-xogħlijiet, il-Ministru għat-Trasport, l-Infras truttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia qal kif dan il-proġett hu turija ċara ta’ kif proġetti in frastrutturali jistgħu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tannies billi joffru spazju ta’ mistrieħ f’żoni li huma pjuttost urbanizzati.

Hu tenna kif, meta mqabbel ma’ qabel, dan il-proġett qed joffri spazju akbar u isbaħ lil dawk li jiffrekwentaw din iż-żona.

MA JIMPRESSJONAWNA XEJN!”

Wara l-investiment ta’ €10 miljun biex irrinnovat l-erba’ mini prinċipali li għandna fis-sistema tat-toroq arterjali f’pajjiżna, f’Ta’ Giorni, Tal-Qroqq, Santa Venera u Ħal Kirkop, din is-sena l-aġen zija qed tinvesti €2.2 miljun oħra biex tirrestawra l-mina ta’ Għajn Dwieli li nbniet 120 sena ilu, waħda mid-daħliet ewlenin għall-ibliet ta’ Bormla, l-Isla u l-Birgu.

Infrastructure Malta kompliet ukoll il-ħidma fuq il-pjan nazzjonali mifrux fuq seba’ snin għal toroq residenzjali ta’ kwalità ogħla f’kull lokalità. Fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena bniet millġdid 128 triq residenzjali, medja ta’ erba’ toroq fil-ġimgħa bħas-sena ta’ qabel.

Dawn ifissru madwar 27 kilometru oħra ta’ toroq bl-aħjar infrastruttura u jingħaqdu ma’ oħrajn li tlestew fittliet snin li għaddew. L-investiment bla preċedent għat-titjib ta’ toroq residenz jali se jkompli, tant li l-aġenzija diġà għaddejja bil-bini mill-ġdid ta’ madwar 120 triq oħra.

F’dawn it-toroq, Infrastructure Mal ta ma bnietx biss il-bankini u ksiet ilkorsiji b’asfalt ġdid kif kien isir fil-pas sat, iżda poġġiet kilometri ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art, bħal katusi tad-drenaġġ, cables tal-elettriku, mains tal-ilma, cables tal-internet u t-teleko munikazzjoni u anke sistemi ta’ katu si u spralli biex ittaffi d-diffikultajiet li jinħolqu bl-għargħar.

Minbarra l-bini mill-ġdid tat-toroq residenzjali, l-aġenzija għamlet ukoll titjib f’50 triq rurali, total ta’ madwar 15il kilometru, qalb il-kampanja, filwaqt li ssuktat b’ħidma regolari ta’ manutenz joni kontinwa tat-toroq ewlenin talpajjiż, b’titjib ta’ bankini, kisi mill-ġdid u tiswijiet tal-asfalt, tibdil ta’ tabelli u ħafna xogħlijiet oħrajn.

Bħas-snin ta’ qabel, fl-2022 komp la l-investiment f’aktar infrastruttura sigura biex aktar persuni jitħajru jużaw mezzi tal-ivvjaġġar alternattivi u aktar sostenibbli. Din is-sena Infrastructure Malta fetħet pont pedonali ieħor ġdid

fi Triq it-Tiġrija, il-Marsa, is-sitt wieħed wara dawk fil-Blata l-Bajda, f’Ħal Lu qa fi Vjal l-Avjazzjoni, f’Raħal Ġdid u ż-żewġ pontijiet u mina għal dawk li jiv vjaġġaw bil-mixi jew bir-rota bħala parti mill-Marsa Junction Project. Bit-tlestija tas-Central Link Project infetħet ukoll l-itwal korsija għar-roti u l-mixi maq tugħa mit-triq li qatt kellna f’pajjiżna, b’tul t’aktar minn erba’ kilometri bejn Ta’ Qali u l-Imrieħel. Proġetti simili huma ppjanati f’lokalitajiet oħrajn. Fl-2022 ukoll ingħatat spinta kbira lix-xogħol fuq il-Grand Harbour Clean Air Project, it-tieni l-akbar investiment ambjentali li qatt sar fil-Port il-Kbir wara l-għeluq tal-Marsa Power Station. B’dan l-investiment multimiljunar ju, Infrastructure Malta qed tinstalla sistemi tal-elettriku mix-xatt għallvapuri (shore-to-ship) biex tagħmel lil

Il-Luqa Junction Project, fost l-aħħar proġetti ta’ Infrastructure Malta u li, flimkien mal-proġett biswit l-Ajruport, se jnaqqas it-traffiku fiż-żona b’70% … Ryan Callus (fuq) mhux impressjonat

dan il-port fost l-ewwel fl-Ewropa b’din it-teknoloġija ambjentali. B’hekk ilcruise liners u l-vapuri tal-merkanzija li jżuru Malta fis-snin li ġejjin se jkunu qed jitfu l-magni u jnaqqsu t-tniġġis tal-arja b’aktar minn 90% sakemm idu mu rmiġġati. L-ewwel konnessjonijiet għad-distribuzzjoni tal-elettriku mixxatt lill-vapuri tal-passiġġieri f’partijiet mill-Port il-Kbir huma skedati li jibdew joperaw fit-tieni kwart tal-2023.

Il-ħidma fl-infrastruttura marittima lokali fl-2022 tinkludi diversi proġetti oħrajn, fosthom it-tkomplija tax-xogħ lijiet biex jinbnew mill-ġdid il-breakwa ter tal-Marfa u dak ta’ Marsaskala; il-bi ni mill-ġdid tal-mollijiet fl-inħawi ta’ Sally Port, bejn il-Birgu u l-Kalkara, fejn qed jinħoloq promenade ġdid b’faċilita jiet ta’ mistrieħ għall-pubbliku; u l-faċil itajiet ġodda għat-trasport bil-baħar

f’Tas-Sliema u f’Bormla.

Fix-xhur li għaddew, l-aġenzija wet tqet ukoll ħidma kbira ta’ tħammil f’di versi żoni tal-Port il-Kbir biex diversi partijiet li jinsabu fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-Port il-Kbir se jsiru aktar aċċessibbli għal vapuri akbar, kemm tal-passiġġieri kif ukoll dawk li jġorru l-merkanzija. Dan it-tħammil witta wkoll it-triq biex Infrastructure Malta daqt tibda t-titjib tal-mollijiet 4 u 5 li magħhom isorġu l-vapuri tal-passiġġieri fix-Xatt ta’ Pinto u fix-Xatt ta’ Lascaris, kif ukoll il-proġett ta’ terminal ġdid għall-ħatt tal-merkan zija f’Ras Ħanżir. Il-mollijiet il-ġodda se jkollhom ukoll konnessjonijiet għasservizz tal-elettriku mix-xatt lill-vapuri.

Fl-istess ħin, Infrastructure Mal ta qed tkompli bl-impenn ambjentali tagħha li tħawwel eluf ta’ siġar malġnub tat-toroq u f’postijiet pubbliċi.

20.11.2022 11
il-Kelliem tal-Oppożizzjoni Ryan Callus jixhed il-politika fqira Nazzjonalista għal pajjiżna

NAGĦMLU L-AĦJAR UŻU MILL-AI

Din il-ġimgħa kont mistie den nitkellem waqt konferenza mtellgħa mill-Uffiċċju tal-Par lament Ewropew f’Malta dwar dan is-suġġett fejn kelli l-oppor tunità nispjega x-xogħol li qed isir fuq livell Ewropew. Spjegajt kif bħal kull żvilupp ieħor, dan jirrikjedi li jkun akkumpanjat minn qafas leġiżlattiv u rego latorju b’saħħtu biex jiġu evi tati kumplikazzjonijiet u prob lemi lill-individwi.

tal-iffaċilitar tal-iżvilupp u l-użu tal-AI fl-UE, billi naraw li nsiru l-post fejn it-teknoloġi ja moderna timxi minn fażi ta’ ttestjar għas-suq. L-intenzjoni hi li fuq livell Ewropew tinbena AI affidabbli li se toħloq amb jent sigur u favorevoli għall-in novazzjoni għall-utenti, l-iżvi luppaturi u l-implimentaturi.

Fis-settur diġitali, suġġett li qed jieħu prominenza kbira hu l-użu usa’ tal-intelliġenza ar tifiċjali (AI) li dejjem qed issir għodda aktar importanti li per mezz tagħha nistgħu negħlbu ħafna sfidi li għandna.

B’għażliet sostenibbli nist għu nisfruttaw il-potenzjal talAI f’setturi importanti bħalma huma s-saħħa, l-ambjent u t-tibdil fil-klima, il-ġlieda kon tra l-pandemiji u l-ġuħ globa li, it-titjib fil-kwalità tal-ħajja tan-nies permezz ta’ mediċina personalizzata u ħolqien ta’ tk abbir u impjiegi sostenibbli.

Sa issa leġiżlazzjoni li tirre gola l-użu tal-AI hi ineżisten zi jew f’forma infantili ħaf na madwar id-dinja, iżda hu d-dmir tagħna li naraw li dak li nagħmlu ma jkunx ta’ detri ment għas-soċjetajiet tagħna. Għaldaqstant, fuq livell Ew ropew għaddejja diskussjoni wiesgħa fuq is-suġġett li qed tiffoka fuq il-potenzjal enormi li din it-teknoloġija għandha biex tikkumplimenta l-kapaċitajiet tal-bniedem.

Għalhekk, fl-2021, il-Kum missjoni Ewropea ppreżentat il-pakkett tagħha dwar l-AI, u bħalissa qed niddiskutu qafas leġiżlattiv li joffrilna l-possib biltà li nrawmu l-eċċellenza fl-AI. Dan se jinkiseb permezz

Bħala Viċi President talGrupp tas-Soċjalisti u d-Demo kratiċi u responsabbli mill-po litika dwar l-Innovazzjoni, l-AI, u Ewropa diġitali b’saħħitha għal kulħadd, ninsab direttament involut fil-kordinazzjoni u l-for mulazzjoni tal-pożizzjoni talGrupp, fejn qed naraw li nkunu wkoll f’pożizzjoni li niżguraw li l-bidliet li se nesperjenzaw f’din ir-rivoluzzjoni jkunu ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini koll ha. Fil-qalba tal-pożizzjoni tagħna hemm il-punt kardinali li l-benefiċċji tar-rivoluzzjoni diġitali għandhom jinħassu madwar l-Ewropa, mhux biss minn dawk fil-quċċata tas-soċ jetà.

Fl-aħħar mill-aħħar, ma tkun tiswa xejn jekk ma sservix lill-bnedmin.

Ilqajna l-Att dwar l-AI pro

post mill-Kummissjoni Ewropea għax jipprovdi l-mezzi biex jiġi definit b’mod ċar it-tip ta’ teknoloġija li rridu fl-Ewropa u għal darb’oħra jagħti lill-Unjoni r-rwol li jistabbilixxi l-istan dards globali. Però hemm sett ta’ prinċipji li għall-S&D mhux negozjabbli, u qed nagħtuhom prijorità assoluta f’din id-dis kussjoni għax irridu li jkollna qafas legali ambizzjuż u li jista’ jkun infurzat li jipproteġi s-soċ jetajiet demokratiċi.

Qed nimbuttaw biex ikollna approċċ Ewropew għall-AI affi dabbli u etika, għax nagħrfu li dawn it-teknoloġiji għandhom ir-riskju li jnaqqsu l-awtonomi ja tal-bniedem. It-tieni prinċip ju hu li din it-teknoloġija trid taqdina b’rispett sħiħ tad-drit tijiet u l-libertajiet fundamen tali tan-nies, u l-aċċertar li ma ssirx diskriminazzjoni.

Il-preġudizzju algoritmiku li jirrifletti l-valuri u l-perċezzjoni ta’ dawk li jipproduċu dawn l-algoritmi jistgħu jaffettwaw ħażin lin-nies abbażi tal-ġene ru, l-etniċità, il-lingwa, l-età, id-diżabilità u l-isfond soċjali/ kulturali. It-tielet prinċipju hu r-responsabbiltà, id-drittijiet

STIGMA WARA L-LIĠIJIET?

Inħoss li mxejna minn soċ jetà konservattiva, b’mental ità ta’ gżira iżolata mill-bqija tad-dinja li tibża’ minn dak kol lu li hu differenti minnha, għal soċjetà li permezz tat-turiżmu u t-teknoloġija ġiet esposta għal perspettivi differenti li wasslu għal iktar tagħrif dwar esperjenzi tal-ħajja ta’ nies dif ferenti u b’hekk seħħet iktar inklussività ma’ faxxex differ enti ta’ nies li kienu qed ibatu intortament.

problemi ta’ saħħa mentali u nies li twieldu f’ċirkustanzi talħajja li wasslithom għal vizz ji li huma ta’ detriment għal ħajjithom.

oħrajn.

tal-individwu u tal-konsuma tur, is-sigurtà u l-istandardiz zazzjoni tal-prodotti. Qed naħd mu biex bħala UE nippromwovu b’mod attiv ir-responsabbiltà diġitali korporattiva.

Fl-aħħar nett, qed ninsis tu ħafna fuq il-ħtieġa li jkollna AI “ċċentrata fuq il-bniedem”. Ir-responsabbiltà għat-teħid ta’ deċiżjonijiet għandha tibqa’ fuq in-nies, mhux fuq ir-ro bots jew l-AI, b’mod partikolari fil-professjonijiet tal-edukazz joni, dawk mediċi, legali, fi nanzjarji jew tal-kontabbiltà, il-forniment ta’ servizzi essenz jali jew fis-settur tal-infurzar tal-liġi. In-nies, bħala utenti u konsumaturi, meta jinter aġixxu ma’ sistema awtomatiz zata, dejjem għandu jkollhom il-possibbiltà li jilħqu bniedem kif ukoll li jiżguraw li deċiżjoni awtomatizzata tkun tista’ tiġi vverifikata u kkoreġuta.

Nittamaw li dawn il-prinċipji jwassluna biex ikollna leġiżlazz joni robusta u li tkun ta’ mudell għall-kumplament tad-dinja fil-mod ta’ kif tkun irregolata din it-teknoloġija, dejjem bilgħan li n-nies jibqgħu fiċ-ċen tru.

Nismgħu ħafna bil-kelma “stig ma”, iżda xi tfisser eżattament?

Id-dizzjunarju Oxford jisp jegalna li din il-kelma derivata mil-Latin tfisser b’mod konkret “marka magħmula minn stru ment bil-ponta” iżda meta tiġi użata b’mod astratt jgħid li tfis ser “marka ta’ mistħija (shame) li tiġi assoċjata ma’ dik iċ-ċirku stanza jew persuna partikolari.”

Fi kliem iktar sempliċi “stigma” hija tikketta li nassoċjaw ma’ persuna, ġeneralment mingħa jr raġuni valida.

Il-passat u l-preżent. F’dawn l-aħħar 20 sena inħoss li aħna l-Maltin għamilna passi ta’ ġgant ’il quddiem fejn tidħol l-inklussività u r-rispett bejn nies li huma differenti minn xulxin.

Qed nirreferi għal nies li sa 50 sena ilu kienu moħbi jin mis-soċjetà, misruqa millvuċi tagħhom u sfurzati li jibqgħu inviżibbli. Dan kien iseħħ sempliċement għax dak iż-żmien is-soċjetà Maltija ma kinitx tagħti l-opportunità għal konverżazzjoni dwar il-ħajja ta’ nies differenti min-norma.

Sakemm ma kontx raġel jew mara eterosesswali ta’ nazzjon alità Maltija, reliġjon Kattolika u mingħajr diżabilità fiżika jew ta’ saħħa mentali, ma setax ikollok post fis-soċjetà tagħna biex timraħ u tagħmel suċċess. Kull persuna li tidentifika bar ra minn din il-kaxxa maħluqa mill-bniedem stess, kienet soċ jalment żvantaġġjata.

Persuni bħal; nies li twieldu attirati lejn persuni tal-istess sess; nies li twieldu b’diżabilità; nies li twieldu jew żviluppaw

Il-kawża. Nemmen li meta persuna ma tkunx esperjenzat id-diffikultajiet b’mod person ali jew rat persuna/i li tħobb, jgħaddu mid-diffikultajiet tannies elenkati hawn fuq, ma tkunx fi stat ta’ kapaċità men tali li tifhem l-uġigħ li persuna stigmatizzata tgħaddi minnu, b’mod sħiħ, u b’hekk ma tkunx kapaċi tempatizza mal-persu na u tifhem.

