KullĦadd_14.11.2021

Page 1

“LUZZU” MA’ 80 NOMINAT FL-OSCARS Ħarġa Nru 1,479

Rapport f’paġna 11

Prezz €1

Ritratt: IAN NOEL PACE

Il-Ħadd, 14 ta’ Novembru, 2021

IT-TOURS TA’ TAĦT IL-BELT “MAĦTUFIN” Rapport f’paġna 8

Tkompli f’paġna 3

• Il-Kap tal-Oppożizzjoni kellu jbiddel il-pożizzjoni fuq ir-riforma tal-kannabis … dan wara li qal li l-Gvern ikkopja lilu • Fil-Grupp Parlamentari wħud jużawha biex juru li għad għandhom kontroll • Evidenti għaliex kien skomdu jwieġeb lill-ġurnalisti fl-aħħar jiem

Tkompli f’paġna 5

Stħarriġ tal-UE b’sinjali aktar b’saħħithom għall-Maltin … fiduċja akbar fil-Gvern ukoll Stħarriġ tal-Ewrobarometru, li għadu kemm ġie ppubblikat, ikkonferma otti­miż­­mu b’saħ­ ħ­tu fost iċ-ċittadini Maltin anke qabel biss tħabbar il-Baġit għas-sena d-dieħla. Dan l-ist­ ħarriġ, li sar bejn l-20 u l-24 ta’ Settembru, ikkonferma li l-Maltin huma ġeneralment sodisfatti bil-kwalità tal-ħajja tagħhom. Fil-fatt, 85% stqar­rew li għandhom kwalità ta’ ħajja tajba, b’26% saħansitra jgħidu li hi tajba ħafna. Kienu biss 4% li qalu li s-sitwazzjoni tal-ħajja tagħhom hi ħażina ħafna. Il-persentaġġi għal pajjiżna kienu aħjar mill-medja Ewropea. Dan jikkuntrasta sewwa ma’ dak li ssostni l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, jiġifieri li l-kwalità tal-ħajja tant hi ħażina li n-nies iridu jitilqu minn pajjiżna. Jikkuntrasta ma’ dan kien il-fatt ukoll li f’dan l-istħarriġ kien hemm żieda fil-Maltin li jinsabu ottimisti li t-12-il xahar li ġejjin se jkunu aħjar għalihom.

GRECH BLA DIREZZJONI Sensiela ta’ laqgħat jaħarqu tal-Grupp Parla­men­tari Nazzjonalista wasslet biex il-Kap Bernard Grech tard il-Ġimgħa waranofsinhar kellu jaċċetta li jibla’ l-kliem u d-dikjarazzjonijiet kollha li lissen filpubb­liku dwar ir-rifor­ma fil-liġijiet tal-kannabis biex issa se jmur fil-Parlament u jgħid li hu kontra. Il-Kap tal-Oppożizzjoni kellu jagħ­mel u-turn totali minkejja li sa ftit xhur ilu kien beda jgħid x’għandha tinkludi din ir-riforma u saħansitra meta l-Gvern ippubblika d-dettalji ta’ din ir-riforma qal li dan kien qed jikkopja lilu. Anke jekk hu, jew il-PN, ma ħadux sehem fil-konsultazzjoni pubblika.

OTTIMIŻMU KBIR MALTI


02

14.11.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 21°C L-Inqas Temperatura: 15°C L-Indiċi UV: 3 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa minn fuq il-Libja li qed testendi fuq iċ-ċentru tal-Mediterran ser tersaq lejn il-Grigal It-Temp: Pjuttost imsaħħab u bil-ħalbiet tax-xita iżolati li jsir imsaħħab u bil-maltempati bir-ragħad f’xi waqtiet Ir-Riħ: Ħafif min-Nofsinhar ix-Xlokk li jdur ħafif għal moderat mix-Xlokk Il-Viżibilità: Tajba minbarra fix-xita Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 22°C

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

20°C UV 2

KUNTATT ĠENERALI

16°C

Il-Ħamis

23°C UV 1

17°C

Il-Ġimgħa

22°C UV 2

17°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

21C

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

UV 2

16°C

21°C UV 3

16°C

20°C UV 3

16°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21244114 Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, Il-Marsa – 21235595 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020 Collis Williams - St. Mark’s Pharmacy, Triq P. Borg Olivier k/m Triq Gianni Vella, Is-Swatar – 21440790 St. Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà – 21241293 Penny Lane Pharmacy, Triq is-Sejjieħ, Is-Swieqi – 21375373 Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 Smiths St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Ħal Għargħur – 21413402 Health & Co Pharmacy, Triq l-Erba’ Mwieżeb, San Pawl il-Baħar 79790119 Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 21827939 Blossoms Pharmacy, Triq il-Ġurġier, Birżebbuġa – 21652226 Pasteur Pharmacy, Triq it-Tellerit, Ħal Safi – 21689944 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, L-Imtarfa – 21451261 Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat – 21563233 Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem – 21553018 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

14.11.2021

IL-GVERN MALTI B’10% IŻJED FIDUĊJA FL-UE Tkompli minn paġna 1 Fattur ewlieni wara l-ottimiżmu qawwi li jeżisti f’pajjiżna hu l-istat tajjeb tal-ekonomija. Fil-fatt, kważi tmienja minn kull għaxar persuni intervistati f’Malta qalu li jemmnu li l-ekonomija ta’ pajjiżna tinsab fi stat tajjeb. Ma’ dawn, kważi ħamsa minn kull għaxar persuni li ħadu sehem fl-istħarriġ jemmnu li l-qagħda ekonomika se tkompli titjieb is-sena d-dieħla. Tnejn minn kull għaxra biss fl-UE jemmnu l-istess. L-istħarriġ mill-Ewroba­ro­met­ru kompla jindika li, waqt li huma 30% tal-Ewropej sodisfatti ħafna b’ħajjithom, il-proporzjon tal-Maltin u l-Għawd­xin li qalu li huma kuntenti ħafna huwa ta’ 38%. Id-distakk jikber aktar meta wieħed iħares lejn il-persentaġġ ta’ dawk li jaħsbu li ħajjit­hom se titjieb aktar fl-2022. Waqt li f’Malta 42% isostnu li ħajjithom se titjieb fl2022, 26% tal-Ewropej jaħsbuha l-istess. F’Malta l-aktar żewġ affa­ri­­­jiet meqjusin bħala importanti u ta’ sfida huma l-immigraz­zjoni u l-ambjent. Min-naħa l-oħra, il-bqija fl-UE ffukaw fuq il-qagħda ekonomika u s-saħ­ħa, żewġ oqsma li ma tantx qed jinkwetaw lill-Maltin u lill-Għawdxin. Dan hu dovut għall-fatt li, bil-Gvern attwali Laburista, Malta tmexxi-

et b’aktar suċċess fil-ħidma għall-kontroll tal-pandemija, kemm mil-lat ekonomiku kif ukoll minn dak mediku. Kważi erbgħa minn kull għax­ra ta’ dawk intervistati f’pajjiżna mill-Ewrobarometru sostnew li huma ottimisti ħafna fuq il-futur ta’ pajjiżna. Dan meta l-medja fl-UE hi ta’ ftit aktar minn wieħed minn kull għaxra li wrew daqstant ottimiżmu. Dan hu rifless ukoll fid-distakk li jeżisti fil-fiduċja fil-Gvern. Waqt li madwar l-UE huma biss 44% li jafdaw fil-Gvern rispettiv tagħhom, f’Malta l-persentaġġ jitla’ għal 54%. Dawn ir-riżultati huma ferm inkoraġġanti, speċjalment fid-dawl li l-istħarriġ sar qabel il-Gvern ħabbar il-Baġit benevolenti għas-sena d-dieħla. Kulħadd jaqbel li dan se jkompli jżid l-ottimiżmu f’pajjiżna. L-istħarriġ ħareġ ukoll qabel it-tbassir tal-ħarifa tal-Kummissjoni Ewropea li qed jara fost l-aħjar prospetti għal Malta. Il-Kummissjoni qalet din il-ġimgħa li, b’rata ta’ 6.2%, l-ekonomija Maltija se tkun l-aktar waħda li tikber is-sena d-dieħla fost ilpajjiżi kollha tal-UE. L-istess tbassir ekonomiku jinnota wkoll li sa nofs is-sena d-dieħla, l-ekonomija Maltija hi stmata li se tkun fil-livell ta’ qabel il-pandemija.

DAWK B’FEHMA POŻITTIVA JEW POŻITTIVA ĦAFNA (%) MALTA

UE

Kwalità ta’ ħajja f’pajjiżek

85%

83%

Ħajtek se titjieb fl-2022

42%

26%

Stat tal-ekonomija ta’ pajjiżek

79%

68%

L-ekonomija f’pajjiżek se titjieb fl-2022

46%

21%

Fiduċja fil-Gvern ta’ pajjiżek

54%

44%


04

L-AĦJAR EKONOMIJA FIL-COVID L-ekonomija ta’ pajjiżna hi t-tieni l-aktar waħda reżiljenti li te­żis­­ ti fid-dinja wara dik tal-Ġappun, skont rapport tal-aġenzija inter­ nazzjonali ta’ kre­ditu Scope Ratings. Dan ipoġġi lill-ekonomija lokali wkoll quddiem kull ekonomija oħra fl-Unjoni Ewropea. Fl-isfond tal-pandemija globali tal-COVID-19, li niżżlet lil bosta pajjiżi għarkupptejhom, l-esper­ ti ta’ Scope għarblu u analizzaw l-ekonomiji dinjija u vvalutaw il-mod kif kampaw fl-agħar kriżi għal għexieren ta’ snin, liema kienu dawk li rreżistew l-aħjar u huma l-inqas vulnerabbli. Skont l-aġenzija Ġermaniża, Malta tiġi eżatt wara l-Iżvizzera u eżatt qabel il-Ġappun, li terġa’ fejn tidħol ir-reżiljenza ekonomika jiġi wkoll warajna. L-esperti ta’ Scope Ratings, magħrufa li bħall-aġenziji internazzjonali indipendenti oħrajn ma jħarsu lejn wiċċ ħadd, saħqu li Malta hi pajjiż ġdid li jidħol mal-ewwel tliet pajjiżi fid-dinja b’ekonomija reżiljenti. Minn dan il-grupp tal-aqwa tlieta, Malta qalgħet liċ-Ċina, li niżlet fir-raba’ post. Scope Ratings fakkret fir-rating ta’ A+ bi prospetti stabbli li kienet tat lil pajjiżna x-xahar li għadda. Hawnhekk issemma l-livell mo­derat ta’ dejn li għandu l-Gvern u l-ammont ta’ investiment dirett barrani. Meta tatna dan ir-rating po­żittiv, Scope kienet ukoll qalet li d-deċiżjoni tal-Financial Action Task Force (FATF) li ġiet imposta fuq pajjiżna għandha effett li­mitat ħafna fuq l-ekonomija Maltija. Ma’ dan żiedet li Malta għandha potenzjal ta’ tkabbir ekonomiku b’saħħtu. Din il-ġimgħa stess, rapport ieħor mill-Kummissjoni Ewropea tenna li s-sena d-dieħla pajjiżna se jkollu l-akbar tkabbir ekonomiku fost l-istati membri kollha tal-UE. Skont it-tbassir Ewropew għall-ħarifa, it-tkabbir ekonomi­ ku ta’ Malta se jkun ta’ 6.2%. Dan hu kważi 2% iżjed mill-medja Ewropea u miż-Żona Ewro. Il-Kummissjoni Ewropea stma­ t ukoll fit-tbassir tagħha li sa nofs is-sena d-dieħla l-eko­nomija Mal­tija għandha tirritorna fil-livell ta’ qabel il-pandemija.

