KullĦadd_18.12.2022

Page 1

Għadd ta’ miżuri soċjali ġodda u oħrajn estiżi, li għandhom l-għan li jkomplu jtejbu l-għajxien tal-familji Maltin u Għawdxin u t-trobbija ta’ wliedhom, bdew jiġu attwati minn din il-ġimgħa. Il-Gvern beda jqassam dawn l-għajnuniet, li jlaħħqu madwar €36 miljun, lil madwar 86,000 familja, li ħafna minnhom ukoll igawdu minn iżjed minn benefiċċju wieħed. Ċifri f’idejn il-KullĦadd juru li dawn il-familji jirrappreżentaw mill-inqas 138,000 tifel u tifa.

Fl-ewwel disa’ xhur ta’ din il-leġiżlatura ġdida, il-Partit Laburista fil-Gvern implimenta wegħdi elettorali ta’ prijorità biex ikompli jinċentiva lill-poplu. Dawn l-għajnuniet huma addizzjonali għal miżuri oħrajn li jibbenefika minnhom kulħadd, bħas-sussidji fil-prezzijiet tal-enerġija f’dawn iż-żminijiet mill-aktar diffiċli frott iċ-ċirkostanzi internazzjonali.

Fil-fatt, waqt li f’pajjiżi oħrajn f-Unjoni Ewropea ġie deċiż li l-effetti drastiċi tal-gwerra f-Ukrajna jiġu imposti direttament fuq il-popli tagħhom, kemm b’żidiet fil-kontijiet kif ukoll

b’miżuri ta’ awsterità, il-Gvern Malti mhux biss qed ikompli jilqa’ għad-daqqiet minn barra, iżda qed ikompli jwieżen liċ-ċitta dini tiegħu b’aktar milli mistenni.

Il-politika għaqlija Laburista diġà kie net rifessa fi stħarriġ tal-Unjoni Ewro pea, li ġie ppubblikat ġimgħa ilu, fejn instab li sa nofs din is-sena l-Maltin u l-Għawdxin kellhom it-tielet l-in qas diffikultajiet biex ikampaw mal-ħajja minħabba l-ispejjeż.

Bil-benefiċċji li qed jitwettqu issa – it-twessigħ tal-faxex tal-In-Work Benefit, iż-żieda fis-suppliment li jitħallas fim kien maċ-Children’s Allowance, fimkien mal-mekkaniżmu ġdid tal-għoli tal-ħajja lil dawk vulnerab – il-qagħda tal-poplu għandha tkom pli titjieb fiż-żmien li ġej.

Tkompli f’paġni

IL-MAGĦŻUL TA’ METSOLA “JRID JITLAQ”

Transparency International ma ddurx mal-lewża dwar l-iskandlu Qatargate

Transparency International, entità li l-Partit Nazzjonalista tant ikkwota f-aħħar snin, tenniet li, wara Qatargate, fost dawk li m’għandhomx jibqgħu fil-kariga hemm Alessandro Chiocchetti, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew. Chiocchetti, alleat kbir tal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, inħatar faħħar xhur f’kontroversja kbira u issa sar magħruf li anke hu kellu laqgħat ma’ uffiċjali tal-Qatar.

“Nerġgħu nitolbu biex il-ħatra tiegħu tiġi rriversjata, anke bħala prekawzjoni, u lill-awtoritajiet jaraw kienx hemm foul play fil-ħatra, bħala bħala parti mill-investigazzjoni dwar korruzzjoni,” qalet l-entità. Id-Direttur Michiel Van Hulten xerred ritratt ta’ Chiocchetti ma’ uffiċjali mill-Qatar biex jisħaq li l-pożizzjoni tiegħu saret iżjed mhux tenibbli. Entitajiet oħrajn ukoll ippuntaw subgħajhom lejn “kultura ta’ impunità.”

Ħarġa Nru 1,536 Prezz €1 Il-Ħadd, 18 ta’ Diċembru, 2022
4 u 5 MAS-86,000 FAMILJA JIEĦDU €36 MILJUN F’ĠIMAGĦTEJN Bl-implimentazzjoni ta’ benefiċċji ġodda u t-twessigħ ta’ oħrajn diġà eżistenti, il-Gvern qed ikompli jtejjeb il-livell tal-għaj … għadd ta’ miżuri li qed jagħmlu d-differenza kollha f’Malta IR-REŻILJENZA EKONOMIKA SE TISSOKTA Rapport f’paġni 6 u 7
BL-ISBAĦ XEWQAT: Ilbieraħ filgħaxija l-Berġa ta’ Kastilja serviet għal okkażjoni mill-isbaħ fejn il-Prim
Ritratt: CLIFTON FENECH/DOI
Ministru Robert Abela u martu Lydia laqgħu għadd kbir ta’ persuni u familji li wrew ix-xewqa li jawgurawlhom għal dan iż-żmien festiv. Ara wkoll paġna 10
Ara wkoll paġna 8

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 19°C

L-Inqas Temperatura: 14°C L-Indiċi UV: 2

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja minn fuq l-Ewropa tal-Lvant ser testendi sa fuq il-Libja It-Temp: Ftit imsaħħab

Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Majjistral li jdur ħafif millGrigal Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif

L-Imbatt: Ftit li xejn

It-Temperatura tal-Baħar: 19°C

It-Tnejn

Chemimart Pharmacy, 20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21246051 National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Il-Ħamrun – 21225539 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 Mint Care Pharmacy, 5B-71 Triq Brared, Birkirkara – 21442135 Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann – 21387479 Penny Lane Pharmacy, Triq is-Sejjieħ, Is-Swieqi – 21375373 Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sgħajtar, Il-Mosta – 21415198 St. Mary Pharmacy, Mġarr Dispensing Chemists, 71, Triq Sir Harry Luke, L-Imġarr – 21580711 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703

Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura – 21807503

Anici Pharmacy, 6, Triq in-Nadur, Marsaskala – 21637300

Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 21663311

Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan k/m Triq William Baker, Il-Gudja – 21696422

Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856

Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128

Għawdex

Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21551841

Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur – 21566431

L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

18.12.2022 02 NUMRI IMPORTANTI MEZZI SOĊJALI SIT ELETTRONIKU INDIRIZZ POSTALI KUNTATT ĠENERALI DISINN TAL-PAĠNI REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI EDITUR STAMPAT KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 www.one.com.mt tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495 email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495 email: ronald.vassallo@partitlaburista.org Miller Newsprint Ltd. KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000 www.facebook.com/kullhadd KIMBERLY CEFAI KIMBERLY CEFAI RONALD VASSALLO Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182 DETTALJI
18°C 17°C 17°C 17°C 14°C 14°C 14°C 13°C UV 3 UV 2 UV 3 UV 3
Is-Sibt
Il-Ħamis L-Erbgħa
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD 17°C 14°C UV 3 It-Tlieta 17°C 14°C UV 3 Il-Ġimgħa

MALTA FID -DIREZZJONI T-TA JBA

Malta's economic recovery f rom the pandemic has been remarkably strong... The prompt exit f rom the Financial Action Task Force's grey list reflected the authorities' high-level political commitment Commendable progress has been achieved.

Malta’s Labour Party victory in the general elections in March 2022... ratified Robert Abela as Prime Minister. This reinforces DBRS Morningstar ’s expectation for broad policy continuity and continued political commitment to improve the country’s institutional and governance f ramework in the coming years.

Malta's economic diversification underpins its resilient growth prospects despite the expected global downturn.

The 2023 budget is the first budget presented by the re-elected Labour government and maintains an expansionary focus. Various social spending measures aim to mitigate the impact of higher inflation and include an increase in the weekly cost of living adjustment, increases in pensions and child allowances, one-off payments to the most vulnerable and tax refund cheques.

Malta maintains its growth trajectory in an uncertain environment

12
DECEMBER
“ 18
NOVEMBER
“ 11 NOVEMBER
“ 11 NOVEMBER 9
DECEMBER

IL-BENEFIĊĊJI TA’ POLITIKA GĦAQLIJA

Tkompli minn paġna 1

Din il-gazzetta għamlet analiżi dettaljata tal-benefiċċji li ddaħħlu ġodda u oħrajn li ġew imtejba minn din ilġimgħa stess.

L-estensjoni tal-In-Work Benefit

Bis-saħħa ta’ miżura mħabbra filBaġit tal-2022 li wessgħet il-faxex taddħul fl-għoti tal-In-Work Benefit biex jinqabdu iżjed familji, minn din il-ġimgħa stess madwar 9,000 familja, b’14,000 tifel u tifla, bdew jibbenefikaw għall-ewwel darba minn dan il-benefiċċju. Huma tħallsu €200 għal kull wild taħt it-23 sena. B’kollox huma rċevew madwar €2.8 miljun.

Biex ħadu l-benefiċċju l-familji ma kellhomx għaliex japplikaw, iżda ntgħażlu skont id-dħul tagħhom f’eżerċizzju fuq tagħrif miġbur mingħand l-Uffċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi.

Waqt li kien qed isir dan l-eżerċizzju nstab li kien hemm 10,300 familja oħra b’15,400 tifel u tifla li għalkemm kienu intitolati għal dan il-benefiċċju taħt il-limiti tad-dħul l-antiki għal xi raġuni jew oħra ma kinux applikaw.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, spje ga li, f’ġieħ il-ġustizzja soċjali, ġie deċiż li b’mod immedjat dawn ukoll kellhom jibdew jitħallsu mingħajr il-ħtieġa li japplikaw. B’kollox dawn il-familji tħall su s-somma ta’ madwar €7 miljun. għal fl-impjieg bi tfal taħt it-23 sena mhux se jkollhom bżonn japplikaw għallIn-Work Benefit, għax jekk ikunu eliġibbli se jibdew jitħallsu aw tomatikament skont id-dħul li għandhom, b’tagħrif miġbur mill-Uffiċċju tal-Kummis sarju tat-Taxxi.

Work Benefit bdiet titħallas ukoll għotja lil dawk li jaħdmu b’ħinijiet atipiċi,

kif imwiegħed fl-aħħar manifest elettorali Laburista.

Jirriżultalna li l-għadd sħiħ ta’ benefiċjarji issa jlaħħaq is-26,000 familja, żieda ta’ aktar minn tliet darbiet u nofs fuq is-sena li għaddiet. Din il-miżura hi waħda minn dawk ewlenin li din is-sena se jħallu aktar flus fil-bwiet tal-familji u, skont il-Ministru Falzon, in-nefqa fuq dan il-benefiċċju aktar milli rdoppjat fuq l-2021 għal €16.2 miljun.

l-ġdida wkoll b’żidiet fis-suppliment li qed jingħata mal-istess Children’s Allowance bħala l-ewwel pass minn wegħda oħra tal-Gvern li, sa tmiem din il-leġiżlatura, is-suppliment waħdu jitla’ b’€450.

Fil-fatt, is-suppliment tal-Allowance tat-Tfal għas-sena d-dieħla żdied minn €17.50 għal €40 kull tliet xhur lil min ma jaqbiżx id-dħul ta’ €25,924 fis-sena, filwaqt li għal min jaqbeż dan l-ammont, l-allokazzjoni żdiedet minn €12.50 għal €35 kull wild.

jibqgħu d-dar biex jieħdu ħsieb tfal b’diżabilità severa. Wieħed irid ifakkar ukoll li l-Allowance għal Tfal bi Bżonnijiet Speċjali din is-sena kien żdied minn €25 fil-ġimgħa għal €30 u li din ir-rata se tkompli titħallas ukoll għas-sena d-dieħla.

Children’s Allowance

Sal-bieraħ tħallsu l-pagamenti kollha taċ-Children’s Allowance, li jkopru l-ewwel tliet xhur tas-sena d-dieħla. Kif sar fis-snin li għaddew, dawn il-pagamenti annwali jingħataw qabel il-ħin skedat biex jgħinu lill-familji jippjanaw il-finanzi tagħhom aħjar fiż-żminijiet ta’ festi u divertiment.

Uħud mill-pagamenti saru matul ilġimgħa, għal dawk li jirċevuhom diret-

“Infakkar li bħala parti minn dan il-pjan, tul din il-leġiżlatura, se nżommu mal-wegħda tagħna li nkomplu ntejbu wkoll iċ-Children’s Allowance, billi gradwalment nirdoppjaw is-suppliment li jingħata, għal kull tifel u tifla taħt is-16-il sena. L-ewwel pass beda jittieħed issa u se jkun komplut is-sena d-dieħla, meta kull ġenitur se jara żieda ta’ €90 fis-suppliment li jitħallas għal kull wild. Skont id-dħul tal-familja, dan is-suppliment se jkun ta’ €140 jew €160,” stqarr il-Ministru Falzon waqt konferenza relatata nhar il-Ġimgħa li għadda.

Fil-fatt fi tmiem din il-ġimgħa sar pagament bil-quddiem taċ-Children’s Allowance u tas-suppliment bir-rati l-ġodda lil 40,765 familja b’madwar

Dawn il-familji bi tfal bi bżonnijiet speċjali, flimkien ma’ familji u ċentri bi tfal taħt il-ħarsien tagħhom, sal-bieraħ ukoll tħallsu bil-quddiem l-allowances dovuti lilhom għall-ewwel tliet xhur tas-sena li ġejja. Bejniethom irċevew mal-€1.5 miljun.

Sentejn ilu ġie introdott ukoll il-bonus ta’ €300 lil min ikollu tarbija. Din is-sena dan żdied għal €400 u se jkompli jitħallas l-istess ammont għas-sena d-dieħla. B’kollox ibbenefikaw 3,034 persuna li kellhom wild jew adottaw tifel jew tifla minn barra.

Mekkaniżmu ġdid għall-għoli tal-ħajja Fl-istess ħin, din il-ġimgħa skatta mekkaniżmu ġdid, li ġie żviluppat bejn il-Ministeri għall-Finanzi u x-Xogħol u għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tatTfal, biex iwieżen lil familji u persuni bi dħul baxx meta l-inflazzjoni, b’mod globali, togħla aktar minn 2% u fl-istess waqt ikun hemm żieda fl-inflazzjoni ta’ tlieta minn ħames komponenti bażiċi fl-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut.

Din iż-żieda addizzjonali għall-għoli tal-ħajja se tkun qed tingħata kull sena,

18.12.2022 04
L-intervent qawwi tal-Gvern, bla dubju, kien kruċjali biex jipproteġi lill-poplu minn kontijiet għoljin u mill-kefrija tal-inflazzjoni … li ma sarx hekk l-għoli tal-ħajja kien ikun mal-ogħla fl-UE

JAGĦMLU D-DIFFERENZA LOKALI

jie­ħu kulħadd. U f’każ li r-rata tal-inflazzjoni tinżel, din titħallas xorta waħda bl-istess rata tas-sena ta’ qabel.

L-għajnuna qed tin­għata dirett millIstat, mingħajr ma jintefa’ piż żejjed fuq in-negozji u l-azjendi.

Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Falzon qal li 40,852 familja se jibdew jirċievu l-għotja addizzjonali fuq il-COLA fil-kont bankarju tagħhom. Dan il-pagament ta’ darba f’sena se jvarja bejn il-minimu ta’ €100 sa massimu ta’ €1,200 għal kull household.

Il-Ministru għall-Finanzi Clyde Carua­na kien qal li dan il-benefiċċju tfassal fuq il-prinċipju tal-ġustizzja soċjali fejn min jaqla’ l-inqas se jieħu aktar u, iżjed ma tkun numeruża l-familja, aktar ikun l-ammont.

L-ammont li se jitħallas f’dan il-pagament jammonta għal €13,779,975. Min ma nqabadx f’dan il-proċess se jkun qed jitħallas fil-pagament li jmiss tas-sena d-dieħla.

Fost il-benefiċjarji hemm persuni li jirċievu l-Għajnuna Supplimentari, li din is-sena wkoll bdew igawdu minn żidiet fir-rati tagħhom, u persuni fuq l-Assistenza Soċjali, li għall-ewwel darba ħadu ż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja.

Il-poplu

Malti skont il-Eurofound

Stħarriġ, li ġie ppubblikat il-ġimgħa li għad­diet mill-Eurofound, il-fondazzjoni tal-Unjoni Ewropea responsabbli tal-għajxien u l-kundizzjonitax-xogħol, sab li l-poplu Malti l-inqas b’diffikultajiet biex mal-ħajja, partikolarment filtal-enerġija, li rriżultat mill-invażfl-Ukrajna.

xjentifiku fost aktar ċittadin fis-27 stat membpajjiżi oħrajn ġirien jirril-pajjiżi fil-kontinent qegħdin wiċċhom ma’ ċirkostanzi ġodda kbira bil-gwerra fil-Lvant saħansitra akbar mill-efil-pandemija tal-COVID-19. f’pajjiżna l-effetti devaskkontrollati grazzi għall-inqawwija tal-Gvern Malti. qabel il-gwerra, it-tmexxija Ministru Robert Abela ħadet ma tgħabbix lill-poplu lokali biż-żidiet esaġefil-prezzijiet taż-żejt, fuels u gass, dak li kien seħħ fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista l-2013, anke jekk dak iżkien iffaċċjat minn kriżi ferm iżgħar.

stmat li s-sussidji tal-enerse jiswew lill-pajjiż aktar sas-sena d-dieħla. l-għajnuna statali ġiet riflessa fl-istħarriġ tal-Eurofound u kienu (32%) u l-Iżvediżi (41%) li inqas problemi mill-Maltin ikampaw fiċ-ċirkostanzi. l-oħra, il-Griegi (82%) kienu li mhumiex qed ilaħħqu għandhom, waqt li l-medja 55%.

l-akbar piżijiet li qed iwasslu diffikultajiet tal-ħajja fost il-popli l-kontijiet tad-dawl, li ġew minn persentaġġ qawwi ta’

Sors: EUROFOUND

BL-INQAS DIFFIKULTAJIET: Studju tal-Eurofound ippubblikat il-ġimgħa l-oħra sab li l-poplu Malti qiegħed fit-tielet l-aħjar sitwazzjoni biex ikampa mal-għoli tal-ħajja fost il-pajjiżi kollha tal-UE u 10 pajjiżi ġirien, grazzi għall-għajnuniet varji u b’saħħithom li l-Gvern offra sa mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 fl-2020 u mill-bidu ta’ din is-sena bil-gwerra fl-Ukrajna. L-istituzzjoni Ewropea, responsabbli mit-titjib tal-għajxien u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-27 stat membru, qalet li hemm diskrepanzi kbar bejn il-pajjiżi u kollox jiddependi mill-passi li ħadu l-gvernijiet rispettivi meta ffaċċjati bil-kriżi tal-enerġija. Il-Eurofound sabet li l-akbar piżijiet li qed iwasslu għal diffikultajiet fost il-popli huma l-kontijiet tad-dawl, waqt li dawk l-iżjed maqbudin b’kontijiet b’lura huma familji bit-tfal u persuni li tilfu l-impjieg.

dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ, ir-riżultati tal-Eurofound ukoll jikklassifikaw lil pajjiżna b’livell ogħla mill-medja Ewropea ta’ sodisfazzjon tal-ħajja u b’porzjon inqas mill-medja fir-riskji ta’ dipressjoni fost il-popli, skont l-indiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO-5).

B’benefiċċji ġodda u bl-espans­joni ta’ miżuri oħra f’paj­jiżna permezz tal-Baġit 2023 u wegħ­di elettorali, il-ħajja talMaltin u tal-Għawdxin se tkompli titjieb drastikament u tiġi riflessa fi studji oħrajn ’il quddiem, anke għax ir-riżultati tal-Eurofound joħorġu minn eżerċizzju li twettaq aktar minn seba’ xhur ilu, bejn l-24 ta’ Marzu u t-3 ta’ Mejju li għaddew.

Il-politika soċjali u ekonomika adottata mill-Gvern biex tilqa’ għall-kriżi Ew­ropea kienet deskritta għaqlija u b’saħħitha, tant li wasslet għal aktar stabilità u serħan tal-moħħ għall-familji u n-negozji. L-UE wkoll qed tirrikonoxxi li dan hu l-pass ’il quddiem biex tipproteġi liċ-ċittadini Ewropej mill-piżijiet esaġerati fil-kriżi.

Kif tixhed ukoll l-aġenzija Eurofound, grazzi għal din il-politika, Malta rnexxielha ttaffi sew mill-impatti tal-inflazzjoni li nisslu l-gwerra Ukrena u l-kriżi li segwiet fil-prezzijiet tal-enerġija. Diversi pajjiżi Ewropej, bil-maqlub, għabbew piżijiet esaġerati fuq il-konti­jiet taddawl għall-familji tagħhom, bil-konsegwenzi li qed tiġi mbassra l-agħar xitwa possibbli b’eluf li mhux se jkunu kapaċi jsaħħnu djarhom u anke jmutu.