Il-liġijiet irnexxielhom jeradikaw l-istigma? Il-liġiji et għamlu ġid kbir fejn tidħol il-protezzjoni legali għal nies vulnerabbli. Però, nemmen li l-istigma għadha eżisten ti fuq livell soċjali. Nemmen li l-mentalità Maltija għadha ma laħqitx il-kapaċità li ġenwina ment tifhem lil għajrha bħal kif tifhem lilha nfisha. F’ċerti ko munitajiet iktar minn oħrajn.

Għadek issib nies li jgħaddu biż-żmien lil nies b’diżabilità, għadek issib nies li jiġġudikaw persuni abbażi tal-orjentazz joni sesswali tagħhom u mhux għall-kapaċitajiet tagħhom u għadek issib nies li jagħtu inqas validità lil persuni li għaddejjin minn dipressjoni, PTSD, ansjetà u problemi ta’ saħħa mentali

Eżempju ta’ stigma fl-2022. Maria, li qiegħda f’relazzjoni ma’ mara, kienet ilha tgħidli li kollega tax-xogħol tagħha qed tikkawżalha stress żejjed bl-at titudni ħażina tagħha. Kienet tgħidli li din il-kollega, li qiegħ da fit-tim li tmexxi Maria, tir rifjuta d-direzzjonijiet li tagħ tiha Maria bħala s-superjuri tagħha u tagħżel li tagħmel dak li tiddeċiedi hi.

Dawn id-deċiżjonijiet kienu joħolqu problemi li wara jkoll ha ssolvi Maria. F’istanzi oħra din l-istess ħaddiema kienet tissuppervja bla bżonn ma’ Ma ria, filwaqt li mal-kollegi l-oħra kienet tkun kalma. F’oħrajn, kienet tirrapporta sitwazzjoni jiet banali lis-superjuri ta’ Ma ria biex tagħmlilha l-ħsara.

Bażikament, din il-ħaddiema kienet turi biċ-ċar li għandha problema b’Maria mingħa jr raġuni valida. Maria kienet tgħidli li anke kollegi oħra ma kinux jifhmu għaliex din il-kol lega kienet tant ħarxa magħha meta Maria kienet tmexxi b’rispett, paċenzja u mħabba lejn it-tim kollu.

Għall-bidu Maria kienet tħossha mħawda b’dan aġir inspjegabbli, li kien iħalli ef fett negattiv fuq it-tim kollu. Iżda wara sena għaddejja minn tensjoni żejda, saret taf li din

il-kollega kienet qed tgħaddiha minn problemi żejda, għax ma taċċettax il-fatt li Maria qiegħ da f’relazzjoni ma’ mara u li persuna gay għandha l-poter li tagħtiha l-ordnijiet fuq ix-xog ħol.

Proprju din hija l-istigma. Diskriminazzjoni. Meta persu na li tkun qed tagħmel xogħol ha bl-aħjar mod li tista’, tispiċċa tiġi trattata bħala persuna in valida, mhux minħaba azzjoni li tkun għamlet, iżda minħabba kif tidentifika.

B’mod naturali, il-ħsieb diskriminatorju ta’ din il-kol lega wassal għal riperkuss jonijiet serji fuq id-dinamika tat-tim u r-riżultati li kellhom jiksbu. Din l-istorja turi biċ-ċar li għalkemm ilna tmien snin li ksibna diversi liġijiet fil-qasam tad-drittijiet ċivili u Malta ilha tiddiskuti u tagħti tagħrif għal dawn l-aħħar 20 sena, xor ta waħda għadek issib nies li joħolqu stigma fuq persuni dif ferenti minnom.

Jekk tixtiequ tisimgħu aktar dwar dan is-suġġett, inħeġġiġ kom tattendu għas-serje ta’ diskussjonijiet imtella’ minn Fondazzjoni iDEAT dwar STIG MA ġewwa Spazju Kreattiv, ilBelt Valletta kull nhar ta’ Tnejn fis-18:00. Għal iktar informazz joni ibgħat ittra elettronika fuq ideat@partilaburista.org.

20.11.2022 12
Membru Fondazzjoni iDEAT ORIANA FARRUGIA Membru Parlamentari Ewropew ALEX AGIUS SALIBA

FIDUĊJA F’PAJJIŻNA

mill-Gvern Malti u mill-espo nenti tiegħu imma qed tikkon fermah ukoll l-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, għat-tieni darba konse kuttiva, l-esperti tal-Kummis sjoni Ewropea rrevedew ’il fuq it-tbassir ekonomiku tagħhom għal pajjiżna għal din is-sena. Waqt li sa sitt xhur ilu kienu qed ibassru tkabbir ta’ 4.2%, issa żiedu dan it-tbassir għal 5.7%.

jadotta l-Gvern Laburista taħt l-amministrazzjoni preżenti ta’ Robert Abela. Politika li qed tagħmel differenza reali filħajja tal-familji f’pajjiżna u qed tgħin lill-industrija lokali tibqa’ kompetittiva, filwaqt li l-Gvern, b’għaqal qed juża l-fondi u jin vesti biex jiggarantixxi ċertez za, stabbiltà u prosperità ġdida.

tal-fondi ta’ Koeżjoni u Rurali iżda ddedikajna s-Sustainable Urban Development Fund kollu esklussivament għal Għawdex!

ir-rata tal-qgħad hi fl-aktar liv ell baxx!

Din kienet it-tema magħżula mill-Partit Laburista għall-Kon ferenza Ġenerali Annwali li tlaqqgħet matul dan tmiem il-ġimgħa u li ntemmet bl-ind irizz tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Dr Robert Abela.

F’dawn iż-żminijiet partiko lari li qed ngħixu, fejn id-din ja għaddejja minn perjodu ta’ taqlib u sfidi kbar, grazzi għat-tmexxija għaqlija ta’ dan il-Gvern, f’Malta qed nassigu raw ċertezza u stabbiltà. Kien tassew xieraq li fuq dawn ittemi tfassal Baġit għaqli li għandu jkompli jixpruna t-tk abbir ekonomiku u jassigura li l-ġid jasal għand kulħadd.

Dan mhux qed jingħad biss

Għas-sena d-dieħla, l-espe rti Ewropej qed ibassru li Mal ta jkollha t-tieni l-ogħla rata ta’ tkabbir minn fost il-pajjiżi kollha u dan meta pajjiżna mis tenni jikber bi 2.8% jew disa’ darbiet iżjed mir-rata medja għall-Unjoni Ewropea kollha kemm hi.

Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea jindika kif il-Gvern intervjena b’qawwa biex żamm il-prezzijiet tal-enerġija stabbli, il-fattur ewlieni wara żieda fiddefiċit nazzjonali. Fil-fatt, l-es perti ta’ Brussell jikkonfermaw li, meta wieħed ineħħi dan issostenn lill-familji u lin-negozji, id-defiċit ikun ferm taħt it-3%. Fl-istess ħin ibassru li d-dejn nazzjonali se jkun qrib is-60%, fl-istess ħin li l-medja fiż-Żona Ewro se tibqa’ ta’ iżjed minn 90%.

Dan ir-rapport hu s-siġill fuq il-politika ekonomika li qed

Matul din il-ġimgħa, fil-Par lament, sar id-dibattitu dwar l-estimi finanzjarji għall-Min isteru għal Għawdex. Smajna s-soltu kritika medjokri minnaħa tal-Oppożizzjoni li f’kan taliena organizzata, kienet medhija biss biex tattakka l-ħidma tal-Gvern fil-gżira Għawdxija u ma pprovdiet l-eb da suġġeriment validu.

Għall-kuntrarju ta’ dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni, f’dan ilBaġit ġie kkonfermat li Għaw dex se jgawdi mill-akbar inves timent u baġit kapitali ta’ kull żmien. Dan għaliex għall-ewwel darba Għawdex se jibbenefika minn madwar €60 miljun f’in vestiment kapitali taħt l-iniz jattiva Sustainable Urban De velopment.

Il-falliment ta’ Gvern Nazz jonalista li ċaħħad lil Għawdex milli jkun meqjus bħala reġjun fl-UE meta nnegozja l-pakkett, aħna bdilnieh f’opportunità fejn mhux biss iddedikajna 10%

Dan apparti n-nefqa li hemm ippjanata minn fondi nazzjonali għal Għawdex fejn fost l-oħrajn ser inkomplu ninvestu fl-aqwa riżorsa li għandha l-gżira –it-talent uman, kif ukoll inkom plu intejbu u nsaħħu l-infras truttura kif għamilna tul dawn l-aħħar snin. Iżda mhux biss, ser inkomplu ninvestu fl-edu kazzjoni ta’ wliedna, fis-saħħa tar-residenti kif ukoll fil-pa jsaġġ u l-patrimonju Għawdxi li jagħmel lil din il-gżira, ġawhra mfittxija minn bosta.

L-Għawdxin dan jafuh u kien għalhekk li elezzjoni wara oħra, b’saħħa u b’konvinzjoni ikkon fermaw u ppremjaw il-ħidma tal-Partit Laburista. L-Għawdx in, ma’ dan il-Gvern jafu fejn qegħdin u aktar minn hekk, moħħhom mistrieħ u jafu fejn sejrin. Hi l-inċertezza li qed tip prova trawwem l-Oppożizzjoni Nazzjonalista li tnaffar l-inves timent, li tnaqqar il-fiduċja u li toħnoq il-ġid.

L-Għawdxin mhumiex ser jaqgħu f’din in-nasba. Matul dawn is-snin, Għawdex es perjenza tkabbir ekonomi ku b’saħħtu li kompla joħloq ix-xogħol u tkattar il-ġid fejn

Hu għalhekk li l-poplu Għawdxi u Malti jkompli jafda lil dan il-Partit fil-Gvern u hu għalhekk li l-poplu hu moħħu mistrieħ bit-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela.

Iċ-Ċittadella tirbaħ ir-Regiostars Award 2022

Tard il-Ħamis filgħaxija kellna aħbar sabiħa ħafna li ċ-Ċitta della rebħet il-Public Choice Award tar-Regiostars ta’ din is-sena.

Dan huwa ta’ unur għall-Għawdxin u għall-Maltin kollha. Permezz ta’ dan il-prem ju, għal darb’oħra, isem il-gżejj er tagħna kien f’kompetizz joni tant prestiġjuża, hekk kif dan il-proġett ġie vvutat bħala l-aqwa wieħed fost 300 proġett tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Kommessi li nkomp lu nieħdu ħsieb il-wirt storiku tagħna, li nżommu liċ-Ċittadel la fl-aqwa stat possibbli u nħar su ’l quddiem għal iżjed unuri bħal dawn.

Nirringrazzja lit-tim li ħadem qatigħ għal dan ir-riżul tat u lil kull min ikkontribwixxa sabiex b’mod kollettiv inkiseb dan is-suċċess għal Għawdex u għal Malta.

GĦAL XOGĦLIJIET U ĦAJJA AĦJAR

dwar xi rocket, astronawta jew fil-qamar, fost oħrajn.

Din il-ġimgħa ressaqt tliet proposti quddiem il-Kabinett sabiex jiġu attwati fis-snin li ġejjin. Proposti b’potenzjal kbir ta’ tkabbir ekonomiku li jist għu jħallu impatt pożittiv ferm fil-pajjiż permezz ta’ xogħlijiet ġodda f’diversi setturi f’Malta.

Dan kollu permezz ta’ in vestiment ikbar fir-riċerka u l-innovazzjoni f’diversi settu ri li s’issa għadhom mhumi ex qegħdin jiġu sfruttati kif meħtieġ.

Wieħed mis-setturi li għad na kemxejn bikrin fih huwa s-settur spazjali. Meta nsemmu l-kelma spazju, ħafna jaħsbu

Iżda l-kelma spazju tfisser ferm aktar minn hekk. Bla ma nafu, aħna nużaw it-teknoloġi ji spazjali ta’ kuljum, minn sempliċiment ATM li niġbdu l-flus minnha; app fuq il-mo bile; mapep diġitali għat-tra sport; it-televiżjoni diġitali; u ħafna aktar. Sal-lum, l-attivi tajiet u l-opportunitajiet kum merċjali marbuta mal-ispazju mhumiex imħarsa permezz ta’ qafas legali, għall-kuntrarju ta’ ħafna pajjiżi oħra madwar id-dinja li diġà għandhom l-at tivitajiet dwar l-ispazju rrego larizzati.

Fl-2012, Malta ffirmat l-ew wel ftehim għal ħames snin mal-Aġenzija Ewropea dwar l-Ispazju (ESA) sabiex tkab bar ir-riċerka dwar l-ispazju f’pajjiżna. Dan il-ftehim reġa’ ġie mġedded għal ħames snin oħra mill-2017. Permezz ta’ dan l-arranġament diversi setturi setgħu jsegwu pajjiżi oħra millviċin u jitħarrġu kif jagħmlu użu aħjar mill-ispazju b’riċerka aktar profonda fil-qasam.

L-MCST, il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, f’isem il-Gvern, nieda €2 miljun

bħala fond għal riċerka spazjali (Space Research Fund) maq sum fuq ħames snin sabiex din it-tip ta’ riċerka tibqa’ tespandi u tkattar l-interess lokali. L-ist ess arranġament ġie estiż għal sentejn oħra sal-2024.

Issa wasalna għall-pass li jmiss. Waħda mill-proposti mressqa minni u approvata mill-Kabinett kienet li Malta tgħolli l-istatus tagħha għal Stat Ewropew Kooperattiv, fi ħdan l-Aġenzija Ewropea Spaz jali (ESA).

Dan l-istatus mhuwiex se jħalli aktar lil pajjiżna josser va lil pajjiżi l-oħra jaġixxu, iżda se jobbliga lill-Gvern jalloka mal-ESA minimu ta’ €1.5 miljun fis-sena għal perjodu ta’ ħames snin li se jiġu investiti bl-iskop li ntejbu l-kapaċità li nisfruttaw dan is-settur f’Malta.

Issa rridu nattwaw dak li os servajna matul dan iż-żmien kollu u niskopru opportunitaji et ta’ tkabbir u niċeċ ekonomiċi ġodda li jippermettu lil pajjiżna jagħmel qabża akbar billi nis fruttaw ir-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni spazjali.

Diversi riċerkaturi lokali se jkollhom l-opportunità li jsar rfu dak li tgħallmu akkademi

kament f’pajjiżna billi jwet tqu proġetti ta’ riċerka kemm mas-settur pubbliku u anki mal-privat.

Dan jista’ jwassal għal benefiċċji kbar għal pajjiżna f’diversi setturi importanti, fosthom l-ambjent, il-marit timu u l-avjazzjoni, sabiex inkunu aktar sostenibbli.

Mhuwiex possibbli li dan is-settur jikber jekk ma jkunx hemm il-kontribut tan-nies.

Kien għalhekk li wara li l-is trateġija dwar l-ispazju kienet impoġġija għal konsultazzjoni pubblika fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, il-pjan strateġi ku ġie mibdul skont ir-rispons irċevut.

Diversi organizzazzjonijiet u entitajiet semmgħu leħinhom, anki permezz tal-workshop organizzat mill-MCST fejn kien hemm diskussjoni wiesgħa bejn l-istakeholders kompeten ti dwar kif għandu jiġi mwessa’ u mkabbar il-Fond tar-Riċerka Spazjali (Space Research Fund).

Din l-istrateġija dwar l-ispaz ju għas-snin 2022-2027 ġiet im ressqa u approvata mill-Kabi nett. Dan huwa l-pass meħtieġ sabiex ’il quddiem inwasslu għar-regolarizzar tar-riċerka

spazjali permezz tal-Att dwar l-Attivitajiet Spazjali li bħalissa qegħdin naħdmu fuqu.

Ir-riċerka ma tiqafx hawn biss, iżda hemm bżonn li nkom plu nifirxu l-ħidma tagħna sabiex niskopru aktar oppor tunitajiet li jgħinuna nkabbru s-setturi lokali. Għaldaqstant ressaqt quddiem il-Kabinett proposta oħra għal konsult azzjoni pubblika dwar il-Pjan Strateġiku Nazzjonali ta’ Malta dwar ir-Riċerka u l-Innovazz joni għas-snin 2023-2027. Dan il-pjan huwa mnebbaħ mid-do kument tal-Gvern għal Viżjoni Ekonomika Nazzjonali ta’ Malta 2021-2031 li jrid juri “sapport u jippromwovi l-investiment preżenti fir-riċerka, l-innovazz joni, il-kreattività u t-taħriġ fir-riżorsi umani.”