14.11.2021

IFAKKAR META WAQAF LILL-ESTABLISHMENT L-Eks Deputat Nazzjonalista Franco Debono din il-ġimgħa fakkar lill-establishment l-antik meta sfidah fil-Gvern 10 snin ilu, anke jekk kellu jħallas prezz qawwi ta’ dan. B’konsegwenza ta’ dan kollu, Dr Debono kien darba nħareġ bil-forza minn daru minn uffiċjali tasServizz Sigriet biex imur għal seduta fil-Parlament fejn kien se jittieħed vot importanti għall-Gvern. Sussegwentement, għal numru ta’ snin, kien ukoll spiċċa bl-għassa fissa tal-Pulizija maddar tal-familja tiegħu. B’reklam ta’ paġna sħiħa fil-ħarġa tat-Times ta’ nhar it-Tnejn li għadda, Dr Debono qanqal il-memorja ta’ meta kien ippreżenta mozzjoni privata fil-Parlament kontra l-Gvern tiegħu stess fejn ippropona li l-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern, immexxi minn Carm Mifsud Bonnici, kellu jinqasam minħabba l-konflitti serji li d-dekasteru kien qed joħloq. Dan kien biss il-bidu tal-inkwiet li Debono ħoloq dak iż-żmien lit-tmexxija tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi, ukoll il-magħżul tal-establishment. Eventwalment dan wassal biex il-Gvern Nazz­ jonalista jitlef il-maġġoranza minima ta’ siġġu wieħed fi tmiem l-2012 meta wkoll ma ġiex approvat il-Baġit nazzjo­ nali għall-2013. Minkejja dan, Gonzi kien baqa’ jżomm lill-pajjiż fl-akbar inċertezza sa Marzu ta’ wara meta saret l-Elezz­ joni Ġenerali li tat maġġoranza storika lill-Partit Laburista. Dan seħħ anke meta l-ekonomija kienet diġà staġnata. Sadanittant, fir-reklam f’forma ta’ artiklu, Dr Debono kellu wkoll fil-mira lil Beppe Fenech Adami, anke jekk ma jissemma mkien. 10 snin ilu, Fenech Adami kien jokkupa l-kariga ta’ Assistent Parlamentari fl-istess Ministeru responsabbli, fost oħrajn, mill-Pulizija. Ir-reklam fit-Times ta’ nhar it-Tnejn fejn l-Eks Deputat fakkar F’sensiela ta’ attakki reċiproċi f’dan l-10 anniversarju ta’ meta sfida lill-establishment Nazzjonalista iż-żmien kollu u li kultant jitqanqlu mill-ġdid, kif qed jiġri bħalissa, nies qrib ta’ Fenech Adami u oħrajn simpatiz- didati tiegħu għall-elezzjoni ġene­rali Birkirkara, jippoża ma’ Fenech Adami. zanti ta’ friegħi tal-establishment, bħal li jmiss, dawk tal-establishment kienu In-nuqqas ta’ simpatija tal-estabRepubblika, Occupy Justice u l-bloger adamanti kontra, ovvjament. lishment, Dr Debono kellu jesperjenzah Manuel Delia, jinfexxu fl-Eks Deputat Saħansitra partitarju qrib id-Deputat ukoll appena għamel share tal-artiklu/ meqjus ribelluż. Fenech Adami allegatament hedded u reklam fit-Times fuq Facebook nhar Wara li f’Mejju ta’ din is-sena, il-Kap instiga vjolenza fiżika kontra Dr Debo- it-Tnejn stess. Frank Piscopo, partitarju attwali Nazzjonalista Bernard Grech no, kif ikkonfermat minn post fuq Face- ieħor tal-establishment u simpatizzant indika li seta’ jaċċetta lura fil-Partit lil book mill-Avukat innifsu fejn tenna li mal-azzjonijiet ta’ Repubblika, staqsa Dr Debono, “ladarba jirriabilita ruħu”, l-każ ġie rrappurtat lill-Pulizija u t-Taq- lill-Eks Deputat Nazzjonalista kemm inħolqot raġuni oħra għal xiex jiġġieldu sima tal-Hate Speech qiegħda tinvesti- swieh ir-reklam, b’Dr Debono jwieġbu fid-Dar Ċentrali. Anke jekk hu stess kien ga l-każ. li bi flusu jagħmel li jrid, la jaqlagħhom magħżul u imbottat mill-esb’mod leġittimu. tablishment biex jieħu post “Frank Piscopo jekk ħalil-predeċessur tiegħu fit-tmun lastx jew le affari tiegħi. Bi flutal-Partit, Dr Grech spiċċa si nagħmel li rrid. Jien il-flus jaqlagħha miż-żewġ naħat. naqlagħhom bix-xogħol ta’ F’sensiela ta’ attakki reċiproċi, nies qrib L-istess żball tal-Kap tal-PN kuljum mhux billi napprofitta kien ripetut ġimgħa ilu meta ta’ Fenech Adami u oħrajn simpatizzanti ruħi mill-għawġ ta’ ħaddieħor ġie rrapportat li nnomi­na lillu nittallab bis-sassla f’xi ta’ friegħi tal-establishment, jinfexxu Eks Deputat biex ikun mal-isprotesta. Kuntrarjament għal mijiet papabbli għall-ka­riga ta’ ħaddieħor, fil-politika dejjem fl-Eks Deputat meqjus ribelluż Ċermen tal-Aw­torità tax-Xanfittixt li nagħti u mhux li nadir. Waqt li persuni bħal-lettur kkwista jew indaħħal fil-but,” Universitarju Simon Mercieca ħeġġeġ Għal dan il-għan, Debono wkoll uża kiteb l-Avukat, b’referenza għall-ġbir ta’ lill-Kap tal-Oppożizzjoni biex iżjed minn ritratt tas-sena li għaddiet tal-individ- flus waqt l-attivitajiet organizzati millhekk, jekk irid juri rieda tajba, kellu wu responsabbli minn dawn l-allegati friegħi tal-establishment. jassigura li Dr Debono jkun fost il-kan- kummenti illeċiti, Charles Zammit minn


05

14.11.2021

SPIĊĊA JMIERI LILU NNIFSU Tkompli minn paġna 1

Wara li ma ta ebda rispons għall-White Paper għall-konsultazzjoni pubblika f’Awwissu, Grech kien qal li l-Gvern għandu jara kif il-kannabis tista’ tinxtara b’mod legali

1

Fil-festi tal-Indipendenza, Grech qal li ma kinitx ippubblikata White Paper dwar ir-riforma. Żball fattwali li kien ġablu kritika ta’ bosta minħabba l-mod kif deher amateur u mhux infurmat.

2 3

4

Issa Grech u l-PN ħarġu kontra qatta bla ħabel. Fi kliem ieħor għamlu “farsa” minn kwistjoni ta’ importanza nazzjonali.

Wara l-White Paper il-Gvern imbagħad għamel pubbliċi d-dettalji tal-abbozz legali u Grech qal li l-Gvern ikkopja lilu.

Dan ma kienx biżżejjed għallGrupp Parlamentari Nazzjonalista biex jaqbel li jappoġġja r-riforma fil-liġijiet tal-kannabis maħsuba primarjament biex persuni ma jibqgħux imorru l-ħabs u jċapp­su l-kondotta minħabba l-użu personali tal-kannabis. Lanqas l-attakk minn imkien fuq dawk favur l-abort ma kien biżżejjed bħala kompromess. Saħansitra sorsi fil-PN qalulna kien hemm min uża d-diskussjoni fil-Grupp biex juri lil Bernard Grech li fil-Partit għadha tmexxi l-fazzjoni li poġġietu hemm u li finalment dak li jgħidu jgħodd. Imbagħad kien hemm dawk, bħall-Eks Kap Adrian Delia u s-sostenituri tiegħu, li raw din bħala opportunità biex bl-użu talkawża jagħtu daqqa lura lil Grech għall-mod kif immina l-pożizzjoni tagħhom biex sar Kap hu. Però dan wassal għal pożizzjoni ħarxa kontra r-riforma proposta mill-Gvern, bis-sit Lovin Malta jid­des­krivi l-mod kif mexa l-Kap tal-PN bħala “farsa.” Ir-Releaf, lobby group li wkoll kellu numru ta’ laqgħat mal-PN, qal: “Jista’ l-Kap tal-Oppożizzjoni jispjega għaliex għandu x-xewqa li jibqa’ jibgħat persuni innoċenti u mhux vjolenti l-ħabs, filwaqt li jiffaċilita s-suq illegali.” Sa Awwissu li għadda Grech kien qed jgħid li kien meħtieġ li s-suq illegali ma jkunx iffaċilitat u għalhekk jinħolqu sistemi u strutturi li jegħlbu dan. Issa kien kostrett idawwar kollox. Dan jispjega wkoll għaliex il-PN fl-aħħar ġimgħat beda jevita li jib­għat kelliema fi programmi televiżivi u radjufoniċi jiddisku­ tu s-suġġett u l-Kap innifsu kien skomdu ħafna jitkellem dwar dan. Hu kien ukoll ostili u konfrontattiv lejn il-ġurnalisti

li staqsewh id-domandi u kull darba beda jgħid li l-pożizzjoni issa jgħidha fil-Parlament. Għa­l­kemm imbagħad qalha fi stqarrija tal-Partit tard il-Ġimgħa filgħaxija. Dan hu suġġett li dwaru għamel anke numru ta’ żbalji fattwali, inkluż dak li mar fuq il-Fosos jgħid li l-Gvern ma ppubblikax White Paper għad-diskussjoni meta din ġiet proposta ferm qabel u għaliha daħlu mijiet ta’ sottomissjonijiet. B’mod immedjat wara li ħar­ ġet din il-pożizzjoni, li ma sabitx ruħha fil-faċċata ta’ In-Nazzjon, il-Partit Laburista ħareġ stqarrija u qal: “L-istqarrija tal-PN illejla hi sintomatika ta’ partit b’kap fi kriżi mingħajr ebda sens ta’ tmexxija. Xahar ilu Grech qal li l-Gvern ippreżenta abbozz ta’ liġi ġdid ibbażat fuq dak li qal hu iktar qabel. F’kelma waħda qal li l-Gvern ikkupjah. Issa llum ħareġ stqarrija biex jipprova jqatta’ din il-liġi biċċiet. Iddibattitu dwar il-liġi tal-kannabis issa jsir fil-Parlament u l-bżonn ta’ din ir-riforma jkompli jkun spjegat fid-dettall. Li hu żgur li kellna konferma oħra ta’ Kap tal-Oppożizzjoni li bħal qasba tixxejjer mar-riħ, m’għandu ebda sens ta’ direzzjoni u tmexxija.” Il-bidla, li l-Gvern qed iressaq fil-Parlament, hija maħ­suba biex tnaqqas l-istigma soċjali u t-tbatija li ħafna persuni li jużaw il-kannabis għaddew minnha meta ġew sottomessi għal proċeduri ta’ arrest u proċessi ġudizzjarji fuq pus­ sess ta’ ammonti żgħar. Flistess ħin huwa abbozz res­ ponsabbli li jipprovdi wkoll għat-teħid ta’ prekawzjonijiet biex jiġu protetti l-minuri, is-saħħa pubblika u l-ordni pubblika.



07

14.11.2021

20% AKTAR BEJGĦ TAL-PROPRJETÀ F’OTTUBRU Fix-xahar ta’ Ottubru ġew iffirmati 1,134 kuntratt ta’ bejgħ ta’ proprjetà residenzjali, għal valur ta’ €239 miljun. Dan hu l-11-il xahar konsekuttiv li fih żdied il-valur tal-proprjetà mibjugħa, wara li f’Settembru li għadda l-valur tagħhom kien 19% ogħla mill-istess xahar sena ilu. Ta’ min ifakkar li qabel tħabbret il-miżura tat-tnaqqis fil-boll, l-ammont ta’ kuntratti ffirmati kien waqa’ għal 552 biss, jew valur ta’ ftit aktar minn €100 miljun. Li jfisser li x-xahar li għadda nxtraw kważi darbtejn u nofs il-valur li kien inxtara qabel ittieħdet din il-miżura fejjieda. Bħal-lum ġimgħa ħabbarna li l-miżura tal-First Time Buyers, li biha Gvern Laburista ffranka mal-€84 miljun liċ-ċittadini li riedu jixtru l-eww-

L-INDUSTRIJA BLOCKCHAIN B’ŻIDIET KBAR L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, tinsab fi stadju biex tirreġistra 13-il aġent tal-VFA, u tawtorizza 15-il fornitur tas-servizz Virtual Financial Asset (VFA), fost żidiet kbar irreġistrati fl-industrija emerġenti. Dan jikkuntrasta ma’ dak iddikjarat ftit tal-jiem ilu mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li ddeskriva l-ħidma tal-Gvern fis-settur bħala “flop”. Bħala parti mill-ħidma tal-Gvern li jġib lejn Malta aktar kumpaniji f’dan is-settur, li joffri impjiegi ta’ kwalità, l-MFSA għadha kemm fakkret it-tielet sena mit-tnedija tal-qafas regolatorju kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. F’dan il-perjodu l-Awto­rità wkoll irreġistrat 23 aġent tal-VFA, nediet żewġ White Papers u awtorizzat 15-il fornitur tas-servizz VFA. Dawn il-kisbiet setgħu jintlaħqu biss għax kienu segwiti l-ogħla standards fl-industrija u ngħatat attenzjoni fuq il-kwalità minflok il-kwantità – żewġ elementi kruċjali biex jiggarantixxu tkabbir sostenibbli tas-settur. Fl-2019 il-Gvern kien nieda l-istra­ teġija tiegħu fis-settur tad-distribu­ ted ledger technology u din il-ġimgħa tnedew tliet proġetti ġodda li jagħmlu użu mit-teknoloġija blockchain. Altru milli flop! Il-proġetti se jinvolvu lid-Dipartiment tal-Kum­merċ fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija, il-Ministeru għal Għawdex, il-Malta Digital Innovation Authority (MDIA) u l-Awtorità tal-Ippjanar. L-MFSA qed tiffoka fuq tliet elemen­ ti fundamentali fil-ħidma tagħha għall-ġejjieni – ir-regolamentazzjoni, il-monitoraġġ u l-kapaċità – bil-għan li ssegwi prattiċi globali u saħansitra tistabbilixxi lil Malta bħala hub inter­ nazzjonali tal-FinTech, b’appoġġ lill-innovazzjoni finanzjarja mibnija mittek­noloġija fuq standards globali.

el proprjetà tagħhom fl-aħħar tmien snin, għenet ukoll biex iżżomm issuq tal-proprjetà għaddej b’saħħtu. Mas-27,000 persuna, fil-maġġoranza koppji żgħażagħ, gawdew minn dan il-benefiċċju. Minbarra hekk, individwi li jidde­ ċiedu li jbiegħu r-residenza tagħhom biex jixtru oħra jikkwalifikaw għallbe­nefiċċju ta’ tnaqqis fil-ħlas tal-boll ukoll bħala parti mill-iskema tas-Second Time Buyers li tintitolahom għal rifużjoni massima ta’ €3,000 u €5,000 f’każ ta’ persuni bi bżonnijiet speċjali. Bl-inċentivi abbundanti mħabbrin fil-Baġit 2022, li joffri rifużjonijiet t’eluf t’ewro għax-xiri u l-iżvilupp ta’ bini abbandunat, proprjetajiet f’żoni ta’ konservazzjoni urbana u dawk b’arkitettura tradizzjonali, is-suq tal-proprjetà

mistenni jkompli jiffjorixxi. Sadanittant fl-ewwel għaxar xhur tal-2021 ġew iffirmati 11,604 kuntratti ta’ bejgħ kontra ftit aktar minn 8,900 sena ilu. L-ammont ta’ kuntratti ta’ bejgħ b’hekk laħaq l-ammont rekord li kien osservat fl-2019 qabel bdiet il-pandemija. Ir-riżultat għal Ottubru 2021 ifisser ukoll li fl-ewwel għaxar xhur tas-sena nxtrat proprjetà residenzjali għall-valur ta’ kważi €2.5 biljun. B’kollox dan hu €0.3 biljun aktar mill-ammont li kien mixtri fl-istess numru ta’ xhur fl-2019, jiġifieri qabel il-pandemija. Il-prospetti għas-suq tal-proprjetà jidhru pożittivi mmens, meta wieħed jikkunsidra li fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena saru 12,128 konvenju. Dan hu ftit aktar mid-9,070 konvenju

li saru fl-istess xhur tal-2020 u l-10,100 fl-istess xhur tas-sena ta’ qabel il-pandemija, li jfisser li għal kull erba’ konvenji li kienu jsiru qabel il-pandemija, din is-sena saru ħamsa. Billi wara li jsir konvenju, jgħaddu ftit xhur qabel jiġi ffirmat l-kuntratt tal-bejgħ, dan ifisser li fix-xhur li ġejjin mistennija żieda oħra fl-ammont ta’ kuntratti ta’ bejgħ. Dan mistenni jkompli jżid id-dħul tal-Gvern minn dan is-sors importanti ta’ taxxa, filwaqt li hu antiċipat li jwassal għal bejgħ sostanzjali ta’ għamara, appliances u furnishings. Bl-istess mod mistenni xogħol tajjeb għad-diversi self-employed li jaħdmu fil-qasam tat-tlestija ta’ proprjetà, bħal bajjada, electricians u kaħħala, fost ħafna oħrajn.