Fl-istess ħin, diversi gvernijiet ma ja-

fux fejn se jaqbdu jagħtu rashom biex irażżnu l-problemi, inklużi r-rabja dejjem tikber fost il-popli tagħhom li ta’ kuljum qed jinżlu jipprotestaw fit-toroq u għaqdiet tal-ħaddiema li qed jitolbu għal żidiet sostanzjali fil-pagi.

Analisti soċjali u ekonomiċi nnotaw li, mingħajr dubju, l-intervent massiċċ tal-Gvern Malti biex jissussidja l-prezzijiet tal-enerġija u taċ-ċereali kien kruċjali biex jipproteġi lill-poplu minn kontijiet għolja u mill-kefrija tal-inflazzjoni.

Kieku ma sarx hekk, għal pajjiż insulari bħal tagħna u li jiddependi ħafna mill-importazzjoni, ir-rata tal-inflazzjoni kienet tkun fost l-ogħla fl-Ewropa.

Għalkemm xorta waħda għo­liet, ir-rata ta’ inflazzjoni f’Malta, minflok, baqgħet fost dawk l-aktar baxxi fiż-Żona Ewro u, kif anke mbassar din il-ġimgħa mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), fis-sena l-ġdida din ir-rata mistennija tonqos.

Fid-diskors tal-Baġit f’Ottubru li għadda, il-Ministru għall-Finanzi wkoll semma kif iż-żieda għall-għoli tal-ħajja (COLA) din is-sena kienet taqbeż il-€25 fil-ġimgħa, minflok l-€10 li ngħataw.

L-irkupru ekonomiku b’saħħtu

Sadanittant, fl-istess żmien li kienet qiegħda tiġi adottata l-politika tal-Gvern biex issostni u tipproteġi liċ-ċittadini u lin-negozji, l-irkup­ru ekonomiku b’saħħtu mill-effetti tal-pandemija talCOVID-19 ma ġiex imxekkel, anzi baqa’ għaddej b’ritmu qawwi, tant li Malta

kellha t-tieni l-aqwa rata ta’ tkabbir minn fost il-pajjiżi kollha taż-Żona Ewro.

Dan ukoll kien indikat b’mod speċifiku minn aġenziji rinomati ta’ kreditu u istituzzjonijiet internazzjonali fejn sa din il-ġimgħa stess ilkoll faħħru l-politika tal-Gvern Laburista.

Minbarra li ħaseb biex jilqa’ għall-irwiefen li nqalgħu, bis-saħħa ta’ din l-istabilità fiskali, il-Gvern seta’ jkompli bil-politika tiegħu li ma jintroduċi l-ebda taxxi ġodda u anke jsostni l-katina ta’ miżuri ta’ wens favur il-pensjonanti, l-anzjani, il-familji u, b’mod partikolari, dawk li jifilħu l-inqas.

Hu stmat li n-nefqa globali fuq pensjoni­jiet u benefiċċji oħrajn kontributorji u dawk mhux kontributorji din is-sena mistennija titla’ għal madwar €1.2 biljun. In-nefqa kibret l-aktar minħabba ż-żiedet li ngħataw lill-pensjo­nanti u miżuri oħrajn li bdew jitħaddmu minn din is-sena ħalli jitjiebu l-pensjonijiet tar-ro­mol u fl-aġġustament fir-rati tal-bonus għall-għoli tal-ħajja li jitħallas separatament mal-pensjoni.

Mitlub jikkummenta dwar dan kollu, il-Ministru Falzon stqarr li “bis-saħ­ħa ta’ ekonomija robusta u stabbli f’pajjiżna, fis-se­na l-ġdida, se nerġgħu nkunu galan­tomi mal-familji, mal-pensjonanti, mal-an­zjani u ma’ dawk li jifilħu l-inqas. Il-pak­kett ta’ miżuri soċjali se jinvolvi spiża addizzjo­nali ta’ mill-inqas €86 mil­jun. Dan se jkompli jsaħħaħ il-qafas soċjali preżenti u jgħolli l-kwalità tal-ħajja, tal-Maltin u tal-Għawdxin, filwaqt li jnaqqas id-dipendenza soċjali.”

18.12.2022 05 GĦAQLIJA   QED

IR-REŻILJENZA EKONOMIKA SE

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta jerġa’ jirrevedi ’l fuq it-tbassir tiegħu ta’ tkabbir tal-ġid nazzjonali għal 7% din is-sena, meta l-medja taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista lanqas kienet tilħaq it-3% … l-inflazzjoni wkoll se tibqa’ taħt kontroll, bil-maqlub għall-bqija tal-pajjiżi Ewropej

Fl-aħħar tbassir tagħhom l-ekonomisti tal-Bank Ċentrali ta’ Malta rrevedew ’il fuq bil-qawwi l-istima tagħhom tat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna għal din is-sena, minkejja l-isfidi dejjem jikbru fis-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali.

Fl-istess ħin, qegħdin jantiċipaw ukoll li persentaġġ ogħla ta’ oġġetti essenzjali mhux se jesperjenzaw żidiet fil-prezzijiet matul iż-żmien li ġej, b’differenza ma’ pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea.

Waqt li qabel kienu qed jaħsbu li l-ekonomija tagħna kienet se tikber b’5%, f’dan it-tbassir rivedut l-esperti żiedu t-tkabbir għal 7%. Dan filwaqt li fit-tliet snin li ġejjin it-tkabbir mistenni jkun ta’ aktar minn 3.5%. Bil-maqlub, fis-snin ta’ qabel l-2013, taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, il-medja tat-tkabbir ekonomiku lanqas biss kienet tlaħħaq it-3%.

Dawn il-previżjonijiet ġodda millBank Ċentrali huma aktar ottimisti minn dawk li saru minn istituzzjonijiet oħrajn, inkluż mill-Kummissjoni Ewropea, ftit ilu.

Minkejja dan, ukoll, statistika uffiċjali tindika li, fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, l-ekonomija Maltija kibret b’rata anke akbar minn dik li kienet imbassra mill-Bank Ċentrali, speċjalment fid-dawl ta’ rkupru fit-turiżmu li qed jisboq kull aspettattiva, filwaqt li azjendi li joperaw fl-oqsma diġitali qed jikbru b’rata ferm qawwija.

Dan it-tbassir pożittiv isegwi ieħor fil-bidu ta’ din il-ġimgħa mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u li wkoll kompla jtejjeb il-veduti tiegħu dwar pajjiżna.

Skont l-esperti tal-Bank Ċentrali, il-fattur prinċipali, li wassal biex f’pajjiżna m’hawnx l-istess pressjoni ta’ riċessjoni li hemm filpajjiżi ta’ madwarna, hi l-politika tal-Gvern fejn tidħol l-enerġija. Din qiegħda żżomm l-inflazzjoni lokali kemm jista’ jkun baxxa, waqt li qed toħloq kompetittività u anke twassal għal konsum privat sostnut.

Fil-fatt, fis-snin li ġejjin, waqt li l-esportazzjoni mistennija tkun affettwata minn nuqqas ta’

domanda internazzjonali, id-domanda f’pajjiżna hi mbassra li tibqa’ tkun is-sors ewlieni tat-tkabbir mistenni.

Minn naħa hemm il-fatt li, matul il-pandemija tal-COVID-19, il-familji f’pajjiżna akkumulaw kważi €1.5 biljun iżjed fis-sena f’tifdil. Għalhekk, minkejja ż-żieda fl-inflazzjoni, il-familji xorta għandhom purchasing power tajjeb u jinsabu f’pożizzjoni li jistgħu jonfqu parti minn dan it-tifdil.

Iż-żieda fid-domanda domestika hi tali li l-esperti tal-Bank Ċentrali qed ibassru li l-impjiegi se jkomplu jikbru u b’riżultat ta’ hekk ir-rata ta’ qgħad se tkompli tkun fl-inqas livell li qatt ġie osservat fl-istorja ta’ pajjiżna.

Is-saħħa tal-irkupru ekonomiku tfisser li d-defiċit tal-Gvern mistenni jonqos lejn it-3% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD), waqt li l-piż tad-dejn nazzjonali mistenni wkoll jibqa’ ferm taħt is-60%.

Dwar l-inflazzjoni, it-tbassir talBank Ċentrali jindika li din mistennija tibda tonqos, tant li diġà hemm sinjali li ż-żieda li kien hemm f’ċerti prodotti u servizzi bdiet tmajna, waqt li l-esperti jbassru li f’terz taloġġetti mhux mistennija żieda ulterjuri fil-prezzijiet. Min-naħa l-oħra, madwar l-Ewropa huma inqas minn 10% l-oġġetti fejn mhux qed ikun hemm inflazzjoni.

Ta’ min josserva wkoll, li f’dan ir-rigward ir-rapport tal-Bank Ċentrali jinnota li d-deċiżjoni tal-Gvern li, mill-1 ta’ Ottubru li għadda jagħmel it-trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd, naqqset l-indiċi tal-prezz tat-trasport b’14%.

Tbassir ieħor pożittiv mill-Fond Monetarju Internazzjonali

Sadanittant, wara li f’dawn l-aħħar xahrejn kellna ħames rapporti minn aġenziji internazzjonali li kkonfermaw li pajjiżna jinsab fid-direzzjoni t-tajba, issa kien imiss ċertifikat ieħor pożittiv. Fi tmiem analiżi estensiva tal-ekonomija tagħna minn grupp ta’ esperti talFond Monetarju Internazzjonali

L-UE FAVUR IL-BAĠIT ’23

Il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li l-Baġit għall-2023, li se jkun qed jittieħed vot fuqu fil-Parlament għada waranofsinhar, hu konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew. Il-Baġit, li ġie ppreżentat f’Ottubru, hu miżgħud b’miżuri li se jkomplu jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u tal-Għawdxin. L-esperti tal-Kummissjoni nnotaw kif il-Gvern Laburista se jkompli jtaffi mill-isfida internazzjonali fil-kriżi tal-enerġija minn fuq il-familji u n-negozji lokali, waqt li għamlu referenza wkoll għat-tkabbir ekonomiku li se tirreġistra Malta s-sena d-dieħla u l-impenn tal-Gvern fil-qasam diġitali u ambjentali.

(IMF), il-bord eżekuttiv ta’ din l-istituzzjoni ewlenija dinjija kellu kliem ta’ tifħir għall-mod kif qed titmexxa l-ekonomija ta’ pajjiżna.

Fil-fatt, fil-konklużjoni tar-rapport, l-IMF jgħid li “l-irkupru ekonomiku Malti mill-pandemija kien wieħed mill-aktar sinifikanti” (“Malta’s economic recovery from the pandemic has been remarkably strong”), tant li ġie osservat li pajjiżna kellu t-tieni l-aqwa rata ta’ tkabbir minn fost il-pajjiżi kollha taż-Żona Ewro.

et oħrajn, u reviżjoni ’l fuq imqabbel mat-tbassir preċedenti tagħhom.

Sinjali li ż-żieda f’ċerti prodotti u servizzi bdiet tmajna … id-domanda domestika hi s-sors għal iżjed tkabbir

Min-naħa tagħhom, l-esperti tal-IMF qed ibassru li din is-sena l-ekonomija Maltija se tkun kibret b’6.5%, rata wkoll ferm ogħla minn dawk imbassrin minn istituzzjoniji-

Waqt li jinnotaw li l-inflazzjoni “baqgħet fost l-inqas fiż-Żona Ewro, riflessjoni tal-politika tal-Gvern li jiffriża l-prezzijiet tal-elettriku għan-negozji u dawk tal-fuels għall-konsumaturi kollha” (“remained among the lowest in the Euro Area, reflecting the government’s policy to freeze retail electricity and fuel prices for all consumers”), jenfasizzaw ukoll li “r-rata talqgħad baqgħet fl-inqas livelli fl-istorja” (“the unemployment rate has stayed at historically low levels”).

Minkejja li s-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali mistennija

18.12.2022 06

TISSOKTA F’PAJJIŻNA

tmur għall-agħar, l-esperti tal-IMF ukoll ibassru, bħall-Bank Ċentrali, li l-ekonomija ta’ pajjiżna se tibqa’ tikber, filwaqt li l-inflazzjoni mistennija tonqos.

Għalkemm l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tikkritika b’mod kontinwu l-politika fiskali tal-Gvern u ssostni li din mhijiex sostennibli, skont l-IMF il-Baġit għas-sena d-dieħla hu “approprijat” (“appropriate”) u jagħmel sens fid-dawl taċ-ċirkostanzi preżenti. Dan filwaqt li jilqgħu “l-impenn tal-awtoritajiet għat-tisħiħ tal-qagħda fiskali fuq terminu medju” (“the authorities’ commitment to medium-term fiscal consolidation”) u l-mod kif il-Gvern qed iħares bir-reqqa lejn il-prijoritajiet fl-ispiża pubblika.

L-esperti internazzjonali jirrimarkaw b’mod pożittiv għall-ħidma li wettaq il-Gvern fil-qasam istituzzjonali, filwaqt li jgħidu li “l-ħruġ bilġri

mil-lista l-ġriża tal-Financial Action Task Force irrifletta l-impenn politiku f’livell għoli tal-awtoritajiet” (“the prompt exit from the Financial Action Task Force’s grey list reflected the authorities’ high-level political commitment”).

Ir-rapport jinnota ż-żieda qawwija fir-riżorsi allokati lill-istituzzjonijiet regolatorji kif ukoll il-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-regolamenti.

Dan filwaqt li nnotaw kif “fl-aħħar sentejn, l-awtoritajiet għamlu progress biex tiġi riformata s-sistema ġudizzjarja Maltija fil-linja ta’ rakkomandazzjoni minn organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż bl-adozzjoni ta’ strateġiji ġodda biex tissaħħaħ il-governanza u l-allokazzjoni ta’ riżorsi akbar lil entitajiet investigattivi u ta’ prosekuzzjoni” (“over the past two years, the authorities have made some prog-

Inflazzjoni annwali (%) matul Novembru 2022

Spanja Franza MALTA Lussemburgu Ċipru Greċja Irlanda Finlandja Danimarka Żona Ewro Żvezja Portugall Belġju Slovenja UE Awstrija Ġermanja Olanda Italja Kroazja Bulgarija Rumanija Slovakkja Polonja Rep. Ċeka Estonja Litwanja Latvja Ungerija

Ritratt: VISITMALTA

ress in reforming the Maltese justice system in line with the recommendation from international organizations including adopting new strategies to strengthen governance and allocating increased resources to investigative and prosecution bodies”).

L-esperti wkoll laqgħu l-ħidma tal-Gvern biex il-pajjiż iwettaq bidla ambjentali u diġitali fis-snin li ġejjin, speċjalment il-pjan ta’ rkupru u reżiljenza, u jħeġġu l-politika lokali ħalli jitjiebu l-ħiliet tal-ħaddiema u biex tkompli tiżdied il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol.

Minbarra hekk, l-IMF innota kif fil-Baġit 2023 il-Gvern daħħal miżuri biex inaqqas mill-effett talinflazzjoni fuq dawk bi dħul baxx, b’referenza għall-mekkaniżmu addizzjonali – separat mill-Cost Of Living Adjustment (COLA) – li minnu diġà bdew igawdu eluf ta’ persuni vulnerabbli.

6.7 7.1 7.2 7.3 8.1 8.8 9.0 9.1 9.7 10.1 10.1 10.2 10.5 10.8 11.1 11.2 11.3 11.3 12.6 13.0 14.3 14.6 15.1 16.1 17.2 21.4 21.4 21.7 23.1

L-INFLAZZJONI LOKALI TIBQA’ FOST L-INQAS

Skont il-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, ix-xahar li għadda r-rata tal-inflazzjoni annwali ta’ Malta naqset u baqgħet fost l-aktar baxxi. Fil-fatt, b’7.2% hi wkoll sostanzjalment aktar baxxa mir-rata medja talUE (11.1%) u taż-Żona tal-Ewro (10.1%).

Ir-rata ta’ pajjiżna wkoll niżlet minn 7.4% irreġistrata f’Ottubru u issa huma biss Spanja u Franza li rreġistraw rati aktar baxxi minn pajjiżna, b’6.7% u 7.1% rispettivament.

L-ogħla rati ta’ inflazzjoni annwali flUE ġew irreġistrati fl-Ungerija (23.1%), fil-Latvja (21.7%), u fil-Litwanja u fl-Estonja (it-tnejn b’21.4%).

Il-medja tal-inflazzjoni fl-UE kollha naqset minn 11.5% xahrejn ilu għal 11.1% f’Novembru, waqt li fiż-Żona tal-Ewro din niżlet minn 10.6% f’Ottubru għal 10.1% x-xahar li għadda.

Il-Eurostat qal li l-aktar li kkontribwew biex togħla l-ħajja fl-Ewropa matul Novembru kienu l-prezzijiet tal-enerġija, segwiti minn dawk tal-ikel, l-alkoħol, u t-tabakk, is-servizzi u prodotti industrijali mhux tal-enerġija.

Ir-rata tal-inflazzjoni annwali tkejjel il-bidliet medji fil-prezzijiet f’xahar partikolari meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel.

18.12.2022 07
Għalkemm l-Oppożizzjoni tikkritika l-ħin kollu l-politika fiskali tal-Gvern, l-IMF jgħid li l-Baġit 2023 jagħmel sens fiċ-ċirkostanzi
EC.EUROPA.EU/EUROSTAT
Sors:

IL-ĠIMGĦA FEJN THEŻŻEŻ IL-PARLAMENT EWROPEW

■ It-tmexxija taħt pressjoni għal dak li ma sarx f’ħafna żmien

■ Roberta Metsola ilha iżjed minn sentejn fl-ogħla postijiet tal-istituzzjoni   li qed tkun ikkritikata li ħalliet ‘loopholes’ li wasslu għall-impunità

L-aħħar jiem kienu diffiċli ħafna għallParlament Ewropew mhux l-inqas għallPresident tiegħu Roberta Metsola. Meta faqqa’ l-każ, li qed ikun magħruf bħala Qatargate, Metsola qalet li l-Parlament Ewropew se jieħu azzjoni. Il-każ, li qed jiġi investigat mill-pulizija Belġjana, għandu fil-mira tiegħu uffiċjali tal-Parlament Ewropew, fosthom Viċi President ta’ Metsola stess.

Ir-reazzjoni immedjata ta’ ħafna kienet dik li t-twissijiet biex tittieħed azzjoni issa ilhom isiru snin u d-diskors ta’ bħalissa mhu xejn għajr biki tal-kukkudrilli. Twissijiet dwar ‘loopholes’ kienu ilhom isiru, b’osservaturi tal-politika Ewropea jsostnu li ntbagħat messaġġ ta’ impunità.

Dan il-każ jirrigwarda allegat tixħim mill-Qatar biex jospita t-Tazza tad-Dinja. L-investigaturi għamlu diversi tfittxijiet marbutin ma’ dan il-każ, inkluż fl-uffiċini tas-suspettati, li matulhom ġew ikkonfiskati €1.5 miljun fi flus kontanti, minn żewġt idjar u bagalja. Flus li allegatament tħallsu mill-awtoritajiet fil-Qatar. Il-Pulizija Belġjana għamlet ukoll numru ta’ arresti, fosthom dak ta’ Eva Kaili, li kienet il-Viċi ta’ Metsola.

Parlament Ewropew mill-2020, fl-aħħar snin kienet ikkritikata għall-mod kif baqgħet siekta quddiem allegati abbużi ta’ nies fil-familja politika tagħha jew saħansitra għall-mod kif ħadmet kemm ilha President tal-Parlament Ewropew.

Din id-darba ħarġet tgħid li se tieħu l-azzjonijiet u nies qrib tagħha

hekk kif dan kien deskritt bħala l-mod kif tiddefendi n-nuqqasijiet tal-ogħla strutturi fil-Parlament Ewropew, li hi għamlet parti minnhom.

Mhux l-ewwel “skandlu” taħt Metsola

Il-ġurnal Politico rrapporta li d-diskors li tat Metsola hu wieħed ta’ tħassib għax qed tipprova titfa’ l-ħtija banda oħra. “Metsola tippreferi li dan il-każ tqisu bħala problema ta’ ndħil barrani … flok bħala problema bin-nuqqas ta’ kontrolli interni u trasparenza fil-Parlament innifsu,” qal Politico l-Ħamis filgħodu.

