KullĦadd_16.05.2021

Page 1

IL-GVERN BULGARU LI DDEFENDIET METSOLA ISSA JINSAB AKKUŻAT B’REATI MAFJUŻI Il-Ħadd, 16 ta’ Mejju, 2021

Ħarġa Nru 1,453

Prezz €1

Rapport f’paġna 7

54 KONVENJU ĠDID KULJUM MATUL APRIL Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ikkonfermat li April li għadda kien l-aqwa wieħed fejn jidħol ammont ta’ konvenji ffirmati għal xiri ta’ proprjetà residenzjali u r-raba’ xahar konsekuttiv li rreġistra rekord ta’ konvenji. F’dak ix-xahar ġew iffirmati 1,130 konvenju jew 54 kull ġurnata tax-xogħol disponibbli jew, bħala medja, ġie ffirmat konvenju kull 27 minuta. B’kuntrast ma’ dan, f’April tas-sena li għaddiet, li kien l-ewwel xahar sħiħ wara li bdiet l-imxija tal-Coronavirus, kienu ġew iffirmati inqas minn 270 konvenju jew ħames darbiet inqas minn April li għadda. Mindu tħabbret il-miżura tat-tnaqqis fil-boll, bħala parti mill-pjan għar-riġenerazzjoni ekonomika, saru 13,355 konvenju ta’ proprjetà residenzjali. Fl-istess ammont ta’ xhur qabel tħabbret din il-miżura kienu saru 8,488 konvenju. Dan jindika li, wara l-introduzzjoni tal-miżura, il-konvenji żdiedu b’darba u nofs l-ammont li kien hemm qabel, minkejja l-impatt tal-pandemija. Tkompli f’paġna 3

“DIXXIPLINA IMMEDJATA” FIL-PULIZIJA Bħala parti mir-riforma għat-tisħiħ talKorp tal-Pulizija, għada fil-Parlament se jiġi diskuss abbozz ta’ liġi b’emendi li jagħmluha possibbli li jittieħdu passi dixxiplinarji aktar malajr kontra l-uffiċjali li jagħmlu użu minn sustanzi, bħal drogi, jew inkella jkunu taħt l-influwenza tal-alkoħol. Din il-gazzetta hi infurmata li din il-forza tal-ordni se tkun tista’ taġixxi anke b’testijiet fuq il-post lill-membri tagħha li jkunu suspettati li kkonsmaw xi sustanzi msemmija. Minkejja dan, xorta se jkollhom dritt għall-appell qud­diem kumitat apposta. Min jinstab pożittiv f’tali testijiet se jkun suġġett għal “dixxiplina immedjata”, inkluż tkeċċija, kif se jipprovdu l-emendi fl-abbozz li tressaq mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri. Dawn mistennija jwasslu wkoll għall-ħolqien ta’ bord indipendenti millKorp li jisma’ u jiddeċiedi kontestazzjonijiet fil-każi meħudin ta’ dixxiplina. Dan l-abbozz ta’ liġi se jkompli jirriforma lill-Korp wara l-iżviluppi mfaħħrin li kellna fl-aħħar xhur, filwaqt li jkabbar is-serjetà fl-amministrazzjoni ta’ din il-forza dixxiplinata tant importanti f’pajjiżna. Tkompli f’paġna 6

ĦAMES SNIN TA’ REKORDS MID-DWANA INVESTIMENT QAWWI BIEX INĦOLQU TAQSIMIET ĠODDA, INXTARA APPARAT MODERN U ANKE ĠEW INGAĠĠATI AKTAR ĦADDIEMA QED IĦALLI L-FROTT MIXTIEQ FIL-ĠLIEDA KOSTANTI KONTRA TRAFFIKAR TA’ DROGI, KUNTRABANDU TA’ OĠĠETTI U ĠARR TA’ FLUS LI MA JKUNUX IDDIKJARATI, FOST OĦRAJN

Id-Dwana ta’ Malta rreġis­trat numru ta’ rekords fl-aħħar ħames snin b’rabta malġlieda kontra t-traffikar taddroga, kuntrabandu, ħasil ta’ flus u attivitajiet illeċiti ta’ kriminalità organizzata. Tagħrif li għandha din il-gazzetta juri kif, grazzi għal investimenti miljunarji li saru fid-dipartiment, inkluż b’apparat u taqsimiet ġodda, il-qabdiet ta’ din il-forza tal-ordni fl-aħħar snin m’għandhom l-ebda preċedent f’kull lat. Dan is-suċċess wassal biex, fost oħrajn, tunnellati ta’ drogi varji b’valur ta’ kważi €180 miljun, mal€111-il miljun f’oġġetti kontrafatti u €43.5 miljun sigaretti tal-kuntrabandu ma jidħlux fis-suq b’dannu għas-soċjetà inġenerali u l-komunità kummerċjali. Tkompli f’paġni 4 u 5


02

16.05.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 22°C L-Inqas Temperatura: 15°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja testendi minn fuq l-Atlantiku sa fuq iċ-ċentru talMediterran It-Temp: Sabiħ Ir-Riħ: Ftit qawwi għal qawwi mill-Majjistral li jsir moderat għal ftit qawwi Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat L-Imbatt: Ftit li xejn li jsir baxx mill-Punent għall-Majjistral It-Temperatura tal-Baħar: 19°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

24°C UV 11

KUNTATT ĠENERALI

16°C

Il-Ħamis

26°C UV 11

16°C

Il-Ġimgħa

24°C UV 11

17°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

25°C UV 11

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

16°C

24°C UV 11

17°C

25°C UV7

17°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 2123 4567 The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21227682 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 St. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara – 27441913 Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà – 21232954 J.V.’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Is-Swieqi – 21371062 The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 21330376 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531 Reeds Pharmacy 191, Triq il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 27130068 Promenade Pharmacy, Triq il-Korp tal-Pijunieri, Buġibba – 27441160 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 27826685 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consigli, Iż-Żejtun – 21806009 Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, Iż-Żurrieq – 21682251 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447 Għawdex Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970 Gozo Chemists, Mġarr Road, Ix-Xewkija – 21557278 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

16.05.2021

L-IMPATT SĦIĦ TAT-TNAQQIS FIL-BOLL GĦADU MA NTLAĦAQX Tkompli minn paġna 1 L-akbar ammont ta’ konvenji li saru f’April kien għal proprjetajiet fin-Nofs­ inhar ta’ Malta, inklużi Marsaskala u x-Xgħajra. Dawn il-lokalitajiet kienu segwiti minn dawk f’Għawdex u d-distrett li jinkludi l-Gżira u l-Imsida. Fix-xahar t’April ġew iffinalizzati ammont qawwi ta’ kuntratti għal xiri ta’ proprjetà residenzjali fejn il-valur tagħhom kien ilaħħaq il-€228 miljun jew kważi €110 miljun aktar milli kienu saru f’April 2020. Jekk wieħed jikkunsidra l-kuntratti kollha li saru mill-bidu tal-2021, il-valur ta’ proprjetà mixtrija kien ilaħħaq kważi €890 miljun li hu 30% aktar mill-istess perjodu fl-2020. Fejn jidħlu kuntratti ta’ xiri, minbarra ż-żoni msemmija diġà, jispikkaw il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar. Analisti sostnew ma’ din il-gazzetta li, fejn jidħlu kuntratti, l-impatt tal-miżura tal-boll għadu ma bediex jinħass kompletament, għax qed ikun hemm kemxejn dewmien fil-ħruġ ta’ sanction letters mill-banek kummerċ-

jali. Dan minħabba l-ammont ferm qawwi ta’ domanda, kif ukoll il-miżuri restrittivi li kellhom jadottaw il-banek fl-aħħar xhur b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19. Għaldaqstant hu mistenni li fix-xhur li ġejjin l-ammont rekord ta’ konvenji jissokta u jwassal għal ferm aktar kuntratti ta’ xiri. Fil-fatt, l-istimi ta’ dawn l-esperti jindikaw li l-valur ta’ xiri tal-proprjetà mistenni jkun kważi terz

aktar minn dak osservat fl-aħħar sitt xhur. Dan ix-xiri ta’ proprjetà, minbarra li se jtejjeb id-dħul tal-Gvern, għandu jwassal għal bejgħ qawwi minn kumpaniji li joffru prodotti jew servizzi relatati, bħal għamara, affarijiet tad-dar u appliances. Dan minbarra impatt pożittiv ħafna fuq ix-xogħol ta’ ħafna self-employed li jaħdmu f’dan is-settur, bħal bajjada, electricians u plumbers.

LIĊENZJA OĦRA TAL-KANNABIS Il-kumpanija Kanadiża Zenabis ingħatat il-liċenzja mill-awtoritajiet f’pajjiżna biex tipproduċi l-kannabis mediċinali, permezz tas-sussidjarja tagħha ZenPharm Ltd. Din il-liċenzja hi l-aħħar rekwi­żit biex il-kumpanija topera fis-settur emerġenti u tesporta lejn pajjiżi oħrajn. Zenabis għandha ftehim ma’ klijent Ġermaniż biex tipprovdi mill-inqas 500kg kannabis me­diċinali fis-sena. ZenPharm se tniedi wkoll pro­dotti għas-suq lokali u qed tippjana li tidħol fil-Pollakk mill-bidu tas-sena d-dieħla. Il-liċenzja tassigura l-aħjar standards possibb­li lokali biex il-prodotti jkunu tal-ogħla livell. F’Diċembru li għadda liċenzja simili nħarġet lil kumpanija oħra Kanadiża, Aphria, waqt li fl-aħħar ġimgħat TechforCann, kumpanija Iżraeljana, ħabbret it-twaqqif fost­ na tal-ewwel startup Ewropew biex tiffaċilita l-proċessi lil kumpa­ niji oħrajn f’dan il-qasam.


04

16.05.2021

DROGA (VALUR FIT-TRIQ) MAQBUDA

OĠĠETTI FOLOZ MAQBUDA

SIGARETTI (KUNTRABANDU) MAQBUDA

IMPENN KONTRA L-ĦASIL TA’ FLUS Tkompli minn paġna 1

tal-flus (AMLT), biex minn 9 jitilgħu għal 11. Kif jitlesta l-proċess ta’ għażla, l-uffiċjali magħżula jgħaddu għal programm intensiv ta’ taħriġ. Id-Dipartiment tad-Dwana introduċa din is-sezzjoni fl-istruttura tiegħu f ’Novembru tal-2018, l-ewwel b’tim ta’ erba’ uffiċjali, waqt li fis-sena ta’ wara żdiedu ħames uffiċjali oħra. Illum l-AMLT topera millqrib ħafna ma’ taqsima oħra li twaqqfet riċentement, il-Customs Canine Unit, u anke mal-Customs Enforcement Unit u l-Customs Intelligence Unit.

ju, it-taqsimiet tal-Pulizija kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar ta’ terroriżmu u anke l-FIAU. Fi spirtu ta’ ħidma konġunta kontinwament bejn l-aġenziji ta’ infurzar tal-liġi, it-taqsima tal-klieb tad-Dwana taqsam is-servizzi tagħha mal-Pulizija, bħal meta jsir tiftix għal flus fi proprjetajiet privati u postijiet oħrajn fejn ikun hemm bżonn, ladarba hi attrezzata bl-aħjar mod biex tikxef flus moħbijin. Dan minbarra spezzjoni­ jiet regolari li jsiru fl-Ajruport u l-portijiet għall-possibbiltà ta’ ammonti ta’ flus fuq il-passiġġieri aktar milli tistipula l-liġi.

Minbarra hekk, din l-entità, li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol, fl-istess perjo­du rnexxielha tinter­ċetta traf­ fikar ieħor li ma kienx intenzjonat għal pajjiżna, iżda għall-kunflitt li sa ftit tażżmien ilu kien għadu jaħkem lil-Libja. Fost dawn kien hemm mal-176 miljun pillola Tramadol, b’valur ta’ €1.2 biljun, biex jintużaw minn ġellieda, kważi €1 biljun f ’dinari Libjani u għadd ta’ dgħajjes u muturi tal-baħar intenzjonati għat-traffikar tal-bnedmin. Id-Dwana kienet waħda mill-entitajiet Maltin li tul dawn l-aħħar snin żiedet Investiment qawwi INVESTIMENTI bil-kbir l-isforzi tagħha biex timmodernizza Dan it-titjib li sar f ’din ● Twaqqfet taqsima kontra lilha nfisha, anke fidl-aġenzija ewlenija fuq dawl ta’ għarfien aħil-fruntiera hu riżull-ħasil tal-flus li se tkompli jar tar-riskji, mhux tat tal-attenzjoni tissaħħaħ minn din is-sena l-inqas fejn jirrigli taha l-Gvern warda kull tip ta’ Malti u minbarra ● Twaqqfet taqsima ġdida tal-klieb kriminalità ort-twaqqif ta’ żewġ ganizzata, inkluż taqsimiet ġodda, il-ħasil tal-flus. ● €20 miljun f’għodod u apparat modern waħda ffukata fuq Sorsi mill-istess il-ħasil tal-flus u Dwana ta’ Malta l-oħra tal-klieb li ● Żieda ta’ 40% fl-għadd ta’ impjegati tennew li l-proċess tikkumplimentaha, hu wkoll kontinwu. mill-2016 ’l hawn Fil-fatt, wara li żdied in-numru ta’ ● Taħriġ kontinwu analizzat il-modi difimpjegati b’40%. tal-impjegati fuq doveri ferenti użati bil-ħsieb Minn forza ta’ inqas li jinkisru r-Regolamenminn 300 ħaddiem fl-2016, speċjalizzati ti dwar il-Kontroll tal-Flus sas-sena l-oħra kienet diġà (L.S. 133.07) u r-riskji li dawn ġiet attrezzata b’madwar l-abbużi jġibu magħhom, Barra minn hekk, is-Sez­ 400. L-ammont se jkompli din il-ġimgħa ngħata bidu zjoni ħadet ħsieb li jkollha jiżdied għal 550 bejn din isgħall-proċess biex ikompli relazzjoni mill-qrib ma’ or- sena u s-sena d-dieħla, biex jissaħħaħ b’żewġ uffiċjali ganizzazzjonijiet ta’ infur- b’hekk f ’ħames snin l-amġodda t-tim kontra l-ħasil zar oħrajn, bħal, pereżemp- mont ta’ impjegati fid-Dwa-

na jkun irdoppja. Ma’ dan sar ukoll investiment ta’ €20 miljun f ’apparat ġdid u modern, flimkien ma’ sistemi speċjalizzati, u biex jikkumplimenta miegħu, l-impjegati tad-Dipartiment baqgħu jiġu offruti, b’mod kontinwu, taħriġ iddisinjat b’mod distint għalihom. Qafas legali L-istess sorsi, li tkellmu mal-KullĦadd, saħqu li, biex ikollha poteri effikaċi baqa’ jiġi aġġornat ukoll il-qafas leġiżlattiv relatat u issa d-Dwana għandha s-setgħa li, waqt investigazzjonijiet li jinvolvu kuntrabandu, evażjoni ta’ taxxa, ħasil tal-flus, iffi­nanzjar ta’ terroriżmu u iżje­d, tiġbor tagħrif min­ għand kull entità pubblika jew privata dwar tranżazzjo­ nijiet li jkunu għaddew, anke dawk li jseħħu bejn partijiet terzi. Permezz ta’ leġiżlazzjoni oħra li nbidlet, operaturi ekonomiċi huma obbligati li, kull meta jkunu mitluba, jagħtu aċċess għas-sistemi elettroniċi u d-data tagħhom lill-uffiċjali tad-Dwana bilgħan li jsir verifikar, hekk magħruf systems based. Bidla oħra importanti fil-leġiżlazzjoni li tħaddem id-Dwana hija li, issa, kull ammont ta’ flus – kemm dak iddikjarat kif ukoll jekk ma jkunx iddikjarat – jista’ jinżamm fuq il-fruntiera ladarba l-uffiċjali jkollhom imqar suspett ta’ xi attività kriminali.

Sistema kontra l-ħasil ta’ flus Fl-aħħar ġimgħat, id-Dwana wkoll ġiet mgħammra b’sistema li tippermetti li t-tagħrif miġbur jgħaddi fil-pront b’mod elettroniku lill-FIAU u lill-Pulizija biex


05

16.05.2021

FLUS MHUX IDDIKJARATI MIŻMUMA

PILLOLI TRAMADOL MAQBUDA

QABDIET OĦRAJN

U L-KRIMINALITÀ ORGANIZZATA

Is-suċċess tad-Dwana Maltija fl-aħħar snin hu dovut għal investimenti bla preċedent mill-Gvern fl-għodda u l-ħaddiema, flimkien ukoll ma’ qafas leġiżlattiv aktar b’saħħtu

ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom ċifri u tendenzi ta’ individwi, pajjiżi u ġurisdizzjonijiet oħrajn ta’ riskju notevoli li jkunu qed jiġu mgħassa. F’dan il-kwadru, id-Dwana ħadet ħsieb li tidħol fi ftehim, permezz ta’ memorandum of

understanding separati, ma’ diversi aġenziji governattivi oħrajn, inklużi l-Pulizija, l-FIAU, is-Servizzi ta’ Sigurtà, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, il-Bank Ċentrali ta’ Malta, l-Asset Recove­ry Bureau, ilbord li jissorvelja s-sanzjonijiet, id-Dipar­timent tal-Kum-

merċ, Transport Malta u l-Valletta Cruise Port. Fejn għandhom x’jaqsmu l-prattiċi ta’ ħasil ta’ flus, id-Dwana tikkonċentra l-iżjed fuq erba’ pilastri, jiġifie­ri, biex: (1) tiġbor tagħrif u tagħmel moniteraġġ u investigazz-

jonijiet dwar movimenti ta’ flus deħlin jew ħerġin minn Malta; (2) tikxef kontravenzjonijiet marbuta ma’ kuntrabandu u kull attività oħra illegali relatata miegħu; (3) tinvestiga każi ta’ ħasil ta’ flus hekk magħrufin

trade-based, bħal pereżempju tipi ta’ fatturi b’ammonti sproporzjonati; u (4) tissorvelja u tinvestiga, flimkien mas-Sanctions Monitoring Board, każi konnessi ma’ negozju strateġiku u moniteraġġ ta’ sanzjoni­ jiet.


06

16.05.2021

Ritratt: ANTHONY AXIAQ

PARTI MINN STRATEĠIJA TA’ RIFORMA Tkompli minn paġna 1

L-OLANDA U D-DANIMARKA JQISUNA SIGURI GĦAS-SAFAR L-awtoritajiet Daniżi ħabbru li Malta hi l-ewwel pajjiż li tpoġġa fuq il-lista s-safra tagħhom, li jfisser li huwa mill-aktar sigur li ċ-ċittadini tagħhom jivvjaġġaw lejh. Din l-aħbar tajba ġiet fl-istess jum tal-bie­raħ fejn anke l-Olanda kklassifikat lil pajjiżna fil-lista ta’ postijiet li għandhom taħt kontroll il-pandemija tal-COVID-19. Dan issa jfisser li t-turisti Daniżi u Olan­diżi jistgħu jiġu Malta mingħajr ilbżonn li joqogħdu fi kwarantina wara li jirritornaw f’arthom.

Fi stqarrija, l-Awtorità Maltija għatTuriżmu (MTA) laqgħet l-aħbar, hekk kif is-suq Skandinavu u anke dak Olandiż huma kruċjali għal pajjiżna. Dwar dan il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo qal li l-fatt li l-programm ta’ tilqim miexi tajjeb ħafna, flimkien mal-miżuri restrittivi, li issa wkoll qed jiġu rilaxxati b’mod kawt, qed iwasslu għal aħbarijiet sbieħ bħal dawn. Il-ġimgħa l-oħra t-tieni l-akbar suq turistiku għalina, il-Ġermanja, ukoll iddikjarat li pajjiżna hu sigur bħala

destinazzjoni dan is-sajf. Minkejja dan, ir-Renju Unit minn fejn jiġu l-akbar għadd ta’ turisti f’pajjiżna ma inkludiniex fil-lista l-ħadra tiegħu. Waqt li l-Ingliżi se jkunu jistgħu jivvjaġġaw minn għada lejn 12-il destinazzjoni li tħabbru mill-Gvern Brittaniku, l-awtoritajiet Maltin huma fiduċjużi li pajjiżna wkoll jilħaq jiġi ddikjarat sigur sa ġimagħtejn oħra meta niftħu l-istaġun turistiku, li minnu jiddependi l-għajxien ta’ eluf ta’ ħaddiema li jaħdmu fis-settur.

