KullĦadd 17.07.2022

Page 1

Il-Ħadd, 17 ta’ Lulju, 2022

Ħarġa Nru 1,514

Prezz €1

IT-TURIŻMU

FL-AQWA TIEGĦU • Operaturi turistiċi huma ottimisti ħafna bir-riżultati li qed jinkisbu dan is-sajf, frott it-triq li nqabdet għan-normalità iżda wkoll riżultat ta’ kampanji studjati u meqjusa tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, fost oħrajn. • In-numri pożittivi tal-istatistika qed jinħassu fil-lukandi u fin-negozji li jaħdmu mat-turisti b’operaturi fis-settur jgħidu mal-KullĦadd li “f’daqqa qed ikollna bumbardamenti ta’ turisti.” Rapport f’paġna 5

RAPPORT TAL-KE JIKKONFERMA LI L-POLITIKA TAL-GVERN TWIEŻEN LIĊ-ĊITTADINI MALTIN Dan ix-xahar imqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet juri li l-familji Ewropej komplew jesperjenzaw żieda fil-kontijiet tal-elettriku, b’analiżi li saret għall-gazzetta KullĦadd tixhed li hemm pajjiżi fejn qed iħallsu mas-€700 u €900 iktar fis-sena fuq il-kont tad-dawl meta mqabbel ma’ Lulju 2021. F’ċerti pajjiżi diġà kien hemm żieda mis-sena ta’ qabel (2020). Dan kollu minbarra ż-żieda fil-prezz tal-fuel, li kif uriet analiżi dettaljata ta’ x’qed jiġri madwar l-Ewropa flaħħar ħarġa ta’ din il-gazzetta wkoll hija waħda li qed tħalli impatt sostanzjali. Id-deċiżjoni tal-Gvern Malti li jkompli jwieżen lill-familji Maltin qed toħroġ ukoll f’rapporti tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tkabbir ekonomiku s-sena li ġejja. Fl-aħħar tbassir tal-Kummissjoni Ewropea ntqal li madwar l-Ewropa l-inflazzjoni mistennija tkun darba u nofs dik f’pajjiżna. Din id-differenza hija dovuta għall-politika tal-Gvern li qed iżomm il-prezzijiet tal-enerġija u tal-fuel stabbli f’pajjiżna. Ara r-rapport f ’paġna 3


02

17.07.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 33°C L-Inqas Temperatura: 22°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja qed tippersisti fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi u sħun Ir-Riħ: Ħafif mill-Punent li jsir mill-Majjistral Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 27°C

KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

33°C UV 11

25°C

24°C

Il-Ġimgħa

Il-Ħamis

KUNTATT ĠENERALI

33°C UV 11

32°C UV 11

25°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

33°C UV 11

25°C

32°C UV 11

25°C

33°C UV 11

26°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, Il-Furjana — 21244114 Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, Il-Marsa — 21235595 Tal-Ħlas Pharmacy, 60, Triq Tumas Fenech k/m Triq l-Imdina, Ħal Qormi — 21487739 St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera — 21482558 D’Argen’s Pharmacy, 330, Triq D’Argens, Il-Gżira — 21330817 Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke — 21372784 Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema — 21313233 Reeds Pharmacy 191, Triq il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar — 27130068 Brown’s Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta — 21432038 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa — 21523554 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Paola — 21665848 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu — 27600126 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Marsaskala — 27023322 Fisherman’s Cove, 34, Triq Ġużepp, Marsaxlokk — 21651873 Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, Il-Qrendi — 21680828 Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera — 21238625 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi — 21462957 Għawdex Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb — 21556970 Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, Ix-Xagħra —21561486 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

17.07.2022

F’MALTA PROTETTI MINN ŻIDIET FIL-KONTIJIET TAL-ELETTRIKU Żieda fix-xahar Malta

€0

€0

Ġermanja

€11

€129

Spanja

€15

€181

Ċipru

€20

€245

Belġju

€27

€326

Italja

€37

€440

Greċja

€40

€481

Olanda

€59

€708

Estonja

€73

€878

€16

€191

Medja Żona Ewro

Filwaqt li f ’Malta l-familji huma protetti minn żidiet qawwija fil-kontijiet talelettriku, dawk fil-bqija tal-Ewropa qed jaffaċċjaw piżijiet ferm kbar. Bħala medja madwar iż-żona ewro l-kontijiet tad-dawl għallkonsumaturi huma kważi terz aktar għoljin milli kienu sena ilu. Analiżi li saret għal dan

il-gazzetta tindika li familja Ewropea li sa sena ilu kellha kont tal-elettriku ta’ €50 fix-xahar issa qed taffaċċja kont ta’ €66 fix-xahar, jew piż aktar ta’ €16. Jekk dan ikompli fuq medda ta’ sena l-ispiża ta’ din il-familja tiżdied b’€191, jew kważi b’€4 fil-ġimgħa. Din l-istima imma hija determinata li f ’żewġ

Żieda fuq medda ta’ sena

pajjiżi kbar, il-Ġermanja u Spanja, Gvernijiet Soċjalisti intervjenew u naqqsu millpiż li jaffaċċjaw il-familji. F’pajjiżi oħra Ewropej, gvernijiet Liberali jew Konservattivi poġġew ilpiżijiet tażżidiet fil-prezz

L-aħbarijiet madwar l-Ewropa ilhom xhur twal iddominati mill-prezzijiet tal-enerġija.

internazzjonali tal-gass u taż-żejt fuq il-familji. Pereżempju fl-Estonja, kont li qabel kien jiswa €50, issa ġie €123 fix-xahar. Dan ifisser spiża aktar ta’ €878 fis-sena, jew €17 aktar fil-ġimgħa. B’hekk issa persuna fl-Estonja fuq il-paga medja

saret tonfoq xahar sħiħ paga fis-sena fuq kontijiet taddawl, meta sa sena ilu kienet tonfoq anqas minn nofs dan l-ammont. L-istess żidiet qawwija kienu osservati flOlanda, fejn il-kont li sa sena ilu kien €50, issa sar €109 fix-xahar. Dan ifisser piż ta’ aktar minn €700 fis-sena fuq familja fl-Olanda. Anki Ċipru, il-Belġju, l-Italja u l-Ġreċja kont tad-dawl li sa sena ilu kien jigi €50 issa żdied għal bejn €70 u €90 fix-xahar. Dan flimkien ma żidiet qawwija fil-prezz tal-fuel li jfisser li familji f ’pajjiżi madwarna qed jaffaċċjaw piż aktar ta’ affarijiet essenzjali li jlaħħaq mal-eluf ta’ ewro aktar fis-sena. B’kuntrast, f ’Malta dawn il-piżijiet qed iġorrhom b’mod totali l-Gvern. Minbarra li l-familji tagħna qed jiġu protetti b’dan il-mod dirett, minħabba li anke n-negozji fejn jaħdmu qed ikunu protetti, dan qed iwassal biex l-impjieg u l-pagi tal-ħaddiema tagħna qed jiġu ssalvagwardjati. Dan jispjega għalfejn f ’pajjiżna l-qgħad għadu jonqos xahar wara xahar, filwaqt li l-ekonomija hija prevista li tikber b’aktar minn 5% din is-sena jew biddoppju tal-medja Ewropea.


07

10.07.2022 04

17.07.2022

MIFRUXA MA’ 75% TAL-KOMUNITÀ • Jerġgħu jibdew jingħataw il-ħajja għases li kienu ilhom magħluqa snin • Jibqa’ jinfirex madwar il-pajjiż il-proġett suċċess tal-pulizija tal-komunità 75% ta’ Malta llum hija koperta mis-servizz tal-Community Policing u sal-aħħar tas-sena 2023 is-servizz se jiġi estiż mal-pajjiż kollu. Il-gazzetta KullĦadd hi infurmata wkoll li waqt li għaddej dan ix-xogħol, l-għases fil-qalba tal-komunitajiet Maltin qed jingħataw ukoll l-attenzjoni li għandhom bżonn. Fost oħrajn hemm fejn qed jitwaħħad dan il-kunċett ġdid ta’ xogħol il-pulizija, malużu mill-ġdid ta’ għases li kienu ilhom diversi snin magħluqin, kif fl-aħħar ġimgħat deher evidenti f’Santa Venera meta għassa li kienet ilha magħluqa żmien twil inbidlet f’uffiċċju tal-pulizija tal-komunità u qed terġa’ tilqa’ n-nies, anke jekk il-prijorità tibqa’ li l-pulizija jterrqu fit-triq qrib iċ-ċittadin. Fil-fatt, filwaqt li lokalita-

jiet b’għases magħluqa ta’ spiss iqajmu dan il-punt ta’ kritika, fl-aħħar 24 xahar rajna iktar għases jew uffiċini tal-pulizija miftuħa madwar il-pajjiż, milli kien hemm qabel. Biex sar dan hemm diversi għases li fihom sar investiment ġdid u b’saħħtu bħala parti minn dan il-proġett. Dik ta’ Marsaxlokk dehret fl-aħbarijiet għax kienet inawgurata riċentement. Iżda, bħalha hemm diversi oħrajn bħal dik tal-Birgu u ta’ San Ġwann li wkoll huma fil-mira ta’ xogħol għal dan il-għan. Intant, għases oħra li jservu l-irwol tradizzjonali tagħhom qed ikunu rranġati wkoll. Fost oħrajn qed isir rinnovar fl-għassa tal-Pulizija fil-Marsa, u bħalissa jinsab fi stadju avvanzat ix-xogħol fuq l-għassa tal-Pulizija l-ġdida

f’Wied il-Għajn li anke tinkludi uffiċċju għall-Pulizija tal-Komunità. Fuq kollox it-trasformazzjoni fil-Korp tal-Pulizija kienet u hi waħda evidenti ħafna. Fl-aħħar sentejn u nofs ma kienx hemm biss tibdil fil-pożizzjonijiet tat-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija, iżda kien hemm tibdil fil-mod li bih jopera l-Korp. Kull fejn hemm dawn l-uffiċjali tal-komunità n-nies tal-lokal jafuhom abbażi personali, għandhom il-kuntatt tagħhom u magħhom jitkellmu mhux biss fuq dak li jkun qed itaqqlilhom ħsibijiethom iżda anke fuq dak li jkun għaddej ta’ kuljum. Din ir-relazzjoni bejn innies fil-lokalitajiet tagħna u l-uffiċjali ħalliet il-frott tagħha u xhieda ta’ dan hemm bosta episodji. Uffiċ-

jali li kienu fil-waqt u l-mument opportun biex salvaw il-ħajjiet, mumenti fejn ċirku ta’ kriminalità tfarrak grazzi għall-intervent tagħhom, iżda anke f’mumenti aktar leġġeri fejn il-membru tal-Korp għen tifel jew tifla taqsam għall-iskola waqt xi ħalba xita, jew assista lil dik l-anzjana taqsam it-triq. In-numri u l-istatistika qed juru b’mod konsistenti Korp tal-Pulizija li qed iwettaq b’suċċess il-ġlieda

tiegħu kontra l-kriminalità u r-reati, b’bosta omiċidji solvuti u ċrieki tad-droga u s-serq li qed jitressqu l-Qorti. Lil hinn minn dan l-investiment u x-xogħol, qed naraw ukoll Korp tal-Pulizija li qed jintensifika l-ġlieda tiegħu kontra reati kriminali bilftuħ tal-FCID fil-Ħamrun iżda aktar minn hekk b’investiment massiċċ f’numru ta’ esperti li qed jassistu fl-investigazzjonijiet.

Logo komuni għall-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti mediċinali veterinarji mill-bogħod

Common logo for the retail of veterinary medicinal products at a distance

Persuni approvati biex jipprovdu prodotti mediċinali veterinarji jistgħu joffru tali prodotti għall-bejgħ mill-bogħod biss jekk logo komuni, li jinkludi hyperlink għall-websajt tat-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji, ikun inkluż fil-websajt li toffri bejgħ mill-bogħod.

Persons approved to supply veterinary medicinal products may offer such products for sale at a distance only if a common logo, which includes a hyperlink to the Veterinary Medicines Section’s website, is included in the website offering sale at a distance.

L-iskop ta’ dan il-logo hu li jassisti lill-pubbliku biex isir jaf jekk websajt li toffri tali prodotti għall-bejgħ mill-bogħod hijiex approvata mitTaqsima tal-Mediċini Veterinarji għal attività bħal din. Id-dehra tal-logo komuni hija kif ġej (bl-Ingliż u l-Malti):

The purpose of this logo is to assist the public in finding out whether a website offering such products for sale at a distance is approved by the Veterinary Medicines Section for such an activity. The common logo’s appearance is as follows (in English and Maltese):


05

17.07.2022

OTTIMIŻMU FIS-SETTUR TURISTIKU • Mejju kien l-aqwa xahar minn żmien il-pandemija • Operaturi turistiċi jinnutaw kif il-kampanji promozzjonali tal-MTA ħallew il-frott u qed nilħqu livelli qrib l-2019

“Il-kampanji promozzjonali li wettqet Malta permezz tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ħadmu u għenu biex qed naraw il-frott u r-riżultati fis-settur turistiku li jqarrbu viċin ħafna ta’ qabel il-pandemija.” Dan kien is-sentiment ta’ operatur turistiku b’25 sena esperjenza. Warren Zahra, Direttur Maniġerjali ta’ Alpine Group, tkellem ma’ din il-gazzetta u rrefera għall-kampanja ‘Dream Malta Now... Visit Later’, fejn fiha tqajjem l-interess għall-Gżejjer Maltin fl-eqqel tal-pandemija u issa dak l-interess qed jissarraf f’influss ta’ turisti. Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ftit tal-jiem ilu wriet kif Mejju li għadda kien l-aqwa xahar għat-turiżmu mill-pandemija ’l hawn. F’Mejju li għadda żaru lil pajjiżna 226,987 turist. Dan apparti li ċifri separati li ħarġu mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wrew li x-xahar li għadda, għaddew mill-mitjar Malti ’l fuq minn 600,000 passiġġier. Dan kien 84% tal-livell ta’ qabel il-pandemija biex sal-ewwel nofs din is-sena kien hemm mat-2.3 miljun moviment ta’ passiġġieri fl-ajruport. F’Ġunju s-suq Spanjol kien fost l-aqwa ħames swieq wara li kien nieqes għal seba’ xhur. Min-naħa l-oħra, l-istatistika talNSO, innutat li meta wieħed imbagħad iqabbel Mejju li għadda

max-xahar ta’ qablu, April, it-turisti f’pajjiżna żdiedu bi kważi 20,000. Id-differenza tidher ċara meta wieħed iqabbel Mejju ta’ din is-sena ma’ Mejju tas-sena ta’ qabel. Id-differenza fi żmien sena kienet ta’ 201,033 turist. F’Mejju 42.5% tat-turisti li ġew f’artna kellhom bejn il-25 u l-44 sena filwaqt li 28.5% kellhom bejn il-45 u l-64 sena. 35.2% tat-turisti ġew minn Franza, mill-Ġermanja, u mill-Italja. In-nefqa mit-turisti matul ix-xahar ta’ Mejju kienet ta’ €174.8 miljun. Fuq xahar qabel, in-nefqa tat-turisti żdiedet b’aktar minn €36 miljun. Warren Zahra spjega li x-xogħol ta’ reklamar sar sewwa fejn pajjiżna uża ż-żmien tal-eqqel tal-pandemija biex jaħdem ħalli jikkompetti bis-serjetà fis-settur turistiku, qasam li dejjem kien u jibqa’ importanti għal gżiritna. “Minn mindu beda r-rilaxx tal-miżuri marbuta mal-imxija bdejna naraw id-differenza mill-ewwel għaliex kellna xahar fejn kważi ma kellniex turisti u f’daqqa waħda qed ikollna bumbardamenti ta’ turisti. Dan il-fatt ħadna gost bih ħafna u ċ-ċifri uffiċjali dwar it-turiżmu qed narawhom aħna wkoll bħala kumpanija privata,” saħaq Zahra. Mal-istess gazzetta tkellem ukoll Peter Cauchi, Sales Manager mill-istess kumpanija li jmexxi Zahra. Cauchi stqarr li l-kumpanija qed tħares

Warren Zahra

b’mod pożittiv għall-futur fis-settur turistiku għaliex hemm domanda għas-servizzi tagħha wara li kien hemm l-impatt negattiv tal-pandemija. “Qed naraw domanda fi gruppi turistiċi li anki tinteressahom il-kultura, speċjalment anki mis-suq Ġermaniż,” spjega Cauchi. Huwa sostna kif it-turist Ġermaniż ma jiġix f’Malta biss għax-xemx u l-baħar iżda l-kultura tinteressah ħafna. Il-Ġermaniżi japprezzaw ukoll iċ-ċokon ta’ Malta li fiha tista’ tagħmel u żżur ħafna affarijiet waqt il-btala. Cauchi aċċenna li pajjiżna huwa kompetitur denju fis-settur turistiku u joffri prodott tajjeb. Norbert Grixti, Direttur Maniġerjali tal-Lukanda Excelsior imbagħad saħaq ma’ din il-gazzetta li qed jantiċipa li l-lukanda jkollha okkupanza tas-70% li kellha fl-2019. “Irridu nżommu f’moħħna li l-2019 kienet sena mill-aqwa għat-turiżmu u allura meta tiġi qrib ħafna ta’ dan, għandek biex tkun sodisfatt,” sostna Grixti hu u jispjega l-fiduċja li għandu fl-andament tas-settur. Spjega kif hawn sfidi oħra fis-settur fosthom il-ħtieġa ta’ aktar riżors uman biex ikompli jingħata servizz tajjeb. Qal li dawn l-isfidi ma jdejquhx għaliex huma parti mix-xogħol fis-settur. Is-settur turistiku f’pajjiżna beda juri sinjali ta’ rkupru fl-aħħar xhur. Anki studju tal-Assoċjazzjoni Għawdxija għatTuriżmu (GTA) kien wera kif il-maġġoranza tan-negozji Għawdxin li b’xi mod imissu mas-settur turistiku, raw żieda fl-andament tal-operat tagħhom. Sinjali pożittivi fil-gżira tat-tliet għoljiet kienu hemm ukoll matul il-perjodu talGħid. Fil-fatt, f’sentejn, għal Għawdex, l-Għid kien l-aqwa fis-settur turistiku. Fl-aħħar ġimgħat

Peter Cauchi

ukoll, il-Prim Ministru Robert Abela żar investimenti privati miljunarji li saru f’pajjiżna fosthom fit-tisbiħ u l-bini ta’ lukandi, fosthom anki boutique hotels. Hawn il-messaġġ kien wieħed ta’ fiduċja f’pajjiżna kif ukoll il-ħtieġa ta’ ħidma biex fost oħrajn, tkun megħluba l-isfida tal-istaġjonalità fil-qasam. Rapporti ekonomiċi wkoll innutaw l-irpiljar fis-settur turistiku,

Norbert Grixti

b’dawn is-sinjali pożittivi wkoll ikunu fost ir-raġunijiet primarji għaliex Malta qed tkompli tesperjenza tkabbir ekonomiku u skont l-aħħar rapport tal-Kummissjoni Ewropea, l-ekonomija ta’ Malta se tkun it-tieni l-akbar ekonomija li tikber is-sena d-dieħla. Dan apparti li l-istess Kummissjoni Ewropea rrevediet ’il fuq it-tkabbir ekonomiku ta’ Malta għal din is-sena.


