KullĦadd_20.09.2020

Page 1

IĦAMMĠU LIL MALTA B’AVUKAT LI ĠIE SKREDITAT

www.one.com.mt Il-Ħadd, 20 ta’ Settembru, 2020

Ħarġa Nru 1,419

Rapport f ’paġni 4u5

Prezz €1

SENA SKOLASTIKA BI TĦEJJIJIET ĠODDA M’għandu jkun hemm l-ebda dibattitu u għandu jkun hawn qbil unanimu kullimkien dwar il-fatt li wliedna ħaqqhom l-aħjar edukazzjoni, li jfisser li l-alternattiva li jagħmlu xi sena msakkrin fid-djar ’il bogħod mill-iskejjel sakemm jibda jitqassam il-vaċċin mhix soluzzjoni. Is-sena skolastika li jmiss se tkun waħda differenti minn dawk tas-snin kollha li nafuhom u dan fid-dawl tal-imxija tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ minimizzazzjoni tar-riskju li rridu nieħdu. Fl-istess waqt nafu li l-poplu tagħna huwa poplu reżiljenti li huwa determinat li jirnexxi u jagħmel suċċess f ’diversi oqsma. Huwa fatt issa li dwaru hemm qbil mad-dinja kollha, li t-tfal għandhom imorru lura ħalli jkomplu jieħdu l-edukazzjoni tagħhom. Fatt li ġie stabbilit mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), awtoritajiet kompetenti u entitajiet oħrajn internazzjonali. Il-ħsara jekk uliedna ma jmorrux l-iskola tkun kbira ħafna. Tkellimna mal-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici f ’dan ir-rigward u t-tħejjijiet li qegħdin isiru ġimgħa qabel jiftħu l-iskejjel. Tlabnieh anke jwieġeb għal mistoqsijiet li għadhom isiru mill-ġenituri li jridu jserrħu rashom li wliedhom deħlin f ’ambjent san u sigur.

Tkompli f ’paġni 8 u 9

QABŻA FIL-ĦAJJA BEJN KRIŻIJIET ANALIŻI DWAR L-GĦAJXIEN LOKALI FI ŻMINIJIET EĊĊEZZJONALI TINDIKA ĊAR LI LLUM IL-FAMILJI MALTIN GĦADDEJJIN FERM AĦJAR MILLI KIENU FL-2009 FIL-KRIŻI FINANZJARJA INTERNAZZJONALI Analiżi għall-KullĦadd, li tqabbel il-qagħda ta’ familja Maltija fil-perjodu tal-kriżi finanzjarja internazzjonali ta’ 11-il sena ilu u dik medika tal-lum, toħroġ mhux biss il-baħar jaqsam filmod kif Gvern Nazzjonalista u Gvern Laburista ffaċċjawhom direttament u l-miżuri adottati, iżda anke kif seba’ snin mill-bidla fl-amministrazzjoni affettwaw għall-aħjar l-għajxien u s-saħħa finanzjarja taċ-ċittadini b’mod ġenerali. Mingħajr ma jitqies il-fatt li l-kriżi bil-pandemija tal-COVID-19 hi ferm akbar minn dik tal-2009, tant li qed titqies bħala l-akbar waħda globali f ’għexieren twal ta’ snin, jirriżulta li ċ-ċittadini Maltin illum qed iduqu ħajja iżjed komda u ta’ serħan il-moħħ minn dakinhar. L-analiżi tagħna tikklassifika din id-diskrepanza fid-dħul finanzjarju tal-ħaddiema, qabża ta’ 3.3%, żieda ta’ aktar minn €1.2 biljun fit-tifdil fil-banek, kważi nofs il-qgħad irreġistrat u tmien darbiet iżjed fil-fi-

duċja popolari. L-avvanz irreġistrat hu diġà kbir, iżda dan jista’ faċilment ikun akbar minħabba d-differenza fil-kobor talkriżi tal-lum u anke ż-żieda fil-popolazzjoni, fost oħrajn. Fl-2009 l-ekonomija ta’ pajjiżna kienet milquta mill-kriżi finanzjarja internazzjonali u dakinhar il-Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi kien

ftaħar li kien laqa’ għal din ir-riċessjoni u li l-familji f ’pajjiżna kienu marru tajjeb, speċjalment meta mqabbel ma’ dawk fil-bqija tal-Ewropa. Avolja l-kriżi dakinhar ma kinitx laqtitna daqs oħrajn, sempliċement għax ma kellniex wisq djun ma’ barra, l-analiżi li saret għal din il-gazzetta turi kif il-qagħda tal-familji Maltin u Għawdxin fir-realtà kienet marret

2009

2020

Differenza

Qgħad

7,500

3,981

-3,519

Bidla fid-dħul tal-ħaddiema*

-1.2%

+2.2%

+3.4%

Depożiti tal-familji Sentiment fost il-familji

-€33 miljun +€1.193 biljun +€1.226 biljun -25.2%

*id-dħul wara li ġiet meqjusa l-inflazzjoni

-3.3%

+21.9%

għall-agħar konsiderevolment. Dan partikolarment għax l-amministrazzjoni Nazzjonalista dakinhar ma kienet ħasbet għall-ebda mezz kif tgħin lill-familji f ’pajjiżna, mhux l-inqas għax fis-sena ta’ qabel, biex tintrebaħ l-elezzjoni, l-istess Gvern żied id-defiċit tal-Gvern minn 2.1% fl-2007 għal 4.2% fl-2008. B’riżultat ta’ hekk, il-Kummissjoni Ewropea imponiet li l-Gvern idaħħal miżuri ta’ awsterità, biex id-defiċit naqas għal 3.2% fl-2009. Dan seħħ f ’sena meta madwar l-Ewropa kważi kull pajjiż tħalla jżid id-defiċit ħalli jgħin lill-familji u n-negozji. F’Malta minflok il-Gvern kompla jgħabbi l-piżijiet fuq il-poplu tant li l-għoli tal-ħajja kien tela’ għal 4%, jew erba’ darbiet iżjed mir-rata preżenti. B’riżultat ta’ din l-inflazzjoni, id-dħul tal-ħaddiema kien naqas b’1.2% fuq il-livell ta’ sena qabel.

Tkompli f ’paġna 6


02

20.09.2020

one.com.mt

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 29°C L-Inqas Temperatura: 23°C L-Indiċi UV: 7 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja tiksi ċ-ċentru talMediterran It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Baxx mill-Grigal It-Temperatura tal-Baħar: 28°C

Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR

It-Tnejn

tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Indirizz Postali KullĦadd

30°C

UV 7

24°C

Il-Ħamis

30°C

UV 7

24°C

31°C

Il-Ġimgħa

UV 7

24°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000 32°C

Sit Elettroniku One News one.com.mt

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

UV 7

26°C

30°C

UV 7

23°C

29°C

UV 7

21°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IT-TNEJN 21 TA’ SETTEMBRU

New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta – 21244813 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21221512 Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi – 21487739 St. Paul’s, Triq Brared, Birkirkara – 21442135 Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Il-Ġżira – 21332080 San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke – 21378485 Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627 St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 21436348 St. Louis Pharmacy, Shop 1, Bohemian Courts, Vjal l-Indipendenza, Il-Mosta – 21432802 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien – 21672757 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m, Triq il-Lampuka, Marsaskala – 27023322 Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk – 21651278 Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, Il-Qrendi – 21680828 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzoppardi, Is-Siġġiewi – 21461681 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128 Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat, Għawdex – 21551841 Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn, Għawdex – 21563617

Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21225785 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21221512 Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara – 21492958 Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta’ Xbiex, L-Imsida – 21331732 Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann – 21387479 Remedies Pharmacy, 144, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21344722 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 Tat-Tarġa Pharmacy, Plot no.2, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21433141 Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa – 21523536 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Marsaskala – 27023322 Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, Iż-Żejtun – 21693723 Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa – 21692546 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447 Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana, Għawdex – 21566979 Gozo Chemists, Mġarr Road, Ix-Xewkija, Għawdex – 21557278


03

20.09.2020

one.com.mt

Jiġu żminijiet li tieqaf mir-rutina biex timmarka mumenti speċjali, li kapaċi jaffettwaw anke d-destin tiegħek. U jekk dawn jiġu wara għadd ta’ sagrifiċċji u taqtigħ il-qalb ifisser li r-rieda għalihom tkun akbar u s-sbuħija tagħhom trendi aktar fit-tul. Illum nixtiequ nawguraw lill-kollega Kimberly Cutajar fil-ġurnata li se tkompli tgħaqqadha iżjed mal-maħbub tagħha Justin Cefai. L-isbaħ xewqat mingħand l-Editur, il-ħaddiema l-oħrajn fil-KullĦadd u ONE News.

ID-DOPPJU TA’ NISA F’KARIGI TA’ TMEXXIJA L-ogħla karigi taċ-Ċivil illum huma okkupati kważi mid-doppju tan-nisa li kien hemm seba’ snin ilu, skont tagħrif li ngħata fil-bidu tal-ġimgħa ddedikata għas-Servizz Pubbliku. Waqt li fl-2012 kien hemm 96 mara fit-tmexxija tas-servizz, illum hemm 188 mara, inklużi erba’ Segretarji Permanenti, 18il Direttur Ġenerali, 66 Direttur u 100 Assistent Diretturi. Dawn ukoll ilaħħqu għal 46% tal-pożizzjonijiet kollha tat-tmexxija fis-Servizz Pubbliku. Imqabbel mal-medja tan-nisa fit-tmexxija fil-pajjiżi tal-G20, skont il-Women Leaders Index, li hu ta’ 28%, l-avvanz li għamlu n-nisa lokali f ’dan ir-rigward hu sinifikanti. Tant hu hekk li, f ’dan ir-rigward, pajjiżna għandu punteġġ daqs l-Ingilterra, iżda aħjar minn oħrajn bħall-Italja (36%), l-Istati Uniti tal-Amerka (34%), Franza (33%) u l-Ġermanja (28%). Fatturi kruċjali li ddaħħlu flaħħar snin u qed jinkoraġġixxu

lil uffiċjali pubbliċi nisa biex ikomplu javvanzaw fil-karriera u jilħqu l-ogħla skali huma l-miżuri ta’ bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-familja, is-servizz taċ-childcare b’xejn u sponsorships u boroż ta’ studju offruti mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi, fost oħrajn. Minn dawn tal-aħħar biss, tqassmu aktar minn 650 mill-2017 lil hawn b’investiment governattiv ta’ ftit inqas minn €3 miljun. Fil-ftuħ tal-Ġimgħa għasServizz Pubbliku 2020, bit-tema “Servizz Pubbliku Dejjem Miegħek”, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar ta ħarsa lejn ħidmet is-Servizz Pubbliku matul dawn l-aħħar 12-il xahar, waqt li ppreżenta wkoll l-ewwel riżultati ta’ analiżi akkademika li saret dwar il-ħidma tas-Servizz Pubbliku. Is-Sur Cutajar qal li s-suċċess ta’ dawn l-aħħar snin jitkejjel ukoll mill-fiduċja fis-Servizz Pubbliku, li skont il-Eurobarometer, hi 18% ogħla mill-medja Ewropea.


04

20.09.2020

one.com.mt

IĦAMMĠU LIL MALTA B’AVUKAT LI ĠIE SKREDITAT ĊENTRU PARTIT LABURISTA ĦAŻ-ŻABBAR

Ġbir ta’ offerti miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun nhar it-Tlieta 22 ta’ Settembru u l-Erbgħa 23 ta’ Settembru bejn id-9am u l-5pm. Tfigħ ta’ offerti miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun nhar il-Ħamis 24 ta’ Settembru u l-Ġimgħa 25 ta’ Settembru bejn id-9am u l-5pm.

APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-POSTIJIET TA’ GENERAL PRACTITIONER MAL-AACC L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità fi ħdan is-Segretarjat għall-Anzjanità Attiva u Persuni b’Diżabbiltà qed tilqa’ applikazzjonijiet għallpostijiet ta’ General Practitioner fuq bażi fulltime jew part-time. L-applikazzjonijiet jinsabu fuq il-portal tal-Gvern:www.recruitment.gov.mt Id-data tal-għeluq hija t-28 ta’ Settembru. Għal aktar informazzjoni tista’ tikkuntattjana fuq hrelderly.mfcs@gov.mt jew 22788450

Fl-aħħar attentati tiegħu biex ikisser l-ekonomija Maltija, l-establishment Nazzjonalista qed juża Amerikan akkużat li jitħallas minn kriminali biex jattakka r-reputazzjoni ta’ individwi u anke pajjiżi sħaħ permezz ta’ stejjer foloz L-attakki mill-establishment Nazzjonalista bil-għan konxju minn dak li kien iseħħ sal-2013 u wara, tant li li jiġi skreditat Gvern Laburista sa mill-2013 u, l-Elezzjoni Ġenerali tal-2017 tat lill-Partit Laburista agħar minn hekk, titkisser l-ekonomija nazzjonali rebħa akbar minn dik ta’ qabilha, minkejja li kienu b’dannu akbar fuq l-għajxien taċ-ċittadini Maltin u diġà jitqanqlu ħafna konġuri u teoriji ta’ komplott. Is-sehem tal-Amerikan Kenneth Rijock flGħawdxin laħqu livell ġdid din il-ġimgħa, b’imaħħar jiem jidħol kexxun f ’din ir-retoriplikazzjonijiet mill-aktar serji li jinvolvu ka qerrieda tal-establishment Naztattiċi Mafjużi. zjonalista, bi stejjer minsuġa ma’ Il-fazzjoni l-antika fil-Partit suppożizzjonijiet, simili għal fl-Oppożizzjoni, li riċentedawk li diġà nstabu fil-konkment ukoll fetħet attakk silużjonijiet tal-inkjesta dwar mili biex terġa’ tieħu taħt l-istorja infama ta’ Egrant, idejha t-tmexxija tad-Dar biex ikabbru l-għagħa u Ċentrali, ilha tuża r-riżorsi jagħtu kredibbiltà lill-gideb. vasti tagħha, partikolarDan l-eks avukat, bankier ment fil-midja, biex ittapu ħassiel tal-flus għall-Mafja pan ir-reputazzjoni ta’ Malta f ’Miami llum jiddeskrivi lilu kemm lokalment kif ukoll nnifsu bħala kriminal ikkoninternazzjonalment. L-iskop vertit u li qed jgħin anke aġenziji ewlieni jkun li l-mixja pożittiva, Amerikani, bħall-FBI, biex issir li qabdet Malta wara li seba’ snin ġustizzja dinjija. Minkejja dan, riċerilu l-poplu keċċa lill-aħħar Gvern ka fl-aħħar snin tikxef kif Rijock Nazzjonalista, immexxi minn LawKenneth Rijock ilu snin jiġi akkużat li qed jitħallas rence Gonzi, tiġi mrażżna malajr biex joħloq stejjer fittizji u manipulati bl-iskop li kemm jista’ jkun. Fost it-tattiċi użati kontinwament f ’dan il-perjo- jiskredita individwi, għaqdiet u saħansitra pajjiżi du hemm it-travestiment tal-verità tal-fatti bi stejjer sħaħ, skont ix-xewqa tal-klijenti tiegħu. Speċi ta’ foloz u oħrajn manipulati, kemm qabel dawn jiġu merċenarju modern. Dan iseħħ permezz ta’ artikli investigati kif jixraq kif ukoll wara li dan iseħħ u regolari fuq il-blogg li ħoloq bl-isem ta’ Financial ma jkunx hemm nitfa ta’ sustanza f ’dak li jkun qed Crime, ibbażat fuq l-esperjenza kriminali li jgħid li jiġi allegat bl-aktar mod gravi. Minkejja dan, wieħed għandu u li fuqhom ħoloq ukoll ktieb The Laundry irid jirrikonoxxi li l-isforzi kollha wasslu għal reazz- Man ippubblikat fl-2012. Aktar minn kollox, l-istorja tal-passat tiegħu joni negattiva fil-fora internazzjonali, anke jekk qatt ma wasslu għar-riżultati devastanti mixtieqa taħsibha ħierġa minn xi film ta’ James Bond, kif ukoll tixhed storja fid-Daily Mail stess, bħala profl-ekonomija nazzjonali. Fl-istess waqt, iżda, l-istess elementi politiċi mozzjoni għall-ktieb. B’mod stramb din hi ffirmata tkażaw b’liġijiet nazzjonali li “jmorru kontra s-salt- minn Rijock innifsu, flok xi ġurnalist. Minkejja dan, fl-aħħar snin kien iffaċċjat b’numna tad-dritt” anke jekk qatt ma kien issuġġerit lil amministrazzjonijiet preċedenti biex dawn jinbidlu, ru ta’ kawżi għad-danni b’riżultat tal-malafami u wisq inqas xi ħadd qanqal xi tip ta’ għadab f ’dan d-defamazzjonijiet tiegħu. Akkużi oħrajn huma li llum bidel ir-rwol fid-dinja kriminali għal wieħed ir-rigward f ’dak iż-żmien. Għaldaqstant, mhux b’sorpriża li t-tali tattiċi qatt aktar raffinat fejn juża l-għarfien li għandu dwar ma kellhom l-istess effett f ’Malta stess, fejn kulħadd metodi fil-ħajja Mafjuża biex joħloq argumenti u teoriji li jħammġu lil dawk li b’xi mod jostakolaw jew ikunu fuq żaqq il-klijenti tiegħu. Analiżi ta’ din il-gazzetta turi kif Rijock, li diġà Bidel ir-rwol fid-dinja kellu sensiela ta’ kawżi fil-qrati minħabba “kamkriminali fejn juża l-għarfien panji ta’ fake news”, inkluż fl-Istati Uniti stess, u li għandu fil-ħajja Mafjuża qed jiġi mfittex għad-danni mill-Prim Ministru ta’ Dominica, pajjiż tal-Commonwealth fl-Amerka biex joħloq argumenti u Ċentrali, jaħdem ma’ persuna oħra dubjuża involuta teoriji li jħammġu lil dawk li f ’każi ta’ frodi, il-Kanadiż Monte Morris Friesner. b’xi mod jostakolaw jew ikunu L-operazzjonijiet tagħhom jidher li huma mifruxin mal-erbat irjieħ tal-globu. fuq żaqq il-klijenti tiegħu Fost oħrajn, hu jgħid li tul is-snin 80 kollha kien


05

20.09.2020

one.com.mt

iservi ta’ intermedjarju bejn il-Mafja Amerikana u t-traffikanti tad-droga Kolumbjani biex jaħsel miljuni kbar ta’ flus ġejjin mill-kriminalità. Allegazzjonijiet oħrajn tqanqlu minn Rijock u Friesner kontra ministru prominenti fil-Gvern ta’ Antigua & Barbuda u kampanja umanitarja favur refuġjati Sirjani li jaħarbu mill-kunflitt f ’pajjiżhom. Tliet snin ilu, il-kumpanija Amerikana Northland Wealth Management Inc. fetħet kawża lil Rijock fil-qorti distrettwali ta’ Florida fejn akkużatu li kiteb aktar minn 40 post falz u defamatorju fil-blogg tiegħu bl-iskop li jkissirha. Din il-ġimgħa, blog ta’ Rijock, intitolat “Out of power, he controls Malta’s government through corrupt payments to officials”, isegwi ħemel oħrajn ta’ suppożizzjonijiet u teoriji kontra pajjiżna li nkitbu minnu dan ix-xahar biss. L-argumenti dejjem jintużaw mis-soltu elementi tal-establishment biex jonfħu l-għajta tagħhom tal-korruzzjoni istituzzjonali. Dan l-aħħar artiklu jimplika li l-Eks Prim Ministru Malti Joseph Muscat xaħħam jew qed ixaħħan lill-Ministri kollha tal-Gvern attwali mmexxi minn Robert Abela, waqt li aġenziji Amerikani qed jinvestigawh dwar proċeduri kriminali fuq ħasil ta’ flus u appoġġ lit-terroriżmu. Minkejja dan, f ’kummenti lill-MaltaToday, Dr Muscat mhux biss ċaħad kompletament l-akkużi, iżda wkoll irrimarka b’mod ġust li “dan l-individwu (Rijock) jidher għandu kuntatti massoltu suspettużi f ’Malta”. Midja u kummentaturi qrib ħafna l-establishment Nazzjonalista amplifikaw dawn l-argumenti vvintati minn Rijock, inkluż f ’intervisti diretti minn Manwel Delia, waqt li l-NGO Repubblika kienet pronta tużahom biex tikkumplimenta stampi tal-proverbjali xadini “tarax, tismax u tgħid xejn” li esebit fuq it-taraġ ta’ Kastilja nhar l-Erbgħa stess meta kien qed iżurna l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel. F’dan il-ġest ta’ protesta, li jibni fuq l-aħħar argument ivvintat minn Rijock, ħadu sehem mhux iżjed minn 10 membri tal-NGO. Mhux magħruf jekk għaddewx xi flejjes lil Rijock għas-servizzi tiegħu biex tiġi ppompjata l-kawża tal-establishment Nazzjonalista, iżda hu ċar li l-iskop wara l-attakki insensati tiegħu hu li Malta tiġi degradata fil-klassifikazzjoni tal-aġenzija tal-Kunsill tal-Ewropa stess, il-Moneyval. Dan il-kumitat ta’ esperti fuq l-evalwazzjoni ta’ miżuri kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu attwalment għaddej bl-analiżi tiegħu dwar Malta wara li ġew adottati rakkomandazzjonijiet tiegħu stess u mistenni jagħti l-ġudizzju tiegħu x-xahar d-dieħel. L-istess forzi tal-establishment, li jidhru wara l-attakki ta’ Rijock, sa ftit ilu kienu qed ixerrdu n-narrattiva li Malta għandha ċans kbir li tispiċċa fuq il-“lista l-griża” tal-Moneyval. Din tkun daqqa kbira għal diversi industriji lokali, partikolarment isservizzi finanzjarji, li jrendu miljuni kbar kull sena lill-ekonomija lokali, waqt li jimpjegaw eluf ta’ ħaddiema. Fil-bidu ta’ Lulju li għadda, waqt il-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru Robert Abela qal li ma jkunx kuntent biss li Malta tgħaddi bi żbrixx mit-test tal-Moneyval. “Il-Moneyval hi t-tendenza l-ġdida fejn xi wħud jipprovaw jiskreditawna, kif ipprovaw jagħmlu bir-rapport tal-Kummissjoni Venezja qabel. Minflok għandna ċertifikat ta’ eċċellenza mill-Kummissjoni Venezja, fejn hu ċar li dan il-Gvern hu ffokat fuq xogħlu. Meta naslu għat-test tal-Moneyval, mhux se ngħadduh bi ftit. Bl-istess mod li għaddejna t-test tal-Kummissjoni Venezja, il-pajjiż jgħaddi dak it-test ukoll,” kien iddikjara l-Prim Ministru.