Qatargate mhux l-ewwel skandlu jew kontroversja kbira taħt it-tmexxija ta’ Roberta Metsola. Sa ftit taxxhur ilu l-ġurnal awtorevoli Politico kkwota uffiċjali tal-Parlament Ewropew jgħidu li l-“ħuta minn rasha tinten”.

Wara bibien magħluqin sar ukoll ftehim biex iċChief of Staff tagħha, Alessandro Chiocchetti, jieħu l-ogħla kariga burokratika – dik ta’ Segretarju Ġenerali. Dan bl-appoġġ ta’ xi gruppi politiċi fil-Parlament, li esponenti tagħhom issa se jingħataw karigi għoljin u b’salarji tajbin ħafna f’Direttorat Ġenerali ġdid li allegatament inħoloq apposta. Il-ftehim ġie kkritikat minn bosta, fosthom għaqdiet bħal Transparency International. Fi ftit kliem ilkoll qalu li Metsola ma tantx mexxiet bl-eżempju.

Kontroversja oħra fil-Parlament Ewropew, li fil-qalba tagħha hemm Metsola, tittratta r-rieda tat-tmexxija biex tikkonverti f’lukanda esklussiva binja antika li l-Parlament għandu fi Strasburgu u li bħalissa tintuża għall-uffiċini tiegħu. Fil-Parlament Ewropew jingħad li l-binja m’hemmx bżonnha, iżda xorta hemm pjan biex tinxtara b’infiq ta’ miljuni kbar ta’ ewro.

Metsola, li fl-aħħar snin tat x’jinftiehem li, fejn ikun hemm hi, ikun hemm biss kollox korrett, b’rabta ma’ dan l-iskandlu qed tgħid li dejjem se ssib min lest jixtri u min jinxtara u ma tistax tiggarantixxi li ma jkunx hemm każi oħrajn ta’ korruzzjoni f’Parlament Ewropew immexxi minnha.

Metsola li kienet Viċi President tal-

pprovaw ifarfru minn fuqha billi jgħidu li l-Viċi President involuta f’dan il-każ, kienet ġejja mill-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi.

Fuq kollox, Metsola pprovat tpinġi s-sitwazzjoni bħala xi attakk barrani. Din kienet l-iktar ħaġa inkwetanti għal min isegwi l-politika Ewropea

U jekk Metsola trid titbiegħed mill-Viċi President involuta, Politico fakkar li l-Viċi President tal-Parlament Ewropew akkużata b’korruzzjoni, il-Griega Eva Kaili, ħarġet minn triqitha biex ftit tax-xhur ilu togħġob lill-istess Metsola. Fil-fatt, meta f’nofs kontroversja sħiħa, Metsola riedet taħtar liċ-Chief of Staff tagħha bħala Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, Kaili ma mxietx mal-linja tal-Partit tagħha u vvotat għall-kandidat ta’ Metsola.

Politico rrapporta dwar dan, filwaqt li qal li l-istess Bureau ħoloq pożizzjonijiet amministrattivi ġodda fil-Parlament biex iqassamhom fost mexxejja politiċi li appoġġjaw lil Metsola.

B’hekk, filwaqt li deputati tal-Parlament Ewropew jinsabu mħassbin jipprovaw isalvaw l-integrità tal-istituzzjoni li jagħmlu parti minnha, hemm ħafna x’jinġarr mit-tmexxija tal-Parlament Ewropew. Dan ma ngħiduhx aħna, imma wrewh reazzjonijiet imħalltin flaħħar jiem.

EMILY O’REILLY

Ombudsman Ewropew

“Wieħed seta’ jikteb l-iskript. Kulħadd ixxokkjat, kulħadd se jagħmel li jista’ biex ma jiġrix l-istess u jpoġġi l-affarijiet f’posthom u affarijiet simili ma jerġgħux jiġru, meta l-verità hi li jien, is-soċjetà ċivili, il-midja u politiċi oħrajn ilna ngħidu s-snin li hemm problemi fis-sistemi tal-etika tal-UE.”

ALEXANDER DE CROO

Prim Ministru tal-Belġju

“Apparentament, il-ġustizzja Belġjana qed tagħmel dak li falla milli jagħmel il-Parlament Ewropew.”

POLITICO ġurnal awtorevoli

“Il-kelliema tal-Parlament Ewropew kienu qed jaħdmu bil-qawwa biex idawru l-istorja u jidhru li kkoperaw mal-awtoritajiet Belġjani. Bħallikieku hi xi kisba kbira li għamlu dak li qaltilhom il-Pulizija Belġjana.”

ALBERTO ALEMANNO

The Good Lobby

“Dan mhux attakk fuq id-demokrazija Ewropea … ġibtuha b’idejkom.”

OLIVER HOEDEMAN

Corporate Europe Observatory

“Dan l-iskandlu hu prodott ta’ snin ta’ traskuraġni li issa ġie lura fuq l-istituzzjonijiet Ewropej … mhux biżżejjed li tieħu azzjonijiet reattivi wara li jfaqqa’ xi skandlu.”

HENDRIK VOS

espert mill-Università ta’ Ghent

“Il-Parlament jippretendi li hu mibni fuq it-trasparenza, ma jistax jixxaħħam u li jiddefendi l-valuri fundamentali. Imbagħad titfaċċa xi ħaġa bħal din.”

ROBERT ABELA

Prim Ministru Malti

“Jekk hemmx il-kredenzjali tat-tmexxija Ewropea li tagħmel ir-riformi meta hi stess prodott tas-sistema, wieħed għad irid jara d-diskussjoni kif se tiżvolġi. Wieħed jistaqsi wkoll kellux jinqala’ dan il-każ biex sistemi li kien apertament magħruf li huma ħżiena jiġu indirizzati. Forsi kien korrett il-kumment tal-Prim Ministru Belġjan, li staqsa kif kellhom ikunu l-awtoritajiet Belġjani li jagħmlu x-xogħol li kien mistenni mid-diriġenti tal-Parlament Ewropew.”

MICHALIS DIMITRAKOPOULOS

avukat ta’ Eva Kaili

“Il-Qatar ma kellux għal xiex ixaħħam lis-Sinjura Kaili għax hi marret il-Qatar bħala rappreżentanta tal-Parlament Ewropew. Id-diskorsi u l-intervisti li tat saru bi qbil u ordni tal-President Roberta Metsola.”

ALFRED SANT

Membru tal-Parlament Ewropew

“Għandna bżonn pjan ta’ riforma ħolistika, stabbilit indipendentement mill-fazzjoni ta’ politiċi sigrieti li jmexxu l-amministrazzjoni tal-Parlament … ma jistax jiġi pprovdut internament, iżda jsir minn persuna esterna, li tkun onorata universalment, biex tipprovdi ħarsa fil-fond ta’ x’għandu jsir kemm jista’ jkun malajr.”

18.12.2022 08
X’QALU S’ISSA … QATARGATE

L-AWGURI

AWTORITAJIET FIL-PAJJIŻ

Il-Berġa ta’ Kastilja lbieraħ filgħaxija laqgħet numru kbir ta’ ċittadini li għoġobhom jilqgħu l-istedina mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex jiltaqgħu mal-Prim Ministru Robert Abela nnifsu u martu Lydia Abela u jawguraw lil xulxin Milied hieni u Sena Ġdida mimlija risq. Fi spirtu festiv u b’dekorazzjonijiet għall-okkażjoni, il-Berġa storika kienet akkoljenti għal darb’oħra fost il-ftit okkażjonijiet mat ul is-sena fejn il-pubbliku inġenerali jkun mistieden iżurha. Dawk preżenti setgħu japprezzaw mhux biss is-sbuħija artistika ta’ din il-binja storika, fosthom is-Sala tal-Kabinett u s-Sala tal-Ambaxxaturi, iżda wkoll jitkellmu għal ftit ħin mal-familja Abela. Huma wkoll kellhom l-opportunità li jniżżlu isimhom fil-ktieb uffiċjali tal-viżitaturi.

Kastilja din is-sena ċċelebrat il-50 anniversarju mindu nbidlet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, minflok il-Berġa ta’ Aragona fil-Belt stess li sal-1972 kienet isservi għal dan l-iskop. Il-Perit Dom Mintoff kien l-aħħar Prim Ministru li uża

din tal-aħħar u l-ewwel wieħed li għamel Kastilja l-uffiċċju tiegħu.

Sadanittant, ġimgħa biss ’il bogħod mill-Milied, l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż ukoll taw l-awgurju lil xulxin matul il-ġurnata tal-bieraħ. Il-Prim Ministru, flimkien ma’ martu u binthom Giorgia Mae, żaru l-Palazz tal-President f’Sant’Anton biex jawguraw l-isbaħ xewqat għall-Milied u s-Sena l-Ġdida lill-President ta’ Malta George Vella u martu Miriam Vella.

L-Isqfijiet ta’ Malta wkoll laqgħu lill-pubbliku fil-Kurja, fejn in-nies wasslu l-awgurju tagħhom lill-mexxejja tal-Knisja Kattolika f’Malta. Fost numru ta’ personalitajiet distinti, attendiet ukoll il-familja Abela, flimkien ma’ membri tal-Kabinett u l-Ispeaker Anġlu Farrugia.

Tard filgħaxija, imbagħad, l-ogħla awtoritajiet kienu miġburin fi Pjazza Tritoni fil-Belt biex ukoll jiltaqgħu man-nies u jawguraw l-isbaħ xewqat, waqt li rriflettew fuq l-2022, li waslet biex tintemm, u taw il-veduti tagħhom għal dak li jistennew fl-2023.

18.12.2022 10
MILL-OGĦLA
Ritratti: CLIFTON FENECH u CLODAGH O’NEILL/DOI

LEJN TMIEM IL-PROĠETT

QRIB L-MIA

Sax-xahar id-dieħel il-mina, il-flyover u r-roundabout jibdew jintużaw b’mod sħiħ

Ix-xogħlijiet fuq il-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project waslu fi stadju finali, tant li aktar minn 80% talproġett jinsabu lesti. Sa Jannar li ġej se jkunu jistgħu jibdew jintużaw b’mod sħiħ il-mini minn Ħal Luqa lejn Birżebbuġa u viċiversa, il-flyover lejn Ħal Kirkop u r-roundabout ġdida.

Dettalji ngħataw fi żjara filpost mill-Ministru tat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett. Huma kienu akkumpanjati minn Ivan Falzon, Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta (IM), li hi responsabbli mill-proġett.

Dan huwa investiment ieħor massiv ta’ €18-il miljun, li se jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura fil-pajjiż biex tixraq lis-Seklu 21, b’konnessjonijiet aktar veloċi u siguri għal-lokalitajiet filqrib, l-Ajruport u l-Port Ħieles.

Ix-xahar li għadda IM fetħet parti mill-passaġġ ta’ 200 metru mill-mina taħt l-art lejn Birżebbuġa, il-Port Ħieles u ż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far.

Il-flyover ta’ 400 metru se tgħaqqad il-karreġġjata ta’ Vjal L-Avjazzjoni ma’ Triq L-Ewwel Titjira lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop, u sewwieqa mhux se jkollhom bżonn iduru mar-roundabout. Ir-roundabout il-ġdida u l-bypass lanes tagħha se jkunu mtejba biex jiffaċilitaw l-aċċess u mingħajr impatt fuq il-fdalijiet arkeoloġiċi ta’ Ħal Resqun.

Dan il-proġett se jbiddel ukoll networks tas-servizzi taħt l-art, inklużi 10 kilometri ta’ cables tal-elettriku ġodda, internet, mains tal-ilma, drenaġġ u pajpijiet tal-ilma tax-xita.

18.12.2022 11 GRAZZI €502,236 MARATONA PARTIT LABURISTA ĠBIR TA’ FONDI

L-IMPORTANZA TAL-VOLONTARJAT

tiegħek u fuq kemm għandek aċċess għal ambjent nadif u spazji miftuħa biex tistrieħ.

F’Għawdex inħoss li aħna verament ixxurtjati li fadal nies li mhux biss kapaċi jipprovdu għall-familja, iżda wkoll isibu l-ħin biex jiddedikaw sigħat għall-volontarjat, fil-qasam filantropiku, kulturali u soċjali.

Kemm ilni Membru Parlamentari qed niġi mistiedna tista’ tgħid għal kull attività li qed issir ġewwa din il-gżira. Għalkemm ħajti saret ferm aktar impenjattiva, nipprova nattendi għaliex inħoss li rrid nuri l-apprezzament tiegħi lejn dawn in-nies.

x’wieħed isemmi. Attivitajiet bħal dawn jipprovdu opportunitajiet ta’ ħruġ għall-familji Għawdxin u Maltin, fejn wieħed ikun jista’ jitgħallem fuq tradizzjonijiet antiki li llum insejna.

Ħafna jattendu għad-diversi attivitajiet u aktarx li min jattendi u jieħu pjacir, ma jaħsibx fid-dedikazzjoni tal-bosta volontiera li jagħmlu dan kollu mingħajr ħlas; u dan fi żmien fejn il-ħajja saret mgħaġġla wisq u ħafna minn dawn il-volontiera, barra x-xogħol ewlieni, jagħmlu wkoll part-time.

Statistika tal-NSO indikat li fl-2022, f’pajjiżna hawn madwar 255,000 persuna li jaħdmu full-time u li dan in-numru mistenni jkompli tiela’ fis-sena 2023. Hija xi ħaġa ferm pożittiva li Gvern Laburista matul issnin irnexxielu dejjem inaqqas ir-rata tal-qgħad.

Madanakollu, kemm ilni nżur diversi familji qed jgħiduli li qed jirrealizzaw li l-kwalità tal-ħajja ma tiddependix biss fuq kemm għandek flus u ġid, iżda wkoll fuq kemm jirnexxilek tqatta’ ħin mal-għeżież

Inħoss ammirazzjoni kbira lejhom u napprezza l-fatt li mingħajrhom dawn l-attivitajiet ma jkunux jistgħu jseħħu. Barra minn hekk, meta nattendi attività u nitkellem mal-organizzaturi, nista’ nifhem aħjar liema huma l-isfidi li dawk impenjati fil-qasam volontarju jiltaqgħu magħhom ta’ kuljum.

Il-Milied jinsab wara biebna u Għawdex miżgħud bl-attivitajiet. Xħin wieħed joqgħod jaħseb ftit x’inhu l-impatt ta’ ħidmet dawn il-volontiera, hemm diversi benefiċċji

Ta’ min isemmi wkoll li għalkemm dan ix-xogħol kollu qed isir mingħajr ħlas, il-kwalità hija għolja ħafna, għax isir b’dedikazzjoni u mill-qalb.

Apparti li dawn il-volontiera jkunu qed jipprattikaw id-delizzju jew it-talent tagħhom, dawn l-attivitajiet irawmu tfal u żgħażagħ b’valuri sodi u jżommuhom ’il bogħod mill-vizzji u dan jipprometti għall-futur ta’ pajjiżna. Dawn l-attivitajiet jesponu wkoll it-talenti lokali li jattiraw itturiżmu intern u estern.

B’hekk Għawdex qed jibbenefika minn ħidma li tkompli ddawwar ir-rota ekonomika

s-sena kollha.

Promoturi ewlenin ta’ dan kollu li għadni kif semmejt s’issa huma d-diversi soċjetajiet mużikali, għaqdiet u entitajiet kulturali li jinsabu madwar il-gżira.

Il-Gvern Laburista qed ikompli jgħin lil dawn l-għaqdiet permezz ta’ diversi skemi finanzjarji biex b’hekk pajjiżna jibqa’ jgawdi attivitajiet tal-ogħla livell u li jħajru oħrajn jiġġeneraw kreattività ġdida.

Huwa t’unur għalina l-Għawdxin li Ottubru sar sinonimu mal-istaġun operistiku għaliex iż-żewġ teatri kbar li hawn fil-Belt Victoria qed itellgħu produzzjonijiet ta’ livell internazzjonali. Il-mijiet kbar ta’ Maltin li jaqsmu lejn Għawdex kull Ottubru għall-opra qed jagħtu imbuttatura qawwija lill-ekonomija tal-gzira tat-Tliet Għoljiet.

Xħin niltaqa’ mal-Għawdxin waqt dawn l-attivitajiet jgħidulek li l-involviment fil-qasam tal-volontarjat huwa ċans fejn juru t-talent tagħhom u b’hekk il-lokalità fejn jgħixu tkun iżjed ħajja. Bħala deputata mill-gżira Għawdxija nħossni kburija nara kif il-lokalitajiet kollha

qed jistinkaw sabiex jorganizzaw attivitajiet kulturali varji matul is-sena kollha u nitpaxxa nara t-talent kbir li għandna ġewwa din il-gżira.

Minn hawn nawgura l-isbaħ xewqat ta’ Milied hieni u sena ġdida mimlija risq u hena lill-Għawdxin u lill-Maltin kollha.

B’hekk Għawdex qed jibbenefika minn ħidma li tkompli ddawwar ir-rota ekonomika s-sena kollha

DAN HUWA ŻMIEN LI NIFTAKRU

F’MIN HU INQAS IFFORTUNAT

familjari u ħafna iżjed.

Bħal donnu f’dan iż-żmien nistennew li kulħadd jinsa kollox u jingħaqad mal-kumplament bil-ferħ u d-divertiment. Imma dan mhux dejjem possibbli. Meta jkun hemm il-mard fin-nofs jew il-qalb muġugħha, mhux faċli taffaċċja l-istorbju u l-ewforija li jġib miegħu dan iż-żmien.

kuxjenza dwar dawn is-sitwazzjonijiet għaliex il-pubbliku jħares lejna bħala role models tant li anke meta niżbaljaw, in-nies iħossuhom delużi u bir-raġun. Għalhekk, f’dan iż-żmien irridu niftakru f’xulxin, anke fis-sitwazzjonijiet li forsi persuni jkunu għaddejjin minnhom. Irridu nkunu iżjed ġentili.

Gvern qed jaħdem bis-sħiħ biex dan ma jseħħx anzi, filBaġit li għadda rajna bosta inċentivi li jgħinu lill-poplu jimxi ’l quddiem u jkollu s-solljev meħtieġ anke wara sentejn ta’ pandemija.

Ninsabu fil-qofol tal-festi marbuta mal-Milied u l-Ewwel tas-sena. Żmien ta’ ferħ u ċelebrazzjoni iżda mhux għal kulħadd. F’dan iż-żmien ħsiebi dejjem imur f’dawk in-nies li għaddejjin minn xi tbatija hi ta’ liema forma hi.

Tbatijiet fiżiċi minħabba xi mard jew anke tbatijiet emozzjonali. Min tilef lil xi ħadd, min għaddej minn problemi ta’ relazzjoni jew

Ma rridx inkun negattiv imma din hija realtà wkoll fejn spiss, minflok nifhmu lil xulxin nispiċċaw ngħakksu iżjed lil xulxin u nagħtu timbru bħal pereżempju ‘dak stramb’ jew ‘dik antisoċjevoli’.

Fil-ħajja, ilkoll ngħaddu minn tlugħ u nżul. Ilkoll ikollna mumenti fejn inkunu rridu ntiru bil-ferħ u oħrajn fejn inħossu li ħadna tisbita. Spiss ukoll nisimgħu l-frażi ‘il-ħajja trid tkompli’ imma din l-azzjoni mhix dejjem faċli.

Aħna bħala politiċi għandna d-dmir ukoll li noħolqu

Forsi dan il-kliem nisimgħuh kull sena u anke dwar kemm għandna nżommu din l-attitudni matul is-sena kollha mhux fil-Milied jew fl-Ewwel tas-Sena biss. Iżda kemm nagħmluha realtà din l-attitudni?

L-aġir tagħna lkoll, kapaċi jkollu effetti ta’ niket fuq innies ta’ madwarna. Wara kollox, din hija parti mis-saħħa mentali li tant nisħqu fuqha u nsemmuha matul is-sena.

Ma xtaqtx inkun politiku biss u nsemmi kemm qed issir ħidma biex ikun megħjun dak jew dik li forsi kellhom ħjiel li setgħu jaqgħu lura. Il-

Irridu nkunu iżjed magħqudin bħala poplu u nsibu dak li jgħaqqadna mhux dak li jifridna. Forsi aħna l-politiċi jkollna mumenti fejn ma naqblux fuq l-ideoloġiji imma din qatt ma għandha tkun raġuni li biha nattakkaw, inweġġgħu lil xulxin jew nagħtu eżempji ħżiena.

Sfortunatament dan rajnieh jiġri f’diversi episodji li lkoll intom konxji minnhom. Irridu nkunu aħna li nibdew u naġixxu b’aġir pożittiv. Jien determinat li nkompli nxerred rispett, fehma u kompassjoni lejn il-minoranzi, lejn dawk li jħossuhom inqas iffortunati u lejn dawk kollha li għandhom bżonn spalla u widna li tismagħhom.