06

17.07.2022

F’SENTEJN TA’ PANDEMIJA L-QGĦAD F’MALTA NAQAS BI 3,500 PERSUNA F’sentejn, minn ftit wara li faqqgħet il-pandemija sa Mejju li għadda, l-aħħar xahar li sa issa għandna statistika uffiċjali dwar in-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol, in-numru ta’ persuni qiegħda naqas bi 3,448. F’Mejju 2020, skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), in-numru ta’ persuni jirreġistraw kien ta’ 4,409. F’Mejju li għadda, in-numru ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol ma’ JobsPlus kien ta’ 961. Tul dawn ix-xhur kollha, għal ftit aktar minn sentejn, il-qgħad baqa’ jonqos b’mod kostanti, anki fl-eqqel tal-pandemija. L-ewwel darba li beda jonqos il-qgħad kien f’Ġunju tal-2020, tliet xhur biss wara li f’pajjiżna feġġ l-ewwel każ tal-COVID-19. Inċidentalment kien l-istess xahar li l-Gvern nieda l-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika li fih kompla jkun ta’ spalla għan-negozji u għal min iħaddem u max-xahrejn wara li beda bilWage Supplement, it-tarka li pproteġiet il-ħobża ta’ kuljum tal-ħaddiema u l-familji. F’Ġunju 2020, l-istatistika tal-NSO wriet li kien hemm 4,270 persuna jirreġistraw għax-xogħol. Dan ifisser li f’temp ta’ xahar mindu l-qgħad tela’, wara x-xokk glo-

bali tal-pandemija, il-qgħad f’pajjiżna kien diġà beda jonqos bi kważi 140 ruħ. Illum il-qgħad naqas b’aktar minn erba’ darbiet u nofs minn dak li kellna lejn il-bidu tal-imxija. Aġenziji internazzjonali ta’ Kreditu bħal Fitch, Moody’s u anki DBRS, ilkoll irrimarkaw għas-settur tax-xogħol b’saħħtu ta’ pajjiżna. Anki l-Kummissjoni Ewropea, permezz tal-esperti tagħha, ħarġet rapporti tinnota t-tkabbir ekonomiku ta’ Malta u tbassar li s-sena d-dieħla, pajjiżna se jkollu t-tieni l-akbar tkabbir ekonomiku u tinnota kif pajjiżna mhux biss ikkontrolla l-qgħad imma naqqsu b’mod konsiderevoli biex illum qiegħed fl-inqas livelli fl-istorja, ĦARSA LEJN IT-TNAQQIS FIL-QGĦAD Sors: NSO saħansitra inqas minn kemm kien qabel pandemija. Xahar Numru ta’ persuni qiegħda Differenza fuq il-perjodu ta’ qabel Miżura ewlenija li għenet biex Malta għandha rata ta’ qgħad baxxa kienet bla dubju Mejju 2020 4,409 l-Wage Supplement. F’26 xahar li fih ingħata l-Covid Wage Novembru 2020 2,898 -1,511 Supplement, b’kollox ingħataw aktar minn €720 miljun f’għaMarzu 2021 2,387 -511 jnuna, bil-Malta Enterprise tamministra madwar €7 milOttubru 2021 1,254 -1,133 jun fil-ġimgħa. Mill-Covid Wage Supplement gawdew 120,000 Mejju 2021 961 -293 ħaddiem. 71% minn dawn il-persuni kienu impjegati ta’ kumpaniji, 25% kienu persuni li 4% kienu persuni li jaħdmu attivi, fost oħrajn. Mis-somma (3.1%) hi ferm inqas minn dik ta’ jaħdmu għal rashom, filwaqt li f’għaqdiet volontarji u koper- ta’ aktar minn €720 miljun li stati membri oħra bħall-Belġħarġu bħala parti mill-Covid ju (5.5%), id-Danimarka (4.8%), Wage Supplement, 75% jew Ċipru (4.8%) u l-Iżvezja (7.7%). madwar €531 miljun, ħaduhom Il-qgħad f’Malta niżel f’kull kumpaniji, 20% jew €143 mil- kategorija t’età iżda l-aħħar jun, ħaduhom persuni li jaħd- statistika tal-NSO tinnota li mu għal rashom, filwaqt li 5%, li l-aktar li l-qgħad naqas kien huwa ekwivalenti għal €31 mil- fil-kategorija ta’ dawk li għandjun, ħaduhom għaqdiet mhux hom 45 sena jew aktar. Fi żmien governattivi u koperattivi, fost sena, f’din il-kategorija ta’ età, oħrajn. il-qgħad niżel bi kważi 470 perIl-Covid Wage Supplement suna. ma kinitx l-unika għajnuna Il-Gvern ukoll daħħal miżuli ngħatat tul il-pandemija. ri permezz tal-Baġit għal din Fost skemi oħra li amminis- is-sena li fihom baqa’ jippremtrat il-Malta Enterprise kien ja l-bżulija. Fil-fatt, mat-30,000 hemm is-sussidju tal-kera ħaddiem bdew jiġu intaxxati għan-negozji, li fiha ntefqu bil-15% fuq l-ewwel €10,000 ta’ €13-il miljun, l-iskema tar-ri- dħul mill-overtime. Dan huwa fużjoni fuq il-kont tad-dawl, li ekwivalenti għall-ewwel 534 fiha ntefqu €7 miljun, l-iskema siegħa. Qabel din il-miżura, tal-leave tal-kwarantina, li fiha jiġifieri s-sena l-oħra, it-taxxa ntefqu €11-il miljun, u l-iskema fuq l-overtime wkoll kienet tat-teleworking, li fiha ntefqu ta’ 15% iżda biss fuq l-ewwel aktar minn €1 miljun. B’kollox 100 siegħa. Bil-miżura favur din l-għajnuna, flimkien ma’ il-ħaddiema ta’ din is-sena, din dik tal-Covid Wage Supple- il-miżura tjiebet b’aktar minn ment, tammonta għal total ta’ ħames darbiet aktar. Apparti €755 miljun. minn hekk, ir-rata tat-taxxa Ir-rata ta’ qgħad f’pajjiż- fuq id-dħul minn xogħol partna tibqa’ fost l-inqas fl-Unjoni time niżlet għal 10%. Ewropea u t-tieni l-inqas fiż-ŻoDawn kienu lkoll miżuna Ewro. Fil-fatt skont l-Uffiċċ- ri li komplew isaħħu s-settur ju tal-Istatistika tal-Unjoni tax-xogħol li llum ukoll għandu Ewropea (EUROSTAT), ir-rata numru ta’ sfidi f’oqsma differta’ qgħad ta’ Malta hi n-nofs enti hekk kif il-ġid ekonomiku u ftit aktar tar-rata ta’ qgħad qed iwassal biex ikun hemm fiż-Żona Ewro. Ir-rata ta’ Malta ħtieġa għal aktar ħaddiema.


07

17.07.2022

BEDA XOGĦOL INFRASTRUTTURALI MISTENNI F’BIRKIRKARA • Investiment ta’ €1 miljun fil-qalba ta’ Birkirkara Infrastructure Malta għadha kemm bdiet proġett b’investiment stmat li ser jammonta madwar €1 miljun biex tibni mill-ġdid Triq in-Naxxar, fil-qalba ta’ Birkirkara li hija waħda mit-toroq l-iżjed importanti fiċ-ċentru tal-pajjiż. Din it-triq ta’ ftit aktar minn kilometru tmiss ma’ Triq il-Wied, triq oħra prinċipali fil-qalba tal-lokalità li wkoll sarilha titjib ftit tax-xhur ilu, u twassal sal-junction fejn jiltaqgħu l-lokalitajiet ta’ Birkirkara, Ħal Balzan, Ħal Lija u l-Iklin. Minħabba l-qagħda mwiegħra li tinsab fiha kien hawn stennija kbira biex din it-triq tinbena mill-ġdid. Kemm minħabba t-tul tagħha kif ukoll minħabba l-ammont ta’ vetturi li jgħaddu minnha kuljum f ’kull ħin tal-ġurnata, Infrastructure Malta kellha tippjana biex ix-xogħlijiet fi Triq in-Naxxar, li ser tkun it-13-il triq residenzjali li tibni mill-ġdid f ’Birkirkara, isiru parti wara oħra. Għaldaqstant, l-aġenzija fasslet dan il-proġett b’mod li se jitwettaq f ’erba’ fażijiet anke biex l-inkonvenjent ikun mill-inqas possibbli. Ix-xogħlijiet tal-ewwel fażi, li bdiet f ’nofs il-ġimgħa li għaddiet, ser jiffukaw fuq il-parti tat-triq li tiġi kantuniera ma’ Triq il-Mitħna sa kantuniera ma’ Triq Dun Karm, magħrufa aħjar bħala l-Bypass ta’ Birkirkara. Sakemm jitlestew ix-xogħlijiet f ’din il-parti tat-triq li tinsab magħluqa, min ikun ħiereġ għall-junction

Din it-triq ta’ ftit aktar minn ­kilometru tmiss ma’ Triq il-Wied, triq oħra prinċipali fil-qalba t­ al-lokalità li wkoll sarilha ­titjib ftit tax-xhur ilu

għandu jgħaddi minn Triq Ganu u min ikun sejjer fid-direzzjoni opposta biex jidħol fil-qalba ta’ Birkirkara jrid jgħaddi minn Triq il-Wied Ħal Balzan. Qabel ma jsaħħu l-pedamenti ta’ Triq in-Naxxar u jerġgħu jibnu l-karreġġjata tagħha b’korsija f ’kull direzzjoni kif inhi bħalis- qed jagħmlu xogħlijiet es- taħt l-art għas-servizzi sa, il-kuntratturi ta’ Infra- tensivi biex jibdlu s-sistemi tal-ilma, dawl u telekomustructure Malta se jkunu li hemm għaddejjin minn nikazzjoni kif ukoll it-tap-

pieri kollha tad-drenaġġ. Biex jittejjeb l-aċċess għal kull min jgħaddi minn din it-triq bil-mixi, li fiha hemm diversi negozji u ħwienet ta’ kull xorta, ser jinbnew mill-ġdid ukoll il-bankini fuq iż-żewġ naħat u fejn l-ispazju jippermetti dawn anke jitwessgħu. Il-proġett kollu huwa mmirat li jitlesta sal-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.

Ċaqliq Migratorju u Solidarjetà Wirja fil-bini ewlieni tal-Arkivji Nazzjonali fir-Rabat. tirrakonta stejjer permezz ta’ għodod teknoloġiċi li igħinuna nagħrfu l-passat tagħna b’mezzi diversi. 47 dokument minn 22 arkivju minn 9 pajjiżi jirrakkontaw ġrajjiet żgħar li ffurmaw l-Ewropa u jgħinu lil min iżurna biex jesperementa u jilgħab, jitgħallem u jaqsam kif ukoll li jesperjenza il-passat komuni tagħna. Din hija it-tieni minn serje ta’ tliet wirjiet żviluppati fil-programm European Digital Treasures, ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea. It-Tnejn sal-Ġimgħa: 09.00 -13.00 Il-Ħamis: 09.00 – 13.00; 15.00 – 18.00


08

17.07.2022

ELUF JINQDEW B’SERVIZZ ĠDID Minn Jannar sal-lum saru 3,573 appuntament fil-kliniċi talisptar ġerjatriku f’San Vinċenz de Paul, minn residenti kif ukoll minn klijenti anzjani li jgħixu fil-komunità jew fi djar oħra tal-anzjani. Dan ifisser li dawn il-pazjenti tnaqqsilhom iż-żmien ta’ stennija għal diversi appuntamenti, aspett importanti ħafna fl-anzjani li jingħatalhom sapport filpront b’aċċessibilità mgħaġġla. Dan wassal ukoll biex jitnaqqas ix-xogħol fl-Isptar Mater Dei biex l-isptar ikun jista’ juża r-riżorsi tiegħu fuq mard aktar akut. Minn meta fetaħ il-bibien tiegħu f’Jannar li għadda, flisptar għall-kura ġerjatrika f’San Vinċenz de Paul, infetħu bosta kliniċi: psychiatric clinic, ophthalmic clinic, gynaecology clinic, dermatology clinic u pacemaker clinic, li bejniethom kellhom 652 żjara minn residenti ta’ San Vinċenz, żewġ vascular clinics li kellhom 62 żjara minn residenti u 546 żjara minn anzjani fil-komunità, żewġ ENT clinics li kellhom 84 żjara minn residenti u 184 żjara minn anzjani fil-komunità, audiology clinic li fiha saru 90 żjara minn residenti u 195 żjara minn anzjani fil-komunità, POCT clinic fejn saru 742 żjara minn residenti u pre-assesment clinic fejn saru 627 żjara

minn anzjani fil-komunità. Minn April sal-lum, l-isptar għall-kura ġerjatrika kompla firex is-servizzi li joffri. Fil-kliniċi l-ġodda, saru 391 appuntament kemm minn residenti kif ukoll minn anzjani fil-komunità. Huwa mistenni li aktar kliniċi jiftħu aktar tard matul din is-sena, pain clinic, gastro-enteroloġija, dentistrija, kardjoloġija u kirurġija ġenerali. L-isptar tal-kura ġerjatrika huwa parti sostanzjali mill-investiment ta’ €9 miljun li saru fil-kumpless Rużar Briffa. Dan l-investiment f’San Vinċenz sar bl-iskop li jkun hemm diċentralizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa u li dawn is-servizzi jsiru aktar iffukati fuq l-anzjani. Dan ifisser li anzjani li qabel kieku jirrikorru fl-Isptar Mater Dei, issa qed jieħdu l-kura għal diversi servizzi li għandhom bżonn f’San Vinċenz de Paul. Dan jgħodd kemm għal residenti f’San Vinċenz u kemm għal anzjani li jgħixu fil-komunità jew fi djar tal-anzjani. Il-kliniċi fl-isptar ġerjatriku huma frott ta’ koperazzjoni bejn speċjalisti minn San Vinċenz u Mater Dei li flimkien jagħtu

kura speċjalizzata u integrata lill-anzjani, kollha taħt saqaf wieħed. Barra minn hekk, hemm ukoll sala, li fiha 36 sodda, li toffri kura intermedjarja lil dawk il-pazjenti li jkollhom bżonn, b’mod temporanju, jagħmlu ftit tal-jiem għal osservazzjoni qabel imorru lura d-dar jew fis-sala tagħhom. Il-kliniċi kollha huma mgħammra b’faċilitajiet mill-aqwa tal-aħħar teknoloġija u huma magħmulin b’mod effiċjenti li jnaqqsu millużu tal-enerġija Permezz ta’ digital X-ray machine moderna diġà qed noffru

l-videofluoroscopy, servizz uniku f’pajjiżna li qed jakkomoda wkoll pazjenti minn Mater Dei. Sal-aħħar ta’ din is-sena, biż-żieda ta’ ultrasound machine, CT scanner u żewġ swali operatorji, dan l-isptar se jkompli jservi biex jitnaqqsu ż-żjarat fl-emerġenza u d-dħul fl-isptarijiet, kif ukoll biex l-anzjani jibqgħu jgħixu b’mod indipendenti. Il-kliniċi kollha huma mgħammra b’faċilitajiet mill-aqwa tal-aħħar teknoloġija, huma magħmulin b’mod li jnaqqsu mill-użu tal-enerġija u għandhom servizzi mekkaniċi, elettriċi u sanitarji ġodda. Dwar dawn is-servizzi u t-tisħiħ tagħhom, il-gazzetta

KullĦadd ħadet il-kummenti tal-Ministru għall-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela. Il-Ministru Abela kien pożittiv dwar dawn ir-riżultati u fisser l-ambizzjoni tiegħu li jinkiseb iktar. “Nistqarr l-ambizzjoni tiegħi li flimkien mal-iżviluppi kontinwi fir-residenza ta’ San Vincenz, din il-parti klinika ssir sptar ġerjatriku state-of-theart. Għadna kif ipproponejna proġett għall-ftuħ ta’ ċentru tal-endoskopija permezz ta’ għajnuna minn fondi Ewropej. Fl-isfond tal-ħidma tiegħi bħala International Surgical Advisor tar-Royal College of Surgeons of Edinburgh, issuġġerejt li sabiex inħajru aktar speċjalisti jaħdmu fil-qasam tal-anzjani, għandna noffru taħriġ speċjalizzat iffukat fuq din ilfaxxa t’età. Il-Kunsill ta’ dan il-Kulleġġ prestiġjuż, aċċetta dan is-suġġeriment u bi pjaċir inħabbar li Malta ser issir ċentru ta’ taħriġ u eżamijiet f’dan il-qasam, inkluż ix-xjenza dentisitka,” qal il-Ministru Abela. Il-Ministru Abela żied jgħid li quddiem l-isfidi m’għandna naqtgħu qalbna qatt. “Iżda għandna nagħmlu mezz li negħlbuhom b’ideat friski u kuraġġużi. Inrodd ħajr lill-istaff dedikat li għandna u nawguralhom aktar suċċessi magħna, b’risq il-klijenti anzjani,” temm jgħid il-Ministru Abela.

DRITTIJIET ĠODDA GĦALL-FAMILJI Għaxart ijiem leave tal-paternità mħallsa b’mod sħiħ.

Ħamest ijiem leave għall-persuni li jindukraw lil qrabathom.

Erba’ xhur leave għall-ġenituri, xahrejn minnhom bi ħlas.

Dritt għal aktar arranġamenti ta’ xogħol flessibbli.

facebook.com/djalogusocjaligovmt

ta’

aħjar


09

17.07.2022

TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA JIRDOPPJA Il-ħidma li għaddejja mid-Direttorat tar-Riċerka, Tagħlim tul il-Ħajja u Impjegabilità fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni fejn jidħol itTagħlim tul il-Ħajja, magħruf aħjar bħala Lifelong Learning, qed iħalli l-frott tiegħu. Dan huwa rifless fi statistika uffiċjali li turi li l-persentaġġ ta’ dawk li jipparteċipaw fittagħlim tul il-ħajja żdied fl-10 snin bejn l-2010 u l-2020: minn 6% fl-2010 għal 11% fl-2020. L-aħħar figuri ppubblikati mill-Eurostat juru li sal-aħħar tas-sena li għaddiet il-persentaġġ tar-rata ta’ parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u taħriġ ta’ persuni bejn il-25 sena u l-64 sena kien ta’ 13.8% qabża oħra fl-istatistika. Għalkemm fil-quċċata tal-lista tal-istatistika tal-Eurostat insibu persentaġġi għolja l-aktar ta’ pajjiżi Skandinavi, madankollu r-rata ta’ Malta qed titjieb minn sena għal sena u llum ir-rata ta’ pajjiżna hija ferm aħjar minn pajjiżi oħra fl-Unjoni Ewropea, fosthom il-Portugall, il-Belġju, Franza, l-Italja, il-Polonja u l-Ġermanja. Ir-rata ta’ parteċipazzjoni ta’ pajjiżna ta’ 13.8% hija wkoll ogħla mill-medja Ewropea, dik ta’ 10.8%. Dan huwa tragward importanti u jipprovdi aktar rieda li l-Ministeru għall-Edukazzjoni jkompli jaħdem biex ittagħlim isir aktar aċċessibbli. L-istatistika turi wkoll li madwar l-Unjoni Ewropea kollha inkluż f’Malta, ħlief fir-Rumanija, Ċipru, il-Ġermanja u l-Greċja, il-parteċipazzjoni tan-nisa hija ogħla minn dik tal-irġiel. F’Malta din turi li hemm parteċipazzjoni minn nisa ta’ 14.9% (2012 – 7.6%) u parteċipazzjoni minn irġiel ta’ 12.9% (2012 – 6.8%). It-titjib fil-parteċipazzjoni għat-Tagħlim tul il-Ħajja huwa riżultat tal-ħidma li għaddejja biex ikun hemm iktar opportunitajiet u wkoll opportunitajiet li faċilment jistgħu jintlaħqu minn dawk interessati li jkomplu bit-tagħlim tagħhom. Dan ix-xogħol isegwi wkoll il-pubblikazzjoni, wara konsultazzjoni pubblika, l-Istrateġija dwar it-Tagħlim fit-Tul 2020-30. Strateġija li kompliet fuq ta’ qabilha imma li ħadet kunsiderazzjoni wkoll taż-żminijiet ta’ sfidi tal-pandemija, li poġġew dawl fuq l-isfidi globali dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ – settur li huwa marbut b’mod intrinsiku mal-ekonomija ta’ pajjiżna. L-istrateġija mhux biss tħares lejn it-tagħlim tal-adulti, imma tenfasizza l-importanza li tinħoloq sinerġija bejn is-settur edukattiv u s-sħab soċjali.

