KullĦadd_16.01.2022

Page 1

ŻEWĠ FLYOVERS OĦRA SE JKUNU QED JINTUŻAW SAS-SAJF LI ĠEJ Ħarġa Nru 1,488

Prezz €1

Rapport f’paġni 6 u 7 Ritratt: GARETH DEGIORGIO

Il-Ħadd, 16 ta’ Jannar, 2022

ROBERT ABELA: ĠEJ ŻMIEN SABIĦ GĦAL PAJJIŻNA B’XEJN MA’ DIN IL-ĦARĠA Suppliment speċjali ta’ 32 paġna dwar is-sentejn mill-ħatra ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru

F’intervista fl-okkażjoni tat-tieni anniversarju mill-ħatra tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela lbieraħ filgħaxija antiċipa li pajjiżna se jkun qed jiffaċċja żmien sabiħ dalwaqt u ħeġġeġ lil kulħadd biex ningħaqdu bħala poplu ħalli nfasslu u nkattru l-politika tal-għaqda nazzjonali. Għal kull mistoqsija li saritlu mill-ġurnalist Fabian Demicoli, Dr Abela spjega fid-dettall il-ħidma u d-diffikultajiet li l-amministrazzjoni tiegħu kellha tiffaċċja fl-24 xahar li għaddew. Dawn kienu jikkonċernaw partikolarment il-pandemija tal-COVID-19, fejn kellhom jiġu salvati l-ħajjiet taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, jiġi evitat li l-ekonomija tmut u anke li jintilfu l-eluf kbar ta’ impjiegi. Hu insista li l-prijoritajiet tal-Gvern immexxi minnu dejjem kienu ffokati fuq il-pajjiż u l-poplu tiegħu, u kif se jkompli jtejjibhom, irrelevanti wkoll mill-pandemija. “L-elezzjoni qatt ma kienet fil-prijori­ tajiet tiegħi. Konna ffokati fuq il-ġid u s-saħħa tan-nies, mhux meta kien jaqbel li ssir l-elezzjoni ġenerali,” insista l-Mex­ xej Laburista lejn l-aħħar tal-intervista ta’ madwar siegħa u nofs imxandra b’mod dirett minn quddiem il-Bank Ċentrali filBelt Valletta. Tkompli f’paġni 4 u 5


02

16.01.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 15°C L-Inqas Temperatura: 9°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja qed testendi minn fuq il-Punent sa fuq iċ-ċentru talMediterran. It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli l-iktar mil-Lbiċ Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Baxx mill-Grigal It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

15°C UV 2

KUNTATT ĠENERALI

10°C

Il-Ħamis

15°C UV 2

10°C

Il-Ġimgħa

15°C UV 3

9°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

15°C

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

UV 3

10°C

15°C UV 3

9°C

14°C UV 3

9°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Floriana Dispensary, 29, Triq Vincenzo Dimech, Il-Furjana – 21233034 Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Il-Marsa – 21221701 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara – 21441589 Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta’ Xbiex, L-Imsida – 21331732 Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan – 21378657 Remedies Pharmacy, 144, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21344722 Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 21434137 Reeds Pharmacy 191, Triq il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 27130068 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, Il-Qawra – 21580881 Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien – 21672757 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 Bellavista Pharmacy, 88 Triq il-Hortan, Marsaskala – 21633788 Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk – 21651278 Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Iż-Żurrieq – 21647391 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979 Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imġarr, Għajnsielem – 21563017 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

16.01.2022

AKTAR PROĠETTI FIL-KOMUNITÀ Il-Gvern kompla jħabbar iżjed proġetti li jtejbu l-ħajja fil-komunità. Waqt li kienet qed tiġi inawgurata Pjaz­za Annunzjata f’Tas-Sliema, tħabbar il-finanzjament għal tisbiħ fi pjazza f’Tal-Pietà u f’kunvent storiku fil-Belt Valletta. Dawn huma l-aħħar minn għadd ta’ proġetti ta’ restawr u tisbiħ li jsiru minn żmien għall-ieħor b’finanzjament minn għadd ta’ Ministeri. Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia ħabbar li fond tal-Awtorità tal-Ippjanar se joħroġ €220,000 biex isebbaħ Pjazza Madonna ta’ Fatima f’Tal-Pietà u jagħmel xogħlijiet ta’ tiswija fil-Kunvent ta’ Santa Marija ta’ Ġesù (Ta’ Ġieżu) filBelt Valletta. Min-naħa l-oħra, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ilbieraħ inawgura x-xogħlijiet estensivi li saru mid-Diparti-

ment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi Pjazza Annunzjata b’investiment ta’ madwar €300,000. Il-Ministru Farrugia spjega li l-proġett f’Tal-Pietà se jinkludi aċċessibbiltà aktar faċli għal nies bi bżonnijiet speċjali, funtana, faċilità għal ħażna tal-ilma tax-xita u sistema tad-dawl ġdida. Għax-xogħlijiet fil-kunvent fil-Belt, li jmur lura għas-Seklu 16, ġew approvati aktar minn €43,000 għall-bdil tas-soqfa. L-ewwel ġebla tal-bini tqiegħdet fl-1575 u jingħad li l-faċċata tiegħu kienet xogħol il-Perit Ġlormu Cassar. Min-naħa l-oħra, f’Tas-Sliema, il-Ministru Borg enfasizza dwar l-importanza ta’ spazji fil-qalba ta’ kull belt u raħal u għaldaqstant il-Gvern qed jagħti prijorità biex jgħolli l-livell u l-kwalità tagħhom, waqt li semma proġetti oħrajn ta’ dan it-tip, fosthom fl-Imqabba, fil-Mellieħa u fil-Birgu.

FESTA ĊITRU 2022: Ilbieraħ ingħata bidu għal Festa Ċitru, fejn l-edizzjoni ta’ din issena qed issir b’mod ristrett fil-Kitchen Garden tal-Palazz ta’ Sant’Anton. Minkejja dan, l-għan jibqa’ li, permezz tal-bejgħ tal-frott taċ-ċitru tal-ġonna privati tal-istess Palazz, jinġabru fondi b’risq il-Malta Community Chest Fund. Minbarra l-larinġ, il-lumi u t-tronġ, jinbiegħu wkoll prodotti oħrajn magħmulin mill-istess ċitru.


04

16.01.2022

ĠERA B’ISEM GALEA BIEX JELIMINA LIL GIGLIO Il-Kap tal-PN iċedi mill-ewwel għall-pressjoni ta’ Jason Azzopardi u Karol Aquilina għall-post minflok David Thake fil-Parlament Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ħareġ jiġri jsemmi pubblikament li jrid lil Graziella Galea fil-Parlament minflok David Thake biex jelimina ċ-ċans li l-post imur għand l-Avukat Joe Giglio. Jirriżulta lill-KullĦadd li dan seħħ min­ ħabba li Grech kellu pressjoni interna biex ma jingħatax iċ-ċans li jinħoloq momentum u jkun inkluż fil-Grupp Parla­mentari Nazzjonalista l-Avukat Giglio. Persuni qrib dan tal-aħħar, li se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba, ilhom jgħidu li l-Partit jeħtieġ jimbottah aktar u mal-mument li faqqa’ l-iskandlu ta’ VAT mhux imħallsa minn żewġ kumpaniji ta’ Thake kienu qed iħarsu mill-ewwel lejn din il-possibbiltà bit-tama li l-kandidat tagħhom jagħti kontribut ikbar fl-Oppożizzjoni. Thake spiċċa jirriżenja wara pressjoni kbira mill-fazzjoni tal-Eks Kap Adrian Delia. Dawn qalu li wara dak li għadda minnu l-Kap tagħhom l-inqas ħaġa li kellu jagħmel Thake kienet li jitlaq. Bernard Grech ma riedx li jiġri hekk, iżda iktar ma Thake beda jara li se jikber l-inkwiet għalih, aktar beda jifhem li aħjar jirriżenja, kif fil-fatt għamel. Iżda, hawn il-Kap tal-PN kellu pressjoni kbira min-nies tad-Deputati Jason Azzopardi u Karol Aquilina li wkoll se jikkontestaw distretti li fuqhom ħiereġ Joe Giglio. Lil dawn it-tnejn il-kandidatura ta’

Giglio xejn ma niżlitilhom tajjeb mill-bidu u għalhekk din id-darba kienu ċari kristall mal-Kap u n-nies ta’ madwaru – mhux biss ma kellhiex tgħaddi minn moħħhom li jipproponu lil Giglio, iżda lanqas kellu jkun hemm iċ-ċans li din tiġi diskussa. Huwa fatt magħruf ukoll li l-għaqda Repubblika kienet kontra li Giglio jsir parti mill-Grupp Parlamentari. Grech ċeda mill-ewwel għal din il-pressjoni u fl-istess stqarrija fejn tħabb­ret irri­żenja ta’ Thake intqal minnufih li l-Eks Sindku ta’ San Pawl il-Baħar se tkun pro­ posta biex tieħu l-post fil-Parlament. Ir-raġuni li se tingħata hi dik li Galea ġieli kkontestat id-distrett u se terġa’ tagħmel dan, iżda s-sorsi li għandna fid-Dar Ċentrali qalulna li r-raġunijiet imorru lil hinn minn hekk, b’fattur komuni reġa’ kien li d-deċiżjoni ħaduha dawk li fil-Partit huma magħrufin bħala l-“Blue Heroes”, li għal darb’oħra raw li, f’dan kollu, jitħarsu l-interessi tagħhom.

EJJA NKATTRU

Gra

zi e

ll a

Tkompli minn paġna 1

Ga

le a

Joe Giglio

Il-Prim Ministru wieġeb għal numru ta’ mistoqsijiet li ttrattaw id-deċiżjonijiet diffiċli li kellu jieħu u li varjaw minn għajnuniet għan-negozji u dawk li ntlaqtu l-agħar millkriżi globali, inkluż it-trażżin tal-inflazzjoni minħabba prezzijiet internazzjonali, għal ħidma oħra li xorta baqgħet għaddejja, bħal fil-każ tat-tnaqqis tal-faqar, fit-titjib tal-ambjent u l-kwalità tal-arja, l-introduzzjoni ta’ liġijiet bla preċedent favur il-governanza t-tajba u s-saltna tad-dritt u anke l-kwistjoni attwali tal-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta, fost oħrajn. “Dejjem ħadna, b’mod konsistenti, deċiżjonijiet li kienu fl-aqwa interess tal-poplu Malti u Għawdxi,” irrepeta kemm-il darba l-Prim Ministru, anke meta mistoqsi dwar id-data eventwali tal-elezzjoni ġenerali. Mingħajr ma semma dati, għajr b’sarkażmu dik tas27 ta’ Novembru li għadda li kienet issemmi b’mod kostan-

ti l-Oppożizzjoni Nazzjonalista mmexxija minn Bernard Grech, hu stqarr li l-elezzjoni żgur se ssir sal-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena. Wara kważi sentejn ta’ pandemija, il-Prim Ministru fakkar fit-tbassir ikrah li kien hemm fejn jidħlu mwiet u telf ta’ impjiegi. “Fortunatament dan it-tbassir ma sarx realtà mhux b’kumbinazzjoni, iżda għax jekk kien hemm xi ħaġa perfetta fl-aħħar sentejn żgur kienu l-frontliners tagħna li baqgħu għaddejjin b’dedikazzjoni u b’altruwiżmu biex jipproteġu lill-poplu u lill-pajjiż,” kompla Dr Abela, filwaqt li rringrazzja b’mod speċjali lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u s-sehem imprezzabbli li taw biex salvaw il-ħajja ta’ ħaddieħor u poġġew tagħhom f’riskju. Il-Prim Ministru insista li ħadd fid-dinja ma kellu manwal dwar kif għandu jimxi fiċ-ċirkostanzi. “Dejjem ħadna dawk il-miżuri li ħassejna li kienu l-aħjar. Nagħmel kuraġġ u nħeġġeġ lill-poplu biex inkomplu nitlaqqmu kif


05 Ritratt: GARETH DEGIORGIO

16.01.2022

L-POLITIKA TAL-GĦAQDA FIL-PAJJIŻ għamilna s’issa, bil-għan li nagħtu iżjed saħħa lill-vaċċin. Dħalna fil-fażi li nkomplu nirrilassaw il-miżuri,” hu tenna b’referenza għall-miżuri ġodda li se jidħlu minn għada b’rabta mal-pandemija. Dr Abela qal li dan hu kruċjali biex tiżdied ir-rata ta’ nies imlaqqmin bil-booster u saħaq li hu se jkun l-ewwel wieħed li jimbotta għat-tneħħija ta’ dawn il-miżuri ġaladarba jingħata l-parir biex dan isir mill-awtoritajiet tas-saħħa. Saħaq ukoll li f’pandemija ma tmexxix bil-populiżmu, b’referenza għall-bdil fil-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni fil-konfront tal-miżuri l-ġodda. L-għada li tħabbar pjan ċar ta’ ristrutturar għal-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, il-Prim Ministru kien ċar. Dan il-Gvern se jaħdem fid-direzzjoni li tiġi salvata l-Air Malta u jinħoloq mudell sostenibbli għall-futur tagħha. Fl-istess waqt, il-ħaddiema li se jibqgħu jaħdmu mal-Air Malta se jingħataw serħan il-moħħ dwar l-impjieg tagħhom, fil-

waqt li dawk li mhux se jibqgħu jaħdmu direttament mal-linja nazzjonali, mhux se jitilfu l-ħobża ta’ kuljum. Mistoqsi dwar il-kontinwità li kien semma fil-bidu tat-tmexxija tiegħu, il-Prim Ministru qal li kompla l-bini fejn sar ħafna tajjeb, waqt li nbidel fejn kien meħtieġ. Hu elenka numru ta’ eżempji fejn it-tmexxija tiegħu baqgħet issostni, bħaż-żidiet filpensjonijiet, l-in-work benefit u ċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tattaxxa, li komplew iwasslu biex oħrajn jidħlu fid-dinja tax-xogħol, u riformi leġiżlattivi, li biddlu l-kultura ta’ kif joperaw l-istituzzjonijiet fil-pajjiż. Fost it-tibdil li twettaq taħt din it-tmexxija, il-Prim Ministru semma livell ogħla fl-imġiba tal-Grupp Parlamentari u l-Kabinett. “Il-poplu għalhekk fdana u dik il-fiduċja trid taħdem għaliha ta’ kuljum,” hu qal, fl-istess ħin li rrefera għall-ipokrezija politika fl-Oppożizzjoni, bħal fil-każ tad-Deputat David Thake, li għal snin sħaħ kien jilgħabha

tal-paladin tal-korrettezza u minflok spiċċa nkixef li żamm f’butu qrib il-miljun ewro f’taxxa li kienet dovuta lillIstat. “Każ ta’ ipokritiżmu politiku, ta’ persuna li dejjem ikkritika u attakka lil ħaddieħor. B’differenza, in-nies jafu li dan il-Gvern ħadem kemm felaħ favur governanza tajba u dejjem wettaq proġett u miżuri biex jagħmel il-ġid,” kompla jgħid Dr Abela. Mistoqsi dwar il-vantaġġ li stħarriġ tal-opinjoni pubblika juri favur il-Partit Laburista, il-Mexxej Laburista enfasizza li l-ebda rebħa elettorali mhi garantita. “Kull kampanja elettorali titlaq xejn b’xejn u jkun ir-riżultat li jibqa’ l-akbar riflessjoni ta’ deċiżjoni demokratika. Biex nirbħu dik il-fiduċja, u minkejja dak l-appoġġ, bqajna b’saqajna mal-art u bqajna nisimgħu lin-nies. Differenti mill-Oppożizzjoni li baqgħet tixhed in-negattiviżmu u issa bidlet għal strateġija ta’ populiżmu.” Dan wassal ukoll biex,

bil-ħidma tiegħu, Gvern Laburista baqa’ jaffronta kwistjonijiet li jaffettwaw il-ħajja tan-nies, bħall-faqar u l-inflazzjoni, minkejja dak kollu li ġabet magħha l-pandemija. “Għalina l-faqar qatt ma kien perċezzjoni,” qal il-Prim Ministru, b’referenza għad-dikjarazzjoni simili li kienet saret millGvern Nazzjonalista disa’ snin ilu. “Minn 25% f’riskju tal-faqar fl-2013 niżżilniehom għal 20%. Meta nitkellmu dwar persuni mċaħħdin b’mod sever mill-affarijiet bażiċi minn 43,000 fl2013, niżżilniehom għal 17,000. Tgħidli sodisfatt, ngħidlek le, imma sibna parti mis-soluzzjoni permezz tal-miżuri li ħajru aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol.” Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar il-prezzijiet internazzjonali li qed jogħlew sew ta’ kuljum. “Fl-2008 meta kien hemm kriżi iżgħar, ħaddieħor ħares lejn il-prezzijiet taż-żejt u sploda l-kontijiet tal-familji u n-negozji,” qal Dr Abela b’referenza għal deċiżjonijiet oħrajn ħżiena minn Gvern

Nazzjonalista. Hu kompla jgħid li “llum aħna wkoll stajna qgħadna plaċidi u tfajna l-problema fuq in-nies, iżda minflok il-gass, l-elettriku u l-fuels baqgħu ma żdidux f’pajjiżna, għax ħadna deċiżjonijiet għaqlin li nnaqqsu d-dazju u s-Sisa. Anzi raħħasna l-fuel 7ċ fil-litru, minflok. La n-nies ma jitkellmux fuqhom tajjeb, għax ifisser li l-piż ġarru l-Gvern.” Fakkar ukoll li f’nofs pandemija ħadd ma stenna, lanqas, li jkollna baġit ieħor mingħajr taxxi. Mhux talli ma ddaħħlux taxxi, talli ġie inċentivat iżjed il-poplu, b’żieda oħra lill-pensjonanti, tliet darbiet l-għoli tal-ħajja. Lejn l-aħħar tal-intervista, il-Prim Ministru saħaq li jekk bħala pajjiż irridu nilħqu r-riżultati, ma nistgħux nimxu bil-populiżmu, kif għamel il-Partit Nazzjonalista, inkluż fil-pandemija, iżda nkunu magħqudin fl-imħabba ta’ “Tim Malta” fejn infasslu u nkattru l-politika tal-għaqda nazzjonali.


06

16.01.2022

Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP)

IL-FLYOVERS F’ĦAL LUQA U L-GUDJA SE JINFETĦU F’DAQQA SA NOFS IS-SENA L-ikbar żewġ proġetti fit-toroq arter­jali li Infrastructure Malta qed taħdem fuqhom din is-sena – il-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) u l-Luqa Junction Project – mexjin id f’id kif kien ippjanat. Fil-fatt, hu mistenni li l-flyovers il-ġodda taż-żewġ proġetti jinfetħu f’daqqa u jibdew jintużaw sas-sajf li ġej. L-istrutturi tal-azzar tal-flyovers bħalissa qed jinħadmu f’fabbrika fi Spanja u mistennija jaslu Malta f’Marzu li ġej. Fuq is-siti tal-proġetti, il-kuntratturi tal-aġenzija diġà lestew ħafna mill-bażi tagħhom u bnew il-parti l-kbira tal-kolon­ni tal-konkos li se jserrħu fuqhom, ħames kolonni għal kull flyover. Iż-żewġ proġetti, li jistgħu jkunu kofinanzjati minn fondi Ewropej, se jtejbu l-junctions prinċipali ta’ Ħal Luqa u l-Gudja u għandhom jitlestew is-sena

d-dieħla. B’hekk, wara li s-sena l-oħra l-aġenzija tejbet ir-rotta ewlenija lejn in-Nofsinhar ta’ Malta permezz tal-Marsa Junction Project u dak tal-mini ta’ Santa Luċija, issa qed tiffoka fuq rotta oħra importanti ferm, dik għall-Ajruport u li twassal ukoll għal Birżebbuġa, Ħal Kirkop u l-Port Ħieles. Jirriżulta li ż-żewġ proġetti se jnaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar sa 74% f’kull direzzjoni tul ir-rotta, waqt li se jeliminaw ukoll żewġ żoni magħrufin għall-aċċidenti, ladarba se tiġi eliminata l-ħtieġa li vetturi jaqsmu kontra xulxin mar-rounda­bouts. Permezz ta’ faċilitajiet aktar siguri, se jonqsu wkoll ir-riskji t’aċċidenti għal dawk li jkunu għaddejjin f’din iż-żona bilmixi jew bir-rota. Dawn iż-żewġ proġetti se jwasslu wkoll għal titjib sinifi­

kanti fil-kwalità tal-arja f’Ħal Luqa, il-Gudja u nħawi oħrajn fil-viċin. Fil-fatt, hu stmat li se jnaqqsu sa disa’ tunnellati ta’ emissjonijiet tal-materja partikulata kull sena. L-emissjoni­jiet tad-dijossidju tal-karbonju, fost l-akbar kontributur tal-kriżi tat-tibdil fil-klima, se jonqsu bi 33,000 tunnellata kull sena. Il-proġett fil-Gudja se joffri konnessjonijiet eħfef u aktar siguri lejn Ħal Luqa, il-Gudja, Birżebbuġa, Ħal Kirkop, l-Im­ qab­ba, il-Qrendi, iż-Żurrieq, Ħal Safi u l-viċinanzi. Il-proġett jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid tar-roundabout tal-Gudja biex jintroduċi mina ġdida twila 200 metru lejn Birżebbuġa u faċilitajiet ġodda għal mezzi alternattivi tal-ivvjaġġar. Se jtejjeb ukoll l-aċċess lejn l-Ajruport u l-Port Ħieles, żewġ destinazzjonijiet kruċjali għal diversi setturi tal-ekonomija.