Irridu nkunu iżjed magħqudin bħala poplu u nsibu dak li jgħaqqadna mhux dak li jifridna

18.12.2022 12
Membru Parlamentari ABIGAIL CAMILLERI Membru Parlamentari Ewropew CYRUS ENGERER

SODISFAZZJON GĦALL-2022

Wasalna biex intemmu sena oħra. Kif imdorrijin f’dan il-perjodu, inħarsu lejn it-12-il xahar li jkunu ġew fi tmiemhom u nirriflettu. Jekk inħares lejn is-sena 2022, inħoss sodisfazzjon. Sodisfazzjon li kemm is-settur edukattiv u wkoll dak sportiv żgur li jinsabu aħjar bil-ħidma li saret matul dawn ix-xhur li għaddew. Baqa’ ħafna xi jsir, imma nemmen li l-ħidma għaddejja fid-direzzjoni t-tajba.

Din hija wkoll l-ewwel sena tiegħi bħala l-Ministru re-

sponsabbli mill-Edukazzjoni. Matulha rajt li bil-ħidma flimkien ma’ dawk kollha involuti, inkomplu ntejbu s-settur edukattiv minn kull lat. Nemmen, u din għedtha kemm-il darba, li l-edukatur huwa s-sinsla tas-settur. Huwa għalhekk li qed nagħmlu minn kollox biex lill-edukatur nagħtuh mhux biss l-aqwa ambjent edukattiv possibbli fejn jipprattika l-professjoni tiegħu, imma wkoll qed noffru kull possibbiltà biex l-edukatur ikompli javvanza fil-karriera tiegħu, bil-korsijiet kollha li noffru anki permezz tal-Istitut għall-Edukazzjoni.

Imma wkoll qed naraw li nkomplu ntejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-edukatur u dan qed isir permezz tad-diskussjonijiet li għadhom kemm bdew mar-rappreżentanti tal-edukaturi, li għandhom iwasslu għal ftehim settorjali ġdid għalihom.

L-edukazzjoni hija l-qofol ta’ soċjetà li qed tħares ’il quddiem lejn futur aħjar. Huwa għalhekk ukoll

li bil-ħidma li saret matul is-sena li għaddiet rajna li nkomplu nibnu fuq il-pedament sod li fuqu huwa mibni dan is-settur.

Il-ħidma tagħna qed tieħu lis-settur edukattiv lejn dak li huwa meħtieġ, mhux biss biex jilqa’ għall-aspirazzjonijiet tal-istudenti tagħna, imma wkoll biex inqarrbu dawn l-aspirazzjonijiet lejn dak li huwa meħtieġ fid-dinja moderna tax-xogħol u dak li teħtieġ l-ekonomija talpajjiż. B’hekk qed inqarrbu wkoll il-prospetti li fuqhom hija bbażata l-edukazzjoni lejn dan, kif għamilna ftit ġimgħat ilu bil-prospett għas-sena akkademika talMCAST li tibda s-sena d-dieħla.

Qed inkomplu wkoll inġeddu l-istrateġiji tagħna. Ftit jiem ilu nedejna għall-konsultazzjoni pubblika l-“Pjan Strateġiku Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla, immirat għal perjodu ta’ tmien snin: 2022 – 2030. Għaliex irridu nassiguraw ukoll li nattiraw dejjem ak-

tar istituzzjonijiet edukattivi lejn pajjiżna. Qed inkomplu naħdmu biex pajjiżna jkun magħruf għall-edukazzjoni ta’ kwalità li tassigura li s-sistema edukattiva ta’ Malta tkun ta’ livell għoli u tkun dejjem waħda li tirrifletti l-iżviluppi fuq livell dinji.

Fejn jidħol is-settur sportiv din is-sena kienet sena mimlija ħidma, bix-xogħol mifrux minn proġetti fl-iskejjel, sa proġetti fuq skala nazzjonali. Qed ninvestu miljuni kbar kemm biex naraw l-atleti tagħna jkomplu għaddejjin bit-taħriġ tagħhom, imma wkoll biex naraw il-faċilitajiet sportivi tagħna jitilgħu għal livell internazzjonali.

Dan qed nagħmluh biex pajjiżna jsir ċentru għal attivitajiet sportivi internazzjonali, imma wkoll biex l-atleti tagħna jkollhom faċilitajiet denji fejn jipprattikaw l-isport favorit tagħhom.

Qed inħarsu wkoll lejn ilLogħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f’pajjiżna lejn tmiem Mejju li ġej. Il-preparamenti jinsabu avvanzati sew. Av -

venimenti bħal dawn ikomplu jpoġġu lil pajjiżna fuq il-mappa sportiva dinjija filwaqt li jagħtu opportunità eċċellenti lill-isportivi tagħna biex jeċċellaw, kemm b’mod personali imma wkoll ikomplu jgħollu isem pajjiżna f’dan is-settur.

Dan il-Gvern huwa kommess li jkun ta’ spalla għas-settur sportiv u nemmnu li biex bħala pajjiż inkomplu niksbu suċċessi hemm bżonn li nibqgħu nsostnu t-tkabbir u l-investiment li diġà sar fl-atleti Maltin u fid-diversi faċilitajiet sportivi madwar pajjiżna. Matul is-sena d-dieħla se tkompli għaddejja l-ħidma f’dawn iż-żewġ setturi. Ħidma li hija mmirata biex tkompli ttejjeb l-edukazzjoni u l-isport.

Ftit jiem biss ’il bogħod mill-festi, nawgura l-Festi t-tajba lil kulħadd, b’mod speċjali lill-edukaturi, sportivi, studenti u atleti, lil dawk li jaħdmu f’dawn iż-żewġ setturi u l-familji tagħhom kollha.

INĦARSU L-UGWALJANZA

l-missier li jixtieq jirrikonoxxi lit-tarbija u l-liġi ma tħallihx. B’sodisfazzjon, ninnota li bdiet ħidma minnufih min-naħa tal-Gvern biex din l-anomalija fil-liġijiet tagħna tintemm darba għal dejjem.

Fuq nota oħra, nemmen madanakollu li rridu nkomplu naħdmu aktar biex nippromwovu l-ugwaljanza f’kull sfera tal-ħajja, ukoll biex jinħoloq bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata.

minn proċess edukattiv li jieħu medda ta’ żmien.

Niftakar, matul il-kampanja elettorali, smajt kumment li baqa’ ttimbrat f’moħħi. Kostitwent qalli: “Anzi r-raġel iħallik toħroġ għall-politika.” B’kummenti bħal dawn tintebaħ li għad għandna ħsieb u opinjoni dwar il-mara li hu lil hinn minn fejn irridu naslu.

bilanċ.

Minkejja li għamilna diversi kisbiet, kull wieħed u waħda minna għandu ħidma xi jwettaq:

- Dik li naħdmu kemm nifilħu favur l-ugwaljanza mingħajr distinzjoni.

Ftit tal-ġimgħat ilu tkellimt fil-Parlament dwar anomalija fil-liġi Maltija. Tfajla li għandha inqas minn 18-il sena u li tkun se ssir omm tista’ tirrikonoxxi lit-tarbija iżda mhux l-istess jgħodd għall-missier li għandu inqas minn 18-il sena.

Il-Kodiċi Ċivili ma jħallix lil dak il-ġuvni li sar missier u li għandu inqas minn 18il sena jirrikonoxxi lil bintu jew lil ibnu. Din hija inġustizzja u xxekkel il-prinċipju tal-ugwaljanza. Fuq naħa għandek l-omm li se jkollha ġġorr ir-responsabilità kollha hi u fuq in-naħa l-oħra

Dan jista’ jsir biss billi bħala Gvern ikollok viżjoni li żżomm id-drittijiet eżistenti u tibni fuqhom permezz ta’ drittijiet aħjar u ġodda kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel. B’hekk inkomplu niżguraw l-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. Permezz ta’ riformi u liġijiet, inkunu qed inħeġġu t-tqassim aħjar tar-responsabbiltajiet bejn in-nisa u l-irġiel.

Hawn nemmen li trid issir diskussjoni serja fuq żewġ binarji. Fuq naħa waħda rridu nibqgħu nħejju u nfasslu liġijiet li jħeġġu tali ugwaljanza u fuq in-naħa l-oħra naħdmu għal bdil fil-mentalità. Din tal-aħħar hija parti

Nemmen li rridu nitkellmu ħafna aktar dwar irwoli ugwali u fuq kollox li għad għandna l-mentalità li niddistingwu bejn jekk hux mara jew raġel.

Is-soċjetà qasmet l-irwoli differenti ta’ x’inhu aċċettabbli li tagħmel mara u x’għandu jagħmel raġel. Irridu nkunu aħna li naħdmu bla heda biex negħlbu din il-mentalità, li iva jkollna nammettu għadha fostna. Irrid nara aktar nisa jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol u f’kull qasam ieħor tas-soċjetà, iżda mhux biss, dawn in-nisa jrid jingħatalhom iċ-ċans!

Irid jinbena network u nemmen li bħala nisa rridu nemmnu aktar fina nfusna u nsejsu strateġija biex nilħqu

- Dik li naħdmu kemm nifilħu biex ma ssirx distinzjoni bejn ħidmet il-mara u ħidmet ir-raġel, ukoll bejn ħidmet l-omm u ħidmet il-missier.

- Dik li naħdmu sabiex kull mara f’pajjiżna jkollha l-istess opportunitajiet daqs l-irġiel.

- Dik li naħdmu kemm nifilħu biex tinbidel il-mentalità li post il-mara hu d-dar jew tagħmel xi xogħol partikolari u mhux ieħor.

- Dik li tinbidel il-mentalità li post il-mara hu biss li tieħu ħsieb it-tfal.

- Dik li tinbidel il-mentalità li l-mara taċċetta li toqgħod għal ċerti kundizzjonijiet fuq il-post tax-xogħol u għalhekk tingħażel b’mod strateġiku għax jafu li mara se taċċetta tagħmel ċertu xogħol filwaqt li raġel le.

Dawn huma parti mill-mentalità li rridu nib -

dlu. Billi nibdlu liġijiet biss m’aħna se nagħmlu xejn. Irridu nkunu aħna l-katalisti li nġibu l-bidla. Fuqna qiegħed l-onus tar-responsabilità, dik li kull wieħed u waħda minna nitkellmu dwar il-kisbiet li kull tifel u tifla, mara u raġel jistgħu jiksbu.

Aħna rridu nibqgħu nitkellmu dwar din il-bidla fil-mentalità tant mixtieqa. Minkejja li l-leġiżlatur ħadem u se jibqa’ jaħdem biex ikollna liġi aktar ugwali u sabiex jinħoloq bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, irridu nkunu aħna li niżguraw li nibqgħu naħdmu bla heda favur bilanċ aħjar u aktar ġust.

L-aqwa kalkolu huma n-nies li jemmnu fil-kisbiet tagħhom infushom. Il-Gvern se jibqa’ jsostni lil pajjiżu b’liġijiet aktar ugwali għax dan huwa Gvern li jħobb lil pajjiżu u meta tkun tħobb lil pajjiżek, l-akbar kisba li jista’ jkollok hi dik li tara lil uliedek f’qagħda dejjem aħjar u fuq kollox ugwali.

Nagħlaq billi nibgħat l-isbaħ xewqat lilkom f’dawn il-jiem ta’ festi flimkien ma’ ħafna saħħa u paċi fid-dinja!

18.12.2022 13
Membru Parlamentari AMANDA SPITERI GRECH Ministru CLIFTON GRIMA

JITFAKKAR IT-48 ANNIVERSARJU

Din il-ġimgħa Malta fakkret l-anniversarju mindu rrevediet il-Kostituzzioni tagħha u effettivament saret Repubblika fit-13 ta’ Diċembru 1974. B’hekk ma bqajniex taħt ir-renju tar-Reġina Eliżabetta II u minflok inħatar l-ewwel President tar-Repubblika, Sir Anthony Mamo.

Fl-okkażjoni ta’ dan it-48 anniversarju, Festivals Malta, permezz tal-Kumitat Festi Nazzjonali flimkien mal-Uffiċċju tal-President, organizzaw diversi attivitajiet kommemorattivi.

Il-qofol taċ-ċerimonji kienet il-parata mill-Forzi Armati ta’ Malta fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt, nhar it-Tlieta li għadda fil-preżenza tal-ogħla awtoritajiet, il-President Dr George Vella u l-Prim Ministru Robert Abela, flimkien ma’ mistednin distinti oħrajn.

Eżatt wara saret iċ-ċerimonja tal-investitura u l-għoti tal-midalji fis-Sala tal-Gran Kunsill, fil-Palazz tal-Gran Mastru.

Waranofsinhar, il-President poġġa kuruna tal-fjuri fuq il-Monument ta’ Malta Repubblika fi Triq Diċembru Tlettax, fil-Marsa. L-istess sar mill-amministrazzjoni tal-Partit Laburista li fakkret issinifikat ta’ din il-ġrajja storika mnebbħa mill-għaqda mhux biss bħala Partit, iżda bħala pajjiż, li flimkien ma’ kisbiet oħrajn għenu biex il-poplu tagħna sar poplu wieħed.

Onorati bl-ogħla titli nazzjonali

Kull sena f’Jum ir-Repubblika, il-President ta’ Malta, f’isem il-Gvern u l-poplu Malti, jagħti ġieħ pubbliku lil għadd ta’ Maltin li jiddistingwu ruħhom f’oqsma differenti tal-ħajja b’ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu jew fix-Xirka Ġieħ ir-Repubblika, jew bl-għoti tal-Midalja għall-Qlubija u tal-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Malta tagħti ġieħ ukoll lil dawk il-persuni ta’ nazzjonalità barranija li jkunu ddistingwew ruħhom f’oqsma differenti talħajja, fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet internazzjonali jew li jkunu kisbu r-rispett u l-gratitudni tal-poplu tal-Gżejjer Maltin.

Fiċ-ċerimonja ta’ investitura, li saret fil-Palazz, il-Belt, il-President George Vella ta ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu lil seba’ persuni, waqt li għaxra oħrajn irċivew il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

Kif imwiegħed f’Ottubru li għadda millPrim Ministru Robert Abela, id-Deputat Parlamentari u Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo nhar it-Tlieta ngħata, wara mewtu, il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika waqt iċ-ċerimonja ta’ Jum ir-Repubblika fejn jiġu ppreżentati l-ogħla unuri

nazzjonali.

L-unur, ippreżentat lill-armla tiegħu Marina, ingħata għas-sehem kbir li Arrigo ta lis-settur turistiku lokali, lill-isport fejn serva wkoll bħala President ta’ Sliema Wanderers u l-kontribut politiku tiegħu, l-ewwel bħala Sindku f’Tas-Sliema u sussegwentement bħala Membru Parlamentari għal diversi snin.

Arrigo, li miet fit-18 ta’ Ottubru li għadda wara battalja mal-kanċer, kien deskritt mill-Prim Ministru bħala ħabib ġentlom li baqa’ qrib ħafna tan-nies.

Fost unuri oħrajn, l-Eks Ministru Laburista Alex Sceberras Trigona rċieva l-ogħla titlu bħala Kumpann fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu.

Il-ħatriet kollha, li saru bi proposta mill-Kumitat tan-Nomini mwaqqaf, skont l-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika (Kap. 251), fuq parir tal-Prim Ministru, huma: Kumpanni tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu

Dr ALEX SCEBERRAS TRIGONA LL.D., M.A.(Oxon.) kien Membru Parlamentari u Ministru għall-Affarijiet Bar ta’ Malta (1981-1987). Hu kien ukoll il-Mib Speċjali tal-Prim Minis tri Dom Mintoff, Joseph Muscat u Robert Abela. B Ministru għall-Affarijiet Barranin, huwa rebaħ u mexxa l-ewwel mandat ta’ Malta fil-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda (1983-1984). Kien innegozja l-ftehimiet ta’ newtralità ta’ Malta mal-Italja, Franza, il-Libja, l-Alġerija, l-Unjoni Sovjetika u l-Istati Uniti tal-Amerka.

DOLORES CRISTINA hi eks politika Maltija li serviet f’diversi karigi ministerjali taħt Gvernijiet Nazzjonalisti. Fl-1998 ġiet eletta fil-Parlament fl-istess sena mill-Għaxar Distrett u fl-2003 reġgħet ġiet eletta mid-Disa’ Distrett u f’dik il-leġiżlatura serviet bħala Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali. F’reshuffle fl-2004 hi nħatret bħala Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali. Eletta mill-ġdid fl2008, din id-darba mid-Disa’ u l-Għaxar Distrett, hi ngħatat l-inkarigu ta’ Ministru għall-Edukazzjoni u l-Kultura, u assumiet ukoll ir-responsabbiltà għall-Ministeru għall-Politika Soċjali matul is-snin 20102012. Fl-2013, Dolores Cristina ġiet maħtura Aġent President, kariga li okkupat sal-2022.

Uffiċjali tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu

Id-Deputat u Viċi Kap tal-PN Robert Arrigo ngħata, wara mewtu, il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika, kif ġie mwiegħed mill-Prim Ministru

Dr SALVINA ZRINZO MD, FÄ für Radiologie, EDBI studjat il-mediċina flUniversità ta’ Malta u, bejn l-1987 u l-1994, kisbet it-taħriġ tagħha fir-radjoloġija ġenerali u tas-sider fi Stadtklinikum Nürnberg fil-Ġermanja. Hi kienet stru-

mentali fit-twaqqif tal-Malta National Breast Screening Programme, li ilu fisseħħ mill-2009. Hi l-ewwel radjologa f’Malta li kisbet id-diploma speċjalizzata Ewropea fil-Breast Imaging u hi parti mit-tim li jmexxi s-servizzi ta’ screening tas-sider u symptomatic breast services f’Malta. Dott. Zrinzo hi waħda mill-membri fundaturi tal-Malta Society of Radiologists, tan-Nuclear Medicine Physicians, tal-European Society of Breast Imaging, il-European Society for Radiology u r-Radiological Society of North America.

Il-Professur MICHAEL CAMILLERI MD, MPhil, DSc hu tabib u xjenzat. Tul il-karriera tiegħu kien pijunier fl-istudji mekkanistiċi tal-funzjonijiet tal-istonku u l-intestini fuq suġġetti umani. Hu żviluppa tekniċi innovattivi biex jitkejjel kif l-istonku jespandi wara l-ikel b’kamera, il-moviment fil-kolon bil-għajnuna ta’ doża żgħira ta’ kimika speċjali u kamera u dawn it-tnejn mingħajr il-bżonn ta’ tubi mdaħħlin ġewwa l-istonku jew il-kolon. Riċentement, il-Prof. Camilleri ġie wkoll ikklassifikat minn Experts Cape News bħala l-aqwa wieħed fid-dinja fil-motilità gastrointestinali abbażi l-impatt tiegħu f’dan il-qasam.

Il-Professur CARMEL BORG hu l-Kap tad-Dipartiment tal-Arti, Komunitajiet Miftuħa u l-Edukazzjoni tal-Adulti, fi ħdan il-Fakultà tal-Edukazzjoni. L-Eks Dekan

tal-imsemmija fakultà hu akkademiku bi preżenza qawwija fl-isfera pubblika, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Ix-xogħol professjonali u l-attiviżmu soċjali tiegħu huma t-tnejn iffukati fuq ir-relazzjoni bejn l-edukazzjoni, id-demokrazija u l-ġustizzja soċjali.

Membri tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu

Maestro ARCHIBALD MIZZI hu magħruf sew fix-xena mużikali kemm dik klassika kif ukoll filbaned lokali. Il-marċ

“The King” jibqa’ l-iktar marċ popolari ta’ Mro Mizzi, proprju għaliex poġġa isem Malta internazzjonalment. “The King” ġie magħżul bħala t-tema prinċipali tal-film Taljan “Dopo Mezzanotte” u s-serje televiżiva tant popolari Taljana “Ispettore Montalbano.”

Il-Kavallier ALFRED CAMILLERI CAUCHI hu l-awtur ta’ bosta opri artistiċi maħdumin fil-kartapesta, fil-bronż, fl-injam, fil-ġebla Maltija u anke flirħam. Dawn il-kapolavuri jinsabu mxerrdin madwar id-dinja kollha u f’ħafna knejjes parrokkjali lokali li jgawdu mix-xogħlijiet tiegħu.