Din hija parti mill-ħidma talGvern li bdiet ħafna snin ilu u li issa qegħdin nibdew naraw il-frott tagħha. Permezz ta’ riċerka akbar f’diversi oqsma, inkabbru aktar l-operat tagħna u jitkattar is-settur ekonomiku ta’ pajjiżna. B’hekk kull ċitta din jista’ jgawdi minn diversi benefiċċji u inċentivi li l-Gvern joffri sabiex ikollu kwalità ta’ ħajja aħjar.

20.11.2022 13
Segretarju Parlamentari KEITH TANTI Ministru CLINT CAMILLERI

L-SKS TIĊĊELEBRA L-40 SENA TA’ LETTERATURA, STORJA U BIJOGRAFIJI

Id-dar tal-pubblikazzjoni Sensiela Kot ba Soċjalisti (SKS) se tkun qiegħda tiċċelebra l-40 sena ta’ pubblikazzjoni jiet fil-ġeneri tal-istorja, il-letteratura, it-teorija politika, il-kultura u l-bijo grafija waqt il-Festival tal-Ktieb li se jkun qed jittella’ bejn nhar it-Tlieta u l-Ħadd li ġejjin fil-Malta Fairs & Con ventions Centre (MFCC) f’Ta’ Qali.

Diriġenti tal-SKS ħabbru waqt kon ferenza tal-aħbarijiet fil-Fortress Buil ders, il-Belt Valletta li f’dan iż-żmien kollu ġew ippubblikati mal-190 ktieb mill-1982 sal-lum u nbiegħu madwar 400,000 kopji.

Id-dar tal-pubblikazzjoni tal-Partit Laburista qalet li hi impenjata li tibqa’ tistinka biex tinforma u teduka lillpubbliku inġenerali billi tippubblika kotba ta’ kwalità għolja bbażati fuq ħsieb liberali tal-ħajja, l-istorja u l-let teratura, biex tipprovdi lill-kittieba u lir-riċerkaturi ta’ persważjoni simili l-opportunità li jippubblikaw ix-xog ħlijiet tagħhom, u biex jikkontribwixxu lejn it-tisħiħ soċjali, kulturali, intel lettwali u nazzjonali.

L-SKS twaqqfet fl-1982 u tul dawn l-40 sena ppubblikat kitbiet politiċi, storiċi, bijografiji, edukattivi, dram mi u novelli, il-biċċa l-kbira bil-Malti, uħud bl-Ingliż. Waqt li pubblikazzjoni jiet f’kontenut politiku kellhom skop politiku xellugi, l-SKS qatt ma ppruvat tinfluwenza xi xtaqu jiktbu l-kittie ba, mhux biss fil-kitba kreattiva, iżda f’kull qasam.

L-SKS għandha l-unur tgħid li fost il-kittieba fil-pubblikazzjonijiet tagħha hemm irġiel u nisa li kienu determi nanti biex jippromwovu l-wirt kultur ali, artistiku, letterarju, politiku u soċ jali. Fost dawn hemm kontributuri li jvarjaw mill-moderni għat-‘tradizzjon ali’ bħal Frans Sammut, Mikiel Anton Vassalli, Manwel Dimech, Ġużè Bon nici, Ġużè Ellul Mercer, John F. Marks, Ġużè Diacono, Ġużè Orlando, Juan Mamo, Anton Buttigieg, Anton Cassar, Mons. Lawrenz Cachia, Karmenu Vas sallo, Ġużè Chetcuti, Ġużè Cardona, Yosanne Vella, Giorgio Peresso, Alfred Sant kollha meqjusa bħala klassiċi, għal riċerkaturi, kritiċi u kummentat uri soċjali bħal Pauline Miceli, Adrian Grima, Mario Azzopardi, Mark Vella,

Immanuel Mifsud u Mark Montebello.

L-SKS ippubblikat traduzzjonijiet li qatt ma dehru qabel fl-ilsien Malti li jvarjaw minn Lu Xun, Cervantes, Charles Dickens, Nicholas Monsarrat għal Konfuċju.

Fost ix-xogħlijiet letterarji popola ri tagħha, l-SKS għandha l-awtobijo grafija tal-Eks Mexxej Laburista Dr Al fred Sant, Confessions Of A European Maltese: The Middle Years 1975-1992, u t-triloġija tan-Nanna Venut

F’tal-ewwel, li rebaħ il-Premju talKtieb fil-kategorija Letteratura Mhux Fittizzja, Dr Sant jibda miż-żmien li kien jaħdem fl-Ambaxxata Maltija fil-Belġju, għall-istudji tiegħu f’Pariġi u eventwalment f’Harvard. Minn hemm jiġi Malta fejn ħadem fil-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp meta kien stru

L-SKS hi dar tal-pubblikazzjoni bbażata f’Malta li tispeċ jalizza prinċipalment fil-ġeneri tal-istorja, il-letteratura, it-teorija politika, il-kultura u l-bijografija. L-SKS tistinka biex tinforma u teduka lill-pubbliku ġenerali billi tippubblika kotba ta’ kwalità għolja bbażati fuq ħsieb liberali tal-ħajja, l-istorja u l-letteratura, biex tipprovdi kittieba u riċerkaturi ta’ persważjoni simili l-opportunità li jippubblikaw ix-xogħlijiet tagħhom, u biex jikkontribwixxu lejn l-arrikkiment soċjali, kulturali, intellettwali u nazzjonali.

mentali biex il-kumpanija SGS (illum ST Microelectronics) fetħet f’Malta.

Jittratta wkoll il-bidu tal-ħidma poli tika tiegħu fi ħdan il-Partit Laburista, l-ewwel bħala Ċermen tal-istess SKS, imbagħad bħala President tal-Partit, biex imbagħad ikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali tal-1987, il-co-option fil-Parla ment u r-rakkonti tas-snin imqanqlin tat-tmenijiet sal-1992 meta sar Mexxej.

Ir-rumanz Ulied in-Nanna Venut f’L-Amerka hu wieħed mill-aktar pub blikazzjonijiet famużi tal-SKS. Rumanz satiriku u kważi politiku li faċilment jgħodd għal żminijietna. Ir-rumanz hu ktieb minn triloġija. Wieħed dwar il-personaġġi storiċi u pubbliċi li jis semmew fir-rumanz u ieħor bil-poeżiji li kiteb Juann Mamo.

Sadanittant, l-SKS se tieħu sehem

fil-Festival tal-Ktieb bi tliet pubblika zzjoni riċenti – Ir-Re Borg, rumanz satiriku ta’ Aleks Farrugia; edizzjoni ġdida tar-rumanz klassiku L-Ibleh ta’ Ġużè Orlando u L-Analetti ta’ Konfuċju maqluba għall-Malti miċ-Ċiniż minn Salvatore Giuffrè li se jkun imniedi simultanjament fl-24 ta’ Novembru fil-Fiera Internazzjonali tal-ktieb f’Bei jing.

Ir-Re Borg

Ir-Re Borg huwa rumanz ġdid ta’ Aleks Farrugia. Dan huwa rumanz imqareb, fejn kultant b’umoriżmu jaqta’ u drabi oħra b’drammatiċità li ssammar, jagħ ti ħarsa lejn il-vizzji soċjali u politiċi tagħna l-Maltin.

Ir-Re Borg huwa l-istorja tal-bejjiegħ tal-merċa Mikiel Borg, li frustrat bilmod kif iħoss li l-is tituzzjonijiet jittrat taw ċittadin “żgħir bħalu”, jiddeċiedi li joħroġ kandidat għall-elezzjoni ġen erali, bil-wegħda li jdawwar ir-repubblika demokratika Maltija f’monarkija popolari.

Bl-għajnuna ta’ guru tal-market ing u avukat li għandu pjanijiet fit-tul, bis-sehem tal-midja soċjali u l-inġenju tal-immaġinazzjoni u l-kariżma per sonali tiegħu, minn bniedem waħdu

20.11.2022 14
Mikiel Borg jispiċċa jifforma partit Dr Anthony Degiovanni (xellug), Claire Xuereb Grech u Joe Borg jindirizzaw il-konferenza stampa din il-ġimgħa fil-Belt Valletta fejn tħabbar ukoll sehem l-SKS waqt il-Festival tal-Ktieb fil-jiem li ġejjin

b’potenzjal qawwi li għall-ewwel darba jista’ jaqleb il-bilanċ bejn iż-żewġ par titi tradizzjonali.

Imma t-triq lejn Kastilja hija waħda twila u matulha Mikiel Borg jitlef ferm aktar milli qatt stenna. Sa dawk l-ak tar għeżież għalih jispiċċaw fil-mira ta’ attakki ġejjin minn kull naħa. Anke minn inħawi li qatt ma basar li jistgħu jduru kontrih.

Ir-Re Borg diġà ntlaqa’ tajjeb millkritiċi. Il-kittieb u kritiku David Aloisio sejjaħ lir-Re Borg “rumanz li pajjiżna għandu bżonn”. Il-ġurnalista u dram maturgu Herman Grech, sejjaħ lir-Re Borg bħala “wieħed mill-aktar ritratti onesti tat-tqanqil u taħbit tas-soċjetà u l-politika Maltija”.

Minkejja l-umoriżmu tiegħu, Ir-Re Borg hu rumanz li jirrifletti fuq il-pot er, il-midja, it-tħaddim tal-istituzzjoni jiet, il-klassijiet soċjali, l-immigrazz joni u l-legalità, filwaqt li jlaqqagħna ma’ bosta karattri ħajjin li żgur li l-qa rrejja se jidentifikaw. Ir-Re Borg jagħ ti wkoll ħarsa intima lejn dak li jiġri wara l-kwinti tal-politika: kif jittieħdu d-deċiżjonijiet, xi jqanqal l-interventi pubbliċi tal-politiċi, strateġiji elettora li, kif ukoll il-beżgħat u l-ambizzjonni jiet tal-politiċi.

Ir-Re Borg jista’ jitqies bħala state ment uniku fil-letteratura Maltija għall-mod kif jesponi temi li dwarhom il-poplu jiddiskuti ta’ kuljum.

L-Ibleh

L-SKS ippubblikat mill-ġdid L-Ibleh ta’ Ġużè Orlando, rumanz klassiku Malti maħruġ għall-ewwel darba fl-1948. L-aħħar edizzjoni kienet ħarġet fl-1985 bi studju ta’ Oliver Friggieri, li qed jiġi riprodott f’din l-aħħar edizzjoni, flim kien ma’ studju ġdid ta’ Mark Vella.

Ġużè Orlando kien wieħed mill-piju nieri li waqqfu l-Par tit Laburista. Serva bħala Segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista. Flimkien ma’ Ġużè Ellul Mer cer u oħrajn stinka biex il-Malti jingħa ta l-ġieh li jistħoqq lu. Kien intbagħat il-ħabs meta fis-snin tletin saritlu tfittxija f’daru u sabulu letteratura “sedizzjuża” fost l-oħrajn ta’ Tolstoy u George Bernard Shaw. Kien ħa sehem f’konkors ta’ ruman zi b’L-Ibleh fl-1948. Għal raġuni mhux magħrufa r-riżultat dam sentejn biex ħareġ. L-Ibleh ma rebaħx. Orlando xorta ppubblikah u d-disinn tal-qoxra għamilulu Alfred Gerada, karikaturis ta ċelebri li kien iddisinja l-ewwel em blema tal-Partit Laburista.

Bi proġett grafiku ta’ Luca Cauchi li jerġa’ jżur il-qoxra oriġinali, L-Ibleh qed jerġa’ jiġi ppreżentat fi produzzjoni aħjar u xierqa għal żmienna, fejn jista’ jiġi introdott lil udjenzi ġodda kif ukoll f’edizzjoni ġdida u aġġornata għal min diġà jaf ir-rumanz.

Xogħol li bosta jafuh u jitkellmu dwaru u li kien paradossalment nieqes mill-ixkafef għal tant żmien jerġa’ jieħu l-ħajja u jxandar l-innovazzjonijiet introdotti minn Orlando, fosthom innarrazzjoni fl-ewwel persuna u idea ta’ karattru antierojku li wittiet ittriq, flimkien ma’ xogħlijiet realisti oħra, għall-qċaċet milħuqa millmoderniżmu.

L-Ibleh jibqa’ dokument storiku-letterarju importanti, xhieda tal-attività letterarja ta’ żmienu, iżda anki kum ment inċisiv u dejjem attwali dwar il-politika u anki dwar l-individwu li jittanta jaħrab mill-ħsieb dominanti tal-kotra aljenata.

L-Analetti - Konfuċju

Din it-traduzzjoni ta’ L-Analetti ta’ Konfuċju direttament miċ-Ċiniż għallMalti mis-sinologu Salvatore Giuffrè, se tkun imnedija fil-Fiera Internazz jonali tal-Ktieb ta’ Beijing (BIBF) bejn l-24 u s-27 ta’ Novembru 2022. Il-volum, editjat minn Sergio Portelli, Kap tad-Dipartiment tat-Traduzzjoni, Ter minoloġija u Studji tal-Interpretazzjoni fl-Università ta’ Ma lta, jinkludi intro duzzjoni li tinkludi informazzjoni dwar il-bijografija ta’ Konfuċju u ż-żmini jiet tiegħu, il-kunċetti ewlenin fit-test, kif ukoll kwistjonijiet relatati mal-ling wa u l-istil, it-traduzzjoni annotata, glossarju ta’ termini u biblijografija. Il-ħsibijiet tal-filosfu Ċiniż Konfuċju (551-479 QK) huma wieħed mill-aktar testi influwenti fid-dinja. L-Analetti (biċ-Ċiniż ‘Lúnyŭ’), kif huma magħru fa, huma tagħlim, kummenti u rimarki attribwiti lill-Imgħallem mis-segwaċi immedjati tiegħu.

Huma jinkorporaw il-filosofija li nafu llum bħala Konfuċjaniżmu, u influ wenzaw liċ-Ċina u pajjiżi oħra talLvant Imbiegħed għal eluf ta’ snin. Fil-fatt, ġew inkorporati fil-kultu ra Ċiniża tant profondament li huwa impossibbli li tiġi diskussa l-identità nazzjonali taċ-Ċina mingħajr ma jit tieħed kont tal-Konfuċjaniżmu. Jgħall mu lin-nies il-valuri morali meħtieġa biex jgħixu ħajja ta’ tjieba fil-familja, fis-soċjetà u meta jokkupaw pożizzjoni ta’ awtorità.

SUĊĊESS INTERNAZZJONALI F’INVESTIMENT TAL-PROPRJETÀ SE JISSOKTA ISSA F’MALTA

Von der Heyden Group Finance plc ingħata l-approvazzjoni mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta għall-ħruġ ġdid ta’ bonds ta’ €35 mil jun fuq 10 snin b’rata ta’ mgħax an nwali ta’ 5% fuq il-Borża ta’ Malta. IlKullĦadd tkellmet mal-Grupp dwar l-istrateġija ta’ investiment u t-tnedija din il-ħarġa ta’ bonds ġodda u ħarsa lejn il-proġetti attwali u pjani futuri.

“Fil-klima ekonomika attwali, qatt mhi strateġija tajba li tikkonċentra l-investiment tiegħek f’pajjiż wieħed. Dan joħloq riskju ta’ konċentrazzjo ni f’każ ta’ diffikultajiet ekonomiċi ta’ dak il-pajjiż. Il-Grupp mhux biss ġie stabbilit f’aktar minn 20 belt madwar l-Ewropa, iżda f’dawn l-aħħar snin ħa passi lejn investiment fi klassijiet ta’ investimenti ġodda bħal proġetti res idenzjali, yachting, kif ukoll il-qasam tal-loġistika. Għarafna l-importanza tad-diversifikazzjoni u qed ninvestu b’mod strateġiku f’oqsma ġodda. Mad anakollu, l-fokus ewlieni tagħna jibqa’ s-segment tal-uffiċċju A-Class u l-ospi talità,” spjegalna ċ-Ċermen u fundatur tal-Grupp Sven Von der Heyden.