Fil-fatt l-emendi se jitqiesu bħala riforma oħra favur it-tisħiħ tas-sigurtà u tal-infurzar tal-liġi f’pajjiżna fejn il-Gvern Laburista kien ambizzjuż biżżejjed favur it-titjib tal-istituzzjonijiet u s-saltna tad-dritt. Dan kollu hu koerenti mal-iżviluppi li segwejna fl-aħħar xhur u li wkoll kien imfaħħar minn Brussell. Ta’ min ifakkar li l-Gvern, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, biddel ukoll il-mod li bih tinħatar il-persuna li tokkupa r-rwol ta’ Kummissarju tal-Pulizija li tkun trid tgħaddi minn proċess ta’ skrutinju indipendenti magħmul mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku u l-Parlament. Bi pjan maqbul mal-Kummissjoni Ewropea, il-Gvern bħalissa qed imexxi strateġija favur it-trasformazzjoni tal-Korp tal-Pulizija, li mhux biss issostnih b’aktar riżorsi umani, iżda wkoll qed issaħħaħ il-qafas li fuqu hu mibni. Dan bil-għan li jintlaħqu wkoll niċeċ ġodda, bħal dawk li żdiedu fl-aħħar xhur, fosthom il-pulizija fil-komunità u l-appoġġ lill-vittmi tal-kriminalità bit-twaqqif ta’ aġenzija apposta. Minbarra hekk, grazzi għal din l-istrateġija, membri tal-Korp tal-Pulizija jistgħu jirrapportaw abbużi li jistgħu jkunu qed iseħħu internament, filwaqt li ssaħħu t-taqsimiet b’konnessjoni mal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-ħasil tal-flus.


07

16.05.2021

JIDĦOL FELES BIEX JESPONI QASMA USA’ FIL-PN L-EKS DEPUTAT FRANCO DEBONO JIRRISPONDI GĦALL-ATTAKK LI SAR FUQU MILL-ESTABLISHMENT NAZZJONALISTA Permezz ta’ post twil fuq Facebook, Dr Franco Debono ta risposta għall-artiklu li Kevin Cassar ippubblika fit-Times of Malta bl-intenzjoni li jakkużah li kien il-kawża tat-telfa tal-Partit Nazzjonalista fl-2013. Dan f’xhieda oħra tal-qasma li tirrenja fil-Partit Nazzjonalista bil-fazzjoni Jason Azzopardi u Beppe Fenech Adami tibqa’ ma tarax għajn m’għajn ma’ attivisti oħrajn u l-Kap Bernard Grech jiżfen fin-nofs fejn jiddeċiedi li ma jiddeċidix. Debono mill-ewwel għamilha ċara li hu fehem li fir-realtà, wara Kevin Cassar, hemm l-id ta’ Beppe Fenech Adami. Tant li fetaħ il-post billi awguralu paċi u sliem, u qallu li se jitlob għalih u għal ħatnu. Huwa sostna li kemm hu ilu mhux attiv fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, dan kien “mifni b’inkwiet intern” u implika li ma kienx “Oppożizzjoni serja”. Li bil-pulit ifisser li dak li allega fuqu Kevin Cassar fir-realtà japplika għal nies bħal Beppe Fenech Adami, għax l-inkwiet u l-maniġġi komplew minkejja li hu telaq mill-Partit. Fl-artiklu tiegħu, Cassar attakka lil Debono fuq kull aspett u kien aħrax u offensiv.

Aspett importanti ferm li joħroġ mill-post ta’ Dr Debono huwa li, kontra dak li implika Cassar, Dr Debono jgħid li llum għandu “relazzjoni eċċellenti ta’ ħbiberija u rispett” ma’ Dr Carm Mifsud Bonnici. Tant li dak li kiteb fil-post fuq Facebook kien maqbul ma’ Mifsud Bonnici. Fl-aħħar leġiżlatura Nazzjonalis-

ta, Debono kien kontra d-deċiżjoni ta’ GonziPN li jassenja l-oqsma tal-ġustizzja u l-intern taħt l-istess dekasteru mmexxi minn Carm Mifsud Bonnici, li miegħu kellu lil Fenech Adami bħala Segretarju Parlamentari. Dan l-iżvilupp jikkonferma li Dr Franco Debono qed jidher bħala li jista’ jagħti appoġġ lill-grupp ta’ deputa-

ti Nazzjonalisti li llum qed jappoġġjaw lill-Eks Kap Dr Adrian Delia kontra l-istess arroganza antika ta’ Dr Jason Azzopardi u Dr Beppe Fenech Adami. Dan hu fattur li jinkwieta sewwa l-fazzjoni tal-establishment għax ma jridux li ta’ Delia jerġgħu jikbru fissaħħa, speċjalment fid-dawl tad-disfatta ta’ Dr Azzopardi li, mhux biss irtira l-allegazzjonijiet li xerred, iżda wkoll uriet li Delia kien tneħħa mill-istess fazzjoni fuq il-bażi ta’ allegazzjonijiet mhux ipprovati. Il-konferma pubblika ta’ Dr Debono tar-rikonċiljazzjoni tiegħu ma’ esponent ewlieni tal-fazzjoni Delia jpoġġi pressjoni fuq deputati oħrajn fi ħdan il-Partit biex jerġgħu jikkunsidraw il-pożizzjoni tagħhom. Il-qasma fil-Partit qiegħda kulma jmur titwessa’ u mhux eskluż li fil-ġimgħat li ġejjin se tkompli tiżdied il-pressjoni fuq il-Kap attwali, Dr Bernard Grech. Dan tal-aħħar tant qed jibża’ mill-fazzjonijiet li jidher li qed jagħżel li ma jiħux pożizzjonijiet pubbliċi fuq materji taħt diskussjoni, għax jibża’ li dan iwassal għal kunflitt aktar miftuħ bejn il-fazzjonijiet.

BORISOV AKKUŻAT B’REATI MAFJUŻI THE ECONOMIST JIRRAPPORTA KIF IL-GVERN LI DDEFENDIET METSOLA ALLEGATAMENT INVOLUT F’KAŻI “BĦAL FILM TAL-GANGSTERS” Abbużi sesswali, prostituzzjoni u rigali f’ingotti tad-deheb huma fost l-akkużi li tressqu f’xhieda fil-Parlament Bulgaru fl-aħħar jiem kontra l-Gvern ta’ Boyko Borisov. L-allegati reati stil Mafjuż jinvolvu diret­t lil Borisov u l-klikka tiegħu, li fl-aħħar xhur sabu refuġju fil-Membru Parlamentari Ew­ ropew Nazzjonalista Roberta Metsola. F’riżoluzzjoni, li tressqet filParlament Ewropew, Met­sola

kienet ressqet emendi biex takkuża b’affiljazzjoni Mafjuża lill-poplu Bulgaru, li fl-aħħar xhur niżel fit-toroq jipprotesta kontra t-tmexxija tal-partit Ċittadini għal Żvilupp Ewropew tal-Bulgarija (GERB), immexxi mill-istess Borisov. Dan wassal għall-korla taddimostranti Bulgari li wkoll laqqmu lil Metsola bħala “Mrs Mafia” u ġarrew kartelluni f’dan is-sens. Magħha laqqatha wkoll Manfred Weber, il-Kap tal-Partit Popolari Ewropew (EPP), fejn kien affiljat il-partit ta’ Borisov. Ir-rivista influwenti The Economist ilbieraħ irrapportat kif Borisov qed jiffaċċja allegazzjonijiet “bombastiċi”, li għand­ hom mill-attività ta’ kriminalità organiz­ za­ta. “Waqt riċeviment, il-boss qed jilgħab il-karti ma’ sħabu. Wieħed minnhom juri filmat ta’ dak li ġara lil negozjant li ma riedx jagħ­

mel dak li riedu. Dan ġie ffilmjat jiġi abbużat sesswalment waqt li kien fil-kustodja. Membru ieħor tal-grupp, magħruf bħa­ la ‘t-tiġieġa’, ħallas €2,500 lil mara biex ‘tieħu ħsieb’ lill-boss. Oħrajn taw rigali f’ingotti taddeheb lill-Kap. Qisu xi rakkont minn film tal-gangsters, iżda l-‘boss’ mhu ħadd ħlief Boyko Borisov, li sa din il-ġimgħa kien qed jokkupa l-pożizzjoni ta’ Prim Ministru tal-Bulgarija,” irrapporta The Economist. Deskrizzjoni ta’ kif allegata­ ment jaħdem il-partit GERB saret min-negozjant Svetoslav Ilchovsky waqt xhieda qud­ diem kumitat Parlamentari li qed jeżamina l-imġiba ta’ Borisov u l-partit tiegħu, li ilu jiddomina l-politika Bulgara sa mill-2009. Elezzjoni ġenerali fl-4 t’April li għadda wasslet għal riżultat inkonklussiv, pe­ ress li l-ebda partit ma jista’ jifforma gvern ta’ maġġoranza. F’dawn l-elezzjonijiet, il-partit GERB ta’ Borisov li wkoll qed jiġi investigat fuq allegazzjonijiet ta’ ħasil ta’ flus fi Spanja, naqqas l-appoġġ tiegħu bi 8%. Elezzjoni oħra issa misten­ nija fil-11 ta’ Lulju li ġej, waqt li nhar it-Tlieta l-President Bul­ garu Rumen Radev appunta gvern pro­viżorju. Fil-bidu ta’ dan ix-

xahar, din il-gazzetta u ONE News tkellmu b’mod esklussiv ma’ żewġ attivisti, illum eletti fil-Parlament Bulgaru, dwar kif għadhom irrabjati għallazzjoni tal-MEP Maltija Metsola u kif din kapaċi tigdeb biex tasal għall-iskopijiet politiċi tagħha. “Dak li qalet Met­sola hu kollu gideb u għalhekk irreaġixxejna b’mod qawwi,” qalulna Boris­ lav Sandov u Nadezhda Yor­da­ nova, b’referenza għar-riżo­luz­­ zjoni fil-Parla­ment Ewropew li ttimbrat dimostranti fi protesti paċifiċi kontra l-Gvern tal-pajjiż bħala appoġġjati mill-Mafja. Iż-żewġ Membri Parla­men­ tari friski, Sandov mill-Partit tal-Ħodor u Yordanova millPartit Democratic Bulgaria, stqarrew li ħafna Bulgari għad­ hom irrabjati għal Metsola u sħabha tal-EPP, li miegħu hu affiljat ukoll il-Partit Naz­z­jo­ nalista Malti. Il-Kap Nazzjonalista Bernard

Grech ukoll baqa’ jiddefendi lil Metsola, li titkellem ħafna fuq is-saltna tad-dritt f’pajjiżna, iżda vvutat kontra riżoluzzjoni dwar is-saltna tad-dritt filBulgarija, fejn il-Gvern kien deskritt bħala wieħed mifni bilkorruzzjoni. Dak iż-żmien il-PN kien ukoll ikkritika din ir-riżoluzzjoni favur il-poplu Bulgaru u qal li nkitbet fi ftit sigħat u b’diversi żbalji. Grech kien saħansitra sejjaħ ir-riżoluzzjoni tas-saltna tad-dritt fil-Bulgarija bħala superfiċjali. Hu sigriet magħruf f’pajjiżna li, sakemm kien għadu filpoter, il-PN ukoll kien iħaddem sistema ta’ ġbir ta’ eluf ta’ ewro mingħand negozjanti li “jirbħu” kuntratti tal-Gvern, magħrufa bħala JS List, li kienet tixbah ħafna l-istil Mafjuż li jobbliga li jsir finanzjament lill-krimi­ na­lità organizzata bħala “pro­ tezzjoni”.

KIRI TA’ BAR – KAŻIN PL KIRKOP Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista ta’ Ħal Kirkop javża li qed jilqa’ l-offerti għat-tħaddim tal-Bar tal-istess lokal sa mhux aktar tard mill-Erbgħa 19 ta’ Mejju 2021, fil-5.00 p.m. L-offerti u l-kundizzjonijiet jistgħu jinġabru mis-Segretarjat tal-Partit Laburista, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, fil-Ħamrun, mill-Erbgħa 12 ta’ Mejju bejn id-9.00 a.m. u s-7.30 p.m.

Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġuża.


08

16.05.2021

Il-Gvern Malti lbieraħ ħabbar l-ewwel programm xjentifiku – Pro­ġett Maleth – li se jintbagħat fl-Istazzjon Spazjali Internazzjo­nali (ISS). B’antiċipazzjoni kbira, dan għandu jwassal lix-xjenza Maltija f’era ġdida ta’ xjenza u diplomazija spazjali. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Ministeru għar-Riċerka, l-Innovazzjoni u l-Kordinazzjoni tal-Istrateġija għal Wara l-COVID-19, b’kollaborazzjoni mas-Servizzi ta’ Applikazzjonijiet Spazjali bbażati fil-Belġju, ikkollaboraw b’suċċess fil-ħolqien ta’ esperi­ ment u missjoni kuraġġuża u innovattiva li qed titmexxa mill-Professur Joseph Borg. Il-Professur Borg hu akkademiku fl-Uni­­­­­­ver­sità ta’ Malta, President tal-Assoċjazzjoni Maltija tax-Xjenzati Bijomediċi u jmexxi t-tim ta’ riċerka tiegħu fl-ematoloġija esperimentali u l-ġenetika molekulari. Il-Proġett Maleth għandu l-għan li jistabbilixxi l-pedament għal kollaborazzjonijiet tekniċi oħrajn bejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tagħna stess kif ukoll imsieħba internazzjonali fil-qasam. Dan se jistabbilixxi l-bażi meħtieġa għal aktar xjenza avvanzata li tibni fuq is-suċċess tal-passat. Aċċess għall-ambjent spazjali, mikrogravità u radjazzjoni għolja joħloq opportunità unika biex jiġu studjati diversi esperi-

Ritratt: JASON BORG/DOI

ESPERIMENT MALTI GĦALL-ISPAZJU

Il-Professur Joseph Borg, li se jmexxi l-ewwel proġett xjentifiku Malti li se jintbagħat fl-ispazju bil-għan li, fost oħrajn, itejjeb il-ħajja ta’ persuni li jbatu mid-dijabete menti tal-bijoloġija esperimentali u mistoqsijiet fundamentali tax-xjenza bijomedika li jistgħu jkollhom implikazzjonijiet għal problemi kliniċi tad-dinja reali. Il-Professur Borg spjega li żewġ applikazzjonijiet li hu u t-tim qed jaħdmu fuqhom flimkien mal-kollegi Afshin Beheshti (Investigatur Prinċipali fin-NASA Ames Research Centre) u Christopher Mason

(Investigatur Prinċipali fil-Weill Cornell Medicine, USA) jinkludu l-istudju u l-effetti tal-ispazju fuq id-demm uman u kontroll tal-espressjoni tal-emoglobina. Proġett ieħor hu l-istudju ta’ mikrobijomi tal-ġilda ta’ pazjenti b’Diabetes Mellitus tat-Tip 2. Feriti u ulċeri fil-ġilda f’pazjenti dijabetiċi ta’ Malta jippreżentaw problema medika ta’ sfida kbira u sinifikan-

ti b’għaxar każi ġodda kull ġimgħa li jeħtieġu attenzjoni u kura medika. L-esperimenti xjentifiċi qed jiġu appoġġjati wkoll minn Evolve Ltd, li qed jagħtu donazzjoni ta’ €30,000 lir-Research, Innovation and Development Trust (RIDT) tal-Università ta’ Malta. Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u

Ewropej Evarist Bartolo qal li x-xjenza tista’ tintuża kemm għat-tajjeb kif ukoll għall-ħażin – b’dan il-proġett pajjiżna qed jużaha għall-ġid tal-umanità, tant li dan jista’ jgħin biex, fost oħrajn, dawk b’kundizzjonijiet mediċi marbuta mad-dijabete jiġu megħjuna biex possibbilment jevitaw il-ħtieġa li ssir xi amputazzjoni. Hu żied li f’taħditiet ma’ pajjiżi ferm ikbar minn Malta jitqanqal interess kbir fuq kif minkejja ċ-ċokon tagħna, m’aħniex ċkejknin fil-ħiliet u fit-talent. Min-naħa tiegħu, il-Ministru għar-Riċerka, Innovazzjoni, u Kordinazzjoni tal-Istrateġija għal Wara COVID-19 Owen Bonnici qal li l-ispazju jippreżenta ħafna opportunitajiet għar-riċerka u l-innovazzjoni. Hu tenna li l-ispazju mhux biss għall-astronawti u t-titjiriet spazjali, iżda parti mill-ħajja tagħna ta’ kuljum, bħal meta nagħmlu telefonata jew nużaw xi mappa fuq il-mobile waqt li nkunu qed insuqu. Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija Jeffrey Pullicino Orlando qal li ċ-Ċentru Esplora hu pijunier u riżors uniku li qed jgħin biex iqarreb aktar ix-xjenza u r-riċerka lejn il-pubbliku. Hu qal li fil-100 jum li ġejjin, sat-tnedija tal-proġett Maleth fl-ispazju, l-Esplora se jkun qed joħloq kuxjenza u jgħarraf lill-pubbliku dwaru.


09

Ritratt: AUSTIN TUFIGNO / DOI

16.05.2021

STUDJU GĦAL KURA ĠDIDA TAL-LUKIMJA BI PJANTI ENDEMIĊI Agent NovoBio hu proġett iffinanzjat mill-prog­­ramm FUSION fi ħdan il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) li qed ilaqqa’ akkademiċi flimkien mal-industrija privata biex jistudjaw l-użu ta’ diversi aġenti bijoattivi estratti minn pjanti endemiċi Maltin għal trattamenti potenzjali ġodda kontra l-lukimja. B’kollox dan ilproġett ingħata finanzjament ta’ €150,000. Fi żjara fil-laboratorji fejn qed issir ir-riċerka NovoBio, il-Ministru Owen Bonnici spjega li akkademiċi Maltin mid-Dipartiment tal-Fiżjoloġija u l-Bijokimika (Centre of Molecular Medicine and Biobanking) u d-Dipartiment tal-Anatomija fi ħdan ilFakultà tal-Mediċina ngħaq-

du ma’ Għajn Rasul Co. Ltd bħala sieħba fin-negozju biex jistudjaw kif estratti minn pjanti endemiċi Maltin jistgħu jgħinu fil-kura tal-kanċer. Il-Ministru Bonnici faħħar ix-xogħol imprezzabbli ta’ dan it-tim Malti li qed jaħdem fuq dan il-proġett li nħoloq bil-għan li jiżviluppa t-teknoloġija, l-għarfien u l-ħiliet esperti meħtieġa biex tiżdied l-estrazzjoni tal-aġenti bijoattivi li jistgħu jkollhom potenzjal importanti ħafna fil-kura tas-saħħa. “Permezz ta’ dan il-proġett qed jiġu studjati mudelli differenti ta’ kif jistgħu jiġu estratti l-aġenti bijoattivi mill-pjanti waqt li jsiru diversi testijiet biex tiġi stabbilita s-sigurtà tagħhom bil-għan li toħloq prodott għall-kum-

merċjalizzazzjoni lokali u internazzjonali. Qed isiru wkoll studji u testijiet dwar l-attività tal-aġenti bijoattivi fuq il-linji taċ-ċelloli tal-kanċer tas-sider u tal-musrana l-kbira biex tiġi determinata l-effikaċja ta’ dawn l-aġenti fuq tipi ta’ kanċer differenti,” spjega l-Ministru Bonnici. Il-kordinatriċi tal-proġett Dr Marion Zammit Mangion qalet li f’konformità malgħani­jiet tal-programm MCST FUSION, Agent NovoBio qed ikompli jistimula l-kollaborazzjoni pubblika-privata u l-investiment fil-bijoteknoloġija, filwaqt li jżid u jifrex l-għarfien xjentifiku f’dan is-settur. Fl-istess ħin qed jinko­raġ­ ġixxi aktar impenn tal-komunitajiet xjentifiċi lokali u internazzjonali.