18.12.2022 14
SBATAX-IL PERSUNA – FOSTHOM TLIETA WARA MEWTHOM – JIĠU ONORATI BL-OGĦLA TITLI NAZZJONALI

TA’ MALTA BĦALA REPUBBLIKA

F‘DIVERSI OQSMA

ta’ ħidma tal-UE dwar negozjati fuq il-klima. Il-Prof. Borg hi membru tal-Kummissjoni dwar il-Liġi Ambjentali tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura.

ANNA BONANNO hi ġurnalista u xandara televiżiva mal-Public Broadcasting Services għal iktar minn tletin sena. Kienet il-pijuniera fil-qasam tal-ġurnaliżmu u x-xandir televiżiv f’Malta partikolarment fi żmien fejn dan kien għadu ddominat mill-irġiel. Il-kontribut ewlieni tagħha jidher fir-rapporti u fis-servizzi televiżivi li kitbet matul is-snin, kemm aħbarijiet lokali kif ukoll oħrajn internazzjonali u saret ukoll l-ewwel korrispondenta mara li xandret minn barra minn Malta, waqt li intervistat diversi personalitajiet prominenti, bħall-Prim Ministru tar-Renju Unit Margaret Thatcher, fost oħrajn.

d-distribuzzjoni ta’ farmaċewtiċi, provvisti mediċi u kirurġiċi, tagħmir tal-isptarijiet, u servizzi madwar is-Sistema Nazzjonali tas-Saħħa kollha. Fl-2016 ġie promoss bħala Direttur Maniġerjali b’responsabbiltajiet addizzjonali, fosthom l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek u ċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm. Waqt il-pandemija tal-COVID-19 hu nħatar mill-Gvern biex jirrappreżenta lil Malta fil-Grupp Konġunt ta’ Azzjoni Strateġika tax-Xiri tal-Unjoni Ewropea. L-Inġ. Farrugia kien strumentali biex jiggarantixxi d-disponibbiltà f’waqtha ta’ tagħmir u vaċċini kritiċi li jsalvaw il-ħajja għan-nazzjon kollu.

Il-ħiliet artistiċi ta’ dan l-iskultur jispikkaw ukoll fil-bustijiet u fil-monumenti nazzjonali li hu ħadem sabiex jitfakkru ġrajjiet storiċi importanti bħall-monument f’ġieħ Malta Repubblika u l-Via Sagra f’Ta’ Pinu, Għawdex, kif ukoll diversi personalitajiet distinti, fosthom Presidenti Maltin.

Midalja għall-Qadi tar-Repubblika

ROBERT ARRIGO (wara mewtu) kien operatur tat-turiżmu u politiku Malti li serva bħala Membru Parlamentari mill-2003 sal-mewt tiegħu fl-2022. Bejn l-2017 u l-2022 inħatar bħala Viċi Kap tal- Partit Nazzjonalista. Fl-1994, huwa ġie elett bħala l-ewwel Sindku ta’ Tas-Sliema u fl-2003, ġie elett fl-għaxar Parlament Malti fejn ħadem f’diversi kumitati u gruppi parlamentari u, b’mod indipendenti, serva wkoll fuq il-Bord tal-Konsulenti fl-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turiżmu ta’ Malta. Arrigo kien involut ukoll fit-tmexxija sportiva fejn ġie elett chairperson tal-klabbs tal-futbol Gżira United u Sliema Wanderers u serva wkoll bħala Viċi President ta’ Neptunes Waterpolo Club. Għal diversi snin Arrigo għen bosta nies u għen fix-xiri ta’ tagħmir speċjalizzat għal skopijiet mediċi.

Dr ANTHONY ABELA MEDICI hu meqjus bħala espert fil-qasam forensiku. Fl-1977 ġie appuntat lettur fil-Kimika Organi-

ka fl-Università ta’ Malta u fl-1981 inħatar Direttur tal-Laboratorju tax-Xjenza Forensika tal-Pulizija ta’ Malta fejn kien inkarigat li jwaqqaf il-Laboratorju Fo - rensiku. Għal 30 sena ħadem fil-laboratorju forensiku tal-pulizija fuq il-każijiet ewlenin kollha, inkluż il-hijack tal-Egyptair fl-1985. Fl-2016, Abela Medici ġie elett mill-Kunsill tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa biex iservi fil-Kumitat ta’ Esperti għall-Prevenzjoni ta’ tortura u trattamenti inumani jew degradanti jew kastigi. Mill-2018 sal-2021, hu okkupa l-kariga ta’ Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.

Il-Professur SIMONE BORG LL.D, LL.M. (Int law), Ph.D (IMLI) hi l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Azzjoni Klimatika u tippresiedi l-Bord tal-Azzjoni Klimatika Nazzjonali. Hi ppresediet ukoll il-Kumitat ta’ Tmexxija għall-Istrateġija Nazzjonali ta’ Malta għal wara l-Covid u anke okkupat diversi rwoli għoljin oħrajn fuq livell governattiv. Kienet ukoll l-ewwel Chairperson tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, waqt li kkordinat it-traspożizzjoni tal-acquis communautaire ambjentali qabel ma Malta ssieħbet fl-UE fl-2004. Fl-2017, matul il-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ippresediet il-grupp

SAVIOUR F. BORG (wara mewtu) serva fisServizz għall-Affarijiet Barranin għall-Malta bejn l-1977 u l-2012, wara li ngħaqad mas-Servizz Ċivili fl-1965, u wasal biex jassumi responsabbiltajiet għoljin ħafna u importanti. Fl-2003, l-Ambaxxatur Borg inħatar Rappreżentant Permanenti ta’ Malta fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ġnus Magħquda f’Ġinevra fejn serva fl-istess waqt bħala Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, u bħala Kap tal-Malta’s Observer Delegation għall-Konferenza dwar id-Diżarm, u l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Ġnus Magħquda. Fl-2007 inħatar bħala Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Ġnus Magħquda fi New York.

Fr JOHN CARUANA (wara mewtu) għamel 17-il sena fis-saċerdozju fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan, fejn kien meqjus bħala attivist soċjali, qabel fl-1984 ħalla l-pajjiż biex jibda l-vokazzjoni missjunarja tiegħu filBrażil, fejn qatta’ l-kumplament ta’ ħajtu. L-aktar impenn notevoli u bla waqfien tiegħu lejn il-foqra hu tal-appoġġ kostanti tiegħu lil-Landless Peasants Movement fil-Brażil. Caruana kien wieħed mill-ftit li għażel li jiddefendi lill-foqra u kien dejjem preżenti biex jagħti għajnuna lillbdiewa jokkupaw artijet u raba’ mhux maħduma biex jibdluhom fi rziezet produttivi u jitimgħu lil familthom u eluf ta’ familji oħrajn.

L-Inġinier KARL FARRUGIA ingħaqad mal-Ministeru għas-Saħħa bħala Inġinier Bijomediku fl-2001, fejn kien responsabbli mill-akkwist u l-kummissjonar tat-tagħmir mediku flIsptar Mater Dei. Hu ntgħażel bħala CEO fl-2011 biex jikkonsolida s-servizzi tax-xiri tal-Ministeru, li jinkludi l-provvista u

LOUIS FSADNI kellu karriera ta’ 47 sena fis-Servizz Pubbli- ku, fejn serva fl-Istamperija tal-Gvern, fl-Uffiċċju Elettorali u fiċ-Ċentru tal-Kompjuters. Hu rtira fl-2002 bħala Direttur fl-Istamperija tal-Gvern. Fsadni kien involut f’numru ta’ riformi u l-introduzzjoni ta’ sistemi ġodda għall-għadd tal-voti. Serva bħala Senior Manager (Counting Hall) f’disa’ elezzjonijiet ġenerali, erba’ referenda, erba’ elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, sebgħa u għoxrin elezzjoni għall-Kunsilli Lokali u oħrajn. L-akbar kisba ta’ Fsadni hi l-introduzzjoni tal-għadd tal-voti b’mod elettroniku.

ANTONIO P. BRIGUGLIO

beda l-karriera tiegħu bħala referee fl-1961 u għal 16-il sena kien fuq il-bord tar-referees tal-FIFA/UEFA, referee osservatur tal UEFA u anke kiseb il-liċenzja Ċ tal-UEFA bħala kowċ tal-futbol. Hu kien l-uniku Malti li nħatar mill-FIFA biex jikkontrolla partita u nħatar mill-UEFA bħala linesman għal finali ta’ taħt il-21 sena. Huwa okkupa diversi karigi amministrattivi, fosthom dik ta’ President tal-Malta Football Referees Association, u bejn l-1985 u l-1987, bħala membru tal-Bord tar-Referees tal-MFA. Fil-bidu tas-snin tmenin waqqaf il-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi u okkupa wkoll diversi karigi fil-Malta Amateur Athletics Association u fil-Malta Table Tennis Association. Briguglio kien ukoll kordinatur u organizzatur ta’ SkolaSport u Chairman tal-Kumitat Organizzattiv tal-Maratona tal-Volleyball organizzata b’risq id-Dar tal-Providenza.

Bro EDWARD GALEA FSC beda n-novizzjat tiegħu f’Pibrac, ħdejn Toulouse, fl-1940 u fl-1942 mar jgħix f’St Maurice L’Exil fejn ingħata karta tal-identità speċjali li tippermettilu moviment ristrett fil-pajjiż. Hu u l-Brothers l-oħrajn Maltin għal ftit ma kinux skoperti min-Nażisti minħabba l-passaporti Ingliżi li kellhom u għaldaqstant iddeċidew li jaħarbu. Meta spiċċat il-Gwerra, intbagħtu kollha lura Malta u minn dakinhar, Brother Edward ilu aktar minn 70 sena jgħallem u jgħin fl-amministrazzjoni tal-Kulleġġ De La Salle.

18.12.2022 15
NAZZJONALI GĦALL-KONTRIBUT LI TAW LIS-SOĊJETÀ MALTIJA FEJN IDDISTINGWEW RUĦHOM
Ritratti: PIERRE SAMMUT u CLIFTON FENECH/DOI

Sur Editur,

Ġimgħa qabel il-Milied xtaqt li nikteb fuq affarijiet oħra. Imma dejjem ikun hemm xi għaref min-naħa tagħhom li jfottili l-pjani ta’ dak li nkun se nikteb. Ħa ngħidlek għalfejn, Sur Editur. Din id-darba l-istilla li bħalissa qed tibbrilla fottietni. Mhux l-istilla tal-Maġi ta’ Betlem ta! L-istilla Metsola tal-Ewropa.

Mela bħalissa għaddejja l-kontroversja tal-korruzzjoni fi ħdan il-Parlament Ewropew. U l-istilla akbar minn ta’ David, il-Metsola, taf x’qalet? Li dan huwa attakk fuq id-demokrazija Ewropea. Kemm hija helwa din il-Metsola, qed ngħid. Skont hi, l-akkużi ta’ korruzzjoni huma attakk fuq id-demokrazija Ewropea. U ħallina, Berta!

Din l-istess Berta l-Metsola li fl-aħħar ġimgħat kienet f’kontroversja kbira għall-mod kif ħatret abbati tagħha bħala Segretarju Ġenerali, kontra kull forma ta’ trasparenza u kontabbiltà. Fuq pajjiżna jillaxkalha lsienha din li tridha tal-qaddisa tant li donnok taħsibha l-verġni tal-politika.

Mhux ta’ b’xejn li Professur tal-Liġi Alberto Allexiħaġa, għax ma niftakarx kunjomu, bagħatha ssaqqi l-ħass li hemm jikber mal-funtana tal-Manneken Pis. Għal min ma jafx, Sur Editur, din il-funtana għandha qisu anġlu, b’idu jżomm il-firilla, jew il-linfa kif kien jgħidilha l-mibki Duminku tagħna, u qed ipixxi ġol-funtana.

Issa nispera li għax semmejt lil Duminku tagħna, ma noffendix lil xi Nazzjonalist. Għax din tajba kienet, li dokumentarju dwar Duminku ma wrewhx, ma jmurx ikunu offiżi n-naħa tagħhom. Ara

naqra, jekk allaħares jitilgħu huma, hux se joqogħdu jitħassruna li nkunu offiżi, jekk jiddeċiedu li juru xi dokumentarju fuq Eddie! Eddie! Eddie!, jew fuq id-Demarco. X’kull waħda wkoll.

Mela fil-jiem li għaddew, Sur Editur, kellna l-ġbir tal-fondi. Il-Partit tagħhom iddobba xi mitt elf u fuqhom. Il-Partit tagħna ġabar aktar minn nofs miljun. U taf x’qal iċ-ċelebri Kap tagħhom? Li l-partit tagħhom jiġbor inqas mill-partit tagħna, għax ma jaċċettax donazzjonijiet dubjużi. U mur sal-presepju ta’ Għajnsielem, x’kull waħda, forsi jsibulek post ħdejn il-maxtura!

Taf fiex ifakkarni dan li qal? Dak li kien qallu Jason l-Azzopardi f’Mejju li għadda. Kien allega li l-partit tagħhom kien ingħata flus bħala donazzjoni biex tingħata proklama lil qarib ta’ dak li kien tahom il-flus. Issa jekk hix dubjuża din id-donazzjoni ma nafx jien! U kien għamel plejtu dan il-Grech niftakar. Laqqa’ l-Kunsill biex jiddiskutiha. X’kien ħareġ minn din il-laqgħa tal-Kunsill ma nafx.

U ma ninsewx ukoll l-iskema li kien fassal l-istilla l-ieħor Simon il-Busuttil fl-2016. Kien ħareġ bi skema ta’ self lill-partit tagħhom. Imma kien iddikjara li mhux se jgħid min qed jisilfu l-flus u lanqas ma kien qal kif id-dejn se jitħallas lura. Issa jekk hux dubjużi dawn id-donazzjonijiet, ma nafx jien!

L-iskema taċ-ċedoli, tiftakarha, Sur Editur? Kienu dabbru mat-tliet miljun u nofs minnha dik. Skema sigrieta biex tiffinanzja l-miljuni ta’ dejn li għandu l-partit tagħhom. U dan il-partit li jipprietka li huwa ċ-ċampjin tat-trasparenza u l-kontabilità, dejjem insista li ċ-ċedoli mhumiex ta’ interess

pubbliku. Issa din is-sistema taċ-ċedoli kienet dubjuża aktar mill-kobor tal-werqa li kien jilbes Adam biex jgħatti l-linfa, Sur Editur. Imma tagħhom kollox tajjeb, hux!

Issa nispera li għax qed nikteb dan, ma jkunx hawn xi Berta l-Metsola u tgħidli li dan attakk fuq id-demokrazija wkoll. Għax nibgħatha tillostra l-anġlu tal-funtana ta’ Brussell.

Nittama li waħda mir-riżoluzzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena tal-Grech tkun li jgħodd sal-għaxra qabel jiftaħ ħalqu. U li dak li jrid li jagħmel ħaddieħor jibda jipprattikah hu wkoll. Għax dan ieħor li l-ħin kollu jsejjaħ għall-apoloġiji, għar-riżenji u biex tagħna jwarrbu. U mbagħad meta Malta kollha qed tgħidlu biex jitlob apoloġija lil dik l-Amerikana li skont hu, kienet parti minn kumplott tal-Labour biex jiddaħħal l-abort, ma jridx jiskuża ruħu. Għax interpretawh ħażin lill-boy, ħej!

Għad-dieħla!

18.12.2022 16
2090 8600

BETLEHEM F’GĦAJNSIELEM LURA GĦAT-13-IL DARBA

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, din il-ġimgħa nedew it-13-il edizzjoni ta’ Betlehem f’Għajnsielem. F’diskors tal-okkażjoni, il-Ministru qal li l-fatt li qed tiġi inawgurata edizzjoni oħra ta’ din l-attrazzjoni jixhed is-suċċess li din kisbet matul is-snin. “Il-presepju ħaj mifrux fuq medda ta’ 20,000 metru kwadru u b’aktar minn 100 attur għal darb’oħra se joffri esperjenza unika tal-istorja tan-natività. Illum Betlehem f’Għajnsielem hu attività li daħlet fil-kalendarju kulturali Għawdxi tal-Milied u aħna bħala Ministeru minn sena għal sena nibqgħu nagħtu s-sostenn tagħna ħalli jittellgħu attrazzjonijiet bħal dawn u b’hekk inżommu ħajja l-kultura tagħna,” hu qal, waqt li ħeġġeġ lill-pubbliku biex iżur il-post.

Bħas-snin l-imgħoddija, dan il-presepju ħaj se joffri taħlita ta’ tradizzjonijiet u snajja’ lokali flimkien ma’ dak kollu li ġeneralment wieħed jassoċja mal-presepju tradizzjonali Malti.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Zerafa Civelli tkellmet dwar l-importanza ta’ attivitajiet soċjali u kulturali biex inżommu l-lokalitajiet tagħna ħajjin, filwaqt li niċċelebraw it-tradizzjonijiet ta’ pajjiżna. “Nifraħ u nirringrazzja lill-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem, lill-voluntieri u lil kull min ta s-sehem tiegħu biex din l-ediz-

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24.

Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10).

Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek.

Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

zjoni tkun oħra ta’ suċċess, speċjalment wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija,” tenniet is-Segretarju Parlamentari.

Hija ħeġġet biex aktar Kunsilli Lokali japplikaw għal skemi li toħroġ id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali minn żmien għal żmien għal attivitajiet kulturali fejn ikunu jistgħu jippromwovu l-wirt kulturali tal-lokalitajiet rispettivi u jżidu t-turiżmu lokali u barrani fl-ibliet u l-irħula tagħna.

Skont tagħrif li ngħata fuq il-paġna ta’ Facebook tal-attrazzjoni, il-presepju li beda jkun animat fl-aħħar jiem, ikompli joffri lill-viżitaturi spettaklu u divertiment mil-lum u fil-ġranet u l-ħinijet li ġejjin:

Illum il-Ħadd 18 ta’ Diċembru 11:00 – 14:00 (edizzjoni għat-tfal)

Il-Ħadd 25 ta’ Diċembru 16:00 – 19.00

It-Tnejn 26 ta’ Diċembru 14:30 – 19:00

It-Tlieta 27 ta’ Diċembru 16:00 – 19:00

Il-Ġimgħa 30 ta’ Diċembru 16:00 – 19:00

Il-Ħadd 1 ta’ Jannar

15:00 – 19.00

Il-Ħadd 8 ta’ Jannar 14:30 – 19:00 (adorazzjoni tal-Maġi)

18.12.2022 17

GĦAJNUNA LILL-KNISJA MINN

Maż-żmien li għadda minn fuqhom, bosta knejjes Maltin, li fl-għadd tagħhom mhumiex żgħar, ħabbtu wiċċhom ma’ spejjeż li ma jifilħux għalihom. Grazzi għall-fondi tal-Unjoni Ewropea, 35 knisja rċevew għajnuna finanzjarja biex ikunu jistgħu jiġu rranġati esternament jew għar-rinnovar ta’ bċejjeċ tal-arti jew għamara. Tkellimt fuq dan is-suġġett mas-Sur

Kif diġà semmejt, Michael qalli li l-konservazzjoni u r-restawr estensiv li qiegħed isir fl-Arċidjoċesi ta’ Malta, ikopri l-opri tal-arti, ir-restawr ta’ knejjes u dak tal-kappelel.

Dan ir-restawr sar f’madwar 35 parroċċa f’Malta. Uħud kienu jeħtieġu restawr fuq il-binja tal-knejjes, fuq kappelel u koppli li kienu jinħtieġu restawr estensiv. Kellhom tant ħsarat, li la l-parroċċi u lanqas l-Arċidjoċesi ma kellhom il-mezzi finanzjarji adegwati biżżejjed biex ikun jista’ jsir dan ix-xogħol.

Għalhekk, permezz tal-Arċ idjoċesi applikaw għall-Fondi Ewropej, li kienu tajbin ħafna. Permezz tal-Funding Stream, 80% tal-ispejjeż kienu koperti mill-Unjoni Ewropea u l-kum plament, jiġifieri l-20% biss li kien jonqos joħorġuhom l-Arċ idjoċesi jew il-parroċċi. Allura seta’ jsir xogħol kbir u esten siv fuq il-binjiet tal-knejjes, li wħud minnhom kienu fi stat ta’ bżonn kbir, għax kienu il hom ma jaraw restawr għal għexieren ta’ snin.

Il-knejjes parrokkjali u dawk filjali huma kollha tal-Knisja, iżda mbagħad hemm ftit knejj es li mhumiex tal-Arċidjoċesi. Dawn jistgħu jkunu jew ġuspa tronat, jew ma jgawdux l-im munità ekkleżjastika. Jiġifieri ma jkunux proprjetà tal-Knis ja, iżda jkunu tal-privat, bħal xi kappelel fil-kampanja, li wkoll mhumiex tal-Knisja.