Fi 33 sena ta’ storja, il-Grupp inves ta f’diversi proġetti mdaqqsin fl-Ew ropa. “Filwaqt li konna ridna nagħm lu xi ħaġa fis-settur tal-office space f’Malta, inħossu li f’Malta diġà hawn konċentrazzjoni qawwija f’dan is-set tur u għalhekk mhix xi ħaġa li nħar su lejha lokalment. Bil-fergħa tagħna tal-ospitalità u l-catering taħt il-mar ki Cugó Gran u Hammett’s Collection rispettivament, Malta wriet li hi op portunità ta’ investiment tajba.

“Il-bonds li qed noffru huma garan titi min Timan Investments Holdings Ltd, li hi l-holding tal-Grupp u għand hom valur nominali ta’ €100 għal kull bond maħruġa. Id-dħul minn din ilħarġa ta’ bonds se jintuża għall-fidwa tal-bond preċedenti tal-2017 ta’ €25 miljun u li għandhom jimmaturaw fl2024, kif ukoll il-finanzjament parz jali tal-proġett Andersia Silver, u għal numru ta’ proġetti oħrajn,” kompla Von der Heyden.

Andersia Silver, il-proġett ewlieni tal-Grupp, hu torri ta’ uffiċini ta’ 40,000 sqm A-Class, b’valur ta’ investiment ta’ aktar minn €105 miljun. Il-Grupp diġà kiseb finanzjament bankarju kif ukoll assigura 15% tal-kirja ta’ uffiċċji li qed nibnu. L-iskyscraper għoli ta’ 116 m se jkun l-ogħla bini ta’ Poznań wara t-Torri Andersia tiegħu (105,2 m) u li qed jiġi żviluppat permezz ta’ impriża konġunta bejn il-Grupp Von der Hey den u l-Belt ta’ Poznań.

L-applikazzjonijiet huma miftuħin permezz ta’ offerta ta’ intermedjarji li bdiet fit-18 ta’ Novembru. Is-sotto skrizzjonijiet jagħlqu fit-2 ta’ Diċembru jew qabel jekk il-ħruġ tal-bonds ikun sottoskritt qabel. L-ammont minimu ta’ abbonament hu ta’ €2,000 u f’mul tipli ta’ €100 minn hemm ’il quddiem. Il-bonds maħruġa se jiddaħħlu fil-lis ta uffiċjali tal-Borża ta’ Malta fis-16 ta’ Diċembru u n-negozjar mistenni jibda fid-19 ta’ Diċembru.

Waqt li pubblikazzjonijiet f’kontenut politiku kellhom skop politiku xellugi, l-SKS qatt ma ppruvat tinfluwenza xi xtaqu jiktbu l-kittieba, mhux biss fil-kitba kreattiva, iżda f’kull qasam

“Din kienet ir-raġuni għaliex nope raw u ddeċidejna li nakkwistaw il-pro prjetà tal-Maċina. Ma nfittxux lukandi standard, imma dawk li joffru espe rjenza kulturali unika u immersiva, fejn il-Maċina fil-Port il-Kbir, bl-istorja tagħha, tinkorpora din l-opportunità unika. Flimkien mal-imsieħba tagħ na, waqqafna l-proċess ta’ restawr għas-sit u immedjatament ridna li tkun boutique hotel ta’ klassi għolja. Illum, il-kunfidenza tagħna fin-negozju ppermettitilna mhux biss inħaddmu l-lukanda iżda li nkunu proprjetarji tal-proprjetà. Bi ftehim ta’ xiri fis-seħħ, il-Cugó Gran Macina teżisti bħala l-lu kanda ewlenija tal-Grupp f’Malta.

Bħala emittent ta’ titoli ta’ dejn elenkati fil-Borża ta’ Malta, Von der Heyden Group Finance plc hi soġġetta għar-regoli tas-swieq kapitali maħ ruġa mill-MFSA.

L-applikazzjonijiet għall-bonds huma disponibbli mill-intermedjar ji finanzjarji li huma: APS Bank p.l.c., Bank of Valletta p.l.c., Calamatta Cus chieri Investment Services Ltd, Curmi & Partners Ltd, FINCO Treasury Man agement Ltd, Jesmond Mizzi Financial Advisors Ltd, Lombard Bank Malta p.l.c., MeDirect Bank (Malta) p.l.c., Mi chael Grech Financial Investment Ser vices Limited, MZ Investment Services Ltd u Rizzo, Farrugia & Co (Stockbro kers) Ltd.

PROSPETT: https://vonderheyden group.com/e35m-5-2032/

20.11.2022 15

LIL KARMENU RRIDUH

ġejjin minn familji Nazzjonalisti biss, mhumiex qed ikunu sinċieri.

Tfal minn familji Laburisti par tikolarment dawk li kienu jatten du skejjel tal-Knisja batew fis-skiet ukoll. Li tkun imwiddeb kull filgħo du mill-ġenituri sabiex ma tiftaħx ħalqek l-iskola jekk jistaqsuk ma’ min iżżomm, naħseb fl-opinjoni tiegħi hija tensjoni żejda fuq it-tfal.

Il-5 ta’ Novembru li għadda kien jum ta’ diqa għal pajjiżna u għall-Partit Laburista hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Dr Karmenu Mifsud Bonnici, Eks Prim Ministru u Eks Mexxej tal-Par tit Laburista. Intqal ħafna f’dawn l-aħħar ġranet dwar Karmenu. Il-kumment ġenerali kien wieħed ko muni. Kulħadd jaqbel kemm Dr Mif sud Bonnici kien xhieda tal-valuri tal-onestà, il-ġenwinità u l-integrità hekk kif ħadem għal dak li jemmen li hu sewwa.

Fl-omelija waqt il-quddiesa fune bri Mons Isqof Galea Curmi aċċenna li Karmenu kien jemmen bis-sħiħ li s-saħħa tas-soċjetà titqies mill-prog ress ta’ dawk l-aktar dgħajfa. Ma nafx jekk kinitx intenzjonata imma din id-deskrizzjoni fuq Karmenu hija kelma b’kelma dak li jgħid l-Istatut tal-Partit Laburista fejn f’Kapitlu 2 Artiklu 1: Għanijiet u Prinċipji, propr ja jingħad li: “Il-Partit Laburista huwa organizzazzjoni politika li tiġbor fiha persuni bi ħsieb progressiv, imsejjes fuq prinċipji soċjalisti demokratiċi, li jaħdem għal soċjetà inklussiva li tip provdi xogħol għal kulħadd, isseħħ il-ġustizzja soċjali u li s-saħħa tal-ist ess soċjetà, titkejjel mill-progress ta’ dawk l-iktar dgħajfa fost il-membri tagħha.” U dan isaħħaħ kliem Kar menu Mifsud Bonnici stess meta kien jistqarr li twieled fil-Partit Naz zjonalista imma ħadem u mmilita fil-Partit Laburista b’għażla konvinta tiegħu.

Nazzarda ngħid li l-ġenerazzjoni tal-età tiegħi hija l-iżgħar ġenerazz joni li tiftakar it-tmexxija ta’ Kar menu Mifsud Bonnici. Konna għadna tfal, adolexxenti. Niftakar minkejja li kont tifla li Karmenu kien Mexxej ta’ dan il-partit u kif ukoll Prim Minist ru fi żminijiet li xejn ma kienu kalmi. Mhix l-intenzjoni tiegħi li naqla’ ar gumenti ta’ min hu t-tort. Min għex dawk iż-żmenijiet jaf sew x’kien qed jiġri u kulħadd jiġġudika fil-kuxjenza tiegħu.

Min kien bħali jattendi fi skola tal-knisja konna tfal li ngħixu f’tens joni, veru. Imma min irid jibqa’ jbella’ n-narrattiva li dawk li batew u kienu b’ħalqhom imrażżan kienu t-tfal

Hemm affarijiet li kienu jseħħu li jien niftakar sew u li avolja kont tif la żgħira xorta niftakar sew u baqgħu ttimbrati f’moħħi bħall-mument ta’ kemm xtaqt nidħol fil-Briga ta Laburista u ommi baqgħet lura għax beżgħet li l-iskola jkolli l-prob lemi. Dan l-episodju u diversi oħra jn jibqgħu memorja ta’ diqa f’moħħi u nirringrazzja lil Alla li ż-żmenijiet inbidlu u dan kollu sar storja u al laħares jerġgħu jirrepetu ruħhom. Madanakollu, huwa skorrett min irid jinganna u jwassal narrattiva li kienu t-tfal tan-Nazzjonalisti biss li kienu jgħixu f’tensjoni f’dawk iż-żmenijiet. Min ġarrabhom jaf.

U għalhekk nemmen li s’issa l-is torja hija inġusta fid-deskrizzjoni ta’ Karmenu Mifsud Bonnici. L-istor ja għad trid tagħmel ġustizzja ma’ dan il-bniedem li tant kien jemmen fil-paċi, li kien jemmen li l-progress jasal biss bil-paċi, li tant kien karitat tiv fis-skiet, qalbu tajba, li jemmen bis-sħiħ fil-ġustizzja soċjali u filkawża tal-batut, persuna tant diskre ta, onesta u ġusta. Hekk niftakru lil Karmenu, fi tfuliti, f’żgħożiti u f’kull żmien. Hekk se nibqa’ niftakru u hekk se nwassal dwaru lil uliedi u lill-ġen erazzjoni li tielgħa.

Is-sabiħ fil-Partit Laburista huwa l-imħabba u r-rispett li lkoll inħadd nu għal kull mexxej li mexxa dan il-partit. Dan hu dak li jiddistingwina. Karmenu kien il-Mexxej tagħna.

Il-partit ħabbu u hu ħabb lill-par tit.

Ma tintefa qatt tidwi f’widnejja l-għajta: “Irriduh u rriduh, lil Kar menu rriduh.”

Il-Partit Laburista huwa organizzazzjoni politika li tiġbor fiha persuni bi ħsieb progressiv, imsejjes fuq prinċipji soċjalisti demokratiċi, li jaħdem għal soċjetà inklussiva li tipprovdi xogħol għal kulħadd

Sur Editur, Lanqas jaraw ’l Alla dawn in-nies, Sur Editur! Imbasta koll hom Religio et Patria, quddies u paġni sħaħ fuq il-qaddisin fuq il-gazzetta tagħhom. Avolja fil-quddies l-aktar li messhom jgħidu bil-qalb hija l-Mea Culpa, Mea Culpa, Mea Massima Culpa. Ħa ngħidlek jien, Sur Editur. Ibda minn dik li għadha ħalib om mha fi snienha. Issa stenna ftit, mhux qed ngħid li ż-żgħażagħ m’għandhomx ikollhom opinjoni jew sehem fil-Parlament ta! U ta’ din għandhom jirringrazzjaw lill-Gvern tagħna, għax hu ta hom l-opportunità. Far from it. Hemm żgħażagħ li, iva, kapaċi u qed jagħmlu isem diġà. Mhux xi Jerome l-Caruana Cilia ta, dak li semmejt il-ġimgħa li għaddiet. Dak ta’ madwaru stess qed jgħidu li huwa vroma ejj wan.

Dil-ġimgħa ħarġet il-Greta tat-Tonnberg ta’ Malta. Dik li fil-pro gramm XTRA kienet qalet li l-Partit Nazzjonalista huwa tal-pas sat. Għal Eva, mhux ta’ Adam, il-Borg Bonello qed ngħid. Stilla oħra din.

Ara naqra Eva tat-Tonnberg tal-partit tagħhom x’qalet Sur Editur. Staqsiet liema Robert Abela qed jiggverna. U qalet ukoll li l-Gvern qed jinjora t-tibdil fil-klima. Il-Gvern liċ-ċawl jinjora qiegħed. Kellu diskors bħal dak il-Prim tagħna dwar kif Malta qed tagħti kontribut għat-tibdil fil-klima. Ara sewwa jgħidu l-Ingliżi ta! Empty vessels make more sound.

U l-ixkubetta għandha l-grillu, jgħidu. Melda tiegħi taf x’tgħid, jekk mhux qed tħallat qawl ma’ ieħor? Għalaq ħalqek u biżżejjed, li nara wiċċek diġà żejjed.

Għax meta qrajt il-kritika lill-Ministru tagħna l-Fearne, raddejt salib fuq ieħor. Ara vera għandhom wiċċhom imċappas b’David l-Għarukaża! Qed jgħidu li dak li kien imwiegħed fil-manifest tal2017 reġa’ tfaċċa issa. Kienu qed jgħidu għal meta l-Ministru tagħ na tkellem dwar outpatients għan-naħa t’isfel ta’ Malta.

Issa ejja ngħidu, għas-saħħa tal-argument, Sur Editur, li l-Gvern tagħna ma għamel xejn, u nirrepeti li qed ngħidha għal skop ta’ raġunament, imma ma tistax tgħid li ma għamel xejn fil-qasam tas-saħħa! U huma jridu jitkellmu fuq is-saħħa? Fi żmienhom ħlief mediċini awtofstokk ma kienx hawn.

U xi ngħidu għall-Isptar Materdejn? Li dam jinbena għal żmien rekord bi spiża rekord u kollu konkos imnejjek, ħa la ħarġet! U jridu jikkritikaw lil Fearne! U morru ħudu porga. Avolja ma jaqbilx li jeħduha, Sur Editur, għax jekk jeħodha kull min għandu bżonn jeħodha, qanna jiġu awtofstokk, il-porog ta!

Imbagħad kellna oħra. Għax jien insibhom ukoll. Il-gazzetta tagħhom qalet li l-Partit Nazzjonalista jagħmel dak li mhux jagħmel il-Gvern Laburista. Eżempju ċar tal-Ispiżjar din. Stenn naqra, għax din oħra. Ħafna kummiedji u nelħ. Nitkażaw għax nużaw il-kliem bil-Malti mbagħad jekk ngħidu l-istess bl-Ingliż, it’s owkey. Il-Malti jgħid li l-qaħba milli jkollha tagħtik, Sur Editur. Avolja ta, jien naqbel magħhom. Vera li l-Partit Nazzjonalista jagħmel dak li mhux jagħmel il-Gvern Laburista. Għax il-Gvern tagħna qed jaħdem għall-ġid tal-poplu. U l-partit tagħhom x’qed jagħmel? Il-Gvern tagħna qed jieħu deċiżjonijiet li jgawdi minn hom il-poplu. U l-partit tagħhom x’qed jagħmel? Il-Gvern tagħna għaddej b’ħidma favur il-pajjiż. U l-partit tagħhom x’qed jagħmel?

Assolutament xejn. Ċiċċi beqqi, kif konna ngħidu, mifni jip prova jara ma’ xiex se jqabbad dufrejh. Imnalla għandhom dak id-defsa ta’ ħu Karol l-Aquilina. Li xogħlu fulltajm jikkritika u jid deffes f’kulma jkun għaddej fil-pajjiż, biex jara kif se jressaq kol lox favur il-partit tiegħu. Vera ħassa bil-konsonanti bee.

Tal-aħħar. Ħa nerġa’ ndur għal Eva l-Greta tat-Tonnberg ta’ Mal ta. Taf x’missha tara din? Min qed imexxi l-partit tagħha. Mhux se nissuġġerilha jien min. Għax nieħu nofs il-gazzetta tiegħek, Sur Editur. Hemm lista kbira.

Il-Kap tagħha jiddiskuti mal-Prim tagħna fuq il-ħatriet u jaqblu fuq l-ismijiet. Imur qisu tifel tan-Nuna fid-Dar Ċentrali, jagħtuh ċanfira u jġegħluh ibiddel fehmtu. What a looser!

Għad-dieħla.

20.11.2022 16
Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL CATHERINE FENECH

Fil-ġimgħat li għaddew, l-Aw torità għall-Ambjent u r-Riżor si (ERA) u Ambjent Malta (AM) komplew bil-ħidma ta’ konser vazzjoni u riabilitazzjoni fil-Qa la ta’ Santa Marija u f’siti natu rali oħrajn f’Kemmuna.

Bħala parti minn din il-ħid ma, li bdiet fl-2017, ġew iffor mati żewġ għadajjar tal-ilma ħelu u ilma salmastru viċin il-Qala ta’ Santa Marija biex jirrestawraw l-ambjent natu rali tal-inħawi, li jattira ħafna speċi ta’ flora u fawna, fosthom għasafar tal-passa. Fl-istess waqt, tħawlu mal-1,000 siġra u arbuxell oħrajn ma’ dawk li tħawlu fis-snin ta’ qabel.