SISTEMA TURI TFAL RIKBUX JEW NIŻLUX MIT-TRASPORT TAL-ISKOLA MILL-ERBGĦA Minn tagħrif li għandha din il-gazzetta, il-ġenituri kollha se jkollhom rashom mistrieħa dwar fejn waslu wliedhom qabel jew wara l-ħin tal-iskola, hekk kif minn nhar l-Erbgħa li ġej se tibda tiddaħħal is-sistema tal-Parent Notification App li tindika meta dawn ikunu rikbu jew niżlu minn fuq it-trasport ipprovdut. Is-sistema se titqassam fost il-kul­leġ­ ġi kollha nazzjonali, skont skeda mfassla mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, sas-17 ta’ Diċembru li ġej u allura qabel l-istudenti joħorġu bil-vaganzi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Apparat elettroniku żgħir imwaħ­ħal mal-baskett tal-iskola tal-istudent/a se jkun qed jibgħat sinjal lil apparat ieħor fuq il-mezz ta’ trasport tal-iskej­jel. B’hekk ikun magħruf meta l-istudent ikun tela’ jew niżel minn fuq il-mezz tat-trasport. Fl-istess waqt il-ġenituri jirċievu notifikazzjoni permezz ta’ app oħra fuq il-mobile tagħhom. Din hi notifikazzjoni li t-tifel jew tifla jkunu telgħu fuq il-mezz ta’ trasport jew inkella niżlu minn fuqu. Is-sistema, magħrufa wkoll bħala FOB, mhix sistema li tintraċċa lill-individwi u ma tinkludi l-ebda tip ta’ GPS. L-App fuq il-mobile titniżżel mill-ġenituri u ma hemm ebda ħlas għaliha. Din is-sistema ddaħħlet bħala parti minn proġett pilota għall-ewwel darba f’Għawdex fl-2019 u wara saret it-tieni prova fil-Kulleġġ Santa Margerita fl2019/2020. Matul dan il-perjodu kienu ngħalqu l-iskejjel minħabba l-pandemija u t-trasport allura twaqqaf f’Marzu 2020. Wara din it-tieni prova saret verifi­ ka oħra tal-effiċjenza u kien inta­lab

titjib fis-sistema. Dan wassal biex matul is-sajf li għadda ttieħdet azzjoni ħalli tissaħħaħ is-sistema u jittejjeb il-persentaġġ tal-preċiżjoni tagħha. Jirriżulta lill-KullĦadd li s-sistema issa tinsab lesta biex tiġi implimentata għall-istudenti tal-iskejjel tal-Istat li jużaw it-trasport u minn nhar l-Erbgħa li ġej għal medda ta’ xahar se tiddaħħal f’fażijiet skont il-kulleġġi kif jidher hawnhekk. Ma’ dan se jsiru wkoll laqgħat b’mod virtwali mal-ġenituri biex jingħataw kull informazzjoni meħ­tieġa dwar kif taħdem is-sistema tal-Parent Notification App u x’għandu jsir min-naħa tagħhom biex jiġu notifikati fuq il-mobile personali tagħhom.

KULLEĠĠI

TQASSIM

Għawdex

17-18 Nov

Santa Tereża

25-26 Nov

San Ġorġ Preca

25-26 Nov

San Injazju

25-26 Nov

Santa Margerita

7-9 Diċ

San Benedittu

7-9 Diċ

St Thomas More

7-9 Diċ

San Nikola

16-17 Diċ

Santa Klara

16-17 Diċ

Marija Reġina

16-17 Diċ


08

14.11.2021

Jum it-Tifkira, li hu ċċelebrat fil-pajjiżi kollha tal-Commonwealth, b’ġieħ il-vitt­ mi kollha taż-żewġ gwerer dinjija, se jkun imfakkar f’Malta mill-Kumitat Festi Nazzjonali, permezz ta’ Festivals Malta, illum il-Ħadd. Għal din l-okkażjoni se ssir quddiesa konċelebrata fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta fid-9.30 ta’ filgħodu, li wkoll se tkun qed tixxandar b’mod dirett fuq TVM. Qabel il-President ta’ Malta jispezzjona l-Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta’ Malta u tieħu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati. Wara ssir ċerimonja ta’ tif­k i­ra biswit il-Monument tal-Gwerra fil-Furjana fejn jitqiegħdu kuruni mill-ogħla awtoritajiet nazzjonali u persuni distinti. Din is-sena dawk li se jpoġġu kuruna ġew limitati biex fi kwalunkwe ħin ikunu konformi mal-miżuri li qed jittieħdu kawża tal-pandemija. Il-Forzi Armati ta’ Malta u kontinġent mill-Korp tal-Pulizija se jiffurmaw flimkien Gwardja tal-Unur għaċ-ċerimonja tat-tqegħid ta’ kuruni. Dawn ukoll se jkunu ridotti għal numru minimu, waqt li l-eks uffiċjali tas-servizz parteċipanti huma lkoll imlaqqmin. Għaqdiet oħrajn li s-soltu kienu jakkumpanjaw il-kontin­ ġenti tal-eks uffiċjali din is-sena ntalbu ma jiħdux sehem. Il-Kumitat Festi Nazzjonali ħeġġeġ lill-pub­bliku biex, bħal pajjiżi oħrajn talCom­monwealth, ifakkar il-vittmi b’mod remot b’rispett u osservanza għal dawk li ssagrifikaw ħajjithom fiż-żewġ gwerer. L-appell tradizzjonali mill-Poppy Day Appeal Fund qed isir fl-istess ġurnata.

IRKANT TA’ ARTI B’RISQ L-MCCFF Bħala parti mill-isforzi biex ipattu għannuqqas ta’ dħul ta’ fondi li sofriet il-Malta Community Chest Fund Foundation (l-MCCFF) fl-aħħar sena u nofs ta’ pande­ mija tal-COVID-19, se jsir irkant tal-arti online mifrux fuq ġimagħtejn minn għada t-Tnejn. Il-pubbliku se jkollu l-opportunità jagħmel offerta, fuq artsauction.mt, għal madwar 70 biċċa xogħol tal-arti li jvarjaw fil-ġeneru u fit-tema u li jinkludu pitturi, skulturi, materjal stampat u ritratti. Ix-xogħlijiet ġew sottomessi minn iżjed minn 50 artist Malti jew b’rabta ma’ pajjiżna. L-irkant online jintemm il-Ħadd 28 ta’ Novembru u qed jiġi organizzat minn kumitat apposta, waqt li hu kkurat minn Melanie Erixon. Il-missjoni tal-MCCFF hi li tipprovdi appoġġ finanzjarju, materjali u professjonali lill-membri vulnerabbli tas-soċjetà tagħna ħalli titjieb il-kwalità tal-ħajja tagħhom. L-ispiża tagħha għall-għajnu­ na finanzjarja tammonta għal madwar €1.4 miljun fix-xahar.

Ritratti: IAN NOEL PACE

ILLUM JUM IT-TIFKIRA

TOURS “MAĦTUFIN” GĦAL TAĦT IL-BELT

Mijiet laqgħu l-istedina biex jinżlu f’dinja oħra taħt il-kapitali bil-bookings jimtlew sal-aħħar tas-sena wara biss ftit sigħat mill-inawgurazzjoni tas-sit Ftit ħin wara li ħabbret li se tkun qed tagħti aċċess lill-pubbliku għall-attrazzjoni l-ġdida tagħha bl-isem ta’ Underground Valletta, Heritage Malta esperjenzat waħda mill-akbar konkorrenzi għall-biljetti tas-siti u l-mużewijiet nazzjonali li tamministra. Fil-fatt mill-4 ta’ Novembru, meta saret l-inawgurazzjoni uffiċjali u l-ewwel tours organizzati bħallum ġimgħa, mijiet ta’ bookings imlew il-kalendarju kollu sal-aħħar tas-sena għal din l-attrazzjoni fil-Belt Valletta, fost ix-xelters, ċisterni u dinja sħiħa oħra taħt l-art tal-kapitali. Minn tagħrif li għandha l-KullĦadd, jirriżulta li, minħabba f’hekk, Heritage Malta kienet kostretta tibdel il-pjani oriġinali tagħha li tiftaħ is-sit nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ħadd biss. Il-ħsieb kien ta’ żewġ tours kull ġurnata fejn jistgħu jidħlu massimu ta’ 40 persuna fil-ġimgħa, 10 persuni kull tour anke minħabba r-restrizzjonijiet ta’ saħħa u sigurtà. Issa, bid-domanda qawwija, ġie deċiż li tiżdied ukoll il-ġurnata tat-Tnejn, waqt li t-tours jiżdiedu għal erbgħa kull ġurnata. B’hekk l-aċċess għal dawk interessati ġie ttripplat u se jkunu jistgħu jinżlu 120 persuna kull ġimgħa. Dan ta spazju għal aktar bookings din is-sena wkoll, avolja minn iżjed minn 800 post aċċessibbli fis-seba’ ġimgħat li fadal biex intemmu l-2021 sa nhar il-Ġimgħa kien hemm diġà inqas minn 200 post disponibbli, anke jekk l-attrazzjoni se tibqa’ miftuħa wara. Id-dħul għall-Underground Valletta jinsab f’Misraħ San Ġwann u ż-żjarat bil-gwida jsiru fl-10:00 a.m., fil-11:00 a.m., f’12:00 p.m. u fis-1:00 p.m. F’din il-pjazza, fejn jinġabru ħafna nies fil-Belt, hemm indana taraġ li taf ma tintebaħx biha int u għaddej. Ftit tarġiet kollox, biżżejjed biex millgħagħa u d-dwal tal-kapitali ssib ruħek f’ħemda umda u mud­lama li tniżżlek fil-fond fejn ma

tismax tpaqpiq ta’ ħornijiet u tpaċpiċ ta’ nies. Anzi, jekk tħalli s-skiet ikellmek, taf tisma’ t-tgedwid ta’ xjuħ jitolbu bi ħrara, il-biki ta’ tfal imbeżżgħin, il-ħoss wenniesi tal-ilma jinġabar fil-bjar. Tisma’ lill-Undergound Valletta tfesfislek ġrajjietha. Il-Kavallieri ta’ San Ġwann bnew il-Belt Valletta bi ħsieb profond, bi pjan li jilqa’ għal kull kontinġenza, u b’inġinerija ammirevoli, kif jixhdu l-mogħdijiet li għaddejjin minn taħtha. Fi żmienhom, dawn l-ispazji kienu jintużaw għall-ħażna tal-qamħ kif ukoll għal skopijiet militari, bħal movimenti ta’ truppi jew biex wieħed ikun jista’ jaħrab. Ħafna snin wara, fit-Tieni Gwerra Dinjija, seħħ l-aħħar kapitlu importanti għall-Belt ta’ taħt l-art, meta l-passaġġi tagħha żdiedu u ntużaw bħala kenn mill-bumbardamenti. Eluf ta’ nies għaddew sigħat twal marsusin hemm isfel, b’faċilitajiet sanitarji primittivi, b’ikel mill-inqas u bil-biża’ li ma jirnexxilhomx joħorġu minn hemm qawwijin u sħaħ. Lil dawn il-kmamar bla arja u dawl naturali, ippruvaw jagħtuhom bixra domestika mill-aħjar li setgħu, kif jidher mill-madum li waħħlu fl-art.