It-titjib fil-parteċipazzjoni għat-Tagħlim tul il-Ħajja huwa riżultat tal-ħidma li għaddejja biex ikun hemm iktar opportunitajiet

L-istrateġija għandha erba’ pilastri ewlenin: it-titjib tal-opportunitajiet edukattivi għal dawk b’ħiliet baxxi u kwalifikati li huma f’riskju ogħla ta’ qgħad, faqar u esklużjoni soċjali; id-diversifikazzjoni tal-metodi u l-opportunitajiet għat-tagħlim; l-iżgurar tal-kwalità fl-għoti tal-korsijiet; u li tagħti appoġġ lill-adulti biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-edukazzjoni tagħhom permezz ta’ sistema ġdida ta’ gwida (guidance). F’din l-istrateġija hemm ukoll elementi ġodda: il-ħiliet bażiċi – qafas fuq ħiliet bażiċi b’involviment minn partijiet interessati; il-kwalità fl-edukazzjoni; appoġġ lill-adulti biex ikollhom aċċess finanzjarju aħjar għall-edukazzjoni; it-tagħlim għall-adulti bħala miżura ta’ kumpens għattluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ; tagħlim fil-komunitajiet; il-koeżjoni tal-politika, li tippromwovi diskussjoni u azzjonijiet, li tiżgura l-motivazzjoni u għat-tagħlim; edukazzjoni diġitali; struttura ta’ kif jingħataw il-korsijiet; età – jista’ jkollok 15-il sena jew aktar biex ikollok aċċess għal wieħed mill-korsijiet; korsijiet fuq snajja’, li jinkorporaw ukoll sens intraprenditorjali; kif ukoll mudell mhux sinkroniku ta’ tagħlim online. Din il-ġimgħa tnedew

il-korsijiet għat-Tagħlim tul il-Ħajja għas-sena 2022-23. Wara riforma li saret, itTagħlim tul il-Ħajja llum huwa istituzzjoni edukattiva li toffri korsijiet kemm fil-klassi, korsijiet online, korsijiet learn at your own pace, kif ukoll korsijiet bil-forma ta’ blended learning. Minn din is-sena se jitneħħew għalkollox l-eżamijiet tal-korsijiet li mhumiex SEC jew MATSEC u minflok se tintuża sistema ta’ assessjar kontinwu. Dan se jassigura li l-ħidma, il-parteċipazzjoni u l-iżvilupp tal-istudent ikunu mogħtija l-piż ġust tagħhom anke fl-assessjar. Meta nieda dawn il-korsijiet, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, Clifton Grima qal li hija waħda mill-prijoritajiet tiegħu bħala l-Ministru responsabbli għall-edukazzjoni li pajjiżna jkompli jressaq ’il quddiem kull forma ta’ opportunità ta’ tagħlim. Huwa qal li bħala Gvern għaddejja ħidma biex l-adulti jkollhom l-opportunitajiet kollha possibbli biex ikattru t-tagħlim tagħhom. Il-Ministru Grima sostna li t-tagħlim huwa l-muftieħ għall-iżvilupp personali, għall-inklużjoni soċjali, għaċ-ċittadinanza attiva u għall-iżvilupp sostenibbli u għalhekk it-Tagħlim tul il-Ħajja joffri l-opportunità lill-istudenti adulti biex ikabbru l-għarfien tagħhom, jiżviluppaw ħiliet ġodda, itejbu l-prospettivi għall-karrieri li huma disponibbli għalihom u jwessgħu l-għarfien professjonali tagħhom. Il-kunfidenza u l-abbiltajiet li jiġu akkwistati bit-tagħlim għall-adulti għandhom importanza kemm fuq il-post tax-xogħol imma wkoll għall-ħajja ta’ kuljum. Minn Ottubru li ġej, meta jibdew il-korsijiet ta’ Tagħlim tul il-Ħajja, se jkunu offruti 400 kors f’aktar minn 70 suġġett differenti, li jvarjaw minn

tagħlim ta’ lingwi sa tagħlim ta’ suġġetti prattiċi. Il-korsijiet huma ta’ 32 ġimgħa jew 14-il ġimgħa f’diversi suġġetti inklużi ħiliet bażiċi, lingwi, korsijiet ta’ preparazzjoni għal-livelli O u A, korsijiet għall-espressjoni kreattiva u korsijiet vokazzjonali u taħriġ. Il-kwalifiki huma rikonoxxuti mill-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Edukazzjoni Ogħla. Il-viżjoni tad-Direttorat tatTagħlim tul il-Ħajja hija li jipprovdi sistema ta’ tagħlim

personalizzat u li joffri appoġġ lil kulħadd. Il-korsijiet jingħataw minn edukaturi u koordinaturi speċjalizzati li jgħinu lil dawk li jattendu u jibqgħu jsegwu sakemm l-adult jirnexxilu jirrealizza x-xewqat edukattivi tiegħu. Id-Direttur tad-Direttorat tar-Riċerka, Tagħlim tul il-Ħajja u Impjegabilità, Alex Farrugia qal li l-ħidma tad-Dipartiment fejn jidħol Tagħlim tul il-Ħajja kompliet għaddejja u llum mhux biss żdiedet il-firxa tal-korsijiet u tas-suġġetti mgħallma, imma wkoll qed jingħataw servizzi anċillari li huma fundamentali biex tingħata għajnuna lill-istudenti adulti. Il-viżjoni tad-Dipartiment hija li t-tagħlim ikun vjaġġ tul il-ħajja ta’ kulħadd. Individwi u komunitajiet għandhom bżonn jiksbu ħiliet li huma relevanti għal ħajjithom, il-bżonnijiet tagħhom u x-xogħol tagħhom. Qatt mhu tard biex titgħallem. Għalhekk dawk kollha interessati għandhom jieħdu din l-opportunità biex ikabbru l-ħiliet u l-għarfien tagħhom permezz ta’ dawn il-korsijiet. L-applikazzjonijiet fetħu fl14 ta’ Lulju sal-11 ta’ Awwissu u wieħed jista’ japplika billi jmur fuq is-sit elettroniku www.lifelonglearning.gov.mt.


10

17.07.2022

B’GĦAQAL SAL-INQAS EWRO It-tħaddim għaqli tal-fondi Ewropej huwa fuq quddiem nett tal-aġenda tal-Gvern, tant li hemm Segretarju Parlamentari ddedikat għal dan l-irwol. Il-fondi Ewropej, li jikkumplimentaw il-baġit nazzjonali, huma wkoll importanti fit-tħaddim tat-tkabbir ekonomiku. Minkejja l-avvanzi kbar li għamlet Malta ekonomikament, fl-aħħar snin il-Prim Ministru Robert Abela xorta waħda rnexxielu jinnegozja għal pajjiżna pakkett rekord ta’ fondi. Tkellimna mas-Segretarju Parlamentari Chris Bonnet dwar it-tħaddim tal-fondi Ewropej f’pajjiżna. Fix-xahar ta’ Ġunju rajniek tħabbar tliet skemi b’fondi Ewropej għan negozji. Dawn l-iskemi kif se jgħinu lin-negozji jkomplu jikbru u jinvestu fl-operat tagħhom? It-tranżizzjoni diġitali hija ta’ prijorità fil-pjan ta’ rkupru u reżiljenza. It-tliet skemi li introduċejna jiffukaw proprju fuq hekk. L-iskemi, b’investiment ta’ €35 miljun, ser jgħinu n-negozji Maltin ikunu iktar kompetittivi billi jnaqqsu l-ispejjeż tagħhom u jkunu iktar reżiljenti għall-isfidi tas-suq. L-ewwel skema tindirizza r-rinnovar ta’ bini kummerċjali għall-effiċjenza enerġetika filwaqt li ż-żewġ skemi l-oħra huma mmirati biex jgħinu lin-negozji jtejbu l-effiċjenza tagħhom permezz tad-diġitalizzazzjoni. L-intrapriżi żgħar u medji ser ikollhom fond allokat speċifikament għalihom sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-qalba diġitali filwaqt li fond ieħor ħa jkun iddedikat għal min diġà għandu sistemi diġitali tiegħu imma jixtieq itejjeb dan l-aspett tan-negozju tiegħu. Dawn imorru id f’id ma’ skemi oħra li jaqgħu taħt il-Business Enhance Grant Schemes li huma iktar iffukati lejn it-tkabbir tan-negozju. Dawn l-investimenti joffru wkoll bażi soda għal min imbagħad irid ikompli jinvesti biex jikber anke meta nniedu skemi ġodda taħt il-programm 2021-2027. Importanti li nifhmu li din l-għajnuna ma tgħinx lin-negozji biss imma lill-komunità

kollha. Dan kollu qed isir ukoll biex il-poplu Malti jkollu quddiemu negozji li jagħtu servizz iktar effiċjenti u ambjent aħjar filwaqt li n-negozji jkollhom aktar lok li jkabbru n-negozji tagħhom u joħolqu aktar xogħol li jrendi għall-komunitajiet tagħna. In-negozji f ’Għawdex ukoll igawdu minn skemi bħal dawn, imma hija realtà wkoll li f ’Għawdex hemm ċirkostanzi partikolari għal dawk ta’ Malta. In-negozji Għawdxin jirnexxilhom jidħlu għall-proġetti b’dawn it-tip ta’ fondi? Aħna għarafna li n-negozji Għawdxin ikollhom sfidi akbar biex jevolvu l-operat tagħhom biex isiru aktar effiċjenti, reżiljenti u jikbru. Għaldaqstant, f’dawn il-tliet skemi aħna qed noffru lin-negozji Għawdxin rati ta’ għajnuna ogħla. Fil-fatt, fl-iskemi ta’ rinnovar ta’ bini kummerċjali u ta’ proġetti ta’ diġitalizzazzjoni kbar qed noffru rata ta’ għajnuna ta’ 5% aktar meta l-investiment ikun f’Għawdex. Fil-każ tal-iskema ta’ diġitalizzazzjoni ta’ SMEs qed noffru

Aħna għarafna li n-negozji Għawdxin ikollhom sfidi akbar biex jevolvu l-operat tagħhom biex isiru aktar effiċjenti, reżiljenti u jikbru. Għaldaqstant, f’dawn il-tliet skemi aħna qed noffru lin-negozji Għawdxin rati ta’ għajnuna ogħla

rata ta’ 10% aktar. Smajna ħafna dwar il-fondi Ewropej biex wieħed jirkupra mill-pandemija. M’hemmx dubju li l-Gvern Malti ma qagħadx jistenna dawn il-fondi, iżda fl-istess ħin żgur li dawn fondi importanti wkoll. X’inhuma l-għanijiet tal-Programm ta’ Rkupru u Reżiljenza?

54% tal-inizjattivi tagħna huma inizjattivi ambjentali b’appoġġ lejn l-ekonomija l-ħadra u 27% tal-inizjattivi huma favur il-qalba diġitali. Għandna €260 miljun li se jiġu investiti fi skemi ta’ għajnuna għan-negozji, se nwettqu investiment f’diversi setturi fosthom fil-qasam tas-saħħa b’bini ġdid tal-blood bank, bini ta’ kampus ġdid talITS u diġitalizzazzjoni ta’ ċerti servizzi fosthom fil-qrati. Qegħdin nużaw dan il-programm ta’ fondi sabiex inkomplu noħolqu opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ għall-poplu Malti.

Minħabba l-effett tal-pandemija l-Kummissjoni Ewropea ħarġet b’dan il-programm sabiex il-pajjiżi Ewropej jerġgħu jqumu fuq saqajhom. Mhuwiex biss programm ta’ rkupru ekonomiku iżda anke programm favur is-sostennib- Rajniek, flimkien ma’ kollegi tal-Kabinett, tħabbar ukoll biltà u l-qalba diġitali.

skemi ta’ fondi Ewropej immirati għall-bdiewa. Dawn l-iskemi kif se jgħinu lill-bdiewa jiddiversifikaw? L-importanza tas-settur tal-biedja qed tkun aktar evidenti f’dawn l-aħħar xhur hekk kif il-prezzijiet tal-prodotti tal-ikel qed jogħlew minħabba problema ta’ skarsezza fl-ikel li ġabet magħha l-pandemija u issa l-gwerra fl-Ukrajna. Filwaqt illi l-Gvern qed jgħin fil-ġlieda kontra l-inflazzjoni permezz ta’ sussidji, aħna qed inħarsu ’l quddiem billi ngħinu lill-bdiewa lokali jkabbru x-xogħol tagħhom. Qegħdin ninvestu €6.5 miljun fi tliet skemi. Bl-ewwel żewġ skemi qed ngħinu lill-


11

17.07.2022

Il-fondi Ewropej jintużaw għal diversi proġetti ta’ restawr bdiewa lokali jiddiversifikaw u jwettqu investiment fl-għelieqi tagħhom billi jixtru aktar apparat li jgħinhom ikunu iktar effiċjenti f’xogħolhom. Ittielet skema hi mmirata biex ngħinu lill-bdiewa żgħażagħ jidħlu f’dan ix-xogħol. Fejn tidħol id-diversifikazzjoni, din l-iskema għandha l-għan ewlieni li tistimula l-ambjent tan-negozju rurali, kif ukoll li tikkontribwixxi għal numru akbar ta’ attivitajiet mhux agrikoli mwettqa f’żoni rurali kif ukoll li tiżviluppa attivitajiet eżistenti mhux agrikoli, toħloq impjiegi u żżid iddħul tal-popolazzjoni rurali. B’din l-iskema qegħdin ngħinu lill-bdiewa li għandhom l-intenzjoni li jiddiversifikaw fl-attività ekonomika prinċipali tagħhom jew li jibdew attività ekonomika ġdida billi jinvestu f’attivitajiet mhux agrikoli bilgħan li jżidu d-dħul tagħhom. Meta se nibdew nagħmlu użu mill-pakkett ta’ fondi Ewropej li rnexxielu jinnegozja l-Prim Ministru Robert Abela għasseba’ snin li qegħdin fihom? Bħalissa ninsabu fl-aħħar fażi ta’ negozjati mal-Kummissjoni Ewropea sabiex naraw kif bħala pajjiż se nutilizzaw, l-ikbar pakkett ta’ fondi Ewropej li qatt innegozja l-Gvern Malti u li ġie nnegozjat mill-Prim Ministru Robert Abela. Għandna €2.25 biljun għall-pakkett ta’ fondi Ewropej il-ġdid 2021-2027. Fil-fatt, matul dan ix-xahar se nibagħtu l-Programmi

Operattivi lill-Kummissjoni Ewropea u nistennew l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea sal-aħħar ta’ din is-sena. Malli jkollna l-approvazzjoni tal-Kummissjoni nkunu nistgħu nħabbru pubblikament kif se jiġu utilizzati l-fondi, liema fondi jistgħu jibbenifikaw minnhom kumpaniji, entitajiet, bdiewa fost oħrajn u l-Gvern sabiex iwettaq aktar proġetti li jgawdi minnhom ilpajjiż kollu. X’se jkunu l-prijoritajiet tal-Gvern Malti mill-pakkett il-ġdid ta’ fondi Ewropej 2021-2027 ? Għandna ħames prijoritajiet prinċipali li qegħdin naraw bħala Gvern u l-proġetti li ser jitwettqu ħa jindirizzaw l-isfidi li bħala pajjiż qed inħabbtu wiċċna magħhom illum u nippreparaw ruħna għar-realtajiet ta’ għada. Insemmi l-mobilità u konnettività, fejn bil-fondi Ewropej wettaqna l-Kappara Junction, il-Marsa Junction u bħalissa qegħdin inwettqu x-xogħol fuq il-Luqa Junction Project u l-Kirkop Tunnels. Proġetti li kollha għenu biex il-pubbliku jqatta’ inqas ħin fit-traffiku. Għaldaqstant, irridu nkomplu nwettqu aktar proġetti infrastrutturali filwaqt li noħolqu mezzi alternattivi ta’ trasport. Se ninvestu fi proġetti favur enerġija nadifa u ekonomija ċirkulari biex inkomplu ntejbu l-ambjent ta’ pajjiżna, inkunu iktar effiċjenti waqt li nagħtu lok għal niċeċ ġod-

da fl-ekonomija tagħna. Irridu nippreparaw lil pajjiżna għall-futur anki fejn tidħol it-trasformazzjoni diġitali. Ser inkomplu noħolqu aktar skemi u opportunitajiet għan-negozji tagħna sabiex dejjem nippreparaw il-work force tagħna għall-iżvilupp ekonomiku u diġitali li qegħdin dejjem nesperjenzaw. Se tingħata prijorità lissaħħa mentali. Fil-fatt, se ninvestu fil-qasam tas-saħħa u se nwettqu proġetti u inizjattivi li jaffettwaw b’mod dirett ħajjet in-nies fosthom persuni vulnerabbli u persuni b’diżabilità. Fuq kollox se nagħtu prijorità lill-gżira Għawdxija fejn se nkunu qegħdin ninvestu f’diversi oqsma fosthom l-ekonomija l-ħadra, diġitalizazzjoni u opportunitajiet ta’ investiment fis-settur turistiku fost oħrajn. Il-Kummissjoni Ewropea kif tħares lejn Malta fejn jidħlu l-fondi Ewropej? Malta għandha track record tajjeb ħafna fejn jidħol l-assorbiment tal-fondi Ewropej. Mill-programm ta’ fondi 2014-2020 li daqt jiġi konkluż, minkejja kull sfidi li ffaċċjana minħabba l-pandemija, għax għandna sistema robusta, Malta mhux se tkun tilfet ċenteżmu mill-fondi Ewropej. Il-Kummissjoni Ewropea taf li pajjiżna dejjem għamel l-aħjar użu mill-fondi Ewropej. Fil-fatt, ftit tal-jiem ilu kellna l-aħbar li l-Kummissjoni allokat kważi €22 miljun oħra

lil Infrastructure Malta għalLuqa Junction Project u għallKirkop Tunnels and Airport Intersection Project il-Gudja u Ħal luqa. Proġett ieħor li juri kif dan il-Gvern qiegħed ibiddel wiċċ Malta u jagħti infrastruttura aħjar lir-residenti ta’ dawn il-lokalitajiet. Huwa sinjal ċar ta’ fiduċja fil-Gvern Malti għax il-Kummissjoni taf li dejjem utilizzajna l-fondi Ewropej fl-aħjar interess tal-pajjiż. Għaldaqstant, bi kburija se mmorru għand il-Kummissjoni u ngħidulha aħjar kif utilizzajna l-fondi Ewropej tal-programm 2014-2020 u issa fix-xhur li ġejjin se nibdew nimplimentaw il-programm ta’ fondi 2021-2027 fejn se nkomplu ninvestu fil-pajjiż u fiċ-ċittadini Maltin.

€941,000 għenet żgħażagħ f’riskju ta’ esklużjoni soċjali sabiex jew jidħlu fid-dinja tax-xogħol jew fl-edukazzjoni flok jintilfu. Proġetti oħra nsemmi kif 1,100 persuna fosthom persuni b’diżabbiltà ngħataw opportunitajiet ta’ taħriġ u daħlu fid-dinja tax-xogħol grazzi għall-proġett INK b’investiment ta’ €2.1 miljun. Għaldaqstant, inħares ’il quddiem li nutilizzaw aktar fondi Ewropej fi proġetti bħal dawn li verament jagħmlu differenza f’ħajjet in-nies.