Ir-roundabout tal-Gudja tinsab f’salib it-toroq ma’ diversi toroq arterjali, li jinkludu Vjal l-Avjazzjoni, minn u lejn Ħal Luqa, il-Marsa u Ħal Qormi; Triq Dawret il-Gudja, lejn il-Gudja u Ħal Għaxaq; Triq Ħal Far, minn u lejn Ħal Far, il-Freeport u Birżebbuġa; u Triq l-Ewwel Titjira, li tgħaqqad ir-roundabout mal-mini ta’ Ħal Kirkop. Hemm ukoll Triq il-Karwija, li twassal għall-Ajruport. Il-mina se toħloq konnessjoni diretta u aktar sigura bejn il-karreġġjati tan-Nofsinhar u tat-Tramuntana fi Vjal l-Avjaz­ zjoni u dawk ta’ Triq Ħal Far. B’hekk, dawk li jkunu għaddej­ jin f’din ir-rotta, inkluż vetturi kbar, ġejjin minn jew sejrin lejn Birżebbuġa, il-Port Ħieles jew il-Qasam Industrijali ta’ Ħal Far, ma jkollhomx għalfejn iduru mar-roundabout. Infrastructure Malta se tib-

ni mill-ġdid ir-roundabout eżis­tenti fuq il-mina u l-korsiji tal-bypass b’disinn imtejjeb biex tiffaċilita l-aċċess minn u lejn il-Gudja, Ħal Għaxaq u l-Ajruport. Fit-tielet livell, fuq ir-roundabout, se jkun hemm il-flyover twila 400 metru, li sservi ta’ pont bejn il-karreġġjata tan-Nofsinhar ta’ Vjal l-Avjazzjoni u Triq l-Ewwel Titjira, fid-direzzjoni lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop. Għaldaqstant, jekk tkun trid tiġbed lejn il-mini ta’ Ħal Kirkop biex tibqa’ sejjer Ħal Kirkop, l-Imqabba, il-Qrendi, iż-Żurrieq jew Ħal Safi mhux se jkollok bżonn aktar tgħaddi mar-roundabout. Fil-każ tal-Luqa Junction Project dan se jwassal biex flok ir-roundabout prinċipali ta’ Ħal Luqa tinbena junction b’livelli differenti għal aktar ħeffa u sigurezza fir-rotot ewlenin bejn

Luqa Junction Project


16.01.2022

07

GARANZIJA TA’ IMPJIEG GĦAL DAWK MILQUTIN FIL-PJAN TAL-AIR MALTA Taħditiet mill-aktar kruċjali mas-sitt unjins rappreżentanti fil-ġranet li ġejjin

Ħal Qormi, Santa Luċija, il-Mar- xogħlijiet tal-arti monumenta­ lejn l-Ajruport, il-Gudja, Birżebsa, il-Gudja, l-Ajruport, il-mini li, u b’aċċess faċli biex tasal buġa u l-mini ta’ Ħal Kirkop. ta’ Ħal Kirkop u Birżebbuġa. għalih bil-mixi miċ-ċentru ta’ Il-mina ġdida b’korsija waħIr-roundabout eżistenti hija Ħal Luqa. da se tkun twila 60 metru u junction importanti tan-netIl-proġett fil-fatt se jinklu- fonda aktar minn ħames mework tat-toroq arterjali prinċi- di passaġġ għall-mixi u r-roti tri u nofs. Din se tgħaqqad pali magħrufa bħala TEN-T, u mif­rud mit-triq tul parti minn il-kar­reġġjata lejn il-Punent tgħaqqad tliet rotot maġġuri Triq il-Kunsill tal-Ewropa, ħalli ta’ Triq il-Kunsill tal-Ewropa minn u lejn diversi destinazz- jingħaqad mal-korsiji għar-roti mal-karreġġjata tat-Tramuntajonijiet fil-madwar. Hi na ta’ Triq San Tumas, wkoll fost l-aċċessi ewbiex dawk li jkunu qed lenin għaċ-ċentru ta’ jivvjaġġaw minn SanĦal Luqa. ta Luċija jkunu jistgħu Minbarra flyover, dan jibqgħu sejrin lejn Ħal il-proġett se jinkludi Qormi mingħajr il-ħtieġa mina oħra taħt l-art u li jaqsmu minn quddiem korsiji oħrajn biex jipp­ karozzi li jkunu sejrin lejn Meta jkunu lesti, il-proġetti rovdu konnessjonijiet se jnaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar l-Ajruport u destinazzjo­ diretti bejn tliet toroq nijiet oħrajn f’din id-disa 74%, jeliminaw żewġ żoni rezzjoni. arterjali, jiġifieri Triq San Tumas lejn Ħal Korsiji ġodda oħrajn magħrufin għall-aċċidenti u Qormi, Triq il-Kunsill mibnijin fil-livell tal-art jnaqqsu sa 42,000 tunnellata madwar il-flyover se jipp­ tal-Ewropa minn Santa f’emissjonijiet dannużi Luċija u l-Marsa, u Vjal rovdu konnessjonijiet l-Avjazzjoni, li twassal di­retti mill-karreġġjagħall-Gudja, Birżebbuġa, ta tat-Tramuntana ta’ il-mini ta’ Ħal Kirkop kif Vjal l-Avjazzjoni lejn Triq ukoll l-Ajruport u l-Freeport. u l-bankini li diġà hemm fi Vjal San Tumas (lejn Ħal Qormi) u Il-proġett se jbiddel ukoll l-Avjazzjoni. Triq il-Kunsill tal-Ewropa (lejn il-medda art kbira fejn bħalissa Il-flyover il-ġdida tal-Luqa il-Marsa u Santa Luċija). hemm ir-roundabout, fi spazju Junction Project se testendi 225 Il-korsiji maqtugħin għali­ miftuħ ta’ madwar 3,000 met- metru biex tipprovdi korsija di- hom li hemm bħalissa fil-ġnub ru kwadru biex il-biċċa kbira retta li tgħaqqad il-karreġġjata tar-roundabout se jiġu modifi­ minnu jsir post pubbliku ta’ tan-Nofsinhar ta’ Triq San Tu- kati biex isiru korsiji diretti lejn rikreazzjoni b’siġar, passaġġi u mas ma’ dik ta’ Vjal l-Avjazzjoni, id-direzzjonijiet l-oħrajn.

Filwaqt li fil-ġranet li ġejjin se jib­dew it-taħditiet mas-sitt unjins li jirrappreżentaw lil aktar minn 800 ħaddiema attwali tal-Air Malta, il-Gvern se jkun qed jagħmel tajjeb għal xogħol alternattiv lil kull wieħed mill-430 impje­gat li se jitwaqqfu minn fuq il-kotba tal-linja nazzjonali tal-ajru bħala parti mill-pjan ta’ ristrutturar mifrux fuq erba’ snin. Wara li nhar il-Ġimgħa l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana (inset) u ċ-Ċermen Eżekuttiv talAir Malta David Curmi taw rendikont sħiħ tas-sitwazzjoni finanzjarja u operattiva tal-linja nazzjonali tal-ajru, il-jiem li ġejjin se jkunu kruċjali fin-negozjar mal-General Workers’ Union, l-Union Ħaddiema Magħqudin, l-Unjin tal-Bdoti (ALPA), l-Unjin tal-Cabin Crew (UCC), il-Workers’ Council u l-Assoċjazzjoni għall-Kontrolluri tal-Ajru (AAOC). Il-Ministru Caruana tenna li l-ftehimiet kollettivi se jiġu fi tmiemhom lejn l-aħħar ta’ din is-sena u wera ruħu pożittiv li l-unjins lesti jikkollaboraw mal-Gvern, inkluż biex jaslu għal ftehimiet ġodda aktar kmieni milli mistenni. It-tali flessibbiltà tagħti lil-linja nazzjonali tal-ajru aktar lok biex tilħaq malajr il-miri mfasslin fil-pjan kruċjali għall-futur tagħha u jqarrbu l-impjieg mal-kumpanija lejn standards internazzjonali. L-akbar miżura se tkun dik li, permezz ta’ skema apposta, se tara mal-430 ħaddiem li se jiġu trasferiti għal mal-Gvern, tant li mill-bieraħtlula dawk li jixtiequ jitilqu jaħdmu mal-Gvern intalbu juru x-xewqa tagħhom. B’din il-miżura se jitneħħew it-taqsimiet tal-ground u l-passen­ ger handling tal-kumpanija sat-tieni kwart ta’ din is-sena. Waqt li nnota kif fuq 15-il sena l-kumpanija għamlet telf ta’ €330 miljun, il-Ministru Caruana insista li għad-deċiżjonijiet ħżiena li wasslu lill-Air Malta f’dan l-istat mhux se jħallsu l-ħaddiema. “Id-deċiżjonijiet tal-lum stajna pposponejniehom għal aktar ’il quddiem, ngħidu aħna għal wara l-elezzjoni ġenerali. Iżda r-responsabbiltà u l-irġulija jitolbu lil hinn minn hekk”. Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Air Malta stqarr kif bħalissa l-linja tal-ajru qed tagħmel telf kbir u għalhekk filwaqt li titnaqqas l-ispiża, il-linja tal-ajru trid issir iżjed kompetittiva u produttiva. “Aħna qed naħdmu f’settur li huwa kompetittiv ħafna, huwa settur li għaddej minn diffikultajiet kbar, li l-linji l-oħrajn kollha qed jirristrutturaw biex isiru iżjed kompetittivi u aħna ma nistgħux nibqgħu lura. Mhux li nsiru kompetittivi biss, irridu nżidu l-produttività tal-linja tal-ajru u l-flessibilità tan-nies tagħna biex naddattaw irwieħna għaċ-ċirkostanzi tal-lum,” hu qal. Wara t-tħabbira tal-pjan deċiżiv tal-Gvern, il-Partit Nazzjonalista għamel konferenza tal-aħbarijiet, immexxija mill-Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo u d-Deputat Mario Demarco, biex jattakka r-ristrutturar propost. Minkejja dan, meta ffaċċjati bil-mistoqsija ta’ ONE News x’kien ibiddel fih Gvern Nazzjonalista, it-tweġiba kienet biss li jsiru l-laqgħat ma’ stakeholders involuti.


08

16.01.2022

AKTAR MINN 300,000 TLAQQMU BIL-BOOSTER Ingħataw 303,033 tilqima tal-booster f’pajjiżna, skont l-aħħar aġġornament mill-awtoritajiet tassaħħa fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19. Waqt li ċ-ċifra kienet tirrifletti t-tilqim li ngħata sa nhar il-Ġimgħa li għadda, ġurnata qabel id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li sa tmiem din il-ġimgħa se jkunu tlaqqmu bit-tielet doża mas-70% tal-popolazzjoni. F’konferenza tal-aħbarijiet fejn ħabbar tnaqqis fir-restrizzjonijiet, Fearne indika li r-rata se taqbad ritmu aktar mgħaġġel fil-jiem li ġejjin hekk kif minn għada persuna tista’ tmur titlaqqam bid-doża tal-booster mingħajr appuntament f’ċerti postijiet. Dawn se jkunu fil-kampus tal-MCAST f’Għajn Dwieli, fil-Barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta, filbereġ tas-saħħa f’Tas-Sliema, Ta’ Kerċem, il-Mellieħa, in-Naxxar, Santa Venera u fiċ-Ċentru tasSaħħa ta’ Raħal Ġdid. Minn nhar it-Tlieta wkoll se jkun hemm klinika mobbli li ddur madwar il-pajjiż fejn tingħata d-doża tal-booster mingħajr appuntament ukoll. Din se tkun fil-Pjazza Prinċipali taż-Żej­tun pitgħada, waqt li l-Ħamis se tkun fil-Pjazza ta’ Raħal Ġdid.

Sadanittant, fil-konferenza tal-aħbarijiet idDepu­tat Prim Ministru qal li, peress li żewġ terzi tal-popolazzjoni ħadet il-booster, minn għada se jiġu rilaxxati numru ta’ miżuri restrittivi, fosthom it-tneħħija tal-obbligu li tintlibes il-maskra fit-triq għal persuni li rċivew il-booster. Dan sakemm ma jkunx hemm iżjed minn żewġ persuni mexjin flimkien bla maskra.

Ir-rata se tiżdied hekk kif minn għada tista’ titlaqqam bla appuntament Ir-restrizzjonijiet fir-restoranti u l-barijiet se jonqsu wkoll, fid-dawl li minn għada, dawn il-postijiet jistgħu jaċċettaw klijenti li għandhom ċertifikat talvaċċin validu biss. Għaldaqstant, dan se jippermetti li jonqsu d-distanzi bejn l-imwejjed u jerġgħu jidħlu fis-seħħ id-distanzi minimi stabbiliti mil-liċenzji tal-istabbilimenti rispettivi. Avvenimenti sportivi wkoll se jkunu jistgħu jil­

qgħu mill-ġdid l-ispettaturi li jkollhom ċertifikat tat-tilqim validu. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa elenka kategoriji ta’ persuni li jistgħu jiġu eżentati milli jippreżentaw ċertifikat tal-vaċċin validu biex jidħlu fir-restoranti, barijiet, każini, snack bars, clubs, swali taċ-ċinema, teatru, casinos, bingo halls, gaming parlours, gyms u ċentri tal-fitness, pools, spas u saunas. Dawn huma nisa fl-ewwel tliet xhur tat-tqala tagħhom, persuni eżentati fuq bażi medika mill-Uffiċċju tas-Supretendent għas-Saħħa Pubb­li­ ka u tfal taħt it-18-il sena (li għandhom juru ċ-ċertifikat b’żewġ dożi fil-każ ta’ tfal ta’ ’l fuq minn 12-il sena). Minbarra hekk, persuni li kienu pożittivi għallCOVID-19 fl-aħħar ġimgħat se tingħatalhom eżenzjoni ta’ sitt ġimgħat biex ikunu jistgħu jieħdu l-booster, ladarba hu rakkomandat li dan ma jitteħidx qabel erba’ ġimgħat mindu spiċċat il-kwarantina. Dawn għandhom juru r-riżultat ta’ swab pożittiv li jkun sar fl-aħħar sitt ġimgħat biex jidħlu fl-istabbi­ limenti msemmijin.

MAL-AĦJAR PAJJIŻI FID-DINJA GĦAR-REMOTE WORKING Malta ġiet ikklassifikata fissitt post minn 111-il pajjiż minn madwar id-dinja u fir-raba’ post mill-pajjiżi Ewropej bħala waħda mid-destinazzjonijiet ideali għal dawk li jridu jibqgħu għaddejjin bix-xogħol tagħhom b’mod remot ’il bogħod minn pajjiżhom. Fl-ambjent modern li qegħdin ngħixu fih illum, aktar nies qed iħarsu lejn ambjenti ta’ xogħol flessibbli, waqt li negozji qed jirrikorru għall-impjieg ta’ ħaddiema li mhux neċessarjament jaħdmu minn post wieħed fiss jew saħansitra fl-istess pajjiż. Fejn hu possibbli, tali xogħol jista’ jibqa’ għaddej waqt li impjegat ifittex postijiet fejn jgħix u jaħdem, grazzi għall-konnessjoni tal-internet. L-ewwel stħarriġ ta’ din ixxor­ta sar minn kayak.co.uk, l-aktar sit popolari għal tiftix fuq l-internet dwar vjaġġar. Biex waslet għal dan l-indiċi, Kayak analizzat b’dettal 111-il pajjiż u kklassifikat kull wieħed skont 22 fattur f’sitt kategoriji: spej­ jeż tal-ivvjaġġar u aċċessibbiltà, prezzijiet lokali, servizzi tassaħħa, sigurtà, il-ħajja soċjali, it-temp u, fuq kollox, kemm hu avvanzat il-pajjiż biex joffri faċilitajiet li taħdem b’mod virtwali. B’hekk waslet għal dawk ilpajjiżi li huma l-aktar faċli biex persuna taħdem fihom, filwaqt li tgawdi l-ambjent ideali li tixtieq. Hawnhekk fejn spiċċa biex jeċċella pajjiżna. Malta tinsab mal-aqwa 10

fl-indiċi globali u fost l-aqwa ħamsa fl-indiċi Ewropew. F’din it-tendenza ġdida globali, fejn diġà tinħass il-kompetizzjoni kbira, Malta taqbeż lil bosta pajjiżi kbar, inklużi r-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja, għall-faċilitajiet li toffri, inkluż programm għal residenza temporanja biex persuna b’impjieg fiss f’pajjiż terz tibda taħdem minn hawn. Fejn tidħol infrastruttura għal xogħol b’mod virtwali ‘Remote work infrastructure’, pajjiżna jinsab minn ta’ qud-

diem għax għandu wieħed mill-ogħla numru ta’ spazji ta’ ċentri jew dawk li huma magħrufin bħala ‘collaboration hubs’ u għandu li­vell għoli ta’ għarfien tal-lingwa Ingliża fost il-popolazzjoni lokali. Skont l-istess stħarriġ, Malta għandha prezzijiet favorevo­ li, imqabbla ma’ oħrajn. Dan jinkludi fost l-orħos prezzijiet fid-dinja għall-kiri tal-karozzi, fattur importanti għal barrani li jkun irid jesplora l-pajjiż. Minbarra hekk, Malta qed tikkompeti f’dan is-suq ġdid

billi toffri wkoll in-Nomad Residence Permit, permess ta’ re­ sidenza li jippermetti li persuna żżomm l-impjieg tagħha bbażat f’pajjiż ieħor billi taħdem minn hawnhekk. Il-permess jingħata lil individwi li jistgħu jaħdmu mill-bogħod u indipendenti mill-post, billi jużaw teknoloġiji tat-telekomunikazzjoni. Pajjiżna sar aktar faċli għal profes­sjonisti minn pajjiżi terzi li jridu jaħdmu b’mod virtwa­li għal perjodu temporanju, wara li dan il-permess tnieda f’Ġunju tas-sena l-oħra. Il-permess

jingħata għal perjodu temporanju li jista’ jkun twil sa sena, lil dawk l-applikanti li juru li jistgħu jaħdmu b’mod virtwali, irrispettivament mill-post li jinsabu fih. Il-professjonisti li japplikaw għal dan il-permess iridu jkunu jaħdmu ma’ kumpaniji li huma rreġistrati barra mill-pajjiż, iwettqu attività kummerċjali għal kumpaniji rreġistrati barra mill-pajjiż, jew joffru servizzi ta’ konsulenza u freelance lil klijenti li l-istabbilimenti permanenti tagħhom huma f’pajjiż barrani. Malta tgawdi wkoll għax meta dawn il-professjonisti jaħdmu b’mod virtwali minn pajjiżna, ikunu qed jgħixu hawn aktarx bil-familji tagħhom u eventwalment jiġġeneraw iktar dħul fl-ekonomija. Din l-inizjattiva qed tippromwovi lil Malta bħala pajjiż ideali minn fejn jista’ jsir xogħol virtwali – u filfatt għenet biex pajjiżna jkollu pożizzjoni tant għolja fl-indiċi ta’ kayak.co.uk. Ta’ min ifakkar ukoll li l-Gvern Malti wkoll beda jadotta l-politika ta’ remote working, tant li 13-il dipartiment taċ-Ċivil minn ministe­ri differenti bdew minn Ottubru li għadda jaħdmu minn spazji apposta, bħala parti minn tranżizzjoni ta’ parti mis-Servizz Pubbliku. Il-Gvern beda jistħarreġ din il-policy sa minn qabel il-pandemija bil-għan li din twassal għall-bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol, waqt li wkoll ittaffi problemi oħrajn, bħat-traffiku. Fil-bidu ta’ Ottubru tas-sena li għaddiet beda wkoll proċess ta’ tranżizzjoni ta’ 18-il xahar, biex issir il-qabża mis-sistema tat-teleworking, li konna mdorrijin biha, għar-remote working. Din il-policy qed tħaddan ukoll ir-right to disconnect għall-ewwel darba f’paj­jiżna.