TILQIM MINN 16-IL SENA Persuni li għandhom ’il fuq minn 16-il sena jistgħu jirre­ġistraw għall-vaċċin talCOVID-19 minn għada t-Tnejn biex b’hekk pajjiżna se jkun fost l-ewwel pajjiżi fid-dinja li joffri l-vaċċin lill-pubbliku kollu. Ir-reġistrazzjoni għall-vaċ­ċin tista’ ssir online permezz tal-website vaccin.gov.mt jew b’SMS bin-numru tal-Karta tal-Identità biss fuq 99180045 biex jittieħed il-vaċċin f’Malta u fuq 99180044 biex jittieħed ilvaċċin f’Għawdex. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru

għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-Gvern qiegħed iħejji l-pjani għall-booster dose, kemm-il darba din tkun neċessarja. Hu stqarr li pajjiżna akkwista wkoll biżżejjed vaċċini biex jitlaqqmu t-tfal, ladarba dawn ikunu awtorizzati għall-persuni ta’ taħt is16-il sena u għall-booster dose tal-poplu kollu. Fl-istess ħin tenna li diġà bdew negozjati biex pajjiżna jassigura nofs miljun doża tal-vaċċin għall-2022 u l-2023 ħalli nkunu wkoll ippreparati għal kull eventwalità.


10

16.05.2021

FAST FERRY B’TALLINJA CARD UKOLL

TAĦRIĠ FIL-BINI TAL-ĦAJT TAS-SEJJIEĦ Ħafna konvinti li mixja fil-kampanja tagħtik l-enerġija u s-saħħa, speċjalment f’dawn iż-żminijiet fejn l-eżer­ ċizzju hu kruċjali aktar minn dej­ jem­ biex nieħdu ħsieb saħħitna f’din il-pandemija. L-ambjent rurali ta’ pajjiżna hu kkaratterizzat u mżewwaq b’ħitan tas-sejjieħ, li jirrikjedu sengħa partikolari ħelwa li mhux ta’ min tintilef. Għal dan il-għan, l-iskola tal-Kunsill Konsultattiv fl-Industrija tal-Bini (BICC) għadha kemm nediet kors ieħor li jwassal għal ċertifikat akkreditat f’din is-sengħa. Il-kors jagħti l-opportunità lill-is-

tudenti biex jitgħallmu kemm il-prattika fejn jakkwistaw it-teknika tal-bini ta’ ħitan simili antiki, kif ukoll it-teo­rija dwar l-importanza tat-tqegħid tal-ġebel b’mod korrett, il-flora, il-fawna u l-prekawzjonijiet meħtieġa. It-taħriġ hu mfassal biex jipprovdi l-pedamenti meħtieġa biex studenti­ jkunu jistgħu jitgħallmu t-teknika tal-bini u x-xogħlijiet ta’ tiswija fejn tidħol l-għażla tal-ġebla xierqa, il-livellar u t-tqegħid. Dan kollu jsir taħt superviżjoni u fl-aħħar talkors l-istudent ikollu l-assessjar fejn juri l-kapaċità li jistabbilixxi, jibni u

jispiċċa ħajt tas-sejjieħ tradizzjonali bl-użu ta’ varjetà ta’ ġebel tal-bini u mehrież tradizzjona­li tal-ġir. Finalment dan iwassal biex ikun jista’ jinkiseb ċertifikat akkreditat fuq il-ħitan tas-sejjieħ kif ukoll biex isir kors ieħor qasir dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol biex jinkisbu skill card u safety card. Il-kors se jgħin biex din is-sengħa ma tintilifx u tinżamm ħajja l-karatteristika rurali partikolari ta’ pajjiżna. Dawk interessati li jappli­kaw għal dan il-kors huma mitluba jċemplu lill-BICC fuq 22479300 għal iżjed informaz­z­joni.

Mill-1 ta’ Ġunju 2021, kull min għandu Tallinja Card se jkun jista’ jħallas għallvjaġġi fuq is-servizz ta’ fast ferry bejn Malta u Għawdex biha u jibbenefika wkoll minn nollijiet imraħħsa. Il-Malta Public Transport qed tingħaqad mal-operaturi tal-fast ferry, il-Gozo Fast Ferry u l-Virtu Ferries Gozo, biex toffri soluzzjoni ta’ ħlas sigur u bla kuntatt għal dawk in-nies li jivvjaġġaw bejn il-gżejjer. Matul dan ix-xahar il-klijenti kollha li jir­r­eġistraw għal Tallinja Card personalizzata ġdida jirċievu €10 fi kreditu b’xejn awtomatikament, jekk iħallsu permezz tagħha għal kwalunkwe vjaġġ bil-fast ferry bejn Malta u Għawdex matul Ġunju. Il-kreditu b’xejn ta’ €10 se jiżdied fitTallinja Card ta’ dawk kollha li jikkwalifikaw għal din l-offerta f’Lulju, u dan jista’ jintuża fuq il-mezzi ta’ trasport kollha li huma integrati fit-Tallinja Card, inklużi l-karozzi tal-linja, is-servizz ta’ Valletta ferries, is-servizz ta’ fast ferries bejn Malta u Għawdex u Tallinja Bike. Aktar minn 340,000 klijent diġà jgawdu l-benefiċċji tat-Tallinja Card, li kellha effett pożittiv ħafna fuq is-servizz tat-tras­ port pubbliku. Dawk kollha li għandhom Tallinja Card jistgħu jimmaniġġjaw il-kont tagħhom direttament permezz tat-Tallinja App biex jiċċekkjaw il-bilanċ, iżidu l-fondi, jirrevedu l-infiq tagħhom u jibbukkjaw isservizz tat-trasport pubbliku On-Demand. Il-proċess ta’ reġistrazzjoni ġdida jsegwi erba’ passi faċli u jista’ jsir online fuq issit uffiċjali (publictransport.com.mt/mt/ register-now).

Request for Expression of Interest To manage the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in St. Julians on behalf of the PL St. Julians Committee. CFO document to be collected from Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End Ħamrun. Monday to Friday 9.00 till 17.00 Closing date for submission Friday 28th May 2021 at Noon.


11

16.05.2021

SOLVUT MISTERU TA’ SOTTOMARIN 80 SENA WARA LI ĦALLA PAJJIŻNA IKKONFERMAT LI FDALIJIET LI NSTABU ’L BARRA MILL-KOSTA MALTIJA FL-2019 HUMA TAL-HMS URGE … TEORIJA OĦRA KIENET TISSUĠĠERIXXI LI ĠIE MGĦERREQ WAQT MISSJONI SIGRIETA QRIB IL-LIBJA Wara li sentejn ilu kien instab it-tifrik ta’ sottomarin ’il barra mill-kosta Maltija, issa ġie kkonfermat li dan hu tas-sottomarin tat-Tieni Gwerra Dinjija HMS Urge, li meta għeb fl-1942 kien qanqal it-teorija li dan kien fuq missjoni sigrieta qrib il-Libja u li l-Qawwiet Navali Ingliżi kienu qed jippruvaw jgħattu xturhom. Il-konferma ta’ dan ingħatat mill-Arkeologu Timmy Gambin mill-Università ta’ Malta u t-tim tiegħu li għall-ewwel darba niżlu qrib il-fdalijiet darbtejn f’April li għadda fejn ukoll irnexxielhom jidentifikaw in-numru tar-reġistrazzjoni tal-bastiment (N17) mal-ġenb tiegħu. It-tfittxija għas-sottomarin inbdiet fl-2019 wara li Francis Dickinson, in-neputi tal-Kaptan tal-HMS Urge Edward Tomkinson, imbotta għal tfittxija f’żona li kienet imminata sew min-Nażisti. “Issa hu kkonfermat mija fil-mija,” qal il-Professur Gambin, li kien hu wkoll li skopra l-fdalijiet sentejn ilu madwar sitt mili fil-Lvant tal-kosta Maltija. “Għandna wkoll provi bit-tama li jtemmu t-teżi li l-bastiment kien intilef fit-Tramuntana tal-Afrika.” Din kienet l-ewwel darba li għaddasa niżlu qrib il-fdalijiet, waqt li s-sejba ta’ sentejn ilu kienet saret bl-użu ta’ vettura awtonoma u minn dak iż-żmien il-pandemija rażżnet investigazzjoni ulterjuri. Fl-ispezzjonijiet riċenti, iżda, ir-riċerkaturi rnexxielhom iqattgħu iżjed minn 20 minuta jispezzjonaw il-bastiment, li jinsab f’fond ta’ madwar 110 metri, waqt li jiġbdu ritratti u filmati. In-numru ta’ identifikazzjoni kien impossibbli li jinqara qabel mill-vettura li ntbagħtet minħabba koral protett li laħaq kiber mal-ġenb tal-bastiment li kien qed joskura l-veduta. L-ispezzjoni ppermettiet ukoll għal scan 3D biex ikunu jistgħu jitqabblu l-qisien talbastiment u tiġi evalwata l-ħsara fil-poppa li wasslet għall-għarqa. It-tim mill-Università ta’ Malta sab li l-istat tas-sottomarin kien koerenti ma’ splużjoni kkawżata minn mina li fetħet toqba li minnha mtela malajr bl-ilma u eventwalment inqasam hekk kif ħabat ma’ qiegħ il-baħar. Sa issa kien magħruf li s-sot-

Ritratt bis-sonar tal-bastiment li nstab fl-2019 sitt mili ’l barra minn Malta mqabbel ma’ mudell ta’ sottomarin simili U-class (taħt) tomarin, flimkien ma’ għadd ta’ bastimenti oħrajn stazzjonati f’pajjiżna bħala l-bażi prinċipali, kien ordnat jitlaq għall-Eġittu biex jevitaw il-bombardamenti qliel fuq il-gżira mill-forzi tal-ajru Ġermaniżi u Taljani. Is-sottomarin kien salpa nhar is-27 t’April tal-1942 u abbord kellu 28 membru tal-ekwipaġġ, 11-il passiġġier navali u ġurnalist Ingliż Bernard Gray, li kien jikteb għad-Daily Mirror u s-Sunday Pictorial. Meta sas-6 ta’ Mejju naqas milli jirrapporta fil-port ta’ Lixandra, il-bastiment ġie rrapportat nieqes. Kien inxtered l-għajdut li s-sottomarin kien ġie mgħerreq minn ajruplani tal-gwerra Taljani waqt li dan kien fuq missjoni sigrieta ’l barra mil-Libja. Il-misteru tal-HMS Urge reġa’ tqanqal sitt snin ilu meta l-Belġjan Jean-Pierre Misson ħoloq kontroversja meta ddikjara li kien interċetta l-fdalijiet tas-sottomarin permezz ta’ sonar scans f’Marsa el Hilal, ’il barra mill-kosta Libjana. Misson, li kien irredikola s-sejba tal-fdalijiet qrib Malta fl-2019, jargumenta li l-HMS Urge kien ibbombardjat mill-ajruplani Taljani u d-devjazzjoni mir-rotta oriġinali tista’ tirrifletti li dan kien involut f’missjoni sigrieta. Mhux magħruf s’issa jekk Misson hux se jaċċetta l-provi ġodda dwar is-sejba f’pajjiżna.

Is-sena li għaddiet hu kien iddikjara li t-tim mill-Università ta’ Malta kien għamel sejba frodulenti, waqt li żied li “l-misteru proprju hu l-mod kif il-fergħa storika tar-Royal

Naval u l-Ministeru tad-Difiża Ingliż ġie mqarraq daqstant faċilment. Maż-żmien, il-fdalijiet tal-HMS Urge jiġu kkonfermati li huma dawk f’Marsa el Hilal, għax il-verità ma tistax

tinżamm mistura għal dejjem.” Skont il-Professur Malti, il-kisba tal-konferma finali tal-identità tal-bastiment ħadet importanza personali. “Hemm differenza kbira bejn li taħdem fuq bastiment mgħerreq ta’ żmien ir-Rumani – li hu importanti arkeoloġikament u spettakolari ħafna – u li taħdem b’xi ħaġa minn konflitt riċenti,” hu qal. “It-tifla tal-Kaptan għadha ħajja u l-ittri ta’ mħabba li ommha kienet tikteb lil żewġha għadhom midfunin fis-sottomarin. Allura għalija, ix-xjenza u s-sigurtà tal-ispezzjonijiet f’qiegħ il-baħar huma kruċjali, imma l-aktar ħaġa importanti hi l-għeluq tat-traġedja għall-familji,” kompla Gambin. Bl-aħħar studju tagħhom tal-fdalijiet issa mitmum, ittim Malti se jkun qed jgħaddi d-dettalji lill-Qawwa Navali Brittanika, li għandha r-responsabbiltà tal-bastiment skont il-liġi internazzjonali. Il-Gvern Ingliż qed jippjana ċerimonja simbolika fuq ilpost tal-għarqa f’April tas-sena d-dieħla meta jaħbat it-80 anniversarju mit-traġedja.

L-HMS URGE Inawgurat fit-12 ta’ Diċembru tal-1940, l-HMS Urge qatta’ l-maġġoranza ta’ żmienu jbaħħar fil-Mediterran. Il-bastiment, li kien sewa £300,000 (ekwivalenti għal €2.32 miljun tal-lum), kien tħallas parti minnu mir-residenti ta’ Bridgend f’Wales f’ġabra nazzjonali msejħa “Warship Week”. Bejn l-1941 u l-1942 l-HMS Urge opera taħt l-istess Kaptan Tomkinson (inset) ’il barra mill-Port il-Kbir bħala parti mill-Għaxar Flotta ta’ Sottomarini u kien responsabbli anke għal ġlidiet importanti, fosthom l-għarqa tal-bastiment Taljan Giovanni delle Bande Nere. Meta l-aħbar tal-għejbien tal-HMS Urge waslet fil-kwartieri tal-Kap Kmandant fil-Mediterran, ġie rrapportat lill-ammiraljat li “t-telfa ta’ dan is-sottomarin u l-uffiċjal kmandant li ddistingwew lilhom infushom hi tassew kbira.”


12

16.05.2021

QUO VADIS?

BYRON CAMILLERI Ministru

L-istorja tgħallimna kemm il-poplu jaf jevalwa l-andament politiku fil-pajjiż. Inħarsu lura u naraw kemm-il darba l-poplu Malti kien fuq in-naħa t-tajba tal-istorja bid-deċiżjonijiet li ttieħdu għall-progress soċjali ta’ pajjiżna. U issa, quo vadis? Is-surveys qed jibqgħu b’mod konsistenti juru biċ-ċar li l-politika ta’ dan il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela qed tibqa’ ta’ relevenza għall-Maltin u l-Għawdxin. Dawn is-surveys huma biss indikazzjoni u mill-Gvern qed nibqgħu niġġeddu u nkunu verżjoni aħjar tagħna nfusna. B’kuraġġ qegħdin niddeċiedu u naħdmu sabiex inkomplu nsostnu l-bidla f’pajjiżna, filwaqt li fiċ-ċentru tal-ħidma

tagħna jibqgħu n-nies. F’għeruqna hemm miżrugħ it-twemmin li noħolqu soċjetà mill-iżjed ġusta. Quddiem ix-xejn tal-Oppożizzjoni, dan il-Gvern qed ikompli jistinka sabiex nimmodernizzaw dan il-pajjiż, għax aħna tassew nemmnu fil-potenzjal ta’ dawn il-gżejjer għeżież għalina. Nistqarr li l-isfidi qatt ma beżżgħuni, anzi dejjem rajt kif naħdem għal dak li nemmen fih u li hu ġust. Niftakarni bħala żagħżugħ ’il fuq minn 15-il sena ilu tinbet fija dik il-ħeġġa li nkun fuq ta’ quddiem nett għal bidla li kellha bżonn isseħħ quddiem il-forzi u mentalitajiet konservattivi li ddominaw pajjiżna għal snin twal. Niftakarni flimkien ma’ żgħażagħ oħra naħdmu u nirsistu favur l-introduzzjoni talliġi tad-divorzju f’pajjiżna u li għalkemm kellna mmorru għal referendum, il-poplu ried li jkisser il-madmad konservattiv u għażel it-triq tal-bidla. Dan hu dak li jiddistingwik fil-ħajja politika, il-mod li bih tagħraf is-sinjali taż-żminijiet billi anke jkollok qalbek tħabbat mal-polz tal-poplu. Minn hemm, Gvern Laburista ma ħares qatt lura u llum b’sodisfazzjon ngħid li bil-fiduċja tal-poplu qiegħed fuq ta’ quddiem u qed inkun ta’ spalla

għall-Prim Ministru fit-trasformazzjoni li qed isseħħ f’Malta. Qegħdin naraw kif illum għandna pajjiż li fih kull Malti u Għawdxi jista’ jibni l-futur tiegħu b’inqas preġudizzju, f’soċjetà iżjed ħanina u bi Gvern li qed joffri kull forma ta’ assistenza sabiex kulħadd jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu. Ir-riformi, fis-sens wiesa’ tagħhom, huma sinonimi ma’ dan il-Gvern. Riformi li nidħlu għalihom b’rieda soda, għax dan hu tassew Gvern tan-nies. Mingħajr ma nkunu popolisti u nistennew li b’xi bakketta maġika sseħħ il-bidla, aħna qed niffaċċjaw l-isfidi tas-soċjetà tagħna b’kuraġġ. Il-konsultazzjoni pubblika dwar l-użu responsabbli tal-kannabis kienet ripetizzjoni ta’ sitwazzjoni oħra li fiha l-Partit Nazzjonalista reġa’ ma ddeċidiex. Konsistenza ta’ nuqqas ta’ ideat li turi kemm f’pajjiżna għandna Oppożizzjoni maqtugħa min-nies, bilKap tagħha li jibqa’ ċċassat quddiem kull deċiżjoni li jkollu jieħu. Dan iżda lilna ma jaqtgħalniex qalbna, anzi jimliena b’iżjed ħeġġa u jsaħħaħ fina l-motivazzjoni biex inkomplu nindirizzaw il-bidla. Għalhekk wara li issa għalqet il-konsultazzjoni pubblika dwar l-użu responsabbli tal-kannabis,

il-Gvern se jevalwa r-rispons tal-pubbliku u se nkunu aħna li se naħdmu favur bilanċ sostenibbli quddiem din l-isfida. B’mod parallel għal dan, iżda li juri kemm dan hu Gvern li jiddeċiedi, fi żmien ta’ pandemija ma għażilniex it-triq tal-awsterità. Il-Gvern għażel li jagħti lill-poplu bla ma jieħu xejn iżjed lura. Għażilna t-triq li biha nwieżnu l-ekonomija, filwaqt li nsalvaw l-impjiegi u ntejbu l-għajxien tal-ħaddiema. Iżda fl-isfidi kollha li ġabet magħha pandemija bla preċedent, il-Gvern kompla jimmodernizza dan il-pajjiż. Qegħdin naraw jiġu implimentati iżjed miżuri favur it-tisħiħ tal-ugwaljanza, b’riforma ambizzjuża li mexxejna ’l quddiem biex minn wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss ikollna rappreżentanza iżjed ugwali fil-Parlament. Dan filwaqt li qed nilleġiżlaw favur miżuri soċjali ġodda sabiex ngħinu liż-żgħażagħ, lill-familji u lill-pensjonanti tagħna. Qed naraw l-immodernizzar tad-demokrazija tagħna għax tabilħaqq nemmnu fis-saltna tad-dritt. Riformi kostituzzjonali u istituzzjonali li bihom qed inkomplu nsaħħu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna fuq livell internazzjonali, f’qafas ta’ governanza tajba. Fl-istess waqt issa qed nassistu għall-impli-

mentazzjoni ta’ dawn ir-riformi b’ħatriet ta’ ġudikanti ġodda u bl-ingaġġ ta’ persuni f’karigi għolja mingħajr l-involviment tal-Prim Ministru. Riformi wkoll fl-oqsma kruċjali tas-sigurtà ta’ pajjiżna. Rajna dan l-aħħar it-titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema tal-forzi tal-ordni u anke l-investimenti l-kbar li qed isiru f’dawn l-oqsma. Ewlenin fost dawn hemm it-trasformazzjoni kbira li għaddejja fil-Korp tal-Pulizija biex ikollna Korp iżjed relevanti għad-dinja li qed ngħixu llum. Minkejja dan kollu, rajna episodju ieħor fl-aħħar jiem ta’ kemm dawk li qed imexxu lill-Kap tal-Oppożizzjoni jinteressahom biss li jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni ta’ pajjiżna barra minn xtutna. Wara l-umiljazzjoni fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, kienu kostretti jwaqqgħu l-kawża li fetħu kontra l-Gvern fil-Qrati tal-Ġustizzja ta’ Malta. Dan kollu juri kemm jinteressahom biss li jfixklu u li s-saltna tad-dritt hi biss forma t’għodda oħra li biha jippruvaw jiddistabbilizzaw lill-Gvern. Xejn mhu se jfixkilna milli nkomplu nkunu l-ixprun tal-bidla f’pajjiżna. Se nibqa’ fuq ta’ quddiem nett fil-ħidma ta’ dan il-Gvern favur il-Maltin u l-Għawdxin kollha.