Minn meta dħalt fil-kariga liema kien l-aktar proġett li laqtek li sar b’fondi Ewropej? Inawgurajna diversi proġetti fosthom xogħol ta’ restawr fuq il-Knisja tan-Naxxar, Mużew tat-Tunnara fil-Mellieħa, iżda l-aktar li laqtuni kienu dawk il-proġetti li affettwaw ħajjet in-nies. Insemmi l-inawgurazzjoni tas-Sensory Integration – ċentru ġdid fl-iskola tal-Marsa li joffri servizz lit-tfal bl-awtizmu f’ambjent ta’ skola. Attendejt ukoll għall-konklużjoni ta’ Opportunity Knocks proġett tal-Fondazzjoni għasServizzi tal-Ħarsien Soċjali li b’investiment ta’ aktar minn

Se tingħata prijorità lis-saħħa mentali. Fil-fatt, se ninvestu fil-qasam tas-saħħa u se nwettqu proġetti u inizjattivi li jaffettwaw b’mod dirett ħajjet in-nies fosthom persuni vulnerabbli u persuni b’diżabilità


12

17.07.2022

DRITTIJIET ĠODDA GĦAL KWALITÀ TA’ ĦAJJA AĦJAR

ANDY ELLUL

Segretarju Parlamentari u Whip għall-Gvern

Il-ġimgħa li għaddiet, bħala Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, ħabbart li l-Gvern daħħal fil-liġi Maltija settijiet ġodda ta’ leave. Din l-okkażjoni kienet sinifikanti għal numru ta’ affarijiet. L-ewwel nett, din kienet waħda mill-wegħdiet fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista, li issa huwa l-programm tal-Gvern. It-tieni nett, permezz ta’ din l-introduzzjoni fil-liġi Maltija, komplejna naffermaw li bħala Gvern, ve-

rament għandna għal qalbna d-drittijiet tal-ħaddiema. Forsi ssib min jgħidlek li minħabba ċ-ċirkostanzi globali jfisser li dawn id-drittijiet kellhom jiġu posposti. Madanakollu, jien tal-opinjoni li nistgħu negħlbu l-isfidi kurrenti u niżguraw kwalità ta’ ħajja aħjar illum, u mhux għada. Irridu nħarsu ’l quddiem lejn pajjiż fejn il-barranin, jiġu jfittxu ħajja aħjar f’pajjiżna. Lejn pajjiż fejn ikollna drittijiet, li ma jkunux fis-seħħ postijiet oħrajn. Pajjiż fejn ikollna xogħol ta’ kwalità, u xogħol aħjar. Tista’ tgħid ħafna affarijiet fuq il-Maltin. Li ma tistax tgħid, madanakollu huwa li mhumiex nies beżlin. Madanakollu, anke l-aktar nies beżlin għandhom ikollhom biżżejjed ħin f’idejhom biex iqattgħu ħin mal-familji tagħhom u biex jaraw lil uliedhom jikbru. Filwaqt li ħaddieħor ra li jneħħi l-leave fuq il-festi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa meta kien fil-Gvern, aħna ser naraw li niżguraw li kull ċittadin u ċittadina jaraw titjib fil-bilanċ bejn

il-ħajja tax-xogħol tagħhom u l-ħajja tal-familthom permezz ta’ dawn id-drittijiet ġodda. L-introduzzjoni ta’ dawn il-proviżjonijiet legali, ser iġibu magħhom benefiċċji miżjuda fir-rigward ta’ Leave tal-Paternità, Leave tal-Ġenituri, u Leave tal-Carers. Il-leave tal-paternità huwa leave għall-missirijiet jew ġenituri ekwivalenti mogħti mat-twelid jew l-adozzjoni ta’ wild. Kif inhuma l-affarijiet, illiġi Maltija tagħti ġurnata jew tnejn imħallsa f’dan ir-rigward. Permezz tal-bidliet legali ta’ dan il-Gvern, dan in-numru għandu jiżdied għal għaxart ijiem tax-xogħol b’paga sħiħa. Mill-banda l-oħra, fejn jidħol il-Leave tal-Ġenituri, irridu ngħidu li bħalissa, il-liġi Maltija tippermetti li jittieħdu erba’ xhur ta’ leave bla ħlas minn kull ġenitur għal tfal sal-età ta’ tmien snin. Madankollu, permezz tal-bidliet legali li għamilna, minn issa ’l quddiem, tnejn minn dawn l-erba’ xhur għandhom jitħallsu bir-“Rata Nazzjonali tal-Leave tal-Ġenituri”.

Barra minn hekk, dan iddritt għal leave se jinqasam matul tmien snin, u b’hekk jiġi żgurat li l-ġenituri jkunu jistgħu jibbenefikaw mil-leave matul l-ewwel ftit snin mit-twelid tat-tarbija. Għalhekk, mix-xahrejn ta’ leave imħallas, 50% tad-dritt għandu jittieħed sakemm il-wild jilħaq l-età ta’ erba’ snin, 25% jittieħed meta l-wild ikollu bejn erba’ u sitt snin, u 25% jittieħed meta l-wild ikollu bejn sitta u tmien snin. Fl-aħħar nett, il-bidliet legali tal-Gvern ser idaħħlu wkoll kunċett ġdid fil-liġi Maltija, jiġifieri l-leave tal-carers. Dan illeave jikkonċerna ħamest ijiem ta’ xogħol fis-sena għall-ħaddiema biex dawn ikunu jistgħu jindukraw lill-qraba tagħhom, jew inkella persuna li tgħix fl-istess dar – xi ħaġa li taċċerta li f’każ ta’ emerġenzi mediċi, il-ħaddiema jkunu jistgħu wkoll jibqgħu d-dar biex jieħdu ħsieb il-qraba tagħhom. Naturalment, il-Gvern huwa konxju li n-negozji qed iħossu l-piżijiet globali imposti

mill-pandemija u l-Gwerra fl-Ukrajna. Għalhekk, għal din ir-raġuni, il-Gvern ser jaċċerta li l-ispejjeż finanzjarji ta’ dawn l-emendi ġodda jsiru kompletament mill-Gvern fl-ewwel sena u nofs, bis-somma inkwistjoni tiġi ddepożitata fil-Maternity Leave Trust Fund. Wara din l-ewwel sena u nofs, jiġifieri fl2024, is-settur privat, ser jibda jġorr l-ispiża relatata mal-impjegati tiegħu. Irrid ngħid ukoll, li permezz ta’ dawn il-bidliet legali, ser inkunu wkoll qed nittrasponu d-Direttiva tal-Work-Life Balance. Madanakollu, ħaġa waħda hija ċerta: u din hija li bid-direttiva jew mingħajra, dan il-Gvern żgur se jibqa’ impenjat li jgħolli l-kwalità ta’ ħajja taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Forsi jkun hemm min jgħidlek, li dan mhuwiex iż-żmien ideali biex dan isir... imma jien nemmen li bħala Gvern tal-ħaddiema, għandna naġixxu bil-galbu u b’bilanċ, biex nassiguraw li kulħadd imur minn fuq.

L-ISFIDI U L-IMPATT TAGĦHOM

KEITH TANTI Segretarju Parlamentari

L-impatt li ħalliet il-pandemija COVID-19 u issa anke l-effetti tal-gwerra fl-Ukranja, affettwaw diversi setturi, u wkoll ġabu magħhom kumplikazzjonijiet u sfidi ġodda għar-riċerkaturi żgħażagħ. Dawn l-isfidi huma marbuta mal-impjiegi, l-ammont ta’ finanzi disponibbli u l-bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol. Fil-fatt, riżultat talCOVID-19, riċerkaturi żgħażagħ kellhom jaffaċċjaw diffikultajiet bħal tnaqqis fil-pagi u telf ta’ opportunitajiet ta’ riċerka u żvilupp professjonali anke kawża tar-restrizzjonijiet fl-ivvjaġġar bejn il-pajjiżi. Il-gwerra

fl-Ukranja poġġiet ukoll pressjonijiet estremi fuq il-benesseri u l-prosperità tar-riċerkaturi li jkunu għadhom fil-bidu tal-karriera tagħhom. Minbarra dan, riċerkaturi li għadhom qegħdin jitħarrġu, tnaqqsitilhom l-opportunità biex igawdu mill-prinċipju tal-libertà akkademika. Waqt il-laqgħat li pparteċipajt fihom tal-Kunsill tal-Ministri fil-Lussemburgu, l-istati membri tal-Unjoni Ewropea, inkluż Malta, fl-isfond tal-gwerra fl-Ukrajna, enfasizzajna l-importanza li din il-gwerra qiegħda turi l-ħtieġa biex l-Unjoni Ewropea taġixxi u tipproteġi lir-riċerkaturi li jkunu f’riskju ta’ vjolenza jew diskriminazzjoni u b’hekk dawn il-fatturi jpoġġu r-riċerka tagħhom f’sitwazzjoni li ma jkunux jistgħu jkomplu bil-ħidma. Meta nħarsu lejn dak li qed jiġri fl-UE, naraw li Malta kienet minn ta’ quddiem biex tagħti l-appoġġ u s-sostenn lir-riċerkaturi żgħażagħ. Filfatt, assistejna lir-riċerkaturi tagħna billi fid-dawl tal-pandemija, twaqqaf fond pubbliku nazzjonali għall-COVID-19 b’baġit ta’ €5.3 biljun. Permezz

ta’ dan il-fond, riċerkaturi inkluż dawk żgħażagħ li għadhom jibdew f’dan is-settur u li sabu ruħhom f’pożizzjoni finanzjarja kritika setgħu jibbenefikaw mill-appoġġ ta’ dan il-fond biex iwettqu r-riċerka u jiġġieldu l-impatti usa’ tal-pandemija. Fuq livell Ewropew, il-Kummissjoni ħadet azzjoni li tipprovdi flessibilità fl-użu tal-programmi ta’ riċerka u edukazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Fost dawn l-azzjonijiet kien hemm l-appoġġ li l-Erasmus+ kompla jgħin studenti u riċerkaturi mill-Ukranja u kien hemm il-programm tal-MSCA bħala parti mill-Horizon Europe biex jimmobilizza l-finanzjament għall-istudju tal-Ukranja. Filwaqt li nemmen li dawn l-isforzi kienu bżonjużi biex is-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni jkompli jiżviluppa u ma jiġix impattat daqstant mill-isfidi li qed naffaċċjaw, hemm aktar x’jista’ jsir minnaħa tal-Unjoni Ewropea biex ngħinu u nipproteġu r-riċerkaturi li jinsabu f’riskju. Il-gwerra fl-Ukranja wriet li l-Unjoni Ewropea għad m’għandhiex skema speċifika li toffri appoġġ

iddedikat u effettiv għar-riċerkaturi li ma jkunux jistgħu jwettqu r-riċerka tagħhom fl-istati membri. Waqt illaqgħat fil-Lussemburgu, bħala pajjiż irrakkomandajna li l-Unjoni Ewropea għandha tikkunsidra l-ħolqien ta’ skema li toffri appoġġ fit-tul u li jkun aktar flessibbli u akbar. Dan iġib benefiċċju lir-riċerkaturi u lill-pajjiżi, filwaqt li jsaħħaħ ukoll l-impatt u s-sostenibbiltà ta’ dawn il-miżuri. Bħala stat membru tal-Unjoni Ewropea, pajjiżna wkoll jista’ jgawdi mill-opportunitajiet li l-Unjoni toffri meta tesplora u tespandi f’dan is-settur. L-aċċess għall-mobiltà fost ilpajjiżi tal-UE jwassal riċerkaturi lokali l-opportunità li jimirħu fis-settur anke internazzjonalment. Dan jissarraf b’mod pożittiv f’pajjiżna fi ħdan dan is-settur għaliex ikunu jistgħu jaqsmu t-taħriġ li jkunu kisbu barra anke lokalment. L-aċċess għall-finanzi fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni huwa wieħed mill-ogħla prijorità li teħtieġ aktar koordinazzjoni fl-Unjoni Ewropea. B’hekk, stati membri bħal Malta jkun jista’ jkollhom aktar fondi biex jitwessa’

l-investiment tant kruċjali għall-futur tat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna. Ma nistax insemmi t-tkabbir ekonomiku u ma nagħmilx referenza għall-iżvilupp fil-ħtiġijiet u l-kompetenzi li ser jiġu mitluba fid-dinja tax-xogħol fil-futur. B’hekk bħala pajjiż għandna nkomplu nagħtu importanza u ninvestu f’dan is-settur tant fundamentali biex ir-riċerkaturi tal-futur ikunu jistgħu jikkompetu u jistabbilixxu ruħhom fid-dinja tax-xogħol fil-futur. Nemmen li sistema aktar b’saħħitha iżda ssimplifikata ta’ governanza tar-riċerka u l-innovazzjoni hija meħtieġa kemm f’pajjiżna, kif ukoll fi ħdan l-Unjoni Ewropea biex jiġi żgurat l-appoġġ effettiv lir-riċerkaturi u lill-kumpaniji innovattivi. Dan kollu jista’ jkun ta’ suċċess jekk fuq kull livell, il-governanza tkun iffurmata u magħmula minn konsultazzjonijiet mill-qrib mal-partijiet li huma direttament relatati ma’ dan il-qasam. B’dan il-mod inkomplu nisħqu fuq l-importanza li politika tajba hija dik li tiġi żviluppata wara li l-politiku nnifsu jkun sema’ l-bżonnijiet tan-nies u tas-settur.


13

17.07.2022

100 JUM + SILVIO SCHEMBRI Ministru

Daqshekk għaddew mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura. Ftit aktar minn 100 ġurnata. Imma l-lista tal-affarijiet kollha li bħala Gvern wettaqna matul dawn il-100 jum hija waħda vasta. Ir-riformi tal-IVF, fuq quddiem. Bħala ġenitur ma nistax naħseb f ’mument isbaħ minn meta ħaddant miegħi lil uliedi għall-ewwel darba. Bir-riformi fil-liġi tal-IVF li għaddejna aktar persuni se jkollhom il-possibbiltà li jkollhom l-ulied. Il-familja tibqa’ fuq quddiem tal-prijoritajiet

tagħna. Din il-ġimgħa stess ħabbarna numru ta’ miżuri li se jkunu qed jgħinu biex noħolqu bilanċ bejn id-dinja tax-xogħol u dik privata. Fejn se jkun hemm leave għallpaternità, leave għall-ġenituri, kif ukoll leave għal min ikun qed jieħu ħsieb xi familjari morda. Kienu 100 jum li matulhom wettaqna wegħdiet important bħal dik li art fiż-Żonqor nagħtuha lura lill-pubbliku. Il-proġett ta’ Smart City li kien tħabbar fl-2007 mill-amministrazzjoni ta’ Lawrence Gonzi, kellu jkun komplut sal-2021, imma kif nafu l-aspettattivi ma ntlaħqux kollha. Għaldaqstant, Smart City se tkun qed tgħaddi lura lill-Gvern 44,681 metru kwadru ta’ art. Parti minn din l-art se tingħata lill-AUM biex jitkompla l-proġett, fuq parti oħra se jinbena l-kampus ilġdid tal-ITS. Fil-kumplament ta’ SmartCity se nkunu qed naraw li l-proġett jitkompla u jitlesta f ’timeframes stipulati,

biex b’hekk nimmassimizzaw il-potenzjal kollu li għandu dan il-proġett. Dawn il-proġetti fi Smart City se jwasslu għal żona edukattiva, turistika, residenzjali u ċentru tannegozju tal-ogħla livell finnaħa t’isfel ta’ Malta. Dan b’rispett sħiħ lejn il-miri ambjentali proposti filmanifest elettorali u fuq kollox it-twettiq ta’ wegħda ewlenija mill-istess manifest li art fiżŻonqor u l-art f ’Bormla jirritornaw lill-pubbliku. Matul dawn il-100 jum + rajna wkoll diversi investimenti resqin lejn pajjiżna xhieda ta’ ekonomija b’saħħitha. L-investiment ta’ €20 miljun li Ryanair se tkun qed tinvesti f ’pajjiżna f ’faċilità għat-tiswija u manutenzjoni tal-ajruplani. Proġett li se jkun qed iwassal għall-ħolqien ta’ madwar 250 impjieg. Impjiegi ta’ kwalità nħolqu wkoll fil-qasam tal-igaming, fost oħrajn mill-kumpanija PressEnter li fl-aħħar xhur irrilokat l-operat tagħha għal

post akbar f ’Tas-Sliema, hekk żiedet b’mod sostanzjali l-operat. Ovvjament fuq dak li rnexxielna nagħmlu matul dawn il-100 jum, ma nistax ma nsemmix li ħriġna mil-lista l-griża tal-FATF. U dwar dan nixtieq nirringrazzja entità, ilMalta Business Registry taħt id-dekasteru tiegħi li flimkien ma numru ta’ entitajiet oħra ħadmu qatigħ biex niksbu dan ir-riżultat. Fiż-żmien li ġej se nkunu wkoll qed nindirizzaw numru ta’ sfidi li jiltaqgħu magħhom in-negozjanti, speċjalment dawk żgħar, medji u selfemployed u dawk li jkun filproċess li jiftħu negozju. Se nkunu qed nestendu d-dritt għall-kont bankarju għas-self-employed u n-negozji, b’konformità marregolamenti Ewropej ta’ superviżjoni finanzjarja. Se nkunu qed inwaqqfu wkoll Credit Review Office fuq il-mudelli użati minn pajjiżi oħra Ewropej. Dan l-uffiċċju se jkun qed

jirrikonċilja u jarbitra bejn il-banek kummerċjali u l-klijenti tagħhom dwar applikazzjonijiet għal self li jkun ġie rifjutat u se jkollu l-irwol li jassigura li s-sistema ta’ self taħdem b’mod effettiv, l-aktar għan-negozji ż-żgħar u s-self-employed. Nafu wkoll li numru ta’ entitajiet governattivi jitolbu għall-proċess ta’ due diligence. Għaldaqstant, se nkunu qed naraw kif bħala l-ewwel pass, dan il-proċess ta’ due diligence jsir wieħed u l-informazzjoni tkun tista’ tiġi maqsuma mal-entitajiet governattivi konċernati. It-tieni pass ikun li dan ilproċess jinfetaħ ukoll għassettur privat fuq quddiem nett mal-banek. Nistgħu nibqgħu għaddejjin u nsemmu aktar riformi u proġetti li diġà wettaqna f ’100 jum u ftit biss. Flimkien bħala Gvern, se nkomplu nsarrfu l-fiduċja li tajtuna f ’Marzu, f ’opportunitajiet biex inkomplu jkollna suċċess ekonomiku għal kulħadd.