Fost ir-rapporti li jikxfu t-tattiċi ta’ Rijock u s-sieħeb tiegħu Monte Friesner

Rijock jiftaħar bih innifsu fuq l-online portal tad-Daily Mail wara l-pubblikazzjoni tal-ktieb tiegħu (taħt) li fih, wara li jpinġi storja Mafjuża li kkontribwixxa fiha, jgħid li llum ikkonverta u saħansitra jgħin aġenziji Amerikani jagħmlu d-dinja aktar ġusta


06

20.09.2020

one.com.mt

STENNIJA GĦAL BAĠIT POŻITTIV Tkompli minn paġna 1 Dan ukoll wassal biex il-familji jkunu kostretti jduru għat-tifdil tagħhom, tant li d-depożiti tagħhom mal-banek lokali naqsu bi €33 miljun. Bil-qgħad jilħaq il-figura għolja ta’ 7,500, jew 7.1% tal-popolazzjoni attiva fis-suq tax-xogħol, il-fiduċja tal-familji kif imkejla mill-Kummissjoni Ewropea waqgħet għal rekord negattiv ta’ -25.2%. Bil-maqlub, il-Gvern preżenti seta’ jilqa’ sewwa għall-effetti tal-pandemija u l-effett ekonomiku bla preċedent li din ġabet magħha madwar id-dinja, ladarba kien ilu mill-2016 jakkumula surplus wieħed wara l-ieħor. Minbarra hekk, flok żied id-dejn faddal mijiet ta’ miljuni f ’fondi għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiż. B’dawn il-flus il-Gvern seta’ jagħti sostenn dirett lill-familji

u lil setturi sħaħ fl-ekonomija, kif rajna fl-aħħar ġimgħat u xhur, waqt li daħal ukoll garanti mal-banek għas-self ta’ ħafna negozji Maltin u Għawdxin. L-effetti ta’ dan joħorġu ċari diġà mill-istatistika uffiċjali disponibbli. In-numru ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol qiegħed taħt l-4,000, jew kważi nofs l-livell fl-2009, anke jekk minn dakinhar il-popolazzjoni baqgħet tiżdied. Permezz ta’ miżuri bħallWage Supplement, id-dħul tal-ħaddiema żdied bi 2.2% fuq is-sena li għaddiet, anke wara li tikkunsidra l-għoli talħajja. Dan hu rifless ukoll fil-fatt li kontra dak li ġara fl2009, id-depożiti tal-familji mal-banek lokali qed jiżdied u mhux jonqos. Sa tmiem Lulju li għadda kien hemm kważi €1.2 biljun aktar imfaddlin mal-banek u dan fi żmien meta x-xiri ta’

proprjetà jidher li qed jilħaq livelli rekord. Filwaqt li l-familji, skont il-Kummissjoni Ewropea, huma ferm aktar kawti milli kienu s-sena li għaddiet, il-livell ta’ fiduċja hu tmien darbiet ogħla minn dak fl-2009. Bil-qagħda ferm aħjar tal-finanzi pubbliċi u minkejja li diġà ngħata ħafna sostenn lill-familji u n-negozji mindu pajjiżna

ntlaqat ukoll mill-pandemija f ’Marzu li għadda, fil-Baġit għas-sena d-dieħla l-Gvern se jkun f ’pożizzjoni li jkompli għaddej jintroduċi miżuri ġodda. Dan hu għalkollox bil-kontra ta’ dak li Lawrence Gonzi kien ippreżenta fil-Baġit għall-2009 meta kien għamel premura sħiħa dwar il-maltemp

ekonomiku u l-bżonn li jittieħdu għadd ta’ miżuri ta’ awsterità li kienu kompletament kontra l-manifest elettorali li fuqu kien ġie elett ftit xhur qabel. Fost dawn baqgħet magħrufa l-proposta li jitnaqqsu t-taxxi b’mod ġenerali, li mbagħad spiċċa jintroduċi Gvern Laburista ġdid wara l-2013. Ironikament f ’dik il-leġiżlatura kien ukoll sar magħruf li, minkejja kollox, fl-ewwel deċiżjoni tiegħu, dak l-istess Kabinett Nazzjonalista, minn wara dahar kulħadd, kien ta żieda eżorbitanti ta’ €600 filġimgħa lil kull Ministru u Segretarju Parlamentari fi ħdanu. Minflok, il-Gvern ta’ Dr Robert Abela fi ftit ġimgħat oħra se jħabbar it-tkomplija tal-manifest elettorali tal-2017 u saħansitra jintroduċi żidiet u għotjiet addizzjonali li jkomplu jtejbu l-għajxien ġenerali tal-familji Maltin u Għawdxin.


one.com.mt

07

20.09.2020

RKUPRU EKONOMIKU FERM IŻJED SINIFIKANTI

BĦALA WIEĦED MILL-EWWEL LI MISTENNIJA JIRKUPRAW MILL-PANDEMIJA TAL-COVID-19, L-ISFORZ TA’ PAJJIŻNA SE JKUN FERM AKBAR MINN TA’ DAWK LI MHUMIEX DIPENDENTI FUQ IS-SETTUR TAT-TURIŻMU, SKONT IL-KEJL TAL-AĠENZIJA TA’ KREDITU INTERNAZZJONALI DBRS MORNINGSTAR L-irkupru ekonomiku ta’ pajjiżna wara l-pandemija tal-COVID-19 se jkun iżjed sinifikanti għall-fatt li mistenni jseħħ ferm qabel dak ta’ pajjiżi li mhumiex dipendenti fuq it-turiżmu u allura fiċ-ċirkostanzi huma inqas vulnerabbli minna, skont il-kejl tal-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali DBRS Morningstar. DBRS din il-ġimgħa qalet li ekonomiji fin-Nofsinhar tal-Ewropa, bħal Malta, huma iżjed vulnerabbli b’riżultat tal-waqfien ħesrem tal-industrija tat-turiżmu, inkluż bl-għeluq tal-ajruporti u l-portijiet u b’restrizzjonijiet oħrajn li rażżnu n-numri li kienu jrendu miljuni kbar fihom, waqt li jimpjegaw eluf kbar ta’ ħaddiema. Bil-maqlub, DBRS sabet li pajjiżi bħall-Ġermanja, Franza, il-Finlandja, il-Belġju u s-Slovakkja huma inqas suxxettibbli għall-effetti negattivi skont il-kalkoli magħżulin mill-aġenzija stess. Minkejja dan, kif inhu mbassar minn diversi organizzazzjonijiet, l-ekonomija Maltija mhux biss laqgħet tajjeb għad-daqqa qawwija, iżda se tkun minn tal-ewwel li jirkupraw is-sena d-dieħla u s-sena ta’ wara. F’dan ir-rigward, it-tkabbir imbassar ta’ 6% matul is-sena d-dieħla għandu jirkupra t-tbassir ta’ 5.8% tnaqqis fil-PGD għal din is-sena. Waqt li l-Gvern mistenni jkollu defiċit ta’ 2.5% tal-PGD, li hu sew inqas minn dak imbassar għall-UE (-3.6%) u ż-Żona Ewro (-3.5%), il-persentaġġ tad-dejn ġenerali mistenni jlaħħaq il50.8% tal-PGD, li hu wkoll kważi nofs dak taż-Żona Ewro (98.8%) jew il-medja talpajjiżi kollha fl-UE (92%). Minbarra hekk, ċifri uffiċjali mill-ewwel nofs ta’ din is-sena jikkonfermaw li d-dħul tal-ħaddiema lokali kien relattivament protett, tant li dan żdied b’mod ġenerali b’€165 miljun meta jitqabbel il-perjodu Jannar-Ġunju 2020 ma’ dak tas-sena li għaddiet. B’mod partikolari, dan kollu hu riżultat tal-miżuri b’saħħithom u mferrxin li tħabbru mill-Gvern Laburista mmexxi mill-Prim

Il-miżuri fil-pjan tal-Gvern Laburista se jagħmel lil pajjiżna l-eċċezzjoni f’dan il-kejl tal-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali DBRS … tant li se nkunu fost tal-ewwel li nirkupraw mill-impatt negattiv tal-pandemija tal-COVID-19

Ministru Robert Abela fl-aħħar xhur. Sa Lulju li għadda, il-Gvern Malti alloka ftit inqas minn €180 miljun f ’għajnuniet u benefiċċji diretti relatati mal-COVID-19 lil madwar 100,000 ħaddiem u 17,000 kumpanija jew self-employed. Dawn kienu mqassmin bejn Marzu u Lulju, l-ewwel erba’ xhur tal-pandemija lokali u għaldaqstant l-allokazzjoni governattiva se tkompli tikber ladarba, kif imħabbar diġà, il-benefiċċji prinċipali ġew estiżi sa tmiem Ottubru li ġej, jiġifieri tliet xhur oħra fuq il-perjodu indikat. L-akbar għajnuna finanzjarja ngħatat bil-COVID Wage Supplement li sal-aħħar ta’ Lulju qabżet il-€160 miljun u minnha bbenefikaw iżjed minn 79,500 ħaddiem u aktar minn 16,600 bejn kumpaniji, selfemployed u oħrajn. Permezz ta’ din l-iskema ġiet offruta assistenza finanzjarja ta’ €800 fix-xahar għall-ħaddiema full-time u €500 għall-ħaddiema part-time f ’setturi li ġew affettwati b’mod drastiku jew kellhom jissospendu l-operat tagħhom, waqt li dawk f ’setturi li kienu inqas affettwati gawdew minn ħlas ta’ ġurnata xogħol fil-ġimgħa, ekwivalenti għal €160 fix-xahar għall-full-timers u €100 fix-xahar għall-part-timers. Kumpaniji mis-setturi prinċipali tal-ak-

komodazzjoni kollettiva u attivitajiet ta’ servizzi tal-ikel kienu l-aktar li applikaw għall-iskema tal-Wage Supplement. Warajhom ġew negozji mis-setturi tal-bejgħ bl-ingrossa u l-imnut, l-amministrazzjoni u s-servizzi. Ma’ dawn, fit-8 ta’ Ġunju li għadda, ilGvern ħabbar il-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun, li waħdu se jammonta għal 6.8% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD) lokali. Dan il-pjan ta’ rkupru hu bbażat fuq tliet pilastri: it-tnaqqis tal-ispejjeż lin-negozji; l-istimolu għad-domanda u l-konsum domestiku; u l-appoġġ dirett għan-negozji u s-salvagwardji tal-impjiegi. Il-ġimgħa l-oħra, il-Ministru Scicluna qal li dan il-Gvern se jibqa’ jkun prudenti u se jippjana l-baġit b’mod għaqli biex jibqa’ jonfoq bi ħsieb f ’dawk il-miżuri li huma l-aktar effettivi għall-familji u n-negozji. Hu kompla billi qal li permezz tal-Baġit 2021, il-Gvern se jkompli jinvesti fuq il-prinċipji li fuqhom hi msejsa l-viżjoni ta’ dan il-Gvern għal pajjiżna. “Id-dipendenza kbira fuq l-ivvjaġġar u s-settur turistiku, flimkien ma’ setturi usa’ ekonomiċi affettwati indirettament filpajjiżi tan-Nofsinhar tal-Ewropa jistgħu jikkontribwixxu għal irkupru mhux indaqs

fiż-Żona Ewro, anke waqt li ekonomiji jibqgħu jinfetħu,” qal Javier Rouillet, Viċi President ta’ DBRS Morningstar. Minkejja dan, jidher li l-pjan tal-Gvern Laburista se jagħmel lil pajjiżna l-eċċezzjoni f ’dan il-kejl tal-aġenzija ta’ kreditu rinomata. Fl-aktar tbassir riċenti tiegħu, il-Bank Ċentrali ta’ Malta nnota li waqt li kien hemm tnaqqis fl-attività ekonomika fit-tieni kwart tas-sena, fit-tielet kwart tas-sena diġà hawn sinjali ta’ stabbilizzazzjoni. Minbarra hekk, il-Bank Ċentrali jbassar li s-sena d-dieħla l-ekonomija Maltija se tikber b’rata ta’ 6.1%, u dan se jagħmel tajjeb għat-tnaqqis osservat din is-sena b’riżultat tal-pandemija tal-Coronavirus. L-analisti tal-Bank Ċentrali jinnutaw ukoll li l-andament ekonomiku f ’pajjiżna se jkun ferm aħjar minn dak ta’ pajjiżi oħrajn fiż-Żona Ewro. Il-ġimgħa li għaddiet, l-aġenzija internazzjonali S&P Global Ratings ukoll tenniet li l-effetti tal-pandemija mhux mistennija joħolqu dannu kbir jew strutturali fuq Malta, minkejja l-impatt ovvju ekonomiku. Waqt li kkonfermat ir-rating A- għal pajjiżna, b’outlook stabbli, S&P ukoll bassret li Malta se jkollha rkupru qawwi sal-2022, differenti minn ħafna pajjiżi oħrajn.


08

20.09.2020

one.com.mt

ULIEDNA ĦAQQHOM L-AĦJAR EDUKAZZJONI Tkompli minn paġna 1 Hu beda jispjega kif il-ħaddiema f ’pajjiżna ilhom ix-xhur issa li rritornaw fuq il-postijiet tax-xogħol u dħalna f ’“normal ġdid”. Diffikultajiet kien hemm, imma flimkien għelibna d-diffikultajiet u mxejna ’l quddiem. Hekk ġara wkoll meta l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ġie biex jiftaħ iċ-Childcare Centres, Skolasajf u biex isiru l-eżamijiet tal-A levels u l-O levels. Kien hemm min ġenwinament inkwieta, imma kif imbagħad bdew il-proċessi, il-ħajja marret lura għan-normal u flimkien imxejna ’l quddiem kif dejjem għamilna. “Issa jmiss li l-edukaturi tagħna jingħaqdu mal-eluf ta’ professjonisti u ħaddiema li diġà rritornaw fuq il-postijiet tax-xogħol. Nifhmu li hemm min ġenwinament jinkwieta u huwa għalhekk li hemm bżonn li kulħadd jiġbed ħabel wieħed. Id-diversi postijiet tax-xogħol huma mimlijin ħaddiema kullimkien u ħajjitna kompliet miexja ’l quddiem u pajjiżna kompla javvanza anke f ’dawn iż-żminijiet. “Kruċjali li l-edukazzjoni ta’ pajjiżna tkompli timxi ’l quddiem. U biex isir dan, fuq il-pariri u wkoll il-linji gwida tal-Awtoritajiet kemm Internazzjonali u wkoll lokali, ġew implimentati aktar minn 50 miżura biex l-edukaturi u l-istudenti jkunu jistgħu joqogħdu f ’ambjenti fejn ir-riskju ta’ tixrid tal-COVID-19 jiġi minimizzat kemm jista’ jkun,” kompla l-Ministru. Il-miżuri, kif qed ikunu spjegati tajjeb f ’diversi okkażjonijiet mill-Ministeru, huma ħafna u jkopru kull aspett tal-ħajja studenteska u tal-ħajja tax-xogħol tal-edukaturi. B’din il-ħarsa, ħa naraw uħud minn dawn il-miżuri u kif allura se tkun il-ġurnata skolastika tal-istudent u l-edukatur. Qabelxejn, kif fakkarna l-Ministru, il-miżuri jibdew mid-dar ta’ kull ġenitur jew kustodju li għandu t-tfal se jmorru l-iskola. Il-ġenitur jew kustodju jrid jara li qabel ma jibgħat jew iwassal lil uliedu, dan ma jkunx qed iħossu ma jiflaħx u wkoll kull filgħodu għandha tittieħed it-temperatura tal-wild. Kif se jkun regolat it-trasport tal-iskejjel? Il-linji gwida maħruġin mill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika fit-2 ta’ Settembru li għadda jipprovdu prinċipji li għandhom jiġu rispetta-

ha flimkien. Din qed issir biex kemm jista’ jkun ma jitħalltux tfal flimkien u l-kuntatt ikun mill-inqas. Kif student u persuna awtorizzata tgħaddi mill-grada, u tiġi quddiem il-bieb tal-iskola, trid tgħaddi minn dan il-proċess: se titteħdilha t-temperatura, trid tkun liebsa l-maskra jew il-visor u tagħmel is-sanitizer. Kif persuna tkun awMin se jkun awtorizzat li jidħol torizzata li tista’ tidħol l-iskola, se tagħmel dan billi ssegwi l-miżuri fl-iskejjel? l-oħrajn li hemm fl-iskejjel. L-ewwel miżuri jibdew mill-grada tal-iskola. Biex persuna tidħol X’se jiġri fil-klassijiet? minn din il-grada trid tkun awtorizzata: edukaturi, studenti u mem- Fost il-50 miżura li qed jittieħbri li jaħdmu fl-iskola. Il-ġenituri du fl-iskejjel, numru minnhom qed jintalbu jikkooperaw billi jaslu qed jittieħdu fil-klassijiet biex sal-grada, iżommu d-distanza u ikunu protetti l-edukaturi. Dawn jafdaw lil uliedhom għand l-edu- se jkunu pprovduti b’visor kull wieħed, hand sanitizer u antibactekaturi. rial wipes. Il-klassijiet huma armati b’distanza ta’ 1.5m bejn siġġu ta’ X’se jiġri kif it-tfal jaslu student u ieħor kif ukoll li d-disl-iskola? tanza bejn is-siġġu tal-għalliem u Id-dħul tat-tfal fl-iskejjel, u l-ħruġ s-siġġu tal-iktar student viċin hija tagħhom mill-iskejjel, kif ukoll ta’ 2m. Kull student se jintalab iżomm il-ħinijiet tal-breaks, kull skola għandha tieħu ħsieb li tqassam- l-istess desk u l-istess siġġu tiegħu hom b’tali mod li ma jaħbtux koll- tul il-ġurnata, il-ġimgħa u s-sena ti fejn jidħol it-trasport tal-iskejjel. Apparti l-fatt li kull ġenitur għandu jiċċekkja t-temperatura tat-tfal qabel dawn jużaw it-trasport, hemm esiġenzi li se jiġu rispettati fosthom ħasil tal-vettura ta’ spiss, vjaġġi li jinżammu kemm jista’ jkun qosra, li jintlibsu l-maskri u li jiġi rispettat il-kunċett tal-istess gruppi ta’ tfal (bubble) fuq it-trasport.