09

16.01.2022

L-2021 TIRREĠISTRA REKORD TA’ KONVENJI U KUNTRATTI LOKALI Ix-xahar ta’ Diċembru li għadda se jidħol fl-istorja bħala l-aktar xahar li fih saru konvenji għal xiri ta’ proprjetà f’pajjiżna. Dan jirriżulta wara li ġew iffirmati kważi 2,300 konvenju, li jfissru medja ta’ 110 kull ġurnata ta’ xogħol. Ir-rekord preċedenti kien intlaħaq f’Ottubru tal-2018 meta kienu ġew iffirmati inqas minn 1,600, jew kważi 45% inqas imqabbel max-xahar li għadda. Bħala medja, fis-snin ta’ qabel il-pandemija kienu jiġu ffirmati medja ta’ madwar 1,100 konvenju. Dan ifisser li l-attività fis-settur tal-proprjetà fix-xahar li għadda kienet aktar mid-doppju ta’ dik li kienet tkun qabel l-2020. Ħarsa lejn l-għadd ta’ konvenji ffirmati matul l-2021, li jlaħħqu kważi 15,700, jirriżulta li dan kien l-ogħla ammont li qatt ġie osservat u jaqbeż sew is-sena rekord preċedenti li kienet l-2018. Dik is-sena l-ammont kien inqas minn 15,000. Kważi nofs il-konvenji kollha li saru s-sena li għaddiet kienu maqsumin fuq erba’ reġjuni – Għawdex, San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa, l-Imsida u l-Gżira, u Marsaskala. Minflok sena batuta għassuq tal-proprjetà, kif wieħed kien jistenna f’nofs pandemija, l-2021 kienet l-aqwa sena anke f’termini ta’ kuntratti ta’ bejgħ iffirmati. Fil-fatt, ġew iffirmati kważi 14,350 kuntratt finali. Dan ukoll qabeż ir-rekord ta’ bejgħ li kien hemm qabel il-pandemija. B’kollox il-valur ta’ proprjetà residenzjali mixtrija fl-2021 kien ilaħħaq aktar minn €3.1 biljun, jew kważi nofs biljun ewro aktar mill-2019 u qabel il-pandemija, u biljun ewro aktar mill-2020. Minħabba li fl-aħħar tliet xhur tal-2021 kien hemm aċċe­ llerazzjoni fl-ammont ta’ kon-

venji ffirmati, dan ifisser li fix-xhur li ġejjin se jkun hemm żieda qawwija fl-ammont ta’ kuntratti ta’ bejgħ. Minbarra li dan se jiġġenera dħul kbir għall-Gvern f’termini ta’ boll, mistennija wkoll żieda qawwija fil-bejgħ ta’ oġġetti u servizzi relatati. Mal-bejgħ ta’ appliances u għamara, jiżdied bil-kbir ukoll ix-xogħol għal professjonisti bħal bajjada, electricians u plumbers, fost oħrajn, minħabba li ħafna mill-proprjetà mibjugħa hi ġebel u saqaf.

Bandu għall-Kuraturi Repubblika ta’ Malta Lill-Marixxall tal-Qrati B’digriet mogħti minn din il-Qorti fil-11 ta’ Awwissu, 2020, fuq talba ta’ Martin Xuereb ġie ordnat biex jintgħażlu kuraturi deputati sabiex jirrappreżentaw lid-direttarji u subċenswalisti mhux magħrufa fl-atti taċ-ċedola numru 1140/2020 fl-ismijiet Martin Xuereb vs Kuraturi Deputati u fl-atti l-oħra relattivi u sussegwenti: Permezz ta’ ċedola ta’ depożitu u kontestwali fidi ta’ ċens ta’ Martin Xuereb, pensjonant, iben George Xuereb u Rita née Scicluna, imwieled il-Marsa u residenti 71, Triq San Mikiel, Il-Marsa (KI 251558M) vs Kuraturi Deputati sabiex jirrappreżentaw lid-direttarji u subċenswalisti mhux magħrufa tal-fond numru 70, Triq San Mikiel, Il-Marsa, ippreżentata fil-Prim’Awla tal-Qorti fis-6 ta’ Awwissu, 2020, fejn Martin Xuereb espona bir-rispett: Illi l-esponenti hu proprjetarju ta’ fond numru 70, Triq San Mikiel, Il-Marsa, muri fuq il-pjanta annessa bħala Dok. A u liema fond fih kelj ta’ madwar 20.95 metru kwadru. Illi dan il-fond huwa suġġett għaċ-ċens annwu u perpetu ta’ €1.40. Illi huma dovuti l-iskadenzi ta’ Awwissu 2003 sa Awwissu 2019, liema l-aħħar skadenza tkopri l-perjodu sa Awwissu 2020 u ċjoè komplessivament hija dovuta s-somma ta’ €23.80 u għaldaqstant din l-istess somma qiegħda tiġi depożitata a favur tad-direttarju u subċenswalisti mhux magħrufa għall-fond numru 70, Triq San Mikiel, Il-Marsa. Illi l-esponenti jixtieq ukoll jipprevalixxi ruħu mill- fakultà mogħtija lilu bl-artikolu 1501 tal-Kodiċi Ċivili u jifdi dan iċ-ċens. Is-somma ta’ €1.40 kapitalizzata bil-5% tammonta għas- somma ta’ €28.00. Għaldaqstant. l-esponenti jadixxu lil din l-Onorabbli Qorti u taħt l-Awtorità tagħha jiddepożitaw a favur tal- intimati s-somma ta’ €23.80 u ċjoè l-iskadenzi kollha dovuti li mhumiex imħallsa, kif ukoll €28.00 bħala fidi ta’ ċens sabiex tkun tista’ tiġi liberament żbankata minn min hu awtorizzat illi jiżbanka. Notifiki: Direttur tar-Reġistru Pubbliku, Evans Building Triq il-Merkanti, Il-Belt Valletta VLT 2000 Kuraturi Deputati sabiex jirrappreżentaw diretarji u subċenswalisti mhux magħrufa għall-fond numru 70, Triq San Mikiel, Il-Marsa Int għaldaqstant ordnat li twaħħal kopja uffiċjali ta’ dan il-bandu fid-daħla ta’ din il-Qorti Superjuri u ssejjaħ b’dan lil kull min irid jidħol bħala kuratur biex jidher fi żmien sitt ijem f’dan ir-Reġistru u jagħmel b’nota d-dikjarazzjoni illi huwa jidħol għal dan. Int ordnat ukoll li tgħarraf lil kull wieħed illi jekk ma jagħmilx din id-dikjarazzjoni fiż-żmien fuq mogħti, din il- Qorti tgħaddi biex tagħzel Kuraturi tal-Uffiċċju. U wara li tkun għamilt dan, jew jekk tiltaqa’ ma’ xi xkiel fl-esekuzzjoni ta’ dan il-bandu, inti għandek tgħarraf minnufih lil din il-Qorti. Mogħti mill-Qorti Superjuri hawn fuq imsemmija bix- xhieda tal-Onor. Imħallef Joseph R. Micallef, LLD, Duttur tal-Liġi. Illum 11 ta’ Awwissu, 2020 Reġistru tal-Qrati Superjuri, illum 16 ta’ April, 2021 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u Tribunali


10

16.01.2022

NINVESTU FIT-TEKNOLOĠIJA

JOSÉ HERRERA Ministru

Meta sentejn ilu, il-Prim Ministru Robert Abela reġa’ fdali d-dekasteru tal-Gvernijiet Lokali, flimkien ma’ dak tal-Wirt Nazzjonali u l-Arti, jien ilqajt din l-isfida b’enerġija mġedda wara li kelli din l-istess responsabbiltà lura fl-2013. Il-Gvernijiet Lokali ilhom fis-seħħ sa mill-1993, fejn l-importanza tagħhom fil-qalb tal-komunità, kienet u dejjem trid tibqa’ ċ-ċentru ta’ ħidmet dawn il-Gvernijiet Lokali. Biex dan ikun jista’ jiġi affermat,

irridu nassiguraw li l-Gvernijiet Lokali jiżviluppaw b’mod li jkomplu jindirizzaw ir-realtajiet u ċ-ċirkostanzi b’mod ħolistiku. Dan inħass u deher aktar biċ-ċar, meta l-pandemija laqtet lil pajjiżna. Matul dan il-perjodu jien kont ħabbart il-ħtieġa ta’ viżjoni ġdida fil-qasam tal-informatika għall-Gvernijiet Lokali; viżjoni li twassal għal aktar effiċjenza u aċċessibilità aħjar. Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq l-informatika għas-snin ta’ qabel, wera numru ta’ nuqqasijiet li kellhom jiġu indirizzati b’urġenza. Filwaqt li bħala parti mill-viżjoni tal-Gvern Laburista, assigurajna li l-fondi allokati għall- Gvernijiet Lokali sabiex iwettqu x-xogħol siewi tagħhom, jibqa’ jiġi sostnut u msaħħaħ, bħala Gvern fis-sena li għaddiet, introduċejna vot finanzjarju ġdid taħt id-Diviżjoni għall-Gvern Lokali speċifikament fil-qasam tat-teknoloġija u l-informatika. Dan għamilnieh għaliex ħassejna l-bżonn li l-Gvernijiet

Lokali jkollhom l-għodda u l-istrutturi neċessarji biex iwettqu din il-viżjoni. Irridu li l-Gvernijiet Lokali jaġġornaw ruħhom kemm b’investiment f’riżorsi kapitali kif ukoll f’dawk umani. Għaldaqstant kien ta’ pjaċir għalija li matul din il-ġimgħa tajt stampa tal-progress miksub matul is-sena li għaddiet. Ix-xogħol beda billi ttieħed rendikont mid-Diviżjoni għallGvern Lokali, tal-infrastruttura li kien hemm eżistenti, inkluż il-hardware u s-sistemi diġitali, sabiex b’hekk stajna nfasslu pjan biex jiġi aġġornat it-tagħmir meħtieġ. B’sodisfazzjon ngħid li llum ir-reġjuni u l-Gvernijiet Lokali kollha ġew konnessi mas-sistema tal-MITA. Dan wassal biex indirizzajna numru ta’ punti msemmija fir-rapport tal-Awditur Ġenerali. B’riżultat ta’ dan, il-Gvernijiet Lokali u dawk Reġjonali issa huma konnessi ma’ sistema ċentralizzata, b’faċilitajiet ta’ back-up u sistemi ta’ sigurtà, filwaqt li għandhom monitoraġġ u assistenza kontinwa. B’dan l-eżerċizju aktar

minn 330 apparat elettroniku issa huma konnessi ċentralment. Barra minn hekk, 70 desktop kompjuter inbidlu għal laptops, filwaqt li tagħmir ieħor ġie aġġornat. B’dan il-mod qed niżguraw li jingħata servizz aktar effiċjenti għall-komunitajiet tagħna, filwaqt li l-ħaddiema fil-Gvernijiet Lokali u dawk Reġjonali jħossuhom aktar siguri, u b’hekk tajna spinta meħtieġa biex niffaċilitaw ix-xogħol kif ukoll isservizz mogħti lil dawk kollha li jirreferu għal xi tip ta’ bżonn fil-Gvernijiet Lokali. Fil-ħajja mgħaġġla li ngħixu fiha hemm bżonn li l-Gvernijiet Lokali jiffaċilitaw l-interazzjoni mal-komunità. Għaldaqstant inizjattiva oħra li ħadna kienet is-simplifikazzjoni ta’ sistema ta’ permessi online komuni fejn iċ-ċittadini mill-kumdità ta’ darhom se jkunu jistgħu japplikaw għal permessi varji fuq sit elettroniku ġdid. Matul din is-sena l-Gvernijiet Lokali kollha ser ikollhom aċċess għal dan il-portal diġitali. Il-komunità għandha tibqa’

fiċ-ċentru ta’ kull sforz li jsir. B’sodisfazzjon ninnota li d-Diviżjoni ħadmet qatigħ sabiex timplimenta l-proġett tal-WiFi4U fejn assigurajna li ma jintilfux fondi relatati. Matul l-2021, 27 Gvern Lokali kellhom din is-sistema tal-wifi installata. In-numru ta’ lokalitajiet b’dan is-servizz ser jitla’ għal 54 matul din is-sena. Il-viżjoni tagħna qed tiġi implimentata fejn l-investiment fix-xogħol li sar matul is-sena li għaddiet qabeż il-miljun ewro. Matul din is-sena se nkomplu nsaħħu l-infrastruttura, inżidu applikazzjonijiet diġitali b’mod aktar iċċentralizzat kif ukoll inkomplu nifirixu aktar il-WiFi4U. Nemmen li din hija t-triq ’il quddiem u għalhekk se nkomplu ninvestu b’ammont li jlaħħaq il-miljun ewro ieħor għas-sena li ġejja. L-għan ewlieni wara din il-ħidma tibqa’ dik li nkomplu nsaħħu l-Gvernijiet Lokali sabiex ikunu aktar effettivi u effiċjenti u b’hekk noffru servizz aħjar għall-ġid tal-komunitajiet tagħna.

XI JFISSRU SENTEJN TA’ TMEXXIJA TA’ ROBERT ABELA

ROMILDA B. ZARB Kandidata fil-11-il Distrett

Id-djalogu: il-pedament li fuqu hu mibni l-Gvern ta’ Robert Abela, kemm fuq bażi lokali u anki fuq bażi internazzjonali. Huwa ferm importanti li tinstab it-triq tad-djalogu. Il-komunikazzjoni: illum il-ġurnata il-komunikazzjoni hija ferm aktar importanti minn qatt qabel f’soċjetà li tgħix f’bumbardament ta’ informazzjoni speċjalment mill-midja soċjali. Għalhekk fid-dinja tal-lum hu ferm aktar importanti li l-komunikazzjoni tkun waħda ċara u diretta biex ħadd ma jkun jista’ jimmanip-

ula u jdawwar il-messaġġ kif jixtieq hu. Robert Abela, Prim Ministru li lanqas laħaq tgħammed. Sab dinja li nħakmet minn pandemija bla preċedent, sitwazzjoni li ġiet mingħajr manwal ta’ istruzzjoni. Il-paraguni huma odjuża iżda f’dan il-messaġġ ma nistax ma nikkummentax fuq il-mod kif ħadmet l-Oppożizzjoni li minn din is-sitwazzjoni pruvat tirbaħ gwadann politiku b’kuntrast mal-ħidma ta’ dan il-Gvern, fejn xammar il-kmiem biex l-ebda resident Malti ma jħoss l-impatt ekonomiku negattiv li ġie ma’ din il-pandemija. Faċilment naraw x’inhi s-sitwazzjoni f’pajjiżi oħrajn, inkluż pajjiż ġar tagħna, l-Italja. Matul dawn is-sentejn kien essenzjali biex waqt din is-sitwazzjoni ta’ pandemija d-deċiżjonijiet jibqgħu jittieħdu fl-aħjar interess talMaltin u tal-Għawdxin u hekk sar f’dawn ix-xhur fejn rajna dan il-Gvern b’ħidma kontinwa fil-qasam leġiżlattiv fejn għadda 127 liġi. Xhur li matulhom rajna lil dan il-Gvern ineħħi s-saħħa minn idejh biex

inkomplu nsaħħu l-governanza: il-ħatra tal-ġudikatura, il-ħatra tal-Prim Imħallef. Minkejja żmien il-pandemija, il-Gvern ta’ Robert Abela baqa’ l-Gvern li jaħseb f’kulħadd fejn apparti li ħa ħsieb li ftit biss isofru danni, dan il-Gvern ħadem biex dawk li xtaqu jinvestu ngħataw kull għajnuna possibbli biex dan ikunu jistgħu jwettquh. Dan il-Gvern xpruna negozjanti f’dan il-perjodu biex ikunu fuq quddiem preparati biex hekk kif il-ħajja terġa’ tiġi għan-normal ma jkunx hemm diffikultajiet ta’ nuqqas ta’ impjegati u b’hekk ikun hemm aktar serħan il-moħħ fin-negozju għax stajna niżguraw kontinwità. Għalhekk f’pajjiżna matul dawn ix-xhur stajna naraw investiment kontinwu fiċ-ċittadini tagħna. Titkellem man-negozjanti jsemmu kemm kienu ta’ għajnuna l-wage supplements għalihom waqt li titkellem maċ-ċittadini juru kemm laqgħu tajjeb l-għotja ta’ żewġ rawnds ta’ vouchers, liema vouchers offrew injezzjoni diretta fl-ekonomija tagħna. Dan il-Gvern b’viżjoni nieda

diversi skemi biex il-ħaddiema jibqgħu dejjem prijorità, u dan nistgħu nesperjenzawh fejn dan il-pajjiż matul dan iż-żmien ta’ kriżi ekonomika ferm akbar minn dik esperjenzata fl-2009, irnexxielu jkollu l-inqas rata ta’ qgħad f’dan il-pajjiż. U ma jistax jonqos li nsemmu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini, fejn anki fl-aħħar Baġit, stajna napprezzaw li dan il-Gvern għaraf ikompli jgħin lill-batut waqt li jinċentiva l-bżulija permezz ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxa fuq rata ta’ overtime fost oħrajn. Minkejja ż-żmien tal-pandemija dan ilGvern għaraf ikompli jinvesti fil-faxex li għandna fis-soċjetà, għaraf ikompli jinvesti permezz ta’ riformi soċjali biex ikollna pajjiż aktar inklussiv. Pajjiż li ma jiddiskrimina lil ħadd imma pajjiż li jaħseb f’kull wieħed u waħda minna. Bħala ċittadina u kandidata ma nistax ma nsemmix l-għajnuna li dan il-Gvern ta lill-pazjenti li jbatu minn Cystic Fibrosis, kundizzjoni li taffettwa l-pulmun, fejn il-Gvern qed jinvesti s-somma ta’ €600 kuljum fuq kull pazjent, investi-

ment ta’ aktar minn €3 miljun fis-sena għal 14-il pazjent. Dan il-Gvern għaraf li jaħdem fuq inizjattiva NEW HOPE guarantee scheme, skema soċjali biex tgħin lil dawk il-persuni li jixtiequ jakkwistaw proprjetà, miżura li tikkonferma d-determinazzjoni ta’ dan il-Gvern li ħadd ma jitħalla jaqa’ lura jew li jħossu inqas minn ħaddieħor fis-soċjetà tagħna. Is-sostenibilità u l-ugwaljanza wkoll huma għal qalb il-Partit Laburista u allura anke f’dawn l-oqsma saru l-bidliet neċessarji biex pajjiżna jkun minn ta’ quddiem fil-kisbiet għall-avvanz tal-poplu li jgħix f’dawn il-gżejjer. Meta tara dan kollu jseħħ f’temp ta’ ftit żmien, f’perjodu ta’ pandemija, bi problemi li ħadd qatt ma ffaċċja bħalhom qabel, tista’ tgħid li veru l-Partit Laburista u ħidmietu fil-Gvern hu l-Partit li jemmen u jaħdem biex Malta tkun l-ewwel u qabel kollox. Kif stqarr l-istess Pim Ministru: “Magħna tafu fejn qegħdin!” u dawn ix-xhur ta’ tmexxija jitkellmu waħedhom. Robert Abela ... Deċiżiv, Riformist, Soċjalist.