IS-SIGURTÀ U L-PROTEZZJONI

MICHAEL FARRUGIA Membru Parlamentari

Tul il-perjodu li għamilt bħala Ministru responsabbli mill-Pulizija u mis-Sigurtà Nazzjonali kelli l-opportunità li nagħraf id-dedikazzjoni, l-abbiltà u l-kapaċità talmaġġoranza tal-korpi dixxiplinati f ’pajjiżna. Kien il-perjodu fejn sar l-ewwel ftehim kollettiv bi ftehim mal-unions talKorp tal-Pulizija. Ftehim li kellu jservi bħala l-bażi talftehimiet kollettivi tal-korpi dixxiplinati l-oħra. Għallewwel darba twaqqaf fond bħala assikurazzjoni għall-

korpi dixxiplinati f ’każ li xi membru jweġġa’ b’mod permanenti waqt il-qadi ta’ dmirijietu. Konxji mill-fatt tal-bżonn ta’ tisħiħ f ’dawn is-setturi, inħolqu mhux biss opportunitajiet ta’ ħidma wara l-ħin tax-xogħol normali, iżda żdiedet l-għodda biex isiru l-investigazzjonijiet, relazzjonijiet importanti ma’ istituzzjonijiet barranin u mhux aktar x’niddubbaw jew second hand. Biss biss il-vetturi kważi kollha talKorp tal-Pulizija huma ġodda filwaqt li l-Protezzjoni Ċivili bdiet tara trasformazzjoni inkluż tal-inġenji tagħha biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet tal-lum. Parti importanti tal-ħidma li forsi ftit li xejn tidher u li sfortunatament diversi entitajiet, ’il barra millkorpi dixxiplinati, u li ma jagħtux daqshekk importanza tirrigwarda l-prevenzjoni. Kien għalhekk li bdew isiru laqgħat ta’ risk assessment u risk management għal ċirkostanzi differenti, kemm

dawk naturali kif ukoll dawk maħluqa mill-bniedem. Ħafna drabi teżisti t-tendenza li xi ħaġa li qatt ma ġrat f ’pajjiżna neħduha bħala fatt li qatt mhu se jiġri. Pajjiżi oħra għaddew minn dan ix-xenarju. Imma wara li ġraw ċirkostanzi, li qatt ma ħolmu li jistgħu jiġru, meta twettqu ttieħdu l-inizjattivi kollha ħalli jipprevenu milli qatt jistgħu jerġgħu jiġru. Riċentement qamet diskussjoni dwar il-barrikati li hemm madwar il-Parlament ta’ Malta. Żgur li ma kinux ippjanati minn Renzo Piano. Imma daqstant ieħor ma kinux saru pjanijiet ta’ sigurtà f ’postijiet strateġiċi ta’ importanza ta’ sigurtà nazzjonali. Li jiġu xi wħud jinsistu li għandhom jitneħħew il-barrikati minn madwar il-bini tal-Parlament Malti mingħajr ma joffru alternattivi adekwati juri b’mod ċar ta’ kemm dawn ilpersuni m’għandhomx l-iċken idea ta’ xi tfisser sigurtà.

Biss huwa fatt li dawn ilbarrikati joffru protezzjoni minima għall-aħħar. Agħar minn hekk hemm binjiet strateġiċi li għandhom protezzjoni rudimentali u minima għall-aħħar. Din l-evalwazzjoni kienet bdiet. Trid il-fondi biex titwettaq. X’qed nistennew? Li jiġri xi ħaġa? Importanti li nitgħallmu mill-esperjenzi qarsa ta’ ħaddieħor. Min-naħa l-oħra ma tagħmilx sens li meta tfalli sistema ta’ sigurtà jittieħdu passi li jirrestrinġu l-libertà. Ir-Residenza San Vincenz de Paul, fil-parti kbira tasswali jitmexxew bħala open wards. Kien diġà beda xogħol li jrid iwassal għal sigurtà aħjar kemm f ’kull parti ta’ San Vinċenz de Paul, inkluż unit li tkun kapaċi tikkontrolla l-eventwalità ta’ nirien sakemm jaslu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili. Fl-estimi għall-Baġit ta’ din is-sena ddaħħal line item biex titwaqqaf din il-

unit li flimkien ma’ struttura ta’ membri tas-sigurtà aktar imħarrġa, toffri l-protezzjoni meħtieġa. Barra minn hekk, fl-interess tar-residenti talakbar kumpless għall-anzjani, jeżistu gadgets li joffru serħan il-moħħ mingħajr deċiżjonijiet mgħaġġla li jirrestrinġu l-kunċett ta’ open ward. Għalhekk huwa importanti li jibdew isiru risk assessments tal-operati ta’ diversi entitajiet u għas-sigurtà ta’ diversi binjiet u d-dawra ta’ madwarhom. Waqt attivitajiet tal-massa dan diġà qed isir u jittieħdu l-passi neċessarji. Hekk ukoll diġà qed isir fil-maġġoranza ta’ postijiet strateġiċi u ta’ importanza ekonomika. Imma sfortunatament għad hemm binjiet li mhumiex protetti u jeħtieġu t-tisħiħ tassigurtà infrastrutturali u talħaddiema li jaħdmu fihom. Importanti li tittieħed azzjoni ta’ prevenzjoni attiva mhux proattiva.


14

17.07.2022

IL-MALTA JAZ

It-32 edizzjoni b’dedikazzjoni għall-ewwel dirett Din is-sena Malta tilfet artist kbir; tilfet ġgant tal-mużika Jazz, Charles Gatt, jew kif inhu magħruf aħjar bħala s-City. Mużiċist, drummer ta’ vera u pittur li fuq kollox ħalla legat imprezzabbli fix-xena tal-mużika Jazz lokali. Proprju dan il-festival, il-Malta Jazz Festival, huwa legat kbir tiegħu. Permezz tal-enerġija u l-passjoni li kellu għall-Jazz u għall-arti b’mod ġenerali, hu rnexxielu jispira diversi artisti biex isegwu l-ħolm tagħhom u ma jħallu xejn iwaqqafhom. Il-Malta Jazz Festival sar għall-ewwel darba fis-sena 1990, u minn dakinhar ’l hawn qed isir appuntament annwali fil-Belt Valletta. F’dan il-festival nistgħu nsegwu artisti jsaħħru lil kull min jattendi bil-mużika Jazz - il-mużika divertenti żżomm lill-folla fuq ix-xwiek mill-bidu sat-tmiem tal-ispettaklu. Festival għal kull min iħobb il-Jazz, pakkett sħiħ ta’ serata divertenti. L-avveniment kiseb reputazzjoni tajba ferm bis-sehem ta’ wħud mill-artisti tal-Jazz tal-ogħla livell. Il-festival huwa popolari għall-mod kif jirrappreżenta l-istorja tar-reġjun permezz tal-mużika f’ambjent pittoresk. Għal aktar minn 30 sena, inkomplu nżommu ħajja r-ruħ tal-Jazz fil-gżira sabiħa ta’ Malta. Din is-sena proprju t-tema ewlenija, kienet li tibqa’ tiġi mfakkra l-memorja tas-City permezz ta’ edizzjoni ddedikata għalih. Fil-fatt, din is-sena Festivals Malta kkummissjonat id-disinjatur Ivan Sciberras minn Studio Eleven54 biex joħloq id-disinn tal-kampanja promozzjonali tal-festival. L-illustrazzjoni turi lil Charles Gatt idoqq id-drums li l-artist tah l-isem ta’ Tribute to the Jazzman. Dan il-poster uffiċjali nħareġ għall-bejgħ f’edizzjoni limitata ta’ 125 poster flimkien mal-aħħar ftit kopji oriġinali tal-album esklussiv tas-City li jġib l-isem ta’ Talking li Charles irrekordja fl-2020 ma’ Dominic Galea. Dan l-album fih mużika li kkompona Charles stess fl-1982 u tixhed l-istil uniku li kellu dan id-drummer leġġendarju għaliex għandha “odd time signature”, ritmu kkumplikat li tant kien magħruf għalih is-City. Din is-sena l-programm kien jinkludi diversi artisti lokali u internazzjonali li ma jridu l-ebda introduzzjoni fix-xena talJazz, artisti bħal John Scofield, Richard Bona, Alfredo Rodriguezz, Joel Ross, Danny Grisset, u Yusan fost ħafna oħrajn! Kien hemm ukoll diversi jam sessions u masterclasses


17.07.2022

ZZ FESTIVAL

tur artistiku tal-festival Jazz- Charles “City” Gatt b’xejn matul il-ġimgħa tal-festival. Bħal kull sena saret esibizzjoni tal-arti u l-fotografija fil-Phoenicia Hotel li hija ddedikata lil Charles, din is-sena bl-isem ta’ City Lights - A Charles Gatt Retrospective. Ikkurata minn Dr Charlene Vella din l-esibizzjoni fiha diversi xogħlijiet artistiċi tas-City u se tkun miftuħa għall-pubbliku sal-aħħar ta’ Lulju. IsCity mhux biss kien ċelebrità lokali tal-mużika Jazz, imma kien artist bravissimu tal-arti astratta u permezz ta’ din l-esibizzjoni nistgħu ngawdu l-pitturi li ħalla warajh. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Dr Owen Bonnici qal lil din il-gazzetta li l-Jazz Festival hu avveniment ewlieni fil-kalendarju kulturali ta’ pajjiżna. “Dan il-programm mhux biss kien fih varjetà, iżda ra s-sehem ta’ artisti lokali u internazzjonali kif ukoll xelta ta’ avvenimenti, fejn innies setgħu jieħdu pjaċir u b’hekk stajna wkoll nagħtu spinta ekonomika lill-pajjiż,” qal Dr Bonnici dwar l-edizzjoni ta’ din is-sena. Dr Bonnici kompla jgħid li l-Gvern determinat li jkompli jinvesti f’dan il-festival li jservi wkoll bħala pjattaforma fejn l-artisti jesponu t-talenti tagħhom. “Dan il-festival jiċċelebra l-ġmiel tal-mużika Jazz u ser inkomplu naħdmu biex dan il-festival ikompli jkun ta’ suċċess sena wara sena u jibqa’ jkun appuntament annwali. Irridu niżguraw li aktar kantanti Maltin ikollhom opportunitajiet biex ikomplu jibnu l-karrieri mużikali tagħhom b’mod professjonali u bl-ogħla livell, kif nistgħu naraw ċar f’dan il-festival”. Kelliem għal Festivals Malta spjega kif din is-sena waqt il-Malta Jazz Festival, l-entità ħadet l-opportunità li tippreżenta diversi inizjattivi li kellhom isiru għat-30 anniversarju tal-istess festival iżda li ma sarux minħabba l-pandemija. “Ħadna l-opportunità wkoll li f’din it-32 edizzjoni niċċelebraw l-ewwel direttur artistiku tal-festival - Charles City Gatt, missier il-Jazz f’Malta li sfortunatament ħalliena aktar kmieni din is-sena. Din l-edizzjoni saret bi tribut għalih u biex infakkru l-memorja tiegħu,” qal il-kelliem għal Festivals Malta. Dan il-festival sar bejn il-11 u s-16 ta’ Lulju fejn ilbieraħ rajna t-tmiem ta’ din l-edizzjoni u nistgħu ngħidu bla dubju ta’ xejn li għal darb’oħra kienet ta’ suċċess kbir.

15


16

17.07.2022

JISSOKTA T-TWETTIQ U T-TIĠDID

CATHERINE FENECH Segretarja tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Wara t-twettiq tal-wegħdi elettorali dwar l-emendi fil-liġi tal-IVF u kif ukoll li ngħataw lura lin-nies l-art fiż-Żonqor u fil-Kottonera mal-100 jum ta’ din il-leġiżlatura ġdida, issa li l-Parlament aġġorna għal btajjel tas-sajf, il-ħidma tal-Gvern kompliet b’saħħa u komplew jiġu implimentati wegħdiet elettorali sinifikant. Din ilġimgħa twettqu tliet wegħdiet elettorali li se jolqtu fil-pożittiv il-kwalità tal-ħajja tal-familji tagħna. Għaxart ijiem leave mħallsa għall-paternità lill-missirjiet kollha; erba’ xhur leave għall-ġenituri, xahrejn minnhom imħallsa u ħamest ijiem leave għall-persuni li jkunu qed jindukraw jew jieħdu ħsieb persuni vulnerabbli jew tfal żgħar. Din il-ħidma u diversi ħidmiet oħra partikolarment fit-tisħiħ tal-governanza u s-saltna tad-dritt qed jidhru u jinħassu sew. Ftit tal-ġranet ilu kellna mill-ġdid tbassir ekonomiku mill-Kummissjoni Ewropea għas-sajf. It-tkabbir ekonomiku f ’pajjiżna għal din is-sena se jkun akbar minn dak previst, minkejja l-impatt tas-sitwazzjoni internazzjonali. Il-Kummissjoni Ewropea qed tbassar li, din is-sena, l-ekonomija Maltija se tikber bi kważi ħamsa fil-mija. Fl-aħħar tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea, li ġie ppubblikat f ’nofs Mejju li għadda, tbassar li l-ekonomija Maltija kellha tikber b’erbgħa punt tnejn fil-mija. Però f ’dan l-aħħar tbassir tas-sajf, il-Kummissjoni Ewropea rrevediet ’il fuq dan it-tbassir ekonomiku, minkejja l-isfidi internazzjonali ta’ bħalissa, ikkawżati minħabba l-gwerra fil-Lvant tal-Ewropa. B’kuntrast, il-medja tat-tkabbir tal-ekonomija tal-Unjoni Ewropea kollha kemm hi ġiet riveduta ’l isfel. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni Ewropea qalet li l-fatturi ewlenin wara r-riżultati pożittivi ta’ pajjiżna huma d-domanda domestika kif ukoll l-irkupru qawwi tat-turiżmu. Il-Kummissjoni Ewropea saħqet li, sas-sena d-dieħla, f ’pajjiżna mistenni jkun hemm l-irkupru kollu mit-turiżmu. Ir-rapport isemmi wkoll l-impatt pożittiv dovut għad-deċiżjoni pożittiva rigward il-pjan ta’ azzjoni maqbul

mal-FATF. Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea jindika wkoll li l-pressjoni tal-inflazzjoni f ’pajjiżna qed tinżamm relattivament baxxa meta mqabbel mal-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea. L-inflazzjoni f ’pajjiżna mistennija tonqos bi kważi żewġ punti u nofs perċentwali, is-sena d-dieħla. Dan kollu ma jiġrix waħdu jew b’kumbinazzjoni. Huwa minnu dak li qal il-Prim Ministru Dr Robert Abela meta saħaq li l-politika tal-Gvern qed tagħmel differenza reali fejn hu meħtieġ. Konfermata Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL Din il-ġimgħa b’vot unanimu erġajt ġejt ikkonfermata mill-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista fil-kariga ta’ Segretarja tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista għas-sentejn li ġejjin. B’umiltà nilqa’ din il-fiduċja u nirringrazzja minn qalbi lil sħabi tal-Eżekuttiv. Insarraf din il-fiduċja b’ħidma li se tkompli b’lealtà, b’konvinzjoni u b’imħabba fi ħdan il-partit li ħabbejt u li sawwarli l-prinċipji soċjalisti u liberali li jiffurmaw it-twemmin u l-karattru tiegħi. Kburija u onorata li naħdem fil-qrib mal-Prim Ministru u l-Mexxej tiegħi Dr Robert Abela u d-Deputati Mexxejja Dr Chris Fearne u l-Perit Daniel Micallef. Li nagħmel parti minn din l-Amministrazzjoni eċċezzjonali u Eżekuttiv tant dedikat, huwa privileġġ. Li nista’ nkun tant qrib il-kumitati lokali, l-attivisti, il-volontiera u l-membri tal-partit hija emozzjoni li diffiċli tiddeskriviha għax nammetti li l-għeruq tal-partit li nbitt minnu, huwa wisq qrib ta’ qalbi u l-punt debboli tiegħi. Ixxurtjata li nifforma parti minn din il-familja, minn dan il-Moviment, minn dan il-Partit.

It-tkabbir ekonomiku f’pajjiżna għal din is-sena se jkun akbar minn dak previst, minkejja l-impatt tas-sitwazzjoni internazzjonali

Sur Editur, Illum irrid inkun konċiż f’dak li se nikteb, Sur Editur. Għax dawn in-Nazzjonalisti bla nifs iħalluk, balleċ. U ma rridx li inti tagħmilha ta’ Nazzjonalist miegħi, ħa ngħidlek, intawwal xi naqra u tqassarli ’l hemm u ’l hawn bl-addoċċ u ġġib l-argument tiegħi bażwi. Bħalma jagħmlu dawn l-għorrief. Għax ġmielhom jaqbu sentenza waħda minn rapport sħiħ u jibnu storja tal-fantaxjenza ta’ moħħhom biex idawru l-istampa. Imma nsomma. Ikomplu jagħmlu hekk u jagħmlulna pjaċir, għax il-kredibbiltà tagħhom mal-poplu diġà qiegħda ottu u jkomplu jġibuha għoqda. U min imur magħhom tiskanta kif jittieħed mill-ewwel. Issa dawn li jkunu attivi magħna u f’daqqa waħda jaqilbu attivi magħhom, il-kredibbiltà tagħhom diġà tkun żero u tkompli tiġi kkonfermata meta jiftħu ħalqhom. Mela qanneċ skont id-Deputat li abrakatabra sar Nazzjonalist, Charles Azzopardi, il-Gvern mhu qed jagħmel xejn dwar l-għoli talħajja. U qalilna dan l-Azzopardi li mill-Partit tal-Labour bl-għeruq Soċjalisti tiegħu, kien jistenna li joħroġ b’soluzzjoni għall-ġid tal-poplu, u mhux, skont dan l-Azzopardi, ma għamel xejn. Qabel mar magħhom dan l-Azzopardi messu studja ftit il-politika tal-partit li mar miegħu. Partit li mill-Gvern żied il-piżijiet iktar minn kemm kienu żdiedu f’kull pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea. Il-partit tal-famuża frażi li kien ħareġ biha Eddie! Eddie! Eddie, “ħa jogħlew il-prezzijiet”. Jien niftakarha din. Il-Gvern tagħna qed jaħdem fuqha din tal-għoli tal-ħajja kontinwament, għidlu lill-Azzopardi. Tant li Malta għandha l-inqas rata ta’ inflazzjoni. Qed jinvesti miljuni kbar biex iżomm il-prezzijiet tal-enerġija stabbli. Ara l-għerf ta’ Bernie tiegħu qal li jekk il-prezzijiet jiżdiedu barra, jiżdiedu f’Malta wkoll. Xi ħlew! Il-Gvern tagħna qed jassisti wkoll f’setturi bħal dak tal-qmuħ u ċ-ċereali u s-sajjieda, fost oħrajn. U ma ninsewx, Sur Editur, li addotta politika li żżid id-dħul tal-familji bi tnaqqis fit-taxxi u żidiet fil-pensjonijiet u ċ-children’s allowance fost oħrajn. Mela ma għamel xejn! X’kull waħda wkoll. U biex ikomplu jagħżqu fil-ħama, skont l-editorjal tan-Nazzjon tagħhom, il-Gvern huwa arrogranti u kattiv u qed jimpika mal-ħaddiema. Issa minn fejn ġabuha din ma nafx, għax jista’ jkun li l-editur tal-ġurnal, jew minn kiteb dan l-imbarazz, raqad ħażin u ħolom ikrah. Probabbli ħolom b’xi 40,000 vot itektku ma’ moħħu. Miskin. U la qed nikteb fuq it-tektik tal-moħħ ftakart f’Karol l-Aquilina, li qal li huwa kburi li neħħa lil Adrian Delia mill-PeNe. Kburi li huwa wieħed minn dawk li qed iġibu l-firda fi ħdanhom dan il-bully. Jgħidu li l-kliem bħaċ-ċirasa, Sur Editur, għax terfa’ waħda, ittella’ qoffa. U l-istess meta nħares lejn dawn, tara wieħed, titfagħhom kollha f’qoffa waħda. Għax m’hemmx minn fejn tagħżel. Kummiedja sħiħa dawn. Ma nafx għaliex qed niftakar li f’Malta se terġa’ ssir il-Comic Con. In-neputi qalli li din tkun tajba ħafna għax dawk kollha dilettanti tal-comics jinġabru hemm u jkollhom xalata. Ma qbiltx li din se ssir Ta’ Qali. Għalija kieku ssir id-Dar Ċentrali tagħhom, id-dilettanti tal-Comics ikollhom xalata akbar. Mela mhux fakin karattru tal-comics trid tkun biex bħala Kap tagħhom tistqarr li l-PeNe għadu għaddej bix-xogħol u qed ikun effettiv, Sur Editur? U dwar xiex qal hekk, Alla jagħtini tunnellata paċenzja bħalma kien ta lil Ġob! Dwar, u ħa nikkwotah eżatt, “l-emendi li għamilna fil-liġi tal-IVF”. Meta qrajtha bdejt inkanta l-litanija tal-Qaddisin bil-maqlub. L-ewwel għamlu kawlata prima f’din tal-IVF issa se joqgħod jiftaħar bl-emendi li qal li għamel. Aħjar is-Sinjur iżommli lsieni! Bħal dak li jaħseb li huwa God’s gift to Democracy, ħu Karol l-Aqulina, il-Kap ta’ dawk li jsejħu lilhom infushom Republika. Skont dan, imnalla kien hu biex il-pulizija qed jagħmlu xogħolhom. Trid tkun prepotenti e! U trid tkun mesħa wkoll biex tgħid hekk. Għad-dieħla!