skolastika kollha. Dan qed isir biex kemm jista’ jkun jitnaqqas ir-riskju li jixxerred il-virus. Il-klassijiet se jinżammu miftuħin: twieqi miftuħin u l-bieb ta’ barra miftuħ. Ma jingħalqux minħabba l-ventilazzjoni li hija meħtieġa. Miżura oħra importanti li ttieħdet fl-iskejjel hija dik li l-istudenti jżommu l-klassi tagħhom. B’hekk se jkun evitat taħlit bejn klassi u oħra u ċaqliq ta’ studenti minn klassi għal oħra. U jekk l-istudent ikollu bżonn ibiddel il-klassi? Fost il-miżuri fl-iskejjel medji u sekondarji hemm dik li jitnaqqas it-taħlit u l-kuntatt tal-istudenti. Sas-sena li għaddiet, bejn lezzjoni u oħra, l-istudenti kienu joħorġu mill-klassijiet tas-suġġett, jitħalltu kollha flimkien u jerġgħu jiffur-

maw klassijiet differenti. Din is-sena l-klassijiet ikunu tal-istudenti biex kemm jista’ jkun l-istudenti, bħala grupp, bħala ‘bubble’, jibqgħu kemm jista’ jkun ħin fiha. Importanti li kull student u kull studenta jżommu l-istess desk u l-istess mejda għalihom. It-tieni, minflok ma jitħalltu t-tfal f ’suġġetti bħall-options, se jkunu miġbura fi gruppi ħafna iżgħar biex it-taħlit isir fi grupp żgħir ħafna. B’dan


09

20.09.2020

one.com.mt

il-mod se jitnaqqas il-kuntatt u ċ-ċaqliq minn klassi għal oħra u l-kuntatt se jkun ma’ gruppi ħafna u ħafna iżgħar minn dak li konna mdorrijin bih qabel. B’hekk se jkunu protetti l-istudenti, l-edukaturi u lil kull min jaħdem fl-iskejjel. X’passi ttieħdu fil-partijiet imsejħa komuni?

ta’ wara. X’passi se jittieħdu jekk student jew studenta tħossha ma tiflaħx? Se jkun hemm dik li qed tissejjaħ Isolation Room. Din il-kamra se tintuża biex dawk it-tfal li jinstabu bid-deni sakemm qegħdin fl-iskejjel, jinġiebu f ’din il-kamra u jistennew lill-ġenituri jew lill-kustodji tagħhom jiġu għalihom. Importanti ħafna li meta l-ġenituri jew kustodji jirċievu telefonata mill-iskola, jiġbru lit-tfal tagħhom mingħajr dewmien.

Il-moviment fl-iskejjel se jkun f ’direzzjoni waħda biss. Għal dan il-għan, l-art tal-iskejjel ġiet indikata bis-sinjali biex dak li jkun jimxi magħhom. Fl-ispazji miftuħa tal-iskejjel, fuq in-noticeboards, twaħħlu posters informattivi biex kull membru fl-iskola, jinnota Il-miżuri se jkunu l-istess għal l-miżuri li għandu jieħu biex jip- kull skola? proteġi lilu nnifsu u lil ta’ madwaIl-miżuri se jkunu l-istess għal ru. kull skola. Imma dawn ovvjament X’miżuri hemm dwar l-użu tal- huma addattati skont l-infrastruttura ta’ kull skola. faċilitajiet sanitarji? Fost il-50 miżura hemm ukoll dawk dwar l-użu tal-faċilitajiet sanitarji. L-istudenti għandhom jidħlu fihom b’mod ikkoordinat. F’dawn il-faċilitajiet se jkun hemm distanza ta’ 1.5m bejn sink u ieħor u għalhekk ingħalaq l-aċċess għassink tan-nofs. Kull skola għandha kemm is-soap dispensers, il-paper hand towel dispensers, kif ukoll li f ’kull faċilità sanitarja hemm il-posters kollha informattivi biex ikomplu jwasslu l-messaġġ dwar l-importanza li kulħadd għandu jieħu ħsieb tiegħu nnifsu u lil dawk ta’ madwaru. X’hemm marbut mat-tindif tal-iskejjel? F’kull skola hemm żoni li jintużaw mill-komunità kollha, studenti u edukaturi, għalhekk fost il-miżuri hemm is-sinjali li jiggwidaw lil kulħadd. Importanti l-użu tal-one-way traffic system biex jitnaqqas il-kuntatt flimkien, tinżamm id-distanza waqt il-mixi u jkunu osservati l-posters u l-informazzjoni li hemm madwar l-iskola kollha. Dawn iż-żoni komuni se jitnaddfu skont il-pariri u l-gwida maħruġa mill-Awtoritajiet tasSaħħa. It-tindif fl-iskejjel huwa fost il-miżuri li qed jingħataw importanza biex ikun protett kull min qiegħed fl-iskejjel. Fost il-miżuri hemm it-tindif fil-partijiet ta’ barra tal-iskejjel. Kuljum se titnaddaf l-entratura ta’ barra ta’ kull skola, kif ukoll il-btieħi li jintużaw matul il-ġurnata. It-tindif fl-iskejjel qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa. Fl-iskejjel hemm kmamar magħrufa bħala common rooms, fejn jintużaw minn iktar minn ‘bubble’ waħda. F’dan il-każ meta toħroġ il-‘bubble’, jiġifieri meta joħorġu l-istudenti, ser jidħlu l-persuni responsabbli mit-tindif u jnaddfu l-common room qabel jidħol il-grupp

Dawn jgħoddu għall-iskejjel kollha? Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol se jkun responsabbli mill-iskejjel tal-Istat. L-iskejjel tal-Knisja u dawk indipendenti se jaddattaw il-pariri u linji gwida mogħtija mill-Awtoritajiet tasSaħħa skont il-ħtiġijiet tal-iskejjel tagħhom.

TLIET ANZJANI VITTMI TAL-COVID Il-Ministeru għas-Saħħa lbieraħ ħabbar li tliet anzjani oħra tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-COVID-19. L-anzjani, żewġ nisa u raġel, li lkoll kienu qed ibatu minn kundizzjonijiet oħrajn ta’ saħħa, kellhom 72, 86 u 85 sena. Dawn segwew ir-raba’ każ irreġistrat fl-aħħar 48 siegħa, dak ta’ anzjana ta’ 91 sena li mietet il-Ġimgħa. F’żewġ stqarrijiet separati l-Ministeru spjega ċ-ċirkostanzi li wasslu għat-tliet fatalitajiet tal-bieraħ. Fl-ewwel każ, mara ta’ 72 sena ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fil-11 ta’ Awwissu u ttestjat pożittiva għall-COVID-19 l-għada. Hi ġiet trasferita fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fil-15 ta’ Awwissu, fejn kienet baqgħet rikoverata. Il-kundizzjoni tagħha qalbet għall-agħar u mietet fil-lejl bejn il-Ġimgħa u lbieraħ. Fl-istess lejl, anzjana oħra ta’ 86 sena wkoll mietet fl-ITU ta’ Mater Dei. F’dan il-każ, l-anzjana

ttestjat pożittiva fit-8 ta’ Settembru u ddaħħlet l-Isptar fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fis-16 ta’ Settembru. It-tielet każ tratta anzjan li ġie kkonfermat pożittiv għall-COVID-19 fit-12 ta’ Settembru meta ddaħħal l-Isptar Mater Dei u miet ġimgħa wara fl-Infectious Diseases Unit, fl-Isptar Mater Dei, fejn kien rikoverat. Il-Ministeru għas-Saħħa għadda l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani, waqt li appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-pariri tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra. Sadanittant, sal-bieraħ f ’nofsinhar ġew irreġistrati 65 każ ġdid, waqt li fiequ 21 persuna oħra mill-Coronavirus, minn fost 2,922 test fis-sitt ċentri ta’ ttestjar f ’Malta u f ’Għawdex. Dan ifisser li ftit aktar minn 2% tat-testijiet ġew pożittivi.

AĦBAR TAJBA FI SPIŻA OGĦLA

Kif se jkun ċert li dawn il-miżuri ttieħdu fl-iskejjel kollha? Fil-pjan implimentattiv miżura minnhom hi dik li sar Risk Assessment f ’kull skola. Din hi miżura addizzjonali li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol iddeċieda li jżid minkejja li ma kinitx rikjesta mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Saret biex il-Ministeru jkun ċert li l-miżuri kollha jkunu ttieħdu f ’kull skola madwar Malta u Għawdex. Sar naturalment ħafna xogħol tekniku fejn jidħlu timetables u sillabi li affettwaw ħafna l-mod ta’ kif kienu jaħdmu l-edukaturi tagħna sa issa. Il-Ministru Bonnici enfasizza biex jirringrazzja minn qalbu littekniċi u lill-edukaturi tagħna li ħadmu kemm felħu biex ikollna l-preparazzjonijiet kollha. “Għallftuħ tas-sena skolastika l-ġdida kien hemm ħidma mal-imsieħba kollha involuti fis-settur edukattiv f ’Malta, kif ukoll mal-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin u dawk barranin biex kemm jista’ jkun, dak kollu li jista’ jsir fl-iskejjel bħala miżuri setgħu jittieħdu. L-appell hu biex kull wieħed u kull waħda minna nieħdu ħsieb insegwu l-miżuri bl-almu kollu tagħna u bir-reqqa kollha possibbli.” Il-miżuri u aktar informazzjoni jistgħu jkunu aċċessati fuq il-midja soċjali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Facebook Edukazzjoni u wkoll fis-sit uffiċjali newsbreak.edu.mt.

Minkejja li waħda mir-raġunijiet għaliex l-ammont tal-flus li għandha bżonn tqassam il-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCF) qiegħed kulma jmur jiżdied hi l-fatt li l-prezzijiet ta’ ċerti mediċini qed jogħlew minn barra, hemm ukoll il-fattur pożittiv li ħafna minn dawk li bdew jirċievu kura partikolari kontra l-kanċer tliet snin ilu bl-għajnuna tal-Fondazzjoni, għexu b’riżultat ta’ dan. Il-fatt li dawn, fortunatament, baqgħu ħajjin, ifisser li dik il-mediċina jridu jibqgħu jeħduha u għaldaqstant, din l-ispiża fejjieda tiżdied mal-ispejjeż tal-każijiet il-ġodda li jkomplu dejjem deħlin. B’hekk, in-numru ta’ benefiċjarji li jeħtieġu l-għajnuna biex ikunu jistgħu jkollhom aċċess għal din il-kura għalja jkompli jikber. Fl-2015 l-ispiża tal-Community Chest Fund fuq il-mediċini kienet taħt il-€1 miljun, fl-2018 din telgħet għal €8 miljun, fl-2019 skorriet l-€10 miljun u hu stmat li din is-sena titla’ għal bejn €12-il miljun jew €13-il miljun. Dan ifisser li, għall-għajnuna medika biss, il-MCCF għandha bżonn aktar minn €1 miljun fix-xahar.

Dan il-fond filantropiku nazzjonali jipprovdi għal għajnuna finanzjarja, materjali u professjonali lil min ikun għaddej minn diffikultajiet f ’ħajtu minħabba mard serju, bħall-kanċer, diżabilità, jew faqar, u jiddependi għalkollox mid-donazzjonijiet tan-nies, kif ukoll mill-Gvern ta’ Malta, li jintervjeni meta jkun meħtieġ. Biex ikun f ’pożizzjoni li jgħin lil min għandu bżonn l-appoġġ, il-MCCF torganizza bosta attivitajiet – tal-massa u oħrajn – li, iżda, fiċ-ċirkostanzi straordinarji li ġabet ilCOVID-19, kellhom jitħassru. Kien dan li wassal lill-Community Chest Fund biex illum il-Ħadd torganizza xandira fuq l-istazzjonijiet televiżivi kollha ħalli jinġabru l-fondi li huma meħtieġa. Fi żjara li għamel ilbieraħ fl-istudios f ’Ħal Qormi minn fejn se jixxandar il-programm ta’ 12-il siegħa ta’ ġbir ta’ fondi, il-President tar-Repubblika Dr George Vella esprima l-fiduċja tiegħu li, għal darb’oħra, il-poplu Malti jerġa’ jagħti xhieda ta’ kemm dejjem jaħseb f ’min għandu bżonn.


10

20.09.2020

one.com.mt

MAL-1,800 SPEZZJONI FI STABBILIMENTI TAL-IKEL Bejn Ġunju u Awwissu li għadda uffiċjali mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għamlu ftit inqas minn 1,800 spezzjoni f ’diversi stabbilimenti tal-ikel imferrxin ma’ Malta u Għawdex biex ikun assigurat li qed ikunu segwiti l-proċeduri konnessi mal-prevenzjoni ta’ tixrid tal-COVID-19. Fil-maġġoranza assoluta tagħhom irriżulta li l-proċeduri stabbiliti kienu qegħdin ikunu segwiti. Minn dawn, jirriżulta lillKullĦadd, li kien hemm 24 każ fejn ġie rrakkomandat li jittieħdu proċeduri legali kontrihom għax naqsu li jimxu mar-regolamenti. Wara li fuq rakkomandazzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa kien ġie rrakkomandat li jistgħu jiftħu l-istabbilimenti tal-ikel, f ’Mejju li għadda kienu nħarġu r-regolamenti li taħthom setgħu jiftħu l-istabbilimenti. Min-naħa tas-sidien dawn riedu japplikaw u jinfurmaw lill-MTA li kienu lesti jiftħu taħt ir-regolamenti stabbiliti. Dan wassal biex bejn Ġunju u l-aħħar t’Awwissu li għaddew saru 1,655 spezzjoni biex ikun jista’ jinħarġilhom ċertifikat li jawtorizza l-ftuħ tal-istabbiliment. B’riżultat ta’ dawn l-ispezzjonijiet tul l-istess perjodu kien irrakkomandat il-ħruġ ta’ 1,390 ċertifikat, filwaqt li hemm 64 każ pendenti kawża tal-fatt li rriżulta li kellhom xi nuqqasijiet. Aktar ’il quddiem mistennija ssirilhom spezzjoni oħra wara li jkunu infurmaw lill-Awtorità li n-nuqqasijiet li kien hemm ġew irranġati.

ĠUN - AWW

› 1,795 spezzjoni ta’

konformità mal-proċeduri

› 24 rakkomandazzjoni

għal teħid ta’ passi legali

TOURISM HELPLINE t: 21692447 e: tourismcovid-19helpline @visitmalta.com

Minn dawn l-ispezzjonijiet saru 201. Kif mistenni, il-ħruġ taċ-ċertifikat rispettiv ma jkunx ifisser li l-istorja ngħalqet. Uffiċjali tal-MTA kontinwament jibqgħu għaddejjin bl-ispezzjonar

tagħhom biex ikun assigurat li l-proċeduri u r-regolamenti stabbiliti qegħdin ikunu segwiti. Kien b’riżultat ta’ dan l-ispezzjonar li rriżultaw 24 każ ta’ nuqqas serju ta’ konformità mar-regoli u l-proċeduri stabbili-

ti, tant li ġiet irrakkomandata azzjoni legali fil-konfront tagħhom. In-nuqqasijiet kienu jvarjaw min-numru ta’ mwejjed aktar minn kemm suppost, ma jkunux rispettati d-distanzi stabbiliti bejn l-imwejjed jew li l-impjegati koll-

ha ma jkunux lebsin maskra. Mitluba minn din il-gazzetta biex tikkummenta dwar dawn l-ispezzjonijiet, il-Ministru res­ ponsabbli Julia Farrugia Portelli qalet li “hu fl-interess ta’ kulħadd li saru u jibqgħu jsiru dawn l-ispezzjonijiet. L-ekonomija talpajjiż teħtieġ li r-rota tibqa’ ddur, imma dan ma jistax isir b’detriment għal saħħet il-poplu. Ma tistax toffri servizzi tas-saħħa mill-aqwa, kif joffri pajjiżna, jekk min-naħa l-oħra ma jkollokx ekonomija soda. Għalhekk, teżisti u titħaddem kollaborazzjoni sħiħa bejn il-qasam tas-saħħa u dawk tat-turiżmu u l-ospitalità, dan tal-aħħar ċertament pilastru tal-ekonomija Maltija.”

PRESEPJI MALTIN GĦAL WASHINGTON Ġurija esperta għażlet 10 presepji li se jkunu qed jiġu esebiti fil-Mużew tal-Bibbja fil-kapitali Amerikana, Washington DC, wara li f ’Lulju li għadda d-Direttorat tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Segretarju tal-Kumitat Laburista ta’ Santa Luċija Il-Kumitat tal-Partit Laburista ta’ Santa Luċija jixtieq javża li se ssir Laqgħa Ġenerali Straordinarja għall-ħatra ta’ Segretarju nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Ottubru 2020 fis-7.00 p.m. fil-każin tal-lokal. Dawk il-membri tesserati ta’ dan il-lokal li jixtiequ jikkontestaw din il-kariga huma mitluba li jitfgħu n-nomina tagħhom sa mhux aktar tard mis-26 ta’ Settembru 2020.

l-Gvern Lokali nieda kompetizzjoni għall-presepisti Maltin għal dan il-għan. Il-livell għoli tal-parteċipanti jixhed id-dedikazzjoni u l-ħila artiġjanali tal-presepisti Maltin u Għawdxin, bil-presepji joffru temi varji ħafna, inkluż xi wħud li inkorporaw il-pajsaġġ Malti fl-istruttura tagħhom jew b’pasturi oriġinali. Stqarrija mill-Ministeru responsabbli qalet li fil-jiem li ġejjin se jibda l-vjaġġ ta’ dawn il-presepji lejn l-Istati Uniti qabel il-wirja tiftaħ ftit qabel it-tifkira Amerikana ta’ ringrazzjament (Thanksgiving) li din is-sena taħbat fis-26 ta’ Novembru. Il-presepji Maltin se jibqgħu hemm għall-wiri sa

Marzu 2021. Il-mużew Amerikan, li nfetaħ f ’Novembru tal-2017, joffri mal-1,150 esebit permanenti u mal-2,000 esebit ieħor mislufin, ilkoll jirrakkontaw in-narrattiva u l-impatt tal-Bibbja. Waqt li awgura lill-presepisti parterċipanti u rringrazzja lill-Ambaxxatur Malti għall-Istati Uniti Keith Azzopardi, li kien strumentali biex iseħħ l-avveniment, il-Ministru José Herrera tenna li din se tkun opportunità kbira oħra biex artisti Maltin jesibixxu l-opri kreattivi tagħhom barra minn xtutna u sservi biex jiġi reklmat it-turiżmu reliġjuż f ’suq importanti bħal dak Amerikan.