11

16.01.2022

MALTA FOST L-AKTAR PAJJIŻI LI JAQBILLEK TAĦDEM MINNHOM

ALEX MUSCAT Segretarju Parlamentari

Hekk kif aktar u aktar nies qed iħaddnu l-kunċett ta’ remote working, pajjiżna qed jissemma bħala wieħed mill-aktar pajjiżi fejn jaqbillek taħdem b’mod remot. KAYAK, search engine tal-ivvjaġġar ewlenija, poġġiet lil Malta fis-sitt post fl-indiċi “Work from Wherever”. Dan janalizza l-aqwa pajjiżi

fid-dinja li wieħed għandu jikkunsidra f’każ li huwa mħajjar biex jivvjaġġa u jaħdem barra mill-pajjiż. Dan ir-riżultat ma nkisibx b’kumbinazzjoni. Il-Gvern qed jirnexxilu jpoġġi lil Malta fuq il-mappa ta’ dawn l-individwi permezz tan-Nomad Residence Permit – permess ġdid imniedi s-sena l-oħra, speċifikament għal dawk li ġejjin minn barra l-Unjoni Ewropea. Il-popolarità ta’ dan il-programm ta’ residenza mistennija tibqa’ tikber ladarba r-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar jonqsu minħabba l-pandemija. L-Aġenzija Residenza Malta qed taħdem fuq dan il-kunċett għax minnu jibbenefika kulħadd. Persuna li taħdem b’mod remot irid ikollha ċertu qligħ, u jaqbel lil pajjiżna li dan il-qligħ jiġi investit hawn Malta. Barra minn hekk, persuna li

taħdem b’mod remot minn pajjiżna sservi bħala l-aqwa reklam għall-Gżejjer Maltin. Skont KAYAK, Malta qabżet lill-Costa Rica, lir-Repubblika Ċeka, lill-Ġermanja, u ħafna pajjiżi oħra. KAYAK ibbażat dan fuq informazzjoni minn 111-il pajjiż u kklassifikat kull wieħed fuq bażi ta’ 22 fattur maqsuma f’sitt kategoriji: spejjeż tal-ivvjaġġar u aċċessibbiltà tat-titjiriet, prezzijiet lokali, saħħa u sigurtà, infrastruttura għax-xogħol remot, ħajja soċjali u l-klima. Barra minn hekk, Malta marret tajjeb ħafna fil-kategorija “Infrastruttura ta’ Xogħol Remot”, b’wieħed mill-ogħla numri ta’ spazji għall-coworking, livell għoli tal-użu tal-Ingliż fost il-popolazzjoni lokali, u li joffri wkoll permess għal dawk li qed ifittxu li jibqgħu aktar fit-tul. Barra minn hekk,

l-istħarriġ sab li huwa affordabbli li tesplora l-pajjiż bil-karozza, fejn il-prezzijiet tal-kiri tal-karozzi huma l-orħos fid-dinja. L-aqwa 10 pajjiżi li joffru kundizzjonijiet tajba għal xogħol produttiv u opportunitajiet għall-avventura skont KAYAK huma millwieħed sal-għaxra: il-Portugall, Spanja, ir-Rumanija, Mauritius, il-Ġappun, Malta, il-Costa Rica, il-Panama, ir-Repubblika Ċeka u l-Ġermanja. Malta ġiet ukoll ikklassifikata fit-13-il post fost l-aħjar destinazzjonijiet għar-remote working fi studju li sar minn Remote Technology Inc. Din hi konferma ta’ kemm Malta hi attraenti għal min jixtieq jiġi u jaħdem minn hawn għal xi ftit xhur, filwaqt li tikkonferma kemm għandna infrastruttura soda biex wieħed ikun jista’ jaħdem u

jagħti servizz lill-kumpaniji barranin, kemm jekk wieħed ikun impjegat kif ukoll freelancer. Il-Gżejjer Maltin għandhom ħafna x’joffru lil dawk li jinteressahom jiskopru pajjiż ġdid u kultura unika. Minbarra t-300 ġurnata ta’ xemx u baħar ċar, wirt storiku, ikel bnin, stabbilimenti ta’ divertiment u ħajja soċjali, Malta toffri wkoll infrastruttura teknoloġika b’saħħitha, konnettività bl-ajru u n-nuqqas ta’ ostakli tal-lingwa – elementi kruċjali għal min irid jaħdem minn hawn mingħajr xkiel. Fuq kollox, pajjiżna għandu Aġenzija li dejjem lesta ttejjeb l-operat tagħha sabiex taġġorna ruħha maż-żminijiet u toffri dak li l-klijent ikollu bżonn. Residenza Malta qed taħdem fuq inizjattivi ġodda, sabiex dawn ir-riżultati jkomplu jkunu sostnuti.

SENTEJN TA’ ROBERT ABELA

CHRIS BONETT Kandidat fir-4 Distrett

Sentejn ilu kellna għażla quddiemna. Ridna neleġġu Mexxej tal-Partit li b’mod awtomatiku, kien ser iservi wkoll bħala Prim Ministru. Sa mill-bidu nett emmint f’Robert Abela. Għadu jidwi f’widnejja d-dikors tiegħu f’Raħal Ġdid jurina l-viżjoni tiegħu. L-imħabba lejn pajjiżna, il-valuri li jħaddan u d-determinazzjoni li jagħmel minn Malta ġojjell ikbar milli diġà hi. Mur għidilna dak iż-żmien, li fi ftit jiem wara konna ser ngħaddu mill-burraxka tal-pandemija. Mhux faċli tkun Prim Ministru ġdid u tiffaċċja mill-ewwel sitwazzjoni li ħadd qatt m’esperjenza qabel. Ħad-

dieħor forsi kien jinħakem mill-paniku. Però hu baqa’ kalm, u bl-għaqal u bid-determinazzjoni tiegħu, flimkien mal-Kabinett u mal-Membri Parlamentari, wassal sabiex l-impatt tal-pandemija fuq il-famiji tagħna kien l-aktar minimu possibbli. Iffaċċjat minn din is-sitwazzjoni partikolari, ilPrim Ministru kellu jsib bilanċ diffiċli bejn is-saħħa u l-ekonomija, jew kif jgħid hu, il-ħajja u l-għajxien. Il-waħda li ma taħdimx mingħajr l-oħra. Il-bilanċ laħqu billi qagħad fuq il-pariri xjentifiċi tal-awtoritajiet tas-saħħa u b’deċiżjoni wara l-oħra baqa’ jikkontrolla s-sitwazzjoni. Fetaħ il-kaxxa ta’ Malta u għamel investiment enormi li tana serħan il-moħħ li s-servizz tas-saħħa ser jibqa’ tal-ogħla livell. Imbagħad, iggarantixxa l-vaċċin għal kulħadd, għal darba, tnejn u anke l-booster. Niftakar l-Oppożizzjoni tbeżża’ li mhux ser ikun hawn dożi biżżejjed u li se jaslu tard. Ir-riżultati qegħdin f’wiċċ kulħadd, aħna konna l-aqwa fl-Ewropa. Imbagħad, meta kellha tittieħed id-deċiżjoni li jagħlqu numru ta’ servizzi bħalma

ġara f’pajjiżi oħra, il-Gvern mill-ewwel ħaseb fuq kif din ser taffettwa n-negozji u l-impjiegi, li huma l-bażi tal-ekonomija tagħna. Kienet ovvja li mingħajr l-intervent tal-Gvern kien ser ikun hemm impatt qawwi fuq in-negozju bir-riskju li numru ta’ negozji jfallu, bil-konsegwenza li jitkeċċew il-ħaddiema. Kien hemm li l-Prim Ministru wera kemm jemmen fil-prinċipji tiegħu u ħa diversi miżuri finanzjarji, bl-iktar importanti fosthom is-suppliment tal-paga, biex ma jintilfux l-impjiegi u jiġi ssalvagwardjat l-għajxien tal-familji tagħna. Però dan ma kienx kollox. U minkejja li għaddejjin millagħar riċessjoni ekonomika dinjija li qatt rajna, ġiet irreġistrata l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja. Bil-prestazzjoni tal-Prim Ministru fil-pandemija naħseb kien ikun biżżejjed biex dan jerġa’ jikseb il-fiduċja tal-poplu. Però, il-ħidma tal-Prim Ministru ma waqfitx hemm. Wettaq riformi essenzjali biex isaħħaħ l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna u l-governanza, b’riformi li kienu ilhom żmien jiġu diskussi, iżda ħadd ma kellu

l-kuraġġ iwettaq. Sar ukoll xogħol kbir fuq qasam soċjali, pilastru fil-prinċipji soċjalisti tagħna. Il-pensjonijiet għolew għas-seba’ sena konsekuttiva. Żdied il-formolarju b’iktar mediċini u servizzi tas-saħħa b’xejn. Inħarġu diversi għajnuniet lill-persuni b’diżabilità biex illum qed jgħixu ħajja iktar indipendenti. Sar intervent b’saħħtu fil-housing, bit-titjib ta’ diversi skemi biex iktar nies isiru sidien ta’ djarhom u fuq kollox ir-riforma tal-liġi talkera ta’ qabel l-1995. Dan kollu fl-isfond ta’ titjib kontinwu tal-infrastruttura ta’ pajjiżna u t-trasport pubbliku b’xejn. Anki l-isport ingħata l-importanza li tixraqlu b’numru ta’ faċilitajiet ġodda b’livell għoli fejn l-atleti tagħna jistgħu jitħarrġu b’mod professjonali. Però, aħna li nafu kif jaħdem il-Prim Ministru nafu li filwaqt li jaf li sar ħafna xogħol, jinteressah iktar fuq dak li ser jagħmel fil-ġejjieni. Diġà poġġa l-ambjent fuq il-quċċata tal-aġenda politika ta’ pajjiżna. Ħa miżuri biex ngħixu f’ambjent aktar nadif u b’inqas emissjonijiet fl-arja u wettaq

numru ta’ proġetti għat-tkabbir tal-ispazji pubbliċi. Però, irid li nagħmlu passi oħra u kull inizjattiva li qed jieħu l-Gvern qed issir billi tingħata importanza assoluta lejn l-impatt ambjentali. Dan kollu biex il-familji jkunu jistgħu jqattgħu ħin ta’ kwalità flimkien f’ambjent aħjar. Dalwaqt ser niġu mitluba niddeċiedu għandniex narmu x-xogħol kollu li sar, b’għażla bejn il-Partit Nazzjonalista li għandu Kap li huwa mmexxi minn klikka li għamlet ħafna ħsara lill-pajjiż sal-2013, jew dik li inkomplu għaddejjin fittriq li qabad Robert Abela. Fejn int taf fejn qiegħed, għax dak li jgħid li ser jagħmel il-Prim Ministru jwettqu, fejn in-negozji u l-impjiegi jiġu protetti u jikbru, fejn iż-żgħażagħ tagħna jingħataw l-opportunitajiet li ħaqqhom u fejn l-anzjani jiġu ppremjati għas-sagrifiċċji kollha li għamlu f’ħajjithom, u fejn il-familji tagħna jistgħu jrabbu lil uliedhom f’ambjent aħjar. Il-ġudizzju f’idejkom u konvint li bħali ser taraw li huwa ċar li Robert Abela huwa l-għażla naturali biex imexxi lil pajjiżna fil-ħames snin li ġejjin.


12

16.01.2022

INFASSLU L-FUTUR

STEFAN ZRINZO AZZOPARDI

Segretarju Parlamentari

Is-sentejn ta’ tmexxija ta’ Robert Abela kienu kkaratterizzati minn deċiżjonijiet u ħidma bla waqfien. Tmexxija li kellha tiffaċċja diversi sfidi kbar li kienu jeħtieġu għażliet diffiċli u ta’ responsabbilità kbira. Għażliet li riedu jiżguraw li filwaqt li nieħdu ħsieb is-saħħa tan-nies ridna wkoll naraw li l-ekonomija ta’ pajjiżna ma tiqafx għalkollox. L-għażliet li riedu jittieħdu riedu jilħqu bilanċ xejn faċli iżda important li jinżamm. Filwaqt li kien meħtieġ li jittieħdu miżuri biex nipproteġu s-saħħa tan-nies, ridna nassiguraw li l-ħaddiema ma jitilfux il-post tax-xogħol. Ridna niżguraw

li minkejja l-miżuri meħtieġa naraw li nagħtu sostenn sħiħ lil dawk kollha li jipprovdu x-xogħol lill-ħaddiema. Flimkien ma’ dawn l-għażliet importanti, it-tmexxija ta’ Robert Abela imbarkat fuq programm b’saħħtu ta’ riformi f’pajjiżna. Riformi meħtieġa biex jissaħħu l-istituzzjonijiet li jħarsu s-saltna tad-dritt. Saru bidliet kbar fil-mod kif tinħatar il-ġudikatura, il-mod kif jinħatar il-President u dawn flimkien ma’ bidla fl-għażla tal-Kummissajru tal-Pulizija. Dawn huma wħud mir-riformi li seħħew li anke kisbu t-tifħir tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Gvern immexxi minn Robert Abela għamel għażliet ekonomiċi importanti ferm. Għażliet li permezz tagħhom ingħata sostenn lil setturi varji tal-ekonomija Maltija. Fost l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija, rajna s-settur tatturiżmu għal xi żmien jieqaf kważi għalkollox. Kien għalhekk meħtieġ li flimkien ma’ setturi oħrajn, il-Gvern jagħti sostenn biex dawn is-setturi ma jogħtrux. Illum, meta nħarsu lura u naraw ir-riżultati li nkisbu, wieħed jinnota kemm għandna riżultati pożittivi u kemm l-għażliet li saru kienu

għażliet tajba. Filwaqt li nħarsu lura lejn il-kisbiet u r-riżultati li ksibna minkejja d-diffikultajiet talaħħar sentejn, irridu nżommu ħarsitna lejn il-ġejjieni u kif se nkomplu nħejju lil pajjiżna għall-futur. Futur li jrid jitfassal fid-dawl ta’ dak li seħħ fil-passat riċenti iżda fl-istess waqt irid jitfassal biex iwieġeb għall-isfidi l-ġodda. Imbarkajna fuq diversi inizjattivi li permezz tagħhom qed inwettqu programm ta’ rkupru ekonomiku. Inżjattivi mifruxa fuq diversi oqsma inkluż il-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenża li huwa ffinanzjat minn Fondi tal-Unjoni Ewropea. Huwa pjan ta’ rkupru li mhux biss jagħti dak li huwa meħtieġ fit-triq lejn aktar tkabbir ekonomiku iżda huwa rkupru marbut ukoll ma’ trasformazzjoni tal-ekonomija tagħna. Illum qed ninvestu biex filwaqt li l-ekonomija tkompli tikber, issir ekonomija aktar ħadra. Ekonomija li taħdem bl-inqas emissjonijiet u li tagħmel inqas impatt ambjentali. Għandna miri ċari li rridu nilħqu sas-sena 2030 u sas-sena 2050. Dawn il-miri jeħtieġu iniżjattivi kbar u investiment qawwi imma li jridu jitwettqu

b’mod li kulħadd jimxi ’l quddiem u ħadd ma jitħalla lura. Bl-istess mod, l-ekonomija tagħna trid tingħata l-ispinta meħtieġa biex timxi ’l quddiem u ssir ekonomija aktar diġitali. Il-futur jinsab f’ekonomija aktar diġitali u pajjiżna ma jistax jibqa’ lura milli jimxi b’pass mgħaġġel f’din it-trasformazzjoni. Din il-bidla iġġib magħha opportunitajiet ġodda iżda wkoll tippreżentana bi sfidi ġodda wkoll. Irridu nkunu mħejjija biex inwettqu dawn it-trasformazzjonijiet fl-ekonomija tagħna permezz ta’ investiment b’saħħtu u bidliet radikali li tant ħuma meħtieġa. Dan iżda, jista’ jseħħ biss jekk ninvestu aktar fil-ħiliet taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema. Dawn il-bidliet jeħtieġu ħiliet ġodda, ħiliet differenti. Bidliet li se jħallu impatt fuq il-qasam tax-xogħol. Filwaqt li sseħħ din il-bidla importanti, ma nistgħux nibqgħu naġixxu daqslikieku dawn ilbidliet mhumiex qed iseħħu. Nemmen bis-sħiħ li biex niksbu l-akbar suċċess f’dan il-pjan ta’ rkupru ekonomiku u ta’ trasformazzjoni ekonomika rridu ninvestu ferm aktar fin-nies. Irridu nfissru aktar lin-nies x’hemm lest għalina

fil-futur u dak li se jkun qed iġib miegħu ż-żmien li ġej. Il-poplu Malti huwa poplu ħawtiel u li dejjem għaraf kif jitħejja bissħiħ għall-futur. Flimkien nistgħu niksbu ferm aktar suċċess. Irridu nkomplu nagħmlu l-għażliet it-tajba iżda fuq kollox irridu nagħmlu l-għażliet li jkattru l-opportunitajiet għal kulħadd. Għażliet li bihom nassiguraw li ħadd ma jitħalla lura.

Il-Gvern immexxi minn Robert Abela għamel għażliet ekonomiċi importanti ferm. Għażliet li permezz tagħhom ingħata sostenn lil setturi varji tal-ekonomija Maltija

ĦU ĦSIEB U ĦU L-BOOSTER

KAYA THEUMA Parteċipanta LEAD

Fl-aħħar sena, il-vaċċin ħoloq sentimenti varji fostna. Minn meta wasal f ’pajjiżna ġab miegħu diversi kontroversji. Kien hemm uħud li kienu konvinti mill-bidu nett li l-vaċċin kien l-unika soluzzjoni biex niġġieldu din il-pandemija u kien hemm min qalilna li l-vaċċin mhux is-soluzzjoni. Statistikament, minn meta beda jingħata l-vaċċin f ’pajjiżna, ir-rata ta’ nies

li bdew jemmnu fil-vaċċin żdiedet. Ir-raġuni ewlenija kienet li naqsu l-imwiet u l-ammont ta’ nies li ddaħħlu l-isptar kawża ta’ kumplikazzjonijiet li ġġib magħha l-COVID-19. Minkejja dan, xorta ssib min jippreferi jinjora r-rakkomandazzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa u x-xjenza u ma jiħux il-vaċċin. Forsi l-argument tagħhom ikun li l-każijiet attivi żdiedu ferm iżjed minn kif konna fil-bidu tal-pandemija. Dawn huma l-effetti li qed iġibu magħhom il-varjanti differenti tal-COVID-19 mhux biss f ’pajjiżna iżda fid-dinja kollha. Il-booster huwa l-unika mod kif nistgħu nwaqqfu għalkollox il-pressjoni fuq l-isptarijiet tagħna u eventwalment it-tixrid talCOVID-19. Biex ngħidu kollox, s’issa ngħataw aktar minn miljun doża li minnhom madwar 300,000 huma dożi tal-booster. Il-persentaġġ

ta’ nies mlaqqma f ’pajjiżna huwa ta’ 95%. Din l-istatistika turi biċ-ċar li l-maġġoranza tal-Maltin huma mlaqqma u li 5% biss mhumiex vaċċinati. In-numri jitkellmu waħedhom. Għandna x-xorti li s-sistema tas-saħħa tagħna ppermettiet li jkollna fost l-aqwa rati ta’ tilqim mhux biss fl-Ewropa iżda anke fid-dinja. Din għenet biex pajjiżna jaqbad it-triq ta’ rkupru mill-aktar fis. Pajjiżi oħrajn bħall-Ġermanja u l-Awstrija qed jikkontemplaw leġiżlazzjoni dwar tilqim mandatorju biex b’hekk jisfurzaw rati ogħla ta’ tilqim. Il-fatt li l-virus qed jikber f ’pajjiżi fejn il-parti l-kbira tal-popolazzjoni għadha mhix imlaqqma, qed jagħti lok għal aktar trażmissjoni u għal aktar mutazzjoni jew tibdil li jwassal għall-ħolqien ta’ varjanti ġodda li d-dinja ma tkunx lesta għalihom. Il-pandemija affettwat mhux biss is-saħħa tagħna.