17

17.07.2022

PJAZZA TEATRU RJAL F’FESTA ORKESTRALI Sensiela ta’ kunċerti orkestra­ li minn din il-ġimgħa li ġejja se jkunu qed jimlew Pjazza Teat­ ru Rjal bl-armonija ta’ mużika klassika u popolari għall-gosti ta’ ħafna. Fil-fatt nhar il-Ġimgħa li ġej, 22 ta’ Lulju, Pjazza Teatru Rjal se tilqa’ l-Almeers Jeugd Symfonie Orkest mill-Olanda. Magħmula minn madwar 80 mużiċist żagħżugħ eċċezzjon­ ali, din l-or­kestra taħt it-tmex­ xija tas-Surmast Hans Welle se tippreżenta prog­ramm varjat b’xogħlijiet ta’ Ludwig van Bee­ thoven, Georges Bizet, Johann Strauss, John Williams u Henry Mancini, fost oħrajn. L-Almeers Jeugd Symfonie Orkest hi bbażata fil-belt ta’ Almere, fiċ-ċentru tal-Olan­ da, iżda daqqet b’mod estensiv kemm f’pajjiżha stess kif ukoll f’diversi pajjiżi fl-Ewropa, fost­ hom fit-Toscana, Berlin, Barċel­ lona, Londra u fi swali prestiġ­ jużi, bħal ma huma r-Royal Concertgebouw ta’ Amsterdam u l-Musikverein fi Vjenna. Id-dħul għal dan il-kunċert se jkun b’xejn, iżda jintlaqgħu donazzjonijiet b’riżq il-Malta Community Chest Fund Foun­ dation. Sadattant fix-xhur t’Aw­wis­su u Settembru se nerġgħu naraw ir-ritorn tal-Malta Concert Or­ chestra wara bidu tassew im­ pressjonanti għal dan l-istaġun sajfi b’“A Night at the Musicals” f’Ġunju u “MCO Pop” f’Lulju li għaddew. Il-Malta Concert Orchestra għandha ppreparat ħafna aktar programmi eċċitanti li żgur se jinżlu tajjeb mas-segwaċi dej­ jem aktar numerużi tagħha. Fil-fatt fil-5 t’Awwissu se tkun qed ittella’ “Elton John Tribute”, waqt li fis-26 t’Awwissu se te­ segwixxi “The Name’s Bond”, li naturalment se jinkludi fih

Il-Malta Concert Orchestra f’waħda mill-esebizzjonijiet tagħha fi Pjazza Teatru Rjal fix-xhur li għaddew il-mużika epika tas-sen­ siela ċinematografika ta’ James Bond. F’Settembru, imbagħad din l-orkestra se tkun qed ittella’ l-ediz­ zjoni ta’ din is-se­ na tal-appunta­ ment annwali ta’ “Notte Italiana”, filwaqt li fis-16 ta’ Settembru se tkun qed ittemm l-impenji tagħha tas-sajf permezz ta’ kunċert ieħor mistenni … “MCO Queen Tribute”.

Il-Malta Concert Orches­ tra, li llum il-ġurnata tinsab fil-ħames sena tagħha mindu

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

bdiet topera minn ġewwa Pjaz­ za Teatru Rjal, kull ma jmur qiegħda tistabbilixxi ruħha sew

fix-xena kulturali lokali. Il-mużiċisti flimkien ma’ għadd ta’ kantanti lokali, taħt it-tmexxi­ ja tad-diretturi tagħ­ ha Mro Paul Abela u Mro Joe Brown, jagħtu prova ta’ kif tista’ żżewweġ pro­ duzzjonijiet ta’ livell għoli ħafna flimkien ma’ kultura aċċessibbli. Dwar dan kollu, wieħed jista’ jikseb aktar tagħrif minn fuq is-sit uffiċjali tat-teatru (www.pjazzateatrurjal.mt) jew inkella fuq il-midja soċjali.


18

17.07.2022

META TARET IL-PORVLISTA Kienu s-sitta u kwart ta’ filgħodu tat-18 ta’ Lulju tal-1806, meta kawża ta’ negliġenza, seħħet splużjoni qawwija fil-Porvlista tal-Birgu, li qatlet bejn 150 u 240 persuna, waqt li madwar 100 ruħ weġġgħu ħafif. Dak iż-żmien, il-ħsara lill-proprjetà kienet stmata li tiswa £35,000. Tagħrif miġbur minn CHARLES B. SPITERI Mappa - splużjoni porvlista

Irridu niftakru li lejn tmiem is-seklu 18 u l-bidu tas-seklu 19, il-porvli kienu jinħażnu f ’kamra fortifikata fil-ħitan tal-fortizza, qrib il-Porta Marina. Irid jingħad li din il-kamra ma kinitx maħsuba biex tintuża għall-ħażna tal-porvli, iżda dak iż-żmien kienet ħaġa komuni li jsir hekk. Għax porvli ieħor kien jinħażen ukoll fi kmamar simili fil-Forti Sant’Anġlu, fil-Forti Rikażli u fl-Imdima. Madankollu, il-magazzinaġġ tal-Birgu kien qrib sew tad-djar u sa minn qabel l-isplużjoni, ir-residenti kemmil darba ressqu l-ilmenti tagħhom minħabba l-periklu li kienu qegħdin jgħixu fih. Fil-verità kienu saru xi tħejjijiet biex jinstabu postijiet oħra, iżda qatt ma rriżulta xejn; għax l-imħażen li fihom suppost kienu jinħażnu l-porvli, kienu qed jintużaw bħala barrakki jew sptarijiet militari. Aktar qabel u sewwasew fit-12 ta’ Settembru 1634, fabbrika tal-porvli fil-Belt Valletta splodiet u qatlet 22 persuna. Hi kkawżat dannu qawwi lill-knisja tal-Ġiżwiti u lill-kulleġġ qrib. U fl-1622, porvli ieħor maħżun f ’turretta ta’ bastjun fil-Belt, sploda wara li ntlaqat minn sajjetta, iżda ħadd ma kien rappurtat li weġġa’. Għalhekk, l-isplużjoni tal-1806 ma kinitx l-ewwel diżastru kkawżat mill-porvli f ’Malta. Splussiv lejn Sqallija

Dakinhar, il-forzi Brittaniċi f ’Malta kienu qed iħejju biex jittrasportaw il-munizzjon splussiv tal-kanuni (shells tal-artillerija), lejn Sqallija, minħabba l-assedju ta’ Gaeta. Grupp ta’ 13-il raġel, taħt it-tmexxija tal-Bumbardier Anderson kienu qed iħejju kunsinna ta’ shells mill-magazzin tal-Birgu, li kien mimli sa ruħ ommu bi 370 bettija li kellhom 18,000 kg ta’ splussiv, kif ukoll 1,600 shell u granati. Anderson kien qed juża furmatur tal-metall biex ineħħi l-fuses minn shells attivati. Dan sar kontra kull struzzjoni. Id-daqqiet mogħtijin wasslu għal xrar tan-nar li kkawżaw l-isplużjoni massiva li saret. Kemm Anderson kif ukoll il-ħaddiema li kellu taħt id-direzzjoni tiegħu, mietu dak il-ħin stess, kif mietu

wkoll tliet suldati Ingliżi tad39 Reġiment tar-Dorsetshire u 23 suldat Malti tat-tieni Battaljun. Terġa’ bejn 150 u 200 ruħ ċivili mill-Birgu mietu wkoll, waqt li bil-ġebel li waqa’ weġġgħu madwar 100 persuna oħra. Kienet splużjoni li werwret lill-abitanti tal-Birgu u nstemgħet sew mill-bliet qrib tal-Isla u Bormla, kif ukoll mill-villaġġi li jdawruhom. Bl-istess splużjoni, parti mill-ħitan taru fl-arja u ħallew fetħa enormi. Id-daħla għal Porta Marina u parti mill-ħajt tal-bastjun iġġarrfu u qatt ma nbnew millġdid. Partijiet mill-imħażen tan-Navy wkoll ġarrbu ħsarat jew inqerdu waqt l-isplużjoni, kif ġralhom numru kbir ta’ djar, kaġun tal-isplużjoni nnifisha u l-ġebel li waqa’ mill-bastjuni. Kien hemm

493 persuna li rrappurtaw mill-Baruni Pietru Pawl Xitelf tal-proprjetà kaġun berras, il-Markiż Giuseppe tal-inċident. Testaferrata, il-Kavallier Gregorio Mattei u l-Ingliż Maltin irrabjati George Noble, li immedjatament bdew jeżaminaw u Ħafna Maltin kienu rrab- jiddeċiedu kull għajnuna jati għall-imwiet ta’ ħuth- meħtieġa għall-familjari om u waħħlu fin-negliġenza tal-vittmi u dawk li sofrew xi tal-militar, waqt li l-Kum- korriment jew ħsarat fil-promissarju Alexander Ball, prjetà tagħhom. għalkemm qabel man-negAlexander Ball ħeġġeġ liġenza, li kienet ta’ min jist- ukoll lill-Gvern biex jagħmerrha, irrapporta li: “dawk ti kumpens sħiħ, ħaġa li il-Maltin li ma tantx kienu għall-bidu kienet miċħuda. jaraw għajn m’għajn mal- Lord Castlereagh warrab din Gvern, rewħu fuq il-ġamar u it-talba u qal: “Dawk li jgħixu ħolqu aġitazzjoni billi kabb- fi gżira fortizza għandhom ru n-numru tal-imwiet u ta’ ikunu suġġetti għar-ridawk li weġġgħu.” skji marbutin magħha, Il-vittmi u l-familjari waqt li fl-istess ħin igawdu ngħataw kumpens parzjali mill-vantaġġi tal-qagħda li u l-istess Ball waqqaf kumi- toffri. Madanakollu, hu dmir tat biex jassigura għajnuna u tagħhom li jassiguraw lilhom distribuzzjoni skont il-ħaqq. infushom minn inċidenti Dan il-kumitat kien magħmul bħal dawn billi jkollhom assigurazzjoni.” Iżda eventwalment qabel li l-foqra jirċievu kumpens li jlaħħaq għal żewġ terzi tal-ammont tal-proprjetà li kellhom u li nqerditilhom, waqt li s-sinjuri jingħataw nofs il-valur tal-proMir-rapport tal-Malta Garrison jirriżulta li kien hemm prjetà li kellhom. B’kollox, is-somma mħallsa fl-1811, lil 493 individwu li rrappurtaw li nqerditilhom il-proprjetà dawk li ressqu t-talba għallli kellhom. Ċertu Woodhouse, negozjant tal-inbid, tilef kumpens, kienet tlaħħaq £18, 066.5s.10d.

ammont kbir tal-ħażna tiegħu u bħala kumpens, il-Gvern tah imħażen enormi f’dak li kien il-Ħabs tal-Iskjavi fil-Belt Valletta, fi Strada Levante

493 bla dar Mir-rapport tal-Malta Garrison jirriżulta li kien hemm 493 individwu li rrappurtaw li nqerditilhom il-proprjetà


19

17.07.2022

TAL-BIRGU

Triq il-Vittmi tal-Porvlista

Wara li n-numru tal-mejtin kompla tiela’ minn jum għal ieħor, il-problema ta’ nuqqas ta’ oqbra saret akuta li kellhom. Ċertu Woodhouse, negozjant tal-inbid, tilef ammont kbir tal-ħażna tiegħu u bħala kumpens, il-Gvern tah imħażen enormi f’dak li kien il-Ħabs tal-Iskjavi fil-Belt Valletta, fi Strada Levante. B’hekk warrab it-talba tiegħu għal kumpens finanzjarju. Illum il-ġurnata, triq qrib ta’ fejn seħħet l-isplużjoni ngħatat l-isem ta’ Triq il-Vittmi tal-Porvlista, waqt li fl2006, is-Soċjetà Storika u Kulturali tal-Birgu waħħlet lapida kommemorattiva maċ-ċimiterju ta’ San Lawrenz, biex tfakkar il-200 anniversarju tad-diżastru. F’dan iċ-ċimiterju hemm midfunin bosta mill-vittmi ta’ dakinhar. Skont rapport li deher fir-rivista Iż-Żejtun ta’ 21 sena ilu, l-isplużjoni kienet riegħdet l-inħawi tal-Kottonera u nstemgħet kważi minn Malta kollha, tant li diversi djar filBelt Valletta wkoll irrappurtaw li nkisrilhom il-ħġieġ. L-ewwel Żejtuni li jissemma bi prominenza b’konnessjoni ma’ dik id-diżgrazzja hu

l-Capo Mastro Michele Cachia, li ssejjaħ mill-Amministrazzjoni u ngħata l-inkarigu li jneħħi l-ġebel u materjal ieħor ikkawżat mit-tiġrif u fl-istess ħin jaqla’ lill-mejtin minn taħt it-tifrik. Kaġun tal-isplużjoni, dakinhar stess kienu nstabu 59 katavru ta’ rġiel, nisa u tfal. 40 minnhom indifnu fil-knisja ta’ San Lawrenz u l-bqija fil-knisja tal-Lunzjata. Bihom imtlew l-oqbra disponibbli fil-Birgu. It-22 katavru li nstabu l-għada ndifnu fil-knisja ta’ San Publiju fil-Furjana. It-tiftix għall-katavri baqa’ sejjer bla waqfien u sa jumejn wara, kienu nstabu 88 vittma. Ftuħ taċ-ċimiterju fil-Birgu Wara li n-numru tal-mejtin kompla tiela’ minn jum għal ieħor, il-problema ta’ nuqqas ta’ oqbra saret akuta. L-Isqof Labini kkoopera u awtorizza lil Dun Giovanni Busuttil, Kappillan tal-Birgu, biex minnufih jikkonsagra biċċa art fil-konfini tal-parroċċa

tiegħu ħalli fiha jsir id-dfin Nisrani mistħoqq lill-vittmi u fl-istess waqt tkun evitata xi epidemija. Fiċ-ċimiterju tal-Birgu nsibu li kienu ndifnu 45 persuna. L-iżgħar persuna kienet Giovanni Dimech, li kellu biss ftit xhur, waqt li l-ikbar kienu Rosa Orsolini mill-Birgu u Giuseppe Vassallo minn Bormla, li kellhom 70 sena. Fl-età ta’ bejn sena u sbatax, insibu fil-brakketti l-etajiet. M’Concetta Bordun (1), Paolo Dimech (1), Liberata Mallia (1), Vincensino Vassallo (2), Angela Mallia (3), Paolo Cassar (5), Giovanni Ellul (8), Anna Gauci (11), Michele Portelli (12), Giuseppe Pirò (13), Theresa Schembri (13), Gaetano Grech (14), Maria Gauci (15) u Angelo Grech (17). Bejn l-età ta’ 18 sa 40 sena ndifnu Rosa Gauci (18), Giuseppa Marmarà (18), Luigi Schembri (19), Concetta Marmarà (20), Maria Mallia (24), Giuseppe Schembri (24), Francesco Demicoli (25), Maria Demicoli (25), Luigi Scicluna (25), Giuseppe Zahra

Il-knisja Ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta (29), Saverio Damato (30), Anna Dimech (30), Gabriele Pace (30), Giacchino Schembri (30), Paolo Agius (33), Luigi Fleri (33), Andrea Sapiano (33), Antonia Serracino (33), Maria Azzopardi (34) u Paolo Zahra (35). Finalment, dawk ta’ età akbar: Paolo Sapiano (46), Caterina Scicluna (48), Caterina Bonavia (50), Antonia Farrugia (50), Liberata Bartolo (52), Giuseppe Grech (55), Theresa Bonnici (60), Ursula Gauci (60), Rosa Orsolini (70), Giuseppe Vassallo (70). Il-Capo Mastro Michele Cachia ngħata wkoll l-inkarigu li jagħmel tibdil f’dak li kien il-Ħabs tal-Ilsiera, taħt ilKastell Sant’Anġlu, li kellu jservi bħala kenn temporanju għall-abitanti tad-djar milqutin. Iżda dak li kellu jkun kenn temporanju, twal għal bosta snin.

seħħet fil-fabbrika tal-porvli tal-Ordni ta’ San Ġwann, fil-Belt Valletta. Hi splodiet aċċidentalment u qatlet 22 persuna barra mill-ħsara li kkawżat lil numru ta’ djar. Il-fabbrika kienet inbniet f’xi żmien lejn l-aħħar tas-seklu 16 u l-bidu tas-seklu 17, biex ħadet post ieħor aktar antik li kien hemm fil-Forti ta’ Sant’Anġlu fil-Birgu u kienet inbniet fin-naħa t’isfel tal-Belt Valletta, qrib il-Ħabs tal-Iskjavi. Kif għedna, l-isplużjoni kkawżat ħsara enormi fil-knisja tal-Ġiżwiti u l-kulleġġ. Il-faċċata tal-knisja reġgħet inbniet għall-ħabta tal-1647; 13-il sena wara millArkitett Francesco Buonamici. Anki l-kulleġġ kellu jerġa’ jinbena wara din l-isplużjoni. Il-fabbrika tal-porvli ma reġgħetx inbniet fejn kienet. Minflok inbniet oħra għall-ħabta tal-1667 fil-FurL-isplużjoni tal-Belt Valletta jana, ’il bogħod minn postijiet residenzjali. Lejn il-bidu Għar-rigward tal-ispluż- tas-seklu 18, din il-fabbrika joni ta’ qabel, dik tat-12 kienet inkorporata fil-kumpta’ Settembru 1634, kienet less tal-Ospizju.