STRATEĠIJA LI RRIDU NAGĦMLUHA FLIMKIEN

OWEN BONNICI Ministru

Il-koordinazzjoni tal-istrateġija għall-wara l-COVID-19 hija funzjoni kruċjali tar-responsabbiltà Ministerjali tiegħi. Dejjem emmint li l-funzjoni tal-koordinazzjoni tal-istrateġija għallwara l-COVID-19, apparti milli tinkludi l-koordinazzjoni għat-tfassil tagħha u l-koor-

dinazzjoni għal wara t-tfassil tagħha, tinkludi wkoll il-ħtieġa ta’ koordinazzjoni mal-familji Maltin u Għawdxin biex anke huma jagħtu l-input tagħhom waqt li din tkun qed issir. Jien kuntent immens għallmod kif qed naħdmu biex immexxu ’l quddiem strateġija għal wara l-COVID-19 li sservi bħala viżjoni orizzontali għall-Gvern kollu sabiex minn hemm inkomplu mexjin ’il quddiem, inkomplu noħolqu l-ġid, f’dinja mibdula wara pandemija li qatt ma rajna bħalha fl-aħħar ġenerazzjonijiet. Deċiżjoni f’waqtha ħafna kienet l-għażla tal-Professur Simone Borg biex tmexxi working group ta’ esperti mill-iktar bravi u struwiti fl-oqsma differenti tagħhom. Il-Professur Borg qed iġġib valur miżjud tremend fil-ħid-

ma tagħha u tattira rispett enormi fost il-pubbliku Malti u Għawdxi kollu. Bl-istess mod irrid insellem lill-membri kollha tal-working group li qed jaħdmu tajjeb ħafna flimkien u qed jagħtu dak kollu li jafu għall-ġid ta’ dan il-pajjiż sabiħ tagħna. Il-mod kif qed jaħdem dan il-working group hu wkoll ta’ min ifaħħru u ningħaqad mas-sentimenti pubbliċi li għamel l-MEP Laburista Dr Alfred Sant f’dan ir-rigward. Kien innovattiv ħafna l-mod ta’ kif il-working group għamel il-ħidma tiegħu. Dawn bdew billi kkonsultaw u wettqu riċerka estensiva dwar id-domandi ewlenin li fil-fehma tagħhom bħala pajjiż għandna nistaqsu flimkien. Saru iktar minn 40 laqgħa f’temp ta’ tmien ġimgħat u l-grupp identifika tliet domandi ewlenin u tnax-il qasam tematiku

li fil-fehma tagħhom iwasslu għat-triq ’il quddiem wara l-pandemija. Dawn it-tnax-il qasam tematiku tpoġġew għall-konsultazzjoni pubblika salaħħar ta’ Mejju 2021. Din hi opportunità sabiħa ħafna u nħeġġeġ lin-nies li jipparteċipaw għaliex aħna rridu li din l-istrateġija tkun tan-nies u għan-nies, f’pajjiż li huwa ta’ kulħadd. Wieħed jista’ jidħol fuq konsultazzjoni.gov.mt u jimla l-formola relattiva sabiex jagħti l-opinjoni tiegħu. Il-pjan tagħna hu li l-istrateġija tkun lesta u ppubblikata sa qabel tmiem it-tieni kwart tas-sena, jiġifieri qabel tmiem ix-xahar ta’ Ġunju. B’hekk pajjiżna jkun f’pożizzjoni li jkollu dokument ta’ viżjoni orizzontali li jkun ġie direttament mingħand in-nies, għan-nies fi spirtu miftuħ u mill-iktar demokratiku.

Dan se jagħti valur miżjud tremend lill-ħidma kollha li aħna nwettqu bħala pajjiż u bħala Gvern li ġejna fdati mill-poplu biex inkomplu mmexxu lil dan il-pajjiż ’il quddiem. Il-Partit Laburista huwa partit b’aġenda riformista b’saħħitha li jrid ikompli jbiddel u jtejjeb il-kwalità tal-għajxien ta’ ħafna familji u negozji f’pajjiżna. Id-determinazzjoni li nwettqu iktar u iktar xogħol fejjiedi hija karatteristika ta’ partit li qabelxejn iħobb lil pajjiżu u jridu jarah miexi ’l quddiem. Jiena nappella lill-pubbliku biex jipparteċipa f’din il-ħidma li qed nagħmlu fit-tfassil ta’ strateġija għal dinja mibdula wara l-pandemija. Flimkien ejjew infasslu l-aħjar verżjoni ta’ Malta t’għada filpajjiż li rridu li wliedna jikbru fih.


13

16.05.2021

ĠNIEN GĦAL ĦAFNA MHUX GĦAL FTIT

AARON FARRUGIA Ministru

Il-ġnien Romeo Romano huwa ġnien storiku f’Santa Venera, it-tieni l-ikbar f’Malta wara Sant’Anton. Ġnien li jmur lura għal 1730 meta nbena millGran Mastru Vilhena. Lokalità li għal ħafna hija sinonima ma’ bini, traffiku u dħaħen. Ir-residenti ta’ din il-lokalità ilhom żmien twil jilmentaw bi problemi ta’ nugrufun fi djarhom u mard respiratorju. Fiddawl ta’ dan, wieħed japprezza iktar l-importanza li nżidu l-ġonna, u nipprovdu postijiet fejn wieħed jista’ jirrilassa ’l bogħod mill-urbanizzazzjoni, kif ukoll f’post sikur għat-tfal

biex jilagħbu. Dan filwaqt li nħarsu l-wirt storiku tiegħu. Kien b’dan il-ħsieb li bih ġie mniedi l-proġett ta’ restawr tal-ġnien Romeo Romano. Ġnien li parti sostanzjali minnu bħalissa ilha magħluqa snin b’fencing tal-ħadid simili għal wieħed imdawwar ma’ siti ta’ kostruzzjoni. Lil hinn mir-restawr, parti żgħira se tinbidel fi spazju multifunzjonali għat-tgawdija tar-residenti u l-familji. Fil-parti l-magħluqa ta’ dan il-ġnien wieħed jista’ jsib sienja li tmur lura għas-seklu 19 li hija mqabbda ma’ sistema ta’ irrigazzjoni li tagħmel użu min kanali għall-ilma li jduru madwar il-ġnien, kif ukoll binja storika abbandunata. L-istat ta’ din il-parti tal-ġnien bħalissa mhi xejn denja tal-importanza storika li dan il-ġnien għandu bħala monument nazzjonali tal-Ewwel Grad u fl-elenkar tiegħu bħala Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali tal-Gżejjer Maltin. Huwa għalhekk li dan il-proġett se jkun qed jikkonsisti f’xogħol ta’ manutenzjoni fuq dawn il-karatteristiċi storiċi b’konformità mal-ispirtu ta’ dan il-post biex

b’hekk ikun jista’ jitgawda mill-pubbliku. Jeħtieġ li dan il-ġnien jitgawda minn kulħadd, kbar u żgħar, u huwa għalhekk li se jsir ukoll bandli għat-tfal. Dan il-bandli, li se jkun magħmul minn materjal naturali, bħall-injam, se jkun qed isir b’mod li jirrispetta l-karattru tal-post u b’hekk se nkunu qed naċċertaw li l-identità tal-post tibqa’ hemm. Madankollu, dawn il-bidliet se jkunu qed jieħdu kont tal-bżonnijiet tas-soċjetà tal-lum ħalli kulħadd ikun jista’ japprezza s-sbuħija ta’ dan il-ġnien. It-tieni fażi ta’ dan il-proġett se tinvolvi r-restawr ta’ binja storika, illum abbandunata,

biex isservi ta’ kitchen garden, simili għal dak li wieħed isib fil-ġonna ta’ Sant’Anton. Il-kobor ta’ dan il-ġnien u l-mod ta’ kif inhu ddisinjat se jkunu qed jiggarantixxu trankwillità f’partijiet oħra ta’ dan ilġnien mill-ħsejjes ferrieħa tattfal jilagħbu. Is-siġar taċ-ċitru huma wkoll parti mill-identità ta’ dan il-post. Għalhekk se jiġi aċċertat li ma titqaċċat ebda siġra. Dan ser isir billi s-siġar jiġu inkorporati fid-disinn u meta dan mhux possibbli jiġu mħawla f’partijiet oħra ta’ dan l-istess ġnien. Hu ta’ pjaċir ukoll inħabbru li n-numru ta’ siġar taċ-ċitru ser ikun qiegħed saħansitra jiżdied.

Ngħarrfu wkoll l-importanza li kulħadd japprezza iktar il-ħdura u għalhekk se nkunu qed niddedikaw parti żgħira ta’ dan il-ġnien għal attivitajiet talġardinaġġ għat-tfal biex minn età żgħira nrawmuhom jieħdu ħsieb l-ambjent

Ngħarrfu wkoll l-importanza li kulħadd japprezza iktar il-ħdura u għalhekk se nkunu qed niddedikaw parti żgħira ta’ dan il-ġnien għal attivitajiet tal-ġardinaġġ għat-tfal biex minn età żgħira nrawmuhom jieħdu ħsieb l-ambjent. Dan il-proġett se jara li niftħu l-ġnien kollu għall-familji iżda wkoll li jkun mantnut fissnin li ġejjin. Dan huwa wieħed mill-ewwel proġetti li se jsiru. Hemm ukoll il-proġett tal-mini ta’ Santa Venera fejn hawn se nkunu qegħdin insaqqfu dawn il-mini biex b’hekk innaqqsu l-ħsejjes tat-traffiku u t-tniġġis tal-arja u nagħmlu minflok spazji ħodor u miftuħa għar-residenti. Filfatt, ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett diġà bdew hekk kif bħalissa għaddejin bl-istudji fuq il-ġeoloġija tal-art. Nifhmu li proġett bħal dan iġib miegħu fehmiet differenti u għalkemm ninsabu miftuħa għal dan, nemmnu li dan ilproġett se jkun qiegħed ikompli jsebbaħ il-lokalità ta’ Santa Venera u joffri lir-residenti ta’ kull età, post ta’ rilassament ’il bogħod mill-impenji ta’ kuljum.

PRIJORITÀ ASSOLUTA GĦAL ULIEDNA

JUSTYNE CARUANA Ministru

Is-setturi kollha li fihom jamministra u jipprovdi l-Gvern huma importanti. Huma ħolqa li lkoll flimkien huma l-bażi tal-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. Fuq quddiem ta’ dawn is-setturi, u nħoss u nemmen li huwa settur bażi għas-setturi l-oħra, huwa bla dubju is-settur edukattiv. L-edukazzjoni hija l-bażi ta’ dak kollu li jissawwar f’ħajjitna. Tibda fid-djar mill-ġenituri. Tkompli fl-iskejjel mal-edukaturi, biex flimkien ma’ wliedna jiffurmaw it-trepid tant importanti f’dan il-qasam: Il-ġenitur jew kustodju, l-edukatur u l-istudent. Bħala omm, naf x’inhi l-importanza tal-edukazzjoni.

Bħala Ministru responsabbli qed nibni fuq l-esperjenza ta’ omm li trid l-aħjar u l-aqwa għal uliedha. U dan qed inwessgħu għall-istudenti kollha ta’ kull età. Ma niddejjaqx nirrepeti li edukazzjoni sana hija dik li tkun inklussiva u wkoll ekwa. F’dan is-settur żgur li ma hemmx one-size-fits-all. Anzi, il-ħidma tiegħi qed tara li nagħtu l-opportunitajiet kollha possibbli biex noħorġu l-ħiliet kollha ta’ wliedna l-istudenti, għaliex kull tifel u tifla għandhom il-ħiliet partikolari tagħhom. Naf li mhix ġdida: imma qatt ma tista’ tiġġudika l-ħiliet ta’ ħuta jekk tqabbadha ttir. Imma tista’ tara l-ħiliet tagħha jekk tkun fl-ambjent tagħha, fil-baħar. U wkoll l-istudenti tagħna. Kollha kemm huma għandhom il-kapaċitajiet u l-ħiliet tagħhom. U għal dan qed naħdmu qatigħ u qed nagħtu esperjenza sabiħa u utli lil studenti li jeċċellaw f’suġġetti vokazzjonali, dawk li qabel konna nsibuhom bħala snajja’. U f’dan investejna bil-kbir. Investiment ta’ €10 miljun, €3 miljun minnhom fondi Ewropej, biex illum il-ġurnata madwar l-iskejjel sekondar-

ji ta’ Malta u Għawdex hemm 80 laboratorju bl-aħħar teknoloġija u b’tagħmir modern li qed jagħtu esperjenza realistika lil studenti f’oqsma varji tas-suġġetti vokazzjonali. Ħadt gost din il-ġimgħa nżur il-laboratorji fis-Sekondarja ta’ Ħal Kirkop, Kulleġġ San Benedittu. Edukaturi ddedikatissimi li qed jagħtu din l-esperjenza sabiħa lil uliedna. U dan qed jagħmluh f’ambjent modern u li jixraq kemm għall-edukaturi u għall-istudenti. Dan huwa settur ieħor li qed nara li jimxi ’l quddiem. L-infrastruttura edukattiva. Dan il-Gvern qed jieħu din b’serjetà kbira. Kemm ilna fil-Gvern ftaħna skejjel ġodda, moderni u li jixirqu għażżmien li ninsabu fih. F’Malta

hemm diversi proġetti għaddejjin, fosthom skola ġdida fl-Imsida u tisbiħ u estensjonijiet f’oħrajn. F’Għawdex għandna proġetti ambizzjużi. Mhux biss skola ġdida fir-Rabat, u l-estensjoni tal-Middle School ukoll fir-Rabat, imma proġett li jlaħħaq il-€35 miljun f’infrastruttura edukattiva fosthom l-Għarb, in-Nadur u ż-Żebbuġ. Daqskemm huwa importanti l-investiment fil-kurrikulu u l-modi ta’ tagħlim, daqstant huwa importanti li dan isir f’ambjent li verament jixraq lill-edukaturi u lill-istudenti. U dan qed nagħmluh. U se nkomplu nagħmluh. Dil-ġimgħa wkoll nedejt il-prospett il-ġdid tal-Istitut għall-Edukazzjoni. Dejjem hija esperjenza sabiħa meta nżur

Biex ikollna sistema edukattiva kontinwament aġġornata rridu nkomplu ninvestu fil-ħiliet tar-riżors primarju li għadna – ir-riżors uman, allura l-edukaturi tagħna

dan l-Istitut. Qed jitmexxa fuq bażi professjonali għallaħħar u dejjem lest li jkompli jtejjeb l-operat tiegħu. U aħna se naraw li nkunu fuq quddiem fl-appoġġ tagħna. Qed naraw ukoll biex dan l-Istitut nagħtuh l-awtonomija tiegħu, ħalli jkompli għaddej b’din il-missjoni li għaddej biha, dik li jkompli jkattar il-ġid fost l-edukaturi, dawk li jridu javvanzaw fil-karriera tagħhom, dawk li qed jaspiraw li jkunu edukaturi u wkoll il-ġenituri ta’ wliedna. Biex ikollna sistema edukattiva kontinwament aġġornata rridu nkomplu ninvestu fil-ħiliet tar-riżors primarju li għadna – ir-riżors uman, allura l-edukaturi tagħna. L-Istitut għaliex qiegħed jagħti opportunitajiet kbar lill-edukaturi ta’ wliedna, kif qed naraw f’dan il-prospett, b’korsijiet kemm għall-edukaturi kif ukoll għall-ġenituri. Prospett li minn din is-sena għandu żieda ta’ suġġetti li qed jiġu offruti fil-livell ta’ Master Degrees u wkoll Bachelor Degrees. F’dan is-settur qed inħarsu ’l quddiem u naraw li naġġornawh biex l-edukaturi u l-istudenti jkollhom vjaġġ edukattiv mill-aqwa.


14

16.05.2021

GVERN B’RUĦ SOĊJALI:

€2.9 MILJUN GĦAL SIGURTÀ AĦJAR GĦ

Ritratti ta’ CLODAGH O’NEIL

Binja Buqana fl-Imtarfa issa hija sikura għat-80 familja li jgħixu fiha, wara investiment ta’ €2.9 miljun mill-Awtorità tad-Djar. B’hekk tneħħa l-periklu kollu li dawn il-familji kienu qed jgħixu fih. Din ir-riġenerazzjoni saret wara li kien ikkummissjonat studju fl-2015, wara li sar magħruf li kien hemm tħassib dwar is -sigurtà tal-blokka. Dan l-istudju fil-fatt iċċertifika li l-binja, li nbniet u nbiegħet fis-snin 1992-1994, ma kinitx fi stat sigur għat80 familja li huma residenti fiha. Il-Gvern, permezz tal-Awtorità tad-Djar ma kien f’ebda obbligu legali li jidħol għat-tiswijiet kollha li kien hemm bżonn, imma r-ruħ soċjali tal-Gvern wasslet għal dan l-intervent, u b’hekk issa 80 familja jistgħu jorqdu rashom mistrieħa f’darhom. Fl-evalwazzjoni li kienet saret fl-2015, sar magħruf li x-xogħol li kien sar f’din il-binja – tliet blokki tal-Gvern miġburin f’waħda, bi 80 appartament, intuża konkos inferjuri, bħalma kien ġara fil-każ tal-bini tal-Isptar Mater Dei – iż-żewġ proġetti li huma saru taħt Gvern Nazzjonalista. Kien sar magħruf li l-kuntratturi tħallsu għal xogħol li ma kienx sar skont il-pjanti approvati. L-esperti li kienu għamlu l-evalwazzjoni tal-bini, mid-ditta internazzjonali tal-Inġenerija ARUP ikkonkludew li l-amministrazzjoni preċedenti mhux biss ħalliet postijiet tal-housing jiddeterjoraw, imma f’dawk li nbnew intuża konkrit sub-standard. Din id-ditta kienet ukoll tqabbdet tevalwa x-xogħol fil-binja tal-emerġenza tal-Isptar Mater Dei – evalwazzjoni li wkoll kienet irriżultat li ntuża konkos inferjuri. Mit-testijiet li kienu saru rriżulta li kien intuża mater-

jal inferjuri u mhux konformi mad-dokumenti tas-sejħa li kienet ħarġet għal din il-binja. Kien hemm ukoll nuqqas ta’ sorveljanza professjonali u adekwata waqt ix-xogħol li kien sar 20 sena ilu. Kien dan il-Gvern li ħa ħsieb li jneħħi kull periklu li kien hemm għal dawn it-80 familja. Għal numru ta’ snin taħt Amministrazzjoni preċedenti, periti privati kienu jiġbdu l-attenzjoni tal-periti tal-Awtorità tad-Djar dwar problemi strutturali massiċċi. Imma dawn ir-rapporti kienu jkunu miċħuda mill-perit li ħa ħsieb dil-binja filwaqt li kienu jsiru biss tiswijiet kożmetiċi. Kien jidher sew li meta saret dil-binja, 20 sena ilu, kien hemm nuqqasijiet li baqgħu għaddejjin mar-riħ, b’periklu eventwali għal dawn il-familji li joqogħdu f’dil-binja. Familji li jgħixu f’dil-binja kienu rashom maqtugħa, jafu li l-binja kienet perikoluża, ta’ periklu għalihom, imma fl-istess ħin affaċċjati bi spejjeż kbar li kien jinvolvi x-xogħol li kellu jsir. Kienu jitkellmu dwar is-sitwazzjoni, imma t-tħassib dwar saħħithom u l-periklu li kienu jinsabu fih intortament, dejjem waqgħu fuq widnejn torox. Lejn l-aħħar tad-disgħinijiet, ftit snin biss wara li dawn ir-residenzi nbiegħu, mill-ewwel bdew ifeġġu l-problemi, bir-residenti jilmentaw li kien qed jiskula l-ilma bil-konsegwenza li kienet qed issir ħsara fil-konkos, speċjalment fil-garaxxijiet ta’ taħt il-binja. U minkejja li dak iż-żmien il-periti mqabbda mill-Awtorità tad-Djar kienu qed isostnu li ma kien hemm ebda periklu, anzi dejjem iċċertifikaw il-bini bħala sikur, il-ħsarat strutturali bdew jikbru. Mal-pubblikazzjoni tar-rapport, fl-2015, il-Gvern

mill-ewwel kien wiegħed li se jieħu l-passi meħt ha biex ineħħi kull periklu li kien hemm. Kien fi Frar tal-2016 li l-Gvern ħabbar li se jib ħol li kien hemm bżonn, bl-ewwel interventi fis-s tal-binja fejn kien hemm ħsarat estensivi, hekk konklużi d-dokumenti marbuta mat-tenders g ħol li kien meħtieġ. F’Ġunju tal-2016 imbagħad, il-Gvern ħabbar se jibdew ix-xogħlijiet hekk kif f’Lulju jagħlaq biex ikun jista’ jintgħażel il-kuntrattur li se jwe ix-xogħol. F’dan kollu l-Gvern kellu laqgħat mar ti biex jinfurmahom x’kien qed isir biex id-djar jitneħħa kull periklu li kellhom. F’dan kollu, il-Gvern ħass responsabbiltà mor ma kienx hemm responsabbiltà legali. Din hija r jali ta’ dan il-Gvern. Il-kobor tal-periklu sar magħruf meta beda tant li fl-2017 kien tħabbar li mhux inqas minn kellhom jinbidlu. Ix-xogħol li sar kien maqsum fuq diversi faż fatt f’Settembru tal-2018, tlestiet l-ewwel fażi ta et li kien hemm bżonn. Mill-ewwel beda x-xogħo ni fażi. Din kienet tikkonsisti fl-interventi fuq fosthom il-bdil tal-art u l-madum, membrane ġodda, u wkoll it-tisħiħ tal-pilastri. Il-Perit Elai vese fl-2018 spjegat dan il-Gvern x’kien sab, fosth li bdew ifallu, filwaqt li kien hemm ukoll soqfa li Fi Frar li għadda, ix-xogħol kien f’fażi avvan na, tant li fil-jiem li għaddew, ix-xogħol tles għas-serħan il-moħħ lil madwar 300 persuna