11

20.09.2020

one.com.mt

POST GĦALL-KUNĊERTI FIL-PARK F’TA’ QALI

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg żar is-sit f ’Ta’ Qali fejn bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet fuq medda ta’ art ta’ 43,000 metru kwadru li se tkun qed tittrasforma ruħha fi spazju għall-kunċerti u attivitajiet tal-massa. Din l-art qabel kienet tintuża b’mod industrijali iżda sfat abbandunata, u l-Gvern wettaq eżerċizzju fl-2017 biex ħadha lura bħala parti millproġett tal-Park Nazzjonali. Il-Ministru Ian Borg qal li “l-Malta National Park hi l-ħolma tal-poplu – faċilità nazzjonali,

bl-ikbar spazju miftuħ u ħadrani li se jkollu pajjiżna. Illum aktar minn qatt qabel, in-nies tgħallmet il-valur tal-ftuħ, u determinati li nwasslu dan il-proġett. Illum, qegħdin hawnhekk għax din il-ħolma bdiet tirrealizza ruħha permezz tal-ewwel xogħlijiet. Qegħdin nitkellmu fuq aktar minn 40,000 metru kwadru li huma inqas minn 10% tal-proġett. 450,000 metru kwadru għall-familji, għat-tfal, għaż-żgħażagħ, għall-anzjani tagħna. Se nkomplu naħdmu fuq dan il-proġett dinamiku u mul-

tidimensjonali għaċ-ċittadini u r-residenti kollha ta’ pajjiżna.” Is-sit fejn għaddej ix-xogħol se jkun wieħed mill-akbar spazji miftuħa fejn jistgħu jittellgħu kunċerti tal-ogħla livell u se tkun mgħammra bl-aktar servizzi u teknoloġiji moderni, u b’diversi faċilitajiet, inkluż dawk sanitarji u kiosks. Mad-dawra tas-sit se jinżergħu madwar 1,300 siġra, pjanti u arbuxxelli, u se jkun hemm ġibjun għall-ħażna tal-ilma tax-xita li se jintuża għat-tisqija tas-sit, inkluż it-turf naturali li se jinżera’ fuq

l-ispazju kollu. Minbarra għall-użu tal-kunċerti u avvenimenti kbar, dan is-sit se jkun jista’ jintuża b’mod rikreazzjonali jew bħala picnic area wkoll.

IL-KANTANT TAL-MAIDEN F’KANZUNETTA MALTIJA Blaze Bayley, il-kantant li kiseb fama dinjija partikolarment malgrupp leġġendarju Iron Maiden, ingħaqad mal-grupp lokali DiggerThings biex ikanta s-single l-ġdida tagħhom “Three Days of Judgement”, b’mużika ta’ David Cassar Torreggiani u lirika ta’ Nigel Buttigieg. Dan hu pass importanti filvjaġġ li beda madwar sentejn ilu minn David Cassar Torreggiani (SCAR) u David Depasquale (Club Murder) li ngħaqdu blidea li joħolqu proġetti ta’ kollaborazzjoni mużikali b’siltiet li

jiġu interpretati minn kantanti differenti mix-xena tar-rock u metal f ’pajjiżna. Kollaborazzjonijiet simili raw is-sehem ta’ Mark Parlato Trigona (Nightwing), Noogie (Noggie’s Crew) u aktar riċenti Kersten Graham. Din il-ġimgħa l-grupp ħabbar l-akbar kollaborazzjoni tiegħu s’issa, li wkoll qatt ma immaġina li setgħet fil-fatt isseħħ, speċjalment minn kantant li għad għandu ammirazzjoni kbira fost id-dilettanti tal-mużika rock madwar il-globu kollu. Bayley kien il-kantant ewlie-

ni tal-grupp Ingliż Wolfsbane bejn l-1984 u l-1994, qabel ingħaqad mal-Iron Maiden bejn l-1994 u l-1999. Fl-aħħar snin hu wkoll nieda l-karriera solista tiegħu b’diversi suċċessi wkoll, akkumpanjati minn kunċerti f ’diversi pajjiżi, inkluż Malta fl-Orpheum tal-Gżira fl-2017. Kmieni din is-sena Bayley ħareġ album live doppju flimkien ma’ DVD bl-isem “Live In Czech”. “Three Days Of Judgement” ġiet irrekordjata fi Spinesplitter Studio taħt id-direzzjoni ta’ David Depasquale.


12

20.09.2020

one.com.mt

LEJN EKONOMIJA SOSTENIBBLI

Kirsten Cutajar Miller Ekonomista

Il-ġimgħa l-oħra l-Gvern ħareġ id-dokument ta’ qabel il-baġit 2021 għall-konsultazzjoni. Konna diġà rajna kif il-baġit għas-sena finanzjarja ser ikun imsejjes fuq ħames prinċipji; il-governanza, it-tkabbir ekonomiku għall-kwalità ta’ ħajja aħjar, l-edukazzjoni sabiex fit-tul issostni l-ekonomija, titjib tal-infrastruttura u li Malta ssir carbon neutral sal-2050. L-ekonomija ta’ Malta waslet fil-fażi ta’ rkupru wara li għaddiet minn pandeminja li ħalliet xokk kbir fuqha, bħalma ħalliet fuq il-pajjiżi kollha tad-dinja. Għaldaqstant, dan id-dokument ta’ qabel il-baġit juri li l-Gvern qiegħed jipproponi pjan sostenibbli, li jwassal għall-irkupru fl-iqsar żmien. F’dan l-isfond, il-Gvern irid joffri l-ambjent ekonomiku, politiku u regolatorju li jerġa’ jressaqna lejn it-traġitt ta’ tkabbir li konna mdorrijin bih qabel faqqgħet il-pandemija. Permezz ta’ dan id-dokument, il-Gvern qiegħed jagħti messaġġ li rridu mmorru għal ekonomija robusta u dejjem aktar reżiljenti, biex nilqgħu għal xokkijiet oħrajn li nistgħu naraw ġejjin lejna. Dan il-bżonn joħroġ aktar meta wieħed iqis li xokkijiet ta’ dan ittip qegħdin isiru aktar frekwenti u aktar intensi. Ir-reżiljenza l-ewwel tinbena billi jkollna ekonomija ibbażata fuq setturi li mhumiex ikkorrrelatati ma’ xulxin; li jiddependu fuq fatturi differenti, u għalhekk impatt negattiv f ’settur jiġi maqtugħ kontra effett pożittiv f ’ieħor. Din it-tip ta’ diversifikazzjoni rajnieha ssir b’mod konsistenti fl-aħħar snin, bl-iżvilupp ta’ setturi bħal dawk tas-servizzi finanzjarji, tal-iGaming u niċeċ oħrajn. Però xorta waħda rajna u ħassejna li kemm Malta, u wisq aktar Għawdex, għadhom dipendenti fuq is-settur tatturiżmu fis-sens wiesa’ tiegħu. Jibqa’ l-fatt ukoll li Malta hi parti minn dinja globalizzata u għalhekk l-investiment barrani, inkluż it-turiżmu, jiġi affettwat mill-andament ta’

ekonomiji barranin u mhux biss l-ekonomija Maltija; fattur li ma nistgħux nikkontrollaw. Però din id-dipendenza nistgħu nnaqqsuha, u b’hekk innaqqsu r-riskju, billi niżviluppaw setturi fejn joffru valur miżjud u ta’ kwalità u għalhekk vantaġġ kompetittiv. Biex jilqa’ għal dan kollu l-Gvern qiegħed jipproponi, fuq naħa minnhom, it-tisħiħ tas-setturi li baqgħu joffru valur miżjud, anke fl-eqqel tal-pandemija, u fuq naħa oħra investiment sostanzjali fl-ekonomija diġitali, inklużi intelliġenza artifiċjali, gaming, żvilupp tal-logħob diġitali, l-ispazju, Quantum, High-performance computing u blockchain fost oħrajn. Is-sostenibbiltà titlob li r-riżorsi għad-dispożizzjoni tagħna jintużaw bl-aktar mod effettiv, bl-inqas ħela u bl-inqas riperkussjonijiet negattivi fuq ġenerazzjonijiet futuri. Għaldaqstant, ir-reżiljenza u ż-żieda fil-kompetittività tal-ekonomija twassal għal sostenibbiltà fiskali, u t-tkabbir tal-ekonomija diġitali, isarraf f ’sostenibbiltà fiskali u ambjentali. Dan hekk kif il-bżonnijiet infrastrutturali li fuqhom hija msejsa l-ekonomija diġitali huma ħafna inqas minn dawk ta’ setturi oħrajn, li jagħtu l-istess valur miżjud jew inqas. Allura r-riżorsi jintużaw b’mod aktar razzjonali u effettiv. Minbarra dawn l-effetti diretti, l-ekonomija diġitali ġġib magħha

enabling effects fuq l-ambjent, bħal pereżempju l-użu tal-ICT fi smart energy grids, bini, trasport, kif ukoll systemic effects fuq l-ambjent, bħal kif rajna fejn aktar xogħol mid-dar b’mod remot wassal għal inqas traffiku u tniġġis fl-arja. Biex kull investiment fis-setturi eżistenti, u dawk ġodda, jkun fattibbli, irid isir ukoll investiment mill-aspett ta’ żvilupp tal-kapital uman. Għal dan ittisħiħ fil-produttività, il-Gvern qiegħed jipproponi aktar investiment fit-tagħlim u fl-edukazzjoni, li jindirizza l-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol, aktar enfasi fuq is-saħħa tal-popolazzjoni u l-ħaddiem, u aktar miżuri li jsaħħu l-aċċess għas-suq tax-xogħol. Il-ħaddiem irid ikun il-katalista li jagħti l-valur miżjud li jwassal vantaġġ kompetittiv. Aktar ma’ dan ikollu edukazzjoni ta’ livell għoli, aktar dan ikun possibbli li jseħħ. Iżda dan waħdu mhux biżżejjed biex nattiraw investiment barrani. Il-kredibbiltà fil-prodott u s-servizz Malti hija dipendenti ukoll mir-reputazzjoni tal-pajjiż, mill-governanza tajba u mis-saltna tad-dritt. Bit-tisħiħ li qed isir f ’dan il-qasam, il-barrani jkollu aktar serħan tal-moħħ għall-investiment li jkun ser jagħmel, aktar fiduċja li l-proċess fl-implimentazzjoni ser ikun mexxej u aktar possibbiltà ta’ rimedju kif meħtieġ. Il-governanza tajba

hija għalhekk pilastru importanti mill-baġit tal-2021 li tagħti wkoll aktar kunfidenza lin-negozjant Malti u serħan tal-moħħ liċ-ċittadin. Dawn il-proposti ta’ rkupru huma bbażati fuq il-prinċipju li n-negozju jibqa’ jopera f ’dan iż-żmien ta’ tranżizzjoni u li jibqa’ jkollu aċċess għall-ħaddiema. Bl-istess mod il-kunfidenza tal-ħaddiema u li dawn jibqgħu jaħdmu, hija ċavetta oħra għassuċċess ta’ dan il-pjan. Għalhekk is-sapport finanzjarju li qiegħed jagħti l-Gvern, kemm lin-negozju kif ukoll lill-ħaddiema, huwa ta’ importanza kbira. F’dan il-mument il-Gvern qiegħed metaforikament jagħti l-ħuta u jħejji l-qasba, sakemm in-negozji jerġgħu jsibu saqajhom, b’effett dirett u pożittiv fuq il-ħaddiem. Dan qiegħed iwassal biex is-supply side tal-ekonomija tiffunzjona u tibqa’ tikkontribwixxi. Din it-sitwazzjoni toffri mekkaniżmu li bih l-ekonomija reali tibqa’ taħdem u ma tiġix replikata bl-infiq tal-Gvern biss. B’hekk anke l-ekonomija ssib saqajha malajr. Dan il-mod ta’ assistenza jqarreb ukoll l-aspettattivi tal-individwu, u tan-negozji, lejn ir-realtà ekonomika tal-pajjiż u ma jilludux ruħhom li il-Gvern jista’ joffri sapport għal żmien infinit. Ftit ftit u f ’waqtu, id-dipendenza fuq il-Gvern tibda tonqos, in-

nefqa tal-Gvern tibda tistabilizza u jiżdied aktar dħul għall-Gvern. Dan id-dokument ta’ qabel il-baġit tal-2021, għandu l-ingredjenti kollha li mhux biss iwasslu għas-sostenn tal-ekonomija imma, jagħti messaġġ ta’ kuraġġ biex nerġgħu bħala poplu, nagħmlu dak l-isforz ’il quddiem lejn aktar ħidma ta’ valur li twassal biex il-Gżejjer Maltin jerġgħu jgawdu minn dak it-tkabbir ekonomiku u l-ġid li konna drajna bih.

Permezz ta’ dan id-dokument, il-Gvern qiegħed jagħti messaġġ li rridu mmorru għal ekonomija robusta u dejjem aktar reżiljenti, biex nilqgħu għal xokkijiet oħrajn li nistgħu naraw ġejjin lejna


13

20.09.2020

one.com.mt

IL-FTUĦ TAL-ISKEJJEL

Owen Bonnici Ministru

Ix-xogħol fuq l-Iskola Primarja l-ġdida fil-Qawra wasal flaħħar fażijiet tiegħu. Wasalna fil-fażi li fuq ġewwa qegħdin nagħmlu t-tindif tal-binja u npoġġu l-għamara f ’postha u fuq barra qegħdin inwaħħlu t-turf artifiċjali. Litteralment l-aħħar irtokki qabel l-iskola issa tiftaħ il-bibien tagħha fit28 ta’ Settembru. Data li hija marbuta mar-ritorn tal-edukaturi b’mod fiżiku fuq il-postijiet tax-xogħol tagħhom, l-iskejjel u ftit warajhom jirritornaw ukoll ulied-

na. Qed nitkellmu bħal għada ġimgħa. B’hekk l-istudenti jkomplu għaddejjin bil-vjaġġ edukattiv tagħhom, li d-dinja kollha taqbel li huwa l-pass li hemm bżonn isir, għall-ġid tal-istudenti nfushom. Ma niddejjaqx nirrepeti li anki l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa stqarret li ssir aktar ħsara lill-istudenti jekk dawn ma jerġgħux jibdew bl-iskola, milli jekk dawn ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom. U kien għalhekk l-implimentazzjoni ta’ aktar minn 50 miżura biex inħarsu saħħet l-edukaturi u t-tfal tagħna fl-iskejjel. Fil-fatt, wara l-pubblikazzjoni tal-pariri u linji gwida lis-settur edukattiv għall-ftuħ mill-ġdid tal-Iskejjel Primarji u Sekondarji f ’Malta maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa, u skont dawn il-pariri u linji gwida, id-Direttorati għall-Edukazzjoni flimkien mal-iskejjel qed jimplimentaw aktar minn 50 miżura relatati mal-loġistika u l-operat tal-iskola għall-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel.

Dawn mhux qed nagħmluhom waħedna, imma qed inżommu lil kulħadd aġġornat b’dak li qegħdin nagħmlu permezz ta’ komunikazzjonijiet u wkoll informazzjoni b’aġġornamenti se qed jiġu ppubblikati kuljum bl-għan li nżommu l-pubbliku infurmat pass pass dwar l-iżviluppi kollha li qed iseħħu fl-iskejjel. Qed nagħmlu dan fuq Facebook u newsbreak.edu.mt. Qed nieħdu passi li jnaqqsu r-riskju. Xejn ma jsir jekk ma jkunx hemm il-kollaborazzjoni ta’ kull min huwa involut. Għalhekk huwa importanti ferm sehem il-ġenituri u l-kustodji tat-tfal f ’dan kollu. U kollox jibda mid-dar - il-ġenituri għandhom rwol importanti biex iżommu lil uliedhom f ’saħħithom u siguri kemm jista’ jkun meta jmorru l-iskola. Aħna wkoll se nkomplu nagħmlu l-parti tagħna b’impenn u b’responsabbiltà. Imma rridu nkunu aħna li noqogħdu attenti għall-istruzzjonijiet li jagħtuna l-Awtoritajiet tas-Saħħa, nosservawhom

u naraw li t-tfal tagħna josservawhom ukoll. Dak huwa l-ewwel pass. L-iġjene tilgħab parti importanti fil-ħajja tagħna ta’ kuljum u bil-wisq aktar f ’dan iżżmien li qed ngħixu fih iddettat mill-pandemija dinjija. Fost il-miżuri li qed nimplimentaw fl-iskejjel tagħna, hemm it-tindif taż-żoni komuni. It-tindif fl-iskejjel qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa. Ilkmamar u l-klassijiet li jintużaw minn iktar minn grupp wieħed ta’ studenti kuljum, se jitnaddfu qabel u wara l-lezzjonijiet. Kuljum, f ’kull skola, se nieħdu ħsieb ukoll li jitnaddfu l-partijiet ta’ barra, jiġifieri l-entratura u l-btieħi li jintużaw matul il-ġurnata. Dawn iż-żoni komuni, se jitnaddfu skont il-pariri u l-gwida maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa sabiex nieħdu ħsieb lil kull persuna li taħdem fl-iskejjel. Qed nieħdu ħsieb mhux biss lil uliedna imma wkoll lill-edukaturi tagħna. Biex nipproteġu lill-għalliema tagħna se nipprovdulhom visor kull wieħed, hand sanitizer u antibacterial

wipes. L-impenn tagħna mhuwiex biss dak li qed jiġi mitlub minna. Imma qed immorru oltre minn hekk. Fil-fatt, fil-pjan implimentattiv li qed nimxu fuqu, miżura minnhom hija dik li jsir risk assessment f ’kull skola. Din hija miżura addizzjonali li aħna ddeċidejna li nżiduha minkejja li ma kinetx rikjesta mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Qegħdin nagħmluha biex inkunu ċerti li l-miżuri kollha jkunu ttieħdu f ’kull skola madwar Malta u Għawdex. Għall-ftuħ tas-sena skolastika l-ġdida ħdimna mal-imsieħba kollha involuti fis-settur Edukattiv f ’Malta, mal-Awtoritajiet tas-Saħħa kemm Maltin u wkoll barranin, biex kemm jista’ jkun dak kollu li jista’ jsir fl-iskejjel bħala miżuri stajna naslu għalihom. Irrid nirringrazzja lil kulħadd; edukaturi, ġenituri u studenti talli flimkien se nosservaw il-miżuri li qed nieħdu, fl-interess tagħna lkoll biex nipproteġu lilna nfusna u lil ta’ madwarna.