20

17.07.2022

IL-MADONNA TAL-KARMNU FIL-ĠMIEL TAN-NATURA MALTIJA Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Il-medda tal-art bejn isSiġġiewi, ir-Rabat u Ħad-Dingli hija magħrufa bħala “tal-Fawwara”. It-toponomastika ta’ dan il-lokal ġejja minn għajn antika ħafna, magħrufa għall-kwantità ta’ ilma li jnixxi minnha li hemm f’dawk l-inħawi. Iż-żona hija tassew sabiħa u pittoreska, u l-parti kbira tagħha għadha ma tilfitx il-ġmiel naturali tagħha. Minn fuq saff tat-tafal joħorġu l-miġriet ta’ ilma ġieri li l-Fawwara hija magħrufa għalihom. Fiż-żona nsibu żewġ knejjes żgħar: l-ewwel waħda hija ddedikata lill-Annunzjazzjoni tal-Madonna filwaqt li t-tieni waħda, dik mibnija aktar ’il ġewwa fil-wied, hija ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu. Din il-knisja hija mibnija fuq l-għajn fawwara li minnha ħadet isimha l-art. Iż-żona mhix nieqsa minn ċertu interess storiku mħallat bi stejjer antiki ħafna li l-oriġini tagħhom ġejja minn żmien meta l-istorja tiżżewwaq mal-leġġenda. L-aktar antiki fost dawn ġejjin minn żmien l-Għarab, mis-seklu 13. Fl-arkivju tal-Katidral tal-Imdina nstabu żewġ referenzi ta’ ċertu Dun Franġisk Cilia li miet nhar il-15 ta’ Settembru 1864. Fihom hu jfakkar il-mewt ta’ numru ta’ tfajliet minn dawk l-inħawi, li ġew maqtula fuq l-ordni tal-kmandant qalil Ali Sid, li kien wieħed mill-aħħar kmandanti Għarab li ħallew in-Normanni wara l-miġja tagħhom f’dawn il-gżejjer. L-istorja tal-Fawwara hija ankrata sew mal-element tal-ilma u prattikament nistgħu ngħidu li l-bdiewa tal-Fawwara kienu jgħixu bl-ilma ta’ din l-għajn. Il-leġġenda tgħid li fil-bidu tas-seklu 17 kien hemm nixfa kbira, tant li l-ġiebja tal-għajn nixfet u deher li l-għajn waqfet tnixxi l-ilma. Naturalment dan in-nuqqas ħasseb sewwa lill-bdiewa li kienu jafu li mingħajr l-ilma tal-għajn setgħu jaqtgħu jieshom minn ħsad tajjeb ieħor. Dan l-inkwiet wassal lil Ġlorma Ciantar, li kienet sidt ta’ diversi għelieqi f’dawk

l-imkejjen, biex tagħmel wegħda lill-Madonna li jekk l-ilma jerġa’ jfeġġ fl-għajn, hija tibnielha knisja f’waħda mill-għelieqi tagħha. L-ilma ma damx ma reġa’ beda jiġri mill-għajn, aktar abbundanti minn qabel! Ilbdiewa serrħu rashom minn ħobżhom ta’ kuljum għax grazzi għall-ilma l-għelieqi tagħhom ħadu l-ħajja millġdid. Ġlorma żammet kelmtha u fl-atti tan-nutar Pietro Paolo Vincella nhar il-5 ta’ Marzu 1616 hija ħalliet biżżejjed flus biex tinbena l-knisja ċkejkna ddedikata lil Madonna tal-Karmnu fil-post fejn għadha tinsab illum. Fl-istess atti nsibu li Ciantar ħalliet il-knisja f’idejn il-Fratellanza tal-Madonna tal-Karità mwaqqfa fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu tal-Belt. Ġlorma ħalliet ukoll somma flus biex kull tfajla kunjomha

Ciantar li tiżżewweġ f’ġurnata partikulari tingħatha xi ħaġa minnha biex tkun ta’ għajnuna għaliha fil-bidu tal-ħajja ġdida tagħha. Il-kappella li hemm illum reġgħet inbniet fl-1669 mill-istess Fratellanza meta l-prokuratur tagħha kien Pasquale Bonanno. Huwa maħsub li fl-1756 il-knisja reġgħet ġiet irranġata u ħadet id-dehra li għandha llum. Għandha forma kwadra u fuq l-erba’ pilastri tagħha sserraħ koppla żgħira bla lanterna. Maġenb il-koppla hemm kampnar żgħir li fih qanpiena waħda li l-ħoss tagħha fl-imgħoddi kien iħajjar lill-bdiewa li kienu joqogħdu hemm biex jattendu għal-liturġija. Quddiem il-bieb tal-knisja hemm zuntier żgħir li minnu tidher veduta verament sabiħa ta’ għelieqi u baħar li

f’nofsu hemm il-gżira ta’ Filfla. Tinfed mal-knisja hemm dar żgħira li s-sular t’isfel tagħha jintuża bħala sagristija. Minn ġewwa l-knisja għandha altar wieħed iddedikat lill-Madonna tal-Karmnu. Għandha prospettiva elaborata ħafna - kollha kemm hi miżbugħa b’tali mod li tidher qisha rħamata u fuqha nsibu l-arma tal-Fratellanza talKarità. L-altar huwa magħmul minn ġebel, injam u tila. F’niċċa fuq ix-xellug tal-altar hemm statwa ħelwa tal-injam tal-Madonna tal-Karmnu. Fl-istil tagħha tixbah ħafna lil diversi statwi li jinsabu fil-knejjes Maltin iżda li nħadmu lejn nofs is-seklu 20 f’Bolzano, l-Italja. Probabbilment din inħadmet hemm f’dak iżżmien ukoll u fiha l-Madonna hija liebsa l-libsa Karmelitana. Il-pittura ta’ fuq l-altar hija sabiħa u tiġbed l-għajn.

Tirrappreżenta lill-Madonna bil-Bambin f’ħoġorha u t-tnejn qed iżommu labtu f’idejhom. Taħthom, wieħed fuq kull naħa, hemm San Ġlormu u Santa Katarina ta’ Lixandra jħarsu lejhom. Bejn dawn iż-żewġ qaddisin, hemm grupp żgħir ta’ fratelli b’wiċċhom mgħammad bl-emblema ‘Charitas’ f’nofshom. Id-data 1674 hija d-data ta’ meta tpitter il-kwadru, ħames snin wara li reġgħet inbniet il-knisja iżda sfortunatament mhux magħruf min pitter din il-pittura. Insibu żewġ kuruni mwaħħlin fuq irjus tal-Madonna u tal-Bambin, kif ukoll stellarju mwaħħal madwar ras il-Madonna. Fis-sagristija nsibu wkoll imdendlin mal-ħitan diversi ex voto tal-fidda li jirrappreżentaw fost l-oħrajn trabi, idejn, riġlejn u għajnejn - kollha tifkiriet ta’ grazzji li


21

17.07.2022

l-Madonna qalgħet lid-devoti tagħha. Il-festa tal-Madonna tal-Karmnu f’din il-kappella ġeneralment issir Ħadd wara l-festa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt. Fiha l-fratelli kienu jorganizzaw quddiesa f’din il-knisja u jitqassmu wkoll il-labtijiet lil min jattendi. Wieħed jistagħġeb kif naqra

ta’ knisja f’nofs l-għelieqi fejn illum qajla jmorru nies xi storja rikka jista’ jkollha, u kemm affarijiet ta’ preġju jista’ jkun fiha! Tassew li d-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu kienet verament qawwija mhux biss fost il-bdiewa ta’ dawk l-inħawi imma fost il-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu!

Fl-istil tagħha tixbah ħafna lil diversi statwi li jinsabu fil-knejjes Maltin iżda li nħadmu lejn nofs is-seklu 20 f’Bolzano, l-Italja. Probabbilment din inħadmet hemm f’dak iż-żmien ukoll u fiha l-Madonna hija liebsa l-libsa Karmelitana


22

17.07.2022

CHRISTABELLE CAMILLERI

FETĦET PAĠNA FUQ FACEBOOK DWAR IT-TEMTIM - ISPEAK Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Il-bniedem kultant ikun isofri minn xi ħaġa moħbija fih innifsu, li n-nies tal-madwar lanqas ikunu jafu, sakemm ma jagħmluhiex ma’ dak li jkun ta’ spiss. Dan l-aħħar sirt naf b’persuna li minn ċkunitha bdiet ittemtem kull meta titkellem, u għada sal-ġurnata tal-lum. Imma tipprova li din ma taffetwahiex fil-ħajja ta’ kuljum tagħha. Anzi qed tgħin persuni oħra bħalha għal aktar għarfien, billi ħolqot paġna fuq Facebook. Qed nirreferi għal Christabelle Camilleri. Għandha 29 sena u toqgħod Birkirkara. Miżżewġa u omm ta’ tifel ta’ sitt snin. Taħdem bħala learning support educator ġo skola primarja. Bħala passatempi, tħobb issegwi serje fuq it-televixin, taqra l-kotba u tagħmel l-eżerċizzju. Bħala persuna tqis lilha nnifisha soċjevoli ħafna, imma sakemm tidra tkun ftit kwieta. Tħobb tkun f’kumpanija tajba u tagħmel affarijiet differenti biex tara lil ħaddieħor jieħu gost ukoll. Sabet ħafna bsaten fir-roti biex tasal għall-għan tagħha Christabelle bdiet tlaqlaq minn mindu kellha erba’ snin u skont il-ġenituri tagħha, ma kien hemm ħadd fil-familja li kellu l-istess problema qabel. B’hekk iddiskutejt magħha fuq liema livell ta’ tlaqliq kienet tpaċpaċ, fis-sens kemm ta’ spiss u kif kien jaffettwalha ħajjitha maż-żmien. “Minn meta kont żgħira minn dejjem inpaċpaċ ħafna. Imma ġraw xi sitwazzjonijiet li ma kellix kontroll fuqhom li affettwani kemm bħala lingwa, kif ukoll kif nitkellem. Ġejt affettwata f’diversi affarijiet bħal pereżempju kont niddejjaq meta niġi biex naqra fil-klassi. Meta mort is-sekondarja, xtaqt li nidħol fid-drama, imma għall-bidu kienet diffiċli ħafna għaliex ma kontx inkun nista’ nagħmel bħall-oħrajn. Anke meta ġejt biex nagħżel karriera sibt ħafna bsaten fir-roti biex nasal għall-għan tiegħi u bdilt d-direzzjoni ħafna drabi, imma wasalt ukoll,” bdiet tiftaħ qalbha tgħidli. Mistoqsija jekk f’dak iż-

żmien, kienx hemm xi tip ta’ għajnuna f’dan ir-rigward, Christabelle weġbitni: “Bdejt nattendi terapija ma’ professjonisti differenti fejn tgħallimt nuża diversi strateġiji u nipprattika eżerċizzji biex innaqqas mit-tlaqliq u nġib iktar kunfidenza fija nnifsi. Kont parti minn grupp ta’ nies li niltaqgħu darba fix-xahar fejn naqsmu esperjenzi u modi differenti kif ngħixu fil-ħajja ta’ kuljum. Minn hawn tgħallimt li mhux jiena biss nista’ nsib problema. Dawn il-laqgħat huma mexxija minn Dr Joseph Agius u diversi speech therapists oħrajn u huma miftuħa għall-adulti. Isiru laqgħat simili għat-tfal ukoll,” stqarret miegħi. Kompliet tgħidli li meta kienet tattendi l-iskola sekondarja ta’ Pembroke, kienet fil-grupp tad-drama fejn kellha l-opportunità tegħleb il-mistħija u trabbi kunfidenza sħiħa fiha nnifisha. Kien hemm punt fejn kienet

taħseb li kienet fieqet minn dan it-tlaqliq. Iżda fis-sena 2010 ġraw ċerti sitwazzjonijiet f’ħajjitha fejn kellha relapse u reġgħet bdiet tieħu t-terapija minn speech pathologist u anke iktar ’il quddiem minn psikologa wkoll. Ħallejt f’idejha sabiex tgħidli eżatt x’kien ġara. “Kien hemm bħal relapse għaliex bdejt inlaqlaq ħafna iktar milli kont u kelli nerġa’ nibda t-terapija għaliex li kont qed nagħmel waħdi ma kienx biżżejjed. Kelli nuqqas kbir ta’ self-esteem u kont sibt ħafna bibien magħluqin. Iva nemmen li kienu dawn is-sitwazzjonijiet li ġegħluni nerġa’ lura għal li kont qabel”. Hemm nies li forsi qatt ma ħasbu li l-għajnuna tista’ tinstab Magħha ddiskutejt ukoll dwar it-tip ta’ terapija speċjali li kienet tingħata mill-ispeech pathologist u l-psikologa. “Kont nitgħallem diversi

strateġiji differenti bħal kif nieħu nifs, kif naħseb qabel nitkellem. Flimkien mal-psikologa tgħallimt kif għandi nemmen fija nnifsi iktar, ma għandix naqta’ qalbi biex nagħmel xi ħaġa u nesprimi ruħi b’tali mod li nkun pożittiva”. Christabelle kompliet tgħidli li ħadmet f’diversi oqsma bħala customer care agent fl-isptar u anke ġo uffiċċju tal-insurance fejn kellha ċ-ċans tiltaqa’ ma’ ħafna nies biex tkun tista’ tegħleb il-problema, imma xorta taħseb li hawn nuqqas ta’ għarfien fuqha l-ħaġa. Stedintha telabora aktar f’dan ir-rigward. “Ħafna nies ma għandhomx biżżejjed informazzjoni li hawn diversi nies li jistgħu jdumu biex jesprimu ruħhom mhux għax ma jkunux jafu x’ser jgħidu, imma għaliex ikollhom tip ta’ problema biex jitkellmu. Hawn l-idea wkoll li meta jkollok problema ta’ tlaqliq, ma tistax is-

semma’ leħnek fil-pubbliku. Il-fatt li għamiltha jew għadni nagħmilha ma’ nies differenti jkollok l-ħajja isbaħ u kkulurita”. Kien proprju b’hekk li ħolqot l-idea li tiftaħ il-paġna fuq Facebook - iSpeak. Ħallejtha f’idejha sabiex tgħaddili aktar informazzjoni dwar din l-istess paġna. “Il-paġna iSpeak ilha miftuħa millaħħar ta’ Frar li għadda. Kelli rispons tajjeb ħafna għaliex kien hemm nies li forsi qatt ma ħasbu li l-għajnuna tista’ tinstab u jkun hawn iktar għarfien speċjalment minn postijiet tax-xogħol li meta tiġi biex timpjega persuna, mhux il-mod kif titkellem huwa l-importanti, imma li x-xogħol isir kif suppost. Bħala kontenut kemm diversi temi li semmejna bħal pereżempju dwar bullying fl-iskola u kif id-drama tista’ tgħin persuni li jlaqalqu jsibu l-kunfidenza. Tkellimna wkoll dwar x’tista’ tagħmel persuna


08.11.2020 17.07.2022

23

SKEDA ONE 06:30 06:45 07:00 07:30 07:45 07:50 08:00 08:35 11:00 11:45

12:30 12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00

ONE News HazZzard Update Primetime Preview Pink Panther Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Flimkien ma’ Nancy

17:00 19:15 19:30 20:10 20:20 20:30 21:30 22:30 23:30

Indigo TNEJN ONE Sports 18-07 & Temp ONE News Primetime Preview Tentufiet Pjazza The Big Step Il-Willy ONE News

06:30 ONE News 06:45 Mad-Daqqa t’Għajn 07:30 ONE News 07:45 Tentufiet 07:50 Primetime Preview 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Indigo 10:40 Klassi Għalina 11:45 Telebejgħ

12:30 12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00

ONE News HazZzard Update Primetime Preview The Local Traveller Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja

17:00 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 21:05 22:05 22:50 23:30

Indigo ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview HazZzard Update Country Jamboree The BBQ League Xablott Reboot ONE News

06:30 06:45 07:30 07:45 07:50 08:00 08:30 10:45 11:45 12:30 12:35

12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00 17:00 19:20 19:30

Primetime Preview What’s Cooking Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja Indigo ONE Sports & Temp ONE News

20:10

20:30 21:30 22:30 23:30

Primetime ERBGĦA Preview 20-07 HazZzard Update Tlieta kontra tlieta Game Over Flip the Venue ONE News

06:30 ONE News 06:45 HazZzard Update 06:55 What’s Cooking 07:30 ONE News 07:45 Tentufiet 07:50 Primetime Preview 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Indigo 10:45 Klassi Għalina

11:45 12:30 12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45

Telebejgħ ONE News HazZzard Update Primetime Preview Nagħmel mużika Taljana Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview

16:00 17:00 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 21:00 21:15 23:30

Emilja Indigo ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview HazZzard Update News Point Tonight The BBQ League ONE News

06:30 06:45 06:55 07:30 07:45 07:50 08:00 08:30 10:45 11:45

ONE News HazZzard Update Ondroad ONE News Tentufiet Primetime Preview Quddiesa tal-Jum Indigo Klassi Għalina Telebejgħ

12:30 12:35 12:40 12:45 13:30 14:30 15:30 15:35 15:45 16:00

ONE News HazZzard Update Primetime Preview Reboot Telebejgħ Gawdenz ONE News Tentufiet Primetime Preview Emilja

17:00 19:18 19:30 20:10 20:20 20:30 21:15 21:30 23:30

Indigo 22-07 ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview HazZzard Update Nagħmel mużika Taljana Il-Logħba li jmiss Kunċert Kalamita ONE News

06:30 ONE News 06:45 The Local Traveller 07:25 ONE News 07:45 Tentufiet 07:50 Ulied Maltin 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 HazZzard

11:20 12:30 12:35 12:45 13:45 15:30 15:35 17:15 18:15

Telebejgħ ONE News Tentufiet Dak li Jgħodd Mill-Festa ONE News Mill-Festa Flimkien ma’ Nancy Sabiħa l-Ħajja

18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 21:15 22:15 23:30

Country Jamboree ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Klassi Għalina The Malta BBQ League The Big Step ONE News

06:30 06:45 07:30 07:45 07:50 08:00 08:40 09:00 10:00

10:20 10:50 11:20 12:30 12:35 13:30 15:30 15:35 16:30

Nagħmel mużika Taljana Esperti Telebejgħ ONE News Indhouse Pirotekniċi ONE News Ondroad Mad-Daqqa t’Għajn

17:30 18:30 19:25

Eko Djar Mill-Festa ONE Sports & Temp ONE News Willy Mill-Festa ONE News

ONE News HazZzard Update Music Legends ONE News Tentufiet Primetime Preview Quddiesa tal-jum Indigo Klassi Għalina Telebejgħ

TLIETA 19-07

ONE News Pink Panther ONE News Tentufiet Primetime Preview Quddiesa tal-Jum Indigo Klassi Għalina Telebejgħ ONE News HazZzard Update

ĦAMIS 21-07

li bdiet relazzjoni biex tkun ik- belle ssostni li għadha xorta tar ta’ sapport u ħafna aktar”. ttemtem, imma tgħallmet kif tgħix biha. Tixtieq li tkompli Għandha ħolma li forsi tikteb tgħin lil ħaddieħor ma jaqtax ktieb għat-tfal relatat masqalbu. Il-fatt li llum aċċettat lilsuġġett ha nnifisha kif inhi u li taf li ma hemmx fejqan kompletament Matul ħajjitha, Christabelle minnha, tgħallmet li trid tgħix tistqarr li kellha diversi prob- biha. “Hawn Malta ssib ħafna lemi biex waslet fejn waslet għajnuna minn professjonisti illum, għaliex ħadet kważi 12- differenti. Waħda mill-affariil sena biex waslet fejn dejjem jiet li sibt li ġieli tgħinni wkoll xtaqet, imma fadlilha iktar hija l-eżerċizzju fiżiku għaliex x’taħdem ukoll. Sfortunata- iżommok attiv u tuża l-enerġiment, tgħidli li sabet ħafna os- ja b’mod tajjeb. Metodu ieħor takli u nies li ma emmnux fiha. li sibt li jgħinni ukoll huwa li “Kien hemm drabi li emmint li nitkellem quddiem il-mera u ma kontx ser nasal u l-ansjetà nipprattika l-kliem li nkun ser kienet parti mill-istorja ta’ ħa- ngħid pereżempju tkun xi ħaġa jti li nibża’ nirriskja. Apparti li importanti. Li tafda fik innifsek sadanittant ukoll bnejt famil- hija importanti ħafna għaliex ja li kienet ta’ sapport. Bdejt meta tħares lejn l-mera li tara naħdem ġo skola li barra li quddiemek irid jagħtik l-kutawni ħafna sapport stateġiku raġġ li tkompli miexi fil-ħajja” biex inkun nista’ nkompli bl-isFl-aħħar nett, Christabelle tudju tiegħi, is-sapport morali ħalliet messaġġ għall-qarrejja kien iċ-ċavetta biex ma naqtax ta’ din il-gazzetta. “Qatt ma qalbi u nkompli biex nilħaq għandek taqta’ qalbek li m’intix l-għanijiet tiegħi. Għall-futur ser tirnexxi. Tista’ tuża d-difgħandi ħolma li forsi nikteb fikultà tiegħek bħala bastun ktieb għat-tfal relatat mas- biex timxi ’l quddiem. Hemm suġġett u li nkun parti minn barra hemm l-għajnuna kollha grupp ta’ nies biex inkomp- possibbli u li jekk tkun imdawlu nwasslu l-messaġġ fuq din war b’nies li jagħtuk sapport d-diżabbiltà li ma għandhiex tirnexxi wkoll. Bħalma jgħidu titqies bħala diżabbiltà”. l-Ingliżi - every cloud has a silIllum il-ġurnata Christa- ver lining,” temmet tgħidli.