B’hekk jirriżulta li, b’kollox, l-ERA u AM żiedu mat-18,000 siġra u arbuxell f’din il-gżira flaħħar ħames snin.

Il-ħaddiema taż-żewġ entitajiet governattivi kom plew ukoll il-programm fit-tul ta’ tindif u manutenzjoni ta’ dawn is-siti ta’ importanza ekoloġika, fosthom f’Santa Marija u Bejn il-Kmiemen, jew kif inhi magħrufa aħjar, il-Blue Lagoon.

Din is-sena tneħħew għadd ta’ arbli tal-elettriku antiki li

L-AMBJENT TA’ KEMMUNA

Kemmuna hi t-tielet l-akbar gżira flarċipelagu Malti. Viċin tagħha hemm gżejjer żgħar oħrajn – Kemmunett, il-Ħaġriet ta’ bejn il-Kmiemen u l-Is koll ta’ Taħt il-Mazz. Il-gżira hi rikka fil-bijodiversità, hekk kif fiha jinstabu diversi speċi rari u oħrajn ipperiko lati. Il-gżira hi protetta taħt il-liġijiet ambjentali nazzjonali, kif ukoll dawk Ewropej bħala siti Natura 2000.

Ix-xogħlijiet tal-ERA u l-AM f’Kem muna huma bbażati fuq pjan ta’ tmexxija li jiżgura li l-ambjenti natu rali (habitats) u l-ispeċi fuq il-gżira jiġu kkonservati u mtejba. Il-pjan tfassal wara proċess ta’ konsul tazzjoni u riċerka fit-tul fl-aħħar snin.

TISSOKTA R-RIABILITAZZJONI NATURALI TA’ KEMMUNA

kien hemm fl-inħawi ta’ Wied l-Aħmar, inbnew mill-ġdid ħi tan tas-sejjieħ imwaqqgħin, tranġa l-ilqugħ tal-injam mad war l-għaram tar-ramel biex dawn ma jittifsux u tneħħa skart goff, pjanti invażivi u ma terjali oħrajn li ntefgħu fiż-żoni naturali matul is-snin.

Iż-żewġ għadajjar jinsabu qalb il-pjanti u s-siġar fl-inħawi ta’ Santa Marija biex jiġu rres tawrati l-ambjenti naturali talbwar salmastri li kien hemm fil-post. L-entitajiet qed jaħd mu biex gradwalment ireġġgħu lura s-sit għal kif kien fl-istat naturali tiegħu. L-ambjenti naturali tal-għadajjar u l-bwar huma rari ħafna f’pajjiżna u għalhekk jeħtieġ kull forma ta’ ħarsien possibbli.

Il-post kien jintuża għall-ik kampjar u, bħala alternat

tiva, dawk li jħobbu jmorru jikkampjaw f’Kemmuna issa jistgħu jagħmlu dan mingħajr ma jikkawżaw ħsara ambjentali f’żona apposta magħrufa bħala Tal-Ful, ftit passi ’l bogħod.

Ambjent Malta wkoll għad dejja b’xogħlijiet biex, sas-sena d-dieħla, il-post ta’ kkampjar ikollu faċilitajiet sanitarji ġod da u aktar sostenibbli wkoll.

Sadanittant, uffiċjali ta’ in forzar tal-ERA komplew iżidu l-preżenza tagħhom fuq Kem muna, speċjalment tul ix-xhur tas-sajf, ħalli jiskoraġġixxu kull ħsara ambjentali lis-siti natu rali ta’ din il-gżira.

Fost oħrajn, dawn l-uffiċja li għenu biex jonqos l-iskart mormi b’mod irresponsabbli, filwaqt li ggwidaw lil dawk li jżuru l-gżira biex ma jimxux lil hinn mill-passaġġi stabbiliti.

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24.

Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek.

Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

20.11.2022 17

RITORN TAL-FESTIVAL NAZZJONALI TAL-KTIEB

Din is-sena, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jkun qed jirritorna bil-kbir, wara sentejn ta’ pandemija u restrizzjonijiet, filMalta Fairs and Conventions Centre (MFCC) f’Ta’ Qali. Ftit tal-jiem ilu l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) nieda l-programm tal-attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022; programm li fih aktar minn 100 attività mqassmin fuq ħamest ijiem, bejn l-Erbgħa 23 sal-Ħadd 27 ta’ Novembru. L-attivitajiet se jsiru kollha fi swali apposta u jvarjaw minn shows u attivitajiet għallfamilja u t-tfal tal-iskola, sa tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, qari animat, taħditiet tematiċi u laqgħat bejn il-pubbliku u l-professjonisti fil-qasam. Id-dħul għall-Festival u għal kull attività hu bla ħlas. Il-parkeġġ qrib l-MFCC hu faċli u kbir filwaqt li kulħadd jista’ jasal il-Festival permezz tat-trasport pubbliku, grazzi għal aktar rotot organizzati mit-Trasport Pubbliku Malti. Se jkun hemm disponibbli servizz ta’ shuttle mill-Belt Valletta, waqt li fil-jiem tal-Festival se tiżdied il-frekwenza tar-rotot li jgħaddu minn Ta’ Qali. Dan intqal lili minn MARK CAMILLERI, Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Minn CHARLES B. SPITERI

Il-programm kulturali tal-Festival Nazzjonali talKtieb li tħejja għal din is-sena hu l-frott ta’ kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra, li ssarr fet fi programm li jolqot lillkbar, liż-żgħażagħ u liż-żgħar. Ħdimna mill-qrib mal-Kunsill Malti għall-Arti sabiex tiġi mtella’ l-esebizzjoni From Illustration to Book; ma’ Żigużajg sabiex jittellgħu wir jiet ibbażati fuq ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2022 għall-istudenti ta’ ’l fuq minn 80 skola madwar Malta u Għawdex; kif ukoll mal-Fon dazzjoni Inspire biex tkun im maniġġjata kamra sensorja għal tfal fuq l-ispettru tal-aw tiżmu u mal-Aġenzija tal-Ilma

u l-Enerġija (EWA) sabiex per mezz tal-qari titqajjem kux jenza fuq is-sostennibbiltà tar-riżorsi naturali tagħna.

Din is-sena l-Festival Naz zjonali tal-Ktieb se jkun qed jirreġistra numru rekord ta’ esebituri, 50, li jinkludu l-pubblikaturi u bejjiegħa ta’ kotba ewlenin ta’ pajjiżna, diversi entitajiet u aġenziji kif ukoll awturi awto-ippub blikati. Ma’ dan bi pjaċir inżid li din is-sena se jkollna wkoll attendenza rekord ta’ studen ti minn skejjel primarji u se kondarji minn madwar Malta u Għawdex.

Fil-fatt, se jkunu qed jat tendu 9,400 student minn 81 skola statali, tal-Knisja u

independenti li se jkunu ak kumpanjati minn ’il fuq minn 1,000 edukatur. L-istuden ti rreġistrati se jingħataw voucher ta’ €5 sabiex waqt li jduru mad-diversi stands tal-esebituri, kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija jekk jatten du mal-familja, jistgħu jagħż lu l-ktieb li jridu jieħdu d-dar magħhom.

Awturi internazzjonali

Għaldaqstant, ftit tal-jiem oħra se nkunu qed nilqgħu f’pajjiżna żewġ awturi ta’ kalibru mondjali li huma l-mistednin internazzjonali tal-Festival: il-kittieb ċelebri John Boyne, l-awtur ta’ The

Boy in the Striped Pyjamas, u lill-kartunist-ġurnalist Joe Sacco, irrispettat internazz jonalment għall-ġurnaliżmu li jirrapporta bis-saħħa tal-komiks u meqjus ukoll bħala wieħed mill-aqwa f’dan il-ġeneru.

Il-preżenza ta’ Boyne fil-Festival Nazzjonali talKtieb ta’ din is-sena se tkun parti minn mawra internaz zjonali tal-awtur għall-pubb likazzjoni tal-aħħar rumanz tiegħu All the Broken Places (Doubleday). Boyne hu l-aw tur ta’ diversi rumanzi: kiteb 13-il rumanz għall-adulti, sit ta għall-qarrejja żgħażagħ u ġabra ta’ stejjer qosra.

The Boy in the Striped Py

jamas, li ħareġ fl-2006, ġie adattat għaċ-ċinema, it-teat ru, il-ballet u l-opera, u biegħ aktar minn 11-il miljun kopja madwar id-dinja, tant li hu meqjus bħala l-aktar rumanz li qatt inbiegħ minn rumanzi er Irlandiż.

Waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, Boyne se jkun qed jiltaqa’ mal-qarrejja żgħar tiegħu waqt l-ispettaklu mtel la’ bl-Ingliż mill-istess kol laboraturi, nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Novembru filgħodu. Ak tar tard dakinhar filgħaxija, Boyne se jiġi intervistat fuq ħajtu u xogħlu mil-lettriċi u kittieba Leanne Ellul.

Fost il-ħafna xogħlijiet tagħha, kemm għat-tfal kif

20.11.2022 18

ukoll għall-adulti, Ellul hi l-awtriċi ta’ Gramma (Mer lin Publishers, 2015), rebbieħ tal-Premju Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ, u Bjuda (2022). Wara l-in tervista, Boyne se jkun qed jiffirma personalment kotba tiegħu lill-udjenza.

Kartunist magħruf

Joe Sacco hu wieħed millaqwa kartunisti fid-dinja u meqjus minn ħafna bħala kreatur ta’ ġurnaliżmu li ji rrapporta l-gwerra permezz tal-komiks. Sacco twieled Malta fl-1960, trabba fl-Aw stralja u llum jgħix fl-Istati Uniti.

Sacco hu l-aktar magħruf għar-rumanzi grafiċi ġur nalistiċi tiegħu li ntlaqgħu tajjeb mill-kritiċi, bħal Pales tine (1996), li rebaħ il-Premju tal-Ktieb Amerikan tal-ist ess sena, Footnotes in Gaza (2009) u Safe Area: Goražde (2000) li rebaħ il-Premju Eins er. Il-kotba ta’ Sacco ġew tra dotti f’14-il lingwa u l-komiks tiegħu dehru fuq Details, The New York Times Magazine, Time, Harper’s u The Guard ian, fost oħrajn.

Waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, nhar il-Ħamis, 24 ta’ Novembru fis-7pm, Joe Sacco se jiġi intervistat minn James Debono, wieħed mill-ġurnal isti ewlenin ta’ pajjiżna. Nhar is-Sibt, 26 ta’ Novembru fis-6 ta’ filgħaxija, Sacco se jkun fuq il-panel għad-diskuss joni, ‘What’s an image worth: Forms of visual storytelling’.

Id-diskussjoni se tkun im moderata mill-eks editur kulturali u kritiku tal-films, Teodor Reljić. Matulha, se jiġi esplorat kif il-ġurnalis ti u l-prattikanti kreattivi għażlu li jpoġġu fuq quddiem

nett l-immaġni fil-proċess tar-rakkuntar tal-istejjer. Il-fotografa u ġurnalista Jo anna Demarco, u l-illustratur u direttur kreattiv, rebbieħ ta’ diversi premji, Gattaldo, se jingħaqdu ma’ Sacco fuq il-panel.

Ix-xogħol artistiku tal-Fes tival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 – illustrat minn Gattaldo u animat minn Turi Anima tion Studio – għandu bħala protagonista lill-karattru ta’ Arnold, li jiltaqa’ mal-kotba u jintilef fl-istejjer differen ti f’dawn il-kotba. Il-poster u l-animazzjoni jagħtu ġieħ lil sehem l-istampi u l-illustrazz jonijiet li jagħnu lill-kotba li naqraw tul ħajjitna – minn stampi fuq il-qoxra tal-ktieb sa ġeneri li ħolqu arti mir-rak kuntar viżiv tal-istejjer.

It-tpinġijiet u l-pitturi jmorru lura sa qabel bdej na niktbu: fil-ħajja l-kotba aktar assoċjati mal-kitba, minkejja dan, l-ewwel kotba li niltaqgħu magħhom tat-tfal huma kotba bl-istampi.

Tisħib bejn entitajiet

Din il-bozza fuq l-irwol tal-il lustraturi u d-disinjatu ri grafiċi hi parti mill-pjan tal-Kunsill Nazzjonali talKtieb sabiex noħolqu tisħib bejn entitajiet differenti u l-ħidma tagħhom tħalli l-frott lill-imsieħba kollha fl-indus trija tal-kotba.

Għaldaqstant, l-esibizzjoni From Illustration to Book, fuq spazju miftuħ ta’ 360 metru kwadru, se tkun fiċ-ċentru tal-Festival Nazzjonali talKtieb u hi r-riżultat ta’ kol laborazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Kun sill Malti għall-Arti, il-frott tal-ambizzjoni taż-żewġ en titajiet kulturali biex isaħħu

networks professjonali li b’hekk iżidu l-opportunitajiet għall-komunità kreattiva.

Waħda mis-sezzjonijiet tal-esibizzjoni se tkun idde dikata lil tliet personalitaji et Maltin: l-awtur familjari ma’ kulħadd Trevor Żahra, li flimkien mal-kitba tal-istejj er għall-kbar u ż-żgħar, ip provda ħafna illustrazzjoni jiet għall-kotba tiegħu stess; il-poeta li ħalliena din is-sena Mario Azzopardi, pijunier ta’ mewġa ġdida ta’ letteratura f’Malta, li introduċa wkoll dis inji ġodda għall-kollezzjoniji et tiegħu; u l-kartunista-ġur nalista Malti-Amerikan Joe Sacco, magħruf l-aktar mad war id-dinja għall-ġurnaliżmu permezz tal-komiks tiegħu. F’din is-sezzjoni se jiġu esebiti x-xogħlijiet artistiċi tagħhom flimkien mal-kotba li fihom dehru l-istess illustrazzjoni jiet.

Sezzjoni speċjali oħra tal-esibizzjoni se tkun idde dikata għall-illustrazzjonijiet ta’ erba’ gruppi ta’ karattri li mmarkaw it-tfulija tal-Maltin minn ġenerazzjoni għal oħra: Kunċett u Marinton, kif imp inġija minn Trevor Żahra, Fra Mudest kif impinġi minn Frank Schembri, Alexandra u Wallace Casingena; il-qtates ta’ Il-Qtates ta’ max-Xatt kif impinġija minn Lisa Falzon u Ir-Ronnie kif impinġi minn Steve Bonello.

Diskussjonijiet

Bħala parti mill-kollabora zzjoni mal-Kunsill Nazzjon ali tal-Kiteb, il-Kunsill Malti għall-Arti se jkun qed jorga nizza serje ta’ sessjonijiet Iltaqa’ mal-Artist, li jinklu du diskussjonijiet ma’ wħud mill-illustraturi u pubblika turi ewlenin, kif ukoll ses

sjoni ta’ informazzjoni fuq l-istrateġija ta’ finanzjament tagħhom.

Il-ħinijiet ta’ filgħodu ta’ minn nhar l-Erbgħa, 23, sa ta’ nhar il-Ġimgħa, 25 se jkunu dedikati b’mod speċja li għall-istudenti rreġistrati mill-iskejjel f’Malta u f’Għaw dex. Grazzi għall-kollabora zzjoni mal-Festival ŻiguŻa jg, l-istudenti se jkollhom l-opportunità li jaraw waħda minn żewġ produzzjonijiet te atrali li se jittellgħu kuljum, immirati għal etajiet differ enti.

Matul l-ewwel jumejn, il-produzzjonijiet teatrali se jkunu adattati mill-kotba rebbieħa għat-tfal tal-Prem ju Terramaxka 2022, waqt li dawk ta’ nhar il-Ġimgħa, se jkollhom lill-kittieb John Boyne u l-illustratur Gattal do bħala mistiedna speċjali. Ir-reġistrazzjoni għal dawn il-produzzjonijiet teatrali huma magħluqa.