ILMENTI LI M’GĦANDNIEX NISIMGĦU FIL-ĠURNATA TAL-LUM

Miriam Dalli Membru Parlamentari Ewropew

Nitkellmu ħafna dwar l-avvanzi li saru fl-aħħar snin, f ’diversi oqsma. Sfortunatament però, id-diskriminazzjoni kontra persuni b’diżabilità għadha mifruxa fil-parti l-kbira tal-istrutturi tagħna u fis-soċjetà Maltija. Dan kien ikkonfermat mill-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna. Fir-rapport annwali tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (CRPD) għall-2017/2018, ħarġu ċari wħud mill-forom ta’ diskrimi-

nazzjoni rrappurtati lill-Kummissjoni. Huwa inaċċettabbli li f ’dawn iż-żminijiet il-Kummissjoni rċeviet 205 ilmenti minn persuni b’diżabilità jew mill-membri tal-familja tagħhom. L-ilmenti jvarjaw, minn dawk relatati mal-edukazzjoni għall-impjiegi, mill-akkomodazzjoni, għall-aċċessibilità, minn oġġetti u servizzi, għall-assigurazzjoni u d-drittijiet fejn jidħlu servizzi tas-saħħa. Insibha diffiċli nifhem għalfejn f ’Malta tas-seklu 21, għadna niltaqgħu ma’ ċirkostanzi li ddeskriva Oliver Scicluna. Bħal pereżempju, xufiera li jirrifjutaw li jħallu kelb gwida jitla’ fuq tal-linja, ġirien li jonqsu milli jikkoperaw ma’ ġirien b’diżabilità, u spazji ta’ parkeġġ riservati kontinwament jitneħħew, jinżebgħu jew ġeneralment jiġu okkupati minn nies li fir-realtà m’għandhomx bżonnhom. Is-sitwazzjoni kurrenti ta’ pandemija tkompli tagħmel is-sitwazzjoni diffiċli għal persuni b’diżabilità. Proprju

għalhekk li fil-baġit għas-sena d-dieħla irid ikun aċċertat li persuni b’diżabilità ma jintesewx. Irridu nirrikonoxxu li f ’dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji, kif xieraq, persuni b’diżabilità kienu fost dawk li ngħataw għajnuna finanzjarja. L-iskemi ta’ benefiċċju mediku kif ukoll dawk ta’ diżabilità ngħataw lil persuni b’diżabilità li jaħdmu u lil persuni vulnerabbli li ma setgħux iwettqu l-attivitajiet tagħhom jew funzjonijiet tax-xogħol minħabba li ġew ordnati joqogħdu d-dar għal raġunijiet mediċi. Id-dokument ta’ qabel ilbaġit għall-2021 jindika li l-isforzi tal-Gvern se jkunu diretti lejn l-irkupru tal-attività ekonomika; mira li tista’ tintlaħaq permezz ta’ miżuri li joħolqu bilanċ bejn is-saħħa pubblika u l-ekonomija. L-inizjattivi u l-miżuri kollha se jkunu regolati mill-viżjoni ekonomika tal-Gvern għal Malta fis-snin li ġejjin, ibbażata fuq il-ħames prinċipji ewlenin ta’ governanza tajba, li jinkludu kwalità ta’

ħajja aħjar għal kulħadd u infrastruttura aħjar, fost oħrajn. Il-bniedem ma jgħixx bil-fondi biss. Fil-fatt, ħafna affarijiet relatati mal-inklużjoni u l-kuntentizza m’għandhomx x’jaqsmu ma’ flus. Iżda jkollna nammettu li mingħajr investiment finanzjarju, ma jistax isir progress. Ejjew inkunu ċerti li meta nitkellmu dwar kwalità ta’ ħajja aħjar, infissru anke għall-persuni b’diżabilità, huma x’inhuma l-ħtiġijiet tagħhom. Ejjew inkunu ċerti wkoll li meta nitkellmu dwar infrastruttura aħjar, ma nitkellmux biss dwar l-immaniġġjar tat-toroq għall-maġġoranza, imma anke l-immaniġjar tat-toroq biex ikunu aċċessibbli għal kulħadd. Għalkemm ta’ min jgħid li d-dokument ta’ qabel il-baġit jinkludi miżuri li minnhom jistgħu jibbenefikaw persuni b’diżabilità b’mod indirett, bħall-istrateġija nazzjonali tal-housing, aktar spazji miftuħa u sistemi edukattivi aħjar, nistenna li jkun hemm imniżżel speċifikament x’se jsir

sabiex l-ilmenti nnotati misCRPD jkunu indirizzati. Viżjoni ta’ sostenibilità tkun ta’ suċċess biss jekk tkun inklussiva, għaliex is-soċjetajiet tagħna magħmula minn ħiliet u abbiltajiet differenti. Sostenibiltà tfisser il-ħolqien ta’ ċirkostanzi li minnhom jibbenefika kulħadd, f ’tul ta’ żmien. Diżabilitajiet differenti hawn bosta f ’pajjiżna, u wara kull persuna b’diżabilità hemm familja, hemm qraba, ħbieb, u l-komunità kollha kemm hi. Li kieku konna qed nitkellmu dwar numru ta’ persuni li tista’ tgħoddom fuq id waħda, ukoll kont ninsisti li naħsbu fihom jekk irridu nkunu sostenibbli. Aħseb u ara porzjon sostanzjali mis-soċjetà Maltija u Għawdxija. Bħal ħafna, se nkun qed insgwi l-qari tal-baġit. Se nkun qed nistenna minnu li dawk l-aktar li għandhom bżonn is-sostenn tagħna jsibuh, f ’kuntest fejn is-sostenibilità tfisser impenn biex kulħadd ikollu ħajja aħjar fit-tul.


14

20.09.2020

one.com.mt

GĦAWDEX BĦALA MUTUR

F’laqgħa speċjali tal-Kabinett fil-Gozo Innovation Hub fix-Xewkija Għawdex, ilPrim Ministru Robert Abela elenka l-viżjoni tal-Gvern Laburista biex il-gżira ssir mutur ewlieni tat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna mingħajr ma titlef mill-karatteristiċi li tant jagħmluha partikolari u sabiħa. Fl-istess waqt li qagħad jisma’ wkoll il-ħsibijiet tal-Għawdxin, permezz ta’ bosta entitajiet li jirrappreżentaw-

hom, bħall-Kamra tal-Kummerċ Għawdx- jaħdmu żdied b’ ija, il-Gozo Tourism Association u l-Gozo ser li fl-aħħar sit University Group, fost oħrajn, Dr Abela madwar 13-il pe saħaq li talab lill-aġenziji kollha bil-maġġoranza tal-Gvern, fosthom il-Malta Enterprise, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Bank Malti għall-IżviTali strateġija, li s lupp, biex jinvolvu fuq il-ħames pu ruħhom direttament fl-istrateġija favur Għawmill-Prim Ministr dex. se tkun qed tiġi im Tali strateġija, li se tkun qed timxi fuq ilmal-Awtorità Għaw ħames punti indikati Reġjonali, li għad mill-Prim Ministru x-xahar li għadda, se tkun qed tiġi implimentata mal-Awtorità Għawdxija għall-Iżvilupp Reġjonali, li tax-xogħol f ’Għ għadha kemm twaqqfet. mid-doppju taż-ż Il-Prim Ministru rrimarka li, għalkemm bel,” insista Dr A mill-2013 ’l hawn pajjiżna kellu tkabbir “Fil-fatt, fl-aħ ekonomiku medju ta’ 9.2% fis-sena, kien hemm żieda baqa’ ħafna potenzjal x’nimmas- għal 2 qabel l-20 simizzaw. “Mill-2012, l-ammont ma li l-Gvern qe ta’ residenti Għawdxin li ħol f ’Għawdex


15

20.09.2020

one.com.mt

l-Prim Ministru waqt li nnota kif tul il-pandemija, il-miżuri li ħa l-Gvern wasslu biex iż-żieda fil-qgħad tkun ferm aktar limitata tant li ż-żieda relattiva fin-numru ta’ dawk jirreġistraw kienet terz ta’ dik f ’Malta. In-negozji li joperaw f ’Għawdex fis-settur turistiku gawdew bil-kbir bil-miżuri li ħa l-Gvern favur il-konsum domestiku, speċjalment il-vouchers, waqt li l-azjendi f ’oqsma oħrajn li kellhom bżonn l-għajnuna ngħataw id-doppju ta’ azjendi fl-istess oqsma, imma li joperaw minn Malta. Il-Prim Ministru qal ukoll li hi prijorità ta’ din l-amministrazzjoni li l-ekonomija Għawdxija tkompli tiddiversifika. Dan għax Għawdex ma jistax jibqa’ jiddependi mis-settur pubbliku u t-turiżmu kif kien tħalla taħt gvernijiet preċedenti. “Iż-żgħażagħ Għawdxin huma fost l-aktar li jkomplu l-edukazzjoni terzjarja u għalhekk l-istrateġija ta’ gvernijiet preċedenti kienet mhux biss inġusta, imma kienet tfisser ħela kbira ta’ riżorsi umani,” hu qal. Kien hawn li l-Prim Ministru semma l-viżjoni ta’ dan il-Gvern biex Għawdex ikun mutur ewlieni tat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna. “Dan ma jfissirx li l-ġżira se titlef dawk il-karatteristiċi li tant jagħmluha partikolari u sabiħa. It-tkabbir ekonomiku Għawdxi se jkun tkabbir diġitali u ambjentalment sostenibbli,” qal Dr Abela. Waqt li saħaq li l-Gvern se jkompli jaħdem biex itejjeb il-konnettività bejn iżżewġ gżejjer, Dr Abela sostna li Għawdex jagħtina l-akbar opportunità biex nuru kif l-ekonomija u l-ambjent jikkumplimentaw lil xulxin. “Jiena nara futur fejn Għawdex ikun leader fl-użu ta’ enerġija rinnovabbli. Futur fejn azjendi Għawdxin ikunu pijunieri fl-adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda favur l-ambjent. Futur fejn l-ispazji kummerċjali u industrijali jkunu ddominati mill-aħdar u mhux aktar mill-ġriż.” Hu żied jgħid li jrid jara lil Għawdex ma jiddependix minn day trippers, iżda minn turiżmu ta’ kwalità. Għawdex fejn l-agrikoltura u s-sajd joffru karriera ta’ kwalità liż-żgħażagħ tagħna u fejn dawn l-oqsma ’aktar minn 4,100. Dan ifis- tradizzjonali jitħalltu ma’ opportunitajiet fittt snin kien hemm żieda ta’ turiżmu. “Nemmen li Għawdex għandu potenzjal ersuna kull ġimgħa jaħdmu, fejn it-turist igawdi verament esperjenza taż-żieda kienet f ’postijiet ġenwina tas-soċjetà ta’ pajjiżna,” qal il-Prim Minsitru waqt li saħaq li l-bażi tal-politika tagħna lejn Għawdex se tkun dik ta’ invesse tkun qiegħda timxi timent kontinwu fir-riżorsi umaunti li ġew indikati ni u fit-titjib tal-infrastruttura tal-gżira. ru x-xahar li għadda, Fl-istess laqgħa tal-Kabimplimentata flimkien nett għamel l-intervent tiegħu l-Ministru għal Għawdex Clint wdxija għall-Iżvilupp Camilleri li qal li l-gżira qiegħdha kemm twaqqfet da u se tibqa’ prijorità għal dan il-Gvern, tant li, iżda mhux biss, qiegħda tingħata spinta kbira fejn ħawdex stess. Din hi aktar tidħol l-infrastruttura u l-proġetti kapitali żieda li kienet osservata qa- b’investimenti rekord. Hu tkellem dwar kif il-konnettività qed Abela. ħħar sitt snin, kull ġimgħa tiġi indirizzata bil-fatti, fosthom bir-raba’ a ta’ 10 impjiegi, b’kuntrast vapur tal-Gozo Channel u r-rotta l-ġdida 013. Din hi l-aqwa konfer- tal-linja X300, waqt li l-Gvern jinsab impened iwettaq il-wegħda ta’ xog- jat li jwettaq il-proġett tal-mina bejn iż-żewġ għall-Għawdxin,” kompla gżejjer li issa jinsab fi stadju avvanzat.

Ritratti: GARETH DEGIORGIO u CLODAGH O’NEILL - DOI

FIT-TKABBIR EKONOMIKU

ŻJARA LIL MAGRO BROS Fiż-żjara tiegħu f’Għawdex, il-Prim Ministru wkoll żar il-fabbrika ta’ Magro Brothers fil-Qasam Industrijali tax-Xewkija fejn iltaqa’ mal-ħaddiema u ra mill-viċin il-produzzjoni tal-prodotti li din il-kumpanija hi magħrufa għalihom. Imdawwar miċ-Ċermen John Magro u l-Kap Eżekuttiv Christian Magro, Dr Abela żar l-aħħar investiment li sar fil-fabbrika,

fejn bi €300,000, il-kumpanija xtrat faċilità oħra li permezz tagħha tista’ toħloq varjazzjoni ġdida ta’ prodotti mill-ħalib. Il-kumpanija Magro Brothers, li llum tħaddem ’il fuq minn 90 ħaddiem, iddiversifikat l-operat tagħha tul is-snin u għamlet dan filwaqt li rċeviet għajnuna sostanzjali mill-Malta Enterprise permezz ta’ għadd ta’ skemi.


16

20.09.2020

one.com.mt

L-AWTORITÀ GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI TA’ GĦAWDEX

Clint Camilleri Ministru

Din il-ġimgħa nedejna uffiċjalment l-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex. Din l-Awtorità se tkun qed tindirizza l-iżvilupp soċjoekonomiku ta’ Għawdex billi tirrakkomanda proġetti u policies li jħarsu b’mod wiesa’ l-bżonnijiet ta’ Għawdex u tippreżenta qafas għall-politika soċjoekonomika għal Għawdex. L-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex se jkollha sehem ukoll fit-twettiq ta’ dawn il-proġetti u policies, u se tipprovdi fost oħrajn viżjoni li tgawdi l-appoġġ tal-partijiet interessati kollha li jiffurmaw is-soċjetà Għawdxija, fosthom il-Gvern, is-settur privat kif wkoll entitajiet mhux governattivi. Mill-2013 ’l hawn, Għawdex

irreġistra tkabbir ekonomiku bla preċedent billi kiber b’rata medja annwali ta’ 9.2%. Madanakollu, għad hemm ħafna potenzjal li jista’ jiġi sfruttat. L-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex se jkollha parti fundamentali biex tgħin li dan isir billi bl-inizjattivi li se tkun qed tieħu, Għawdex ikun jista’ jkompli jattira dejjem iżjed servizzi b’valur miżjud għoli. Permezz ta’ din l-Awtorità, se jiġu indirizzati b’mod iktar urġenti u adegwat il-karatteristiċi ta’ Għawdex, l-aktar fosthom il-konnettività u użu aħjar tar-riżorsi naturali, finanzjarji u dawk umani. L-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex se tkun qed tikkonsulta mal-Gvern, mas-settur privat, mal-korpi kostitwiti u mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-pubbliku inġenerali biex tipprepara u tippubblika Strateġija għall-Iżvilupp Reġjonali għal Għawdex. Wara dan, l-Awtorità se tkun qed timmaniġġja u tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ din l-Istrateġija. Dan se jkun qed iseħħ jew billi tieħu b’mod dirett implimentazzjoni tat-tali miżuri jew inkella permezz ta’ ftehimiet ma’ dipartimenti u entitajiet governattivi oħra li jkunu ġew assen-

jati responsabbiltà għall-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi. Barra minn hekk, l-Awtorità se tara li jsiru studji reġjonali dwar impatt fuq Għawdex għal kwalunkwe proposta nazzjonali li titqies li tista’ taffettwa lil Għawdex. Dan se jiżgura li l-karatteristiċi ekonomiċi, soċjali u ambjentali sinifikanti ta’ Għawdex jiġu kkunsidrati fi

kwalunkwe strateġija nazzjonali, tfassil ta’ politika u ppjanar. Ninsab ċert li din l-Awtorità se tilgħab parti kruċjali biex tgħin fit-trasformazzjoni tal-isfidi ta’ Għawdex, li huma ħafna, f ’opportunitajiet billi tieħu azzjonijiet ħolistiċi u konsistenti fir-rigward tar-realtajiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi ta’ Għawdex. L-istudju li se tkun qed tesiġi li jsir

l-Awtorità, se jkun qed jiżgura li r-realtajiet ta’ Għawdex jiġu kkunsidrati b’mod studjat u professjonali fi kwalunke proposta. Għal darb’oħra nifraħ lill-membri kollha tal-Awtorità għall-Iżvilupp Reġjonali ta’ Għawdex u nawguralhom il-ħidma t-tajba. Ninsab ċert li din l-Awtorità se tkun ta’ suċċess għall-iżvilupp ta’ Għawdex.

ERFA’ U SORR GĦAL META TIĠI BŻONN

Fleur Vella Kandidata

Il-Malti jgħidlek erfa’ u sorr għal meta tiġi bżonn. Naħseb qatt daqs illum, dan il-ħsieb ma kien daqshekk rilevanti. Meta bdejna naraw il-Gvern jagħmel surplus wara ieħor, kien hemm min ħass li forsi l-Gvern kellu jkun iktar ġeneruż ma’ min jiflaħ l-inqas. Iżda llum nifhmu l-għaqal li kellu Gvern Laburista li ħaseb

għall-futur li żgur qatt ma kien jgħaddilna minn rasna. “Lejn Ekonomija Sostenibbli” hija t-tema tad-dokument tal-Gvern bi tħejjija għall-baġit tas-sena d-dieħla li ġie ppubblikat biex jiskatta proċess ta’ konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali u l-pubbliku. Dan id-dokument jagħti stampa ċara ta’ kemm qed jintnefaq sabiex in-negozji u l-familji tagħna jkomplu mixjin avolja għaddejjin minn din il-burraxka. Dan fl-istess ħin li qed naraw li avolja d-defiċit din is-sena jkun 6.7%, is-sena d-dieħla jkun 2.5% kif ukoll il-piż tad-dejn relatat mal-Prodott Gross Domestiku qatt ma jaqbeż il-51%. Il-Wage Supplement talCOVID-19 miss il-kważi 80,000 impjegat li jiġi bejn wieħed u ieħor terz ta’ dawk kollha li jaħdmu Malta. Il-

Gvern kien kapaċi jqassam il-miljuni, lil dawk li kieku spiċċaw bla xogħol, minħabba li kellu mġemma’ taħt rasu. Il-flus imġemmgħin qed imorru għand min ser jonfoqhom u għall-ekonomija tagħna u mhux biex nagħmlu xi studju minn xi konsulent tal-qalba, li ma jispiċċa qatt, u l-flus tiegħu jaħarbu f ’xi kont ’il bogħod minn xtutna. Il-vouchers tal-€100, li jridu bilfors jintnefqu fl-ekonomija tagħna, komplew jibnu biex l-agħar settur milqut, li hu dak tat-turiżmu, bħal lukandi u ristoranti, ikompli jopera u mhux jaqta’ qalbu. Kemm qalet kontra l-Programm ta’ Ċittadinanza l-Oppożizzjoni li ppermettilna li nġemmgħu xi ħaġa għal taħt rasna. Kemm pruvaw ikissrulna dak li għal terz minn dawk li jaħdmu sar is-sors ewlieni

tal-għajxien tagħhom. Mhux ta’ b’xejn li mhux talli tilfu l-boxxla imma anki l-kaptan. X’kuntrast mal-Partit Laburista li reġa’ qiegħed isorr, din id-darba l-ideat, għal kif nistgħu nkomplu ntejbu l-ħajjiet tal-Maltin fil-futur. Il-Partit Laburista nieda proċess ta’ konsultazzjoni bl-isem ‘100 idea’ għat-tfassil tal-futur ta’ pajjiżna. Dan l-eżerċizzju miftuħ idur ma’ għaxar fori politiċi li jkopru l-oqsma kollha li jaffettwaw lil pajjiżna u l-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi. Dan l-eżerċizzju ta’ diskussjoni ser jara li jinħolqu 100 idea li jixprunaw il-bidla f ’pajjiżna. Fost temi li ser jiġu diskussi hemm soċjetà fejn kulħadd jimxi ’l quddiem, Għawdex, Kunsilli Lokali, ġid li jasal għand kulħadd, l-ambjent, issaħħa, l-ugwaljanza, il-futur ta’

wliedna, il-qafas demokratiku ta’ Malta u l-irwol ta’ pajjiżna fil-Mediterran, fl-Ewropa u fid-dinja. Kull min jixtieq jagħmel kuntatt, jista’ jagħmel dan billi jibgħat e-mail fuq 100@partitlaburista.org jew messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Partit Laburista. Nemmen li dan il-proċess ser jgħin biex il-Partit Laburista jkompli jissaħħaħ u jkollu fi ħdanu ideat sodi biex joffri lill-elettorat Malti għażla serja li tagħti fiduċja li l-partit huwa kapaċi li jiggverna u jmexxi ’l quddiem lil pajjiżna. Partit Laburista li mhux kuntent jgħix bit-tifkira tas-suċċessi tal-passat iżda jkompli dejjem jaħseb dwar kif jista’ jaħdem biex ilMaltin ikomplu mexjin ’il quddiem. Eżatt bħan-nemel li dejjem għaddejjin fuq xogħolhom u jipprepraw ruħhom għall-isfidi tal-futur.