SIBT 23-07

ONE News Country Jamboree ONE News Tentufiet Ulied Maltin Il-Quddiesa tal-jum Ieqaf 20 Minuta Paper Scan Popcorn

20:20

19:30 20:15 20:50 23:30

ĠIMGĦA

ĦADD 24-07


24

17.07.2022

reċensjoni tal-ktieb

MUMENTI KLANDESTINI POEŻIJI 2018-2021 Fehma ta’ Tarċisju Zarb Hemm ħafna naħiet f’personalità, jew forsi wkoll hemm biss naħa waħda. Traċċ qawwi ewlieni li jibqa’ jinxitel u jixxettel u jxettel lilu nnifsu b’dehwa, saħħa u enerġija. Għax din tal-personalità tagħna hija wisq aktar minn fenomenu singlu kif forsi jidher u jinħass fid-dieher, imma f’qiegħ qiegħu hemm naħiet oħrajn li l-ħin kollu qegħdin jgħidu, iraħħmu u jtennu l-istess ġakulatorja. L-istess ġakulatorji. U dawn il-ġakulatorji fihom il-mistiċità tagħhom. Fihom il-mistifikazzjoni tagħhom. Fihom it-twerriq tagħhom, għax dejjem ġejjin u għalhekk dejjem ġodda, anke jekk forsi wieħed jista’ jieħu l-impressjoni li huma qodma. Le. Ir-ripetizzjoni ma teżistix. Teżisti biss l-ispirazzjoni. It-turija minn barra ta’ dak it-thewdin ġewwieni li jwarrad u jiffjorixxi bil-ħoss li ma jinstemax, u li jibda sa minn għeruqna, fl-infanzja imgħoddija tagħna. U dan, dak l-essri li ngħidulu poeta, għandu saħħa jerġa’ jwelldu u jagħtih ħajja ġdida. U fil-fruxxju ta’ dan it-titriq, il-poeta jerġa’ jinstema’ ġdid u mġedded bl-ilma fejjiedi

ta’ din il-fenomenoloġija hekk mgħammda bħala poeżija. U dan il-kliem, fl-idea tiegħi jgħodd u jgħodd sewwa għal Ġorġ Borg, jew forsi aħjar għal dak is-sotterran li hemm għaddej jiffruxxja u jġelben il-ħin kollu f’qiegħ din il-personalità siekta, ħiemda, riflessiva tiegħu. Il-linji poetiċi għaldaqstant, minkejja li huma fis-sottovoce jitkellmu jgħajtu, biex lilna li niltaqgħu magħhom fl-itinerarju tagħhom, iwassluna biex nintebħu. Nintebħu b’dak in-nebħ li huma l-versifikazzjonijiet lieżma, siekta u ‘voċiferi’ fl-insistenza tagħhom, li jgħidulna: Ismagħna. Ismagħna. Ismagħna. Għax aħna wkoll nagħmlu parti mill-vuċijiet tiegħek. U b’dan il-mod versi bħal dawn ta’ Ġorġ Borg jgħinuna biex fil-mumenti klandestini tagħna nsibu kumpann/akkumpanjatriċi li sseħibna u titkellem magħna. U li sservi bħala l-persona tagħna. U hemm għadd bla tarf ta’ personae. Huma dawk il-personae li l-ħin kollu jitkellmu mingħajr ma jinstemgħu. Għax leħinhom huwa sottomess. Huwa sielem. Sieket. U meta jitkellem il-vuċi tiegħu ma tippruvax tidħol baraxx ġo

fik, imma ssieħbek fil-waqtiet lieżma tiegħek daqskemm fid-deżolazzjonijiet u s-solitudnijiet tiegħek. Għax hekk u hekk biss jitkellmu l-poeti. U Ġorġ Borg, il-poeta puer per eċċellenza tal-poetika Maltija, dan jagħmlu u jagħmlu b’naturalezza li kisibha mill-ewwel jiem torja ta’ tfulitu. Hemm djalogi għaddejjin. Hemm monologi għaddejjin. Hemm solilokwi li l-poeta jgħid u jtenni. Hemm konvrazzjonijiet. Indirizzi. Apostrofijiet u tiklim ieħor, li jindirizzana u jkellimna. U jgħallimna mingħajr id-dittatura ta’ min jaħseb li jaf. Għax is-sottosfond ta’ dawn il-poeżiji huwa sottosfond sielem, kiebi u empatetiku mhux biss mal-poeta nnifsu, imma wkoll malfenomenu indirizzat – mal-bqija tal-umanità li magħha l-poeta jinstema’ jgedwed it-tgedwid intimistiku tiegħu. It-talb tiegħu. Il-weġgħat tiegħu. L-apostrofijiet evokattivi u vokattivi tiegħu. U dan hu l-pajsaġġ ta’ Ġorġ Borg, pajsaġġ li issa ilu jagħni lill-fenomenu tal-letteratura Maltija għal snin twal, u li miegħu xxierku għadd bla tarf ta’ għalliema u studjużi u studenti ta’ lsienna.

Mistoqsija: X’jeżisti flok ir-ripetizzjoni? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb MUMENTI KLANDESTINI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 24 ta’ Lulju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IL-KREATURA TAL-BIR hija:

L.CAMILLERI - RABAT

05 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’tip ta’ korsijiet toffri l-istituzzjoni edukattiva Tagħlim tul il-Ħajja?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

17.07.2022

ĦATJA JEW INNOĊENTI? Raynella Leath teħel il-ħabs u tinħeles wara ftit snin Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Raynella Dossett Leath hija mara Amerikana li nstabet ħatja għall-qtil tat-tieni raġel tagħha fl-2003. Hi weħlet bejn 51 sena u għomorha l-ħabs iżda ġiet rilaxxata fl-2017 minħabba nuqqas ta’ evidenza konkreta. Dossett Leath ċaħdet kemm-il darba li qatlet lil żewġha u baqgħet tinsisti li kien hu stess li neħħa ruħu b’idejh. Dan huwa każ li qajjem diversi kontroversji. Min kienet Raynella Leath Raynella Bernardene Large twieldet fil-25 ta’ Ottubru tal-1948 u trabbiet f’Oak Ridge f’Tennesse fl-Istati Uniti. Hi gradwat mill-Oak Ridge High School fl-1966 u kompliet tistudja biex issir infermiera. Fl-1970, hi żżewġet lill-ewwel raġel tagħha, Ed Dossett, li kien l-avukat tad-distrett ta’ Knox County. Il-koppja kellhom tlett itfal u kienu jgħixu fil-punent ta’ Knoxville. Ed Dossett kellu kanċer qerriedi u fid-9 ta’ Lulju tal-1992, huwa nstab mejjet fir-razzett li kellhom mad-dar. Il-każ ingħalaq bħala wieħed aċċidentali fejn Dossett miet wara li l-annimali tarrazzett għaddew minn fuqu. L-eżaminatur mediku li wettaq l-awtopsja wera t-tħassib tiegħu li dan seta’ ma kienx inċident traġiku iżda li Ed inqatel għas-somma tal-polza tal-assigurazzjoni. Minkejja dan it-tħassib, il-każ ingħalaq bħala wieħed aċċidentali. Sitt xhur wara mill-mewt ta’ Ed Dossett, Raynella żżewġet lit-tieni raġel tagħha, David Leath. Fit-13 ta’ Marzu tal2003, Raynella ċemplet lill-pulizija fejn qaltilhom li żewġha neħħa ruħu b’idejh fil-kamra tas-sodda tagħhom. L-evidenza fiżika wriet biċ-ċar li tliet balal ġew sparati u li t-tieni waħda qatlet lil Leath. L-ewwel balla ġiet sparata fit-tustiera

tas-sodda, it-tieni waħda f’ras Leath u t-tielet waħda fis-sodda. L-uffiċjali forensiċi qalu li ma setax ikun li Leath qatel lilu nnifsu għax kieku ma kinitx tiġi sparata t-tielet balla. Kien għalhekk li s-suspett waqa’ fuq Raynella u l-awtoritajiet reġgħu fetħu l-każ tal-ewwel raġel tagħha. L-eżaminatur mediku qal li l-vittma kellu livelli għoljin ħafna ta’ morfina f’ġismu u b’hekk ma setax jaħdem normali jew jibqa’ ħaj. Il-vjolenza ta’ Raynella dehret ukoll fl1995, tliet snin wara mill-mewt tal-ewwel raġel. Hi skopriet li Ed kellu relazzjoni barra ż-żwieġ mas-segretarja tiegħu, Kaye Clift Walker, u li minnha kellu tifel. Din l-aħbar irrabjat lil Raynella u allegatament sparat diversi tiri tan-nar lejn ir-raġel tas-sieħba, Steve Walker. Dan tal-aħħar irnexxielu jaħrab għax Raynella spiċċawlha l-balal. Ta’ dan ir-reat, Raynella għamlet sitt snin taħt osservazzjoni bil-patt u l-kundizzjoni li ma jkollhiex kondotta ħażina. Dan ir-reat passat, flimkien mal-evidenza forensika, wasslu għall-arrest ta’ Raynella fejn ġiet mixlija li qatlet lill-ewwel raġel tagħha bil-morfina fl-2006 u sentejn wara ġiet mixlija wkoll li qatlet lit-tieni raġel tagħha. Il-ġuri F’Mejju tal-2009, Raynella Dossett Leath dehret quddiem il-ġurija mixlija bilqtil tat-tieni raġel tagħha. Hi baqgħet issostni li hu qatel lilu nnifsu u wara sigħat ta’ deliberazzjoni, il-ġurija ma setgħetx tasal għal verdett. Kien għalhekk li sar ġuri ieħor f’Jannar tal-2010 fejn ġiet preżentata l-evidenza li Leath miet bit-tieni balla mentri ġew sparati tlieta. Intqal ukoll li Leath kellu doża qawwija ta’ mediċina li traqqad fis-sistema

Is-sodda li nstab mejjet fuqha David Leath

Raynella u l-ewwel raġel tagħha, Ed Dossett tiegħu u b’hekk ma setax kien hu li qatel lilu nnifsu. L-avukat ta’ Raynella qal li vera li kien omiċidju iżda li Raynella ma kinitx il-moħħ wara r-reat. Wara ġurnata ta’ deliberazzjoni, il-ġurija reġgħet ma waslitx għal verdett. Minkejja dan, Raynella ġiet mixlija bi qtil tal-ewwel grad u weħlet bejn 51 sena u għomorha l-ħabs. Wara li nqatgħet is-sentenza, hi ma baqgħetx mixlija li kellha x’taqsam mal-mewt tal-ewwel raġel tagħha. Raynella ma qatgħetx qalbha u appellat is-sentenza tagħha minħabba li l-imħallef li mexxa l-ġuri kien jabbuża mid-droga. Hi nħelset f’Mejju tal-2016 sakemm sar ġuri ieħor f’Jannar tal-2017. F’dan l-aħħar ġuri, Raynella ma nsabitx ħatja minħabba nuqqas ta’ evidenza konkreta u l-ġurija ma ngħatatx permess biex tipparteċipa fil-każ.

Dossett Leath ċaħdet kemm-il darba li qatlet lil żewġha u baqgħet tinsisti li kien hu stess li neħħa ruħu b’idejh

Raynella u t-tieni raġel tagħha, David Leath


26

GĦAQQAD IL-KAXXI

17.07.2022

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.


27

17.07.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 443

M.MIFSUD - BIRKIRKARA

Bi 3 NUMRI 090 111 127 243 300 409 423 598 850 991 999 B’4 NUMRI 0274 0474

0815 1136 1344 1384 1977 2124 2770 3509 3707 4044 4124 4615 4866 4912 5056 5423

5630 5682 5700 5733 6453 6583 6708 7034 7180 7444 8104 8144 8182 8219 8249 8479

8740 8794 8828 8908 8980 9264 9484 9917 B’5 NUMRI 04114 05588 05861 10639 41292 46210

47519 48278 48494 52249 58622 66892 70717 70744 74095 77508 77891 90249 91803 B’6 NUMRI 014509

073609 124591 389771 528461 711501 795246 893831 B’7 NUMRI 3589279 7115959

MIMDUDIN: 9,21W. Taqfel (6) 1. Għal min għandu 10. Frott (6) 19. jmut bil-... 12. Dawk umani 20. m’hemmx l-qorti jkunu (6) 21. barrakka għalih (5) 16. Leanne Farrugia 23. 4. Sagrament (4) Inglott (1,1,1) 24. 7,22. Lingwa (5) 18,21M. Jistgħu jkunu WEQFIN: 1,11. Fuel (8) 2,3. Tappiera? (6) 3. Ara 2 5,12W. Ix-xemx tagħmilhom (5) 6. Kap (3)

8. 11. 12. 13. 14. 15.

Kunjom (9) 17. Ara 1 wieqfa Ara 5 21. L-ewwel tlieta 22. ta’ raħli (3) Pajjiż (6) Gazzetta Russa (6)

tar-razza (5) Sparatura? (3) Mhux biċċa (5) Ara 18 Frotta (4) Kien President tal-Istati Uniti (5) Jintuża għall-bigilla (3) Ara 9 Ara 7

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Qabel, 4.Qala, 7,11.Urna, 9.Nol, 10.Sapuna, 12.Garajt, 16.Dar, 20.Raġel, 21.Bla, 23.Trab, 24.Dmiri

WEQFIN: 1.Qanfud, 2,3.Bellus, 5,18,19.Aquilina, 6.Ara, 8.Raħal Ġdid, 12,22.Grada, 13.RIA, 14.Tilari, 15.Daniżi,17.All, 21.But


28

17.07.2022

KWALITÀ TA’ ĦAJJA AĦJAR Editorjal

L-introduzzjoni ta’ drittijiet ġodda għall-ħaddiema mħabbra mill-Gvern aktar kmieni din il-ġimgħa jistgħu jiġu mfissra bħala impenn ieħor ta’ Gvern Laburista li mhux biss ifassal u jdaħħal liġijiet iżda mbagħad iħaddimhom favur kwalità ta’ ħajja aħjar għaċ-ċittadini. Il-fatt li l-ħaddiema se jaraw għaxart ijiem leave talpaternità, xahrejn minn erba’ xhur leave tal-ġenituri issa se jkun bi ħlas u ddaħħal ilkunċett tal-carers’ leave biex tieħu sa ħamest ijiem leave

biex tieħu ħsieb l-għeżież tiegħek, huma lkoll wegħdiet imwettqa fi ftit xhur mill-bidu ta’ leġiżlatura oħra. Fis-26 ta’ Marzu li għadda l-poplu għażel b’mod ċar. Ried il-manifest ‘Malta Flimkien’ ikun il-programm ta’ ħidma tal-pajjiż u l-ħalfa li l-Prim Ministru Robert Abela għamel quddiem il-poplu jumejn wara li l-elettorat tah l-akbar mandat fl-istorja elettorali ta’ Malta sovrana, qed tinżamm tabilħaqq. Sa mill-bidu nett ta’ dan ilmandat, Gvern immexxi minn Robert Abela qed juri biċ-ċar li jżomm mal-wegħdiet tiegħu. L-implimentazzjoni hija l-aktar ħaġa li tgħodd. Niftakru lill-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi jgħid lill-poplu biex jiġġudikah fuq dak li għamel u tassew kien iġġudikah wara li wiegħed tnaqqis fl-income tax u ma wettaqx dan, wiegħed finanzi fis-sod u lanqas il-finanzi talpartit li jmexxi ma baqgħu fissod u wara li ħa l-ġranet leave lill-ħaddiema, kellu jkun Gvern Laburista li jagħti dawn il-jiem lura lill-ħaddiema u lill-familji. Dan il-Gvern jisma’,

jikkonsulta iżda fuq kollox jaġixxi u jiddeċiedi b’deċiżjonijiet sensibbli. Hekk għamel wara li ddiskuta anki mal-unjins tal-ħaddiema u r-rappreżentanti ta’ min iħaddem. L-għan ta’ dawn il-miżuri huwa wara kollox wieħed prinċipali. Dak ta’ kwalità ta’ ħajja aħjar għallħaddiema li jafu fejn qegħdin ma’ dan il-Gvern għaliex waqt pandemija rrikonoxxew li kien dan il-Gvern li pproteġielhom l-impjieg bil-Wage Supplement, li wessgħalhom l-in-work benefit għax li tkun fid-dinja tax-xogħol jaqbillek u li naqqsilhom it-taxxa fuq iddħul tagħhom. Nifhmu wkoll li dawn ilmiżuri ttieħdu f’kuntest ta’ sfidi straordinarji li l-Gvern żgur mhux qed idawwar wiċċu għalihom. Kieku mhux hekk, kieku pajjiżna m’għandux l-inqas rata ta’ inflazzjoni li żgur mhuwiex fatt li fuqu għandna nistrieħu. Anzi dan il-fatt irid ikun xprun biex naġixxu u nagħtu s-soluzzjonijiet talisfidi li n-nies qed jitkellmu dwarhom. L-interventi fl-istabilità fil-

prezzijiet tal-enerġija u talfuel, l-għajnuna lis-sajjieda anki f’kuntest li minħabba n-natura ta’ xogħolhom ikunu kostretti jixtru l-fuel minn barra u mhux bil-prezz stabbli ta’ pajjiżna u l-passi favur is-sigurtà tal-ikel bi ftehim mal-importaturi tal-qmuħ u ċ-ċereali huma lkoll passi ta’ Gvern impenjat li jibqa’ jkun ta’ spalla bħalma kien waqt pandemija. L-Oppożizzjoni tista’ tparla ħafna u tipprova tiskorja punti politiċi iżda kuljum hemm Gvern li jieħu d-deċiżjonijiet b’interventi f’waqthom. Fuq kollox hemm il-kwistjoni ta’ kredibilità fejn fuq naħa għandek Oppożizzjoni, li fissret l-investiment fin-nies ta’ €70 miljun bħala soppa msaħħna u kienet ċara li jekk l-affarijiet jogħlew minn barra, jogħlew f’Malta wkoll u fuq naħa oħra għandek Gvern li qed jintervjeni u jgħin lin-nies u huwa għalhekk ukoll li fl-ewwel perjodu tad-drittijiet ġodda marbuta mal-bilanċ bejn ixxogħol u l-ħajja, il-Gvern se jkun qed ikopri l-finanzjament totali tal-miżuri li se jiddaħħlu

mit-2 t’Awwissu. Il-familji jafu fejn qegħdin ma’ dan il-Gvern li riċentement daħħal bidliet fil-liġi tal-IVF biex ikollna aktar ġenituri u familji bi tfal, żied iċ-children’s allowance, li ta żieda wara l-oħra lill-pensjonanti u issa qed ikompli jagħti ħin kwalitattiv lill-ħaddiema malfamilji tagħhom. Il-pass li jmiss ikun wieħed naturali li dawn il-familji issa wkoll ikollhom aktar spazji miftuħa fejn fihom igawdu l-għeżież tagħhom. Il-manifest jew issa aħjar insejħulu l-programm ta’ ħidma ta’ dan il-pajjiż jitkellem ċar fuq hekk u jsemmi l-investiment ta’ €700 miljun fi spazji miftuħa fil-qalba tal-ibliet u tal-irħula tagħna. Preludju għal dan kien ukoll il-ftehim li laħaq il-Gvern biex iż-Żonqor jibqa’ ODZ u jkun parti mill-park nazzjonali tal-Inwadar u l-Kottonera se tgawdi minn spazju miftuħ għan-nies. Dawn in-nifsijiet ġodda flimkien mal-ħidma soċjali favur il-familji u l-ħaddiema għandhom iwasslu għal futur sabiħ.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.