Affettwat ukoll il-livell ta’ għeżież tagħna. Ejjew inkunu għajxien tagħna. Li famil- responsabbli. Ħu ħsieb. Ħu ja kull filgħaxija tkun tista’ l-booster. tmantni lil uliedha kien kruċjali daqs il-ħarsien tas-saħħa tagħna. Sfidi u problemi kellu kull pajjiż imma mhux kull Gvern investa fin-nies, offra l-għajnuna finanzjarja u s-sostenn dirett lis-setturi ekonomiċi primarjament il-qasam turistiku. Kuntrarjament, li kieku kellna l-Oppożizzjoni fuq in-naħa tal-Gvern, ix-xenarju kien ikun għalkollox differenti. Mela l-ewwel riedu li mmorru f ’lockdown fejn ir-riperkussjonijiet kienu jkunu tant kbar li sal-lum Għandna lanqas inkunu rkuprajna minnhom, imbagħad qalulna x-xorti li s-sistema li l-vaċċin mhux is-soluzzjoni tas-saħħa tagħna u qalulna wkoll li l-inċentivi finanzjarji tal-Gvern huma ppermettiet li ħela u tberbiq ta’ flus. jkollna fost l-aqwa L-appell tiegħi hu ċar. Fejn sa ftit ilu konna niddefendu rati ta’ tilqim mhux bil-miżuri, illum nistgħu natbiss fl-Ewropa iżda takkaw bil-vaċċin. Nistgħu nieħdu ħsieb lil xulxin u lillanke fid-dinja


16.01.2022

13

ROBERT ABELA

Ritratt: GARETH DEGIORGIO

SENTEJN PRIM MINISTRU

Suppliment speċjali dwar il-ħidma u l-kisbiet tal-Gvern Laburista minn Jannar 2020 lil hawn


14

16.01.2022

24 REKORD MATUL 24 XAHAR Sentejn mill-ħatra tiegħu bħala Prim Ministru nhar it-13 ta’ Jannar tal-2020, Dr Robert Abela ffaċċja fost l-aktar perjodu ta’ sfida fl-istorja ta’ pajjiżna, b’mod partikolari minħabba l-pandemija talCOVID-19. Fid-dawl ta’ hekk, anke kieku Dr Abela rnexxielu jżomm dak li nkiseb qabel sar Prim Ministru, kienet tkun kisba kbira. Madankollu, analiżi tas-sitwazzjo­ ni soċjali u ekonomika turi li minkejja l-isfidi bla preċedent, l-ewwel sentejn fil-kariga ta’ Dr Abela se jinżlu fl-istorja bħala żmien ta’ rekords bla preċedent. Jekk Dr Abela ilu Prim Ministru 24 xahar biss, faċli nelenkaw 24 kisba, waħda għal kull xahar ta’ deċiżjonijiet meħudin f’din il-kariga. Ejjew nibdew bir-rekords ekonomiċi. Fit-tieni kwart tal-2021, Malta rreġistrat l-akbar rata ta’ tkabbir ekonomiku li qatt ġiet osservata, b’żieda ta’ kważi 15%. Fil-kwart ta’ wara, intlaħaq l-ogħla livell ta’ investiment qatt irreġistrat fl-istorja ekonomika tagħna b’investiment totali li jammonta għal €932 miljun fi tliet xhur biss. Taħt it-tmexxija ta’ Dr Abela pajjiżna kellu wkoll l-ogħla valur ta’ investiment dirett barrani f’Malta li laħaq is-somma ta’ €4,643 miljun. Intlaħaq l-ogħla numru ta’ negozji attivi qatt irreġistrati, bi 53,348 entità li joperaw fil-gżejjer tagħna. Minħabba f’hekk fit-tielet kwart tal-2021 ġie rreġistrat l-ogħla livell ta’ impjieg li qatt kien hemm fl-istorja, b’268,987 persuna f’impjieg bi qligħ. Minkejja pandemija li kienet prevista li tolqot l-aktar l-impjieg tan-nisa, għax ħafna minnhom jaħdmu fis-servizzi, minflok pajjiżna kellu l-ogħla rata ta’ impjieg femminili fl-istorja. Ir-rata tagħ­na ta’ 66% kienet saħansitra aktar minn dik osservata madwar l-UE, meta sa ftit snin ilu pajjiżna kellu l-inqas rata ta’ impjiegi fost in-nisa fl-Unjoni Ewropea. Rekord ieħor fil-qasam tal-impjiegi miksub, minkejja l-pandemija, kien li qatt daqs illum ma kien hawn Għawdxin jaħdmu f’Għawdex stess, b’aktar minn 14,300. L-ammont ta’ dawk jirreġistraw għal xogħol sa Ottubru naqas għal 1,254 – jew sitt darbiet inqas minn Marzu 2013. F’Settembru, il-familji Maltin u Għawdxin kellhom l-akbar ammont fl-istorja ta’ depożiti mal-banek lokali, għal ammont ta’ €15,202 miljun jew kważi d-doppju ta’ dak li kellhom f’Marzu 2013. Minflok is-suq tad-djar iġġammja minħabba l-pandemija, għandna l-ogħla numru ta’ sidien tad-djar fl-istorja tagħna, b’aktar minn 162,000. Min-naħa l-oħra, il-lista ta’ stennija għall-akkomodazzjoni soċjali tinsab fl-aktar livell baxx, bi ftit aktar minn 1,300 talba għal din l-assistenza. Bl-istess mod sat-tielet kwart tal2021, pajjiżu kellu l-inqas numru ta’ persuni jiddependu fuq il-benefiċċju tal-assistenza soċjali, ferm inqas minn

Ritratt: GARETH DEGIORGIO

IL-KISBIET TA’ PAJJIŻNA TAĦT IT-TMEXXIJA TAL-PRIM MINISTRU ROBERT ABELA JAGĦMLU MEDJA TA’ WAĦDA GĦAL KULL XAHAR FOST DEĊIŻJONIJIET IMPORTANTI MEĦUDIN F’ĊIRKOSTANZI STRAORDINARJI

flazzjoni ta’ Malta kienet dejjem ogħ- preċedent, b’€973 miljun ivvotati għal nofs il-livell fl-2013. Fl-2020 Malta kellha l-aktar rata la minn dik fl-Ewropa, Malta bħalissa dan il-għan fil-Baġit għall-2022. Rekord li jinqabeż biss mir-rekord baxxa ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-is- għandha l-inqas rata ta’ inflazzjoni flta’ €1,213 miljun ivvotati għas-servizzi kola fl-istorja, żewġ terzi tar-rata taħt UE, b’inqas minn nofs il-medja. Taħt Dr Robert Abela, Malta kis- soċjali. l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalis­ Dan l-investiment kontinwu jsegta. Fl-istess ħin għall-ewwel darba, ak- bet l-akbar pakkett finanzjarju li qatt tar minn kwart tal-forza tax-xogħol inkiseb mill-UE, b’€2,250 miljun li ser wi l-assistenza finanzjarja ġeneruża jgħinu biex pajjiżna jlesti b’suċċess li ngħatat mill-Gvern, rekord ta’ tagħna kellha lawrja universitarja. Is-suċċess ekonomiku u soċjali it-trasformazzjoni diġitali u ambjenta- għajnuniet li servew biex jipproteġu lill-familji u lin-negozji mill-impatt tal-amministrazzjoni ta’ Abela huwa li. L-amministrazzjoni ta’ Abela was- ekonomiku tal-pandemija. B’mod diattribwit għal strateġija ekonomika progressiva b’żewġ pilastri ewlenin: dik slet għal impenn ambjentali bla preċe- rett, il-Gvern alloka €1,500 miljun li żżomm l-inqas piżijiet possibbli fuq dent. Fost il-kisbiet, wieħed jista’ jsem- f’assistenza u dan ġie ssupplimentat il-familji u n-negozji, u fuq żieda kontin- mi s-70,000 siġra mħawla mill-2020 ’l b’€2,500 miljun oħra f’assistenza indiretta bis-saħħa ta’ moratorji wa fl-investiment pubbliku. ta’ self u self garantit mill-Istat. Fl-2020, il-piż tat-taxxa L-24 u l-aħħar rekord li se naqas għal livell baxx rekord nsemmu huwa possibbilment ta’ 30.4% tal-ġid nazzjonali, l-iktar impressjonanti. Wieħed tliet punti perċentwali anqas kien jistenna li Gvern li kellu milli kien taħt l-aħħar amminL-ewwel sentejn ta’ Robert Abela jaffronta pandemija kien jiffoistrazzjoni Nazzjonalista. ka biss fuq hekk. Minflok, l-ewMinflok il-prezzijiet tal-fuel fil-kariga ta’ Prim Ministru se wel sentejn ta’ Dr Robert Abela żdiedu bid-doppju tal-medja jitniżżlu fl-istorja bħala żmien ta’ bħala Prim Ministru se jinżlu tal-UE, kif kienu għamlu taħt rekords mingħajr preċedent li fl-istorja bħala l-aktar prol-Gvern ta’ GonziPN, f’Diċembgramm leġiżlattiv komprensiv ru l-konsumaturi Maltin kellminnhom gawda l-poplu kollu li qatt sar. hom l-aktar prezzijiet baxxi F’24 xahar kien hemm 165 tad-diesel fl-UE, 26ċ jew kwint hawn, l-inqas proporzjon li qatt kien abbozz ta’ liġi li fuqhom beda jew ġie inqas mill-medja Ewropea. Filwaqt li f’kundizzjonijiet inqas hemm ta’ ilma moħli matul il-produzz- konkluż id-dibattitu. F’darbtejn u nofs diffiċli, Gvern Nazzjonalista kien żied joni tal-ilma, l-akbar ammont ta’ en- dan iż-żmien, l-aħħar amministrazzil-prezzijiet tal-elettriku bi tliet darbiet erġija ġġenerata mill-pannelli solari, joni Nazzjonalista kienet rat tliet kwariż-żieda medja tal-UE, taħt Dr Robert l-akbar numru ta’ vetturi li jaħdmu ti tan-numru ta’ abbozzi. F’pandemija Abela l-familji għandhom l-inqas kon- b’enerġija alternattiva, u l-fatt li aktar amministrazzjoni Laburista kellha protijiet tal-elettriku fiż-żona ewro, u qed minn terz tal-iskart tal-plastik qed jiġi duttività leġiżlattiva aktar minn tliet darbiet aħjar. iħallsu 10ċ4 jew 45% inqas miċ-ċittadin riċiklat. Taħt Dr Robert Abela, l-investiment medju Ewropew. Ara wkoll paġni 28 u 29 Filwaqt li qabel l-2013 ir-rata tal-in- tal-istat fis-saħħa laħaq livelli bla















28

16.01.2022

14.9% TKABBIR L-akbar rata ta’ rkupru ekonomiku

1

2

€932 MILJUN L-akbar livell ta’ investiment

€2.25 BILJUN

L-akbar pakkett finanzjarju mill-UE

1,321

L-inqas lista għal housing soċjali

12 11 25.1%

L-aktar persuni b’edukazzjoni terzjarja

13 14

70,000 / 233GWh

L-akbar impenn ambjentali b’siġar ġodda u enerġija mix-xemx

24 xahar

€1.5 BILJUN

L-akbar appoġġ finanzjarju dirett mill-Gvern

€4.643 BILJUN L-akbar rata ta’ investiment barrani

15 16 12ċ8 (UNIT) L-orħos prezz tal-elettriku fiż-Żona Ewro

1.4%

L-inqas rata ta’ inflazzjoni fiż-Żona Ewro

€15.2 BILJUN

L-akbar depożiti mill-familji fil-banek

22 21

€1.21 (LITRU)

24 23

L-inqas prezz tad-diesel fl-UE


29

16.01.2022

5

53,348

L-akbar numru ta’ negozji attivi

268,987

3

L-akbar numru ta’ persuni jaħdmu

4

10 9

6

14,313

L-aktar Għawdxin jaħdmu f’Għawdex

66%

L-aqwa rata ta’ nisa jaħdmu

1,254

4,334

L-inqas persuni jirreġistraw

L-inqas nies fuq assistenza soċjali

12.6%

L-inqas rata ta’ early school leavers

€973 MILJUN

L-akbar ammont investit fis-saħħa

24 rekord

8

7

165 LIĠI

L-akbar impenn leġiżlattiv

162,638

L-akbar ammont ta’ familji sidien ta’ djarhom

17 20

18 19

30.4%

L-inqas piż ta’ taxxa

€1.213 BILJUN

L-akbar ammont investit fis-servizzi soċjali

















45

16.01.2022

ROBERT ABELA

SENTEJN TA’ DEĊIŻJONIJIET

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Sentejn minn meta Robert Abela ħa f’idejh it-tmexxija tal-pajjiż. Sentejn ikkaratterizzati minn deċiżjoni wara l-oħra u waħda kurċjali aktar minn oħra. Minkejja dan, dawn id-deċiżjonijiet waslu għalfejn ninsabu llum. Robert Abela ħa t-tmexxija tal-Partit Laburista fi żmien meta l-Partit kien għaddej minn ċerti diffikultajiet li kienu jirrekjedu deċiżjonijiet kuraġġużi. Huwa fehem u ra x’kellhom ikunu dawn id-deċiżjonijiet u ma ddejjaqx jeħodhom. Deċiżjonijiet li wasslu sabiex il-Partit ħareġ mill-maltemp li għadda minnu tul l-2019. Kif sar dan, iffaċċja sfida bla preċedent fejn pajjiżna, bħal kull pajjiż ieħor esperjenza l-ewwel każijiet tal-Covid. Pandemija bla ebda preċedent li wkoll kienet tirrikjedi mhux biss deċiżjonijiet importanti imma aktar minn hekk, deċiżjonijiet tempestużi u f’waqthom. Il-pandemija affettwat kull settur tal-politika u l-ħajja soċjo-ekonomika tagħna u għaldaqstant, l-effett inħass kullimkien u minn kulħadd. Kien meħtieġ għalhekk li l-Gvern jgħin u jintervjeni b’mod dirett biex jiġu salvati l-impjiegi u n-negozji, biex iwieżen lill-anzjani, liż-żgħażagħ u fuq kollox anki lit-tfal tagħna mill-aspett edukattiv. Ma’ dan kien hemm ukoll pressjonijiet ġejjin minn barra sabiex pajjiżna ġedded l-istatus quo li kien ilu fil-politika tagħna u l-livelli ta’ tmexxija, għal aktar minn 30 sena. Qed nagħmel referenza partikolari għas-saltna tad-dritt, għal-libertà tal-espressjoni u għall-modi ta’ kif jiġu maħtura karigi importanti fit-tmexxija u għall-ħarsien ta’ demokrazija f’pajjiżna. Roberta Abela faċilment seta’ ġab kull skuża. Seta’ qal li għadu dieħel fil-kariga u sab ma’ wiċċu l-problema tal-pandemija, li għandu bżonn iż-żmien, li l-istess talbiet kienu ilhom isiru lil Amministrazzjonijiet preċedenti sa mill-aħħar tad-disgħinijiet. Seta’ ġab argumenti li jrid l-ewwel iwieżen lill-familji Maltin imbagħad jibda jaħdem fuq materji bħal dawn wara. Barra minn hekk, Robert Abela u t-tim tiegħu, kellhom l-isfida wkoll li kienu bilkemm qabżu nofs il-leġiżlatura u al-

lura kien għad fadal ħafna xogħol li jrid isir fuq il-proġetti tal-Gvern u l-manifest elettorali nnifsu. Xejn minn dan. Il-Gvern taħt it-tmexxija tiegħu, iffaċċja l-pandemija, wieżen lin-negozji, salva l-impjiegi, ħa d-deċiżjonijiet li kien hemm bżonn jieħu li jirrigwardaw il-Governanza, bidel mudelli li fuqhom kienu jiġu maħtura ċerti karigi bħall-Ġudikatura, il-Kummissarju tal-Pulizija u oħrajn, ħa deċiżjonijiet importanti anki fil-qasam tal-ħasil tal-flus, kompla għaddej bil-ħidma talGvern, aċċerta li pajjiżna jkollu l-ħażna meħtieġa ta’ dożi tal-vaċċin u kien minn tal-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li rċieva l-ewwel konsenji u fuq kollox kompla jaħdem anki fuq livell internazzjonali biex pajjiżna baqa’ (u f’ċerti każi reġa’ beda) jgawdi fiduċja minn pajjiżi ferm akbar minna. Dan minkejja dan kollu li semmejna kif ukoll attakki mhux ġustifikati fuqu dwar l-assassinju tas-Sinjura Caruana Galizia, il-każijiet marbuta ma’ Yorgen Fenech u l-kwistjoni tal-grey listing, kollha avvenimenti li la kellu kontroll fuqhom u lanqas saru fi żmienu jew b’xi mod kien relatat magħhom. Mhux ġustifikati tant li taħtu komplew jitressqu nies quddiem il-ġustizzja biex iwieġbu għal dak li ġew akkużati bih. Fattur ieħor ewlieni li deher ċar fil-kompetenzi ta’ Robert Abela huwa kif minkejja dan kollu, minkejja li wiret Kabinett mhux fuq l-għażla tiegħu, irnexxielu jżomm grupp parlamentari magħqud, grupp jaħdem flimkien fl-istess direzzjoni u għall-istess għanijiet, fejn fuq kollox wera l-kwalitajiet ta’ tmexxija tiegħu biex seta’ jwassal il-vapur fil-port. Is-suġġett huwa Robert Abela imma wieħed ma jistax ma jagħmilx xebh malKap tal-Oppożizzjoni f’dan kollu, fejn il-kuntrast huwa sinifikanti, fejn lanqas biss irnexxielu jieħu t-tmexxija tal-Partit f’idejh. Ma tridx tmur wisq ’il bogħod biex tifhem għalfejn hemm differenza tant kbira fil-livell ta’ fiduċja li jgawdu ż-żewġ mexxejja.

Kien meħtieġ għalhekk li l-Gvern jgħin u jintervjeni b’mod dirett biex jiġu salvati l-impjiegi u n-negozji, biex iwieżen lill-anzjani, liż-żgħażagh u lit-tfal

Sur Editur, Meta tkun fis-seba’ sema, qas tarah għaddej il-ħin. Tibda tgerbeb ġurnata wara l-oħra, filli l-Ħadd, torqod u tqum u ssib is-Sibt ma’ wiċċek. “Sinjal li tkun għaddej tajjeb,” kien jgħid missieri, Alla jaħfirlu u jagħtih il-glorja tal-ġenna. Għax kieku tkun taħt Gvern Nazzjonalista, nerġa’ ngħid bħall-Ħadd li għadda, God forbid, tibda tara siegħa ddum ġimgħa sħiħa. Kif għaddew sentejn taħt il-Prim u Mexxej tagħna! Meta bdejt nismagħhom fuq il-ONE, hekk għidt. Filli qed niċċelebraw li vvotajnielu għal Mexxej tal-Partit tagħna, filli rajnieh jieħu l-ġurament bħala Prim Ministru u llum qed niċċelebraw sentejn tat-tmexxija tiegħu. U x’sentejn kellna! Sentejn li qatgħulna nifisna. U miskin kellu jħabbat wiċċu mal-pandemija wkoll. Imma aħna l-Laburisti agħtina l-maltemp u arana nressqu l-vapur fil-port. Hekk dejjem konna. M’aħniex baħrin tal-bnazzi. U fil-maltemp li konna għaddejjin minnu, Sur Editur, il-Prim beda jiftħilna l-umbrelel. X’ma fetaħx! Ġab mill-ewwel it-titqiba u l-booster. Għamel Baġit speċjali biex jgħin lil dawk li kienu se jbatu. Ħareġ il-Wage Supplement. Ma nafx kemm daħħal miżuri biex jgħin lis-setturi kollha. Qed ngħidlek, qatgħalna nifisna. X’ma niċċelebrawx s-sentejn li ilu hemm imexxi! U ejjew ħa niċċe­ lebraw ħames snin oħra, jekk Alla jrid. X’ma jaqtgħalhomx nifishom lin-Nazzjonalisti! U tinduna ta! Għax il-kazzati li joħorġu bihom ta’ barra minn hawn. Ibda minn dak il-kandidat tagħhom li verament se jagħmel suċċess daqskemm huwa suċċess kliemu. Mela dan l-imniefaħ ta’ Perici Calascione beda jgħid li l-Gvern ta’ Robert tagħna falla milli jgħin lin-negozji Maltin. Żgur li mhux wieħed li għandu widnejh mal-art dan. Jew kellu widnejh mal-art u rifishomlu l-Kink tat-Taxxi, it-Thake. Li minfuq li ma ħallasx il-VAT li kienu diġà tawh il-klijenti, ħadha qatta bla ħabel kontra d-Dipartiment tal-VAT. Sew e! Mela dan ma ħallasx mal-miljun u minfuq qed jgħid li dan id-dipartiment qed jagħmillu l-ħsara. Jien taf xi ħsara ssirli, Sur Editur? Meta nisma’ lil dawn jitkellmu u tagħhom kollox ifuħ u tagħna, skont huma, kollox jinten. U jħalluna! U min fuq, ara x’wiċċ imċappas għandhom, tagħhom jippruvaw iwaddbuh fuqna, ‘qq għall-patelli! Mela marru jipprovaw jistaqsu lil dak li għandu bokka li huwa l-Kap tagħhom, imma fil-fatt mhuwiex, dwar jekk jinsabx kuntent bil-biċċa xogħol ta’ Thake. Issa ma kienx hemm il-ġurnalist tagħna tal-ONE biss ta! Imma kien hemm skoss, jipprovaw jeħdulu kumment. Ma qal xejn ta! Anzi lebbet b’denbu bejn saqajh ’il ġewwa fil-Parlament. Imbagħad, Sur Editur, ma naqrax li kien hemm xi spiżjar li kiteb li l-Prim tagħna qed jaħrab mill-ġurnalisti! Ħa ngħid posta rużarju għall-bżonnijiet tiegħu dan l-intamat. Għax kieku jkolli ngħid dak li nixtieq ngħid, tinfetaħ l-art bija u nara l-Belżebub b’idejh miftuħa jistenna li jgħannaqni miegħu. Imma ħa nispiċċa b’togħma tajba, ara kif bdejt. Kemm ħadt gost naqra x’kiteb il-Prim tagħna bħal-lum ġimgħa. Sewwa kiteb li s-suċċess ta’ pajjiżna jkun ikbar kull darba li naħdmu flimkien. U għalhekk qed ikollna s-suċċessi, għax għandu tim wieħed magħqud warajh. U kemm hu umli! Irringrazzja lin-nies li tawh l-appoġġ tul dawn l-aħħar sentejn. X’ma nagħtuhx appoġġ! Meta naraw x’għamel dawn is-sentejn u x’hemm ippjanat! U terġa’ din is-sena għandna l-miżuri li tħabbru fil-Baġit. Jekk diġà għidtha din, skużawni. Kultant inbati naqra bħal Melda tiegħi jien. Dik għandha vizzju tirrepeti. Għax Marija tal-Ħniena ma nafx kemm-il darba qaltli llum biss li ħierġa l-moffa mas-saqaf tat-turretta. Ħasbet li ma nifhimx mal-ewwel darba li qaltli. U iva, issa kif tikber ir-roqgħa tal-moffa, inġib lil Karmnu ta’ quddiem il-Knisja. Dak toqgħod idu għat-tpinġija. Ngħidlu jitfagħli waħda l-arma tan-Nazzjonalisti f’nofs il-moffa, toqgħod sew hemm. Ħa mmur inkompli. Jekk ma jinqala’ xejn, għad-dieħla!