Knejjes tal-Knisja u knejjes tal-Istat

Madanakollu, insibu knejjes li jistgħu jkunu proprjetà tal-Istat, għax ikunu tħallew mill-Kavallieri, li fi żmienhom kienu meqjusin bħala l-Gvernaturi ta’ Malta u li dawn għaddewhom lill-Gvern li nafu bih illum.

Mistoqsi jekk din il-ħaġa hix kif ġara lill-Konkatidral ta’ San Ġwann, Michael Pace Ross qalli li fuq San Ġwann hemm kontestazzjoni, għax il-Gvern jgħid li hu tiegħu u l-Knisja tgħid li hu tagħha. U allura, proprju għalhekk kienet twaqqfet il-Fonda-

hemm ukoll funzjonijiet oħra, bħal kunċerti u ħwejjeġ simili, li għalihom jattendi wkoll il-pubbliku. Kien minħabba dan kollu li l-Gvern u l-Knisja laħqu ftehim li l-Konkatidral ikun amministrat mill-Fondazzjoni u ħadd ma jidħol fil-kwistjoni ta’ min hu l-post. L-istess bħall-knisja tal-Ġiżwiti. Għal din il-knisja wkoll twaqqfet Fondazzjoni, biex flok ma l-Gvern u l-Knisja joqogħdu jargumentaw fuq ta’ min hi, għax illum din il-ħaġa hi sekondarja, jaħdmu flimkien biex kollox jimxi ’l quddiem.

F’dawn is-sitt snin hekk għamlu, anke permezz tal-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Jiġifieri l-Arċidjoċesi ħadmet ma’ kull min kien responsabbli politikament mill-Fondi Ewropej, mal-PPCD u mal-Ufficcju tal-Prim Ministru, biex b’hekk inġiebu fondi li bihom setgħu jkunu rrestawrati numru ta’ knejjes li nsibu f’pajjiżna.

Il-kelliem qalli li tul il-ħidma kollha, kellhom għajnuna kbira mill-konsulenti tagħhom, li kienu l-EMCS. Din hi kumpanija li tagħti pariri fuq dan ix-xogħol.

Żied jgħidli li permezz tal-Fondazzjoni għall-Patrimonju, ir-restawr sar fuq il-knejjes li huma tal-Knisja. Kien hemm tiżwiqa ta’ proġetti. Ħafna kienu fuq konservazzjoni u restawr tal-binja

proprja, bħal dak li sar fil-knisja parrokkjali ta’ Ħal Balzan, li kienet waħda milli bbenefikat.

Illum kulħadd jista’ jmur u jara kemm ġiet restawrata tajjeb din il-knisja minn barra. Dak kien eżempju wieħed tal-proġetti rrestawrati. Hemm oħrajn. Iżda sar ukoll xogħol ta’ restawr u konservazzjoni ta’ opri tal-arti, li jinsabu fuq ġewwa.

Michael Pace Ross qalli li jista’ jsemmi wkoll il-15-il pittura li ġew restawrati fil-Bażilika tal-Mosta. Jiġifieri min illum jidħol f’din il-Bażilika u jara l-inkwatri kbar mad-dawra tagħha, dawk ġew restawrati permezz tal-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali minn fondi Ewropej.

Dan kollu jirriżulta li kien hemm diversi proġetti fejn ir-restawr ma kienx fuq il-ġebel, iżda ta’ opri tal-arti u li wħud minnhom kienu qegħdin jitmermru, jew fi bżonn kbir ta’

restawr.

L-apside tal-Katidral

Imbagħad kien hemm proġetti fejn ir-restawr tal-opra tal-arti kienet impittra fuq il-ġebel, speċifikament mas-saqaf. Pereżempju semmieli l-apside tal-Katidral tal-Imdina, li hu xogħol ta’ Mattia Preti. Qalli li min imur jara l-pittura llum, ikun jista’ jixhed ix-xogħol kbir li sar, fejn inqalgħu bosta saffi ta’ żebgħa biex stajna mmorru lura għall-pittura oriġinali.

Imbagħad kien hemm ukoll proġetti anċillari u żgħar, bħalma huma xi niċeċ jew xi statwi jew affarijiet reliġjużi li spiċċaw ġew restawrati wkoll. Dawn ir-rikordji joffru l-istess importanza għall-kultura tagħna u wħud minnhom kellhom bżonn ta’ restawr kbir.

Fil-knisja l-qadima ta’ Birkirkara, li hi ddedikata lil Santa Marija, sar proġett uni-

18.12.2022 18
MICHAEL PACE ROSS, Segretarju Amministrattiv fl-Arċidjoċesi ta’ Malta. Hu qalli li fis-sena 2016 twaqqfet Fondazzjoni, bl-isem ta’ Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, u l-iskop prinċipali tagħha hu li jinġabru fondi, primarjament Ewropej u dawk mill-Gvern Malti, biex isir xogħol estensiv. Minn CHARLES B. SPITERI Il-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali Il-knisja l-Qadima ta’ Birkirkara

FONDI EWROPEJ U STATALI

l-arti u l-kultura fil-gżejjer Maltin. U l-knejjes Maltin huma rikki ħafna fl-arti.

Dan minħabba l-fatt li fl-antik, il-fidi kienet tgħaddi minn ġenerazzjoni għal oħra permezz tal-viżwal, jiġifieri permezz tal-arti. In-nies la kienu jafu jiktbu u lanqas jaqraw u għalhekk kienu jaraw viżwali u opri tal-arti biex b’dan il-mod, il-fidi tgħaddi mill-ġenituri għall-ulied.

Il-fondi Gal Xlokk

għax kieku, weħidha ma kinitx tasal li twettaqhom.

Wieħed irid jgħid li meta jkun hemm il-Fondi tal-Unjoni Ewropea, ix-xogħol joħroġ b’tender. Għalhekk kienu obbligati li joħorġu sejħa għall-offerti għal kulħadd, mal-Ewropa kollha. Fil-fatt, kien hemm ukoll kumpaniji Taljani li wieġbu għall-offerti fuq ċertu xogħol.

ku u interessanti, għax hemm, permezz ta’ din il-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali għall-Arċidjoċesi ta’ Malta, inġiebu fondi Ewropej biex sar studju estensiv minn kumpanija Taljana. Matulu sar monitoraġġ biex jaraw kif il-binja tal-knisja qiegħda tiċċaqlaq, tinfetaħ u ċċedi. Jekk ma jsirux dawn l-istudji, li jirrikjedu ammonti kbar ta’ flus anke għall-istudji biss, biex janalizzaw kif qed jiċċaqlaq il-bini maż-żmien u jsir studju fuq il-pedamenti u fuq il-binja proprja, diffiċli jkun magħruf x’inhu l-kaġun li l-knisja qed tinfetaħ.

F’dan il-każ, il-fondi Ewropej intużaw biex isiru dawn l-istudji, li aktar tard, abbażi tagħhom isir l-intervent meħtieġ biex il-knisja tiġi salvata. Terġa’ dawn l-istudji kienu jeħtieġu li jsir monitoraġġ fuq medda kbira ta’ art fuq xhur u snin, għax l-istudju kien jiddependi skont l-istaġun. Jekk ikollok ħafna xita, ġeneralment ikollok aktar ċaqliq u jekk ikollok nixfa, ikollok effetti differenti. Issa jrid jinstab x’intervent għandu jsir: it-tisħiħ tal-pedament taħt il-knisja probabbli jkun l-aħjar soluzzjoni. Naturalment hemm opzjonijiet differenti li jiddeċiduhom l-esperti u nies tekniċi. Ikunu huma li jissuġġerixxu l-aħjar metodu biex tissalva l-knisja.

Biex isir dan ix-xogħol, irid isir ukoll intervent finanzjar-

ju mill-Gvern Ċentrali, għax weħidha, il-Knisja ma tiflaħx tiffinanzjah. U għall-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali għall-Arċidjoċesi ta’ Malta kien xogħol interessanti li rnexxielha tagħmel permezz tal-Fondi Ewropej.

Restawr ta’ orgnijiet

Is-Segretarju Amministrattiv tal-Kurja qalli li proġetti oħrajn li jista’ jsemmi, kienu fejn ġew restawrati orgnijiet, fosthom dak tal-knisja parrokkjali ta’ Marsaxlokk, li llum reġa’ ġie fl-istat ta’ meta kien ġdid.

Mistoqsi jmorrux għall-aktar oġġett antik fil-knejjes, Michael Pace Ross qalli li fil-bidu ta’ dan il-proċess, kienet saret laqgħa fid-Dar tal-Kleru mal-Kappillani kollha.

Kien kellimhom hu u qalilhom li ġejja skema ta’ ffinanzjar mill-Unjoni Ewropea għall-konservazzjoni u restawr ta’ opri tal-arti u ta’ knejjes, li eventwalment, kif jitlestew riedu jinfetħu kemm għall-pubbliku Malti kif ukoll għat-turisti. Jiġifieri fil-post ma setgħux jirrestawraw xi ħaġa li ma tkunx tista’ tiġi gawduta minħabba li l-post jinżamm magħluq. Raġuni unika hi li l-Unjoni Ewropea tiffinanzja bini u oġġetti biex jitgawdew minna l-Maltin u l-barranin.

Allura ħallew f’idejn kull Kappillan, biex jara hu l-iktar

bżonnijiet urġenti. Kien hemm min kellu l-binja relattivament tajba u għalhekk kellu aktar bżonn ta’ restawr intern milli estern, bħal opri tal-arti, statwi u orgnijiet. Kien hemm oħrajn li kellhom bżonn restawr fil-koppla jew fil-kampnar u kien hemm min, bħal fil-knisja l-Qadima ta’ Birkirkara, kellu bżonn li jsiru studji biex ma taqax.

35 proġett approvat

B’kollox il-Fondazzjoni kellha 35 proġett approvat, li issa waslu fi tmiemhom, tant li din is-sena qed jinawguraw diversi proġetti u s-sena d-dieħla jagħlqu din il-fażi tal-ewwel 35 proġett.

Kull min wera interess sad-data tal-għeluq ingħażel, għax b’mod jew ieħor kollha kienu eliġibbli. Naturalment dawn il-proġetti ma jinkludux il-manutenzjoni ġenerali, bħal tibjid jew taħlib tal-bjut, għax il-manutenzjoni mhix megħjuna mill-UE. Barra minn hekk il-fond kien indirizzat esklussivament għall-konservazzjoni u r-restawr.

Apparti minn dan, il-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta ħadet vantaġġ ukoll minn Fondi Nazzjonali, li joħorġu minn żmien għal ieħor mill-Gvern. Jista’ pereżempju jkun hemm fondi tal-Kunsill Malti tal-Arti, li jintużaw biex jippromwovu

Imbagħad hemm fondi nazzjonali bħall-Gal Xlokk, fond li hu l-aktar għar-reġjun tal-Grigal u tax-Xlokk. Jiġifieri l-Kunsilli Lokali li jiffurmaw parti minn żoni speċifiċi, jistgħu jitolbu għal dawn il-fondi, li huma miksuba mill-Gvern Ċentrali biex ikunu jistgħu jirrestawraw kappelel, knejjes u affarijiet żgħar. Għax meta pajjiżna jmur għall-proġetti tal-Unjoni Ewropea, ġeneralment imur għal proġetti meqjusin bħala kbar, mentri meta jkunu dawn il-fondi nazzjonali, imorru għal affarijiet li jkunu iżgħar, li xorta huma tal-Knisja, xorta huma importanti u xorta jkunu jinħtieġu restawr.

Għar-rigward ta’ knejjes u kappelel li kien ikollhom miktub “Non gode l’immunità ecclesiatica”, Michael Pace Ross qalli li ġeneralment dawk ma jkunux tal-Knisja, iżda jistgħu jkunu proprjetà privata, jew ikunu ġuspatronat. Fihom wieħed irid jidħol fid-dettall. U hemm kappelel li fl-antik forsi kienu tal-Kavallieri u llum huma tal-Gvern. Iżda l-Arċidjoċesi mhix titkellem fuq dawk. Min jitlobha biex tgħinu, dejjem tgħin lil kulħadd, iżda l-ewwel ma qed jiffukaw hu fuq il-knejjes tagħha.

Jiġifieri l-Fondazzjoni qed tinvesti fondi biex il-patrimonju tagħna jitħares u jittejjeb għat-tgawdija tagħna, ta’ wliedna u tal-viżitaturi tagħna. Għax kieku dan l-intervent ma sarx, konna nkomplu naraw id-deterjorament ta’ dawn l-affarijiet. U kieku ma sarux ħafna mill-interventi li għamilna, konna nitilfu l-istess ħwejjeġ, darba għal dejjem.

Jiġifieri f’dawn l-aħħar sitt snin kien hemm ħafna xogħol b’ħafna investiment. Ma jfissirx li qabel ma kienx ikun hemm investiment, iżda l-Knisja ħadet rwol ċentrali ħafna biex seta’ sar dan ir-restawr. Naturalment dejjem bl-għajnuna tal-Gvern, bl-għajnuna tal-Fondi tal-Unjoni Ewropea. Jiġifieri l-Arċidjoċesi kellha sħab strateġiċi,

Meta jingħalqu l-offerti, jaraw is-sottomissjonijiet u meta jkunu Fondi tal-Ewropa obbligati jmorru “for the cheapest technically and administratively compliant bid.” Jiġifieri jekk l-offerta tkun teknikament u amministrattivament skont l-ispeċifikazzjonijiet li hemm bżonn, li jkun qalilhom bihom il-perit jew l-espert, iridu jmorru għall-irħas waħda. B’hekk, min jitfa’ din l-offerta, jista’ jkun barrani. U kellhom waqtiet fejn ix-xogħol ħaduh it-Taljani. Bi pjaċir jingħad li x-xogħol sar tajjeb, skont issengħa daqskemm isir millMaltin.

Kumitat ta’ evalwazzjoni

Fl-Arċidjoċesi hemm kumitat tal-evalwazzjoni biex jevalwa l-offerti; ikun hemm nies tekniċi; rappreżentanti tal-parroċċa skont fejn se jsir ix-xogħol u rappreżentanti għall-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali. Jiġifieri hu proċess metikoluż, u jimxi bir-reqqa, għax jista’ jkun hemm awditjar, kemm minnaħa tal-Gvern u wkoll tal-UE, peress li huma fondi tagħha.

Fil-proġetti tal-Gal Xlokk jew tal-Kunsill Malti tal-Arti, mhux neċessarjament li wieħed imur għall-offerti, għax jekk ikollok relazzjoni ma’ restawratur talopri tal-arti, inkella stimi ta’ nies differenti, tkun tista’ tara eżattament il-kwalità tax-xogħol li jwettqu. Għax mhux dejjem issib li l-irħas hu l-aħjar kwalità. Imbagħad sta għall-parroċċa b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni, biex jaraw min l-aħjar jingħażel.

Ġeneralment dawn il-Fondi Nazzjonali jkopru parti sostanzjali tal-ispiża u għalhekk anke l-parroċċa ma toħroġ xejn. Iżda xorta jridu jingħataw l-irċevuti fiskali u jaraw li x-xogħol ikun sar kif suppost.

Il-Fondi Nazzjonali tista’ tgħid li joħorġu kull sena għal skemi differenti. Dawk tal-Ewropa jkunu f’perjodi ta’ seba’ snin, seba’ snin. Is-sena d-dieħla se jitħabbru skemi għall-fondi għas-seba’ li ġejjin.

18.12.2022 19

IL-QIMA LEJN SANTA LUĊIJA FIL-GŻEJJER MALTIN

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Peress li fix-xahar ta’ Diċembru, xħin inkunu qed noqorbu lejn in-novena tal-Milied, il-liturġija tiċċelebra l-festa tal-martri Santa Luċija, li lilha għandna knisja ddedikata l-Belt, kif ukoll fir-raħal żgħir li jġib isimha f’Għawdex, ħsibt li jkun xieraq li nwasslilkom ftit informazzjoni b’din it-tema. Għalkemm il-jum tal-festa tagħha għadda, naf ċert li intom il-qarrejja togħġobkom informazzjoni bħal din.

Santa Luċija ta’ Siracusa (283-304), kienet martri Kristjana li mietet waqt il-persekuzzjoni qalila ta’ Dijokleżjanu. Hija vvenerata bħala qaddisa mhux biss mill-knejjes Kattoliċi imma anke minn dawk Anglikani, Luterani u Ortodossi. Hija wkoll waħda mit-tmien nisa li flimkien mal-Imqaddsa Verġni Marija tiġi kkommemorata b’isimha kull darba li tingħad it-talba Ewkaristika magħrufa bħala l-Canone Ruman fil-quddiesa. Il-ġurnata tal-festa tagħha hija ċċelebrata fil-Punent fit-13 ta’ Diċembru.

Id-dettalji tal-ħajja tagħha huma dawk tradizzjonalment marbuta mal-martri nisa tal-ewwel sekli. John Henry Blunt isemmi l-istorja tagħha u jqabbilha ma’ atti ta’ martri verġni oħra. Skont l-istorja tradizzjonali, Luċija twieldet minn ġenituri sinjuri u nobbli madwar is-sena 283. Missierha kien ta’ oriġini Rumana, iżda miet meta hija kellha ħames snin u ħalla lil Luċija u lil ommha mingħajr gwardjan protettiv. L-isem ta’ ommha kien Eutichia li jindika li kienet ta’ nisel Grieg. Bħal ħafna mill-martri bikrija, Luċija kienet ikkonsagrat il-verġinità tagħha lil Alla, filwaqt li qassmet id-dota tagħha lill-foqra. Peress li ommha Eutichia ma kinitx taf b’din il-wegħda ta’ bintha minħabba li kienet tbati minn marda tat-tnixxija tad-demm ħasbet biex tirranġa żwieġ għal Luċija ma’ żagħżugħ ta’ familja pagana għonja.

Sadanittant, Luċija kkonvinċiet lil ommha biex imorru pellegrinaġġ minn Siracusa sa Catania, fuq il-qabar tal-martri Sant’Agata maqtula 50 sena qabel, bit-tama li din tfiq. Waqt

li kienu hemm, Sant’Agata dehret lil Luċija f’ħolma u qaltilha li minħabba l-fidi tagħha, ommha ħa tfiq u li hija, Luċija, għad tkun il-glorja ta’ Siracusa kif bil-martirju tagħha hija, Agata, kienet il-glorja ta’ Catania. B’ommha mfejqa, Luċija ħadet l-opportunità biex tipperswadiha tħalliha tkompli tqassam parti kbira mill-għana tagħha lill-foqra.

L-aħbar li l-patrimonju u l-ġawhar kienu tqassmu ma damitx ma waslet għand l-għarus imwiegħed ta’ Luċija li rrapportaha lil Paschasius, il-Gvernatur ta’ Siracusa. Paschasius ordnalha li taħraq sagrifiċċju lill-immaġni tal-imperatur. Luċija rrifjutat u Paschasius ikkundannaha biex tinxteħet f’burdell.

It-tradizzjoni Nisranija tgħid li meta l-gwardjani waslu biex jeħduha lejn dan il-post, ma

setgħux imexxuha lanqas meta ppruvaw jiġbduha bil-bgħula. Għalhekk minflok, ħejjew injam fil-post u ttantaw jagħtuha n-nar, iżda ma nħarqitx. Fl-aħħar nett, hija ltaqgħet

mal-mewt tagħha taħt il-qilla tax-xabla.

Fin-narrattivi tal-martirju tagħha li nkitbu wara l-15-il seklu nsibu wkoll l-istorja ta’ kif Luċija ġiet ittorturata bil-qlugħ

tal-għajnejn. Ir-rakkonti jgħidu li qabel ma mietet hija ħabbret kif kellu jbati l-gvernatur Paschasius u kif kellha tintemm il-persekuzzjoni bil-waqgħa ta’ Dijokleżjanu. Meta sema’

Bħal ħafna mill-martri bikrija, Luċija kienet ikkonsagrat il-verġinità tagħha lil Alla, filwaqt li qassmet id-dota tagħha lill-foqra. Peress li ommha Eutichia ma kinitx taf b’din il-wegħda ta’ bintha minħabba li kienet tbati minn marda tat-tnixxija tad-demm ħasbet biex tirranġa żwieġ għal Luċija ma’ żagħżugħ ta’ familja pagana għonja

18.12.2022 20

dan kollu jingħad li Paschasius ordna lill-għassiesa biex jaqilgħu għajnejn Luċija minn ma’ wiċċha. Iżda jingħad li meta ġisimha kien qed jiġi ppreparat għad-difna fil-kripta tal-familja, indunaw li għajnejha kienu qegħdin mill-ġdid f’posthom bl-istess sbuħija li kellhom qabel ma nqalgħu.