16.05.2021

15

ĦAL 80 FAMILJA

tieġa koll- f’dil-binja. Il-proġett kien wieħed partikolari, għaliex meta beda bda x-xog- jinqala’ x-xogħol, il-periti ma kinux jafu x’se jsibu ma’ sotterran wiċċhom, tant li aktar ma beda jinfetaħ xogħol, aktar k kif ikunu bdew jinstabu ‘sorpriżi’. għax-xogU b’hekk il-familji li jgħixu f’din il-binja bdew iserrħu rashom li dak li xtraw b’tant difetti u nuqqas ta’ sigurtà r li kienu taħt Gvern Nazzjonalista, kien qed jirranġah Gvern Lait-tender burista. Mhux biss, imma kien se jgħollilhom il-valur ettaq dan tal-investiment li huma kienu daħlu fih – li bil-periklu r-residen- li kien hemm, il-valur tal-investiment ta’ dawn il-familji tagħhom kien tbaxxa sew. Intant, sar xogħol kbir f’dil-binja biex jitwarrab kull rali, avolja periklu li kien hemm. Fost affarijiet oħra, issaħħaħ r-ruħ soċ- il-basement li jinkludi 99 garaxx u l-partijiet tal-komun li fuqhom jistrieħu 80 appartament privat, tranġa l-konkx-xogħol, rit f’ċerti partijiet u ġie indirizzat qsim serju fil-bini, sar n 99 travu il-kisi meħtieġ u ngħatat iż-żebgħa. Sar ukoll waterproofing, tqiegħed il-madum u nbidlu l-pajpijiet ta’ ċerti żijiet. Fil- partijiet. Fil-partijiet tal-komun sar xogħol ta’ rinfurzar, at-tiswiji- tranġa l-konkrit u ngħata l-kisi waqt li nbidel il-memol tat-tie- brane tal-bjut. Saru xogħlijiet anke fl-appartamenti nfusil-blokok, hom, speċjalment fil-gallarijiet, sors ewlieni tal-perike u drains lu kkawżat. Fuq kollox ingħatat dehra ġdida lill-faċċati ine Geno- biex ma jibqax dieħel ilma mill-konsenturi u biex iż-żona hom travi tieħu bixra estetika isbaħ. i fallew. “B’dan il-proġett evitajna traġedja,” sostna l-Ministru nzata ħaf- għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes. “L-analiżi sta kollu, li kienet saret kienet ikkonfermat li 80 familja kienu qed a li jgħixu jgħixu fi blokka li tinsab f’sitwazzjoni gravi.”

PARTI ŻGĦIRA MINN ĦSARAT LI KIENU RRIŻULTAW FI STRUTTURA DIFETTUŻA MIBNIJA MINN GVERN NAZZJONALISTA, B’RISKJU GĦALL-ĦAJJA TAL-GĦEXIEREN TA’ FAMILJI LI JGĦIXU FIL-BLOKKA



17

16.05.2021

IL-PARTIT TAL-ĦADDIEMA KOLLHA U TA’ KULĦADD

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Il-Partit Laburista twieled mill-ħaddiema 100 sena ilu. Ġimagħtejn ilu ċċelebrajna Jum il-Ħaddiem li hu Jum Speċjali għall-Partit Laburista. Il-PL qatt ma staħa jiċċelebra dan il-jum, sa mill-1926 miż-żgħażagħ soċjalisti fl-Isla. Niċċelebrawh b’wiċċna minn quddiem u bi kburija. F’dan il-jum niċċelebraw ix-xogħol, il-bżulija, il-familja, il-fraternità, il-mobbiltà soċjali, il-ġustizzja soċjali u fuq kollox is-solidarjetà. Dawn huma l-prinċipji ewlenin li jsawru dan il-Partit Laburista li hu l-Partit tal-Ħaddiema, il-Partit tan-nies, tal-poplu. Għamel dan anki meta lanqas biss kellu ċans għal rappreżentanza fil-Parlament jekk ma jisseħibx ma’ partit ieħor. Jum il-Ħaddiem illum għandu sinifikat akbar minn qatt qabel. Quddiem pandemija li ġabet lid-dinja għarkupptejha, niżżu ħajr lill-ħaddiema u lil min iħaddimhom, li wara kollox huma wkoll ħaddiema, li kienu strumentali sabiex nibqgħu għaddejjin minkejja ċ-ċirkustanzi iebsa. Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Dr Robert Abela intervjena biex ġew salvati mal-100,000 post tax-xogħol, pajjiżna hu wieħed mit-tliet pajjiżi fl-Ewropa fejn ir-rata tax-xogħol żdiedet flok naqset f’dan iż-żmien ta’ pandemija. Gvern Laburista għen b’pakketti t’għajnuna wieħed wara l-ieħor li sa issa swew mal-biljun ewro. Imma ma waqafx s’hawn. Il-programm tal-Gvern baqa’ għaddej xorta waħda: bi proġetti kapitali, miżuri tal-Baġit milħuqa u mwettqa minkejja ċ-ċirkustanzi, infiq ta’ biljun ewro f ’servizzi soċjali fejn erġajna rajna żidiet fil-pensjonijiet u l-għajnuniet soċjali, reġgħu żdiedu l-istipendji, l-ebda taxxa ġdida ma ġiet introdotta anzi għal sena oħra tnaqqsu t-taxxi, sar l-investment fl-edukazzjoni u investiment u nfiq bla ebda riżerva fil-qasam tas-saħħa. IlGvern Laburista ma ġabx skużi, xammar il-kmiem u ħadem biex jagħti s-sostenn minkejja sfida kbira. Kompla jressaq ’il quddiem għad-diskussjoni riformi bla preċedent u li kulħadd beża’ li jressaq ’il quddiem jew li qatt ma sab irkaptu kif jissolvew, bħal tal-kirjiet antiki, white paper fuq l-użu responsabbli tal-kannabis, riformi kuraġġużi fil-qasam tal-governanza tajba u s-saltna tad-dritt. Dan kollu sar għax Gvern Laburista qatt ma beża’ mill-bidla u milli jbiddel u jitbiddel. B’wiċċi minn quddiem ngħid li kien ta’ grazzja li f’pandemija bħal din li qatt

ma rat bħalha d-dinja moderna, kien hawn f’pajjiżna jiggverna l-PL. Dan hu l-legat li qed iħalli l-PL fil-gvern, xogħol u titjib fil-kwalità tal-ħajja tan-nies u tama sabiħa u fattibbli għall-ġejjieni. Minn naħa x’għandna bħala alternattiva? Ftit jiem ilu erġajna assistejna għal puntata oħra mit-teledramm f’Tal-Pietà bl-esponenti tal-klikek diversi fi ħdan il-PN joħorġu s-skieken għal xulxin u jkomplu jesponu l-qasmiet evidenti li jeżistu fl-PN. Insinwazzjonijiet, gideb u ġakbiniżmu fl-aktar livell xokkanti li issa ġie evidenti li ntużaw waqt il-kampanja għall-kap tal-PN. U allura faċli tikkonkludi li l-PN lest jigdeb u jinsinwa qlajjiet faħxija fuq sħabhom stess biex ibiddlu kap, aħseb u ara kemm lesti li jigdbu u jiffabbrikaw qlajjiet biex jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika sabiex jieħdu s-siġġu tal-poter li jqisuh tagħhom bi dritt divin. Hekk twieldu, hekk trabbew, hekk jibqgħu. Każ xokkanti huwa dak ta’ Binja Buqana. Il-Gvern ma kellux obbligu li jidħol għat-tiswja ta’ din il-binja. Imma dan hu Gvern tassew b’kuxjenza soċjali, li hu qrib il-poplu u jisma’ l-karba tal-poplu u lest li jidħol sabiex isewwi l-ħsara li ġiet ikkaġunata mir-riżultat tal-korruzzjoni li kienet ħakmet Gvern Nazzjonalista preċedenti. Kważi €3 miljun intefqu biex jissewwew ħsarat strutturali serji f’din il-binja biex ġew salvati mhux biss ir-residenzi tan-nies imma aktar minn hekk il-ħajjiet tan-nies. U dan kollu għax ntuża konkoss inferjuri u difettuż. Dan ma kienx każ wieħed ta’ konkos difettuż. Diversi binjiet oħra fosthom ilkaż klassiku u skandaluż ta’ Mater Dei. U dan għandna nibqgħu nfakkruh u ma ninsewhx. U allura mhux ta’ b’xejn sondaġġ wara l-ieħor jibqa’ jiġi kkonfermat li l-poplu jibqa’ juri fiduċja sħiħa fil-Partit Laburista sabiex imexxi dan il-pajjiż. U għalhekk nkomplu naħdmu b’umiltà, b’serjetà, b’integrità, b’onestà u f’għaqda sħiħa, immexxija mill-Prim Ministru Dr Robert Abela sabiex inkomplu noħolqu l-ġid u s-serħan il-moħħ lill-poplu Malti u Għawdxi kollu. Il-poplu hekk irid. Il-poplu hekk jixraqlu.

dan hu Gvern tassew b’kuxjenza soċjali, li hu qrib il-poplu u jisma’ l-karba tal-poplu u lest li jidħol sabiex isewwi l-ħsara li ġiet ikkaġunata mirriżultat tal-korruzzjoni li kienet ħakmet Gvern Nazzjonalista preċedenti

Ajma kemm dħakt qisni iblaħ nhar il-Ġimgħa filgħaxija, Sur Editur. Tant faqqajt daħk li Melda tiegħi smajtha tagħmel wegħda mar-Redentur tal-Isla. Li jekk nibqa’ hekk u ddaħħalni f ’home għax żmagajt, tixgħellu xemgħa kull nhar ta’ Ħadd għal għomorha. Imma f ’wiċċa baqa’ ta! Għax bdejt nidħak meta kont qed nisma’ l-aħbarijiet. Mela qalu li qed jaħdmu fuq proġett ta’ trasport pubbliku bla xufier. Jaħdem bl-intelliġenza artifiċjali qalu. U jieħdok fid-destinazzjoni tiegħek. Ajma Ma! Alla jagħtiha l-Glorja tal-Ġenna, kemm dħakt. Hekk għidt bejni u bejn ruħi. Mela karozza bla xufier bl-intelligenza artifiċjali twasslek fejn trid. U l-PeNe b’ma nafx kemm-il Kap imkaħħlin ma’ ħajt. Ħa ħaj! Insomma m’hemmx intelliġenza hawn, imma kollox artifiċjali, Sur Editur! Ma rajtx int dil-ġimgħa? Wara ħafna pompa ta’ paċi u mhux paċi, God’s Gift to Malta Jason Azzopardi, reġa’ qal li mhux veru gideb fuq Adrian Delia! Ħaqq l-ożbreċ, ma nistax naqbad irkaptu tagħhom dawn jien. Artifiċjali bla intelligenza dawn. X’kull waħda wkoll! U kont qed nara l-istazzjon tagħna u rajthom jistaqsu lin-Nazzjonalisti dwar Jason Azzopardi. Fihom l-għerf e! Staqsewhom jekk Jason il-Beatu Azzopardi għandux post fil-PeNe. Robert Cutajar wieġeb ‘Good Afternoon’. And to you too Bert! Claudette Buttiġieġ qalet ‘Thank You’. Sellilna għal Jason, Claudette ħi! Ajma x’uġigħ ta’ stonku! Bernie l-Adonis ħaseb li għax taparsi għamlu paċi, qed tinkwentana lil-Labursiti. U mur saqqi l-ħass tal-Akropoli Bernie! Mhux vera, Sur Editur! Lilna lanqas mitt Jason Azzopardi ma jinkwetawna, aħseb u ara wieħed skurdat. Kollha dehru skomdi meta bdew jistaqsuhom. Skomdi daqs meta Melda tiegħi ssajjarli platt artiċokks u xi sagħtejn wara nħossni se nisgħol. Imbagħad vera kienet sabiħa r-risposta ta’ Beppe Swimming Pools fil-Għargħur Fenech Adami. Lil tal-ONE qallu: “Il-frejjeġ tagħmluhom intom mhux Bernard Grech”. Ħa ngħidlu jien, xi frejjeġ nagħmlu, Sur Editur. Sal-aħħar ta’ Ġunju l-Maltin se nilħqu l-immunità għall-COVID. Dik froġa e, Beppe! Ara l-awgurju tagħkom kien li l-Maltin jibqgħu lura u kieku għalikom ix-xahar li għadda biss bdejna nittaqqbu, Sur Beppe. U kif kont smajt fl-aħbarijiet, Malta għandha rata ta’ tilqim ras għal ras, l-ogħla fid-dinja, aktar mill-Iżrael. Ħudha ma’ saqajk Sur Beppe! Ija, frejjeġ nagħmlu aħna. Taf min jirbaħ fil-frejjeġ, Sur Beppe? Il-Boċċa tagħkom dak l-Avukat li jgħid li għandu par kbar. Bil-miżuri li ħa l-Labour waqt il-pandemija kienu salvati mitt elf impjieg. Din froġa oħra Sur Beppe, hux? U ħallina! Anzi, il-Labour irranġa l-froġa tal-qgħad tagħkom, Sur Beppe. Għax qabel tlajna aħna fil-gvern il-qgħad kien m’għola l-wisa’ tal-green space li għandek fil-Għargħur, daqs il-Preluna mimduda, jekk mhux aktar, u l-Labour niżżlu għal livell rekord. Tant li kif konna ngħidu, ix-xogħol jiġri wara l-ħaddiema u mhux il-ħaddiema jiġru wara x-xogħol, hux hekk Sur Editur? Taf xi frejjeġ qed nagħmlu Sur Beppe? Li qed nirranġaw wiċċ Malta. Qatt ma naf kemm ilni ħaj li tranġaw toroq daqskemm qed jiġu rranġati llum. U ara jekk qattx ħlomtu fil-Flyovers tal-Marsa fi żmienkom, iben Fejn huma l-Laburisti! Insomma naħseb jaf fejnhom għax l-aħħar stħarriġ wera fejn qegħdin il-Laburisti. B’moħħhom fuq għonqhom jaraw il-ġid li hawn fil-pajjiż. U tinsiex, Sur Beppe, ħerġin minn pandemija. U dik naħseb froġa oħra hux, li waqt pandemija l-Labour aktar beda jroxx flus u miżuri. Ara meta fi żmienkom, ma nafx xil-ożbreċ kien inqala’, l-ewwel li għamiltu waqqaftu ċ-Children’s Allowance. X’kull waħda wkoll, Sur Editur! Vera nitbaqbaq jien ta! Madoffi ma niflaħhomx. Kemm huma artifiċjali ħanina dinja. Insomma, b’dal-frejjeġ kollha, ifjakkajt jien. Melda ... Melda ... ħabbatli tnejn u itfa’ ftit tursin u tewm ħa nagħmel sengwiċ! Għad-dieħla, Sur Editur.


18

16.05.2021

GYM TAĊ-CHAMPIONS MALTIN Ħafna boxers u bodybuilders Maltin jirrakkuntaw li jafu s-suċċessi tagħhom għat-taħriġ li ngħataw tul dawn l-aħħar 38 sena minn BERTU CAMILLERI, li jmexxi l-gym tiegħu minn Ħal Għargħur. Għalhekk ħsibt li niltaqa’ ma’ Bertu u nikseb ftit aktar tagħrif. Ħadt gost li Alla jbierek, minkejja l-età tiegħu ta’ 76 sena, sibtu għadu mimli enerġija u kuraġġ għall-ħajja. Minn dak li sirt naf, l-istess Bertu kellu jkun katalist biex għolla ġieħ Malta fil-qasam sportiv. Hu qed jistenna bil-ħerqa li min-nhar it-Tnejn 24 ta’ Mejju jerġa’ jiftaħ il-gym. Minn CHARLES B. SPITERI

Bert, għal min bdejt bit-taħriġ fil-gym tiegħek? Armajt għal dawk li xtaqu jibdew il-boxing bis-serjetà fl-1982, wara li jien stess kont waqaft mill-professjoni ta’ boxer, li domt fiha 20 sena u mbagħad qlibt għal trainer. Mill-1964 sal-1982 ma kienx hemm ġlieda boxing f’pajjiżna li ma kontx imdaħħal fiha jien jew il-boxers tiegħi. Kont champion ta’ Malta – nirbaħ u nitlef u dejjem bittim tiegħi. Għat-taħriġ tiegħi, mort sal-Ingilterra. Hawn Malta fejn kontu tiġġieldu? Bħala postijiet għall-boxing kien hawn ir-Rocky Vale, ir-Radio City u t-talkies ABC fil-Furjana. Meta kienet issir ġlieda, dawn il-postijiet kienu jkunu mballati bin-nies. Ġieli kienu jġibulna xi Taljani biex niġġieldu magħhom u ġieli niġġieldu bejnietna. Meta jingħad ġlied tal-boxing kien ikun ġlied ta’ ħbiberija, li tafu minn qabel min se jirbaħ? Le, kien ikun ġlied bi sport. Anzi fejn seta’ kien ikun hemm xi xiri, kont inwarrab. Jien kont niġġieled biex nirbaħ. Missieri kien jgħidli: “Jekk tilgħab il-ġellewż m’ommok, tirbħilha trid, aħseb u ara titla’ quddiem elf ruħ, hu jagħtik u int ittih.” Għax dari, flok biż-żibeġ, konna nilagħbu bil-ġellewż; u ħadd ma kien iċedilek biex tirbaħlu! Bħala familja kontu ħafna aħwa u kemm ħriġtu għal dan l-isport? Konna ħamsa iżda jien biss qbadt dan l-isport. Bdejt in-namra wara li segwejt ġlieda fil-grawnd tal-Gżira, fejn wieħed faġar lill-ieħor u staqsejt lili nnifsi kif ma ferrquhomx. Madankollu,

minn hemm nibtitli l-ħajra għall-boxing u bdejt immur nitħarreġ fi kmamar f’Tas-Sliema u l-Ħamrun. Fiż-żmien li qed issemmili, x’apparat kont issib biex titħarreġ?

tal-isport; Charlie Debono, li kien fil-WEFA tal-Boxing; Willie Apap tal-Gżira, u l-Ingliż tas-Servizz, Jimmy Sawyer, li kienu jqassmu x-xogħol bejniethom. Kienu huma li organizzaw l-ewwel ġlied li semmejtlek, fejn kien infaġar boxer. Meta kien iweġġa’ xi ħadd sew, kienu jaslu, kif ħsibt int, li jferrquhom?