46

16.01.2022

L-GĦERUSIJA U Ż-ŻWIEĠ FL-ANTIK Fost l-aktar suġġetti kkuluriti li nsibu fil-folklor ta’ pajjiżna hemm dak kollu li għandu rabta mal-għerusija u ż-żwieġ. Tiskanta kemm kienu jsiru affarijiet li qatt ma ltqajna magħhom tul snin twal u għalhekk ħsibt li jkun għaqli li nitkellem ma’ Toni Calleja, studjuż li għamel tiftix fuq l-Isponsali u d-Dispensa Pontificia. Biex infiehmu aħjar, l-isponsali kien meta l-għerusija tieħu forma uffiċjali. Dan kien ipprattikat żmien twil ilu fostna u kien jimxi fuq stil vulgarment imsejjaħ Grieg jew Ruman, kif jinsab f’kitba taż-żwieġ partikulari ddatata 24 ta’ Jannar, 1834. Minn CHARLES B. SPITERI Ton, l-isponsali dejjem kellu l-istess mudell, jew inbidel mas-snin? Mir-riċerka li għamilna, l-aktar f ’dawk li huma ċitazzjonijiet ittrattati quddiem il-Qrati tagħna, fis-seklu 19 u 20, jidher li kien hemm mudell wieħed ta’ sponsali. Kien hemm dak li jsir bil-kitba quddiem l-Isqof tad-djoċesi, il-kappillan tal-parroċċa, jew quddiem żewġ xhieda. Jekk xi ħadd mill-għarajjes ma jkunx jaf jikteb, jitniżżel dan bil-miktub u jiżdied xhud ieħor. Skont liġi antika tal-Knisja, min bla ebda raġuni valida kien jikser l-isponsali, kien jagħmel dnub u moralment ikun obbligat jikkumpensa lill-parti l-oħra għad-danni sofferti. Mażżmien flok għand l-Isqof jew għand il-kappillan, in-nies bdiet tmur għand nutar biex jagħmlu ’l hekk imsejħa ‘Kitba taż-Żwieġ’. prima. Min-naħa tagħha, għatlu dak il-maktur bħala l-għarusa kienet tagħti lill- l-għarus u bħala għelm ta’ Minn dak iż-żmien, x’sar Min ma tantx kellu flus għarus maktur tal-ħarir id- ‘rabta’ sħiħa b’mod li la hi miċ-ċurkett, il-ħuta u minħabba l-faqar u ftit li dekorat. u lanqas hu ma jkunu jist- l-maktur tar-rabta? xejn kellu x’jikteb, x’kien għu jħassru. F’każ ieħor, jagħmel? Iżda la ma kinux għadhom nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Ottubru Mal-mogħdija taż-żmien, din iżżewġu, ir-rabta kienet 1870, Rożarja mart Frenċ At- il-formalità ma baqgħetx F’dan il-każ, l-isponsali – tgħodd? tard, mill-Għasri, xehdet li daqstant riġida. Pereżempju l-għoti tad-dota, kienet issir meta ċertu ġuvni mar f ’dar ċ-ċurkett tar-rabta ħa forbiss bil-fomm bejn missier F’xhieda li Toni Grima ix-xebba u aċċetta d-dota li ma aktar sempliċi; forma ta’ l-għarusa, l-għarus, u l-ħut- min-Nadur ta fil-Qorti ta’ wiegħdu missierha, il-missi- ħolqa, u l-ħuta sparixxiet. tab. Iżda jidher li aktar ma Għawdex nhar l-Erbgħa, 21 er bagħat lil bintu ġġiblu “il L-istess il-maktur. L-użanza beda dieħel iż-żmien, għal ta’ Marzu 1900, f ’kawża ta’ fazzoletto e l’anello” (il-mak- ma baqgħetx li trid tkun bilmadwar il-bidu tas-seklu għerusija li sfumat fix-xe- tur u ċ-ċurkett) biex tagħtih- fors l-għarusa li tagħti l-mak20, id-drawwa tal-Kitba taż- jn, qal li meta ċerta tfajla omlu; it-tfajla offrithomlu u tur tal-ħarir lill-għarus, iżda Żwieġ bdiet tmajna bil-mod bagħtet miegħu il-maktur l-ġuvni, allura issa l-għarus, xi minn daqqiet kien ikun il-mod. lill-ġuvni ta’ qalbha, talbitu aċċettahom u ħadhom b’ide- l-għarus li jagħtih lill-għaruPereżempju, fi proċess jgħidlu li hi kienet qed tib- jh stess minn idejha. sa. L-importanti ma baqax ta’ kawża partikulari quddiem il-Qorti ta’ Għawdex fl1904, naqraw li Toni u Pawla miżżewġin Borg: “were married without any instrument in writing according to the old custom of this country”. Intant, malli jsir il-ftehim, l-għarus kien jagħtiha ċurSkont liġi antika tal-Knisja, min bla ebda raġuni kett apposta lill-għarusa, li kien magħruf bħala ‘ċ-ċurvalida kien jikser l-isponsali, kien jagħmel dnub kett tar-rabta’. Fl-antik nett, u moralment ikun obbligat jikkumpensa lill-parti fi żmien il-Kavallieri, dan iċ-ċurkett kien jikkonsisti l-oħra għad-danni sofferti f ’żewġ idejn jidħlu f ’xulxin, simbolu tar-rabta li kellha sseħħ bejniethom, u kien jingħata f ’ħalq ta’ ħuta

min jagħti lil min, diment li l-parti l-oħra taċċetta. U nifhem li seħħew ukoll żwiġijiet fejn ma sarx skambju ta’ mkatar…u ż-żwieġ irnexxa xorta. L-għoti tal-maktur kien biss konswetudni; formalità folkloristika, li tillegalizza r-rabta u mhux l-għelm tal-vera mħabba. Kien ikun hemm min ta u rċieva aktar minn maktur wieħed? F’xhieda li Roża mart Mikiel Xerri min-Nadur tat fil-Qorti ta’ Għawdex nhar is-Sibt 21 ta’ April 1883, qalet li l-għarus lill-għarusa ġabilha żewġ imkatar bħala għelm tanġibbli tal-għerusija tagħhom. Miskin, fl-ewforija tiegħu, ried juri l-kobor ta’ mħabbtu bl-għoti tal-imkatar! Ċertu Mikiel Cassar (1800-1856) mir-Rabat ta’ Għawdex, tant qala’ u ta mkatar tul ħajtu li baqgħetlu ‘ta’ Seba’ Mkatar’! Xi kemm kienu jiswew iċ-ċurkett tar-rabta u l-maktur dak iż-żmien? Lejn tmiem is-seklu 19, ċurkett tar-rabta mill-komu-


47

16.01.2022 ġurja li tkun saritilhom. F’Ottubru 1913, fil-Qorti ta’ Malta, l-Imħallef Parnis, ikkundanna għarusa tagħti tliet ħabbiet (1/10 ta’ €0.02) lill-għarus talli ħassret iżżwieġ. Kundanna ħmerija… iżda din ma kinitx in-norma. F’kawża quddiem il-Qorti ta’ Għawdex, Evanġelista Agius, mill-Għasri, kontra Lorenzo Attard, deċiża nhar is-17 ta’ Ġunju 1893, il-Maġistrat Cremona, ikkundanna lill-ġuvni jagħti £10 (€23.29) kumpens lit-tfajla u l-ispejjeż talkawża. U dak iż-żmien £10 kienet somma pjuttost kbira! Biex wieħed ikun jista’ jipparaguna, ngħidu biss li nhar l-1 ta’ Jannar 1874, moħor – wild iż-żiemel ta’ ċirka sena – bil-patt u l-kundizzjoni li b’saħħtu u li qatt ma sofra minn xi waħda mill-erba’ mardiet li jbatu minnhom il-bhejjem ta’ laħam il-kelb, inbiegħ €22.72. Fl-14 ta’ Jannar 1893, is-sinjur Giuseppe Bondi mill-Belt Victoria xehed quddiem il-Qorti ta’ Għawdex li f ’Awwissu 1888 missieru xtara siegħ raba’ bil-binja li tmiss miegħu għall-prezz ta’ £34.6s.8d. (€79.35). Hekku ma kinux flus ukoll, £10, 120 sena ilu! Dak iż-żmien kienu jsiru t-tnedijiet taż-żwieġ?

Kopja ta’ dispensa mill-Papa għal żwieġ fis-snin 1883 ni kien jiswa €1.75, waqt li l-maktur kien jiswa 23ċ. Dawn l-għotjiet kienu juffiċjalizzaw l-għerusija, u jillegalizzawha. Infatti, f ’kawża għad-danni li Antonio Saliba għamel fil-Qorti Ċivili tal-Maġistrati ta’ Għawdex kontra Antonia Mangion, bint Toni miż-Żebbuġ Għawdex, nhar it-2 ta’ April 1881, insibu hekk: “e specialmente quella di aver la citata contratto il convenuto sponsali col domandante colla tradizione di un anello ed un fazzoletto simboli consuetudinari e caparra di siffatta contrattazione, e promesso di celebrar matrimonio con lo stessa”. F’kawża oħra quddiem l-istess Qorti, nhar it-13 ta’ Ġunju 1894, ċertu Toni Grech, fix-xhieda tiegħu, fost l-oħrajn qal li: “Poco dopo la festa della scorsa Assunta (Santa Marija), Maria Camilleri (l-għarusa) venne in casa mia ove vi era Salvatore Grech (l-għarus) e mia sorella Carmela. Maria disse a Salvatore: ‘Ma io non preferirò altri a voi, e voi non preferirete altri a me’ e cosi dicendo gli consegna un anello ed un

fazzoletto. Salvatore Grech rispose: ‘io sono vostro a voi siete mio’.” (Ftit wara l-festa ta’ Santa Marija, l-għarusa ġiet f ’dari, fejn kien hemm l-għarus u oħti Carmela. Lil Salvatore qaltlu: “Irrid inkun tiegħek biss bl-istess mod li int tkun tiegħi biss” u għalhekk nagħtik iċ-ċurkett u l-maktur). Meta għerusija kienet tfalli, x’kien jiġri? Jekk tfalli kapriċċ ta’ xi waħda mill-partijiet, kien hemm uħud li jeħduha li “hekk Alla għoġbu” u jirrassenjaw ruħhom. Biss kien ikun hemm oħrajn li tant jeħduha bi kbira, li ma jkunux iridu jafu aktar bi żwieġ…almenu sakemm jinsew naqra d-disfatta, għax imbagħad, naturalment jerġgħu koppi! Fl-1892, Wiġi Brincat bin il-mejjet Nikola xehed li waqt li ċertu ġuvni fil-preżenza tiegħu talab lix-xebba ta’ qalbu biex tagħtih il-“fazzoletto da sponsali”, irrispondietu li: “Fazzoletto non do ne a voi ni ad altri, perché non voglio essere corbellata come gia la fui un altra volta”. Mid-deh-

ra, lil din it-tfajla kienu daħku biha u ma riditx terġa’ tingidem. Imma mhux kulħadd hekk, lanqas…allaħares! Ċerta Marija Micallef, imwielda r-Rabat t’Għawdex fl-1738, għaddiet erba’ darbiet minn taħt il-lampier. Possibbli qatt ma tlewmet mal-ewwel, it-tieni, jew it-tielet raġel tagħha u fis-saħna tgħidlu li qatt iżjed ma terġa’ tintriga b’irġiel? Safrattant iżżewġet erba’ darbiet: fl-1757 meta kien għad għandha biss 19il sena; fl-1780; fl-1785, u l-aħħar darba fl-1804 meta ġa kienet għalqet is-66. Alla jbierek kemm kellha kummerċ! Nazzarda ngħid li dil-mara għandha r-rekord tal-akbar numru ta’ żwigijiet f ’Għawdex. Ma’ każi ta’ nies li żżewġu tliet darbiet iltqajna ma’ numru konsiderevoli, iżda li għamluha erba’ darbiet, iltqajna biss mal-każ ta’ Marija Micallef. Iżda fl-isfaxxar ta’ żwieġ, kulħadd kien joqgħod bi kwietu?

Iva. Biex koppja tiżżewweġ fil-knisja bir-rit tradizzjonali, riedu qabelxejn jgħaddu mill-eżerċizzju tat-tnedijiet. Il-kappillan jew kappillani li minnhom ikunu ġejjin iż-żewġ għarajjes, f ’isem il-knisja, għal tliet Ħdud fuq xulxin kienu jniedu li għandu jsir it-tali żwieġ u javżaw li dawk kollha konxji minn xi impediment, taħt piena gravi, kellhom jersqu bih quddiem l-Awtorità tagħha. U nsibu li dak iż-żmien żwieġ bejn kuġini kien impedut? L-impedimenti taż-żwieġ huma diversi iżda mhux il-lok li nidħlu fihom hawnhekk. Biss, iva, hemm impediment partikulari li għalih tista’ titlob id-dispensa tas-Santa Sede: l-impediment tal-konsangwinità. Bil-liġi tal-Knisja, qraba tat-tielet sar-raba’ grad, allura kuġini u sekondi kuġini, ma jistgħux jiżżewġu, biss setgħu jitolbu Ruma u ġeneralment kienu jaqilgħu d-dispensa. X’kien jiġri jekk ma tintalabx id-dispensa?

Jekk id-dispensa jew il-Bolla Papali ma tintalabx minn Ruma, iż-żwieġ kien jirrendi ruħu null, u meta jinstab li Le ħej, kien hemm min jir- hu hekk, iż-żwieġ kien ikolrikorri għall-Qorti għall-in- lu jerġa’ jkun ċelebrat mill-

ġdid. Fit-8 ta’ Ottubru 1777, Grazzja Zerafa ngħaqdet fis-Sagrament taż-Żwieġ ma’ Salvu Tabone, mix-Xagħra. U tafu fejn iżżewġu? Malta, fil-Ħabs tal-Isqof. Iż-żwieġ kien irreġistrat fil-Belt ta’ Vittoriosa; fil-Parroċċa tal-Birgu, fejn kien il-ħabs. F’inqas minn sena wara nstab li dawn it-tnejn kienu konsangwini tar-raba’ grad, bil-konsegwenza li kellhom jerġgħu jiżżewġu fir-raħal tagħhom tax-Xagħra nhar is26 ta’ Ġunju 1778. Mill-Ġuljana Masini kkonservata fl-Arkivju Nazzjonali ta’ Għawdex, it-tieni żwieġ li sar ix-Xagħra ma jidhirx irreġistrat fir-reġistri tal-parroċċa. Interessanti ngħidu li ftit qabel Salvu Tabone, fl-istess ħabs, nhar it-8 ta’ Novembru 1776, iżżewweġ ukoll Ġużeppi Said, kumbinazzjoni wkoll mix-Xagħra, ma’ Marija Sultana. Mara min-Nadur, f ’xhieda li tat quddiem il-Qorti ta’ Għawdex, is-Sibt 15 ta’ Ġunju 1867, fost l-oħrajn qalet li “Al occasione del mio matrimonio si portò la bolla, ma chi ne pagò la spese non lo so”. Biss żewġha li xehed warajha qal li kien hu li ħallas għall-ispejjeż tagħha: “L-ispejjeż tal-Bolla, li swiet 21 skud, ħallasthom jien minn buti.” F’dokument tal-Qorti ta’ Għawdex tal-20 ta’ Diċembru 1867, jingħad li l-ispiża biex setgħet inġiebet id-dispensa Papali minn Ruma kienet ta’ ħarira aktar minn 19-il skud. Fl-1883, ċerta xebba li inċidentalment inzertat ukoll min-Nadur, xehdet fil-Qorti li meta l-għarus iddeċieda li jtemm ir-relazzjoni magħha, sad-dispensa minn Ruma permezz tal-Kappillan kienet laħqet ġabet. Lit-tali xbejba, id-dispensa switilha 17-il skud, 7 tari u 4 grani (€3.40). Allura fi żmien it-Tieni Gwerra x’kien isir għad-dispensa? Minħabba li pajjiżna kien fi stat ta’ gwerra mal-Istat Taljan, b’ċirkulari ta’ Mons. Arċisqof tal-15 ta’ Ġunju 1940 (Ċir. Nru 416), il-Kurja ta’ Malta assumiet proviżorjament ir-responsabbiltà tal-ħruġ tad-dispensi ta’ xi impediment matrimonjali. Meta l-gwerra battiet, dan l-arranġament kien irtirat b’ċirkulari oħra tal-Kurja, datata 22 ta’ Novembru 1944, maħruġa bil-firma tal-Isqof Awżiljarju Emmanuel Galea u tal-Kanċillier, il-Kan. Enrico Bonnici; ordni li kellha tidħol fis-seħħ sa mill-1 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena. (Dan it-tagħrif kollu jista’ jinkiseb mid-dokumenti li jinsabu fl-Arkivju Nazzjonali ta’ Għawdex).