09

14.11.2021 Mindu ddaħħal il-Passaport ta’ Heritage Malta għall-istudenti kollha u l-anzjani kien hemm aktar minn 170,000 żjara bla ħlas fi 28 sit jew mużew imferrxin malpajjiż kollu. Jirriżultalna li ċ-ċifra, li tirrelata biss ma’ dawk bil-passaport u ma tinkludix lil min jakkumpanjahom, intlaħqet f’perjodu ta’ inqas minn sentejn u nofs sa tmiem Settembru li għadda. Dan il-passaport kulturali, li tnieda f’Jannar tal-2019 għall-istudenti kollha u sa minn Ġunju tal-istess sena għall-anzjani, jagħti aċċess b’xejn għal kważi kull sit u mużew amministrati mill-istess aġenzija governattiva kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Ma’ dawk li jkollhom il-passaport jistgħu jidħlu wkoll sa żewġ persuni oħra li jkunu qed jakkumpanjawhom. Fil-perjodu sa Settembru li għadda, iżda, dawn il-passaporti kulturali ma setgħux jintużaw fix-xhur ta’ April-Ġunju 2020 u April 2021 minħabba li l-istess siti u mużewijiet ma kinux aċċessibbli bir-restrizzjonijiet imposti minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Għaldaqstant il-Passaport tal-Istudenti kien qed jintuża għal 29 xahar, waqt li dak tal-Kbar intuża għal 24 xahar mhux konsekuttivi. Ċifri f’idejn il-KullĦadd taż-żjarat bil-Passaport, juru li kien hemm mal-140,000 żjara minn studenti u 30,000 oħra minn anzjani. L-aktar attrazzjonijiet popolari maż-żgħar varjaw bejn il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali fl-Imdina, it-tempji Neolitiċi ta’ Ħaġar Qim fil-Qrendi u l-Ġgantija fix-Xagħra, Għawdex, l-Armerija u l-Kmamar Statali fil-Palazz talGran Mastru fil-Belt, Għar Dalam f’Birżebbuġa u l-Villa Rumana fir-Rabat, Malta. Min-naħa l-oħra, l-anzjani kienu primarjament interessati fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti – MUŻA fil-Belt. Minbarra hekk, l-attrazzjonijiet varji fiċ-Ċittadella t’Għawdex, fosthom il-Ħabs l-Antik, il-Mużew tal-Arkeoloġija u l-Gran Castello huma wkoll mal-favoriti fost dawk li għamlu użu kemm mill-Passaport tal-Istudenti kif ukoll dak tal-Kbar. Permezz ta’ card li jingħataw mill-iskola tagħhom stess, l-istudenti jkunu jistgħu jiġbru l-passaport tagħhom fl-ewwel żjara li jagħmlu f’sit jew mużew ta’ Heritage Malta. Fil-każ tal-anzjani, dawn jistgħu japplikaw għall-Passaport Kulturali dirett mill-Kunsill Lokali rispettiv tagħhom. Wara ċertu numru ta’ żjarat, fejn kull darba l-passaport jiġi ttimbrat, l-istudenti jkollhom aċċess speċjali għal siti li rarament jinfetħu għall-pubbliku jew mhumiex parti minn din l-iskema, bħall-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni. Mis-sena li għaddiet, Heritage Malta wkoll laħqet ftehim mal-Konkatidral ta’ San Ġwann biex din il-ġawhra fil-kapitali tagħna tiżdied mal-lista ta’ postijiet fejn jista’ jsir użu mill-pass-

170,000 ŻJARA KULTURALI B’XEJN F’SENTEJN U NOFS L-AKTAR UŻU TAL-PASSAPORT SIT/MUŻEW

STUDENTI*

Għar Dalam

9,335

Mużew tal-Istorja Naturali

8,877

Tempji tal-Ġgantija

8,493

Tempju ta’ Ħaġar Qim

7,675

Villa Rumana

7,117

SIT/MUŻEW

ANZJANI**

Mużew tal-Arti - MUŻA

3,029

Tempji tal-Ġgantija

2,022

Armerija tal-Palazz

1,631

Forti Sant’Anġlu

1,561

Mużew tal-Arkeoloġija

1,525

*Jannar 2019-Settembru 2021 **Ġunju 2019-Settembru 2021

UŻU TAL-PASSAPORT TA’ HERITAGE MALTA

aport kulturali u b’hekk ikompli jitwessa’ l-iskop edukattiv tiegħu. Fit-tnedija tal-inizjattiva, lura Passaport Studenti Passaport Anzjani għall-2018, id-Direttur Eżekuttiv ta’ Heritage Malta Mario Cuta2019 2020** 2021*** 2019* 2020** 2021*** Siti / Mużewijiet jar kien qal li l-inizjattiva kellha Għar Dalam 5976 1381 1978 660 362 181 l-għan li tgħin lil bosta studenti jagħrfu l-istorja ta’ ġensna u Ħaġar Qim 5209 1310 1156 557 459 153 ta’ pajjiżna. “Dan ikun ifisser li Il-Palazz tal-Inkwiżitur 3619 655 478 729 268 96 qed nagħtu inizjattiva – waħda L-Imnajdra 3662 1193 1124 399 292 127 mill-isbaħ inizjattivi – li permezz tagħha wieħed jista’ jagħraf aktar Il-Mużew Marittimu 3064 61 0 422 95 0 l-identità ta’ Malta, l-esperjenza Id-Domus Rumana 5403 837 877 855 484 164 ta’ Malta u l-istorja ta’ Malta. InqaIl-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija 3586 788 835 1005 367 153 jmu kuxjenza ikbar għal dak kollu li hu Malti,” kien qal is-Sur Cutajar. Muża 3763 737 721 1954 673 402 Miċ-ċifri ta’ sentejn ilu lil 6347 655 1875 875 273 213 hawn joħroġ ukoll li l-2019 għad- Il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali ha bl-akbar ammont ta’ żjarat Il-Forti Sant’Iermu u l-Mużew tal-Gwerra 2917 812 903 492 313 128 bil-Passaporti. Dan kien ukoll Il-Forti Sant’Anġlu 4444 795 903 1018 343 200 ir-riżultat għall-fatt li s-sena li L-Armerija tal-Palazz 4219 495 707 1164 348 119 għaddiet kienet ikkaratterizzata minn għeluq u restrizzjonijiet Il-Katakombi ta’ San Pawl 3783 651 661 573 188 79 f’postijiet li ma kinux meqjusin Is-Swali Statali 3787 154 0 1004 76 0 bħala essenzjali, inklużi s-siti u l-mużewijiet kollha, kawża It-Tempji ta’ Ħal Tarxien 2418 604 475 308 280 40 tal-pandemija globali. Fortress Builders 289 98 0 74 28 0 Meta fil-bidu ta’ din is-sena Il-Gran Castello, Għawdex 3347 797 796 577 180 103 kienu qed jiġu rilaxxati ċerti restrizzjonijiet, kien hemm żieda ta’ It-Tempji tal-Ġgantija, Għawdex 5511 1468 1514 1262 452 308 attendenzi f’tali postijiet storiċi Il-Mużew tal-Arkeoloġija, Għawdex 4127 891 1036 757 260 148 u kulturali, tant li f’Jannar u Frar Il-Mużew tal-Istorja Naturali, Għawdex 4071 940 804 570 210 75 laħqu livelli tal-2019. Minkejja dan, kollox reġa’ ġie ristrett f’Marzu u Il-Mitħna ta’ Kola 3753 558 1023 936 190 220 f’April b’mod partikolari. Iċ-ċifra Il-Ħabs l-Antik, Għawdex 4516 1174 1162 840 287 125 ta’ Settembru li għadda, imqabbla max-xhur ta’ qabel, tindika żieda Borġ In-Nadur 3163 588 716 158 119 92 fil-viżitaturi żgħar u kbar. It-Tempji Ta’ Ħaġrat 882 243 150 42 62 40 L-akbar ammont ta’ studenti li It-Tempji Ta’ Skorba 1069 251 223 71 99 29 użaw il-passaport kulturali f’xahar wieħed kienu f’Marzu u f’April Il-Katakombi Ta’ Bistra 146 3 74 1 9 35 tal-2019 meta kien hemm iżjed Iċ-Ċittadella 3389 938 878 794 251 120 minn 16,000 u 14,000 rispettivament li żaru s-siti u l-mużewijiet * beda jintuża minn Ġunju 2019 ta’ Heritage Malta u għamlu użu **April - Ġunju 2020 siti u mużewijiet kienu magħluqin minħabba restrizzjonijiet tal-pandemija ***data sal-aħħar ta’ Settembru 2021. F’April din is-sena s-siti u l-mużewijiet kienu magħluqin kawża tal-COVID-19 mill-aċċess b’xejn.


10

14.11.2021

KRIŻI FL-UE … F’MALTA STABBILITÀ IL-PREZZIJIET EWROPEJ TAL-ENERĠIJA JKOMPLU JISPLODU, ĦLIEF F’MALTA Id-deċiżjonijiet li ħa u qed ikompli jieħu l-Gvern Malti qed iwasslu biex il-konsumaturi ma jħossux id-daqqa tal-prezzijiet tal-enerġija li komplew jisplodu f’dawn l-aħħar xhur. Komunikazzjoni uffiċjali maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea turi kif ħafna konsumaturi madwar il-pajjiżi stati tal-Unjoni Ewropea qed ikollhom iħallsu prezzijiet ogħla għad-dawl u biex isaħħnu d-djar tagħhom wara splużjoni fil-prezzijiet internazzjonali. Din is-sitwazzjoni wasslet ukoll biex il-mexxejja u l-Ministri tal-enerġija jiltaqgħu biex isibu soluzzjonijiet li jindirizzaw din il-kwistjoni. Dan hekk kif il-pajjiżi għaddejjin bilproċess ta’ rkupru ekonomiku u ż-żieda qawwija fil-prezzijiet tista’ timpatta dan l-irkupru. F’rapport uffiċjali, il-Kummissjoni Ewropea tispjega li ż-żieda fil-prezzijiet hija primarjament attribwita għad-domanda globali tal-gass hekk kif l-ekonomiji qed jippruvaw jirkpuraw mill-pandemija talCOVID-19. Fl-istess ħin, iż-żieda fid-domanda mhix issib il-provvista neċessarja. Dan mhux qed jinħass biss fl-Unjoni Ewropea imma anke f’diversi reġjuni oħra madwar id-dinja. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Gvern Malti tul l-aħħar snin għamluha possibbli biex il-kontijiet jinżammu stabbli. Minbarra hekk, il-Gvern Malti insista mal-UE li Malta għandha tingħata l-għodod neċessarji biex ittaffi l-piż minn fuq in-negozji u l-familji. F’laqgħat li kellhom il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli saħqu biex ir-realtajiet ta’ Malta jkunu rikonoxxuti. “L-energy mix ta’ Malta tagħti serħan il-moħħ fejn tidħol provvista. L-istrateġija ekonomika tal-Gvern, li bħala prijorità tpoġġi l-fiduċja fl-ekonomija, tagħti s-serħan il-moħħ li t-tmexxija tal-pajjiż mhux se tieħu t-triq il-faċli li tgħabbi l-piż fuq in-negozji u l-familji qisu xejn mhu xejn,” spjegat il-Ministru Miriam Dalli. Ħarsa lejn il-prezzijiet tal-elettriku madwar l-Unjoni

Ewropea turi splużjoni fil-prezzijiet. Żieda ta’ 21% fil-prezz tal-elettriku fil-Belġju; żieda ta’ 48% fir-Rumanija; żieda ta’ 17% fil-Litwanja. Fl-Italja, il-gass għola b’14%. Fid-Danimarka, il-gass għola b’51%; fi Spanja saħansitra b’103% u l-lista tkompli. Il-pressjoni fiż-żieda wasslet ukoll biex uħud mis-suppliers f’pajjiżi oħra qed ikollhom jagħlqu. Fir-Renju Unit biss, aktar minn żewġ miljun dar spiċċaw mingħajr supplier tal-enerġija wara li kien hemm 16-il kumpanija li waqfu joperaw. L-istess qed jiġri biż-żieda qawwija fil-prezz internazzjonali taż-żejt li wasslet għal żieda ta’ bejn 20% u 30% fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel madwar ilpajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. B’investiment ta’ €25 miljun mill-Gvern, din il-ġimgħa daħal fis-seħħ avviż legali li permezz tiegħu l-Gvern se jkun qiegħed inaqqas it-taxxa fuq il-fuel biex ma jiżdidux il-prezzijiet tal-petrol u tad-diesel mill-pompi. “Fl-ewwel pakkett ta’ inċentivi marbuta mal-pandemija f’Ġunju tas-sena li għaddiet, ilGvern kien raħħas il-fuel b’seba’ ċenteżmi. Ma nemmnux fil-politika ta’ min irid jgħabbi lin-nies bil-piżijiet. Biex insaħħu lil pajjiżna jeħtieġ miżuri li jgħinu lill-familji u lin-negozji,” spjegat il-Ministru Dalli. Fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista, meta għolew il-prezzijiet internazzjonali, il-poplu spiċċa b’kontijiet ogħla u b’ħames bozoz.

L-energy mix ta’ Malta tagħti serħan il-moħħ fejn tidħol provvista


11

14.11.2021

“LUZZU” FOST 80 NOMINAZZJONI BIEX JINTGĦAŻLU L-FINALISTI TAL-OSCARS BĦAL-LUM ĠIMGĦA JKUNU MAGĦRUFIN IL-15-IL FINALISTA GĦALL-BEST INTERNATIONAL FEATURE Il-film Malti Luzzu tad-Diret­tur Alex Camilleri se jħabbat­ha ma’ 79 sottomissjoni oħra fil-kategorija tal-Best Interna­tional Feature bi tħejjija għas-serata finali tal-Oscars. Dan sar magħruf wara li għalaq iżżmien għas-sottomissjonijiet għall-94 edizzjoni tal-Academy Awards, li se ssir fis-27 ta’ Marzu li ġej fid-Dolby Theatre ta’ Los Angeles. Lista iqsar ta’ 15-il sottomissjoni għal din il-kategorija titħabbar fil-21 ta’ Diċembru, waqt li l-ħames nominati għall-finali jkunu magħrufin fit8 ta’ Frar li ġej. Mit-80 nominazzjoni ta’ films, li fil-maġġoranza assoluta ma jkunux bl-Ingliż, kważi nofshom ġejjin mill-kontinent Ewropew. Is-sottomissjoni għall-Oscars tal-film Luzzu, li hu bilMalti, tirkeb fuq is-suċċess internazzjonali li diġà kiseb, it-talent rikonoxxut Malti u anke l-industrija tal-films lokali li ngħatat spinta qawwija partikolarment f’dawn l-aħħar snin. Din hi t-tieni darba li film Malti qed ikun mal-lista ta’ sottomissjonijiet għall-unur prestiġjuż wara Simshar ta’ Rebecca Cremona fl-2015. Għall-ewwel darba mill-2018, iċ-ċerimonja tal-Oscars li jmiss se ssir fix-xahar ta’ Marzu biex ma taħbatx mal-Olimpjadi tax-Xitwa. Luzzu hu d-debutt ta’ Camilleri bħala direttur wara karriera estensiva jaħdem ma’ ħaddieħor f’films qosra. Hu mniżżel ukoll bħala editur fil-films ta’ Ramin Bahrani 99

Homes u Fahrenheit 451. Minnaħa l-oħra, issa hu Bahrani li tqabbad bħala producer fuq il-film Luzzu, li jirrakkonta l-istorja ta’ raġel li jirriskja kollox biex jipprovdi għejxien diċenti għal martu u binhom tat-twelid, anke jekk dan ifisser li jidħol f’industrija klandestina tas-sajd. Skont ir-regoli tal-Academy Awards, il-kategorija tal-feature films internazzjonali tiġ-

bor fi ħdanha xogħlijiet ċinematografiċi maħdumin barra l-Istati Uniti tal-Amerka u tista’ tinkludi films animati u dokumentarji. Il-films sottomessi għallOscars iridu jkunu ntwerew fiċ-ċinema fil-pajjiżi rispettivi tagħhom bejn l-1 ta’ Jannar tal-2021 u l-31 ta’ Diċembru tal-2021. Il-kategorija tal-Best International Feature ta’ din is-sena tinkludi 13-il sottomiss-

joni inqas mis-sena li għaddiet. Luzzu, li ddebutta fis-Sundance Film Festival f’Jannar li għadda, fejn il-protagonist Jesmark Scicluna wkoll rebaħ il-kategorija tal-World Dramatic Special Jury Award, hu l-ewwel film Malti li qatt intgħażel biex jifforma parti mill-ewwel għażla għall-European Film Awards.