Xejn! Dan kien f’xi l-1956. Kulma kont issib xi xkora mdendla; taqbeż il-ħabel u tagħmel taħriġ fiżiku kemm tiflaħ. Min kien ikollu xkora, qisu kellu gym, għax lanqas xkora ma Le. Il-boxing hu sport kont issib tixtri. dixxiplinat ħafna, bir-regolamenti fejn tista’ tagħti Ngħid sewwa li ħafna boxers d-daqqiet u fejn ma tistax. kienu jaħdmu fil-ġebel? Jekk ir-referee jara lil xi boxer stordut irid iwaqqfu jew Iva, u jien kont naħdem jgħoddlu sa tmienja biex fil-ġebel u r-raba’. Kon- jara għadux f’saħħtu jkomna nemmnu li xogħol hekk pli. Il-boxing proprju ma jagħtik iżjed saħħa. Terġa’ fihx moħqrija bħalma naraw min kien ikollu xogħol ħafif, fil-boxing tal-gaġeġ. jibdlu ma’ wieħed ta’ stra- pazz biex jissaħħaħ. Tant, li Allura bejn il-boxing u meta ġġelidt ġlieda t’għaxar l-kick-boxing hemm rawnds u rbaħt, kont naħdem differenza kbira? bil-jackhammer, inqatta’ l-blat. Dak iż-żmien kont Fil-kick-boxing jużaw saqaimpjegat mal-Gvern. Naħd- jhom ukoll biex jagħtu bis-simu bl-imqita, inkella bil-ke- eq. Ir-regolamenti tal-boxjl, sa nofsinhar, naqta’ l-blat, ing proprju huma aktar ideali, għax il-blat hu l-iktar iebes u għax la tista’ tagħti b’saqajk, ċċaqlaq il-muskoli l-ħin kollu. la b’minkbejk u lanqas bl-ing wanta miftuħa. Fil-boxing trid Meta mmorru tolqot it-target, miċ-ċinturin għall-antik, min kien ’il fuq. Fejn tmissu, tieħu jorganizza l-boxing? l-punti; m’hemmx għaliex toqtol lill-opponent, jew Sa meta lħaqt jien, kien hemm toħroġlu d-demm. kumitat tal-Malta Boxing Association. Fih kien hemm Barra minn Malta Benny Pace, li kien ġurnalist ħadt sehem Bert?

Jien qatt ma ġġelidt barra, iżda tellajt żewġ kompetituri għal-Logħob Olimpiku: Martin Fenech mill-Mosta u lil Robert Debono minn San Ġwann. Darba kienu se jtellgħuni niġġieled, iżda billi kelli ritratt bla flokk, ma’ Charlie Seguna, Philip Xuereb u mal-Gypsy ta’ Ħaż-Żabbar, (għax kont champion ta’ Malta); għall-barranin, min ikun bla flokk jitqies professjonali u għalhekk ma jistax jiġġieled mal-amateurs. Bħal fil-futbol, bniedem professjonali ma jistax jilgħab mal-amateurs fil-finali. Fil-bidu tat-taħriġ tiegħek, kellek min jurik kif tittrenja?

Mat-Taljan tlift bil-punti flABC tal-Furjana, iżda qaluli li la żammejtu b’dak il-mod, stajt niġġieled ma’ min irrid. Wara, kont sirt champion ta’ Malta tal-Welterweight (taħt is-60 kilo), u ġġelidt ma’ Philip Xuereb li kien champion tal-Middleweight (sa 75 kilo). L-ewwel darba tlift, imbagħad erġajna ġġelidna u rbħat jiena, u sirt champion ta’ Malta tal-Middleweight fl1970. Tara differenza bejn boxers Maltin u barranin?

Fil-ġlidiet isibu boxers tal-istess kalibru. Kull boxer ikollu ktieb ta’ kemm-il ġlieda jkun iġġieled; u jlaqqgħuh ma’ ieħor bl-istDak iż-żmien mhux bħal-lum, ess riżultat. kulħadd bil-personal trainer, iżda ssib xi wieħed dilettant. Bejn il-boxers Maltin Jien kelli żewġt ixjuħ: Ċikku kienet teżisti pika? Attard mill-Mosta u Xmun Chetcuti li kienu boxers l-Aw- Naturalment. Dak iż-żmien stralja. Huma kellhom 70 anki l-irħula kienu ppikati, sena meta jien kelli 20. Kienu għax anki kellna ċ-chamjiġu juruni x’għandi nagħmel. pions tal-ħmir. Isuqu fl-Imnarja u ż-Żebbuġin u Bħala rebħ u telf, x’kellek? l-Għargħurin kellhom l-aqwa ħmir għall-ġiri. Tlift xi tliet ġlidiet. Waħda kont għadni nibda u ma kellix Imma tinbet għira esperjenza fir-ring. Kienet bejn il-boxers? saret fl-Amazon Ħal Qormi, oħra ma’ Taljan ftit wara. Ġie Għall-ewwel iva, iżda biex jiġġieled maċ-champi- mbagħad kienu jiġu l-boxon ta’ Malta ta’ dak iż-żmien, ers Awstraljani u jgħidulna Charlie Seguna; dan ma setax biex wara l-ġlieda nagħmlu u ħeġġewni nidħol minfloku. ikla. Allura l-pika tisparixxi. Kont prużuntuż u aċċettajt. Bħala taħriġ, kontu tagħmluh regolarment?

Il-boxing hu sport dixxiplinat ħafna, bir-regolamenti fejn tista’ tagħti d-daqqiet u fejn ma tistax. Jekk ir-referee jara lil xi boxer stordut irid iwaqqfu jew jgħoddlu sa tmienja biex jara għadux f’saħħtu jkompli

Dażgur, konna mibnijin, b’saħħitna sew u nitħarrġu s-sena kollha. Min kien iffissat kien jittrenja kuljum, iżda min jittrenja darba iva u darba le, kien ikun aktar f’saħħtu. Terġa’ qabel ġlieda u wara li niffirmaw il-kuntratt għaliha, konna nagħmlu xahrejn taħriġ kuljum, għax il-boxing jeħtieġ nifs qawwi. L-aħħar ġlieda li baqgħet imsemmija kienet fil-grawnd


19

16.05.2021

hemm boxer Malti li miet fir-ring. Iva, dejjem. U llum ikun hemm ukoll ambulanza. Ilkaż li qed issemmi int kien ta’ Charles Cutajar. Kien raġel b’saħħtu ta’ 33 sena u kien ilu jitħarreġ mindu kien żgħir. Iżda ma kienx dedikat fuq il-boxing biss. Dak kienu se jġellduh maċ-champion tal-Ewropa, li ma setax jiġi. Għalhekk laqqgħuh ma’ boxer Taljan, ġellied u b’saħħtu wkoll. Kieku ġie ċ-Champion tal-Ewropa, ma kienx joqtlu, għax boxer professjonali jkun jaf x’inhu jagħmel. Iżda dawn iġġieldu bis-saħħa ta’ xulxin u Cutajar reġa’ ntlaqat meta kien diġà stordut. Spiċċa f ’concussion. Jiġifieri ma kinux kalibrati. Iżda kull boxer ma jkollux lin-nies tiegħu li jistgħu jwaqqfu l-ġlieda?

tal-Gżira, kontra Awstraljan. Kien id-disa’ wieħed fil-kategorija tal-Commonwealth. Iġġelidt miegħu sal-għaxar round u tlift. Meta waqaft, xi kemm kellek żmien?

Imbagħad ġew żewġ body builders: Tony Camilleri u Frank Attard u billi l-post kien kbir ħajruni nagħmel biċċa għall-ħadid. Biex nibdew, ġabu l-ħadid tagħhom. Imbagħad bnejt fuq għalih. Isfel kelli minn seba’ sa għaxar boxers għal ma’ ta’ barra, u daqqa nġibu boxers Malta u drabi oħra nieħdu lil tagħna l-Ingilterra. Tellajt seba’ timijiet. Ngħid sew li għandek taqsima għan-nisa? U liema taħriġ jagħmlu?

Kelli 34 sena, għax meta tilħaq dik l-età, anki r-riflessi ma jibqgħux fl-aqwa tagħhom. U ta’ dik l-età tibda tistaqsi lilek innifsek: “Issa dan il-ġlied xi rridu?” Allura tibda tnaqqas. Iżda b’dan il-ġlied, il-boxers jiggwadanjaw Illum trid tiftaħ għalihom finanzjarjament? ukoll. Għalhekk isfel ħallejtu għan-nisa u fuq qiegħed Hawn Malta le, għax kon- għal kulħadd. Huma jiġu għal na niġġieldu għad-dilettan- taħriġ fiżiku, għall-bodytiżmu. U meta jkun hemm building u anki għall-boxmadwar elf spettatur, for- ing. Claire Sammut ma tiġix si konna ningħataw 30 lira, tittrenja fil-gym tagħna, iżda għax id-dħul kien ikun bil- titħarreg il-boxing b’mod ħames xelini (60 ċenteżmu). professjonali f’pajjiżna. Boxers barranin, imħallsin bħall-footballers, għax ikunu Meta qlibt minn boxer professjonali. għal instructor, ħtieġlek xi taħriġ? Fil-boxing, min jitħallas l-iktar, min jirbaħ jew min Le, meta sirt kowċ tal-boxing jitlef ? għallimt fuq li għallmu lili. Sirt professjonali mingħajr Le, min jirbaħ. L-Assoċjazz- karti, għax kelli l-esperjenza joni, l-ewwel taqta’ l-ispejj- tal-isport u kont nitħarreġ eż kollha u jekk jibqa’ mitt ma’ boxers Maltin li kienu lira, jingħataw 30 lir-reb- jiġġieldu l-Awstralja. Millbieħ, 20 lit-tellief u l-oħrajn gym ħarġu kemm-il chamgħall-Federazzjoni. pion, kemm għall-boxing kif ukoll għall-bodybuilding. Iżda tidher li fil-gym varjajt xi ftit mit-taħriġ Xi kemm-il persuna għall-boxing. jesa’ l-gym tiegħek Bert? U l-aktar li jattendu huma Bdejt b’isfel għall-boxing. l-irġiel?

Biex kulħadd ikun ixxamplat, jieħu 55 persuna f’kull ħin fit-tliet sulari. Il-gym ikun miftuħ kuljum bejn is-7.00 a.m. u d-9.00 p.m. u jitmexxa minn tlieta min-nies. F’dik li hi attendenza, in-nisa qed jiżdiedu u għalhekk għamilt parti għalihom biss biex iħossuhom komdi jattendu u jkollhom l-għażla fejn jixtiequ jitħarrġu. Hawn jiġu wkoll nisa Musulmani għax iħossuhom komdi jittrenjaw f’ambjent bejn in-nisa biss. Bħala taħriġ, ta’ kemm-il sena jibdew? Jistgħu jibdew minn 16-il sena bil-permess tal-ġenituri, għax il-gym jgħin kemm mentalment kif ukoll fizikament fl-iżvilupp u fl-istudju tagħhom. Xi kemm-il boxer ħarriġt? Le, dak ma ngħidlekx bl-amment. Ngħidlek biss li lil dawk li għallimt jien, wassalthom biex jirbħu lil dawk li rebħu lili, inkluż lill-Awstraljan talaħħar ġlieda tiegħi. Lil dak kien rebaħlu Pawlu n-Niċċu minn Birkirkara. U kienet rebħa meraviljuża. Meta jkun hemm xi safar min iħallas? Is-safra ssir mill-Federazzjoni. Il-boxer u min jitla’ miegħu iħallsu biss l-alloġġ. L-istess meta jinġiebu boxers minn barra. Meta ftaħt il-gym tiegħek

kien hawn oħrajn? Kien hawn xi tlieta b’kollox; fil-Marsa, fiż-Żejtun u f’Ħal Qormi, iżda kollha kienu ta’ kamra waħda għad-dilettanti tal-istess raħal. Meta ftaħt jien, kienu jiġu jittrenjaw nies minn Malta kollha. Tiftakar xi individwi li għamlu isem mill-gym tiegħek? Mill-antiki li niftakar hemm Charles Grech, Pawlu n-Niċċu, Martin Fenech, u Robert Debono li marru għal-Logħob Olimpiku Dinji fir-Rumanija. Warajhom hemm oħrajn li għamlu suċċessi f ’Malta u barra, fosthom f ’Casablanca, l-Ingilterra, l-Irlanda u Ċipru. Fil-bodybuilding għamilna xi isem? Kelli bosta, fosthom lil Pierre tat-31 Bar ta’ Birkirkara u Charles Duca li sar champion tad-dinja. Ħadha darbtejn. Meta rebaħ f ’pajjiżna bdew jgħidu li ħa t-titlu għax f ’Malta, iżda mbagħad tela’ Spanja u rebaħ hemm ukoll. Ieħor ta’ ’l fuq minn 40 sena, li jiġi jitħarreġ hawn regolarment u għamel isem tajjeb ferm hu Dominic Schiedà. Iżda biex ma nonqos lil ħadd, għax huma mijiet iċ-champions u faċli nħalli lil xi ħadd barra, aħjar ma nsemmix aktar ismijiet. Nerġgħu għall-boxing. F’kull ġlieda jkun hemm tabib? Għax jidhirli li darba kien

Jistgħu, iżda l-bniedem ikollu fih li jkun irid ikompli sa ma jirbaħ u n-nies ta’ miegħu jafu jibżgħu li wara, dak il-boxer jeħodha kontrihom. Ħafna jgħidu li Charles Cutajar miet fir-ring, iżda fil-verità ttieħed l-isptar u miet 24 siegħa wara. Meta tħares mill-bidu sal-lum, xi kemm-il magna ġibt għall-gym? Xtrajt magna magna u bnejtu tul 38 sena. Illum għandi 12-il treadmill apparti mill-magni l-oħra kollha. Ma rridx insemmi kemm swewni, biex ma nsemmix flus. Insemmi biss li għal rota waħda tal-ħadid tal-20kg trid €50. Dan li għandi hu l-aqwa line-up tat-techno gym pure strength biex nibqa’ fuq il-free weight. Free weight tfisser magni li jifilħu jieħdu piż indipendenti minnhom, fejn iżżid il-piż għall-magna int stess, skont kemm tixtieq terfa’, bid-differenza ta’ magni li jiġu bilpiż lest magħhom u kemm tagħżel liema piż trid terfa’ (magni tal-pinn). Finalment nistgħu ngħidu li l-gym tiegħek hu maqsum f ’ħames partijiet. Hekk hu. Taqsima għall-heavy duty free weights, oħra treadmills, roti u keep fit minn kull kwalità u magni tal-pinn; kamra għas-saqajn biss; oħra tal-boxing u l-aerobics u isfel gym għan-nisa. U kullimkien armat b’kollox biex kulħadd joħroġ sodisfatt, ladarba dak li jkun jitħarreġ b’delizzju.


20

16.05.2021

JANICE CARUANA TINTERESSA RUĦHA TISTĦARREĠ FUQ IX-XOGĦOL TAL-MAJJISTRA FL-IMGĦODDI Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Il-ġenerazzjoni żagħżugħa tallum ftit li xejn taf tagħrif dwar il-majjistra tal-imgħoddi. Illum imdorrija li kulħadd jinqeda mill-isptar anke fejn jidħol twelid ta’ trabi. Il-majjistra kienet tkun mara magħrufa u rispettata daqs it-tabib u l-kapillan tar-raħal. Xogħolha kien jagħmilha popolari kemm mal-irġiel għaliex kienu huma li jridu jsejħulha f’każ li l-mara tkun waslet biex twelled kif ukoll man-nisa li spiss kienu jiġu bżonnha. Illum ix-xogħol tal-majjistra ġewwa l-isptar ma jistax jipparaguna mal-majjistra tal-komunità għaliex hu totalment differenti. Dwar dan u aktar tkellimt ma’ Janice Caruana. Għandha 33 sena u toqgħod iż-Żejtun. Hija omm ta’ tifla li jisimha Kyra u persuna impenjata ħafna. Fil-preżent taħdem bħala infermiera fuq l-ambulanzi u ilha taħdem fil-qasam tas-saħħa għal madwar 12-il sena. Kisbet Baċellerat bl-Unuri fin-Nursing u fil-mument qed tkompli tistudja l-psikoterapija. Għandha diversi passatempi fosthom tħobb tmur bir-rota fil-kampanja, taqra u tieħu ħsieb il-pjanti. Tħoss li hija persuna ambizzjuża, determinata u li tagħmel, tagħmlu b’passjoni. Bħala infermiera u parti mix-xogħol tagħha huwa li tassisti għat-twelid tat-trabi. Xi snin ilu bdiet tinteressa ruħha tistħarreġ fuq ix-xogħol tal-majjistra fl-imgħoddi. Ridt inkun naf kif nibet eżattament dan l-interess fiha, u xi bdiet tagħmel eżatt. “F’kull każ ta’ emerġenza, ikun xi jkun il-każ, bħala infermiera trid tmidd idejk u tgħin f’dak kollu li jkun hemm bżonn u xi drabi din tista’ tkun twelid ta’ tarbija. Wara każijiet bħal dawn, dejjem kont inmur id-dar ħosbiena u kurjuża dwar kif kien iseħħ it-twelid fil-komunità meta li twelled it-tarbija d-dar kienet il-prassi fis-seklu 20 u s-snin ta’ qabel”. Iddeċidiet li tieħu din ir-riċerka aktar bis-serjetà u b’aktar profondità Kompliet tgħidli: “Niftakar kont xtrajt diversi kotba tal-istorja u l-folklor Malti sabiex nikseb xi ftit risposti għad-diversi kurżitajiet li kelli, iżda ma sibtx risposti għal dak li kont qed in-

fittex bħal min kienet il-majjistra? Kif kienu jippreparaw għal twelid fid-dar, min kien ikun preżenti għat-twelid, x’jiġri waqt emerġenza u diversi mistoqsiet oħra. Għalhekk, iddeċidejt li nibdà nirriċerka jien. Bdejt billi staqsejt dwar dan is-suġġett ommijiet anzjani li kienu welldu d-dar, kelma ġġib lill-oħra u beda jkolli risposti ferm interessanti. Bdejt niskopri dettalji sbieħ u esperjenzi emozzjonanti li qatt ma ntqalu qabel. Aktar ma bdejt insir naf dwar il-majjistri u t-twelid fiddar, aktar bdejt ninduna kemm ma kont naf xejn dwarhom. Dan immotivani sabiex tal-inqas, xi ħadd jirrikonoxxi x-xogħol u l-kontribut tant siewi li taw dawn in-nisa lis-soċejtà Maltija. Għalhekk, iddeċiejt li nieħu din ir-riċerka aktar bis-serjetà u b’aktar profondità,” stqarret miegħi Janice. Kompliet tgħidli li bil-kunsens tal-parteċipanti bdiet tiddokumenta l-informazzjoni, bdiet iżżur arkivji biex tikseb aktar dettalji u intervista wara oħra, wara sitt snin semgħet madwar 200 rakkont ta’ twelid u kellmet madwar 18-il majjistra jew il-qraba tagħhom. Wara li ħasset li kellha biżżejjed informazzjoni, bdiet tikteb il-ktieb, tislet il-kaptili u tiġbor it-temi sabiex f’Marzu tal-2020 nediet il-ktieb bl-isem Il-Majjistra u t-Twelid fil-Komunità Maltija fis-Seklu 20. Naturalment hemm differenza minn kif kienu jwelldu t-trabi fl-imgħoddi għal kif iwelldu llum il-ġurnata. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar. “Qabel l-ommijiet kienu jwelldu fi djarhom. Fil-fatt interessajt ruħi nitkellem ma’ xi ommijiet li kienu welldu f’darhom stess u anke ma’ majjistri tal-imgħoddi. Bla dubju trid kuraġġ kbir. It-twelid huwa proċess naturali fejn ħafna drabi l-majjistra tiggwida lillomm u tgħinha sabiex twelled it-tarbija. Bħala metodi stajt ninduna kemm il-metodi tal-lum komplew jibnu ħafna fuq ta’ qabel u xi prattiċi baqgħu l-istess. Inħoss li tgħallimt ħafna mill-majjistri dwar il-mod kif kienu jaħdmu f’ċerti emerġenzi, eżempju jekk it-tarbija tkun kiesħa ħafna, xi majjistri kienu jidilku lit-tarbija bi ftit xorb alkoħoliku sabiex tisħon.