17

20.09.2020

one.com.mt

ĦIDMA LI MA TIQAFX Catherine Fenech Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Kull ġurnata li tgħaddi b’risq il-ħidma fi ħdan il-Partit Laburista hija ġurnata fejn titgħallem ħafna u fejn jinħolqulek opportunitajiet ġodda sabiex tagħmel ilġid. Forsi mhux kull ħidma tidher u jista’ jkun ikun hemm min ikollu l-perċezzjoni li l-partit mhux qed juża l-forza kollha tiegħu. Nassigurakom li fi ħdan il-PL dan mhux il-każ. Issa li f ’dawn l-aħħar disa’ xhur qed inkun parti mill-Amministrazzjoni ċentrali tal-partit nista’ napprezza aktar kemm il-ħidma tmur fil-fond, kemm hi kumplessa, kemm tinfirex f ’għeruq u f ’fergħat. Minkejja s-sajf, minkejja l-pandemija, ix-xogħol politiku baqa’ għaddej b’mod spedit. Tlaqna għal għonq it-triq permezz tal-introduzzjoni tal-policy fora, 10 b’kollox, fuq diversi oqsma u temi. Kull policy fora, komposta minn membri li ħafna minnhom mhumiex involuti direttament fil-politika, ser tevalwa, tistudja u eventwalment toħroġ b’10 proposti dwar it-tema rispettiva tagħha. It-temi jmissu dak li hu essenzjali, bażiku u mill-aktar importanti għal pajjiżna bħall-ekonomija, ix-xogħol, l-edukazzjoni, l-industrija, u s-saħħa. Dawn il-proposti li b’kollox se jammontaw għal 100 se jixprunaw lill-Partit Laburista għal djalogu wiesa’ li jwassalna għal viżjoni li se jkollu dan il-partit għal pajjiżna 10, 20, 25 sena oħra. Dawn il-proposti se jkunu mezz li jwasslu għat-tfassil tal-programm elettorali tal-Partit Laburista meta jkun il-waqt sabiex fl-elezzjoni ġenerali li jmiss ftit inqas minn sentejn oħra jkun preparat bi proposti konkreti, reali u li tassew se jsarrfu f ’aktar ġid għall-poplu Malti u Għawdxi. Din il-ħidma se twassal millġdid sabiex il-Partit Labrista jibqa’ partit relevanti, il-partit tan-nies, il-partit li ma jibżax mill-bidla, il-partit li nbidel f ’moviment għax huwa tassew il-partit ta’ kulħadd u kulħadd iħossu komdu li jifforma parti minnu u għaldaqstant jibqa’ l-għażla naturali tal-elettorat Malti u Għawdxi. Dan il-partit li din is-sena qed jiċċelebra l-100 sena mit-twaqqif tiegħu dejjem kien u għadu jagħraf li s-suċċess politiku u dak li jagħmel partit ħaj u relevanti huwa billi jibqa’ viċin il-poplu, billi jibqa’ jisma’ u jiddiskuti, billi jibqa’ joffri t-tama u s-soluzzjonijiet. Il-Partit Laburista permezz tal-Amministrazzjoni, qed ikollu laqgħat regolari mal-is-

takeholders u mal-korpi kostitwiti ta’ pajjiżna, eżerċizzju li jservi bħala mezz ta’ outreach u kif ukoll eżerċizzju sabiex nisimgħu u niddjalogaw mal-istakeholders bħala Partit Laburista u mhux bħala Gvern. Il-Partit jagħraf l-importanza li ssir distinzjoni bejn ħidmet il-partit u ħidmet il-Gvern. Dawn il-laqgħat qed joħroġ ferm ġid minnhom. Qed iressqu lill-Partit Laburista aktar lejn il-poplu u lejn min jirrappreżenta l-poplu. B’hekk biss tista’ tifhem lill-pajjiż aħjar u tifforma opinjoni reali ta’ x’hemm bżonn isir u x’jiġi mfassal fl-immedjat u fil-ġejjieni sabiex pajjiżna tassew jibqa’ meqjus fost l-aqwa fl-Ewropa. Din hi reputazzjoni li ġaladarba ksibtha, trid taħdem b’aktar forza sabiex iżomm l-istandards li ksibt. Din il-ġimgħa kelli l-pjaċir li nattendi għal-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-FŻL u ta’ NL. Tassew ħassejtni eċitata bil-kobor ta’ dan il-partit, partit ħaj, għatxan għall-innovazzjoni, għatxan biex jaqra l-futur u jkun katalist sabiex jipproponi diskussjoni fuq temi li jista’ jkun f ’mumenti jinstemgħu kontroversjali jew innovattivi żżejjed. Nemmen li pajjiżna u ż-żgħażagħ tagħna lesti għall-isfidi li joffri l-futur, pajjiżna lest li jkun aktar miftuħ, għatxan sabiex ikun jaf aktar, lest għat-tibdiliet sabiex ikollna soċjetà aktar ġusta u addattata għaż-żminijiet li ġejjin, soċjetà ħanina, soċjetà li tagħder imma mhux biss, soċjetà li grazzi għax-xjenza u għar-riċerka toffri soluzzjonijiet għal dawk li qatgħu qalbhom li jkollhom dak li dejjem ħolmu li jkollhom f ’ħajjithom u li jgħixu kwalità ta’ ħajja li tixraq lil kull bniedem fuq din l-art.

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 10 ta’ Settembru Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna l-kontijiet jagħmilhom mhux biss ma’ dak kollu li għandu x’jaqsam mal-ħanut, imma anke għal affarijiet oħra. Illejla, waqt li konna l-każin tal-banda nieħdu flixkun birra, beda jagħmel il-kontijiet dwar is-somma ta’ €50,000 li Bernard Grech qal li ġabar biex jagħmel il-kampanja tiegħu biex jieħu post Adrian Delia bħala Kap tal-Partit darba glorjuż tagħna. Skont hu, u jien naqbel miegħu, is-somma ma nġabritx mingħand it-tesserati ladarba wieħed jassumi li dawk bħali, li se jikkonfermaw lil Adrian Delia żgur li ma tawh l-ebda ċenteżmu. Ippruvajt neħodlu minn moħħu minn fejn jaħseb li nġabret is-somma, imma bqajt b’xiber imnieħer għax kien pront qalli li jien moħħ bħal tiegħu għandi, waqt li fakkarni f ’dak li jgħid il-Malti li ħadd ma jagħmel xejn għalxejn! Il-Ġimgħa, 11 ta’ Settembru Tmiem is-sajf qiegħed joqrob ġmielu, għalkemm din is-sena ftit li xejn fih sinifikat. Bħal daż-żmien konna nkunu għaddejjin bl-aħħar preparamenti għall-attivitajiet ta’ Jum l-Indipendenza li konna norganizzaw fuq il-Fosos tal-Furjana. Kuljum hemm kont inkun, insegwi d-diskussjonijiet verament interessanti. Mhux biss. Ma kontx inħabbel rasi għallikel għax dejjem hemm kont niekol. Daqqa biċċa pizza, daqqa ftira biż-żejt u l-bigilla, u kultant xi ikla bebbux. Kont niltaqa’ ma’ ħafna ħbieb antiki li bħali ma kinux ifallu ġurnata. Illum kollox spiċċa għax l-Eks Kap li kellna, l-għaref Simon Busuttil, fallieh il-partit u flus biex norganizzaw m’għandniex. Is-Sibt, 12 ta’ Settembru

Dan il-partit li din is-sena qed jiċċelebra l-100 sena mittwaqqif tiegħu dejjem kien u għadu jagħraf li s-suċċess politiku u dak li jagħmel partit ħaj u relevanti huwa billi jibqa’ viċin il-poplu, billi jibqa’ jisma’ u jiddiskuti, billi jibqa’ joffri t-tama u s-soluzzjonijiet

F’wiċċhom baqa’ dawk is-17-il traditur għax il-Kummissjoni Kandidati ma sabet xejn fil-Kap tagħna Adrian Delia u għalhekk iż-żiemel tagħhom, Bernard Grech, mhux se jtellaq waħdu kif xtaqu huma. Kif kienet tgħid in-nanna Gerit, kienu diġà għamluha fatta, tant li anke ħatfu taħt idejhom ir-radju tagħna u li kien għalihom lillKap jagħlqulu ħalqu, kif ippruvaw jagħmlulu llum. Imma l-Kap malajr kixfilhom għawarhom. Ma jaqtax qalbu r-raġel u aktar ma joqrob il-jum tat3 ta’ Ottubru, meta se ssir l-elezzjoni, aktar se jkun għaddej gas down biex jiltaqa’ mat-tesserati u jkompli jikxef għawar dawk it-tradituri.

ħeġġiġhom jikkonfermaw lil Adrian Delia bħala l-Kap tal-Partit darba glorjuż tagħna. Fil-fatt mil-lum bdejt indur il-każini, għalkemm, biex ngħid is-sewwa, ftit li xejn iltqajt ma’ tesserati għax il-każini kienu kważi kollha vojta. Mhux soltu, kien hemm min qalli, imma llum, minħabba l-maltemp ftit li xejn kienu dawk li ħarġu minn darhom, għalkemm sieħbi tal-Istamperija qalli li lil Adrian Delia, kull fejn mar, tawh merħba kbira u tgħidx kemm rabba kuraġġ. Mhux għax kellu bżonnu, għax mill-kuraġġ ma jonqos qatt. It-Tnejn, 14 ta’ Settembru Kelli l-ħsieb li nagħmel ġurnata sħiħa ngħaqad u ndur biex niltaqa’ mat-tesserati u nħeġġiġhom jivvutaw għall-Kap Adrian Delia, imma t-temp ma kienx jippermetti. Xorta għaddejt il-jum nikkanvassja għall-Kap għax tgħidx kemm għamilt telefonati. U rabbejt kuraġġ ta’ sur għax il-Kap, ħareġ qisu ljun feroċi għal dawk is-17-il traditur li ġabuna fis-sitwazzjoni li aħna. Għax għamilt ġurnata sħiħa nistaqsi lili nnifsi x’kellna bżonnha din il-battalja ladarba l-Kap Adrian Delia huwa denju li jkun Kap, dejjem skont kummissjoni tal-partit li sa fejn naf jien, għandha wkoll il-fiduċja ta’ dawk is-17-il traditur! It-Tlieta, 15 ta’ Settembru Rajtuh kemm hu bravu Bernard Grech, iż-żiemel ta’ dawk is-17-il traditur u li mingħalih se jilħaq Kap minflok Adrian Delia?! Ħareġ bil-manifest, manifest kollu bla, bla, bla! Minflok qalilna x’se jagħmel, qalilna x’jixtieq. Aħna t-tesserati mhux kliem fil-vojt irridu nisimgħu, imma x’se tagħmel u kif se tagħmel. Tgħidx kemm semma rebħiet, imma r-rebħa li rridu aħna ma semmihiex. Aħna r-rebħa fl-elezzjoni ġenerali rridu biex nerġgħu nidħlu Kastilja, man! U dik ir-rebħa jista’ jagħtihielna biss Adrian Delia li issa qiegħed juri verament xi jsarraf. L-Erbgħa, 16 ta’ Settembru

Fl-aħħar Jason Azzopardi jsib kappell jiġih. Issa mhux biss qegħdin jgħajruh giddieb faħxi, imma qegħdin jisfidawh biex iġib il-provi. X’se jagħmel ma nafx, imma jkun interessanti x’se jiġri wara t-3 ta’ Ottubru meta se ssir l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit darba glorjuż tagħna. B’Adrian Delia nafu fejn aħna, għax m’għandi l-ebda dubju li jpoġġih f ’postu, imma jekk jirbaħ Bernard Grech ma nafx kemm se jkun f ’pożizzjoni li jieħu Il-Ħadd, 13 ta’ Settembru passi kontra tiegħu għax Jason AzzoparIssa bdejna bil-kampanja u jien ta’ kul- di huwa wieħed minn dawk li ħeġġewh jum se nkun qiegħed nara kif niltaqa’ jisfida lil Adrian Delia u wieħed minn ma’ kemm nista’ tesserati biex in- dawk li qegħdin jimbuttawh sew!


18

20.09.2020

one.com.mt

reċensjoni tal-ktieb

DAL-BAĦAR ISWED Meħuda mid-daħla tal-ktieb Int u tibda taqra l-ewwel paġni ta’ Dal-Baħar Iswed ta’ Mikiel Camilleri Haber tinduna li l-kontenut, l-istil u l-għażla tal-kliem se jagħtuk ġabra ta’ novelli, twal jew qosra, li għandhom mill-karikatura. F’waqtiet mill-grottesk. Il-ħila deskrittiva tal-awtur mhux biss iġġiegħlek taqra jew timmaġina, imma effettivament tara l-karattri li Camilleri Haber iqiegħed ħajja minn paġna għall-oħra. Il-kelma ssir cartoons. U biex żgur l-awtur iwassal dan il-messaġġ, qabel kull novella hemm tpinġija li għandha minn karikatura, cartoon. Id-deskrizzjonijiet tad-diversi karattri li jiffullaw minn paġna għal oħra, bħallikieku l-individwi huma parti minn massa (karozza tal-linja, meetings politiċi, f ’ambjent familjari, fit-toroq, f ’xi restaurant jew bajja ramlija) għandhom daqqa ta’ pinzellata ħarxa barra grotteska (xagħarha aħmar imqaxxar kważi mal-ġilda, fi nħawi bil-bżieżel spjegati... ir-raġel tal-farfett... ir-raġel bis-suf, blackheads u żibeġ tal-għaraq... ix-xiħ b’xedaq ta’ żiemel). Anke l-kelma, fid-deskrizzjoni u fid-djalogu hi ħarxa, f ’waqtiet vulgari, kemm bil-Malti u kemm bl-Ingliż, tkompli toħloq l-effett ta’ dawn l-immaġni satiriċi u grotteski, donnhom f ’waqtiet ħerġin minn karru tal-Karnival. Imqar meta l-awtur juża delikatezza fid-deskrizzjoni tal-karatttri (skwiżiti, anġeliċi, verġni aktar mill-Verġni) għall-ewwel bħal tieqaf taħseb jekk hux qed jagħmel tpinġija grotteska għall-kuntrarju. L-ambjent xeniku hu wkoll sonoriku. Il-mużika, f ’waqtiet tgħajjat, storbjuża, f ’waqtiet ħiemda. Minn tal-Procol Harum sa ta’ Leonardo Cohen, tiddomina aktar minn paġna waħda. Xi wħud min-novelli donnhom ma jgħidu xejn minn dak li hu rakkont. X’jiġri? X’qed iseħħ? Bħal donnu xejn ħlief deskrizzjonijiet ta’ karattri...

imma aktarx huma dawn in-novelli aktar qosra li l-aktar se jwaqqfuk taħseb... barra li tiggustahom fil-veru sens tal-kelma għall-mod konċiż li bih qalu ħafna. Fil-fatt l-awtur, imqar b’kelma jew tinbixa, iħalli lill-qarrej joħroġ ir-riflessjoni moħbija kemm fil-karikatura u kemm fid-deskrizzjoni. L-awtur donnu jrid iwassal messaġġ (mhux b’sens morali) li kull persuna hi storja fiha nnifisha. Camilleri Haber, bla ma jkun akkużatorju u jipponta wisq sebgħu, ma jonqosx milli jwassal lill-qarrej li dak li hu estern hu projezzjoni ta’ karikatura aktar intrinsika. Forsi l-esaġerazzjoni tal-lineamenti esterni turi l-baħħ u l-vojt ta’ ġewwa. Il-maskra hi espressjoni ta’ ipokresija. F’waqtiet hemm laqta pessimista, imma l-qarrej ma jħosshiex bħala tali, minħabba l-laqta umoristika u satirika li biha l-awtur ipinġiha. Għax l-awtur joqgħod attent, jew b’mod naturali jmexxi minn stil f ’waqtiet eċċentrikament uniku, predikatur holier than thou. Int u taqra tinduna li dawn il-karikaturi jmorru lil hemm mil-lineamenti grotteski ta’ xi karattru sekondarju f ’novella jew rumanz. Huma protagonisti, f ’waqtiet bla identità proprja. Imma aktar minn hekk, iwasslek biex f ’dawn in-novelli tara lilek, il-qarrej. U lilu, l-awtur. It-titlu nnifsu DalBaħar Iswed, ifakkarni f ’idjoma ‘f ’baħar wieħed’. Bid-differenza li dik l-allużjoni għall-iswed timplika varjazzjonijiet ta’ kuluri esterni. L-aktar l-aktar, l-iswed hu l-baħħ u l-vojt. Il-ktieb għandu bħal intermezzo. Ġabra ta’ kitbiet liriċi, kważi jibża’ jsejħilhom poeżiji. Hawn Camilleri Haber isir aktar intimu, aktar serju, aktar saħansitra aggressiv vis-à-vis is-soċjetà li jgħix fiha, li tipprova u jirnexxilha tibilgħu f ’xi waqtiet biex tagħmlu bħalha. Mistoqsija: F’liema idjoma jfakkarna l-isem tal-ktieb?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb DAL-BAĦAR ISWED. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 13 ta’ Settembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb DELLIJIET JGĦAJTU FIR-RAS hija: JOANNE DEBONO BRIFFA - XEMXIJA

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

05

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm hemm ħaddiema u kumpaniji li bbenefikaw mill-COVID Wage Supplement rispettivament? Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:



20

20.09.2020

one.com.mt

In-Nymphaeum

IL-FORTI SANT’ANĠLU TAĦT L-ORDNI TA’ SAN ĠWANN Mal-wasla tal-Ordni ta’ San Ġwann f’Malta fl-1530, il-Kavallieri għażlu l-Birgu bħala l-belt ewlenija tagħhom, speċjalment minħabba l-flotta navali li kellhom. Barra minn hekk, il-Castrum Maris kien l-iktar fortifikazzjoni ta’ stoffa li sabu fil-Gżejjer Maltin, għalkemm kien qadim u mhux addattat għal gwerra moderna. Kienu l-KaMatthew, jiġifieri l-ewwel tibdiliet strutturali li saru, bdew minn żmien il-Gran Mastru L’Isle-Adam? Hekk hu, għax saru bejn l-1530 u l-1534. Peress li l-palazz tal-forti ġie użat bħala r-residenza uffiċjali tal-Gran Mastru, dan ġie msebbaħ u mkabbar. Fost l-oħrajn, inbena taraġ ġdid fuq barra u nbniet sezzjoni ġdida fuq il-Lvant tal-palazz oriġinali, flimkien ma’ sala ġdida fejn kienu jiltaqgħu l-Kunsill u l-Kapitlu Ġenerali tal-Ordni. Dan baqa’ jitlaqqa’ hekk sal-1558. L’Isle-Adam bena wkoll struttura unika: in-nymphaeum. Din il-binja, li ma kellha ebda użu militari, kienet sempliċiment użata bħala post ta’ mistrieħ u fil-fatt kienet toffri dell kontinwu kontra l-qawwa tax-xemx Maltija. Anke l-kappella ta’ Sant’Anna rat tibdil fil-forma tagħha peress li ġiet magħżula bħala l-kappella maġistrali. Hawn żdiedet sezzjoni fuq ġenb minnhom, tant li kellu jsir appoġġ ġdid għas-saqaf permezz ta’ kolonna klassika u ġiet imħaffra

vallieri li biddlu l-isem tal-kastell għall-Forti Sant’Anġlu, isem li qabad sew sal-1532. Peress li l-forti issa sar il-post prinċipali għat-tmexxija kemm ta’ Malta kif ukoll tal-Ordni, il-Kavallieri mill-ewwel ħasbu biex mhux biss issaħħulu d-difiżi tiegħu iżda wkoll jaddattawh aħjar għall-użu ġdid tiegħu. Dan ta bidu għal proċess ta’ evolu-

wkoll kripta fejn indifnu l-ewwel erba’ Gran Mastri residenti f ’Malta. Il-fdalijiet tagħhom ittieħdu lejn il-Konkatidral ta’ San Ġwann fl-1577. F’dan il-perjodu bdew jitħaffru jew jitkabbru xi sotterrani talkastell, hekk kif kien jintuża wkoll bħala ħabs tal-ilsiera. Iżda, dan kien biss għal ftit żmien, hekk kif wara li l-ilsiera ppruvaw iqajmu rewwixta fl-1531, l-Ordni bena ħabs ġdid ’il barra mill-fortizza fis-sena ta’ wara. Tajjeb li jingħad, li l-forti baqa’ jintuża bħala ħabs għall-Kavallieri stess sal-1798 u fil-fatt għadha preżenti ċella taħt l-art magħrufa bħala l-guva, li fiha ġew miżmuma priġunieri diversi Kavallieri li ħallew għexieren ta’ tinqix mal-ħitan bħala rikordju tal-kundanna tagħhom. Dan il-forti serva biex jinqaflu fih nies li kien ikollhom xi jgħidu ma’ persuni oħra, jew li ppruvaw jieħdu sehem f ’xi rewwixta. Iva, u jingħad li f ’din iċ-ċella

zzjoni li wassal biex sa ma l-Kavallieri telqu minn Malta fl-1798, il-Forti Sant’Anġlu bidel kważi kompletament il-forma tiegħu. Dan it-tagħrif ksibtu mingħand Matthew Balzan, Kuratur Prinċipali tal-Fortifikazzjonijiet, ta’ Heritage Malta. Minn CHARLES B. SPITERI

tal-Birgu, peress li sa dak iż-żmien, il-baħar kien għadu mezz ta’ protezzjoni u allura l-għadu seta’ biss jattakka b’assedju mill-art. Għalhekk, l-ewwel fortifikazzjonijiet ġodda li nbnew sal-1536 taw forma ġdida lil din in-naħa tal-forti. Dawn kienu l-Batterija ta’ Bħala difiża aktar b’saħħitha u Sant’Anġlu u l-Bastjun ta’ d’Homedes (imsemmi hekk għall-Gran soda, x’għamlu l-Kavallieri? Mastru li fi żmienu sar ix-xogħol). Huma raw li l-forti jkun protett Dawn il-pjattaformi mhux biss aħjar kontra xi attakk min-naħa daħħlu arkitettura militari ġdida nżamm arrestat il-pittur Caravaggio li iżda għalkemm vera kien miżmum fil-forti fl-1608, m’hemm l-ebda referenza ċara ta’ fejn kien arrestat. Barra minn hekk, hu rnexxielu jaħrab wara biss xahrejn taħt arrest.