Peress li l-festa ta’ Santa Luċija hija qrib is-solstizju tax-xitwa, l-iqsar jum tas-sena, dan il-jum ħa wkoll sura ta’ festa tad-dawl.

Il-Knisja ta’ Santa Luċija li nsibu fil-Belt Valletta, hija waħda mill-knejjes żgħar tal-kapitali tagħna. Il-knisja nbniet fl-1570, erba’ snin wara li bdiet tinbena l-Belt Valletta. Oriġinarjament kienet iddedikata lil San Franġisk ta’ Paola, li statwa tiegħu nsibuha fuq fil-kantuniera ta’ Triq ta’ Santa Luċija, eżatt quddiem il-knisja. L-ewwel patrijiet Dumnikani li marru fil-Belt Valletta mill-Birgu, kienu jamministraw is-sagramenti minn din il-knisja qabel ma nbniet il-knisja tagħhom tal-Madonna ta’ Porto Salvo. Il-knisja nbniet mill-ġdid iktar ’il quddiem b’għotjiet imħallsa min-negozjanti tal-inbid filBelt. Meta l-knisja nbniet millġdid, ġiet iddedikata lil Santa Luċija u San Vinċenz Ferrer. Il-bini tal-knisja huwa elenkat fl-inventarju nazzjonali tal-proprjetà kulturali tal-gżejjer Maltin. Il-pittura titulari turi lill-Immakulata Kunċizzjoni flimkien ma’ San Pawl, Santa Luċija, San Vinċenz Ferrer u Santa Kjara. Taħt l-altar

maġġur insibu l-korp ta’ San Luċjan, martri miġjub miċ-ċimiterju ta’ Santa Priscilla f’Ruma. L-altar tal-ġenb huwa ddedikat lil San Franġisk ta’ Paola u lil San Baskal Baylon.

Il-knisja ddedikata lil Santa Luċija verġni u martri f’Għawdex tinsab fir-raħal żgħir li jġib l-istess isem. Dan jinsab ftit ’il bogħod mir-raħal ta’ Kerċem.

Peress li Sqallija hija art qrib tagħna, il-kult lejn din il-qaddisa xtered malajr, u ċ-ċentru tad-devozzjoni tagħha f’Għawdex sa mill-ewwel żminijiet kienu fl-inħawi magħrufa bħala tal-Qabbieża, illum magħruf bħala r-raħal ta’ Santa Luċija.

Mhux magħruf meta nbniet l-ewwel kappella lil din il-qaddisa f’dan il-lokal, iżda żgur li kien aktar minn 400 sena ilu. Knisja oħra qabilha fl-istess sit kienet ipprofanata fl-1544. Din il-knisja tissemma mbagħad fiż-żjara appostolika ta’ Monsinjur Pietro Dusina li kien għamel lil din il-kappella fl-1575. Dusina kien sabha f’kundizzjoni ħażina ħafna u reġa’ pprofanaha għax la kellha rettur, la bibien u lanqas altar. Hu ordna li kellu jinbena salib minflokha.

Jidher li l-bdiewa li kienu joqogħdu f’dawk l-inħawi rranġawha jew bnewha millġdid u sal-1598 kienet reġgħet bdiet tintuża. Fiż-żjara tal-isqof Tommaso Gargallo tal1608, jissemma li fiha sab pittura “a tempera” fuq l-injam li kienet tinstab fuq l-altar. Jidher li nhar ta’ Sibt il-kappella kienet tkun miftuħa għal dawk il-persuni devoti, l-aktar

bdiewa tal-viċin, li kienu jkunu jridu jżuruha. Iżda din reġgħet ġiet ipprofanata fl-1657.

Il-knisja li naraw illum taf l-oriġini tagħha mill-kappella li nbniet mijiet ta’ snin ilu. Maż-żmien din tkabbret biex tagħmel tajjeb għall-kumdità tan-nies tal-post li kienu qegħdin jiżdiedu. Jidher li l-kappella li naraw illum inbniet mill-ġdid lejn l-aħħar tas-seklu 18 mill-kanonku Mikelanġ Dandalone.

Il-kanonku Dandalone ppretenda li jkun hu l-ewwel rettur ta’ din il-knisja mibnija millġdid peress li hu kien ukoll rettur ta’ benefikat imsejjaħ “tal-knejjes rurali”. L-Arċipriet Cassar tal-Katidral ma qabilx u l-kwistjoni marret f’Ruma. Iżda sa ma waslet id-deċiżjoni lura, it-tnejn kienu laħqu mietu u r-rettur tagħha minn dak iż-żmien ’il quddiem beda jiġi nnominat mill-Isqof.

Din il-knisja kisbet ċerta importanza meta bejn is-snin 1848 u 1851 serviet ta’ viċi parroċċa għall-istess lokal u anki għan-nies ta’ Kerċem. Dan seħħ peress li l-knisja ta’ San Girgor il-Kbir, li llum hi l-parroċċa ta’ dan ir-raħal, kienet għadha qed tinbena. Wara li tlestiet, il-knisja ta’ San Girgor saret il-parroċċa fl-1885.

Il-knisja attwali tkabbret darbtejn, l-ewwel darba fil-bidu tas-seklu 20 u mbagħad wara t-Tieni Gwerra Dinjija bejn l-1951 u l-1952. Il-knisja u l-altar maġġur preżenti ġew ikkonsagrati fid-9 ta’ Novembru 1952 mill-Isqof Pietru Pace.

18.12.2022 21

DAVID ALOISIO

IL-KITBA DONNHA VIZZJU SABIĦ GĦALIH

Lill-individwu tal-lum, ili nafu u nista’ ngħid li trabbejt u tgħallimt l-edukazzjoni primarja miegħu. Għadna f’kuntatt sal-lum, grazzi għal ħabiba partikolari tagħna tal-klassi dak iż-żmien, li għadha tlaqqa’ xi wħud minna flimkien.

David twieled fir-raħal, dak iż-żmien żgħir, ta’ San Ġwann fejn għadda l-ewwel seba’ snin ta’ ħajtu sakemm imbagħad mexa ma’ familtu għal Pembroke. Qed nirreferi għall-awtur David Aloisio. Għal dawn l-aħħar tmien snin, għex in-Naxxar ġo dar li bdiet tinbena għall-ħabta tas-seklu 16. Kemm-il darba joħlom kemm din id-dar rat nies jitwieldu, jgħixu u jmutu, kemm raw ħakkiema differenti, kemm għaddew minn esperjenzi kiefra, bħat-terrimot il-kbir tas-seklu 17, bħall-pesta u kull tip ta’ inkwiet ieħor tal-imgħoddi. Apparti l-istorja – kif wieħed jista’ jintebaħ – David iħobb dak kollu li għandu x’jaqsam mad-dinja naturali: mixi fil-kampanja, teħid ta’ ritratti, trobbija tal-annimali u safar f’postijiet fejn in-natura għadha bla mittiefsa.

Fuq kollox iħobb il-letteratura, kemm ta’ Malta, kif ukoll dik miktuba f’pajjiżi oħrajn.

Huwa xxurtjajt li f’xogħlu jagħmel dak li hu tassew għal qalbu – li jgħin lill-istudenti japprezzaw il-lingwa u l-letteratura Maltija.

Bħala individwu, iħobb il-kwiet. Fil-kwiet iħobb jaħseb, jaqra u jikteb. Apparti l-mixi, iħobb jgħum, kemm fil-baħar kif ukoll f’pixxina ftit ’il bogħod minn daru. Iżda l-ġurnata tipika tiegħu mhix mimlija kwiet: bħal ħafna koppji oħra bittfal, huwa u martu jippruvaw isibu bilanċ bejn il-familja, ix-xogħol, l-istudju u l-ħin liberu – ekwilibriju li mhux dejjem faċli li jintlaħaq, imma li wieħed jagħmel ħiltu biex jersaq kemm jista’ jkun qribu.

David huwa senior lecturer tal-lingwa u tal-letteratura Maltija, kif ukoll awtur ta’ kotba Maltin. Mistoqsi jekk jippubblikax kotba b’lingwi oħrajn apparti l-Malti u jekk jaħsibx li meta jippubblika kotba bil-lingwa Maltija, ikunx qed jillimita l-bejgħ tal-istess kotba tiegħu, weġibni:

“Ħlief għal xi studji akkademiċi, jien dejjem ippubblikajt bil-Malti. Inħoss li hija prijorità għal kittieba li qabelxejn isibu dik il-lingwa li biha jesprimu rwieħhom

bl-aħjar mod. Ħafna drabi din tkun il-lingwa-omm, il-lingwa nattiva li tkun twelidt fiha u li biha tkun ikkomunikajt sa mill-bidu. Fil-każ tiegħi, din hija l-lingwa Maltija. Minkejja li kif jaf kulħadd, is-suq tal-ktieb Malti huwa limitat għal raġunijiet ov -

vji, jien inħoss li nkun qed nonqos, mhux biss lili nnifsi imma anke lill-komunità li ngħix fiha, jekk ma niktibx bil-Malti – hawn b’ebda mod ma qiegħed nikkundanna lil min għamel għażliet differenti. B’xorti tajba, illum il-ġurnata l-letteratura Maltija qed tiġi tradotta għal lingwi oħrajn u esportata lil hinn minn xtutna.

Milied hieni u Sena Ġdida mill-isbaħ lil kulħadd

ser ikunu magħluqin mill-24 ta’ Diċembru 2022 sal-1 ta’ Jannar 2023, biż-żewġ dati nklużi. Is-servizzi tal-emerġenza ser jibqgħu aċċessibli fuq 2292 3500 matul l-għeluq. L-Awtorità ser tkun magħluqa kompletament f’jum il-Milied u fl-Ewwel tas-Sena.

Dan ifisser li, fl-aħħar millaħħar, dak li jiktbu l-kittieba Maltin għandu l-potenzjal li xi darba jispiċċa jinqara mill-barranin ukoll. It-tama hi li n-numru ta’ kittieba Maltin li xogħlijiethom jiġu tradotti għal lingwi oħrajn jibqa’ jiżdied sabiex il-letteratura ta’ pajjiżna tkompli tikber u tissaħħaħ.”

Ippubblika l-aħħar ktieb tiegħu - Ġganti

Ta’ min jgħid li ftit ġimgħat ilu ppubblika ktieb bl-isem Ġganti . Qabel Ġganti ppubblika xi kotba oħra, kemm kotba ta’ studju biex jintużaw mill-istudenti li qed jistudjaw il-letteratura Maltija, kif ukoll kotba ta’ proża, primarjament għat-tfal bħal Il-

Fl-2015 kont irbaħt premju nazzjonali għall-ktieb satiriku Only in Ħal Biżarr ,” stqarr miegħi.

Ġganti huwa mmirat għal qarrejja minn 13-il sena ’l fuq; bħala ġeneru ta’ kitba letterarja jista’ jitpoġġa fil-kategorija tal-fantasija, ġeneru li f’Malta għadu qed isib saqajh imma li barra minn pajjiżna diġà sawwar tradizzjoni (ngħidu aħna, permezz ta’ xogħlijiet bħal The Hobbit ta’ J.R.R.Tolkien) u jitgawda anke mill-adulti. “Permezz tal-allegorija, f’dan ir-rumanz ippruvajt nesplora xi problemi soċjali u ambjentali ta’ żmienna. F’din in-narrattiva, li tibda bi tfajla jisimha Żita li għadha kemm temmet l-eżamijiet u li magħha l-qarrejja jinġarru f’realtà oħra, jiġu ttrattati temi bħall-paċi u l-gwerra, l-egoiżmu tal-bniedem u l-qerda arroganti tat-tradizzjoni u tal-ambjent naturali.”

Ħamiem ta’ Matty u Romilda u Rodolfo “L-aktar ktieb riċen ti li ppubblikajt għattfal huwa L-Akbar Għalliem , ġrajja ispirata mill-ħajja tal-Professur Oliver Friggieri.
18.12.2022 22
L-Awtorità tixtieq tinforma lill-klijenti kollha li l-uffiċini tagħha
Iċ-Chairman, Board, Management u l-Uffiċjali kollha tal-Awtorità jawguraw
era.org.mt

Dan il-ktieb ippubblikat minn Horizons, u anke l-kotba l-oħra li ssemmew (xi wħud ippubblikati minn Klabb Kotba Maltin u oħrajn minn Merlin Publishers) jistgħu jinkisbu mill-ħwienet tal-kotba ewlenin madwar il-gżejjer. Ta’ min iżid li llum il-ġurnata, kull dar tal-pubblikazzjoni Maltija toffri wkoll il-possibbiltà lill-qarrejja biex jixtru l-kotba online mis-siti rispettivi tagħhom. Mistoqsi x’sodisfazzjon tagħtih il-kitba, David weġibni: “Il-fatt li mix-xejn inkun ħloqt xi ħaġa li tkun għal qalbi jagħtini sodisfazzjon kbir. Din hija emozzjoni li aktarx tinħass minn kull min hu kreattiv u li jkun kuntent wara li jlesti biċċa xogħol. Il-kitba hija l-isfog tiegħi; permezz tagħha nittraduċi l-emozzjonijiet imqallba tiegħi fi kreazzjoni li tista’ tqanqal xi forma ta’ emozzjoni f’ħaddieħor.”

Miegħu ddiskutejt ukoll, minn dak li jinnota, kemm jaħseb li ż-żgħażagħ tal-lum qed jagħtu importanza lill-qari. “Jien nagħmilha maż-żgħażagħ kuljum u xogħli jirrikjedi li nħeġġiġhom jaqraw. Il-verità hi li mhux il-biċċa l-kbira tażżgħażagħ biss ma taqrax. L-evidenza turi biċ-ċar li ħafna Maltin, miż-żgħar sal-kbar, ma jħobbux jaqraw. Il-passatemp nazzjonali tal-Iżlandiżi huwa l-qari – u s-suċċessi kbar ta’ pajjiżhom f’diversi oqsma aktarx li huma konsegwenza diretta ta’ dan.

Għalkemm huwa diffiċli li tinbidel mentalità ta’ poplu sħiħ, jien ma naqtax qalbi. Ilhom isiru sforzi minn diversi persuni u aġenziji favur il-qari. Bil-mod il-mod nemmen li, minkejja d-distrazzjonijiet kollha, dawn l-isforzi għad jibdew iħallu xi ftit effett. Forsi qed noħlom, vera. Imma jekk il-bniedem jieqaf joħlom, ħajtu titlef il-kulur.”

Biħsiebu jkompli jippubblika aktar kotba

Ridt inkun naf ukoll jekk hux biħsiebu jikteb u jippubblika aktar kotba ’l quddiem. Filfatt weġibni fil-pożittiv, għax il-kitba donnha vizzju sabiħ għalih. “La darba tibda, huwa ferm diffiċli li tieqaf. Wieħed mill-idoli tiegħi, Trevor Żahra, darba niftakru jgħid li se jieqaf jikteb. U wara ftit li qal hekk, reġa’ beda jippubblika

qisu fl-aqwa ta’ żgħożitu, u kompla jirregalana b’ġojjell letterarju, wieħed wara l-ieħor. Imnalla ma waqafx. Bħalissa għandi f’moħħi żewġ kotba għal udjenzi li s’issa qatt ma ktibt għalihom: wieħed għal tfal żgħar żgħar u l-ieħor għal udjenza aktar matura.”

Mistoqsi xi jdejqu b’mod ġenerali fil-ħajja tal-lum, weġibni li jdejqu dak li jdejjaq lill-Maltin kollha (għalkemm hemm xi wħud li, għal xi raġuni jew oħra, jiddejqu jgħidu li jdejjaqhom). “Idejjaqni t-traffiku, il-bini żejjed, l-isfreġju ambjentali, il-lagħaqiżmu, il-partiġjaniżmu għami, in-nuqqas ta’ djalogu intelliġenti u, kif forsi diġà implikajt, innuqqas ta’ apprezzament tal-wirt kulturali tagħna, inkluż il-lingwa u l-letteratura Maltija. Nemmen li l-kittieba għandhom ikunu minn ta’ quddiem biex jesprimu xi jdejjaqhom f’pajjiżhom, mhux għax jobogħduh imma għax jixtiquh aħjar. Kif kien jgħid Friggieri, “Ħobb lil art twelidek, minkejja art twelidek.”

Staqsejtu wkoll jekk jippreferix il-ktieb tradizzjonali f’idejh, jew jekk iħarisx lejn l-e-book bħala opportunità oħra għall-qarrejja. “Ngħidlek il-verità, ippruvajt diversi drabi nidra l-imberkin e-books. S’issa ma rnexxilix. Il-ktieb wisq sabiħ meta żżommu f’idejk, ixxommu, tqalleb il-paġni bil-galbu, iżżommu ħdejk fuq il-komodina, imbagħad terfgħu mal-kollezzjoni fil-librerija personali.

Ngħidu aħna, Ġganti naħseb huwa l-aktar ktieb għal qalbi fejn tidħol il-preżentazzjoni tiegħu: għandu qoxra iebsa, disinn mill-isbaħ u bħala ktieb jagħtik gost meta taqbdu f’idejk u tqalliblu l-paġni – xi ħaġa li ebda e-book ma jista’ jagħtik. Fortunatament, mhux kulħadd jaħsibha bħali, allura iva: l-e-book huwa ċertament opportunità oħra għall-qarrejja tal-lum li jippreferu li jkollhom librerija sħiħa miġbura f’e-reader ċkejken.”

Fl-aħħar nett stedintu jgħaddi messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “L-ewwel nett grazzi talli qrajt s’hawnhekk! Sinjal li tħobb taqra jew li għandek stamina u paċenzja kbira, rekwiżiti għal kull qarrej. Forsi nasal ngħaddi messaġġ sempliċi: TIQAFX TOĦLOM. Il-ġrajja ta’ Ġganti hija ġrajja mqanqla mill-ħolm u li tqanqal aktar ħolm. Bil-ħolm, aħna kapaċi naħarbu r-realtà, imma kapaċi wkoll noħolquha mill-ġdid. Hekk ippruvjat nagħmel permezz ta’ dan ir-rumanz.”

SKEDA ONE

06:30 ONE News

06:45 Popcorn

07:15 Mill-Chcina ta’ Dari

07:20 Denfil

07:25 PrimeTime

07:50 HazZzard Update

08:00 Quddiesa tal-jum

08:30 Pjazza

09:20 Telebejgħ

09:50 HazZzard Update

TLIETA

20-12

06:30 ONE News 06:45 Żona Sport 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari

07:20 Denfil 07:25 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update

06:30 ONE News 06:45 Esperti

07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Denfil 07:25 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 09:55 Denfil

06:30 ONE News 06:45 What’s

09:55 Denfil 10:00 Fost il-Ġimgħa

12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Denfil

13:00 Kalamita

15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Indhouse 17:00 The Local

09:55 Denfil 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 12:55 Denfil 13:00 Kalamita

15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Flimkien ma’ Nancy 17:00 Dak li Jgħodd

10:00 Fost il-Ġimgħa

12:30 ONE News

12:35 Telebejgħ

12:50 HazZzard Update

13:00 Kalamita

15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Dak li Jgħodd 17:00 Investigaturi tal-Muzika

17:15 Pink Panther 18:00 What’s Cooking

22-12

Cooking

07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Denfil 07:25 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update

06:30 ONE News 06:45 Taste & Travel 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Denfil 07:25 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:50 HazZzard Update 10:00 Fost il-Ġimgħa

06:30 ONE News 06:45 Country

Jamboree

07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 HazZzard 10:33 Aroma Kitchen 11:30 Popcorn

06:30 ONE News

06:45 Ondroad 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 PrimeTime 07:50 HazZzard Update 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:45 Ħolm ta-Milied 09:55 Ċellinu 11:50 urbi et Orbi

09:55 Denfil 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Ieqaf 20 Minuta 16:30 Esperti 17:00 Żona Sport

12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:50 HazZzard Update 12:57 Denfil

13:00 Kalamita

15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Aroma Kitchen 17:00 Popcorn 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza

11:57 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:38 Brillanti 15:30 ONE News 15:35 Country Jamboree 16:05 Flimkien ma’ Nancy 17:15 Sabiħa l-Ħajja 17:45 Ondroad

18:15 Pink Panther 19:00 Primetime

12:30 ONE News 12:35 Arani Issa 15:30 ONE News

15:35 Il-Prietka tal-Milied: Kunċert - Amber

17:10 The Local Traveller

18:00 Il-Milied ta’ Scrooge 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News

Traveller

17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza

19:30 ONE News

20:05 Rapport tat-Temp

20:10 PrimeTime 20:30 HazZzard

22:30 Teżori fil-Garaxx 23:30 ONE News

18:00 Pjazza 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:30 Esperti 21:00 Awla 22:30 Country Jamboree 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News

18:30 Pjazza 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:05 PrimeTime 20:35 The Local Travel 21:00 Jackpot 4 22:20 Imqades L-Istorja 23:00 Ondroad 23:30 ONE News

21-12

17:30 Aroma Kitchen 18:30 Pjazza 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:35 Taste & Travel 21:00 Kunċert ‘Music of The Night’ 23:30 ONE News

19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:12 PrimeTime 20:40 Niftakru 21:06 Pandora 21:37 Imqades l-Istorja 22:36 Żona Sport 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News

23-12

19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE News 20:05 Ieqaf 20 Minuta 20:20 Il-Prietka tal-Milied: Kunċert - Amber

21:50 Messaġġ tal-Milied mill-Isqof 22:00 Quddiesa lejlet il-Milied 23:30 ONE News

20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Kinetic Concert 22:30 Taste & Travel 23:30 ONE News

25-12 ĦADD

08.11.2020 18.12.2022 23
17-02 19-02
15-02
19-12
ERBGĦA
TNEJN
ĦAMIS 24-12 SIBT
ĠIMGĦA

reċensjoni tal-ktieb

EJJA NSAJRU POEŻIJA

Trevor Żahra naturalment m’għandu bżonn ebda introduzzjoni. Biss, kemm-il darba naħsbu fih bħala awtur għat-tfal, u anki bħala awtur għall-kbar, imma spiss ninsew li Żahra beda l-karriera tiegħu bil-poeżiji, u tul is-snin kiteb uħud mill-poeżiji l-aktar maħbuba mit-tfal. L-aħħar ktieb tiegħu, Ejja Nsajru Poeżija, huwa ktieb mimli poeżiji biex it-tfal jieħdu gost bihom. Iva, il-“gost” fil-poeżiji huwa element primarju fil-kitba ta’ Żahra.