48

16.01.2022

KARKARIŻI LI KITBU L-ISTORJA: VINCENZO BORG BRARED Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Il-Kavallier Vincenzo Borg Brared kien wieħed mill-benefatturi ewlenin tal-Bażilika Elenjana f’Birkirkara. Dejjem kienet ix-xewqa ta’ ħajtu, li qabel ma jmut jirregala statwa proċessjonali tal-qaddisa patruna Sant’Elena lill-knisja ta’ raħal twelidu. Il-ħolma tiegħu saret realtà meta ffirma l-kuntratt mal-iskultur Salvatore Psaila nhar is-26 t’Awwissu 1833. Psaila dam erba’ snin biex naqqax u indura l-iskultura kapolavur tiegħu u l-istatwa maestuża daħlet b’solennità għall-ewwel darba fil-Knisja Kolleġġjata nhar it-18 ta’ Lulju, 1837, jum il-mewt tal-benefattur tagħha Vincenzo Borg Brared. Vincenzo “Ċensu” Maria Borg magħruf ukoll bil-laqam tiegħu ta’ Brared, twieled f’Birkirkara fil-11 ta’ Jannar 1777. Bħal missieru, huwa kien negozjant, proprjetarju ta’ pjantaġġuni tal-qoton u esportatur magħruf tal-ħjut tal-qoton lejn is-suq Spanjol. Vincenzo kien ukoll wieħed mill-mexxejja ewlenin tal-qawmien talMaltin fl-imblokk tal-Franċiżi bejn l-1798 u l-1800. Meta l-Maltin bdew ir-rewwixta kontra l-Franċiżi fl-1798, Brared intgħażel min-nies ta’ Birkirkara u l-Mosta bħala r-rappreżentant tagħhom. Ġie fdat bit-tmexxija tal-ikbar battaljun tal-armata tal-Maltin, u flimkien ma’ Emmanuele Vitale u Francesco Saverio Caruana (li iktar tard sar isqof ta’ Malta) kien meqjus bħala mexxej ewlieni tar-rewwixta. Waqt l-imblokk, bennejja tas-sengħa taħt it-tmexxija tiegħu bnew numru ta’ batteriji biex minnhom jattakkaw il-qagħdiet Franċiżi u jilqgħu għall-kontrattakki minnaħa tagħhom. Dawn il-batteriji nsibuhom f’qagħdiet strateġiċi bħal f’Ta’ Għargħar (San Ġwann tal-lum), f’Ta’ Għemmuna (fejn illum hemm il-Lukanda Dragonara f’San Ġiljan) u diversi nħawi oħra f’Tas-Sliema. Il-kwartier ewlieni tal-battaljun ta’ Brared kien fir-Razzett ta’ Xindi, li għadu jeżisti sal-lum fit-trufijiet ta’ San Ġwann qrib l-Isptar Mater Dei. Dan huwa wieħed mill-ftit binjiet militari Maltin ta’ żmien l-imblokk tal-Franċiżi li għadu

Il-Bażilika Sant’Elena Birkirkara

jeżisti sal-lum. Fl-4 ta’ Frar 1799, Brared f’isem il-Maltin, talab lill-Kaptan Navali Ingliż, Sir Alexander Ball, biex Malta titqiegħed taħt il-protettorat tal-Imperu Brittaniku. Dakinhar huwa tella’ l-ewwel bandiera Ingliża f’pajjiżna, proprju fuq irRazzett ta’ Xindi. Fit-2 ta’ Frar

1801, Brared ingħata l-medalja tad-deheb magħrufa bħala Pro Patria b’rikonoxximent għarrwol tiegħu fl-imblokk talFranċiżi. Tliet snin wara, f’Jannar tal1804, Vincenzo Borg Brared kellu xi jgħid bl-ikrah mal-Kaptan Ball minħabba intriċċi politiċi tal-Ingliżi u kien saħan-

sitra tpoġġa taħt house arrest. Iżda snin wara, l-Imperu Ingliż irrikonoxxieh ukoll bl-għoti tal-grad ta’ Kavallier tal-Ordni ta’ San Mikiel u San Ġorġ nhar id-9 ta’ Frar 1833. Ftit insibu materjal stampat dwar Vincenzo Borg Brared, u l-ftit tagħrif li nafu dwar il-karattru tiegħu nsibuh biss fi

Meta l-Maltin bdew ir-rewwixta kontra l-Franċiżi fl-1798, Brared intgħażel min-nies ta’ Birkirkara u l-Mosta bħala r-rappreżentant tagħhom. Ġie fdat bit-tmexxija tal-ikbar battaljun tal-armata tal-Maltin

ktieb rari ppubblikat f’Londra fl-1811 bl-isem: The Appeals of the Nobility and People of Malta to the Justice, Public Faith and Policy, of the British Government. F’dan il-ktieb insibu kapitlu sħiħ bl-isem ‘Character of Vincenzo Borg’, miktub minn Uffiċjal Ingliż stazzjonat f’Malta li kien jafu sew. Fost ħafna dettalji dwar il-karattru nobbli ta’ Borg Brared, insibu li kien magħruf sew għall-onestà kbira tiegħu u għall-għeruq reliġjużi Nsara li kien iħaddan. Is-sens għoli ta’ ġustizzja li kellu Vincenzo, kien jagħmlu persuna mfittxija sew fost il-poplu Karkariż speċjalment f’ċirkustanzi li kienu jeħtieġu ġudizzju. Għal ħafna, kien meqjus kważi qisu l-imħallef tar-raħal, u kienu joqogħdu għad-deċiżjoni u l-parir aħħari tiegħu. Kien żgur li għalhekk, meta l-Karkariżi ġew biex jagħżlu


49

08.11.2020 16.01.2022

Borg Brared kien il-promutur ewlieni tal-ħsieb li għallġid ta’ pajjiżna, Malta għandha titlob li titpoġġa taħt il-protettorat tal-Gran Brittanja u tagħraf lill-Maestà Tiegħu r-Re bħala s-sovran tal-ġżejjer tagħha rappreżentant dehni tagħhom, biex imexxihom fi żmien l-imblokk tal-Franċiżi, bla tlaqliq għażlu lilu. L-Ingliżi stess, f’dan il-ktieb, jistagħġbu kif bit-tmexxija għaqlija tiegħu u tal-kollegi tiegħu, kien irnexxielhom jingannaw tant tajjeb lill-Franċiżi. Ħadd millFranċiżi stazzjonati f’Malta ma induna x’kien qed jinħema, għaliex fil-pjan għaqli tagħhom il-mexxejja Maltin ikkonvinċew lill-maġġoranza kbira tal-poplu biex juru wiċċ b’ieħor quddiem il-qawwiet Franċiżi. Tant li dawn ħadu l-impressjoni li l-Maltin kienu kuntenti u trankwilli bit-tmexxija tagħhom u bl-ebda mod ma ħolmu bir-rewwixta li kienet qed tinħema. Il-ftit Maltin li kienu msieħba mal-qawwiet Franċiżi kienu magħrufa sewwa, u għalhekk ġew mhedda b’ħajjithom u dik ta’ familthom jekk jippruvaw jikxfu xi informazzjoni li jkunu saru jafu biha dwar il-qawmien tal-Maltin. Numru sew minnhom inqatlu mal-Franċiżi mill-qawwiet Maltin stess waqt ir-rewwixta. Il-pjanijiet għar-rewwixta tal-Maltin, Borg Brared u sħabu ħejjewhom mingħajr ma talbu l-għajnuna ta’ ħadd, anqas ta’ ħuthom l-Għawdxin li kienu diġà qamu kontra l-Franċiżi u

tellquhom ’il barra minn gżirithom f’Ottubru tal-1798. Id-determinazzjoni li jerġgħu jakkwistaw għal Malta, id-dinjità, id-drittijiet u l-ħelsien tagħha kienet aqwa minn kull periklu jew diffikultà li kellhom jaffaċċjaw il-Maltin. Lill-Karkariż Borg Brared insibuh quddiem nett fl-ewwel sinjal tal-qawmien kontra l-ħakkiema Franċiżi, fl-assalt fuq l-Imdina fit-2 ta’ Settembru 1798. B’riżultat ta’ din il-ġrajja, Malta rat ilħolqien tal-Kunsill tal-Maltin li semmewh ‘Il-Kungress’ u li fih Brared kien ir-rappreżentant elett tal-Karkariżi. L-istima kbira lejn dan il-persunaġġ, intweriet ukoll mal-wasla tal-qawwiet Ingliżi ’l barra mill-Port il-Kbir fl-1800, għaliex l-ittri uffiċjali kollha tal-Kaptan tal-flotta Brittanika, Sir Alexander Ball, li kien ġie inkarigat minn Lord Nelson biex imexxi l-imblokk tal-Franċiżi f’Malta, insibuhom indirizzati direttament lil Vincenzo Borg Brared, bħala mexxej tal-Maltin. Borg Brared kien il-promutur ewlieni tal-ħsieb li għall-ġid ta’ pajjiżna, Malta għandha titlob li titpoġġa taħt il-protettorat tal-Gran Brittanja u tagħraf lill-Maestà Tiegħu r-Re bħala s-sovran tal-ġżejjer tagħha. Iżda meta l-qawwiet Franċiżi

ċedew l-armi tagħhom lil dawk Brittaniċi, fl-4 ta’ Settembru 1800, qam ferment fi ħdan il-Kungress Malti, għaliex ħafna mill-membri tiegħu ma kinux informati b’dak li kien qiegħed jiġri. L-awtur tal-ktieb imsemmi, jgħidilna li kien Borg Brared li rnexxielu jikkalma s-sitwazzjoni u jikkonvinċi lill-qawwiet Maltin biex iċedu l-armi tagħhom huma wkoll lill-Ingliżi u jiddepożitawhom fl-armerija fil-Belt Valletta. Bl-argumenti sodi u konvinċenti ta’ Borg Brared, ilMaltin issottomettew ruħhom għat-tmexxija tal-Imperu, xoljew il-Kungress u ġew imwiegħda li fil-futur qrib kellhom jingħataw id-dritt li jeleġġu b’mod demokratiku u ħieles il-Consiglio Popolare li kien diġà jeżisti fl-ewwel xhur tal-okkupazzjoni Franċiża. Iżda sfortunatament dan baqa’ ma seħħ qatt. Il-kapitlu tal-ktieb li jiddeskrivi l-karattru ta’ Vincenzo Borg Brared jgħid li s-sentimenti tiegħu dwar il-libertà kienu jixbhu ħafna lil dawk tal-Ingliżi u għalhekk kien persuna li kien jobgħod l-estremiżmu u l-ħakma bitterrur. L-awtur jikkonkludi d-deskrizzjoni dettaljata tiegħu tal-kwalitajiet ta’ dan il-Karkariż magħruf b’dan il-

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

Bust ta’ Vincenzo Borg Brared fl-Awla Kapitulari tal-Bażilika Elenjana kliem: - Vincenzo Borg Brared, mingħajr kburija kellu moħħ intelliġenti u għaqli; - mingħajr preġudizzji fuq ħadd kien bniedem devot u jipprattika dak li jemmen; - mingħajr ma kien ta’ skola kbira kellu għarfien profond tal-ħajja u tas-sitwazzjoni politika ta’ pajjiżu; - mingħajr ma kien oratur, kellu l-kapaċità li jipperswadi bi kliemu; - minkejja li kien sinjur, l-għana u l-ambizzjoni qatt m’għamlu bih, u dejjem uża ġidu biex jaqsmu mal-oħrajn; - kien bniedem sempliċi u umli, tant li min ma kienx jafu żgur li ma kienx jintebaħ li kien l-istess eroj u patrijott li ħafna

kienu jaraw fih; - id-dieta u l-istil ta’ ħajja tiegħu kienu mill-iktar sempliċi għalkemm l-ospitalità kbira ta’ daru kienet waħda mill-iktar magħrufa; - u fl-aħħar nett, kellu kapaċità għaqlija kif jaħkem fuq il-ħsibijiet imħawda tal-poplu, speċjalment ta’ dawk imħajra mis-sens ta’ vjolenza u tpattija, u bl-intelliġenza u l-għaqal tiegħu kien idawwalhom u jiddireġihom lejn it-triq tas-sewwa. Vincenzo Brared miet fit-18 ta’ Lulju 1837 fl-età ta’ 60 sena u ndifen fil-Bażilika Kolleġġjata ta’ Sant’Elena, proprju firraħal li tant ħabb u li tiegħu kien wieħed mill-aqwa benefatturi ta’ kull żmien.


50

16.01.2022

KYLIE MEILAK

IL-MOĦĦ WARA L-PAĠNA THE MIDWIFE MAMA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Dan l-aħħar kont qed inqalleb fuq Facebook u ltqajt ma’ paġna partikoli bl-isem ta’ The Midwife Mama. Ġietni l-kurżità nsir naf aktar dwarha u dwar il-moħħ warajha. Sirt naf li hija Kylie Meilak. Għandha 32 sena, u taħdem bħala Senior Midwife l-NPICU li huwa ITU tat-trabi mit-twelid sa tliet snin. Matul żmien il-Covid f’Malta, Kylie kienet tqila bit-tarbija tagħha u allura ma naqasx il-ġenn u ħsibijiet oħra f’moħħha. Welldet lil Nina f’Lulju 2020 u ġabet ferħ kbir, iżda mill-ewwel ġurnata Nina kienet tibki ħafna u kważi ma torqod xejn. Sforz dan kollu Kylie spiċċat għamlet seba’ xhur maqfula bejn erba’ ħitan bil-piġama d-dar. “Kulma niftakar fl-ewwel ftit xhur wara li kellna t-tifla hu biki u twerżiq. Kważi kważi nħares lura, speċjalment meta nħares lejn ir-ritratti u hemm ħafna vojt. Hemm ġranet li lanqas niftakarhom, jew niftakarhom, imma bla ebda emozzjoni ħlief dik ta’ vojt. Kont daħħaltha f’moħħi wkoll li bil-breastfeeding ser nonqos fil-piż. Pjuttost tellajt. Jien midwife u ninkoraġġixxi ħafna l-breastfeeding, biss meta l-omm vera trid! Xi kultant bħala soċjetà b’mod ġenerali, imma anke aħna bħala professjonisti nitfgħu ftit guilt feeling fuq l-ommijiet għax eżempju ma jreddgħux. Kważi kważi hemm min jitkaża. Jien ġrali bil-maqlub. It-tifla mill-ewwel uriet li mhux tixba’ bis-sider biss, u mill-ewwel binti ġiet ‘ittimbrata’ bħala baby demanding, u għalkemm il-breastfeeding, għalija ma kienx avventura sabiħa, xorta ippersistejt u tajtha għal seba’ xhur. Kemm kont ngħid ċerti kliem jaħasra,” bdiet tgħidli Kylie. Ma kienet tħossha tajba għalxejn Fil-fatt, Kylie għamlet xi żmien ma kienet tħossha tajba għalxejn, ħlief biex tredda’. Kienu jaqbduha nervi u dwejjaq kbar għall-fatt li ma setgħetx tiċċaqlaq. Ħassitha tilfet l-identità tagħha. Kif qalet hi stess stess, it-tifla kienet ippjanata

imma ħadd ma jippjanalek dak li ser jiġri. Lanqas li hija stess hija midwife, xejn ma ppreparha għal dan kollu li affaċċjat. Anzi kienet tħossha falluta. “Nina kienet tbati ħafna bilgass u biddilna kull tip ta’ ħalib u tajtha kull tip ta’ mediċina, kemm farmaċewtika kif ukoll naturali. Sa ilma bil-bużbież u weraq tar-rand pruvajt. Imma hekk kienet u hekk baqgħet. Qatt ma raqdet f’xi cot jew pushchair, xejn imkien, dejjem fuqna! Lejl u nhar biha fuqna.” Ta’ min jgħid li Kylie għal xi mumenti kien jgħaddilha minn moħħha kif kienet tieħu ħsieb daqstant tfal u għal tagħha ma kinitx kapaċi. Il-Covid u l-biki l-ħin kollu tat-tarbija kienu ħallewha eremita f’darha stess. Ħallejt f’idejha sabiex tirrakkonta aktar. “Moħħi kont inħossu vojt, biki u twerżiq biss kont nisma’. Niftakar ġranet fejn kont nitlob li l-art tinfetaħ u tiblagħni u la nara u lanqas nisma’ aktar. Kont inħares lejn it-tifla u kont ngħid imma kif ma nistax inħossni tajba u

kapaċi. Kont ħsibt li ħajti ser tkun hekk biss, inħares lejn it-tifla lejl u nhar. Ma kontx inħossni kompluta. Kemm hawn min motherhood hi kollox għalih, jien ma xtaqtx li nibqa’ hekk biss. Nina tfisser kollox għalija, biss ir-rutina kienet qed tkissirni. Kont ħassejtni qisni dħalt f’ċirku u ma nistax noħroġ minnu. Sallum għadni niskanta b’dawn in-nisa li jirnexxilhom jaħdmu mid-dar, għax jien lanqas biex immur sat-toilet ma kont inħossni nista’ mmur. Kont inħossni mwaħħla litteralment mas-sodda jew mas-sufan, skont fejn ikunu ħallewni ommi jew ir-raġel u kont nibqa’ hemm ma nitħarrikx.” Kompliet tgħidli li t-trobbija tat-tfal kienet taf li hija waħda diffiċli, imma meta jkollha ddur u tieħu ħsieb waħda, trid iżżommha ħajja, titmagħha, tbiddlilha, iżżommha nadifa, dan kollu waqt li tkun għadek qed tirkupra mill-ħlas, għeja kbira min-nuqqas ta’ rqad li tibqa’ takkumula, ġurnata wara

ġurnata. Tkellmet miegħi wkoll dwar l-għira tagħha għar-raġel li bdiet tikber aktar ma jgħaddi ż-żmien. “Il-fatt li l-mara trid tagħmel kollox u tlaħħaq ma’ kollox, il-fatt li filgħodu kien iqum u jmur ix-xogħol, jekk kellu appuntament għal xagħru qabad u mar mingħajr ġenn u hassle, jekk kellu passatempi komplew mingħajr l-ebda aġġustament jew tibdil f’ħajtu. Kien jgħinni u kien joqgħod ħafna bit-tifla, anke mal-lejl meta ma kinitx tkun tista’ torqod, imma xorta kont inħoss ċerta rabja li jien ninsab imwaħħla hawn ġew, u hu baqa’ għaddej b’ħajtu daqslikieku ma kellniex tarbija, daqslikieku ma nbidel xejn, u jien inbidel ġismi, inbidel il-ħsieb tiegħi, inbidlu l-emozzjonijiet, kelli nieqaf mix-xogħol, naqta’ l-kuntatti kollha minħabba l-Covid. Bażikament ħajtek tħossha inqalbet ta’ taħt fuq u r-raġel imur u jiġi bla ebda ħsibijiet oħra, jew għall-inqas hekk kont naħseb. Meta mbagħad

għadda ż-żmien u tkellimna tinduna kemm kulħadd ikun għaddej mit-taqlib u d-dwejjaq tiegħu, kemm anke żewġi kellu l-ġranet koroh tiegħu. Biss xorta tibqa’ bid-differenza li hu mar għax-xogħol u qata’ naqra, filwaqt li jien kien ikolli nibqa hawn bilfors,” stqarret miegħi. Miegħi fetħet qalbha dwar meta wasal iż-żmien li tidħol lura għax-xogħol li tant kienet ħerqana. “Meta dħalt lura x-xogħol it-tifla kellha tmien xhur. Kont beżgħana ħafna speċjalment minħabba l-fatt li kien għad hawn il-Covid. Biss illum il-ġurnata jiġu ġranet fejn bħal żewġi anke jien, naħrab! Nibda nitlob li jasal il-ħin biex immur ix-xogħol. Hemm niltaqa’ mal-kollegi u ngħid kelma u xħin nidħlu għall-brejk ikun vera brejk u mhux kafè fi tmien xhur dejjem xrobtu kiesaħ,” stqarret miegħi. Ħolqot paġna fuq Facebook – The Midwife Mama Kylie spiċċat ħolqot paġna fuq


08.11.2020 16.01.2022

51

SKEDA ONE ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living Dokumentarju tal- PL Flimkien ma’ Nancy Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari

19:20 19:30 20:10 20:30 21:15 22:50 23:30

ONE Sports & Temp ONE News Primetime Reboot Min Imissu Niftakru ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Telebejgħ

13:00 15:30 15:35 15:55 16:00 16:25 16:55 17:30 18:30

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:50 23:30

Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Dokumentarju tal-PL Taf X’qed Jgħidu? Music Legends Mill-Chcina ta’ Dari ONE News

06:30 06:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00

15:30 15:40 15:57 16:05 16:28 17:15 18:00 18:30 19:14

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Pink Panther Imqades l-Istorja What’s Cooking Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari

19:20 19:30 20:10 20:30 21:05 22:30 23:30

ONE Sports ERBGĦA 19-01 & Temp ONE News Primetime The Local Traveller ONE Flip the venue ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:56 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt

13:00 15:30 15:45 16:00 16:05 16:26 17:00 17:30 18:30

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Żona Sport Mhux kemm taf Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30

Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reboot ONE News

06:30 06:45 07:54 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:45 13:00

15:30 15:35 15:55 16:00 16:25 16:50 17:30 18:15 19:13 19:18

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Music Legends Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports

19:30 20:10 20:30 21:00 22:30 23:00 23:30

& Temp ONE News Primetime Niftakru Miraklu Popcorn Żona Sport One News

06:30 ONE News 06:45 Music Legends 07:25 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 Żona Sport 10:05 The Local Traveller 10:35 Dak li Jgħodd

11:35 12:00 12:30 12:35 13:10 14:15 15:30 15:35 16:30

What’s Cooking Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Taf X’Qed Jgħidu ONE News Mhux Kemm Taf Flimkien ma’ Nancy