Wara l-Assedju, il-Forti Sant’Anġlu għadda minn żminijiet xejn sbieħ. Il-Kavallieri kienu okkupati bil-bini tal-belt ġdida ta’ Valletta, u wara li mexxew il-kwartieri tagħhom hemmhekk fl-1571, mill-ewwel bdew jaħsbu fil-bini ta’ fortifikazzjonijiet ġodda biex jiddefenduha aħjar, fosthom is-swar tal-Furjana, ta’ Margerita, tal-Kottonera u l-Forti Rikażli

f ’Malta iżda bdew ibiddlu wkoll il-Forti Sant’Anġlu f ’fortizza li setgħet tuża l-kanuni għad-difiża tagħha. L-istess żidiet wasslu wkoll biex jiġi ffurmat foss ġdid li tħaffer fond biżżejjed biex jimtela bl-ilma, u kompla jiġi mħaffer fl-1564. Biss, dan ma kienx l-uniku xogħol li sar. Peress li l-forti hu mdawwar b’ħafna postijiet għoljin, dan kien ta’ żvantaġġ f ’każ ta’ assedju hekk kif l-għadu seta’ juża dawn l-artijiet biex minn hemm jibbumbardja l-forti. Għalhekk, bejn l-1542 u l-1547 ġiet mibnija struttura għolja magħrufa bħala l-Kavallier ta’ Ferramolino, imsemmija hekk għall-Inġinier Militari Taljan Antonio Ferramolino. Din il-pjattaforma mhux biss setgħet tintuża bħala batterija tal-kanuni iżda anke post minn fejn setgħu jiġu osservati l-Port il-Kbir u l-Port ta’ Marsamxett u mogħtija sinjali lejn bastimenti barra l-portijiet u lejn l-Imdina. Dawn il-fortifikazzjonijiet ġodda servew ta’ deterrent kon-


21

20.09.2020

one.com.mt

tra r-razzia ta’ Dragut fl-1551, li wasslet sabiex minflok Malta, jiġi attakkat Għawdex. L-aħħar forma ta’ difiża qabel l-Assedju l-Kbir tal-1565 saret barra l-kastell eżatt taħt il-ponta tal-fortizza u din kienet batterija ta’ kanuni li tista’ tiġi meqjusa bħala l-ewwel batterija kostali f ’Malta. Mibnija fl-1558, din il-batterija ta’ ħames kanuni, magħrufa bħala ta’ De Guiral, kienet tiddefendi d-daħla tal-Port tal-Galeri (bejn il-Birgu u l-Isla) minbarra l-katina ħoxna tal-ħadid li kienet tagħlaq din id-daħla u li twaħħlet fl-1546 u mkabbra fl1564. Matul l-Assedju l-Kbir x’kien sehem il-Forti Sant’Anġlu?

tament id-dehra tal-kastell l-antik. Fl-1681, l-Ordni stiednet lill-Inġinier Militari Fjamming Carlos Grunenbergh sabiex jiġi Malta u jagħti pariri fuq il-fortifikazzjonijiet ġodda li kienu qed jinbnew. Dan reġa’ żar Malta fl-1683 u fl1687 u f ’din is-sena ppropona li l-Forti Sant’Anġlu kien ħaqqu li jiġi rranġat, peress li minħabba l-pożizzjoni strateġika tiegħu eżatt quddiem id-daħla tal-Port il-Kbir, kien ideali biex jiddefendiha kontra attakki mill-baħar.

vallieri setgħu jaraw il-potenzjal tal-fortizza bħala batterija kostali kien matul l-invażjoni Franċiża Iżda minkejja dak tal-1798. Biss, tant kemm l-Ordl-investiment kollu li sar ni kien imnawwar minn ġewfis-sekli 17 u 18, ngħid sew li l-Forti Sant’Anġlu qatt ma ġie wa u mingħajr tmexxija soda, li ppruvat fi gwerra jew battalja? l-Franċiżi daħlu fil-Port il-Kbir prattikament mingħajr ebda Hekk hu. L-uniku ċans fejn il-Ka- reżistenza. tal-Ordni.

Għalkemm il-forti kien armat b’diversi kanuni u mgħasses minn madwar 250 suldat, l-ebda kanun ma ġie sparat kontra l-Forzi Franċiżi, li għas-sentejn li baqgħu fil-Gżejjer Maltin, aktarx li użaw il-Forti Sant’Anġlu bħala l-kwartieri ġenerali tas-suldati Franċiżi stazzjonati f ’Malta.

Il-Forti Sant’Anġlu lejn l-aħħar tas-seklu 18 (kollezzjoni Mużew Marittimu ta’ Malta)

Mela x’nistgħu ngħidu li kien it-tibdil ewlieni ta’ Grunenbergh?

It-tibdil ewlieni ta’ dan l-inġinier kien jinkludi ringiela ġdida ta’ swar man-naħa t’isfel tal-fortizza kif ukoll il-bini ta’ erba’ batteriji li jħarsu fuq id-daħla tal-Port il-Kbir. Dawn inbnew waħda fuq l-oħra u setgħu jieħdu massimu ta’ 48 kanun, li kien l-ikbar ammont ta’ kanuni li qatt tpoġġa f ’post wieħed f ’Malta. B’hekk, il-Forti Sant’Anġlu issa ġie utilizzat bħala l-batterija kostali ewlenija li tiddefendi l-Port il-Kbir, li sa dak iż-żmien kienet id-daħla ewlenija ta’ Malta. Grunenbergh ma baqax Malta sakemm tlesta l-proġett, u x-xogħlijiet tkomplew taħt is-superviżjoni tal-Inġinier Militari residenti tal-Ordni Mederico Blondel. Ftit wara, sar tibdil importanti ieħor hekk kif diversi kwartieri tas-suldati, li kienu antiki u kkundannati, waqgħu fit-terremot tal1693. Għalhekk, Blondel bena żewġ ringieli ġodda ta’ kwartieri. Sfortunatament, ringiela minnhom reġgħet waqgħet matul X’ġara mill-Forti Sant’Anġlu it-Tieni Gwerra Dinjija. Dan wara l-Assedju? ix-xogħol kollu wassal sabiex visWara l-Assedju, il-Forti Sant’Anġ- ti minn inġiniera militari Franċiżi lu għadda minn żminijiet xejn fl-1715 u l-1761 kienu sodisfatti sbieħ. Il-Kavallieri kienu okkupati bid-difiża tal-fortizza. bil-bini tal-belt ġdida ta’ Valletta, u wara li mexxew il-kwartieri Bħala l-aħħar xogħol ta’ tagħhom hemmhekk fl-1571, ċertu kalibru li sar fil-Forti mill-ewwel bdew jaħsbu fil-bini ta’ Sant’Anġlu mill-Ordni ta’ San fortifikazzjonijiet ġodda biex jid- Ġwann, liema kien? defenduha aħjar, fosthom is-swar tal-Furjana, ta’ Margerita, tal-Kot- L-aħħar xogħol qawwi kien inbeda tonera u l-Forti Rikażli. Għalhekk, fl-1761 u spiċċa fl-1789. Kien taħt il-kastell Sant’Anġlu li kien għadu it-tmexxija tal-Kavallier Francois prattikament ta’ forma Medjevali, Jacob de Tignè. Dan il-proġett tilef ħafna mill-importanza tiegħu. kien jinkludi l-kisi mill-ġdid ta’ Biżżejjed jingħad illi fl-1663, kważi s-swar kollha li jdawru kważi 100 sena wara l-Assedju l-forti bil-ġebel tal-qawwi. Peress l-Kbir, kienu għadhom jidhru li qabel, ħafna mill-bini kien sar l-ħsarat tal-balal Ottomani fuq is- bil-franka, apparti wħud mill-batswar tal-fortizza. Fl-1658 kienu teriji li bena Grunenbergh li saru ġew allokati xi flus sabiex il-for- biż-żonqor, il-ġebel kien jitmertizza tissewwa, biss dawn kienu mer malajr minħabba l-elementi ftit wisq u ftit li xejn sar xogħol, naturali speċjalment ir-raxx tal-ilapparti fuq il-kappella tan-Natività ma baħar. Bl-użu tal-ġebla tal-qatal-Madonna li ngħatat dehra iżjed wwi, is-swar issaħħew u setgħu jservu għal żmien itwal, kif fil-fatt Barokka. għadhom sal-lum. Dan ix-xogħol sewa ammont mhux ħażin ta’ flus Allura meta sar ristrutturar u kien għalhekk li ħa ħafna żmien sura ta’ nies? sabiex jitlesta. Ġie rranġat ukoll Strutturar kbir sar bejn l-1689 u il-Bastjun ta’ D’Homedes, li sall-1691 li permezz tiegħu, il-Forti 1756 kien jintuża bħala l-maħżen Sant’Anġlu biddel kważi komple- prinċipali tal-porvli għall-flotta Il-Forti Sant’Anġlu serva bħala l-kwartieri ġenerali tad-difiża, u kien il-post minn fejn kienu jitqassmu l-provvisti tal-gwerra. Saħansitra kien inbena pont tal-injam bejn il-Birgu u l-Isla biex jiffaċilita dan. Il-fortizza kellha tkun il-post tal-aħħar difiża, f ’każ li l-bqija tal-Gżejjer Maltin jintrebħu mill-Ottomani. Biss, l-assedju ma wasalx sa hawn u fil-fatt, il-Forti Sant’Anġlu qatt ma ġie attakkat direttament bħall-Forti Sant’Iermu u l-Forti San Mikiel. Iżda l-Ottomani kienu ta’ spiss jibbumbardjawh b’kanuni minn fuq l-Għolja Xiberass (fejn illum hemm il-Barrakka ta’ Fuq) u l-Għolja tas-Salvatur fil-Kalkara. Il-forti kien ukoll jispara kontra pożizzjonijiet Ottomani u fil-fatt jingħad li l-balla li wasslet għall-mewt ta’ Dragut ġiet sparata minn fuq il-Kavallier ta’ Ferramolino.

Pjanta min-nofs is-seklu 18 li turi t-tibdil li għamel Grunenbergh (Biblijoteka Nazzjonali)

Il-Kappella ta’ Sant’Anna minn ġewwa


22

20.09.2020

one.com.mt

OLIVER TABONE

SAR YOUTUBER B’KUMBINAZZJONI Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Kultant fil-ħajja jiġrulna ħafna ċirkostanzi b’kumbinazzjoni. Ta’ min tiġih tajba, u ta’ min ftit inqas. Dan l-aħħar sirt naf b’persuna li l-kumbinazzjoni tiegħu tbissmitlu mhux ħażin. Qed nirreferi għal Oliver Tabone. Għandu 36 sena, imwieled Birżebbuġa u bħalissa jgħix iż-Żurrieq. Xogħlu huwa fulltime YouTuber. Però xorta żamm ix-xogħol li kellu fuq bażi reduced, għax fil-ħajja xejn mhu garantit. Fil-fatt bħala YouTuber, iċ-channel tiegħu jikkonsisti f ’filmati dwar il-klieb tiegħu u l-ġriewi tagħhom. Ir-razza tal-klieb tiegħu jgħidulha Shiba Inu u s’issa għandu żewġt iklieb adulti, kellu tliet litters – li kellhom total ta’ tmien ġriewi. Mistoqsi x’tip ta’ vidjows ittella’ fuq YouTube u kemm ta’ spiss, Oliver weġibni: “Filmati tal-klieb fejn kull wieħed jew waħda tajthom karattru. It-tir hu li noħloq djalogi interessanti u umoristiċi biex is-segwaċi nżommhom engaged ħalli ovvjament jaraw iktar. Nipprova ntella’ vidjow kuljum ta’ bejn minuta u ħames minuti”. Ta’ min jgħid, li bħalissa Oliver għandu madwar 540K subscribers u iktar min 226 miljun views. Naturalment immaġinajt li dawn iċ-ċifri bla dubju jagħtuh sodisfazzjon kbir. Filfatt ikkonfermali dan kollu. “Ħafna hux meta tikkunsidra li wara dan il-ħsieb hemm persuna waħda biss. Kollox beda mix-xejn u kważi bla ebda riżorsi ta’ barra minn hawn. Jien nagħmel kollox bil-mobile. Neditja l-vidjows, ħloqt il-logo u anke ħloqt disinn ta’ merchandise - kollox permezz tal-mobile,” stqarr miegħi. Apparti milli sodisfazzjon, hemm ukoll il-pagament tiegħu għal dawn il-vidjows li jtella’, u bħala YouTuber Malti, Oliver imur tajjeb ħafna. Ħallejt f ’idejh sabiex jiżvela xi dettalji dwar kif taħdem l-affari eżatt u kemm dam biex beda jara ċenteżmu riesaq lejh. “Naħseb l-iktar parti diffiċli f ’din l-avventura hi sakemm jirrnexxilek tikkwalifika ċ-channel tiegħek bħala monitized. Imbagħad tibda t-tiġrija biex tibni komunità u ovvjament jiżdiedu l-views u konsegwentament jidhru iktar reklami fuqhom. Jien niftakar li domt biss ftit

ġimgħat, imbagħad titħallas ovvjamanet skont kemm jidhru reklami fuq il-filmati tiegħek. Dan jiddependi ħafna minn liema pajjiż jew kontinent għax tagħmel differenza kbira. Eżempju l-Amerka u l-Awstralja għandhom l-aqwa CPM (cost per thousand impressions) u views mill-Indja ma jiswew kważi xejn. F’termini sempliċi u kemxejn vagi nitħallas bejn wieħed u ieħor €30-100 ta’ kull 100K view,” żvela miegħi Oliver. Aktar kmieni fl-intervista, Oliver sostna miegħi li fil-filmati tiegħu jirreferi għal ġriewi tiegħu bħala ‘potat’ li din il-kelma mxiet għal urban dictionary. Terminu li sar jintuża online biex jiġi referut ġeru ta’ din ir-razza. Kollox beda b’kumbinazzjoni, minħabba nuqqas ta’ spazju fuq il-mobile tiegħu Ta’ min iżid jgħid li din l-avventura tiegħu ta’ YouTube bdiet b’kumbinazzjoni, meta proprju kellu l-ewwel wild ta’ kelb u kien ġibidlu filmat li ġie twil u

kbir ħafna li ma setax jagħmlu save fuq il-memorja tal-mobile, allura ġietu l-idea li jtellgħu fuq YouTube. Fil-fatt tellgħu bi skop ta’ backup. Ħallejt f ’idejh sabiex jgħidli x’ġara aktar minn dakinhar ’l hawn. “Mid-dehra dan qanqal interess għax beda jtella’ fil-views u n-nies bdew jagħmlu subscribe taċ-channel. Meta bdejt nara dan l-interess fittixt fuq YouTube stess jekk

hux possibbli tagħmel revenue għax għalija dak iż-żmien kienet qisha myth. Minn dakinhar ’il quddiem imbagħad bdejt nieħu l-biċċa xogħol iktar bis-serjetà sabiex wasalt fejn wasalt illum,” żvela miegħi Oliver. Naf li wara dak iż-żmien beda josserva li ħafna nies bdew isegwu l-filmati tiegħu, u minn hemm ra x’għamel sabiex

ikun jista’ jibda jiġi kkumpensat. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Meta tikkwalifika ċ-channel tiegħek bħala monetized u ovvjament tkun diġà abbinajt il-kont tal-bank lokali mal-AdSense account li hija kumpanija oħra ta’ Google, tibda tirċievi pagament dirett f ’dan listess kont, kull xahar. Dan iseħħ jekk l-ammont ikun ta’ iktar minn €70 fix-xahar.” L-aħjar li jkunu filmati mhux bil-lingwa Maltija

Naħseb l-iktar parti diffiċli f’din l-avventura hi sakemm jirrnexxilek tikkwalifika ċ-channel tiegħek bħala monitized. Imbagħad tibda t-tiġrija biex tibni komunità u ovvjament jiżdiedu l-views u konsegwentament jidhru iktar reklami fuqhom. Jien niftakar li domt biss ftit ġimgħat, imbagħad titħallas ovvjamanet skont kemm jidhru reklami fuq filmati tiegħek

Ridt inkun naf xi kemm jeħodlu ħin b’kollox bħala YouTuber bħalu, sabiex jipprovdi l-filmati għall-udjenza tiegħu. “Jien inqisni li kont iffortunat fis-sens li ma domtx biex ksibt il-popolarità f ’dan il-mezz. Il-mixja tiegħi kienet kostanti u f ’inqas minn sena kont diġa lħaqt 100k subscriber fiċ-channel. Biss ma jfissirx li hemm xi mudell tipiku jew average ta’ kif isir YouTuber. Kull channel għandu l-individwalità tiegħu,” stqarr miegħi. Ridt niċċara miegħu meta stqarr miegħi li huwa full-time YouTuber, jekk riedx ifisser


23

20.09.2020

one.com.mt

ĠABRA TA’ POEŻIJI TA’ TAMA FIL-COVID

Jien inqisni li kont iffortunat fis-sens li ma domtx biex ksibt il-popolarità f’dan il-mezz. Il-mixja tiegħi kienet kostanti u f’inqas minn sena kont diġà lħaqt 100k subscriber fiċ-channel. Biss ma jfissirx li hemm xi mudell tipiku jew average ta’ kif isir YouTuber li jdum ġranet sħaħ jaħdem fuq filmat, bl-editing b’kollox. “Full-timer as in renumeration, mhux bħala ħin għax ħin niddedika bejn siegħa jew sagħtejn kuljum.” Għall-futur, Oliver jixtieq li jkompli jilħaq iktar udjenzi u jikber fiċ-channel u ’l quddiem iżid ukoll xi kelb ieħor fil-familja. Fl-aħħar nett, il-messaġġ tiegħu lejn il-qarrejja ta’ din il-gazzetta dwar l-avventura tiegħu ta’ YouTube, jgħid hekk: “L-ewwel nett it-target tiegħek għandu jkun li tipprova tilħaq kemm jista’ jkun nies fuq din il-platform mid-dinja kollha. Jiġifieri, tagħmilx filmati bilMalti għax ovvjament għandek udjenza ristretta ħafna. YouTube għandu żewġ biljun user mid-dinja kollha. Ipprova sib xi

ħaġa ta’ interess li tintlaqa’ tajjeb mill-maġġoranza tan-nies. Ikolli nistqarr wkoll li s-suċċess tiegħi kien kumbinazzjoni ta’ fortuna u quality content. Iktar fortuna però! Il-fortuna hi parti essenzjali fl-industrija tal-entertainment. Inqisni xxurtjat li kbirt daqstant fi ftit żmien. Hemm min ħa ħafna iktar fit-tul u ddedika ħafna iktar ħin u equipment fil-filmati tiegħu. Nistqarr li jien ixxurtjat li YouTube kemm-il darba qabad filmati tiegħi u għamilhom viral. Għandi wħud li qabżu l-10 miljun view waħidhom. Għalija dan hu l-iktar mod effettiv li tikber fuq dan iċ-channel. Però, ħadd m’għandu kontroll fuq dan - YouTube jimxi b’sistemi awtomatiċi u għandu algorithims tiegħu,” temm jgħidli Oliver.