Id-Direttur Alex Camilleri

MALTA “IDEALI GĦAN-NOMADI DIĠITALI U IŻJED” Grazzi għall-ogħla rata fl-Unjoni Ewropea ta’ nies imlaqqmin kontra l-pande­ mija tal-COVID-19 u l-programm ġdid tan-Nomad Residence Permit, Mal­ ta hi l-post idea­li, skont il-BBC, għal dawk li jridu jappro­fittaw irwieħ­hom mill-miżuri ta’ xogħol remot li qed jiġi offrut minn kumpaniji privati f’għadd ta’ pajjiżi madwar il-globu. “Il-pajjiż fil-Mediterran jista’ jkun żgħir, iżda r-rispons tiegħu għallpan­demija kien enormi. Wara wħud mill-miżuri stretti fl-Ewropa, il-pajjiż issa qed jiftaħ il-fruntieri u jilqa’ millġdid il-barranin b’mod sigur, grazzi għal waħda mill-ogħla rati ta’ tilqim fid-dinja,” qalet il-BBC din il-ġimgħa. Il-korporazzjoni Brittanika kkwo­tat ukoll id-dikjarazzjoni riċenti taċ-Ċentru

Ewropew għall-Kontroll u l-Pre­venzjoni il-gżira sa sena (bl-opportunità ta’ tiġtal-Mard (ECDC), li qal li Malta u l-Portu- did). Applikanti jridu jippruvaw li jistgall huma l-aktar pajjiżi siguri biex tiv- għu jaħdmu b’mod remot, għandhom vjaġġa lejhom din ix-xitwa li ġejja. impjieg fiss ma’ xi ħadd jew joffru xogWaqt li qalet li Malta ħol freelance inkella hija aktar milli mħejjiservizzi ta’ konsulenza ja biex tilqa’ viżitaturi u jdaħħlu mill-inqas internazz­jonali li jkunu €2,700 fix-xahar. mlaqqmin, speċjalMinbarra hekk, firment dawk li jistgħu rap­ port tagħha l-BBC BBC: Malta ilha jaħdmu b’mod remot, issemmi l-għadd ta’ tagħmel avvanzi faħħret ukoll diversi inċentivi għal dawk li avvanzi li seħħew fl- sinifi­­kanti fl-ambjent jagħżlu l-pajjiż f’nofs aħħar snin. il-Mediterran biex fl-aħħar snin “F’Ġunju 2021, Maliqattgħu jiem ta’ mista nediet il-prog­ramm trieħ, anke għal dawk tagħha għall-permess ta’ residen­za lil li jridu jgawdu ambjent naturali straordawk il-persuni li jżommu l-impjieg dinarju. tagħhom barra l-pajjiż u jgħixu fuq Waqt li rrakkomandat il-veduti spet-

takolari tal-Majjistral tal-pajjiż, inkluż fil-ħin tal-għabex, il-BBC faħħret ukoll l-avvanzi li pajjiżna rnexxielu jagħmel fiż-żamma u l-kura tal-ambjent b’mod ġenerali. “Malta ilha tagħmel avvanzi sinifi­­ kanti fl-ambjent fl-aħħar snin, biex illum tinsab fl-10 post tal-Indiċi Globali tas-Sostenibilità maħruġ minn earth.org. Din is-sena wkoll għadha kemm nediet l-istrateġija nazzjonali għal ekonomija ċirkolari, li tassi­gura li l-produtturi jib­qgħu responsab­bli fejn jispiċċaw il-prodotti tagħhom u tħeġġeġ għal użu mill-ġdid, riċiklar u tnaqqis inġenerali tar-riżorsi,” kompla jingħad fl-artiklu estensiv fit-taqsima tal-ivvjaġġar tal-BBC, li tiftaħar li għandha aktar minn tliet miljun segwaċi.


12

14.11.2021

POLITIKA GĦAL-LUM U GĦAL GĦADA

BYRON CAMILLERI Ministru

Bil-mod il-mod, wara ħafna xhur pajjiżna qed jinħall mir-restrizzjonijiet u l-protokolli tal-pandemija u b’kawtela qed nimxu ’l quddiem b’pass aktar mgħaġġel minn pajjiżi ferm ikbar tal-Unjoni Ewropea. Hekk kif wasalna fl-aħħar ġimgħat tal-2021, kulħadd qed iħares ’il quddiem għas-sena l-ġdida. Madanakollu, bis-sitwazzjoni politika internazzjonali, is-snin li ġejjin żgur li mhux se jkunu faċli, hekk kif l-istess pandemija ħolqot kriżi wara l-oħra. F’pajjiżna Gvern Laburista ħejja pedament

finanzjarju sod li se jwassal biex pajjiżna jkun kapaċi jegħleb kwalunkwe sfida li tiġi quddiemna. Waqt il-pandemija, il-Gvern kien iffokat li jsalva l-ħajjiet tal-poplu Malti u Għawdxi filwaqt li ħadem qatigħ biex isalva eluf ta’ impjiegi. Kien hemm mumenti ta’ qtigħ il-qalb, li kienu diffiċli ħafna imma dejjem imxejna bi prinċipju wieħed: bqajna kalmi, analizzajna l-problemi li kien hemm minn żmien għal żmien, ir-realtajiet li bdew jitfaċċaw u qatt ma qadna lura milli nieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa. Però dan iġibni għat-tema tal-artiklu tiegħi. Anke waqt li għaddej dan kollu, il-Gvern Laburista għandu l-kuraġġ ukoll li jaqdi l-irwoli li suppost taqdi l-Oppożizzjoni. Waqt li qiegħed fil-Gvern, il-Partit Laburista qed jipprepara għal dak li s-sondaġġi ilhom juru kontinwament, dak li l-appoġġ hu wieħed kostanti u li saħansitra jiżdied xahar wara ieħor. Mill-Gvern, il-Partit Laburista rnexxielu jkompli jkun verżjoni aħjar tiegħu nnifsu billi anke jixpruna l-politika tal-bidla. Qed juri kemm hu

kapaċi jkompli jissaħħaħ u jindirizza l-kwistjonijiet ewlenin li setgħu tħallew jaqgħu lura fis-snin ta’ qabel. Il-programm b’saħħtu ta’ riformi fil-qasam tal-governanza tajba u saltna tad-dritt huma biss parti minn proċess kontinwu ta’ tiġdid li qed jaħdem fuqu dan il-Gvern. Insemmi l-proġett tal-100 idea li fih il-Partit Laburista ħejja numru ta’ proposti li jixtieq jara jiġu implimentati fis-snin li ġejjin. Però l-aktar punt kruċjali hu li f’dawn l-aħħar snin il-Gvern dejjem baqa’ viċin innies u żamm idejh fuq il-polz tal-poplu. Matul dawn l-aħħar tmien snin, il-Gvern żamm ’il bogħod mill-miżuri ta’ awsterità li l-amministrazzjoni preċedenti Nazzjonalista kienet famuża għalihom. Dan kollu filwaqt li l-Gvern xerred uċuħ qodma u daħħal demm ġdid u enerġetiku fil-qatgħa. Min-naħa l-oħra, il-Partit Laburista kellu jassumi rwol differenti. Dan għaliex l-Oppożizzjoni tinsab f’kollass intern totali minħabba li l-interessi personali għalihom jipprevalu fuq l-interess komuni. Sena wara sena ta’ ġlied

u sabotaġġi interni, dgħajfet b’mod drammatiku Oppożizzjoni li għamlet lilha nnifisha totalment irrelevanti. L-Oppożizzjoni mhux biss naqset bil-kbir milli twettaq il-bidla u tagħmel it-tibdil intern tant meħtieġ, iżda l-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni għamel wisq żbalji u kellu wisq mexxejja dgħajfin li l-elettorat lanqas biss iħossu sigur u komdu jafda partit bħal dan fl-Oppożizzjoni aħseb u ara filGvern. Il-pajjiż għandu bżonn Oppożizzjoni soda u affidabbli iżda sakemm jasal dak iż-żmien, il-Partit Laburista jrid ikun il-partit fil-Gvern fl-istess waqt li jkun il-vuċi tal-Oppożizzjoni. Il-politika tal-Gvern jeħtieġ li tiġi evalwata u kkritikata. Wieħed irid jieqaf jaħseb b’mod tradizzjonali u jipproponi ideat u inizjattivi ġodda li forsi l-Gvern ma ħasibx għalihom. Dak hu l-irwol ta’ Oppożizzjoni reali. Mhux xi ideat nofshom studjati mingħajr analiżi sura ta’ kemm ser jiswew lill-pajjiż. Tmexxija bla prinċipju ma tagħmilx tajjeb lill-pajjiż li għandu demokrazija moder-

na, iżda sfortunatament dan huwa dak li qed toffri lill-elettorat l-Oppożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista. L-istil ta’ tmexxija ta’ Robert Abela kien essenzjali f’dawn iċ-ċirkostanzi. Il-Mexxej Laburista, kemm-il darba, wera li hu miftuħ għas-suġġerimenti, sakemm dawn jagħmlu sens u jkunu fl-interess nazzjonali. Dan hu l-mod ta’ kif tagħmel il-politika, partikolarment fi żmien meta l-Oppożizzjoni tal-pajjiż tnaqqret minħabba l-poter Makkjavelljan tagħha stess u l-ġlied ta’ bejniethom. Għalhekk, lil hinn missondaġġi jeħtieġ li nibqgħu nżommu saqajna mal-art, nibqgħu umli u qrib in-nies. Irridu nibqgħu partit li jiġġedded u jiġbed lejh iż-żgħażagħ u jafda fihom. Partit li jkompli jaħseb fil-minoranzi. Partit Laburista li jibqa’ l-partit talħaqq soċjali bil-politika tiegħu li jġib ix-xogħol u li jsaħħaħ il-ħaddiem, jeqred il-faqar u l-assigurazzjoni tal-aħjar livell tal-għajxien għal kulħadd. Sar ħafna u għandna ħafna x’jimlielna qalbna għal futur sabiħ u rebbieħ.

li qassamna lil pajjiżi oħra. Konna wieħed mill-ewwel pajjiżi li lħaqna r-rata ta’ tilqim. Erġajna se nkunu protagonisiti fil-pożittiv billi diġà bdejna namministraw it-tielet doża tal-vaċċin lill-anzjani u lill-persuni vulnerabbli.

Gvern b’politika msejsa fuq il-bżulija tal-akbar riżorsa tal-pajjiż, ir-riżorsa umana. Il-poplu fehem il-viżjoni ta’ dan il-Gvern, li fassal Baġit li jippremja l-bżulija waqt li joffri l-akbar għajnuna lil dak li l-aktar għandu bżonn. Viżjoni li tirrifletti l-prijoritajiet tan-nies billi tnaqqsu t-taxxi għal min hu bieżel. Pereżempju t-tnaqqis tar-rata tat-taxxa għal dawk li jagħmlu part-time, fejn issa ġiet 10% flok 15% u għajnuniet għal min jaqla’ inqas. Li jkollok il-ġid ekonomiku hu sabiħ, imma x’jiswa li jkollok il-flus u jkollok ambjent medjokri. Għalhekk qed naraw Baġit li se jkun ta’ sostenn għall-ambjent fejn qed naraw li se jinżergħu numru konsiderevoli ta’ siġar li permezz tagħhom apparti li jagħtuna arja pura, pajjiżna wkoll se jkun qed jagħti sehmu fit-tibdil tal-klima. Meta tara dan il-ġid kollu u tieqaf u taħseb, ma jkollok l-ebda dubju biex fl-elezzjoni ġenerali li jmiss tivvota lill-Partit Laburista, il-partit li minn dejjem kien fuq quddiem nett biex jara li l-ħajja tal-poplu Malti jkollha l-aqwa kwalità.