17:22 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 23:36

Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News

06:30 06:45 07:12 07:43 08:00 08:40 10:00 10:35 11:00

11:30 12:30 12:40 13:15 15:30 15:35 16:30 17:06 17:50

Flip the Venue ONE News Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa - Ikompli Music Legends Mqades L-Istorja L-Argument

19:25 19:30 20:10 20:35 21:10 22:50 23:30

One Sport 23-01 & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Awla The Local Traveller ONE News

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

TLIETA 18-01

Facebook – The Midwife Mama. Fil-fatt, ħolqitha meta t-tifla tagħha kellha seba’ xhur. “Dan il-grupp ħloqtu biex inkabbru l-għarfien u nnaqsu t-tabù u l-istigma fuq ħafna affarijiet li jikkonċernaw l-ommijiet, it-trabi u l-familja b’mod ġenerali. Sakemm domt id-dar kont bdejt insegwi ċerti influencers li kellhom it-tfal u kont nara stampa ferm differenti minn dak li kont għaddejja minnu jien u kont dejjem naħsibni waħdi. Meta kont nitkellem ma’ sħabi li għandhom it-tfal kont aktar inħossni ‘normali’ u darba kont qed nitkellem ma’ ħabibti u inkoraġġitni ħafna biex nagħmilha. Ridt nuri l-ħajja kif inhi, il-ħajja b’tarbija, fejn fiha ħafna sabiħ biss fiha ħafna ikrah ukoll. Li mhux kollox ward u żahar u li normali li nħossuna hekk u li tajjeb li din il-ħaġa tiġi normalizzata u mhix xi ħaġa ta’ mistħija li ngħidu uff kif għajjejna u xbajna u li m’għandniex għalfejn inħossuna li rridu niġġustifikaw dawn l-emozzjonijiet jew b’xi mod innaqqsu minn dawn l-emozzjonijiet biex nuru kemm aħna ommijiet tajba. Li tkun omm mhix xi kompetizzjoni ta’ min ser isajjar l-aħjar u l-isbaħ ikel, ta’ min ser jagħmel l-isbaħ festini u l-isbaħ ilbies.” Kompliet tgħidli li minbarra li taqsam dak li tkun għaddejja minnu, turi wkoll xi prodotti li tuża għat-tifla, torganizza ħafna attivitajiet fejn tiltaqa’ ma’ ħafna ommijiet u hekk tħossha qed toħloq komunità u network ta’ ommijiet. “Nipprova tal-in-

qas darba fix-xahar nagħmel attività fejn niltaqgħu grupp ta’ ommijiet bit-tfal u mmorru jew ġo xi playarea jew park. Apparti dan kollu nagħmel ukoll intervisti ma’ professjonisti u ġenituri fejn nitkellmu fuq dak kollu li jaffettwa lill-familji tagħna fosthom il-postnatal period u l-postnatal depression, awtiżmu, play therapy u oħrajn. Hija paġna fejn l-ommijiet jew il-ġenituri jistgħu jirrelataw, u dan nafu għax ikolli rispons tajjeb ħafna grazzi għall-ommijiet kollha li jagħmlu interazzjoni ta’ kuljum kemm fuq il-paġna u anke b’messaġġi privati. Nixtieq ukoll li jiżdiedu l-missirijiet f’dan il-grupp ħalli jkunu jafu aħna n-nisa minn xiex ngħaddu, u li ngħidu u nagħmlu mhux għax ma nħobbux lil uliedna jew lil partners/ irġiel tagħna, imma ngħidu u nagħmlu hekk għax hija normali li kulħadd jegħja u jiġuh mumenti koroh.” Finalment ħalliet messaġġ għall-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “L-aħħar messaġġ tiegħi hu li kif dejjem niddeskrivih jien din hija avventura li fiha t-tlajja’ u l-inżul. Għalija kienet l-isbaħ u l-agħar żmien ta’ Kylie. Rajt l-isbaħ u l-ikrah fija. Dawn l-emozzjonijiet huma kollha normali. Biss jekk taraw jew tħossukom li ma tistgħux tkampaw, staqsu għall-għajnuna. Mhix xi ħaġa tal-mistħija. Dawk li jixtiequ l-għajnuna jistgħu jagħmlu kuntatt mal-Perinatal Mental Health Mater Dei Hospital fuq 25457410 jew 79701767,” temmet tgħid Kylie.

TNEJN 17-01

15:30 15:35 15:58 16:00 16:20 17:00 17:30 18:30 19:15

06:30 06:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

ĦAMIS 20-01

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

SIBT 22-01

ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Il-Quddiesa tal-jum Paperscan Attività Politika The Local Traveller Sabiħa l-Ħajja

ĠIMGĦA 21-01

ĦADD


52

16.01.2022

“THE TORSO KILLER” Richard Cottingham werwer żewġ stati fl-istess żmien L-EWWEL PARTI

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

TIMES SQUARE FI NEW YORK FIS-SNIN 70-80 KIEN MAGĦRUF GĦALL-PORNOGRAFIJA

Min kien Richard Cottingham? Richard Francis Cottingham twieled fil25 ta’ Novembru tal-1946 fil-Bronx fi New York City. Meta kellu 12-il sena, familtu ċċaqalqet u marret toqgħod f’River Vale fi New Jersey. Cottingham gradwa mill-Pascack Valley High School fl-1964 u beda jaħdem ma’ missieru bħala operatur tal-kompjuter filwaqt li kompla jistħarreġ f’korsijiet oħrajn tal-kompjuters. F’Ottubru tal-1966, Cottingham

Huwa mifhum li kull lejl kien ikun hemm fuq l-1,000 prostituta li kienu joffru s-servizzi tagħhom lil klijenti li kienu lesti jħallsu sew

am

beda jaħdem mal-Blue Cross Shield Association fi New York sa ma ġie arrestat fl-1980. Cottingham kien arrestat ukoll darbtejn bejn l-1968 u l-1972 fuq sewqan taħt g l-effett tax-xorb tin t u fuq serq minn o dC ħanut, fejn itteħdulu Rich ar l-marki tas-swaba’ li ’l quddiem għenu lill-pulizija ta’ New York fil-qabda tat-Torso Killer meta ġie arrestat mill-pulizija ta’ New Jersey. Cottingham iżżewweġ lil Janet fit3 ta’ Mejju tal-1970 fi Queens Village fi New York. Flimkien kellhom tlett itfal u l-mara tiegħu talbet għad-divorzju wara li saret taf bl-infedeltà ta’ żewġha. Il-post tax-xogħol ta’ Cottingham kien qrib Times Square, li fis-snin 70 u 80 kien post mimli affarijiet li kellhom x’jaqsmu mal-pornografija u mas-sess. DEEDEH GOODARZI Kien hemm ħwienet li jbigħu affarijiet tal-pornografija, teatri li juru xeni ta’ nies li jkollhom x’jaqsmu flimkien quddiem l-udjenza, ‘peep shows’, ħwienet s-servizzi tagħhom lil klijenti li kienu tal-massaġġi u s-servizz tal-prostitu- lesti jħallsu sew. ti kien wieħed fl-aqwa tiegħu. Huwa Kif wieħed jistenna, postijiet bħal mifhum li kull lejl kien ikun hemm dawn ikunu perikolużi u jagħtu lok għal fuq l-1,000 prostituta li kienu joffru abbuż kbir. Fil-fatt, Cottingham kien jiġbor ħafna mill-vittmi tiegħu minn Times Square bla ma jaqa’ l-ebda suspett fuqu minħabba li l-vittmi kienu prostituti, li sa dak iż-żmien kienu għadhom jiġu deumanizzati min-nies u anke mill-korp tal-pulizija. h

Richard Cottingham, magħruf bħala “The Torso Killer” u “The Times Square Killer,” huwa qattiel tal-massa Amerikan. Cottingham qatel diversi nisa, il-biċċa l-kbira minnhom prostituti, kemm fi New Jersey kif ukoll fi New York bejn l-1967 u l-1980. L-ewwel żewġ delitti li qanqlu għagħa kbira fost iċ-ċittadini kienu ta’ żewġ nisa li nstabu f’lukanda qrib Times Square fi New York mingħajr ras u mingħajr idejn fit-2 ta’ Diċembru tal-1979. Cottingham qabbad il-kamra fejn kienu l-katavri biex jiġu skopruti mill-pulizija. Kien minn hawn li l-qattiel, li kien għadu mhux magħruf min kien, ingħata l-laqam ta’ “The Torso Killer” mill-midja. B’kollox, Cottingham instab ħati ta’ 11-il omiċidju iżda huwa stqarr li qatel bejn 85 u 100 mara. Cottingham għandu 75 sena u għadu miżmum fil-ħabs ta’ New Jersey State Prison fi Trenton fi New Jersey sal-ġurnata tal-lum.

L-omiċidji Fit-2 ta’ Diċembru tal-1979, l-uffiċjali tat-tifi tan-nar ta’ New York issejħu

IL-MANIKINI BL-ILBIES TAL-EWWEL ŻEWĠ VITTMI

fil-lukanda Travel Inn. Huma sejħu għall-pulizija hekk kif ġewwa sabu żewġ katavri mingħajr ras u mingħajr idejn. Fil-banju nstabu l-ħwejjeġ tal-vittmi mitwijin puliti u minħabba l-fatt li l-pulizija ma sabu l-ebda identifikazzjoni fuq il-vittmi, ġiethom l-idea li jlibbsu l-ħwejjeġ fuq manikini u jxandruhom fuq il-midja. Permezz ta’ dan l-eżerċizzju, il-pulizija rnexxielhom isiru jafu li vittma minnhom kienet Deedeh Goodarzi ta’ 22 sena iżda l-oħra baqgħet mhix magħrufa. Apparti minn hekk, il-partijiet li tteħdulhom ma nstabu qatt. Il-qattiel qagħad attent ħafna u ma ħalla l-ebda evidenza warajh.

TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA


53

16.01.2022

reċensjoni tal-ktieb

FALCON’S SHADOW Il-fantażmi tal-gwerra ma jħallu ebda footprints. Meta l-baħri leġġendarju Ottoman Dragut Rais attakka l-gżejjer Maltin fl-1551, l-armata tiegħu ħalliet lil Għawdex fdal ta’ tipjip vojt mill-popolazzjoni kollha tiegħu. Fost il-ħamest elef li nġarru fil-jasar hemm Wistin Montesa, missier Domenicus u Katrina. Midrub u miksur, Domenicus ħalef li se jsib lil missieru, anke jekk dan ifisser li jabbanduna lil Angelica, l-għarusa tiegħu. Armat b’topazju biss biex iservi ta’ fidwa, jibda vjaġġ li jara lilu jiġi reklutat bil-forza mit-toroq tal-Ewropa u jintefgħu fuq quddiem. Fuq Malta, Katrina tissielet biex issib ix-xogħol wara li l-Gran Mastru jsaffiha pubblikament talli tkellmet kontrih. Meta fl-aħħar, hi tfixkel pożizzjoni promettenti, kollox mhux kif jidher. Ix-xogħol tagħha jġegħelha tiffaċċja verità terribbli – waħda li tista’ tkun diżastruża għal Robert, ir-raġel li tħobb. Mijiet ta’ kampjonati lejn il-Lvant f’Istanbul, Demir, iben sinjur Tork, jaħdem ħafna biex isir żiemel imperjali Ottoman, minkejja li jkollu jissaporti l-moħqrija ta’ missieru. Il-ħajja tieħu żvolta mhux mistennija fil-mument li Demir jiltaqa’ ma’ mara żagħżugħa, misruqa minn Malta, miġjuba fid-dar bħala qaddejja oħra ta’ missieru. Falcon’s Shadow jiknes minn ħofor tal-barriera għal patrimonji mifruxa, ibħra tumultuous għal forka li tqaxxar, il-dungeons taħt il-palazz tal-isqof għall-gverti miftuħa tal-bastimenti tal-gwerra. Id-destini se jaħbtu fil-Battalja ta’ Djerba, ħabta kbira li tgħaqqad lill-qraba mitlufa, biss biex tinqata’ għal darb’oħra.

Mistoqsija: Min ħalef li kien ser isib lil missieru? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb FALCON’S SHADOW. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 23 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb DWAL MILL-KANTINI hija: N. VELLA - MSIDA

04 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm kien il-valur ta’ investiment dirett barrani f’Malta taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela? Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


54

16.01.2022

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


55

16.01.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 416

M. SCHEMBRI - GUDJA

Bi 3 NUMRI 017 046 067 114 165 271 272 299 310 333 370 391 421 477

479 621 625 701 794 795 882 913 B’4 NUMRI 0759 2752 2792 2880 3496

3912 3948 5606 5999 6040 6229 6464 7186 7368 7715 7824 7834 8443 8731 9126

9436 9836 B’5 NUMRI 02976 08278 11160 15107 20810 20941 22150 26201 34241 43947 49391

53245 55398 65409 67221 67771 69772 70752 82947 87364 89240 90287 97500 97947 99381 99861

B’6 NUMRI 095675 108276 282289 431298 533801 648937 710410 739125 B’9 NUMRI 482681347 524079923

MIMDUDIN: 9. 1. Kompli l-qawl: 10. .......... ta’ Jannar 12. agħtiha l-ħmar (5) 4. Karti tal-logħob (4) 16. 7,9. Amici Maltin (5) 18. WEQFIN: 1. Feriti (6) 2. Sar ilma (3) 3,11. Naddaf (5) 5,16. Tal-films? (6) 6,15. Karrotti (9)

Ara 7 19. Re (6) 20,23. Jużawh spiss 21. il-partiti politiċi (6) Ara 5 23. Lemaħ (2) 24.

8. 11. 12,19. 13. 14. 15.

Pajjiż (9) Ara 3 Sar aħmar nar (5) Ġnien (3) Maħbub (6) Ara 6

17. 21. 22.

Ara 12 wieqfa Vulkan (9) Id-dar tal-Liverpool (3) Ara 20 Oħra Taljana (5) Skoss tilef l-aħħar tnejn (3) Anki l-kobba tilfithom (3) Suf (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Borma, 4.Wirt, 7,11,17.Tpartat, 9,23.Rakkont, 10.Tapiti, 12.Truppi, 16.Atu, 18,19.Saffi, 20.Pagan, 24.Fidil

WEQFIN: 1.Bormla, 2,21M. Rikatt, 3,21W. Attakk, 5,12W. Iħitu, 6.TSI, 8.Pappagall, 13.USA, 14.Ifniha, 15.Mixtri, 22.Tin


56

16.01.2022

FIT-TGĦASSIDA MA’ THAKE Editorjal

L-għajnejn daru mill-ewwel fuq Bernard Grech, li, fuq kollox, ġie fdat fit-tmun tal-Partit fi żmien li kellu problemi simili, spiċċa jirregola ruħu biss ma’ tat-taxxa meta ddeċieda li joħroġ għal Kap u li kieku ma nkixifx mill-midja ħadd ma jaf x’kien jiġri

Is-saga, li wasslet għar-riżenja ta’ David Thake mill-Parlament din il-ġimgħa, ma tistax tiġi deskritta wisq aħjar minn tgħassida. Jekk kien ittamat li t-tluq ta’ wieħed mill-“Blue Heroes” kellu jħalli biss xi fwieħa, allura l-pjan falla miżerjament. Il-waqgħa ta’ ieħor minn fost dawk, li jpinġu lilhom infus­hom bħala l-kavallieri favur is-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba, ħalliet warajha togħma xejn pjaċevoli ta’ qrusa. U, waqt li l-establishment ipprova jsal­va ġildu, l-agħar li marru kienu l-Partit Nazzjonalista u iżjed minn hekk il-Kap magħżul tiegħu Bernard Grech. Jidher li mir-riżenja li kien imġiegħel jagħmel, Thake se jkollu iżjed x’jiggwadanja, diffe­ renti minn riżenji ta’ oħrajn li wkoll inqabdu fil-ħażin. M’hemmx dubju li l-iskandlu, li involva żewġ kumpaniji tiegħu b’iżjed minn €820,000 f’taxxa tal-VAT dovuta lill-Istat u n-nuqqas fl-obbligu li jippre­ żentaw id-dokumenti awditjati, bl-ebda mod ma jsalva wiċċ Thake. Dan kien rifless anke fi kritika ħarxa u mingħajr kantunieri

li rajna prattikament fil-midja kollha. Iżjed u iżjed meta għal snin sħaħ dan l-istess protagonist kien il-wiċċ tal-establishment f’kampanji esaġerati u aggressivi kontra deċiżjonijiet ħżiena mill-amministrazzjoni nazzjo­ na­li u kontra kwistjonijiet ukoll ta’ taxxa ta’ Adrian Delia, qabel u anke wara l-ħatra tiegħu bħala Kap Nazzjonalista. Sadattant, il-mod kif din ilġimgħa Thake nbeżaq minn “sħabu” fl-establishment stess raj­nieh iswed fuq l-abjad fl-artiklu tal-Professur u eks kandidat Nazzjonalista Kevin Cassar. Dan qatta’ biċċiet lild-Deputat bl-istess dikjarazzjonijiet varji li għamel biex jipprova jiġġustifika n-nuqqasijiet gravi tiegħu. Fl-opinjoni tiegħu, Cassar iddeskriva t-tfettiq ta’ Thake bħala pwerili u l-ġudizzju tal-Kap Nazzjonalista fuq il-każ bħala defiċjenti u dgħajjef. Waqt li kien hemm oħrajn tal-istess klikka li naqsu anke fid-dikjarazzjonijiet ta’ taxxa personali tagħhom, mhux l-inqas il-wiċċ tal-“Blue Heroes” innifsu, id-Deputat Jason Azzopardi, Thake ġie ttrattat ħafna

differenti, għax ovvjament hu biss “l-iżgħar mill-ulied”. Fl-istess ħin, hu ċar li fil-każ tiegħu ntuża r-raġunar li aħjar suba’ inqas milli mingħajr driegħ sħiħ. B’din ir-riżenja Parla­mentari tqan­qlu anke dubji dwar jekk l-iskop aħħari kienx li titwaqqaf l-investigazzjoni tal-Kum­mis­ sarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyz­ler, li kien mgħarraf biss bil-problemi ta’ kumpanija waħda, jew biex saħansitra ma joħroġx aktar tagħrif jew xi kumpaniji oħrajn bi problemi misturin. Li huwa żgur li l-għajnejn daru mill-ewwel fuq Bernard Grech, li, fuq kollox, ġie fdat fittmun tal-Partit fi żmien li kellu problemi simili. Minbarra dan spiċċa jirregola ruħu biss meta ddeċieda li joħroġ għal Kap u li kieku ma nkixifx mill-midja ħadd ma jaf x’kien jiġri. Ċerti, imma, li s-sitwazzjoni fil-PN kienet tkun xi ftit aħjar. Fil-verità meta konna nobsru li l-livell ta’ kredibbiltà fid-Dar Ċentrali ma kellux fejn jitbax­ xa iżjed, fl-aħħar ġranet erġaj­ na spiċ­­ċajna mqarrqin ilkoll kemm aħna.

Fl-istqarrija uffiċjali tiegħu fuq il-każ, il-PN ukoll għax­xaq­­ ha meta spiċċa jirringrazzja lil Thake talli rriżenja minn depu­tat, daqslikieku l-post li kellu fl-ogħla istituzzjoni ma ngħatalux minn nies li, bħala parti mill-Istat, kienu qegħdin jiċċaħħdu minn flus dovuti mill-kum­paniji tiegħu. Fin-nifs ta’ wara wkoll raddulu ħajr talli rtira l-kandi­datura, daqslikieku kellu xi dritt divin li jkun kandidat. Imma dik hi l-mentalità li għadha qed tirregola lill-PN! F’tali tgħassida sħiħa, iċ-ċittadin Malti u Għawdxi jagħġen ukoll l-inkonsis­tenzi sistema­ tiċi li sarrfet it-tmex­xija ta’ Grech fl-aħħar sena u ftit. Tali popoliżmu sfre­nat ma jagħmel ġieħ lil ebda demokrazija, kif ġie wkoll innotat fl-editorjal tal-Malta Independent li ddes­ krivih bħala “argumentazzjoni żgwidata” tal-Oppożizzjoni. Kontra dan it-taħwid kollu, il-poplu jaf li jista’ jserraħ rasu li, għal-lum u anke għal għada, pajjiżna fortunatament għandu diġà tmexxija ċara u għaqlija taħt il-Prim Ministru Robert Abela. Dan hu stampat f’moħħ il-maġġoranza.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.