Fix-xahar t’Awwissu ta’ din is-sena iżżewġ gruppi kulturali EspRimi (Malta) u Laboratorio Poetico di E’Valtellina (Italja) ikkollaboraw flimkien biex ħolqu vidjow bil-qari ta’ poeżiji dwar il-COVID-19, bl-isem ta’ Voci dalla quarantena. Disa’ poeti miż-żewġ għaqdiet kitbu poeżiji bit-Taljan li ġew inklużi fil-vidjow. Il-poeti Maltin huma Patrick Sammut, Alfred Caruana Ruggier, Charles Mifsud, Amanda Busuttil u Emmanuel Attard Cassar. Sammut, Caruana Ruggier u Attard Cassar qraw il-poeżiji tagħhom filwaqt li Nathalie Busuttil qrat il-poeżija ta’ oħtha Amanda u Ronald Cuschieri qara l-poeżija ta’ Charles Mifsud. Il-poeti Taljani huma Paola Mara De Maestri, ideatriċi tal-inizjattiva (mużika ta’ Gioele Tonelli), Stefano Ciapponi, Alda Volpi (editjar ta’ binha Luigi Martinelli) u Lucia Mescia (editjar ta’ Livia Da Riva). “L-intenzjoni tal-proġett kienet li tipprovdi xhieda qawwija permezz tal-vuċi varjata ta’ poeti u jħallu traċċa ta’ dak li ġie esperjenzat, kif ukoll bħala twissija għall-futur, u sabiex jippromwovi b’mod kollettiv sens ta’ responsabbiltà lejna nfusna u lejn l-oħrajn,” qalet Paola Mara De Maestri, Kunsilliera ta’ E’Valtellina u Kap tal-Laboratorju Poetiku, li minbarra l-parteċipazzjoni tagħha bil-poeżija ‘Per noi’ kienet responsabbli għall-editjar tal-vidjow. F’kumment dwar il-vidjow, Emmanuel Attard Cassar, President ta’ EspRimi, għamel referenza għat-traġedja li sofrew xi wħud, għall-iskumdità u d-diffikultajiet li qajmet il-pandemija u għall-ispirtu kollet-

tiv muri fil-pajjiżi kollha tad-dinja. “Rajna t-tobba, l-infermiera u l-impjegati kollha fl-isptarijiet jitħabtu kemm jifilħu biex isalvaw ħajjiet ta’ persuni bil-virus. Rajna kumpaniji li offrew it-teknoloġija tagħhom biex tintuża f ’din il-ġlieda kollettiva. Rajna nies jitilfu x-xogħol u għexna l-ansjetà u l-għarfien tal-gravità li ġab miegħu dan il-virus ġdid,” hu qal. “B’hekk il-poeti riedu jitkellmu, u dan għamluh bl-iskop li jagħtu appoġġ linnies li kultant kellhom bżonn joqogħdu ’l bogħod minn qrabathom u jaddattaw għal dan iż-żmien diffiċli. Iżda, kif ġara anki fi żminijiet diffiċli oħrajn, in-nies, li wħud minnhom isofru aktar minn oħrajn, jafu jħarsu ’l quddiem u jittamaw. U dawn huma proprju l-għanijiet ta’ poeta, appuntu li jesprimi l-ferħ u n-niket tal-poplu u fl-istess ħin joffri tama biex in-nies ikunu determinati u fiduċjużi fil-futur.” Il-vidjow bil-poeżiji jinsab fuq Youtube (https://www.youtube.com/watch?v=xEpMHvyLLO0&t=3s). L-inizjattiva kisbet ukoll il-patroċinju prestiġjuż tal-Wikipoesia, meqjusa “Il-Wikipedija tal-poeżija”. Il-Kunsillier u l-Kap tal-Governanza, Renato Ongania, ikkummenta fost l-oħrajn li “l-kompożizzjoni tal-Laboratorju, f ’tip ta’ dikotomija Lombard-Malti, issib għajxien diffiċli ta’ sentimenti fil-passat riċenti. Ir-riżentiment, ir-rabja, it-tbatija, l-esternalizzazzjoni tal-uġigħ u l-inadegwatezza tar-rispons li l-umanità tat lill-isfida huma identifikati. Kollox huwa marbut mal-imħabba, tgħanniq, it-tama, il-futur - bħallikieku biex itaffu l-linji mudlama.”


24

20.09.2020

one.com.mt

MARIANO GERADA

L-ISKULTUR TAL-ISTATWI TA’ SETTEMBRU Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Dan ix-xahar ta’ Settembru huwa marbut ma’ diversi festi ċċelebrati f ’Malta li fihom jiġu meqjuma statwi maħduma minn id wieħed mill-aqwa skulturi ta’ pajjiżna – Mariano Gerada. Fosthom dik ta’ Santa Katerina fiż-Żurrieq fl-ewwel Ħadd ta’ Settembru, dik tal-Madonna

tal-Grazzja f ’Ħaż-Żabbar filĦadd ta’ wara l-festa tal-Vitorja u dik ta’ San Mikiel f ’Bormla fid-29 ta’ Settembru. Għalhekk ħsibt li jkun xieraq li fil-ħarġa tal-lum inwasslilkom ftit tagħrif dwar dan il-personaġġ magħruf Malti. Mariano jew Maruzzo Gera-

da twieled Ħal Tarxien fis-7 ta’ Mejju 1766 bin Antonio u Tereża mwielda Mifsud, it-tieni minn erba’ subien. Ma kienx ta’ skola kbira, iżda kien jinqeda jikteb u jaqra bl-ilsien Taljan. F’żgħożitu bejn is-17 u d-29 sena (1783-1795), Gerada kien imsiefer, probabilment fi Span-

ja, fejn il-familja kellha rabtiet kbar, u fejn ġewwa Valencia l-artist tħarreġ fil-karriera ta’ skultur. Għalkemm twieled Ħal Tarxien, mill-1803 ’l quddiem, il-Mariani għex u ħadem Bormla. Waħda mix-xogħlijiet ewlenin tiegħu kienet ilvara proċessjonali tal-Madon-

na tal-Grazzja f ’Ħaż-Żabbar (c.1797), u l-istatwa stradali tant sabiħa tal-istess Madonna tal-Grazzja fi Triq is-Santwarju fl-istess raħal (c.1801). F’Jannar tal-1803 imbagħad, il-prokuratur tar-Rużarju tal-Knisja tas-Siġġiewi ordna l-vara proċessjonali tal-Madonna tar-Rużarju li tlestiet sentejn wara fl-1808. L-iskultur kellu f ’idejh il-kummisjoni għall-vara ta’ Santa Marija ta’ Ħal Għaxaq. Ta’ Gerada huma wkoll l-iljun u ż-żiemel fil-funtana ta’ fuq San Gwann il-Belt (1820), u l-arma rjali li kien hemm fuq Bieb il-Belt. F’Bormla il-Marjani ħadem il-fonti battesimali (1814), u l-vara ta’ San Mikiel (1819), filwaqt li matul l-1822 kien beda l-istatwa tal-ġebel ta’ Santu Rokku fil-pjazza tal-Qrendi, li tlestiet wara mewtu mill-alljiev tiegħu Pietro Paolo Azzopardi. F’Għawdex, il-knisja tal-Għarb għandha Ecce Homo xogħol Mariano Gerada, filwaqt li x-Xewkija għandhom opra li tirrappreżenta lil Sant’Elija. L-iskultur ħadem ukoll bosta xogħlijiet u opri oħra li l-verità tagħhom għadha trid titfaċċa biż-żmien. Iżda Gerada kien ikun mgħobbi dejjem bix-xogħol għaliex hu ta’ sikwit kien jaħdem kummissjonijiet żgħar ġewwa d-djar u l-knejjes ta’ pajjiżna. Il-kummmissjoni lil Gerada biex jaħdem il-vara titulari tal-purċissjoni għall-parroċċa taż-Żurrieq saret b’kuntratt notarili tas-26 ta’ Ġunju 1803 quddiem in-nutar Pietru Paolo Farrugia. Il-kuntratt sar fiż-Żurrieq, probabilment fil-knisja parrokkjali, bejn Gerada fuq naħa waħda u l-Kappillan Buttiġieġ, flimkien mas-sinjuri Zammit u Mallia, prokuraturi tal-proġett, fuq in-naħa l-oħra żewg qassisin Żrieraq dehru bħala xhieda. Qabel iddeċidew fuq il-kummisjoni, Gerada kien diġà ħadmilhom mudell jew abbozz bħala kampjun tax-xogħol li kien fi ħsiebu jagħmel, u li naturalment kien intgħoġob u ntlaqa’ tajjeb. Lill-iskultur tawh sena u kważi erba’ xhur żmien biex ilesti x-xogħol, bilprezz ta’ 700 skud. Il-kuntratt fih ftit dettalji u kundizzjonijiet imposti min-naħa tal-prokuraturi fuq l-iskultur. Jissemma biss l-injam tal-arżnu u li l-iskultur kellu jiskolpi l-vara, jinduraha u jorqomha. Bnadi oħra, pereżempju fil-kummis-


25

20.09.2020

one.com.mt

sjoni tal-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju tas-Siġġiewi (Jannar 1803), u fl-istatwa ta’ San Gużepp taż-Żurrieq (1822) li Gerada qatt ma lesta, il-kuntratt ma’ Gerada jidħol f ’ħafna dettalji dwar il-kummissjoni. Pereżempju fil-każ tal-kummissjoni tas-Siġġiewi, il-pittur Michele Busuttil u l-iskultur Guiseppe Casha kellhom jissorveljaw u japprovaw ix-xogħol. Mal-istess vara kellu jinħadem ukoll il-pedestall indurat (li Gerada ħadem għand Michele Scolaro tal-Belt), u wkoll il-lasti għar-reffiegħa, u fil-każ tal-kummissjoni għallvara ta’ San Ġużepp taż-Żurrieq, il-kuntratt isemmi fost l-oħrajn il-kwalità tal-injam, pedestall u bradella, lasti, kulur, induratura u l-opinjoni ta’ ‘bravi pittori’. Iżda għalkemm il-kuntratt għal Santa Katarina taż-Żurrieq huwa ftit xott minn xi dettalji, xorta waħda jibqa’ dokument importanti ħafna għaliex huwa wieħed mill-ftit kuntratti li nafu bihom dwar ix-xogħlijiet ta’ Gerada. Kelma oħra ċkejkna dwar il-prezz li talabhom l-iskultur, jiġifieri 700 skud, li huwa prezz għoli ġmielu għal dawk iż-żminijiet, speċjalment meta wieħed

iqabblu mal-prezzijiet li tħallsu fuq kummissjonijiet oħra ta’ Gerada. Pereżempju għallvara tar-Rużarju tas-Siġġiewi, Gerada kien talab 550 skud, filwaqt li għal dik ta’ San Ġużepp taż-Żurrieq kien ftiehem fuq 500 skud. Fl-istorja artistika ta’ Malta, Gerada jitqies bħala l-aqwa statwarju wara Melchiorre Gafa (1635-1667), u x-xogħlijiet tiegħu, fl-injam u fil-ġebla Maltija, l-iktar statwi u vari proċessjonali, huma kkaratterizzati minn livell artistiku għoli u minn ċerta grazzja, raffinamenti u kurvaturi mill-aktar armonjużi. Mariano Gerada miet ġuvni fl-età ta’ 57 sena nhar l-24 ta’ Jannar 1828, wara marda qalila, u ndifen fil-knisja parrokkjali ta’ Bormla. L-eżekutur testamentarju tiegħu kien neputih, Antonio Gerada (1803-1877), li wiret il-bottega ta’ zijuh, u kellu, jieħu ħsieb il-kummissjonijiet u l-pagamenti li kien għad hemm pendenti. L-arti tal-Marjani ma mititx miegħu. Fil-ħanut tiegħu Gerada kien ħarreġ tliet skulturi Maltin, Xandru Farrugia, Pietru Pawl Azzopardi u Salvatore Psaila u li t-tlieta għamlu isem fl-istorja artistika ta’ pajjiżna.


26

20.09.2020

one.com.mt

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

20.09.2020

one.com.mt

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 347

LARA AGIUS - MOSTA

Bi 3 Numri 017 046 067 114 165 271 272 299 310 333 370 391

2752 2792 2880 3496 3912 3948 5606 5999 6040 6229 6464 B’4 Numri 7186 7368 0759 421 477 479 621 625 701 794 795 882 913

15107 20810 20941 22150 26201 34241 43947 49391 53245 B’5 Numri 55398 65409 02976 67221 08278 67771 11160 7715 7824 7834 8443 8731 9126 9436 9836

69772 70752 82947 87364 89240 90287 97500 97947 99381 99861 B’6 Numri 095675

108276 282289 431298 533801 648937 710410 739125 B’9 Numri 482681347 524079923

1. 4. 7,9. 9. 10. 12. 16. 18.

Mimdudin: Kompli l-qawl: Il-fart li simen jew biegħu jew ....... (5) Ikun fih ħafna siġar (4) Għadda żmienu (5) Ara 7 Dottoressa (6) Jitpejjep (6) Umberto Vella Agius (1,1,1) Ara 11

19. 20. 21. 23. 24.

Ara 2 Tagħmel il-ħsara (5) Nimxu fuqha (3) Ara 3 Użin antik (5)

8. 11,18. 12. 13. 14. Weqfin: 1. Jaf kollox dan (6) 15 2,19. Plural ta’ 17. tanbur (6) 3,23. Peter ..........(7) 21. 22. 5,17. Isem (6) 6. Għandi karozza ta’ din id-ditta (3)

Tgħid juża ż-żiemel dan? (9) Isir mill-għeneb (4) Grazzi bl-Ingliż imqassra (2) Mingħajr (3) Imlaħħqin (6) Jintużaw biex iġorru l-ilma? (6) Ara 5 Isem Għarbi (3) Bl-Ingliż ukoll (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Jinsa, 4.Qawl, 7,9.Lasta, 10.Igaraw, 12.Sarimi, 16,18.Tikek, 19.Fig, 20.Stuta, 21.Jan, 23.Fwar, 24.Uniti

Weqfin: 1.Jisħet, 2,22.Nkanta, 3.Ali, 5,15. Arroganti, 6.Law, 8,11.Agrikultura, 12.Sk, 13,17.Retina, 14.Ifalli, 21.Jaf


28

20.09.2020

one.com.mt

L-ISKOP AĦĦARI Editorjal

L-immaġinazzjoni waħedha wkoll mhix biżżejjed biex tiddeskrivi x’kienet tkun is-sitwazzjoni li kieku għadna taħt l-istess Gvern Nazzjonalista li imbotta lill-pajjiż f’xifer falliment totali

Min jinsab fil-politika għal raġuni li hi differenti milli biex jagħmel il-ġid ġenerali u jtejjeb l-għaj­xien tas-soċjetà li jgħix fiha, allura għamel żball kardinali f ’ħajtu u qabad triq li assolutament ma tgħoddx għalih. Politiku ta’ veru jitkejjel fuq kemm jaħdem u jirsisti biex jara li t-tazza timtela ħalli minnha jkun jista’ jisqi lil kulħadd. Politiku tal-isem biss hu dak li jemmen li t-tazza hi tiegħu. Żgur li dan kollu jdoqq fl-udit tal-maġġoranza wara seba’ snin ta’ ħidma kollettiva mill-ammi­ nistrazzjoni Laburista, li matulhom pajjiżna u ġensna kienu u għadhom xhieda tal-akbar ġid li qatt esperjenzaw, minkejja ċirkostanzi varji. Nistgħu ma mmorrux wisq ’il bogħod lanqas. Jekk nikkunsidraw dak li doqna s’issa mill2020, taħt it-tmexxija ta’ Prim Ministru Laburista ġdid, ukoll hemm biżżejjed u żżejjed provi li jiġġustifikaw il-vokazzjoni biex mhux biss jitħarsu l-interessi nazzjonali minn kull deni, inkluż fi żmien li d-dinja kollha għotrot, iżda wkoll li dawn l-istess interessi jkunu b’saħħithom kemm jista’

jkun. Illum li ninsabu lejlet baġit ieħor, eżerċizzju finanzjarju importanti fil-kalendarju demokratiku li wkoll ingħata kredibbiltà u sinifikat akbar mill-2013 ’il quddiem, il-poplu Malti u Għadwxi jibni antiċipazzjoni kbira għallmod kif il-Gvern Laburista, li afda, se jkompli jtejjiblu ħajtu. Sa seba’ snin ilu t-tali proċedura amministrattiva kienet ġiet ridotta għal irrelevanza assoluta u, b’xi skuża jew oħra, miri finanzjarji ma jintlaħqu qatt, wegħdi jisfumaw bħad-duħħan, waqt li t-taxxi u l-kontijiet jiżdiedu minn xahar għall-ieħor, is-sena kollha. Titwila lejn ir-rapport prinċipali fuq l-ewwel faċċata tal-ħarġa tagħna tal-lum, b’analiżi li tqabbel il-mod kif ġew trattati l-familji Maltin wara l-kriżi finanzjarja tal-2008 u dik tal-lum, jew x’kien ir-rispons tal-Gvern Malti lejhom dakinhar jew issa b’riżultat talagħar kriżi (COVID-19) li qed jiffaċċja l-globu f ’għexieren ta’ snin, tiġġustifika li mhuwiex dejjem odjuż li tagħmel il-paraguni. Jekk xejn illum, ftit iżjed mill-bieraħ, il-poplu jista’ jiżen

b’aktar esperjenza f ’idejh min kien responsabbli biex, bl-għaqal tiegħu, ħriġna saħansitra aħjar minn ħafna pajjiżi oħrajn bl-unuri f ’din is-siegħa tal-prova. Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qabbel tajjeb ħafna s-sitwazzjoni riċenti tal-finanzi pubbliċi mal-ġrajja ta meta Noè bena l-Arka qabel il-maltempata perfetta. Waqt li ħafna ddieħqu bih meta kien qed jibniha, ilkoll tawh raġun meta feġġ l-għargħar u kulħadd ittanta jirkeb fuq xi ħaġa li sa ftit qabel kienu qed jiżżufjettaw biha. Min baqa’ ma tgħallem xejn minn dan ir-rakkont bibliku, għadu jegħreq sal-lum fl-ineffiċjenzi u fl-arroganza tiegħu. Ibda u spiċċa fil-Partit Nazzjonalista. Għax kien biss bis-saħħa tal-għaqal u l-bżulija tal-Gvern Laburista fl-aħħar snin li llum, fiċ-ċirkostanzi partikolari li ġabet il-pandemija, għad għandna ekonomija pjuttost b’saħħitha mqabbla ma’ ta’ oħrajn, għad għandna l-impjiegi u n-negozji f ’posthom, waqt li għad fadal kull enerġija u riżorsa kruċjali biex flimkien inqumu mill-ġdid

fuq saqajna appena l-għargħar jikkalma u jieqaf. L-immaġinazzjoni waħedha wkoll mhix biżżejjed biex tiddeskrivi x’kienet tkun is-sitwazzjoni li kieku għadna taħt l-istess Gvern Nazzjonalista li, f ’baħar kalm u f ’temp t’Awwissu, imbotta lill-pajjiż f ’xifer falliment totali. Għaldaqstant, ħadd m’għandu jeħodha bi kbira, lanqas, li llum għad hawn min qed jirrikorri għall-agħar tattiċi immaġinab­­ bli biex ikompli jħammeġ isem pajjiżna bl-iskop uniku li, kemm jista’ jkun malajr, jerġa’ jkollu f ’idejh it-tazza li jemmen u hu konvint li hi proprjetà assoluta tiegħu. U jridha mhux biex jgħin lill-pajjiż u lill-poplu jkomplu jiżviluppaw u jipprogressaw, imma biex jissodisfa r-regħba perikoluża li ħakmitu. Minkejja dan, niftakru dejjem li min jitkellem dwar il-Gvern Laburista bħala theddida għallpajjiż u l-poplu, ikun qed jinjora l-fatt li fid-demokrazija tagħna l-Gvern hu aħna lkoll u xejn ma jista’ jkun akbar mir-rieda popolari f ’elezzjoni ġenerali.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.