KURAĠĠ U VIŻJONI

ROMILDA B. ZARB Kandidata fil-11-il Distrett

Din il-ġimgħa permezz ta’ tweet il-Prim Ministru Robert Abela, għamel referenza għat-tbassir ekonomiku maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea (KE), fejn dan ittbassir tal-ħarifa qed jindika li dan il-pajjiż ċkejken f’nofs il-Mediterran, ser ikollu l-ogħla tkabbir ekonomiku fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea li jinsabu fiż-Żona Ewro. Aħbar formidabbli oħra hi li ser tkompli tonqos ir-rata tal-qgħad. F’dan l-istudju, ikkummissjonat mill-Kummissjoni Ewropea, qed nistennew li Malta se tgħaddi minn irkupru ferm

b’saħħtu wara l-pandemija. Bla ebda dubju dan l-istudju qed ikompli jikkonferma l-kredibbiltà ta’ dan il-Gvern, li dak li jwiegħed iwettaq u fuq kollox Gvern li jaħseb fil-bżonnijiet ta’ kulħadd. Imma fuq kollox Gvern li min jiflaħ jinċentivah u min ma jiflaħx jgħinu ħalli ma jkunx hemm diskrepenza fil-kwalità tal-ħajja tan-nies. Jekk inħarsu lura lejn dawn ix-xhur li għaddew, minn mindu Robert Abela daħal fit-tmexxija tal-Partit Laburista u sussegwentament tal-pajjiż, ma tridx ħafna biex tirrealizza li kienu xhur bi sfidi kbar, sfidi li kienu mingħajr preċedent, iżda li bi tmexxija għaqlija u ħawtiela, qed jirnexxilna nħarsu lejn il-futur bi prosperità. Fil-quċċata ta’ dawn l-isfidi nsibu l-pandemija li ġabet magħha piżijiet kbar minn kull aspett. Il-Gvern immexxi mill-Partit Laburista m’għażilx il-politika tal-awsterità, li din kienet il-politika mħaddma meta kellna riċessjoni fl-2009 waqt iż-żmien ta’ Gvern immexxi mil-Partit Nazzjonalista. Għall-kuntrarju, Gvern La-

burista għażel li jħaddem il-politika ta’ inkoraġġiment biex isir l-investiment, għen u ta sostenn lill-ekonomija, għaraf u fittex niċeċ ġodda. Matul dawn ix-xhur tal-pandemija stajna naraw diversi inċentivi: fuq quddiem nett l-iskema tal-wage supplements. L-għan ewlieni ta’ din l-iskema hu biex ma jintilfux impjiegi u għaldaqstant meta rġajna ftaħna kellna l-ħaddiema diġà fuq il-post tax-xogħol, ippreparati biex ikunu jistgħu jwettqu l-ħidma tagħhom. L-iskema tat-tqassim tal-vouchers fejn kull resident li kellu età ta’ 16-il sena jew aktar irċieva żewġ settijiet ta’ vouchers ta’ €100 biex ikollna injezzjoni diretta fl-ekonomija Maltija. Għajnunijiet oħrajn ta’ min jinnota huma: tnaqqis fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma lin-negozji, differiment ta’ ħlasijiet tat-taxxa u u skemi varji mill-Malta Enterprise biex ikomplu jgħinu lil kull tip ta’ negozju. Ħaġa li tassew tagħmilna kburin li Maltin hu l-mod kif ġew akkwistati l-vaċċini u l-proċess tal-vaċċinazzjoni. Mhux talli kellna biżżejjed għalina, tal-

Fatti li jitkellmu waħedhom! 10,000 post tax-xogħol ġdid minn Jannar tal-2020, aktar minn 75% ta’ dawn ix-xhur kienu f’perjodu ta’ pandemija, perjodu fejn flok l-Oppożizzjoni kkoperat, għamlet minn kollox biex takkwista punti politiċi billi xerrdet biża’ u negattività. Il-Gvern minflok qagħad jibki xortih, wera li jħobb il-poplu u l-ġid tiegħu, xammar ilkmiem u ħadem. Gvern li għalkemm waqt sitwazzjoni bla preċedent bi previżjonijiet devastanti, bit-tħabrik u bit-tmexxija soda tiegħu bidel il-qtigħ il-qalb, f’opportunità u prosperità. Mhux ta’ b’xejn li survey wara l-ieħor jurina li dan il-Gvern qed ikompli jżid il-fiduċja. Il-poplu jagħraf min vera jridlu l-ġid u ta’ dan qed ikun grat.


13

14.11.2021

OPPOŻIZZJONI B’VUĊI IŻOLATA

MIRIAM DALLI Ministru

Tipprova kemm tipprova tnessi l-Oppożizzjoni, fl-aħħar jiem il-Parlament Malti ddiskuta l-Baġit għas-sena d-dieħla. Il-pjan tal-Gvern għall-2022 biex intejbu l-ħajja tal-Maltin u tal-Għawdxin. Dawn huma l-inizjattivi u l-miżuri li jsawru l-vizjoni ta’ dan il-Gvern. Proprju dak li dħalna fil-politika għalih. X’qalu l-imsieħba soċjali dwar dan il-pjan? Qed jgħidu li: 1. “Baġit li jagħraf ir-real-

tajiet tal-lum”; 2. “Baġit li jinvesti fil-kwalità tal-ħajja”; 3. “Baġit li huwa soċjalment b’saħħtu”; 4. “Baġit li joffri aktar disposable income”; 5. “Baġit bi strategija li tiġġenera t-tkabbir ekonomiku”; 6. “Baġit li jiffoka fuq il-kapital uman u l-ambjent”; 7. “Baġit pożittiv li jassigura s-sostenibbiltà ekonomika u ambjentali”. Dikjarazzjonijiet li juru kemm l-Oppożizzjoni hi vuċi iżolata. Vuċi iżolata għax l-imsieħba soċjali kienu partners attivi biex fassalna l-Baġit għas-sena d-dieħla. Dan huwa Baġit li jagħti prijorità lill-ambjent u lit-tkabbir ekonomiku biex ikun ambjentalment sostenibbli, sostenibbli fil-governanza tiegħu; u sostenibbli fl-impatt tiegħu fuq is-soċjetà. Ressaqna baġit li joffri l-opportunità lill-investituri lokali u barranin jinvestu f ’oqsma differenti biex insaħħu l-infrastruttura ta’

pajjiżna f ’kull sens tagħha, minn dik diġitali sa dik ambjentali. Għax hekk nibnu l-Malta li Rridu għal Uliedna. Meta bħall-Ħadd li għadda jkun ippubblikat xi stħarriġ tal-opinjoni pubblika li jixhed kemm in-nies għandhom fiduċja f ’dan il-Gvern, jien dejjem niġbed konklużjoni waħda: il-bżonn u r-responsabbiltà akbar fuqna li dik il-fiduċja naħdmu għaliha kuljum. Naħdmu għaliha billi nieħdu d-deċiżjonijiet it-tajbin.

Billi f ’kulma nagħmlu nġibu n-nies quddiem għajnejna. Għalhekk dan il-Baġit għandu jagħti spinta lill-irkupru ta’ pajjiżna. Għal darb’oħra rġajna ma żidniex it-taxxi, anzi, komplejna nnaqqsu l-piż tat-taxxa. Minkejja l-kriżi internazzjonali madwarna, ħallejna l-kontijiet tad-dawl u l-ilma stabbli biex baqgħu fost l-orħos madwar l-Unjoni Ewropea u l-orħos fiż-Żona Ewro. L-istess bil-prezz tal-fuel fejn għandna l-ak-

Ressaqna Baġit li joffri l-opportunità lill-investituri lokali u barranin jinvestu f’oqsma differenti biex insaħħu l-infrastruttura ta’ pajjiżna f’kull sens tagħha, minn dik diġitali sa dik ambjentali

tar prezzijiet baxxi fiż-Żona Ewro. Qed inkunu ta’ sostenn għall-intraprizi u l-ħaddiema permezz tal-Wage Supplement u qed noffru l-għajnuna biex ninċentivaw l-intrapriża, il-kreattività u s-sostenibbiltà. Qed inħeġġu lin-negozji jinvestu filwaqt li nippromwovu politika li tieħu ħsieb l-ambjent. F’dan il-Baġit il-Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli qiegħed jippreżenta mal40 miżura b’investiment ta’ €270 miljun. Flus maħsuba biex itejbu ħajjet in-nies. Biex insaħħu l-intrapriża Maltija fl-oqsma kollha tagħha. Biex nibqgħu noffru serħan ilmoħħ fis-settur tal-enerġija u fuq kollox biex nagħtu lill-familji Maltin u Għawdxin iktar spazji miftuħa. U n-nies għandhom moħħhom mistrieħ li dan ilGvern għandu l-kredibilità li jwettaq dak li jwiegħed. Li dan huwa l-Gvern li quddiem l-ikbar sfida f ’sekli, salvajna l-impjiegi u l-ħajjiet.

JEKK MA TAQBILX ITLAQ U IBQA’!

GLENN BEDINGFIELD Whip tal-Gvern

Illum se nikteb fuq suġġett li ma tantx nitkellem dwaru u fil-verità mhux se nidħol direttament fil-mertu ta’ jekk f’Malta għandux jidħol l-abort jew le, iżda minn dak li rajna fil-jiem li għaddew dwar dan is-suġġett nistgħu nieħdu idea ta’ kif imexxi Bernard Grech. Irrid ngħid li l-Partit Nazzjonalista huwa magħmul, storikament, minn fazzjonijiet differenti. Hemm dawk li huma konservattivi li għandhom għeruq demokristjani, hemm oħrajn li resqu lejn iċ-ċentru tal-politika waqt li hemm oħrajn li huma ik-

tar liberali fil-ħsieb politiku tagħhom. Bla dubju li l-aktar fazzjoni b’saħħitha fil-PN hija dik konservattiva li ma taċċettax li jkun hemm politika li b’xi mod tidher iktar liberali. Ġara li xi jiem ilu l-PN għamel konferenza tal-aħbarijiet biex iħabbar li kien lest jibda dibattitu fuq l-abort. Dan il-ħsieb kien xprunat mill-ferneżija li bħalissa iwiegħed kollox lil kulħadd. Saħansitra qed iwiegħed affarijiet li jmorru kontra l-prinċipji tiegħu stess. Il-konferenza tal-aħbarijiet kienet indirizzata minn Emma Portelli Bonnici u Stephen Spiteri. Portelli Bonnici hija magħrufa bħala persuna li hija pro-choice, jiġifieri favur l-għażla u allura tikkunsidra d-dħul tal-abort. Dik hija deċiżjoni tagħha u għandha dritt taħseb hekk mingħajr ħadd ma jimponi xejn fuqha. L-aħbar li l-PN lest jibda diskussjoni fuq l-abort niżlet ħażin ħafna ma’ għadd ta’ persuni li jappoġġjaw lill-PN u sfortunatament, Bonnici Portelli kienet attakkata bl-addoċċ u bl-aktar mod aħrax li

ma jagħmilx ġieħ lil min jgħid dak id-diskors. X’għamel Bernard Grech? Kif raha li ġietu ħażina għamel dikjarazzjoni, jew aħjar kien imġiegħel jagħmel dikjarazzjoni li min hu favur l-abort m’għandux postu fil-PN. Għandu dritt jaħseb hekk u jiddeċiedi hekk ukoll għaliex kull partit għandu dritt jagħmel il-policy tiegħu. Mela allura toħroġ waħidha l-mistoqsija, għaliex Bernard Grech wiegħed li jagħmel diskussjoni fuq l-abort? Biex jidħak b’dawk li huma favur ħalli jagħtuh il-vot.

Qed juri li lest jagħmel minn kollox biex jisraq ilvot tan-nies. Fil-politika trid ikollok pożizzjoni, ma tistax twiegħed kollox lil kulħadd. Ma tistax tidħak bin-nies biex tisraq il-vot tagħhom. Lura għall-pożizzjoni ta’ Bernard Grech fuq l-abort meta għaxxaqha u qal li min hu favur l-abort m’għandux postu fil-PN u mhux se jaċċetta kandidati tiegħu favur l-abort. Iżda f’anqas minn 24 siegħa wara reġa’ bidel il-pożizzjoni għaliex qala’ kritika li qed jeskludi mill-partit lil dawk li huma favur l-abort u kellu

Qed juri li lest jagħmel minn kollox biex jisraq il-vot tan-nies. Fil-politika trid ikollok pożizzjoni, ma tistax twiegħed kollox lil kulħadd. Ma tistax tidħak bin-nies biex tisraq il-vot tagħhom

jaċċetta lil Portelli Bonnici bħala kandidata. Min-naħa tagħha l-kandidata wkoll għamlet u-turn u ddikjarat li se tikkontesta l-elezzjoni minkejja li mhix aċċettata bħala persuna pro-choice f’partit li l-motto tiegħu huwa Religio et Patria. Bernard Grech kellu jaċċettaha u hi kelha taċċetta li tagħlaq ħalqha, tinsa fiex temmen u tkompli tħabbat il-bibien qisu ma ġara xejn! Dan huwa sintomu ta’ partit iddisprat biex jirbaħ l-elezzjoni. Dan mhux metodu kif tagħmel il-politika. L-opinjoni tan-nies tgħodd. Iżda prinċipju huwa prinċipju u jekk ikun persuna, jew jekk ikun partit, prinċipju m’għandux jinbidel għal skop tal-voti. L-elezzjoni tirbaħha jekk ikollok politika tajba, pjan li jagħmel sens għan-nies mhux jekk iddur ma’ kull riħ. U jekk allura l-wegħda tal-PN li jiddiskuti l-abort kienet wegħda fiergħa biex jirbaħ il-voti, liema huma l-proposti l-oħra li għamel sempliċiment biex jirbaħ il-voti? Naħseb li hemm ħafna. Inħalli f’idejn il-qarrej biex jiddeċiedi.


14

14.11.2021

IT-TMINT IKLIE

Peter

Charlie

Sophie

“Jaħdem daqs kelb!” Hekk jgħid il-qawl Malti u l-istess jista’ jingħad għall-klieb tad-Dwana li jaħdmu qatigħ għad-Dipartiment fil-ġlieda kontinwa kontra l-kummerċ illeċitu. Fi ħdan id-Dipartiment tad-Dwana, b’kollox hemm tmint iklieb imħarrġa biex ixommu d-droga, it-tabakk u l-flus. Dawn il-ħlejqiet huma l-għożża tad-Dipartiment għax bissaħħa tagħhom, kif ukoll permezz tad-dedikazzjoni tat-trainers li jħarrġuhom, dawn il-klieb huma kapaċi jħaffu xogħol id-Dwana f’dak li għandu x’jaqsam mal-infurzar kontra l-illegalitajiet. Il-klieb jintgħażlu abbażi dik li tissejjaħ play drive u prey drive fejn jitqies kemm ikollhom għatx u ħeġġa biex jilagħbu u kemm huma kapaċi jippersistu u jiffokaw. Il-kelb jagħti indikazzjoni meta jxammem xi ħaġa illeċita li tiggwida lill-fizzjali jagħmlu t-tfittxijiet neċessarji. Għall-kelb, tfittxija ma tfisser xejn ħlief logħba, fejn qed ifittex il-premju mixtieq, li huwa l-ballun jew ġugarell, iżda fil-verità jkun qed jikxef dak li d-dwana tkun qed tfittex. Kelb tad-dwana, li huwa meqjus ukoll bħala fizzjal tad-Dwana, jiġi mħarreġ b’mod fiżiku fejn xogħlu huwa pjuttost stressanti u jieħu ċertu tul. Il-kelb jitħarreġ fix-xamma tal-flus, tabakk u droga. Ta’ disa’ xhur, kelb jintgħażel abbażi tar-rekwiżiti meħtieġa u jdum madwar tliet xhur biex jidra fejn se jibda jkun stazzjonat. Barra minn hekk, ikollu wkoll bejn 12 u 18-il-ġimgħa taħriġ mal-instructor u l-handler sakemm jasal biex joħroġ fis-servizz. Bħala medja, wieħed minn kull 45 kelb biss ikun kapaċi jwettaq dan ix-xogħol tant importanti. Il-klieb tad-Dwana jinżammu fil-Canine Compound, f’Ħal Far, li huwa wieħed mill-aħħar proġetti kbar tad-Dwana. Din il-binja nbniet apposta biex jinżammu u jitħarrġu fiha l-klieb.