Il-programm jinkludi ak tar minn 100 avveniment immirati għat-tfal, il-familja, il-professjonisti fil-pubblika zzjoni u l-pubbliku ġenerali. Dawn jinkludu diversi tnedi jiet ta’ kotba, preżentazz jonijiet, laqgħat mal-awturi, sessjonijiet ta’ ffirmar ta’ kot ba, seminars, diskussjoniji et tematiċi u wiri ta’ films. L-avvenimenti tal-Festival qed jiġu organizzati mill-KNK f’kollaborazzjoni ma’ pub blikaturi, awturi, bejjiegħa tal-kotba, assoċjazzjonijiet tal-istudenti, NGOs u aġenziji tal-gvern.

Fil-qalba tal-Festival, se jkun hemm numru rekord ta’ 50 esebitur, li huma lkoll marbutin mal-industrija talktieb, u li ħafna minnhom qed jorganizzaw diversi av venimenti li jarrikkixxu l-pro

gramm tal-Festival. Firxa wiesgħa ta’ kotba, li tinkludi r-rebbieħa tal-Premju Nazz jonali tal-Ktieb 2022, se jkunu għad-dispożizzjoni tal-pubb liku.

Għal ħafna, ir-relazzjoni tagħhom mal-kotba hi speċ jali. Għalhekk, matul l-ewwel jum tal-Festival, Jon Mallia, waqt li mdawwar mill-kotba u nies li jħobbu l-kotba, se jxan dar podcast live, b’intervisti man-nies preżenti fuq ir-rela zzjoni tagħhom mal-kotba, u liema kotba saħħew din ir-relazzjoni.

Promozzjoni letterarja

Il-KNK, f’kollaborazzjoni ma’ diversi msieħba lokali u in ternazzjonali, qed jorganizza diversi avvenimenti li jtellgħu fil-wiċċ l-isforzi li qed isiru biex jippromwovu l-letteratu ra Maltija. Nhar l-Erbgħa 23 ta’ Novembru, il-KNK u l-Aġenzija Żgħażagħ se jniedu edizzjoni mġedda tal-Konkors ta’ Let teratura għaż-Żgħażagħ.

Aktar tard fl-istess lej la, diskussjoni mmoderata minn Dr Immanuel Mifsud se ssellem lill-mibki Mario Azzopardi. Nhar il-Ġimgħa, il-25 ta’ Novembru, se jitħab bru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef, waqt li l-pubbliku se jkun jista’ jassisti għall-qari mir-rebbieħ tas-sena l-oħra Carmel Scicluna u tar-reb bieħa ta’ din is-sena.

Nhar is-Sibt, 26 ta’ Novem bru, filgħodu se jittellgħu di versi avvenimenti relatati mal-industrija tal-pubblika zzjoni. L-aġent letterarju ta’ John Boyne, Simon Trewin se jippreżenta t-taħdita Confes sions of a literary agent, dwar l-irwol tal-aġent.

L-istess aġent se jwieġeb għal mistoqsijiet minn awturi prospettivi jew ippubblikati, kif ukoll minn individwi li qed jaħsbu biex jibdew karriera fid-dinja tal-pubblikazzjoni. Aktar tard matul il-jum, se jit tellgħu sessjonijiet ta’ Liter ary Speed Dating ma’ profess jonisti fl-industrija. Jeħtieġ li tirreġistra għal din l-attività.

Filgħaxija, se jintwera għall-ewwel darba film doku mentarju dwar Rena Balzan, li jiċċelebra lil Rena Balzan, bħala r-Rebbieħa tal-Prem ju Nazzjonali tal-Ktieb 2021 għall-Kontribut Siewi fil-Qa sam tal-Kotba u l-Letteratu ra. Wara l-film se jkun hemm diskussjoni mmoderata minn Kit Azzopardi, bil-parteċi pazzjoni tar-rebbieħa.

Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-Fes tival huma kif ġejjin: minn nhar l-Erbgħa sal-Ħamis mid9am sas-1pm u mill-5:30pm sad-9pm; nhar il-Ġimgħa mid-9am sas-1pm u mill5:30pm sal-10pm; nhar is-Sibt mid-9:30am sal-10pm, u nhar il-Ħadd mid-9:30am sat-8pm.

20.11.2022 19

Nhar il-Ġimgħa 25 ta’ Novem bru, il-Knisja Kattolika tiċċel ebra l-festa tal-verġni u mar tri, Katarina ta’ Lixandra. Min kienet din il-qaddisa tal-ew wel snin tal-knisja?

Peress li għexet ħafna snin ilu l-istorja ta’ ħajjitha tik konsisti ħafna f’leġġendi li għandhom verżjonijiet differ enti. L-iżjed verżjoni popolari tgħid li Katarina kienet bint Kostantinu, il-gvernatur ta’ Lixandra, fl-Eġittu. Jingħad li ngħatat edukazzjoni millaqwa. Hija ddikjarat lill-ġen ituri tagħha li tiżżewweġ biss jekk issib wieħed aktar għaref, sinjur, sabiħ u ġen ju minnha. Omm Katarina kienet Nisranija bil-moħbi, u b’hekk bagħtitha għand eremita biex issibilha ġuvni aqwa minnha li s-sbuħija tiegħu kienet radjanti ik tar mir-raġġi tax-xemx u li bl-għerf tiegħu jikkmanda l-kreaturi kollha.

Iżda f’din iż-żjara lill-ere mita hija kellha viżjoni biex titgħammed u ssir Nisrani ja. Fl-istess viżjoni hija ġiet meħuda l-ġenna u ntaqgħet kollha kemm hi fi żwieġ mis tiku lil Kristu fi ħdan Ommu Marija.

Jingħad li l-Imperatur Ruman ta’ dak iż-żmien ip prova jikkonvinċi lil Kata rina bl-iżball li kienet qed

tagħmel permezz tal-kon verżjoni tagħha u ordna li tintefa’ l-ħabs. Meta baqgħet ma nidmitx, ġiet ikkundan nata għall-mewt fuq ir-rota (strument tat-tortura). Iżda waqt il-martirju r-rota nqas met meta misset ma’ Katari na. Meta ra hekk l-imperatur ordna li jaqtgħulha rasha.

Fl-okkażjoni ta’ din il-fes ta xtaqt inwassal ftit tagħrif dwar waħda mill-ħafna knejj es f’Malta ddedikati lil din il-qaddisa. Ħafna drabi mal li nisimgħu l-isem ta’ din il-qaddisa mill-ewwel niftak ru fiż-Żejtun jew fiż-Żurrieq.

Imma ma’ gżiritna nsibu

IL-QIMA TA’ SANTA KATARINA FIL-BELT VALLETTA

ħafna oħrajn fosthom anke fil-Belt Valletta fejn minbar ra l-knisja ta’ Santa Cater ina d’Italia qrib il-Berġa ta’ Kastilja, insibu bini ieħor antik li jġib l-isem ta’ Santa Katarina. Dan huwa l-mon asteru tas-sorijiet tal-klaw sura li nsibu fin-naħa t’is fel ta’ dik li kienet tissejjaħ bħala Strada Reale, illum Triq ir-Repubblika. Il-mon asteru klawstrali tas-Sorijiet Agostinjani jaf il-bidu tiegħu mil-legat li kienu ħallew ilMarkiżi Giovanni u Katarina Vasco-Oliviero.

Il-Markiż Giovanni Vas co Oliviero kien Portugiż u

l-Markiża Katarina twiel det Malta, iżda minn ġeni turi li kienu minn Rodi u li ġew Malta fl-1550 ma’ xi nies oħra li kienu mal-Kavallieri. Il-Markiża Katarina li kienet minn familja nobbli kell ha wild wieħed, Giovanni, li marad bil-pesta. Ommu, devota kbira ta’ Santa Kata rina, il-qaddisa li ġġib isim ha, għamlet wegħda li jekk binha jfiq tagħti d-dar tagħha fil-Belt Valletta b’donazzjoni lill-Knisja. Wara xi żmien Giovanni fieq u Katarina żam met il-wegħda li kienet għam let biex tagħti darha lill-Knis ja u inkludiet din l-għotja

fil-legat ta’ żewġha Giovanni. Fl-1606 xi xebbiet Maltin ġiethom il-vokazzjoni reliġ juża għall-ħajja tal-klawsura. Il-Knisja aċċettat ix-xewqa tagħhom għall-ħajja klaw strali u l-Markiżi Giovanni u Katarina Vasco-Oliviero im pressionati bil-ġenerożità tagħhom bnewlhom kap pella ddedikata lill-Assunz joni ta’ Marija mal-palazz li kellhom fil-Belt Valletta biex fiha setgħu jaqdu d-doveri reliġjużi u liturġiċi tagħhom. Dik il-kappella llum hija l-in trata tal-Monasteru attwali tas-sorijiet. Dawn is-sorijiet kienu jieħdu ħsieb lit-tfajliet żgħar u abbandunati, imma peress li kienu klawstrali kienu jafdawhom ma’ xeb biet oħra biex joħorġuhom passiġġati fil-Belt Valletta.

Kien bis-saħħa ta’ Mon sinjur Mikiel Oliviero, ħu l-Markiża Katarina, li fl1611 it-titular tal-kappella tal-monasteru nbidel f’dak ta’ Santa Katarina ta’ Lixan dra, verġni u martri.

Fl-1714, dawn is-sorijiet bdew jibnu knisja u monas teru ġodda fil-forma li għad għandhom sal-lum fuq pjan ta tal-Kavallier Romano For tunato Carapecchia minn Firenze, perit popolari ħaf na fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann. Meta s-sorijiet

20.11.2022 20
Meta s-sorijiet spiċċawlhom il-flus u kellhom jieqfu mix-xogħol tal-bini, kien biss wara 50 sena li l-Kavallieri aċċettaw li jgħinuhom finanzjarjament biex ilestu dan il-proġett
Ikona antika ta’ Santa Katarina Il-Festa ta’ Santa Katarina - Monasteru

spiċċawlhom il-flus u kellhom jieqfu mix-xogħol tal-bini, kien biss wara 50 sena li l-Ka vallieri aċċettaw li jgħinuhom finanzjarjament biex ilestu dan il-proġett. Il-monasteru u l-knisja ta’ Santa Katarina ġew imbierka u inawgura ti mill-Isqof Fra Bartilmew Rull fit-8 ta’ Novembru 1766 bis-sehem tal-Kavallieri u l-kappillani konventwali ta’ San Ġwann. Kien proprju minn dik is-sena ’l quddiem li l-membri tal-Ordni baqgħu jieħdu sehem fil-festa ta’ San ta Katarina sakemm ġew im keċċija minn Malta fl-1798. Mat-tberik tagħha l-knis ja l-ġdida ġiet iddedikata lill-Preżentazzjoni tal-Ma donna fit-Tempju bil-kwad ru titulari jitpitter mill-art ist Enriku Arnaux. Fil-knisja l-ġdida żdiedu żewġ artali laterali, dak fuq ix-xellug ġie ddedikat lil Santa Katarina ta’ Lixandra, u dak fuq il-lemin lil San Ġwann Battista b’rispett lejn l-Ordni tal-Kavallieri. Iż-żewġ pitturi li jinsabu fuq dawn l-artali huma xog ħol l-artist magħruf Malti Francesco Żahra. Din il-knis ja ġdida ġiet ikkonsagrata mill-Isqof Fra Vincenzo Labi ni fil-15 ta’ Ġunju 1783.

Fejn l-artal maġġur insi bu erba’ pitturi oħra, waħda li turi lill-missier spiritwa

li tas-sorijiet Santu Wistin jagħti r-regola lis-soriji et, oħra tal-mewt ta’ Santa Monika, omm Santu Wistin, kwadru ieħor juri qtugħ irras ta’ San Ġwann u r-raba’ waħda lil San Pawl jikkon sagra lil San Publiju bħala l-ewwel isqof ta’ Malta. L-er ba’ pilastri maġġuri tal-knis ja għandhom żewġ pitturi kull wieħed, kollha qaddisin tal-Ordni Agostinjan.

Fin-naħa ta’ fuq insibu lil San Tumas minn Villanova; San Nikola minn Tolenti no; Sant’Antoninu martri u San Ġwann Fakundu minn Salamanca li kien devot tal-Ewkaristija. Dawn tpitt ru wkoll minn Rafel Carua na tal-Belt. Taħthom insibu erba’ qaddisin Agostinjani nisa: Santa Rita minn Cascia; Santa Chiara minn Montefal co; Santa Kristjana verġni u martri, u Santa Ġuljana Fal conieri verġni minn Udine. F’din il-knisja nsibu wkoll żewġ irħamiet kbar, waħ da li tfakkar lill-benefatturi nobbli Giovanni u Katari na Vasco-Oliviero u l-oħra b’kommemorazzjoni tal-fil jolanza tas-sorijiet mal-Ord ni Agostinjan li seħħet b’di griet tal-Papa Piju IX fid-29 ta’ Lulju 1850.

Fil-ġnub tal-bieb prinċi pali nsibu żewġ niċeċ żgħar

bil-busti ta’ Ġesù Nazzarenu u ta’ Marija Addolorata leb sin ilbies tal-bellus, it-tnejn xogħol Spanjol minn Sivil ja. Fis-sagristija tal-Knisja nsibu pittura sabiħa li tir rappreżenta l-erba’ dutturi tal-Knisja: il-Papa San Gir gor il-Kbir, San Ġlormu, l-Is qof Santu Wistin u l-Isqof Sant’Ambroġ kif ukoll oħra ta’ San Tumas minn Villa nova, Agostinjan u Isqof ta’ Valencia qiegħed iqassam ilkarità lill-fqar.

Ma jistax jonqos li knisja ta’ affiljazzjoni Agostinja na ma jkollhiex ukoll pit tura tal-Madonna tal-Bon Kunsill, devozzjoni mxerrda mad-dinja minn din l-Ordni reliġjuża ta’ patrijiet u sori jiet. Il-knisja u l-monasteru huma mogħnija wkoll b’bos ta relikwarji. Insibu wieħed fil-forma ta’ salib b’biċċa mis-Salib ta’ Kristu fih, ieħor b’ħafna għadam ta’ qaddisin madwaru u oħrajn fil-forma ta’ gwarniċi kbar dejjem b’numru ta’ għadam ta’ qaddisin. Fl-2004 saret statwa ġdida ta’ Santa Ka tarina, addattata għad-daqs tal-knisja minn Manwel Zammit li tinżamm fis-sa la ewlenija tal-monasteru u li tintrama fil-kappella għall-festa li tiġi ċċelebrata fil-25 ta’ Novembru.

Boċċi Club Birżebbuġa jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għat-tender tal-bar tal-istess lokal sa mhux aktar tard minn nhar il-Ħadd 4 ta’ Diċembru 2022.

Dawk interessati jistgħu jiġbru l-formola tagħhom mingħand is-Segretarju, mill-istess bar kuljum mis6:00pm sas-7:30pm.

20.11.2022 21
Il-Knisja ta’ Santa Katarina - Monasteru
OFFERTA GĦALL-KIRI TAL-BAR

SHARON CALLEJA DEJJEM TIKTEB U TIPPUBBLIKA

Lill-personalità tal-lum ili nafha żmien mhux ħażin, tant li llum sirna ħbieb sew wa. Minn dejjem ammirajtha u f’għajnejja naraha bħa la persuna mimlija talenti sbieħ u li fuq kollox taf tħad dimhom tajjeb. Qed nirreferi għal Sharon Calleja.

Toqgħod ix-Xagħra Għaw dex u għandha 44 sena. Taħdem bħala avukat fil-qa sam kriminali, ċivili u anke dak tal-familja. Għandha uffiċju legali x-Xagħra stess fejn id-dar u ieħor Ħal Lija. Tħobb ħafna taqra l-kotba, tirreċta fuq il-palk, tikteb bil-lingwa Maltija, issiefer u tmur bil-karavan f’postijiet differenti qrib il-baħar jew in-natura. Tħossha tirrilas sa tikteb l-istejjer bil-baħar quddiemha. B’dak il-mod tis pira ruħha ħafna.

Tħoss li għalkemm m’għadhiex xi żgħira, it-tif la ta’ ġo fiha ma kibret qatt. “Inħobb ħafna l-arti u milletà ta’ ħames snin, indunajt li n-namra ta’ ħajti kienet li nikteb l-istejjer u naqsam hom man-nies. Jiena persuna li nħobb lil kulħadd u nippro va ngħin ħafna lill-persuni li jkunu fil-bżonn,” bdiet tgħid li dwarha.