Huma prattiċi sempliċi u effettivi li nqatgħu minħabba diversi raġunijiet. L-għodda li kienet tintuża f’każ ta’ bżonn ukoll kienet interessanti. Ħafna baqgħu l-istess u jintużaw sal-lum il-ġurnata, iżda xi wħud bħal eżempju; pompa tas-sider tal-ħġieġ, siringi tal-ħadid u lavatur ħadu xgħira oħra, iżda jaqdu l-istess funzjoni”. Kompliet tgħidli: “Jien ħassejtni affaxinata bl-intelliġenża u l-metodi improvizzati li kienu jużaw dari. It-twelid huwa proċess naturali li ilu jsir sa minn meta kien hawn l-ewwel bniedem fid-dinja. Illum il-ġurnata, aħna bħala ġenerazzjoni li fil-fehma tagħna nifhmu f’kollox, inħoss li qridna l-proċess tan-natura f’dan il-każ, it-twelid naturali, fl-ambjent naturali tal-mara. Biex ikollok tarbija llum ġie bħal daqslikieku ser tagħmel intervent kirurġiku, bilfors trid tmur l-isptar, marbuta mal-monitors, issegwi l-proċeduri u tagħmel dak li hu mistenni minnek. L-aktar ħaġa li nixtieq li kelli bħan-nisa ta’ dari kienet li jkolli ċans li nwelled id-dar, li l-majjistra kienet tkun tafni u jien naf lilha. Li l-omm setgħet twelled ġo ambjent familjari mal-qraba li joffru sapport u għajnuna. Jaffaxxinani l-fatt li lill-omm kienu jimlewha bil-kuraġġ u li hi kienet tħossha kunfidenti u kapaċi li twelled tarbija mingħajr ħafna ndħil mediku

li mhux dejjem ikun neċessarju. Kemm il-majjistra, kif ukoll l-omm kienu jafdaw f’dak li hu naturali u mhux ħafna għaġla għal ċesarja għax ikunu nqabżu d-disa’ xhur bi ftit. Meta joqrob iż-żmien għal twelid fid-dar, kulħadd kien jagħti daqqa t’id, donnu kien avveniment fil-komunità ta’ madwar l-omm. Il-ġirien iżommu t-tfal l-oħra, min isajjar, min jaħsel, min joqgħod malomm. Kien hemm sens qawwi ta’ altruwiżmu, rispett u sa ċertu punt, imħabba bejn il-membri tal-familja. Fl-intervisti joħroġ ċar ħafna r-rabta li kien hemm bejn in-nisa ta’ madwar l-omm mal-omm, għalija hi xi ħaġa ferm pożittiva. Din hi xi ħaġa li ntilfet maż-żmien, bejn għax il-familja ma baqgħetx estiża u għax it-twelid ma baqax iseħħ fil-komunità,” spjegatli tajjeb Janice. Fl-imgħoddi l-majjistri kienu l-unika nisa li kellhom pożizzjoni popolari filkomunità u kienu rispettati immens għal xogħolhom Min-naħa l-oħra, stqarret miegħi li l-majjistri l-istess, kienu nisa ta’ skola u ma jagħmlux dan ix-xogħol b’apprentistat. “Naħseb l-unika nisa li kellhom pożizzjoni popolari fil-komunità u kienu rispettati immens għal xogħolhom. Kienu jaħdmu bla heda lejl u nhar dejjem għad-dispożizzjoni

tal-omm. Xejn ma kien iwaqqaf lill-majjistra milli tagħmel dak li kien mistenni minnha. Ħadmu f’kull tip ta’ temp, fil-gwerra, f’kull tip ta’ ambjent ma’ kull tip ta nies fi kwalunkwe ċirkostanza u ħafna drabi ma tħallsux. Il-majjistri huma l-aktar nies li impressjonawni”. Mhux hekk biss, iżda Janice ġġemma’ affarijiet relatati li kienu jintużaw mill-majjistri. Fil-fatt ħolqot ukoll mużew żgħir b’dawn l-affarijiet b’kollezzjoni awtentika ta’ għodod u oġġetti oħra kollha marbuta mal-ħlas tat-trabi u ma’ xogħol il-majjistra. Kull ħaġa li għandha hija dokumentata. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar dwar dan. “Peress li jien persuna medika wkoll, waqt l-intervisti kont ninnota diversi oġġetti relatati mat-twelid fid-djar. Eżempju darba nnuntajt kelb ta’ familja partikolari li kien qed jixrob minn kontenitur li fih kienet teżamina s-sekonda l-majjistra. Ma’ min kont qed nagħmel l-intervista kien it-tifel ta’ majjistra partikolari u ma kellux idea ta’ x’kien l-użu ta’ dak il-kontenitur. Fil-fehma tiegħi, kienet ħasra li oġġetti daqshekk ta’ valur fl-istorja tal-maternità Maltija ma kinux miġbura u dokumentati, u għalhekk iddeċidejt li ngħaqqad il-kollezzjoni jien. Kien żmien fejn kont għadni kemm qed nirrestawra dar antika u ddeċidejt li l-għorfa,


21

16.05.2021 fejn fiha kienu twieldu numru ta’ trabi, narmaha kif kienet tkun għall-ħabta tal-1940. Hi tagħmel parti mid-dar privata tiegħi li tinsab ġewwa ż-Żejtun. Sal-lum bejn oġġetti li xtrajt u qlajt bħala donazzjoni għandi madwar 190 oġġett. Għandi diversi bagalji ta’ majjistri armati b’kollox u numru kbir ta’ kotba, ċertifikati ta’ majjistri, karti ta’ eżamijiet, ritratti, kontenituri u oħrajn. Għandi wkoll numru kbir ta’ għodda li kienet tintuża biex tinġibed it-tarbija, biex isiru l-punti, raxkament fid-dar, mediċini u diversi oħra, xi wħud kienu tat-tobba. Dawn l-oġġetti jinsabu fil-vetrini fl-għorfa u kamra oħra. L-għorfa fiha wkoll sodda u għamara tal-epoka. Diversi ritratti ta’ dawn l-oġġetti huma fil-ktieb flimkien ma’ deskrizzjoni ta’ kull oġġett relatat mat-twelid fil-komunità. Il-qoxra tal-ktieb hi fil-fatt meħuda fl-għorfa tiegħi.” Matul din l-intervista, sirt naf ukoll li l-eqdem oġġett li għandha hu ktieb li kienu jistudjaw il-majjistri minn fuqu u jmur lura għal-1817. Din il-kollezzjoni xi drabi tkun miftuħa għall-pubbliku iżda bħalissa minħabba l-pandemija dan mhux possibbli. “Ninsab ħerqana ħafna biex nerġa nilqa’ nies id-dar li spiss jitolbuni biex iżuru din il-wirja, iżda nagħmel dan meta jkun sigur. Kull minn hu interessat jista’ jsegwi l-paġna ta’ Facebook biex jikseb aktar informazzjoni: Il-Majjistra u t-Twelid fil-Komunità Maltija”, sostniet mieghi. Tkellimt magħha dwar ilktieb li ppubblikat proprju bl-isem Il-Majjistra u t-Twelid fil-Komunità Maltija fis-Seklu 20. Huwa ta’ sodisfazzjon għaliha, li xogħol il-majjistri issa aktar magħruf u jista’ jiġi apprezzat mill-ġenerazzjoni preżenti u li ġejjin. “Sodisfatta wkoll għall-fatt li għalkemm il-ktieb fih xi dettalji mediċi, hu miktub u spjegat b’mod sempliċi sabiex

kull persuna tkun tista’ tifhem. Kburija għall-fatt li dħalt fid-dettall f’diversi suġġetti li kienu meqjusa bħala tabù u skoprejt diversi fatti interessanti. Eżempju hemm kapitlu sħiħ dwar; Tqala mhux mistennija u twelid fil-moħbi. Mimli informazzjoni u dokumenti dwar fejn kien iseħħ it-twelid, kif kienu jippreparaw għalih, x’kien isir mit-tarbija, addozzjoni u diversi rakkonti esklussivi”. Tippublika ktieb b’diversi aspetti dwar il-majjistra u t-twelid fil-komunità Il-ktieb ħareġ fis-6 ta’ Marzu tal-2020, ġurnata qabel ma nqalgħet il-kriżi tal-pandemija. Sal-lum, kważi sena wara diġà nxtraw ’il fuq minn 400 kopja. “Hu ktieb b’qoxra ratba ta’ qies B5, magħmul minn 285 paġna u maqsum fi 17-il kapitlu u jiswa €15.50. Il-kapitli jittrattaw diversi aspetti dwar il-majjistra u t-twelid fil-komunità fosthom; profili tal-majjistri, kif kienu jilħqu majjistri, il-basket tal-majjistra, fejn kien iseħħ it-twelid, il-proċess detaljat tat-twelid, prattiċi, twemmin, ritwali, meta jinqala’ dak li mhux mixtieq, twelid fil-moħbi u kapitli oħra. Iddeċidejt li jien stess inkun il-pubblikatriċi tiegħi, u għalkemm ħadli ħafna aktar xogħol inħossni sodisfatta għall-fatt li kelli rispons tajjeb ħafna. Il-ktieb kien magħżul mill-Kunsill Nazzjonali tal-ktieb u ġie parzjalment iffinanzjat. Fih diversi rakkonti diretti ta’ majjistri kif ukoll ta’ ommijiet li jgħinuk tifhem u tħoss ftit mill-emozzjonijiet tagħhom. Fil-ktieb insibu diversi ritratti uniċi fosthom sett ta’ ritratti ta’ reanimazzjoni ta’ twelid fid-dar mill-bidu sa wara li titwieled it-tarbija. Jibdew minn meta l-omm tħoss l-uġigħ, il-qariba tipprepara u tlesti għal meta tiġi l-majjistra, il-majjistra tin-

vista l-omm, it-twelid u oħrajn. 16-il ritratt miġbudin fl-għorfa mużew tiegħi, b’nies veru, awtentiċi sabiex jgħinu lill-qarrej jara u jifhem pass pass x’kien jiġri,” żvelat mieghi Janice. Miegħi Janice żvelat li jiddispjaċiha li fl-iskejjel u fis-sistema edukattiva xogħol il-majjistra sa fejn taf hi ma jissemma mkien. “Tal-mistħija li lanqas fl-Università ta’ Malta fit-taħriġ tal-majjistri preżenti ma hemm l-ebda tagħlim iddedikat dwar l-għeruq tal-professjoni tagħhom u l-ebda referenza għall-majjistra li sa mill-qedem dejjem ħadmet mal-omm fil-komunità. Xi żmien jew ieħor kulħadd b’xi mod kellu xi kuntatt ma’ majjistra avolja forsi tkun għadek tarbija u ma tiftakarx. Kif għedt qabel fl-istorja ta’ Malta tagħrif dwar xogħol il-majjistri hu veru ftit li xejn. Infatti kienet vera diffiċli għalija biex insib ċerta informazzjoni. Inħoss li t-tagħrif dwar xogħol il-majjistri f’Malta dejjem kien mistur u għalhekk diffiċli li jiġi apprezzat. Iżda issa ma hemmx skużi, it-tagħrif ġbartu jien u l-istorja ktibta biex tibqa’ hemm għal dejjem. Qatt ma hu tard li ngħallmu t-tfal dwar l-importanza tal-majjistra fis-soċjetà Maltija kemm bħala mara, kif ukoll bħala professjonista. Il-majjistri preżenti u futuri issa għandom sors tajjeb biex ikunu jafu aktar dwar ilħajja u l-metodi tal-majjistri ta’ qabilhom. Fl-aħħar nett, Janice ħalliet messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Dan il-ktieb għalija kien qisu t-twelid tat-tieni tarbija tiegħi. Kienu sitt snin ta’ ħidma, imma għomor ta’ sodisfazzjon. Dawn il-majjistri fl-aħħar setgħu juru l-għarfien tagħhom u jsemmgħu leħinhom permezz ta’ kitbieti. Xtaqt nitfa’ aktar dawl fuq ir-reżiljenza u l-esperjenza reali ta’ l-omm fejn tagħmel minn kollox sabiex tgħajjex lil ulieda.

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

Jien nemmen li kull bniedem għandu storja jekk inti lest li tismagħha. Jekk tixtieq tkun taf aktar fuq l-antenati tagħna, għixu l-esperjenza imprezzabli

tat-twelid, il-materjal qiegħed miġbur għalikom fil-ktieb: Il-Majjistra u t-twelid fil-komunità Maltija fis-seklu għoxrin, temmet tgħid Janice.


22

16.05.2021

Naħla fuq fjura tan-Naspli

Tilar bid-duqqajs li ser joħroġ mill-fosdqa fi ftit ġranet

F’MALTA NSIBU 270 NAĦĦAL

L-GĦASEL MALTI JIBQA’ PARTIKOLARI U UNIKU Konna nisimgħuha minn mindu konna żgħar, dwar kemm l-għasel ta’ Malta jisboq lil dak ta’ madwar id-dinja. Imma malli tkellimt mal-Malta Bee keepers Association, mill-ewwel intbaħt li din mhix frażi biss, iżda realtà. Dedikazzjoni, sagrifiċċju u passjoni huma l-ingredjenti għas-suċċess li jiksbu. Staqsejt x’inhu l-iskop tagħhom u anke dwar kwistjoni li qamet din is-sena, intqal li n-naħal din is-sena pproduċa għasel qabel iżżmien. X’inhu l-iskop tal-Assoċjazzjoni tagħkom u fiex tikkonsisti l-ħidma tagħha? L-għanijiet u l-ħidmiet tal-għaqda huma li ġejjin: a. Il-ħarsien, it-titjib, il-koordiment tal-interessi ta’ dawk li jrabbu n-naħal. b. Li tipproteġi l-produzzjoni lokali tal-għasel u prodotti konnessi man-naħal. ċ. Biex jitkattar, mal-pubbliku inġenerali, l-edukazzjoni, l-għarfien, u l-apprezzament tan-naħal.

d. Biex ngħarrfu lill-Gvern u lil awtoritajiet oħra bid-diffikultajiet li jinqalgħu u jintbagħtu proposti li jwasslu għal soluzzjoni. e. Li tinkoraġġixxi t-trobbija u l-konservazzjoni tan-naħla Maltija (Apis melliferaruttneri) u l-abitati naturali tagħha. Dan l-aħħar intqal li n-naħal din is-sena pproduċa għasel qabel iż-żmien. Intom sħaqtu li dan mhux messaġġ appoġġjat minnkom. Spjegawlna. Din is-sena kienet waħda diżastruża għall-maġġoranza tan-naħħala għaliex l-ewwel indikazzjonijiet kienu ta’ sena tajba iżda fix-xhur ta’ tmiem ix-xitwa, ix-xita waqfet u beda jagħmel temp tar-rebbiegħa, tant li l-uċuħ tar-raba’ bagħli kif ukoll pjanti slavaġ nixfu kmieni. In-naħal tal-għasel jiddependi ħafna mill-fjuri slavaġ li jiddependu ħafna mill-elementi klimatiċi tal-pajjiż. Il-fjuri kulma jmur qed jonqsu mill-pajsaġġi naturali tagħna

għaliex dawn jinqatgħu qabel jifjorixxu, anki għaliex ir-raba’ fejn hu maħdum b’mod intensiv lanqas jippermetti dawn il-fjuri jikbru. Peress li kienet tidher sena promettenti, innaħal tal-għasel ħaseb biex ikabbar il-popolazzjoni tiegħu għaż-żmien tal-fjoritura. Ġara li malli waqfet ix-xita u beda jgħafas l-għaks, l-istess naħal beda jikkonsma l-ikel li ħażen biex jibqa’ ħaj. Fir-rebbiegħa mbagħad għamel perjodu bil-ksieħ u allura n-naħal kellu jikkonsma l-ftit ikel li baqagħlu biex iżomm it-temperatura tal-kolonja kostanti. Għalhekk, fi żmien il-fjoritura, fejn ma ssaqqix mill-bniedem jew xi sors ta’ ilma ġieri, qajla fjorixxa u n-naħal kellu nuqqas ta’ ikel disponibbli fl-ambjent rurali limitat li għad baqa’. Il-messaġġ ma kienx appoġġjat għax intqal li n-naħal kien megħjun bl-ikel supplimentari u li l-għasel kien dovut anki għaċ-Ċitru, liema fjuri kienu għadhom kif bdew jiftħu fiżżmien tas-servizz li ntwera. Fl-istess waqt intwerew ti-

lari bid-duqqajs (naħal għadu qed jiżviluppa) u mdawwar bl-għasel li jintuża għall-iżvilupp tiegħu stess. L-Assoċjazzjoni tan-Naħħala għanda membri ma’ Malta kollha u dan il-fenomenu klimatiku ta’ dawn l-aħħar sentejn inħass mill-maġġoranza tal-membri naħħala. Liema prattiċi m’għandhomx ikunu inkoraġġuti għaliex huma ta’ ħsara għan-naħal?

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA U l-għasel għadu prodott timbru ta’ Malta? F’Malta nsibu xi 270 naħħal li ftit minnhom jiddependu l-għajxien tagħhom fuq din il-prattika. L-għasel ta’ Malta huwa għasel partikolari għaliex iċ-ċokon tal-art u l-bijodiversità ta’ flora li jifjorixxu fl-istess żminijiet f’distanzi qosra jagħmlu l-għasel tagħna wieħed varjat fil-kontenut tat-trab tad-dakra (pollen). L-għasel ta’ Malta huwa prodott limitat ħafna u qed jiġu snin li mhux faċli għal wieħed biex jiġbor l-għasel minħabba l-fenomeni klimatiċi u wkoll minħabba żviluppi li qed jieħdu post il-flora selvaġġa. Għaldaqstant, dan il-prodott jista jibqa’ jitqies bħala timbru ta’ Malta u l-Assoċjazzjoni tan-Naħħala, tant temmen dan, illi ser tniedi timbru ta’ kwalità u ġenwinità fuq l-għasel Malti.