Ted

Il-Canine Unit hija taqsima aw taqsimiet ta’ infurzar oħrajn f l-Ħasil tal-Flus, it-Taqsima tal tal-Iscanning.

Niltaqgħu ftit mal-klieb tad-Dw

F’dawn l-aħħar tliet snin, il-kli tali biex inqabdu €1,698,727 fi fl tobacco, 7,194 landa Snus u 26.4 PETER

Peter huwa x’aktarx l-aktar k mhux l-ewwel darba li spiċċa et. Huwa tar-razza Springer Sp Peter wasal sabiex rebaħ prem Kelb fis-Servizz f’Malta (Best D mill-Ministeru għall-Agrikoltur l-Uffiċċju tal-Kummissarju għa CHARLIE

Charlie, li huwa tar-razza Lab servizz u huwa mħarreġ fuq flu SOPHIE

Sophie, Labrador ukoll, hija l-un servizz tliet snin. Il-kelba hija m


15

14.11.2021

EB TAD-DWANA

Stan

wtonoma li taħdem id f’id ma’ TED fosthom it-Taqsima ta’ Kontra al-Infurzar kif ukoll it-Taqsima Ted li ilu fis-servizz tliet snin jarmi enerġija kbira u huwa tar-razza Cocker Spaniel. Huwa mħarreġ fuq tabakk u droga. wana... SPARKY ieb tad-Dwana kienu strumenflus kontanti, 227.534kg chewing Sparky, tar-razza Springer Spaniel, huwa mħarreġ fuq ta433kg kannabis, fost oħrajn. bakk u droga u ilu fis-servizz tliet snin.

kelb magħruf f’Malta hekk kif fl-istejjer ewlenin tal-aħbarijipaniel u ilu fis-servizz tliet snin. mju dan l-aħħar bħala l-Aqwa Dog in Uniform Award) mogħti ura u d-Drittijiet tal-Annimali u all-Ħarsien tal-Annimali.

STAN Stan, tar-razza Labrador, ilu fis-servizz tliet snin u tħarreġ biex ixammem tabakk u droga. GYPSY U ŻEKKIN

Gypsy u Żekkin ilhom biss sena fis-servizz. Gypsy huwa tar-razza Springer Spaniel u ġie mogħti b’donazzjoni lid-Dwana mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Żekkin, mill-banda l-oħra, huwa tar-razza Labrador u ġie ffinanzjat mill-Bank Ċentrali ta’ Malta. Il-klieb kollha, għajr għal Gypbrador, ukoll ilu tliet snin fis- sy, inxtraw mir-Renju Unit. us u tabakk. Il-klieb tar-razza Springers huma enerġetiċi ferm mentri l-Labradors huma aktar kalmi għalkemm persistenti fix-xogħol. Għalkemm il-klieb kollha għandhom karattru nika kelba tad-Dwana u ilha fis- ferrieħi, l-Ispringers jgħaġġlu ħafna f’xogħolhom mentri mħarrġa fuq flus u tabakk. klieb tal-Labrador jaħdmu b’mod kalm u sistematiku.

Sparky

Gypsy

Zekkin


16

14.11.2021

IL-POPLU JAGĦŻEL IL-KREDIBILITÀ

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Il-Ħadd li għadda ġew ippubblikati r-riżultati ta’ żewġ sondaġġi politiċi minn sorsi differenti. Ta’ min jinnota b’interess li s-sondaġġi kienu prattikament identiċi fejn qed juru appoġġ u fiduċja assoluta fil-Partit Laburista u aktar minn hekk fil-Prim Ministru Robert Abela li kompla jissaħħaħ. Biżżejjed naraw li minn Lulju li għadda ’l hawn Dr Robert Abela żied il-fiduċja fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni b’7.5%, hekk kif skont is-sondaġġ ta’ Dr Vincent Marmara, ilPrim Ministru jgawdi l-fiduċja ta’ 52.5% tal-elettorat Malti u Għawdxi. U ngħid jien dan ma jiġrix b’kumbinazzjoni. Lanqas kif forsi hemm min jargumenta li jiġri b’dak li jgħidu l-Ingliżi “by default”, għax m’hemmx għażla. Le. Din il-fiduċja f ’Dr Robert Abela hija r-riżultat tas-serjetà u l-kredibiltà li jipproġetta u jħaddem il-Prim Ministru fil-ħidma tiegħu. Ħidma b’integrità, b’ġustizzja li ma tħares lejn wiċċ ħadd u onesta fejn taf fejn int miegħu u mal-kumplament tal-Kabinett. Gvern Laburista huwa garanzija ta’ twettiq u implimentazzjoni. Biżżejjed naraw ħidmet il-Gvern f ’dawn iż-żminijiet ta’ sfida tal-pandemija, fejn ma ġabx skużi imma xammar il-kmiem u ħa l-azzjonijiet meħtieġa biex jissalvagwardja saħħet il-poplu, il-ħobża tal-poplu, il-livell ta’ għejxien tal-poplu u l-ekonomija sħiħa tal-pajjiż. U dan għamlu għax kien hemm diġà bażi soda fuq xiex idur, hekk kif matul iż-żewġ leġiżlaturi Gvern Laburista għaraf ikun għaqli fit-tmexxija u ħaseb li jibni ekonomija soda u reżiljenti sabiex tilqa’ għad-daqqiet, anki jekk straordinarji u kbar. Quddiem kriżi tal-enerġija globali qed naraw id-dinja kollha tgħolli l-prezzijiet tal-fuel u l-kontijiet tad-dawl. Gvern Laburista, konxju ta’ dan il-fatt, irnexxielu s’issa jilqa’ għal din il-problema kbira mondjali u konna aħna Malta, fost il-ftit pajjiżi li kemm l-fuel kif ukoll il-kontijiet tal-enerġija m’għolewx. U dan grazzi għal għażliet għaqlija li jkollna energy mix f ’pajjiżna u nkunu nistgħu nużaw dak li jaqblilna. Ħaddieħor ried jibqa’ juża ż-żejt jew jiddependi biss mill-interconnector. Kieku smajna minnhom, illum bla dubju diġà qed inħallsu kontijiet ogħla. Quddiem sfida oħra globali dik tat-tibdil tal-klima, Gvern Laburista huwa kom-

mess li jilqa’ għal din l-isfida u jaħdem sabiex pajjiżna jkun aktar nadif u inqas imniġġes għalina u aktar minn hekk għal uliedna. U dan narawh bil-fatti għax għandu l-kredenzjali fit-twettiq ta’ proġetti li diġà naqqsu drastikament l-emissjonijiet fl-arja. Ħaddieħor iparla ħafna. Safrattant kien Gvern Laburista li żarma il-powerstation tal-Marsa u qaleb il-powerstation ta’ Dellimara f ’waħda li taħdem bil-gass u qered il-Heavy Fuel Oil mill-pajjiż. Ħaddieħor għadu jiddefendi l-għażla tal-HFO, għadu jgħid li kien tajjeb u ma jirrikonoxxix kemm kienet ta’ ġid ambjentali u fuq kollox għal saħħet il-poplu din il-qalba għall-gass. Għalhekk, il-poplu jafda u jemmen li miżuri oħra ambjentali mwiegħda fl-immedjat verament se jitwettqu, għax diġà jaf li dak li jwiegħed Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela, jiġi mwettaq. Insemmu ftit bħax-Ship to Shore, il-vetturi elettriċi tat-trasport pubbliku, proġetti ambjentali ta’ parks u siti miftuħa. Ħaddieħor iparla u meta tħares lejn il-kredenzjali tagħhom issib il-baħħ jekk mhux il-kuntrarju. Kien il-PN filgvern li għażel l-HFO meta kellu ċ-ċans li jmur għall-gass. Kien il-PN fil-gvern li wessa’ l-pjani tal-iżvilupp f ’pajjiżna. Kien il-PN fil-gvern li fi żmien ta’ sfida ferm anqas minn din li qed nesperjenzaw attwalment, għażel l-awsterità, għażel li jgħolli l-kontijiet tad-dawl u l-prezzijiet tal-fuel, għażel li jfarfar u l-piż jiftgħu fuqek u fuqi.

Gvern Laburista huwa garanzija ta’ twettiq u implimentazzjoni. Biżżejjed naraw ħidmet il-Gvern f’dan iż-żminijiet ta’ sfida tal-pandemija, fejn ma ġabx skużi imma xammar il-kmiem u ħa l-azzjonijiet meħtieġa biex jissalvagwardja saħħet il-poplu u l-ħobża tal-poplu

Sur Editur, Ajma kemm hi ħelwa l-Babe, Sur Editur! Mela, waqt sena ta’ pandemija, il-Gvern tagħna rnexxielu jiġbed lejn pajjiżna xi 35 kumpanija. Kollha ġew jinvestu f’Malta. U dan irnexxielu jagħmlu mhux għax ċappas wiċċu bil-mejkapp, biex jidħer ħelu, imma bil-ħidma tiegħu. U tinsiex li kienet sena ta’ pandemija. Meta l-Prim tagħna tkellem waqt konferenza lejn l-aħħar ta’ Ottubru li għadda mingħalija kien, u qal li matul din is-sena pajjiżna, approva l-akbar ammont ta’ investiment dirett barrani. Issa dan ma sarx billi xi uffiċjal tal-Gvern żeba’ xagħru isfar, imma bil-ħidma għaqlija li qed imexxi l-Gvern. Imbagħad tiġi d-deputat tagħhom, Kristy Babe Debono u taf x’qalet? Qalet li l-Gvern tagħna qed jattira nixfa ta’ investiment barrani u dan għandu jinkwieta lil kulħadd. Oh Ġesù! Din u sħabha kalamita ta’ nixfa f’diskorshom ta! U dak li qed jinkwieta lil kulħadd. Issa bħalma jien Laburist minn ġuf ommi, Alla jagħtiha l-glorja tal-ġenna, hawn min hu Nazzjonalist minn ġuf ommu wkoll. U dawn għandhom inkwiet kbir. Inkwiet li dak li darba kien il-partit glorjuż, spiċċa f’din il-mandra ta’ ideat. Sewwa kienet qalet waħda li kienet minn ta’ ġewwa sew minn tagħhom, li fetħet għajnejha u m’għadhiex magħhom. Ir-Risjott kienet qalet li “l-partit glorjuż li taf hi sfuma fix-xejn u l-PN hu maħtuf min-nies li jagħmlu minn kollox, jgħidu minn kollox, jigdbu fuq kollox u jwiegħdu kollox basta jakkwistaw il-poter.” U kienet qaltilhom ukoll: “Istħu jekk tafu kif!” X’jistħu, jistħu! Ma tarax! Għandhom wiċċhom u patatthom bl-istess forma, kif kienet tgħid iz-zija ta’ missieri, dik l-għażba li ħaqqha l-ħruq tal-infern għax il-wirt ħallietu kollu biex issalva ruħha. Jalla għadha taqdef bis-salvawomu qalb in-nar iħeġġeġ ta’ Belżebub. Dawn ma jsalvawx imma. Lanqas jekk ma nafx xiex. Vera messhom jistħu, għan-nuqqas ta’ Oppożizzjoni serja li suppost ikunu. Imma huma jafu. U l-poplu mhux ċuċ. Jaf ukoll. Jaf min qed iħawwad u ħlief id-diska tas-soltu ma jgħidx. Irreżenja ’l hemm u rreżenja ’l hawn. Hekk biss moħħhom. U tagħhom ma jarawhx ja ipokriti u fażulli li huma. U tagħhom stess qed jiġbdulhom l-attenzjoni, bħalma kienet għamlet ir-Risjott. Anki f’Awwissu li għadda, kandidat tagħhom li ma jiflaħx jaqla’ fuq wiċċu minn tiegħu stess, kien iddikjara: “Jiena, Alex Borg, bħala kandidat f’isem il-Partit Nazzjonalista niddiżassoċja ruħi kompletament minn ma’ entitajiet bħal dawn, li l-għan prinċipali tagħhom imur lil hinn mill-prinċipji u l-valuri tal-partit glorjuż tagħna!” Ħa ngħidlek jien għal min qed jgħid Sur Editur. Għal dawk li jriduha ta’ Repubblika u għal dawk li jriduha tas-Soċjetà Ċivili ta’ għajni. Jimminaw lil tagħhom stess, aħseb u ara, God forbid, li jitilgħu fil-gvern x’jagħmlu lil tal-Moviment tagħna. Għax kull min ma jaqbilx ma’ dawn li jsejħu lilhom infushom Repubblika, dawn ta’ Repubblika jgħidu li għandu attitudni u sentimenti faxxisti. Kif qal il-President ta’ Repubblika, Robert Aquilina, lil Alex Borg tagħhom. Alex Borg li huwa kandidat ġdid tagħhom fuq it-13-il distrett. Għax qiegħda tajba ta, Sur Editur. Huma ħa jgħidu li jridu. Ħa jaqilgħu l-kakka lil min iridu. Ħa jimmanuvraw u jħarbxu bl-għajnuna ta’ Hatin’Malta u tax-Xit News. Imma huma l-quċċata talqdusija, u kull min jgħid xi ħaġa li ma ddoqqx għal widnejhom isir faxxist. U msieken għax qed jhedduhom. Issa dan il-Professur tad-Demokrazija Robert Aquilina vera qiegħed sew. Qal li meta l-linja tad-diċenza tinqabeż, ma jibqa’ xejn x’jagħmel ħlief li jitkellem ċar u pubblikament. Imma hu biss jista’ jagħmel hekk. Għax jekk ikun hemm min ma jaqbilx miegħu, skont hu, huwa faxxist. U nerġa’ ngħid. Jagħmluha lil tagħhom stess, aħseb u ara. Għad-dieħla.