Il-kitba għaliha hija dik id-dinja li teżisti paralle la mad-dinja fejn tgħix u li tagħtiha l-mod li tkun tista’ toħloqha eżatt kif trid hi u

tkun fil-kontroll tal-karattri sabiex jagħmlu dak li tib da tistħajjel minnhom ħalli eventwalment toħroġ minn hom rakkont li jagħti l-għatx lill-qarrej sabiex jaqra l-ktieb sal-aħħar paġna.

S’issa kitbet u ppubblikat seba’ kotba

Sharon tħossha kompluta bħala persuna meta tkun qiegħda toħlom fi storja ġdida. Tkun qiegħda tin tilef mad-dettalji tagħha u ssir parti minnha. Meta tlesti storja, tibda tħoss ha li għandha xi ħaġa nieq sa u moħħha jibda jhewden kif ser terġa’ tidħol fi storja oħra.

Sal-età ta’ disa’ snin, Sharon trabbiet u għexet il-Kanada. Filli tgħix f’kobor ta’ pajjiż, u lura tgħix f’ċokon ta’ gżira Għawdxija. Staqse jtha nnotatx xi kambja ment fl-istil ta’ ħajja tagħha. “Ħafna. Jiena meta kont ngħix il-Kanada kont drajt li fix-xitwa kont nara kullim kien abjad bil-borra.

Hemmhekk kelli l-famil jari li għalkemm trabbejt magħhom f’ħajti meta ġejt hawnhekk ħassejt in-nuqqas tagħhom. U anke l-ħbieb. Xi ħbieb minnhom għadni f’kuntatt magħhom sal-lum. Il-ħajja hawnhekk differenti. Inħoss li l-ħajja hawnhekk

hija sabiħa u għalkemm pajjiż tant żgħir, għandna kollox. Fil-fatt, hemmhekk il-Kanada, biex wieħed imur jgħum, idum ħafna jsuq u hawnhekk għandna kollox magħna u l-baħar tagħna ma nibdlu ma xejn. Xi ġmiel. Missieri ġieli kien jagħmel tlett ijiem isuq biex immorru ngħumu.

Anke t-temp t’hawnhekk sabiħ immens. Fil-bidu, kien xi ftit diffiċli għalija għaliex ma kontx naf bil-Malti u l-madam riedet tpoġġini fi klassi ma’ tfal iżgħar minni għax kont għadni lura għal fejn it-tfal tampari. Iżda f’sa jf tgħallimt il-lingwa Maltija ħalli tpoġġini ma’ dawk ta’ daqsi u rnexxieli,” tbissmet tgħidli.

Ta’ min jgħid li Sharon bdi et tikteb stejjer qosra, iżda minn dejjem xtaqet li tikteb ktieb. Kitbet ukoll is-serje Rubini , idderiġiet ma’ Lino Grech Ħażen u Mrar u kit bet Eklissi . Ingħatat ukoll l-Għarb Cultural Award għall-kitba fl-2011. Fil-fatt, l-ewwel ktieb ippubblikat tagħha kien jismu Ċagħaq u għadha kemm ippubblikat l-aħħar ktieb riċenti tagħha Daqqa ta’ Ħarta Illum il-ġurnata hija avu kat, kif ukoll awtriċi ta’ kotba Maltin. Staqsejtha kemm-il ktieb ippubblikat b’kollox s’issa, u jekk hux

dejjem bil-lingwa Maltija. “Jiena s’issa ktibt seba’ kot ba. L-ewwel xogħol tiegħi li ħareġ fil-pubbliku kien Ru bini bħa l a skript. Għadni niftakar kont tajt parti milliskript lil wieħed attur ħabib tiegħi u vera kien għoġbu. Kien ħeġġiġni biex nagħm lu għat-televixin. Peress li x-xewqa tiegħi minn dejjem kienet li nsir awtriċi tal-kot ba, imbagħad kont ippubb likajt Ċagħaq ma’ BDL Books San Ġwann li dejjem emmnu fil-kotba tiegħi.

Għalkemm Ċagħaq , Pupa tal-Porċellana , Il-Kaxxa tadDaqq u Rubini huma fi stil ta’ thriller, Friefet u Pass ju huma ambjentati f’Mal ta fit-Tieni Gwerra Dinjija u l-aħħar ktieb tiegħi Daqqa ta’ Ħarta huwa rakkont emozz jonali ħafna.

Issa qiegħda nikteb ieħor ġdid li suppost ser jiġi ppub blikat is-sena d-dieħla. Ji ena dejjem bil-Malti nikteb għaliex inħoss li l-lingwa tagħna hija wisq sabiħa u aħna xxurtjati li għand na lingwa b’vokabularju daqshekk rikk, vast, uniku u sabiħ,” stqarret miegħi.

Staqsejtha taħsibx li meta tippubblika kotba bil-lingwa Maltija, tkunx qed tillim ita l-bejgħ tal-istess kotba tagħha. “Ovvjament għaliex meta wieħed jikteb bil-Malti, is-suq huwa limitat għal

dawk li jaqraw bil-Malti biss u allura huwa limitat. Meta wieħed pereżempju jikteb bl-Ingliż, il-kotba jistgħu jin biegħu f’diversi pajjiżi u għal dawk kollha li jaqraw bl-In gliż.”

Magħha ddiskutejt dwar x’jittratta eżattament ilktieb Daqqa ta’ Ħarta , u lejn min huwa mmirat. Fil-fatt, sirt naf li Daqqa ta’ Ħar ta huwa ktieb li fih storja ħelwa u ħafna minnu huwa rakkont veritier li għaddiet minnu meta marad u event walment miet l-għażiż mis sierha f’Palermo. “Jittratta wkoll il-marda tal-fibrożi tal-pulmun li hija kundizz joni rari. Nista’ ngħid li meta ktibtu kont emozzjonata ħafna u huwa xi ftit differ enti mill-kotba l-oħra tiegħi. Anke t-tmiem tiegħu huwa xi ftit mhux mistenni u jħal lik b’qalbek maqsuma, imma bit-tama fl-istess ħin.”

Għal min irid jakkwista kopja tal-istess ktieb, jista’ jagħmel dan mill-ħwienet kollha ewlenin inkella mingħand BDL Books San Ġwann stess li huma l-pubb likaturi tagħha stess.

Bil-persistenza tasal kullimkien

Magħha ddiskutejt dwar ilfatt jekk minn dak li tinnota, kemm taħseb li ż-żgħażagħ

20.11.2022 22
Kitba

BIL-MALTI

tal-lum qed jagħtu importan za lill-qari. “Għalkemm fil-bi du tal-karriera tiegħi bħala awtriċi kont xettika dwar kemm iż-żgħażagħ tal-lum jagħtu importanza lill-qari, dan kien bil-kontra għaliex ħafna qarrejja li jwaqq funi fit-toroq, jibagħtuli jew jgħiduli li jieħdu gost jaqraw il-kotba tiegħi huma żgħażagħ,” stqarret miegħi.

Dwar jekk hux biħsiebha tkompli tikteb u tippubb lika aktar kotba ’l quddiem, Sharon stqarret miegħi li għaddejja b’ieħor bħalis sa u għandha ġenn sabiex tippubblikah u tibda tisma’ r-rispons fuqu. “Huwa ta’ so disfazzjon kbir li nara ktieb ieħor minn tiegħi jiġi ppubb likat. U nispera li nkun nista’ nikteb iżjed għaliex il-muża għall-kitba ma tonqosx.”

Tkellimt magħha wkoll dwar xi jdejjaqha b’mod in ġenerali fil-ħajja tal-lum. “Il lum il-ħajja saret mgħaġġla wisq. Inbidlet. Sirna nidde pendu wisq mit-teknoloġija u jiena niftakar dinja ak tar libera, inqas dipendenti fuq dawn l-affarijiet. Inħoss li sirna wisq materjalis ti u l-ħajja sempliċi kienet tagħmilna aktar kuntenti minn ġewwa, f’qalbna.”

Mistoqsija jekk personal ment tippreferix il-ktieb tradizzjonali f’idejha, jew tħarisx lejn e-book bħala op

portunità oħra għall-qarrej, weġbitni: “Jiena waħda minn dawk il-persuni li nieħu ħaf na gost bi ktieb f’idi. Mhux ser nistħi ngħid li jiena u naqra ktieb inħobb inxomm il-karti tiegħu u nħosshom f’idejja,” stqarret miegħi.

Ta’ min jgħid ukoll li bħalissa, Sharon tinsab fi proċess ta’ drama ġdida lo kali bbażata fuq wieħed mill-kotba tagħha. Ħallejt f’idejha sabiex telabora dwar dan. “Għalkemm ix-xogħol għadu fi stadju bikri ħafna, qegħdin nippjanaw sabiex nagħmlu drama ġdida amb jentata fl-epoka. Drama hekk dejjem tkun sfida minħabba li trid iżżomm it-tradizzjoni jiet tagħna u tistudja eżatt kollox fid-dettall qabel ma tibda taħdem.”

Fl-aħħar ta’ din l-interv ista, stedintha tgħaddi mes saġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Dejjem emmnu fikom infuskom u fil-kapaċi tajiet tagħkom. Meta toħolmu xi ħaġa u tkunu tixtiequ tagħmluha, agħm luha. Avolja ma jirnexxilekx mal-ewwel darba. Ibqa’ pro va sakemm jirnexxilek. Meta kont żgħira kont noqgħod inħares barra mit-tieqa noħ lom li nixtieq inkun awtriċi. It-triq ma kinitx faċli. Waqa jt kemm-il darba. Imma bil-persistenza tasal kullim kien,” temmet tgħid.

SKEDA ONE

06:30 ONE News

06:45 Popcorn

07:15 Mill-Chcina ta’ Dari

07:20 Denfil

07:25 PrimeTime

07:50 HazZzard Update

08:00 Quddiesa tal-jum

08:30 Pjazza

09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update

TLIETA

22-11

06:30 ONE News 06:45 Żona Sport 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari

07:20 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 09:55 Denfil

06:30 ONE News 06:45 Esperti 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Denfil 07:25 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 09:55 Denfil

24-11 ĦAMIS

09:55 Denfil 10:00 Fost il-Ġimgħa

12:30 ONE News

12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update

13:00 Kalamita

15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Indhouse

17:30 Flimkien ma’ Nancy

10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Flimkien ma’ Nancy

17:00 Dak li Jgħodd 18:00 Pjazza 18:45 Żona Dinjija

10:00 Fost il-Ġimgħa

12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Dak li Jgħodd 17:00 Esperti

18:00 What’s Cooking 18:30 Pjazza

18:30 Pjazza

18:45 Żona Dinjija

19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News

20:10 PrimeTime

20:30 HazZzard 22:30 Teżori fil-Garaxx 23:30 ONE News

19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:30 Esperti 21:00 Awla 22:30 Country Jamboree 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News

18:45 Żona Dinjija

19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 PrimeTime 20:35 The Local Travel 21:00 Jackpot 4 22:20 Imqades L-Istorja 23:00 Ondroad 23:30 ONE News

ERBGĦA

23-11

06:30 ONE News 06:45 What’s

Cooking

07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Denfil 07:25 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update

09:55 Denfil 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News

12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update

13:00 Kalamita

15:30 ONE News

15:35 PrimeTime 16:00 The Local Traveller 16:35 Żona Sport 17:00 Aroma Kitchen

10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update

13:00 Kalamita

15:30 ONE News

15:35 PrimeTime

16:00 Taste & Travel 16:30 Popcorn 17:00 Indhouse 18:00 Pjazza

SIBT

06:30 ONE News 06:45 Country

Jamboree

07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 HazZzard 10:30 Aroma Kitchen 11:30 Popcorn

06:30 ONE News 06:45 Ondroad 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:40 Paperscan 10:00 Esperti 10:30 Indhouse 11:25 What’s Cooking

11:55 Telebejgħ

12:30 ONE News 12:35 Brillanti 15:30 ONE News

15:35 Flimkien ma’ Nancy

16:35 Sabiħa l-Ħajja 17:20 Ondroad

17:45 Pink Panther 18:25 PrimeTime 18:45 Żona Dinjija

11:55 Telebejgħ

12:30 ONE News

12:35 HazZzard Update

13:00 Arani Issa

15:30 ONE News 15:35 Dak li Jgħodd 16:30 Żona Sport 17:00 Ieqaf 20 minuta 17:30 L-Argument 19:20 Rapport tat-Temp

18:45 Żona Dinjija 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 PrimeTime 20:35 Niftakru 21:00 Pandora 21:00 Imqades l-Istorja 22:30 Żona Sport 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News

25-11 ĠIMGĦA

19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Arani Issa 23:30 ONE News

19:30 ONE News 20:05 PrimeTime 20:20 Taste & Travel 21:00 Teżori fil-Garaxx 21:50 Country Jamboree 22:20 HazZzard 23:30 ONE News

27-11 ĦADD

08.11.2020 20.11.2022 23
15-02 17-02 19-02
21-11
26-11
18:00 Pjazza 18:45 Żona Dinjija 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 PrimeTime 20:35 Taste & Travel 21:00 The Women of George Cross Island 21:30 Teżori fil-Garaxx 22:15 Awla 23:30 ONE News TNEJN
06:30 ONE News 06:45 Taste & Travel 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Denfil 07:25 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 09:55 Denfil

reċensjoni tal-ktieb

IL-ĦARBA

Jingħad li 30 fil-mija tal-Polonja hija mimli ja foresti; fosthom insibu l-Foresta Bialowieża msemmija għall-villaġġ Bialowieża li jinsab fil-qalba tagħha. Bosta jaqblu li s-siġar fil-for esti u fil-boskijiet ta’ dan il-pajjiż huma famużi ħafna. Mhux ta’ b’xejn, għalhekk, li d-deċiżjoni li ttieħdet minn dawk preżenti għal-laqgħa li saret l-għada kienet li l-ħarba tal-grupp kellha tkun lejn waħda mill-foresti fil-qrib.

Hemm setgħu jibnu tined u jgħixu ’l bogħod mill-periklu li jaqgħu f’idejn l-għadu Nażista.

F’dik il-laqgħa bil-moħbi fid-dar tar-Rabbi u martu, intlaħaq ftehim li dak il-lejl stess kellha ssir il-ħarba tagħhom.

“Qisu li tkunu moħħkom hemm. L-iċken żball jista’ jiswa l-ħajja tagħna lkoll,” wissie hom ir-Rabbi Jacob. Ilkoll għamlu sinjal li kienu fehmu t-twissija tal-mexxej tagħhom, għalhekk marru lejn djarhom iħejju ruħhom għal dak il-lejl importanti li kien ġej fuqhom.

“Hawn għandkom kamp mitwi għal kull famil ja. Tridu ġġorruh magħkom biex ikollkom fejn tistrieħu. Fl-istess ħin kull familja jkollha l-pri vatezza tagħha. Ma’ nofsillejl preċiż niltaqgħu hawn f’din il-kamra u mas-sinjal noħorġu wara xulxin bl-inqas ħsejjes possibbli. Il-ħruġ isir mill-bieb ta’ wara b’għajnejna miftuħin beraħ, ċerti li ħadd ma jkun qed jarana. Nibqgħu sejrin dritt b’pass mgħaġġel lejn il-foresta li ftehem na. Qisu li kull familja timxi għaliha, attenti għal kull pass li nagħmlu. Jekk xi ħadd minnkom jin qabad, ara ma jfettillux jikxef lil sħabu,” issokta Jacob.

“Meta naslu fil-foresta nitkellmu bejnietna

l-irġiel biex qalb is-siġar folti nagħżlu posti jiet adattati. In-nisa jsegwu lil żwieġhom mal-membri l-oħra tal-familja. Importanti, kif ġa wissejtkom, li ħsejjes nagħmlu mill-inqas. Illejla nzerta qamar kwinta u jagħtina ftit taddawl, għalkemm jien u Rut se jkollna torċa kull wieħed. Ma ninfirdux, għax nistgħu nintilfu u ...”

“Fhimniek, Rabbi,” kien pront qatagħlu kliemu Żakkarija.

Ir-Rabbi deher sodisfatt.

Kollox sar kif kien miftiehem. Ma’ nofsille jl preċiż ilkoll iltaqgħu fil-kamra miftiehma. Kulħadd ħa l-kamp tiegħu u f’kemm ilna ngħidu ħejjew biex jibdew l-avventura tagħhom li kell ha tagħtihom il-ħelsien mill-ħakma Nażista.