Meta wieħed jieħu l-għasel min-naħal, irid joqgħod attent illi jħallilu biżżejjed ħażna biex ikun jista’ jgħix b’saħħtu u għaldaqstant, il-prodott li jkun maħżun viċin tad-duqqajs jitħalla ġewwa l-kolonja u jitħalla iktar prodott minn hekk. Hija prattika tajba li l-għasel jittieħed biss minn ġo xehdiet li ntużaw biss għall-ħażna tal-għasel u dawk it-tilari li fuqhom ikollhom id-duqqajs ma jitteħidx għasel minnhom Jekk xi ħadd jixtieq biex jitpoġġa fis-suq. jibda mill-bidu fit-tkabbir tan-naħal, x’tissuġġerulu? Kemm għadu popolari t-tkabbir tan-naħal f ’Malta? Qabel naħsbu biex inżidu


23

08.11.2020 16.05.2021

SKEDA ONE Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Pjazza

19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:35 Liquorish 22:45 Country Jamboree 23:30 ONE News 23:45 Liqourish Daytime

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ftit Ħin għal saħħtek

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 17:05 17:30

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Country Jamboree Ħabrikt Dak li Jgħodd

18:30 Pjazza 19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:30 Follow Up 21:30 Music Legends 22:00 Distintivi 23:00 Ħabrikt 23:30 One News 23:45 Liquorish Daytime

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30 12:40

12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Liquorish Daytime 15:45 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 Fish On 18:30 Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:35 21:00 22:00 22:35 23:30

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:50 Pjazza 09:35 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ftit Ħin għal saħħtek

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 17:00 17:30

18:30 Pjazza 19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Twenty ONE 21:00 Ilsien in-Nisa 22:40 Fish On 23:30 ONE News 23:45 Liqourish Daytime

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30

13:15 ONE News 13:20 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Kalamita 16:05 Liquorish Daytime 16:15 Telebejgħ 16:30 Telebejgħ 16:45 Prime Time Preview 17:00 Duurella 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:00 23:30 23:45

Xanna ĠIMGĦA ONE Sports 21-05 & Temp ONE News Prime Time L-Awla Kick Off ONE News Liquorish Daytime

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Twenty ONE 10:15 Il-Kostruzzjoni 10:57 Indhouse

11:53 12:30 12:35 13:10 14:10 14:50 15:30 15:35 16:30

Telebejgħ ONE News Żona Sport Country Jamboree Fish On The Local Traveller ONE News Dak li Jgħodd Flimkien ma’ Nancy

17:30 18:00 18:45 19:22 19:30 20:05 20:30 23:30

Il-Kelma Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Ilsien in-Nisa ONE News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55

12:30 12:35 15:30 15:35 16:00 18:00 19:15

ONE News Ilsien in-Nisa ONE News Duurella L-Awla Espressjoni ONE Sport & Temp

19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Attività Politika 21:15 Mija 22:30 Distintivi 23:30 ONE News

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

TLIETA 18-05

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

ĦAMIS 20-05

l-ammont ta’ naħal, jagħmel iktar sens li wieħed jevalwa s-sitwazzjoni lokali għaliex, kif spjegajna diġà l-ikel tannaħal tal-għasel sar limitat ħafna u li wieħed iżid in-naħal jkun qiegħed joħloq pressjonijiet fuq in-nisġa ekoloġika minħabba kompetizzjoni għall-ikel. Għalhekk, nissuġerixxu li wieħed jinforma ruħu sewwa fuq x’għandu bżonn in-naħal biex it-tkattir tiegħu jsir b’mod sostenibbli. Kultant żmien isiru kampanji li jippromwovu l-ħarsien tad-dakkara. Tajjeb li wieħed jagħraf kif hu wkoll jista jkun ta’ kontribut. It-tkabbir u l-indukrazzjoni tan-naħal jiswa ħafna flus, sagrifiċċju u paċenzja? Kull attività ġġib magħha sfidi ġodda u sagrifiċċji, speċjalment jekk dawn l-attivitajiet jiddependu mill-ambjent naturali u mill-klima. F’Malta, diffiċli ħafna li wieħed iħares lejn it-trobbija tannaħal bħala attività ta’ gwadann ekonomiku bil-produzzjoni tal-għasel bħala s-sors

ewlieni. Il-valur ekonomiku tan-naħal imur lil hinn mill-produzzjoni tal-għasel, permezz tad-dakra tal-fjuri li jsiru żerriegħa jew frotta li tista’ titkattar. Hawnhekk qed nirreferu għall-frott u l-ħaxix li aħna nieklu li jitkabbru mill-bdiewa kif ukoll issiġar u l-pjanti slavaġ li nsibu fil-kampanja. Messaġġ mingħandkom lill-qarrejja tagħna. Nappellaw lill-qarrejja jistaqsu l-provenjenza tal-prodotti li jikkunsmaw u sabiex ifittxu l-prodotti bnini lokali biex jgħinu lil min ikabbarhom sabiex itaffi mill-ispejjeż tiegħu, u jibqa’ jkollna pajsaġġ naturali sabiħ. Rigward l-għasel importanti li wieħed jara t-tikketta xi tgħid għaliex it-tikketta għandha tindika wkoll il-ġenwinità tal-prodott. Jekk ikun possibbli, tajjeb ukoll li l-konsumaturi tal-għasel isiru jafu lin-naħħal bl-għan li jifhmu l-proċess li għamel possibbli l-prodott li huma qed jikkunsmaw.

TNEJN 17-05

12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30 12:40

Naħla sejra fuq fjura

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso PRESS CONFERENCE: COVID 19

SIBT 22-05

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Il-Kostruzzjoni Better Living

ERBGĦA Xanna 19-05 ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime The Local Traveller Espressjoni Country Jamboree Ondroad ONE News

ĦADD 23-05


24

16.05.2021

reċensjoni tal-ktieb

IL-MANIFEST TAL-KILLER Iċċensurat mir-radju tal-Università, ir-rumanz kult anarkiku, “dokument esplussiv”, ta’ Karl Schembri f ’din l-edizzjoni ġdida għall-ewwel darba mal-Merlin Min hu l-attivist anonimu magħruf bħala “il-Killer” li qed jhedded l-istabbiltà tal-pajjiż bil-messaġġi sovversivi tiegħu fuq l-internet? U min mexa fuq l-istruzzjonijiet tal-Killer u ħarrab tigra miċ-ċirku? Il-pulizija qed jinvestigaw, imma l-Kummissarju nnifsu għandu l-ħmieġ taħt abtu, biex ma ngħidu xejn għall-Prim Imħallef. U l-klikka tal-istudenti anarkiċi mhumiex neqsin mill-ideat biex iwettqu l-kolp li jmiss u jkomplu jħawdu kollox u ’l kulħadd, inkluż ilpjan li jaħtfu l-Eurovision. U l-watchman tas-Sixth Form fiex jidħol? Dak bilfors involut b’xi mod biex ħalla l-ħitan tal-iskola jsiru t-tila għall-graffiti oxxeni tal-Killer.

Mistoqsija: X’qed jhedded il-Killer? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IL-MANIFEST TAL-KILLER. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 23 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb MOONSTONE TRIANGOLU KRIMINALI hija:

A. MIFSUD - MOSTA

04 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm hemm klijenti li diġà jgawdu l-benefiċċji tat-Tallinja Card?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

16.05.2021

MINN STUPRATUR GĦAL QATTIEL MAGĦRUF UKOLL BĦALA ‘THE CLASSIFIED AD RAPIST’ Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Bobby Joe Long kien stupratur u qattiel tal-massa Amerikan. Hu qatel minn tal-inqas għaxar nisa u apparti diversi sentenzi ta’ għomor il-ħabs, hu ngħata wkoll żewġ sentenzi tal-mewt. Il-pulizija rnexxielhom jaqbduh wara li ħarrab waħda mill-vittmi, Lisa McVey. Minkejja li kienet mgħammda l-ħin kollu, McVey irnexxielha tagħti ħafna tagħrif utli ta’ dak li rat lill-pulizija, liema tagħrif wassal għall-arrest ta’ Long. Long ingħata l-injezzjoni letali fit-23 ta’ Mejju tal-2019, wara li kien ilu ’l fuq minn 30 sena l-ħabs. It-tfulija u ż-żgħożija ta’ Bobby Joe Long Robert Joseph Long, magħruf bħala Bobby Joe Long, twieled fl-14 ta’ Ottubru tal-1953 f’Kenova f’West Virginia fl-Istati Uniti. Hu twieled bil-kundizzjoni talKlinefelter syndrome, kundizzjoni fejn dak li jkun jitwieled bi kromożomu X żejjed. Dan il-kronożomu żejjed iwassal għal produzzjoni żejda tal-estroġen, ormonu li jwassal għal żvilupp ta’ xejriet femminili. Fil-fatt, Long kien jiġi mgħajjar minn tfal oħrajn għax kellu sider kbir għal ġuvni. Dan it-tagħjir wassal lil Long biex jagħmel operazzjoni fejn ċekken sidru. Apparti dan, Long sofra diversi ġrieħi f’rasu meta kien żgħir. Long kellu relazzjoni kemxejn stramba ma’ ommu. Hu dam jorqod fl-istess sodda magħha sa meta tfarfar u sar żagħżugħ. Ta’ 21 sena, Long iżżewweġ lill-għarusa li kellu minn żmien il-kulleġġ. Flimkien kellhom żewġt it-tfal iżda wara sitt snin żwieġ, il-mara telqitu. Juża l-avviżi għall-istupri Qabel ma beda joqtol, Long wettaq ’il fuq minn ħamsin stupru f’Fort Lauderdale f’Ocala f’Miami u f’Dade County. Dawn l-istupri bdew fl-1981, sena wara li telqitu l-mara, u Long kien ifittex il-vittmi tiegħu minn fuq l-avviżi ta’ apparat tad-dar. Long kien jiftiehem mal-vittmi u meta kien imur għandhom u jara li m’hemm ħadd id-dar ħliefhom, hu kien jistuprahom u jisraqhom. Sentejn wara dawn l-istupri, Long mar jgħix f’Tampa Bay. L-ewwel vittma tiegħu nstabet f’Mejju tal-1984. Ma’ din is-sejba bdiet investigazzjoni li wasslet għal sejbien ta’ aktar vittmi li nqatlu b’mod simili u l-evidenza li nstabet kienet

l-istess, bħal ngħidu aħna ħjut ħomor u marki tar-roti. Ħafna mill-vittmi nstabu fi stat ta’ dekompożizzjoni qawwi minħabba li kienu mitfugħin f’postijiet rurali u fil-boskijiet. L-omiċidji u l-unika vittma li ħalla tgħix Fl-1984, Long beda jħuf fit-toroq bil-karozza tiegħu tal-għamla Dodge Magnum. Hu kien idur fl-akkwati fejn kien ikun hemm il-barijiet u n-nisa tax-xogħol. Long qal li lill-vittmi kien jipperswadihom biex jidħlu fil-karozza u wara kien jeħodhom fl-appartament tiegħu. Saħaq li mbagħad kien jorbothom b’ħabel u b’kullar li għamel hu stess minn diversi ħbula. Waqt li kien qed jiġi interrogat, hu ammetta li kien jieħu pjaċir jaħtaf, jistupra u wara joqtol lill-vittmi tiegħu billi jifgahom, iħanxrilhom għonqhom jew jagħtihom daqqiet b’oġġett tqil. Waqt l-investigazzjoni sar magħruf li ħamsa mill-għaxar vittmi ta’ Long kienu nisa tax-xogħol, tnejn kienu żeffiena eżotiċi, waħda kienet taħdem f’fabbrika, oħra studenta u l-oħra ma kienx magħruf x’kienet taħdem. L-unika vittma li rnexxielha teħlisha ħafif kienet Lisa McVey, tfajla ta’ 17-il sena. Din kienet qed issuq ir-rota xħin ħatafha Long, għammadha u ħadha fl-appartament tiegħu. Long żammha 24 siegħa fl-appartament fejn stupraha kemm-il darba u anke sawwatha. McVey pruvat tħalli kemm tista’ evidenza billi bdiet tmiss kulma ssib biex tħalli l-marki tas-swaba’ tagħha f’każ li Long joqtolha. Jidher imma li Long ma kellux ħsieb joqtol lil McVey u ħadha fil-karozza, saq f’post imwarrab u ħallieha waħedha mgħammda. Minkejja li McVey kienet mgħammda, hi xorta bdiet tara u nnutat il-kelma ‘Magnum’ fil-karozza tiegħu. Hi rat ukoll xi tabelli fit-toroq u anke qalet lill-pulizija li Long waqaf jiġbed xi flus minn magna partikolari. Fuq il-ħwejjeġ ta’ McVey, il-pulizija sabu l-istess ħjut ħomor li sabu fuq il-vittmi l-oħrajn u mir-rekords tal-magna tal-flus saru jafu li Bobby Joe Long kien ġibed xi flus u li kellu karozza Dodge Magnum. Kien għalhekk li l-pulizija bdew jgħassu fuq Long biex ikomplu jiġbru l-evidenza kontrih. Fis-16 ta’ Novembru tal-1984, il-pulizija segwew lil Long u

stennewh jipparkja u jidħol fiċ-ċinema. Hekk kif daħal, il-pulizija ċċekkjaw ir-roti, qabbluhom mal-marki li sabu fuq ix-xeni tad-delitti u kkonfermaw li kienet l-istess karozza. Innutaw ukoll li t-twapet kienu ħomor, li wara meta saret l-analiżi saru jafu li kienu jaqblu mal-ħjut ħomor misjuba fuq il-vittmi. Kif Long ħareġ miċ-ċinema, il-pulizija arrestawh bil-ħtif u stupru ta’ Lisa McVey u kkonfiskawlu l-karozza. L-arrest u l-ġuri Waqt li kien qed jiġi interrogat, il-pulizija wrewh ritratti tal-vittmi u Long ammetta li hu kien qatilhom. Fl-24 ta’ Settembru tal-1985, Long instab ħati bi tmien omiċidji u tal-ħtif u stupru ta’ McVey. Hu weħel għomor il-ħabs għal 26 darba mingħajr parole u weħel seba’ sentenzi oħrajn ta’ għomor il-ħabs fejn kellu ċans għal parole wara li jkun skonta 25 sena ħabs. Apparti dawn is-sentenzi, Long instab ħati tal-qtil ta’ Michelle Simms u Virginia Johnson u ngħata l-piena kapitali għal darbtejn, dik tas-siġġu tal-elettriku. Wara iktar minn 30 sena jistenna l-piena kapitali, Long ingħata l-injezzjoni letali minflok issiġġu tal-elettriku fit-23 ta’ Mejju tal-2019.

UĦUD MILL-VITTIMI


26

16.05.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

16.05.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 381

E. VELLA - BIRKIRKARA

MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: Fil-għaqda s-............ (5) 4. Żuffjett? (4) 7,17. Vaganza (5) Bi 3 NUMRI 851 037 885 076 905 153 967 216 218 B’4 NUMRI 250 0518 286 0914 342 1184 394 1845 429 2461 464 2763 554 2806

3715 3899 3916 4115 4177 4953 5135 5751 5869 6054 6215 6275 6326

6376 6516 6974 7042 7237 7649 8001 8523 8668 8894 9177 9185 9694

9980 B’5 NUMRI 01965 02376 06820 08665 12625 17006 20200 21338 31600 35657

40233 40772 41144 41154 42542 42867 52050 53885 66481 68665 84586 99627

B’6 NUMRI 006358 046269 109795 240398 292387 359532 397996 704963 891443 919406 934058 991653

9,13. 10. 12. 16. 18. 19.

WEQFIN: 6,11. 1. Re (6) 8. 2. Helen Muscat 11. Gatt (1,1,1) 12,23. 3,5. Jgħin fil-quddies (6) 13. 5. Ara 3 14.

Skont il-liġi (6) Mussolini (6) Imlaħħqin? (6) Jaħraq (3) Negattiv (2) Kif issejjaħ lil

20. 21. 23. 24.

Lino (3) Ma tħallix vojt (5) Lemħet (3) Ara 12 wieqfa Isofri (5)

Tirrispetta? (5) Theżżiż (9) Ara 6 Ġesù (6) Ara 9 Tintroduċi (6)

15. 17. 21. 22.

Nerħi l-armi (6) Ara 7 Stazzjon tat-tv (3) Frott (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Bajda, 4.Kawt, 7,24.Ssieħeb, 9,21M. Ammira, 10.Tumuri, 12.Ulleġġ, 16,22.Ingann, 18.Ar, 20.Adjew

WEQFIN: 1.Bnazzi, 2.Jum, 3,23.Astjena, 5.Atu, 6,19.Tlieta, 8.Superjuri, 11,12W. Slug, 13.Lad, 14.Ġewnaħ, 15.Maħbub, 17.Nar


28

16.05.2020

LIL MIN TAFU, TISTAQSIX GĦALIH! Editorjal

L-intenzjonijiet tal-aħħar attentat ma jistgħux ikunu iżjed viljakki, lejlet li nirċievu finanzjament Ewropew, għax jimmira speċifikament biex itellef l-appoġġ tant importanti lill-industriji l-iżjed milqutin mill-pandemija, lill-postijiet tax-xogħol, lill-ħaddiema u lill-familji

L-assalt tal-forzi tal-establishment kontra l-ħidma tal-Gvern u kontra pajjiżna se jibqgħu għaddejjin bla waqfien. Għandhom mill-inqas sa elezzjoni ġenerali oħra. Inkunu boloh jekk nemmnu mod ieħor, la nafu wisq tajjeb kif tali sforzi u sabutaġġi skattaw hekk kif il-Partit Laburista kien se jirfes l-għatba ta’ Kastilja fl-2013. L-attakki sistematiċi lokalment, fil-fora Ewropej u lil hinn se jiħraxu, bl-iskop aħħari li jniżżlu lill-pajjiż għarkupp­ tej­h, avolja s’issa għadhom ma waslux għar-riżultati katastrofiċi li jixtiequ u dmirna hu li ma nħalluhomx. Fl-istess ħin iwaħħlu dejjem fil-Gvern għal kull dannu li ssir lir-reputazzjoni nazzjonali. Dan ikkonfermatu indirettament fl-aħħar ġranet il-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista Roberta Metsola meta ddikjarat li, qabel l-2013, Malta u l-Maltin qatt ma kienu taħt l-iskrutinju Ewropew. Konvenjentement nesiet meta l-Partit tagħha rredikola lillpajjiż u wasslu għall-Proċedu-

ra ta’ Defiċit Eċċessiv, imma anke dakinhar ħadd ma rikeb fuq tali defiċjenza biex jagħmel ħsara barra minn xtutna. Ovvjament ilkoll nafu wkoll li qatt ma kien hemm it-tixwix, il-manuvri klandestini jew saħansitra l-gideb sfaċċat kontra pajjiżna sa dak iżżmien. Mhux għax l-affarijie­t, bħall-governanza t-tajba, l-amministrazzjoni nazzjonali jew is-saltna tad-dritt, kienu aħjar milli huma llum, anzi ħafna ’l bogħod minn hekk. It-tweġiba, imma, hi sempliċi: Gvern Nazzjonalista dak iżżmien kellu Oppożizzjoni Labu­ rista xempju tal-irġulija. Minflok, dawn illum qegħdin jogħxew jilagħbu bid-destin u l-ġid ta’ Malta biex mingħalihom jakkwistaw xi vantaġġi jew simpatiji. F’dan iż-żmien kollu qatt ma rrealizzaw li, b’dak li għamlu u li għadhom jagħmlu, fil-verità qed jidfnu kull tip ta’ ideal li seta’ kellhom, inkluż dak patrijottiku, biex ipaxxu r-regħba perikoluża li taħkimhom. Iżjed u iżjed meta, fl-istess ħin, saħansi-

tra joħorġu barra minn triqit­ hom biex jiddefendu gvernijiet ta’ pajjiżi oħrajn, bħal dak ta’ Boyko Borisov fil-Bulgarija, li tassew kien ħaqqu ċanfira kif jixraq. Karattri bħal Simon Busuttil, Metsola, David Casa u l-id moħbija warajhom baqgħu ma fehmux id-deċiżjoni determinanti tal-maġġoranza assoluta tal-poplu tmien snin ilu meta l-Partit tagħhom ġie rriġettat. Forsi sempliċiment għax ma jridux! Baqgħu jemmnu li dak kien “żball” u li d-deċiżjoni għad tinbidel appena kulħadd jirrealizza x’għamel. Fil-verità, riżultati elettorali li segwew u kull stħarriġ tal-opinjoni pubb­lika sal-lum urew min kien u min għadu żbaljat. Aktar ma jikbru s-suċċessi tal-Gvern attwali, inkluż fil-kuntest Ewropew, iżjed se jkollna episodji ripetuti fejn narawhom jipprovaw jimminaw lil pajjiżna quddiem l-istituzzjonijiet fi Brussell. L-għira tagħhom għas-suċċessi talGvern Laburista, mhux l-inqas għax ġab l-akbar pakkett

finanzjarju mill-fondi Ewropej, anke jekk iċ-ċirkostanzi ma kinux favorevoli, jew għax jir­ nexxilu jamministra fis-sħiħ l-istess fondi u oħrajn disponibbli, kontra dak li kien isir taħt Gvernijiet Nazzjonalisti u aħjar mill-bqija fl-Ewropa, twassalhom biex jinsistu għal dibattitu kontra Malta u l-użu tal-fondi Ewropej … u, għal dan il-għan, jerġgħu jużaw kull skuża banali jew li ma jkollhom l-ebda relevanza għas-suġġett. L-intenzjonijiet ta’ dan l-attentat ma jistgħux ikunu iżjed viljakki, lejlet li nirċievu finanzjament disponibbli mill-Fond ta’ Rkupru Ekonomiku tal-Unjoni Ewropea, għax jimmira speċifikament biex itellef l-appoġġ tant importanti lill-industriji l-iżjed milqutin mill-pandemija, lill-postijiet tax-xogħol, lill-ħaddiema u lill-familji. Ta’ dan ukoll se jkun qed jiġġudikahom mill-ġdid il-poplu meta jasal il-waqt li jesprimi l-fehma elettorali tiegħu. Għal daqshekk biss ukoll ninsabu anzjużi, bħall-maġġoranza.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.