Il-poeżiji f’dan il-ktieb huma litteralment magħġuna f’forom differenti. Żahra ħoloq ktieb interattiv fejn it-tfal jieħdu gost u fl-istess ħin jitgħallmu modi diversi kif jinħolqu l-kliem u s-sentenzi. Ejja Nsajru Poeżija. Xi tfisser, insajru poeżija? Il-ktieb jippreżentalna ħafna temi, imħalltin biex joħolqu r-riċetta ideali — ktieb. Żahra jinkorpora għażla vasta ta’ kelmiet, u bihom joħloq xi ħaġa li tinżel tajjeb ma’ kulħadd. Aħna u naqrawhom, nesperjenzaw it-talent ta’ Żahra biex jilgħab bil-kliem u bir-regoli grammatikali. Il-poeżiji tiegħu huma kreattivi, ta’ gost u tad-daħq!

F’dal-poeżiji jinħolqu kull tip ta’ taqbil. Il-kuluri juru l-emozzjonijiet. L-annimali juru l-karattri, u pereżempju l-vjaġġ taxxagħat hu deskritt bil-metafora tal-ħin. Żahra jqabbel ukoll il-ġenerazzjoni tiegħu

mal-ġenerazzjonijiet tal-lum – u juża dattaqbiliet bħala punt tat-tluq biex jifli l-bidliet tul iż-żmien u fl-immaġinazzjoni.

It-tieni sezzjoni tal-ktieb toffri xi ħaġa differenti mill-ġdid. Il-poeżiji f’din is-sezzjoni jinkludu QR Code li, meta tiskennjah, jieħdok għal paġna online fejn tisma’ l-poeżiji jinqraw, u tarahom litteralment jiċċaqilqu b’effetti viżivi. Il-videos għal din is-sezzjoni nħolqu oriġinarjament bħala parti minn proġett tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Jekk għandek tfal li ma tantx togħġobhom il-poeżija, urihom dawn il-poeżiji, ħallihom jilagħbu bil-QR Codes u jiskopru l-videos, u tara kif il-perċezzjoni tagħhom tal-poeżiji tinbidel!

Dan il-ktieb huwa wkoll għodda eċċellenti għall-għalliema li jistgħu jinkorporaw fit-tagħlim tagħhom. Fil-fatt, Merlin Publishers u Żahra ħolqu sett riżorsi għall-għalliema b’ideat u suġġerimenti ta’ kif dawn il-poeżiji jistgħu jintużaw fil-klassi. Dawn ir-riżorsi huma disponibbli online bħala download b’xejn, tramite ħolqa li tinsab fil-ktieb stess.

Ejja Nsajru Poeżija, pubblikazzjoni ta’ Merlin Publishers, kien kofinanzjat mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, u jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha kif ukoll online minn merlinpublishers.com.

Mistoqsija: X’jirrappreżentaw il-kuluri u l-annimali?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb EJJA NSAJRU POEŻIJA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 25 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb L-EKU TAL-ĦABBATA hija:

Indirizz:

18.12.2022 24
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 05 Kemm hu t-tbassir ta’ tkabbir tal-ġid nazzjonali għal din is-sena?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba:
M. FORMOSA - KALKARA

Wara tliet snin f’Hunterdon Medical Center, Cullen sab xogħol f’Morristown Memorial Hospital iżda tkeċċa wara ftit minħabba li ma kienx jagħmel ħiltu biżżejjed. Cullen għamel sitt xhur bla xogħol u ma setax ikompli jmantni lil uliedu. Din l-esperjenza reġgħet qabbditu dwejjaq kbar u b’hekk fittex il-kura f’Warren Hospital, fejn tpoġġa fit-taqsima psikjatrika għal ftit żmien.

Fi Frar tal-1998, Cullen beda jaħdem ma’ Liberty Nursing and Rehabilitation Center f’Allentown, f’Pennsylvania. Hu kellu jieħu ħsieb pazjenti li kienu dipendenti fuq ir-respiraturi iżda ġie akkużat li beda jagħtihom mediċini meta ma kienx imisshom. Darba minnhom inqabad jidħol f’kamra ta’ pazjent bis-siringi f’idejh u tkeċċa mix-xogħol hekk kif sabu l-pazjent b’idu miksura. Waqt il-ħidma tiegħu f’dan l-isptar, ’il quddiem sar magħruf li Cullen kien responsabbli għall-qtil ta’ pazjent ieħor, mentri l-ħtija kienet intefgħet fuq infermier ieħor.

Bejn Novembru tal-1998 u Marzu tal1999, Cullen ħadem f’Easton Hospital. Fit-30 ta’ Diċembru tal-1998, Cullen qatel pazjent ieħor. Mit-testijiet tad-demm instab li kellu doża qawwija ta’ digoxin f’ġismu iżda ma setgħux jorbtu l-mewta tiegħu b’mod dirett ma’ Cullen. Minkejja li Cullen kellu storja ta’ instabbiltà mentali u li fejn kien jaħdem kienu jmutu għadd ta’ pazjenti, hu xorta waħda dejjem sab xogħol minħabba l-għatx li kien hemm għal dan l-impjieg. Dak iż-żmien lanqas ma kien jeżisti mekkaniżmu ta’ rappurtaġġ fuq infermiera li kellhom problemi ta’ saħħa mentali jew li kien ikollhom problemi fuq il-post tax-xogħol. Dan in-nuqqas wassal biex Cullen joqtol diversi pazjenti matul il-karriera tiegħu, li damet għaddejja għal 16-il sena.

F’Marzu tal-1999, Cullen sab xogħol f’Lehigh Valley Hospital-Cedar Crest f’Allentown stess. Hu qatel pazjent u prova joqtol ieħor. Xahar wara dawn l-atti, Cullen irriżenja u mar jaħdem f’St Luke’s Hospital f’Betlehem. Hu dam tliet snin jaħdem hemm u qatel minn tal-inqas ħames pazjenti, filwaqt li prova joqtol tnejn oħra. Fl-1 ta’ Jannar tal-2000, Cullen reġa’ prova jneħħi ruħu b’idejh u qatta’ ġurnata f’faċilità psikjatrika.

Waqt li kien qed jaħdem f’St Luke’s, ħadd ma ssuspetta li Cullen kien qed joqtol il-pazjenti sakemm kollega tiegħu sabet kunjetti tal-mediċini vojta għarrimi. Wara li saret investigazzjoni interna, sar magħruf li Cullen ħa l-mediċini. L-isptar tah żewġ għażliet – l-ewwel għażla li jirriżenja minn jeddu u t-tieni għażla li jiġi mkeċċi. Kien għalhekk li Cullen irriżenja u f’Settembru tal-2002 sab xogħol ma’ Somerset Medical Cen-

THE ANGEL OF DEATH

Joqtol kważi f’kull sptar li jaħdem fih

ter f’Somerville. Hawnhekk, id-dipressjoni gravatlu u qatel minn tal-inqas 13-il pazjent filwaqt li prova joqtol ieħor. Il-pazjenti qatilhom billi tahom dożi qawwija ta’ digoxin, insulina jew epinephrine.

L-isptar innota kif Cullen beda jidħol fi kmamar ta’ pazjenti li ma kinux tiegħu u li kien anke jfittex fis-sistema dwar dawn il-pazjenti. Innota wkoll kif Cullen beda jitlob mediċini li l-pazjenti ma kellhomx bżonn jieħdu. Kien għalhekk li f’Lulju tal-2003, id-direttur eżekuttiv ta’ New Jersey Information and Education System informa lill-uffiċjali tal-isptar bis-suspett li infermier kien qiegħed joqtol il-pazjenti b’dożi qawwija ta’ mediċini. Minkejja dan is-suspett, l-isptar informa lill-awtoritajiet tliet xhur wara hekk kif ‘miet’ pazjent ieħor. F’dawn it-tliet xhur, Cullen laħaq qatel minn tal-inqas ħames pazjenti oħrajn.

Hekk kif il-pulizija bdew bl-investigazzjoni, huma nnotaw kif Cullen kien issuspettat li qatel diversi vittmi fi sptarijiet differenti. Amy Loughren, li kienet taħdem ma’ Cullen, qalet lill-pulizija li Cullen kellu aċċess għal diversi mediċini u kellha suspett fih minħabba li l-pazjenti li kien idur bihom kienu jmutu. Kien għalhekk li Loughren bdiet taħdem mal-pulizija biex tinġabar biżżejjed evidenza kontra Cullen. Loughren kien ikollha wire mdawwar magħha biex jirrekordja l-konverżazz-

jonijiet li kien ikollha ma’ Cullen wara l-ħin tax-xogħol.

Bis-saħħa ta’ dawn ir-recordings, fit12 ta’ Diċembru tal-2003, Cullen ġie arrestat. Hu ġie mixli bil-qtil ta’ pazjent u b’attent ta’ qtil ta’ pazjent ieħor. L-għada, Cullen ammetta li qatel lil Fr Florian Gall u li prova joqtol lil Jin Kyung Han, li kienu pazjenti f’Somerset. Wara stqarr ukoll li qatel mal-40 pazjent tul il-karriera tiegħu ta’ infermier. F’April tal2004, Cullen instab ħati bil-qtil ta’ 13-il persuna u b’attentat ta’ qtil ta’ tnejn oħra f’Somerset. F’Novembru tal-2004, hu nstab ħati f’Allentown bil-qtil ta’ sitt pazjenti u bl-attentat ta’ qtil ta’ tlieta oħra. Fit-2 ta’ Marzu ta’ sentejn wara, Cullen ingħata 11-il sentenza ta’ għomor il-ħabs u ma kellux dritt għall-pa-

role sas-sena 2403. Tmint ijiem wara, Cullen instab ħati f’Lehigh County u ngħata sitt sentenzi oħra ta’ għomor ilħabs. B’kollox weħel 17-il sena ta’ għomor il-ħabs.

Skont Cullen, hu kien joqtol lill-pazjenti biex ma jiġux deumanizzati mill-ħaddiema tal-isptarijiet u biex itemmilhom il-martirju li jkunu għaddejjin minnu. Minkejja din l-istqarrija, kien hemm pazjenti li qatel li wara l-kura setgħu jgħixu ħajja normali. Dawn id-delitti wasslu biex l-istati ta’ New Jersey u Pennsylvania, u diversi oħrajn, idaħħlu liġijiet ġodda fejn min iħaddem għandu jagħti deskrizzjoni onesta fuq il-ħaddiema, li jirrappurtaw imwiet suspettużi u biex ir-rekords dixxiplinarji jinżammu għal tal-inqas seba’ snin.

18.12.2022 25 IT-TIENI PARTI
TMIEM
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Charles Cullen waqt ġuri minnhom Amy Loughren għenet biex Cullen jiġi arrestat

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju:

Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

18.12.2022 26
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri. 1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24

9.Lei, 10.Trapan, 12.Kappar, 16.Rio, 18,19. Pjanu, 20.Ssaġġ, 24.Itina

4,21M.

1.Kullar, 2,7.Twist, 3,23.Astratt, 5.App, 6.Din, 8.Trapjanti, 12.KO, 13.PPS, 14.Raġuni, 15.Buġeja, 17,11.

18.12.2022 27 TISLIBA 465
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 V. CALLEJA - TARXIEN Isem: Indirizz: WEQFIN: 1. Hemmhekk miktuba ħażin ferm!! (6) 2,18. Mhux vojt (5) 3,9. Għamel bħal kelb (6) 5. Parti minn reċta (3) 6. Binja maestuża (3) 8. Jieklu n-nies (9) 11,12W. Aġenzija Amerikana (1,1,1,1) 12. Ara 11 13,19. Użana ħażin? (6) 14. Marret (6) 15. Ħamra sabiħa (6) 17. Mingħajr (3) 21. Jista’ jkun ta’ senter (3) 22. Ara 16 MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: Għall-magħmul m’......... kunsill (5) 4, Pjaneta (4) 7,21M. Iżjed (5) 9. Ara 3 10. Nużaw tissues floku daż-żmien (6) 12. Għaliet? (6) 16,22. Irjus! (6) 18. Ara 2 19. Ara 13 20. Skart (5) 21. Ara 7 23. Tonda din (4) 24. Tirċeviha bil-posta (5) Bi 3 NUMRI 008 078 151 174 203 302 313 347 365 376 405 752 764 878 945 992 B’4 NUMRI 0010 0461 1670 2571 2580 2751 2856 3334 3418 3852 4575 5057 6818 7048 7297 7988 8045 8130 8457 8813 8831 8874 9213 9516 B’5 NUMRI 01642 10584 11516 11749 19086 21073 22910 27665 34260 35956 36661 39152 40311 41101 43318 47175 48312 48689 51944 60095 61339 62008 65481 70780 71043 79126 79529 84634 87323 91868 B’6 NUMRI 038272 056251 087590 192211 347726 408849 615578 671820 701831 831010 839885 884411
MIMDUDIN: 1.Kotra,
Bandist,
WEQFIN:
ITSVA. 21.IFR, 22.Tut

MILL-FROTT TAL-GĦAQAL

Editorjal

Il-bżulija biex issaħħaħ il-ġid, it-tqassim tiegħu b’mod iggalbat u t-teħid ta’ miżuri biex tipproteġi dak li tkun ħdimt għalih b’tant sagrifiċċji, għandhom ilkoll l-element mill-istess ħaġa – l-għaqal. Dan jgħodd f’kull ċirkostanza, f’livell personali u anke nazzjonali.

In-nuqqas fi mqar wieħed minn dawn il-fatturi faċilment iwassal biex tintilef kull armonija u jiżvija mill-mira proprja bil-għan li jinkiseb dak li hu mixtieq, inkluż titjib fil-ħajja u fl-għajxien.

insiru aktar l-għira għal diversi pajjiżi oħrajn fl-Unjoni Ewropea u anke lil hinn.

jagħtu s-serħan il-moħħ lil kull ċittadin għal-lum u saħansitra għal għada.

f’dak li qed jagħmel Gvern Laburista. Minflok jipprovaw ipinġu stampa bil-maqlub.

Bħal Malta, ftit pajjiżi fl-Ewropa u lil hinn qed jirnexxilhom ifendu fiċ-ċirkostanzi, waqt li, fl-istess ħin, jagħmlu ġustizzja ma’ ġenshom … ċertifikati li qed nirċievu u dak li qed naraw jiġri barra minn xtutna huma prova biżżejjed

Li kellu jeżisti trofew li jippremja lil dawk li għandhom dawn il-fatturi kollha in vigore, Malta kienet tikkwalifika bħala waħda minn ftit stati għaqlin li qed jirnexxilhom iżommu bilanċ tajjeb fit-triq għall-iżvilupp soċjali, anke jekk ninsabu mdawrin b’ċirkostanzi mill-iżjed diffiċli.

Kif tixhed din l-istess ħarġa tagħna llum, m’hemmx ħlief ċertifikati pożittivi li jixhdu kif, grazzi għat-tmexxija tal-Gvern u l-Prim Ministru Robert Abela, iżjed ma jgerbu l-ġranet, ilġimgħat, ix-xhur u s-snin qed

Il-mod kif diversi istituzzjonijiet, lokali u internazzjonali, ikomplu jfaħħru l-progress, ibbażat fuq irkupru b’saħħtu mill-effetti kbar fl-aħħar tliet snin ta’ pandemija, it-tkabbir ekonomiku mill-aqwa fl-Ewropa, l-ilqugħ bla preċedent għallkriżi katastrofika tal-enerġija u anke l-garanzija ta’ livell ta’ ħajja sodisfaċenti sostnut minn miżuri u benefiċċji governattivi ta’ kull tip u għamla, mhuwiex ir-riżultat ta’ xi ħadd li qagħad komdu b’idejh marbutin jistenna l-bajtra.

Bil-maqlub, għax ix-xogħol iebes iħallas, kif ngħidu, dan hu biss il-frott ta’ min, l-ewwel u qabel kollox, għadu qed jistinka kuljum biex jara li Malta, ilMaltin u l-Għawdxin, li huma wisq għal qalbu, ikunu dejjem aħjar minn ħaddieħor.

Ta’ min, biex jikseb din ilmissjoni, ma jiqafx quddiem l-isfidi, kbar kemm huma kbar. Ta’ min qed isarraf ir-responsabbiltà, li ġie mgħobbi biha, f’riżultati mill-aktar pożittivi li

Ta’ min ħareġ minn triqtu u poġġa lilu nnifsu fuq quddiem biex jipproteġi lill-bqija. Ta’ min qatt m’għaddielu minn rasu li jirtira l-id tas-sostenn offruta lil kulħadd, mhux l-inqas lil dawk li jeħtiġuha l-iżjed.

Ftit pajjiżi oħrajn qed jirnexxilhom jilħqu tali kompromess maċ-ċirkostanzi attwali u ġustizzja ma’ ġenshom fl-istess ħin.

Jum wara ieħor, l-aħbarijiet ta’ barra qed ikunu ddominati kontinwament minn aħbarijiet negattivi ta’ ħaddiema jipprotestaw fit-toroq, familji li ma jafux kif se jkampaw, anzjani mwerwrin għax lanqas jistgħu jsaħħnu djarhom f’xitwa kiefra u żgħażagħ li qed jesperjenzaw inqas opportunitajiet f’ġejjieni mċajpar.

Għal dawk il-ftit fostna, primarjament it-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista taħt il-ħakma tal-estremisti tal-establishment tiegħu, li lanqas japprezzaw din id-differenza kollha f’pajjiżna, m’hemm xejn tajjeb

Filwaqt li jippreferu li jħallu l-qrusa tkompli tikolhom minn ġewwa kif ilha għal dawn l-aħħar disa’ snin, jibqgħu ma jrattbux qalbhom, mank bħal Scrooge.

Minflok jibqgħu jittamaw u jitolbu li l-poplu jibda jitkarrab bil-ġuħ u jitgħaffeġ taħt il-kontijiet, bħalma kien sal-2013. Jew li n-negozji u l-industriji jibdew jagħlqu l-bibien u jkollhom biss sensji x’joffru. Inkella li l-baġit nazzjonali jispiċċa amministrat direttament minn Brussell taħt il-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv, kif dewquna huma stess. Minn kliemhom u azzjonithom juru li, fil-verità, jixtiquhom kollha kemm huma f’daqqa.

Kif qatt jista’ xi ħadd b’moħħ daqstant negattiv, f’kull ħin u f’kollox, jibda jaspira xi pożittività, fiduċja u kredibbiltà. Għal daqshekk huma destinati li jibqgħu man-naħa telliefa.

Bil-kuntrarju, il-poplu jrid jibqa’ jikkompeti għall-aħjar u għalhekk jafda fit-tmexxija talPrim Ministru Robert Abela.

18.12.2022 28
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.