Kienet il-ħarifa u l-kesħa kienet ġa bdiet tagħmel tagħha. Fuq kollox, matul il-jum kienet niżlet ħafna xita, imma minn waranofsinhar it-temp deher li kien qagħad. Kulħadd tkebbeb mill-aħjar li seta’ bi lbies oħxon, b’xalel u bi bri eret bil-għan li jtaffu xi ftit il-kesħa. Minħabba x-xita li kienet għamlet, l-art mhux biss kienet tiżloq, imma kienet mimlija tjun. Minħabba f’hekk, riedu jkunu b’seba’ għajnejn fejn imiddu riġlejhom.

Kif wieħed jistenna, barra minn pajjiżna d-distanzi huma twal ħafna għax il-pajjiżi huma ikbar. Fil-fatt, il-mixja notturna tal-grupp kell ha tieħu madwar siegħa u nofs u anki sagħtejn. Ilkoll imxew bil-għaqal, fis-skiet u b’qalbhom tħabbat sitta sitta. Il-bard u t-tensjoni kienu flaqwa tagħhom, imma l-kelma ta’ kuraġġ u tama li kien żera’ fihom ir-Rabbi Jacob ħalliet l-effett tagħha.

Mistoqsija: Biex inhi mimlija 30 fil-mija tal-Polonja?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IL-ĦARBA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 27 ta’ Novembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb MIBDUL hija:

C. MUSCAT - GŻIRA

Tweġiba:

Indirizz:

20.11.2022 24
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 03 F’10 snin b’kemm żdiedet l-għajnuna finanzjarja lill-assoċjazzjonijiet sportivi?
Isem: Numru tat-telefown:

THE FLORIDA HIGHWAY KILLER

Il-ħajja kiefra ta’ Aileen Wuornos

L-EWWEL PARTI

Aileen Carol Wuornos kienet qattiela tal-massa Amerikana. Wuornos qat let sebat irġiel bejn Novembru tal1989 u Novembru tal-1990 b’tiri ta’ arma tan-nar fi Florida. Wuornos, li kienet taħdem bħala prostituta, qa let li qatlithom biex tiddefendi lilha nnifisha wara li pruvaw jistuprawha. Hi nstabet ħatja għal sitt omiċidji minn sebgħa għax il-katavru ta’ vit tma minnhom ma nstabx u ta’ dawn weħlet il-piena tal-mewt. Wuornos inqatlet b’injezzjoni letali fid-9 ta’ Ot tubru tal-2002 wara li qattgħet 12-il sena l-ħabs.

It-tfulija ta’ Wuornos

Aileen Carol Wournos twieldet fid-29 ta’ Frar tal-1956 f’Rochester, fl-istat ta’ Michigan fl-Istati Uniti. Ommha, Diane Wuornos, kellha biss 14-il sena meta żżewġet lil missier Aileen, Leo Dale Pittman, li kellu 18-il sena. Huma żżewġu fit-3 ta’ Ġunju tal-1954. Fl-14 ta’ Marzu tal-1955, Diane welldet l-ewwel wild tal-koppja, Keith u meta kellha biss 16-il sena welldet lil Aileen. Meta Aileen kellha xahrejn, il-ġenituri tagħha ddivorzjaw.

Wuornos qatt ma ltaqgħet ma’ missierha għax meta twieldet kien il-ħabs u ommha abbandunat lilha u lil ħuha billi ħalliethom mal-ġen ituri tagħha, li t-tnejn kienu jħobbu l-qatra. In-nanniet addottaw lin-ne putijiet legalment fit-18 ta’ Marzu tal1960. L-aħwa Wuornos kienu esposti għal diversi abbużi fid-dar tan-nan niet tagħhom, li wasslu għal trobbija mħarbta. Ta’ 11-il sena, Wuornos beda jkollha x’taqsam sesswalment ma’ subien fl-iskola biex jagħtuha xi sig aretti, drogi jew ikel.

Fl-1970, meta kellha biss 14-il sena, Wuornos ġiet stuprata minn ħabib ta’ nannuha u nqabdet tqila. Fit-23 ta’ Marzu tal-1971, Wournos welldet tifel f’dar għall-ommijiet mhux miżżewġin u tefgħetu għall-addozzjoni. Ftit xhur wara mit-twelid ta’ binha, Wuornos waqfet mill-iskola u nannuha keċċie ha ’l barra mid-dar. Hi spiċċat bdiet tipprostitwixxi ruħha biex tkun tista’ tgħajjex lilha nnifisha filwaqt li bdiet tgħix f’bosk qrib id-dar tan-nanniet tagħha.

Ħajja kriminali

Wournos ġiet arrestata f’Jefferson County f’Colorado meta kellha 18il sena minħabba li bdiet issuq taħt l-effett tax-xorb u fl-istess ħin bdiet tispara b’arma tan-nar. Fl-1976, Wuor nos marret fi Florida, iltaqgħet ma’ Lewis Gratz Fell ta’ 69 sena u żżewġi tu wara ftit żmien. Iż-żwieġ ma tantx

dam hekk kif żewġha ngħata ordni ta’ protezzjoni kontra Wuorons wara li sawtitu bil-bastun tiegħu stess.

Fl-4 ta’ Lulju tal-1976, Wourons ġiet arrestata wara li tefgħet boċċa tal-billiard lill-barista tal-bar li kienet fih. Kważi ħmistax wara dan ir-reat, ħu Wuorons miet b’kanċer u ngħatat is-somma ta’ 10,000 dollaru tal-polza tal-assigurazzjoni tiegħu. F’Awwissu, Wuorons qalgħet ċitazz joni talli saqet taħt l-effett tax-xorb u ħallset is-somma ta’ 105 dollaru millflus li ġabret. Il-kumplament tal-flus ħarqithom f’qasir żmien, fosthom billi xtrat karozza li kissritha ftit wara li xtratha. Fl-20 ta’ Mejju tal-1981, Wourons ġiet arrestata f’Edgewater fi

Florida wara li daħlet tisraq f’ħanut tal-merċa. Hi weħlet sentenza ħabs fl-4 ta’ Mejju tal-1982 u ġiet rilaxxata fl-aħħar ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. Il-ħajja kriminali ta’ Wourons kom pliet hekk kif fl-1 ta’ Mejju tal-1984, għal darb’oħra, hi ġiet arrestata fuq użu ta’ ċekkijiet foloz. Fit-30 ta’ No vembru tal-1985, Wuorons tniżżlet fuq il-lista ta’ suspettati fuq serqa ta’ arma tan-nar u l-balal tal-istess arma f’Pasco County. Imbagħad f’Jan nar tal-1986, Wuornos ġiet arrestata f’Miami mixlija b’serq ta’ karozza, li rreżistiet l-arrest u li pruvat tagħti in formazzjoni falza lill-pulizija. L-uffiċ jali tal-pulizija sabu wkoll pistola fil-pussess tagħha. F’Ġunju tal-istess

sena, Wuorons reġgħet spiċċat fil-mi ra tal-pulizija hekk kif wieħed raġel akkużaha li heddietu b’arma tan-nar biex jagħtiha 200 dollaru. Fil-fatt, il-pulizija sabu li vera kellha arma tan-nar taħt is-seat tal-karozza li kellha.

Fl-1986, Wuorons iltaqgħet ma’ Tyria Moore, li kellha 24 sena. Huma marru jgħixu flimkien u Wuorons bdiet taħdem bħala prostituta biex tgħajjex lilha nnifisha u lil Moore.

Il-bidu tal-qtil

F’sena, Wourons qatlet sebat irġiel li kellhom bejn 40 u 65 sena. Hi qalet li qatlithom għax pruvaw jistuprawha.

20.11.2022 25
TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Aileen Wuorons żagħżugħa Aileen Wuorons żgħira Aileen Wuorons

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju:

Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

20.11.2022 26
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri. 1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24
20.11.2022 27 TISLIBA 461 MIMDUDIN:
WEQFIN:
Balla,
. Libbra,
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 D. BONNICI - SAN PAWL IL-BAĦAR Isem: Indirizz: WEQFIN: 1,11. Xogħolhom jaqdfu (8) 2. Tiġieġa Ingliża (3) 3,15. Waddbulek il-ġebel (9) 5. Tiżbalja bl-Ingliż (3) 6. Ingliż ġdid (3) 8,23. L-ogħla liġi fil-pajjiż (13) 11, Ara 1 wieqfa 12. Physical Education (1,1) 13. Tlieta Taljani (3) 14. Irabbi l-bhejjem (6) 15. Ara 3 17. Nora Muscat Abela (1,1,1) 21. Mhux mejjet (3) 22. Hekk jgħajtu lil Toni (3) MIMDUDIN: 1. Jaħdem fuq il-vapuri (5) 4. Kompli l-qawl: Għall-faqsi ....... la tistaqsi (4) 7,19. Żibel (5) 9. Iġri bl-Ingliż (3) 10. Batew (6) 12. Ipinġi dan (6) 16. Stazzjon tat-televixin u wieħed (3) 18,21M Pjanta (5) 19. Ara 7 20. Ma ħalliex magħluq (5) 21. Ara 18 23. Ara 8 24. Kalza mħawda (5) Bi 3 NUMRI 064 101 147 268 288 308 844 898 983 997 B’4 NUMRI 0622 1344 2094 2172 2215 2248 2510 2548 2673 2880 3000 4595 4600 4610 5002 5146 5306 5530 5669 5987 6100 6551 6671 6815 6848 7098 7197 7894 8111 8490 8862 9141 9898 9984 B’5 NUMRI 00838 02261 05203 13202 18000 20585 24447 25291 29585 29910 31994 52744 55052 61567 73090 77573 83027 85426 86985 88394 89501 97261 97274 98466 B’6 NUMRI 399071 506994 954593 955307 B’7 NUMRI 0694248 3772307 7994921 8288653 Bi 8 NUMRI 62252591 75237867 84396431 9265426
1.Waħda, 4.Melħ, 7,23.Skarta, 9,19. Sarria, 10.Saħħet, 12.Sapuna, 18,15. Iċċaqlaq, 20.Taċċi, 21.BBC, 24.Ifieq
1.Wassal, 2,12W. Ħarsa, 3.Ass, 5.ETH, 6.Ħut, 8.Kapuċċini, 11,16.
13.Pia, 14.Aringi, 17,21W
22.Ċat

RIĊETTA FIT-TKATTIR TAL-FIDUĊJA

Editorjal

Il-Partit u Gvern Laburista ħad mu qatigħ biex isaħħu l-fiduċja li qed igawdi llum pajjiżna. Anke jekk ir-riżultati u ċ-ċertifikati jibqgħu jseħħu regolarment u b’mod frekwenti, prattikament mingħajr interruzzjonijiet, xejn mhu se jwaqqaf lit-tmexxi ja tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela milli tkompli f’din it-triq li qed tis sarraf fl-aqwa sostenn lill-pop lu kollu, minkejja d-diffikulta jiet, l-ostakli u l-kriżijiet.

raw lil negozji u impriżi jroddu ħajr lill-amministrazzjoni nazz jonali, għax bl-appoġġ sħiħ talIstat setgħu jwettqu l-ideat u x-xewqat tagħhom biex jitfgħu l-ankri fostna jew anke jkatt ru l-ħidma u jkomplu jinjettaw ġidhom hawnhekk.

tar investimenti. Fl-istess ħin u anke parallel ma’ dan kollu, ilGvern se jibqa’ għaddej iwettaq ir-riformi meħtieġa u jkattar il-ġustizzja soċjali.

L-għaqal fit-tmexxija u l-aħjar deċiżjonijiet f’waqthom kienu riflessi fir-riżultati pożittivi għal pajjiżna minn diversi istituzzjonijiet u esperti internazzjonali … aspirazzjoni wkoll għal aktar kisbiet fiż-żmien li ġej, flimkien ma’ fiduċja u reputazzjoni dejjem akbar

Konfermi fl-aħħar xhur, ġim għat u jiem minn istituzzjonijiet esperti bħall-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), il-Kum missjoni Ewropea, l-aġenziji ta’ kreditu bħal Fitch Ratings u Moody’s, u anke l-Bank Ċen trali Malti dwar il-momentum qawwi li qabad il-pajjiż, jixh du l-għaqal amministrattiv u t-teħid tal-aħjar deċiżjonijiet f’waqthom.

U dan waqt li l-Unjoni Ewro pea għaddejja mill-aktar żmini jiet diffiċli u ħafna stati membri oħrajn jinsabu għarkupptej hom f’riċessjoni jew qrib.

L-istess l-investimenti koll ha, kemm dawk minn barranin f’pajjiżna kif ukoll oħrajn lokali,

Dan ġie espress ukoll diret tament lill-Prim Ministru din ilġimgħa waqt żjarat varji li kellu għand kumpaniji privati, bħal Burmarrad Group u Greens Su permarket, li għadhom kif es pandew l-operat tagħhom.

L-istess f’Ta’ Qali waqt waħ da mill-akbar fieri tal-igaming fid-dinja, is-SiGMA, u fiċ-ċent ru tan-negozju CF f’San Ġiljan fejn iltaqa’ ma’ rappreżentanti tal-kumpaniji Pariplay, li topera wkoll f’dan il-qasam, il-Hilbert, li tispeċjalizza fi strateġiji għassuq diġitali, u l-Eurowings, li fl-industrija tal-avjazzjoni qed tkompli ssaħħaħ il-preżenza hawn Malta fejn illum qed in gawdu minn wieħed mill-akbar reġistri globali.

Dan kollu jaspira għal aktar riżultati pożittivi fiż-żmien li ġej, flimkien ma’ fiduċja u repu tazzjoni akbar fil-pajjiż biex ikompli jsir kalamita għal ak

Kif għamel diġà fl-aħħar sen tejn u nofs ta’ diffikultajiet u kif indikaw ir-rieda u d-determi nazzjoni tal-Prim Ministru fi tmiem il-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista lbieraħ, il-ġejjieni ta’ pajjiżna hu sabiħ, forsi anke isbaħ minn dak li qed ibassru l-esperti in ternazzjonali.

Kif għamel anke fl-għeruq tiegħu stess, il-Partit Laburista llum hu ddikjarat bħala l-uni ka forza politika li għandha l-kuraġġ neċessarju li tibdel u tiddeċiedi favur kwalità ta’ ħajja dejjem aħjar. Il-politika progressiva, li esperjenzajna f’dawn l-aħħar snin, m’għand ha l-ebda intenzjoni li tieqaf.

Hu biss il-Partit Nazzjona lista ta’ Bernard Grech – jew min qed imexxih – li jrid jagħ ti stampa totalment differenti minn dik li qed igawdu minnha ċ-ċittadini u n-negozji kollha fil-pajjiż.

Fil-ħolm immaġinattiv tagħ hom mhux biss jixtiequ li joqtlu

r-realtà li Malta tinsab fid-direz zjoni t-tajba u jipprovaw jagħtu impressjoni ta’ taħt fuq tas-sit wazzjoni lokali u dik internazz jonali, iżda wkoll jittantaw jat tribwixxu u jbellgħu d-dgħufija, li se jibqgħu magħrufin għaliha l-aħħar Gvernijiet Nazzjonalis ti, lit-tmexxija attwali tal-Gvern Laburista u Dr Abela.

Anke jekk il-ħolm hu dejjem b’xejn, dan se jibqa’ jirrovina lill-Oppożizzjoni nnifisha u jtel lifha iżjed mill-kredibbiltà diġà skarsa.

Effettivament in-nuqqas ta’ min hu kapaċi li jamministra kif jixraq fil-PN biex anke jin dirizza l-problemi u l-konflitti interni, kif anke jixtiequ Nazz jonalisti sinċieri stess, qed ikompli jbattal lill-PN mill-ftit fiduċja li fadallu.

Bil-maqlub, il-Partit Laburis ta se jkompli jsarraf il-fiduċ ja investita fih f’iżjed riżultati pożittivi li jagħmlu d-differen za fil-ħajja tan-nies, fit-tkat tir tan-negozji u fit-tqassim tal-ġid. Fi kliem Dr Abela nnif su, il-ġejjieni għal pajjiżna hu sabiħ, waqt li flimkien, bħala soċjetà, kapaċi nilħqu aspirazz jonijiet dejjem akbar.

20.11.2022 28
Eh!… Kap!
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.