17

14.11.2021

EDUKATURI GĦALL-PROGRAMMI TA’ SPECIAL OLYMPICS MALTA Mill-bidu ta’ din is-sena skolastika erba’ għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika ġew maħtura miċ-Ċentru għall-Edukazzjoni Fiżika u Sport fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni biex jiffukaw speċifikament fuq programmi li tagħmel parti minnhom Special Olympics Malta. Dan tħabbar waqt żjara li għamlu fl-Iskola Primarja tal-Kalkara Dr Lydia Abela, il-President ta’ Special Olympics Malta, u l-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana, akkumpanjati millKap tal-Iskola Maryanne Cachia. L-erba’ għalliema attendew taħriġ volontarju matul ix-xhur tas-sajf li kien organizzat minn Special Olympics Malta, u bħalissa dawn l-għalliema – tlieta stazzjonati f’Malta u wieħed f’Għawdex – qed iżuru l-iskejjel primarji kollha. B’kollaborazzjoni mal-amministrazzjoni tal-iskola tfassal database ċentrali ta’ studenti li huma eliġibbli sabiex jibbenefikaw minn dawn it-tip ta’ programmi. Minbarra hekk, qed isir eżerċizzju billi tiġi vvalutata l-parteċipazzjoni tal-istudenti fi programmi ta’ wara l-iskola mnedija minn Special Olympics Malta, filwaqt li qed isiru l-arranġamenti neċessarji biex jiġu attirati aktar parteċipanti lejn dan il-qasam. Wara li żaru l-istudenti fil-klassijiet, Dr Abela u l-Ministru Caruana kienu in-

furmati bid-dettalji kollha marbuta ma’ dan il-proġett mill-education officers fi ħdan il-Ministeru, Kevin Azzopardi u Marvin Spiteri, kif ukoll minn Anna Calleja, Direttur Nazzjonali ta’ Special Olympics Malta. Bħala President ta’ Special Olympics Malta, Dr Abela saħqet li hu ta’ sodisfazzjon kbir għaliha li qed jitnieda programm b’kollaborazzjoni maċ-Ċentru

Il-benefiċċju ta’ dan il-programm jirriżulta fi żvilupp ħolistiku ta’ kull student b’abbiltajiet differenti

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

tal-Edukazzjoni Fiżika u Sport fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni. “Il-benefiċċju ta’ dan il-programm jirriżulta fi żvilupp ħolistiku ta’ kull student b’abbiltajiet differenti,” qalet Dr Abela. Hi spjegat kemm hu importanti li l-inklużjoni mhux nitkellmu dwarha biss, imma wkoll jitnedew proġetti konkreti biex din tkun prattikata, f’dan il-każ, fl-iskejjel tagħna. Hi saħqet ukoll li dan il-programm huwa sinjal ċar ta’ kemm bħala pajjiż u wkoll bħala gvern, qed nagħtu attenzjoni partikolari lill-inklussività, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-isport. Dr Abela rringrazzjat lil dawk kollha involuti għall-impenn u d-dedikazzjoni tagħhom. Min-naħa tagħha, il-Ministru Justyne Caruana qalet li dan huwa pass ieħor importanti fuq diversi livelli, għaliex qed tingħata importanza għall-edukazzjoni ħolistika, inkluż l-attività fiżika. “L-inklużjoni permezz tal-isport

hi importanti ħafna li nattwawha fl-iskejjel tagħna, u għalhekk dan huwa proġett importanti immens għaliex issa l-għalliema li ngħataw taħriġ se jidħlu fl-iskejjel u jagħmlu sessjonijiet ta’ attività fiżika ma’ tfal li għandhom abilitajiet differenti. B’hekk, mhux biss ikollhom attività fiżika, imma wkoll inqarrbuhom lejn parteċipazzjoni fl-Ispecial Olympics kif ukoll f’attivitajiet oħrajn organizzati minn Special Olympics Malta,” tenniet il-Ministru. Aktar tard matul din is-sena skolastika, Malta se tospita l-Ispecial Olympics Invitational Event. Din l-inizjattiva fl-iskejjel hi mmirata biex tkun waħda mill-wirt dejjiemi ta’ mument storiku fejn jidħlu l-edukazzjoni fiżika u l-isport f’Malta u Għawdex. Dan il-proġett qed isir permezz tal-kollaborazzjoni taċ-Ċentru għall-Edukazzjoni Fiżika u Sport fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u Special Olympics Malta.


18

14.11.2021

FOST L-EQDEM SANTWARJI LI GĦANDNA F’PAJJIŻNA

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Nistgħu ngħidu li mal-miġja tal-fidi Nisranija f’pajjiżna kien hawn devozzjoni kbira lejn il-Madonna. Dan ġara mal-wasla tal-Appostlu missierna San Pawl f’Malta u l-Appostlu li kien qed jakkumpanja lil San Pawl fil-vjaġġ tiegħu lejn Ruma. San Luqa, li kien tabib u aktarx pittur ukoll, aktar tard kiteb wieħed mill-Evanġelji. Jingħad li dan San Luqa kien jafha sewwa lill-Madonna, u meta wasal f’Malta ma’ San Pawl, beda jirrakkonta fuq ilVerġni Mqaddsa, u bis-saħħa t’hekk nibtet devozzjoni kbira lejn il-Madonna mill-abitanti tal-gżira tagħna ta’ dak iż-żmien. Fil-Mellieħa hemm wieħed mill-aktar Santwarji Marjani għeżież li hawn f’pajjiżna. Dan jinsab eżattament taħt il-Knisja parrokkjali tal-Mellieħa. Li nafu fiċ-ċert huwa li dan is-santwarju huwa fost l-eqdem tempji Nsara li hawn f’Malta. Skont it-tradizzjoni, kien San Pawl innifsu li qaddes dan l-għar tal-Madonna. Qabel, tkompli tgħid it-tradizzjoni, dan l-għar kien miżmum f’ġieħ in-ninfa Calipso u meqjum ħafna mill-baħħara. Dejjem skont l-istess tradizzjoni, li mhux kulħadd jaqbel

magħha, ix-xbieha li hemm flgħar tal-Mellieħa tpittret fuq il-blat minn San Luqa, li kien jaf personalment lill-Madonna. Dan San Luqa kien dixxiplu ta’ San Pawl u kien qed jivvjaġġa miegħu, meta l-Mulej wassalhom fostna. Bla dubju din ix-xbieha hija mirakoluża ħafna, kif jixhdu l-għadd ta’ kwadri ex-voto u għotjiet oħra mħollija b’radd il-ħajr. Dan is-Santwarju għall-ewwel kien iddedikat lill-Mater-

nità tal-Madonna iżda wara r-rebħ tal-Assedju l-Kbir, dan is-Santwarju ġie ddedikat lin-Nattività ta’ Marija Santissima, jew kif nafuha aħjar, il-Vitorja. F’din il-knisja nsibu l-fdal imqaddes tal-martri San Vinċenz, mogħti lil din il-knisja għal venerazzjoni tal-Insara mill-Kan. Kapitulari Dun Lawrenz Grech Delicata li kien kisbu mingħand il-Papa Piju VII. Dawn il-fdalijiet imqaddsa in-

ġiebu Malta miċ-ċimiterju ta’ Priscilla f’Ruma, fil-21 ta’ April tal-1820. Kien proprju f’dan is-Santwarju li twaqqfet il-paroċċa tal-Melliieħa li kellha t-truf tagħha sal-Mosta. F’dawk iż-żminijiet il-Gżejjer Maltin kienu ta’ sikwit jiġu attakkati mill-pirati ta’ Barbarija u mit-Torok. Il-Mellieħa messha sehemha wkoll minn dan ilflaġell. Fl-1551 sar attakk kbir minn xi 10,000 Tork fuq il-gżi-

Dan is-Santwarju għall-ewwel kien iddedikat lill-maternità tal-Madonna iżda wara r-rebħ tal-Assedju l-Kbir, dan isSantwarju ġie ddedikat lin-Nattività ta’ Marija Santissima, jew kif nafuha aħjar, il-Vitorja

ra tagħna, taħt it-tmexxija ta’ Dragut, u l-Mellieħa ġiet attakkata ukoll. Dawk il-Melliħin li rnexxielhom jaħarbu minn dan il-madmad, kollha ħarbu lejn l-Imdina u f’postijiet oħra wara s-swar. Wara dan il-ħbit il-Mellieħa tneħħiet minn parroċċa u bdiet tagħmel man-Naxxar, peress li l-abitanti kollha Melliħin kienu telqu mill-Mellieħa u marru joqogħdu f’postijiet oħra għall-kenn. Fl-1565 wasal l-Assedju l-Kbir, u l-Maltin kollha ħtiġilhom jieħdu kenn fil-Birgu, l-Isla u l-Imdina. ItTorok ukoll inġabru madwar dawn il-fortizzi u għalhekk Don Garcia de Toledo seta’ nhar is-7 ta’ Settembru jiżbarka l-qawwiet ta’ għajnuna li ġab minn Sqallija, l-hekk imsejjaħ “grande soccorso”. Don Garcia żar ukoll dan is-Santwarju. Wara li għadda l-Assedju l-Kbir u beda jgħaddi ż-żmien, u n-nies reġgħu bdew jinżlu joqogħdu fil-Mellieħa. Fl-1584 dan is-Santwarju beda jieħu ħsiebu Patri Agostinjan biex iwaqqfu f’kunvent tal-Ordni tiegħu. Bit-tħabrik ta’ dan l-imsemmi reliġjuż u l-patrijiet sħabu, is-Santwarju mar ’il quddiem ħafna, u ma kinitx nieqsa d-devozzjoni


19

14.11.2021

tal-fidili lejh. Madankollu, fl1587, is-Santwarju ġie issa fdat f’idejn is-Saċerdot Dun Bernard Cassar, u fl-1603 Dun Bernard ġie maħtur Rettur. Storja marbuta ma’ dan is-Santwarju Fl-1614 reġa’ sar ħbit ieħor mill-furbani, u l-Mellieħa ġiet attakkata bl-aħrax. Minkejja l-qlubija tal-bdiewa Melliħin immexxija mir-Rettur li offrew reżistenza qawwija, itTorok irnexxielhom jidħlu fis-Santwarju, fejn għamlu ħsara lix-xbieha mirakoluża. Interessanti l-fatt li jingħad li hawn seħħet ġrajja misterjuża. Wieħed Tork, li attakka bis-sejf ix-xbieha tal-Madonna, qabditu marda kerha. Meta reġa’ lura f’artu u ntebaħ li l-marda kienet kastig, talab u qala’ l-maħfra, u l-fejqan, u b’turija ta’ ħajr, bagħat ħafna xemgħat lill-Madonna tal-Mellieħa. Dan irrapurtaħ l-Isqof Balaguer fil-vista pastorali tiegħu. Ftit wara li sar dan il-ħbit mit-Torok, bi tpattija, il-Gran Mastru Alof de Wignacourt min-naħa tiegħu personali beda jmur iżur dan is-Santwarju kull nhar ta’ Sibt. Minn hawn il-qima lejn dan is-Santwarju bdiet tikber, u fl-1669 f’din il-knisja ġiet iffurmata l-Konfraternità tar-Rużarju, u l-grazzji bdew jinqalgħu ta’ spiss.

Wara dan il-ħbit il-Mellieħa tneħħiet minn parroċċa u bdiet tagħmel man-Naxxar, peress li l-abitanti kollha Melliħin kienu telqu mill-Mellieħa u marru joqogħdu f’postijiet oħra għall-kenn

Fl-1688, is-Santwarju twaqqaf f’benefizzju. L-ewwel benefizjat kien it-twajjeb Dun Ġan Pawl Bartolo, li nħatar fl1690. Imbagħad, fl-istess sena, ċertu Sqalli, Mario De Vasi, negozjant tal-inbid minn Sirakuża, kabbar u żejjen il-knisja, għamel l-istawa li hemm fil-kripta t’isfel, kif ukoll bena dar għar-Rettur u kmamar fejn jistrieħu l-pellegrini. Fl1747 dan is-Santwarju reġa’ ġie mkabbar. Fl-1884, fi żmien l-Isqof Caruana, il-Mellieħa reġgħet saret parroċċa, bil-bolla tal-Papa Girgor XVI, minkejja li l-Parroċċa tan-Naxxar irreżistiet għal din id-deċiżjoni

tal-Isqof ta’ dak iż-żmien. L-ewwel Kappillan kien Dun Pawl le Brun. Sabiex tidħol għas-Santwarju trid tgħaddi minn taħt arkata bi grada kbira tal-ħadid maħduma minn Naxxari. Fuq din l-arkata verament sabiħa hemm il-kliem bil-Latin u bilMalti antik “Fik temgħu missirijietna, temgħu fik u inti smajthom” u tidher id-data ta’ meta sar, jiġifieri fl-1719. Minn hemmhekk tidħol f’bitħa kbira u fil-ġenb hemm bibien biex tidħol fis-Santwarju. Faċċata tal-arkata hemm tliet loġoġ li kienu jservu ta’ kenn għall-pellegrini. Fuq waħda minn dawn il-loġoġ jidher

arloġġ tax-xemx. Mal-ħajt tas-Santwarju tidher niċċa bi statwa kbira ta’ San Pawl u fin-nofs tal-bitħa hemm statwa tal-Madonna. Jekk taqsam il-bitħa u tgħaddi minn taħt il-loġġa u ddur fuq ix-xellug issib il-faċċata ewlenija tas-Santwarju, fejn hemm ilbieb prinċipali tiegħu. L-artal huwa parti minn għar u quddiemu hemm il-parti tal-knisja li nbniet wara. Fil-fatt, għall-bidu dan is-Santwarju kien jikkonsisti fl-għar tal-Madonna, iżda maż-żmien dan it-tempju ġie mkabbar u sar kif inhu llum. Imbagħad, is-Santwarju huwa magħmul minn għar naturali,

korsija u erba’ kappelluni, li kollha ġew miżjuda wara. Fih insibu koppla żgħira u kampnar wieħed, bi tliet qniepen. L-ikbar qanpiena nxtrat minn Carlo Moreni ta’ Firenze fl1857, għall-prezz ta’ 1,063 skud. L-arloġġ ta’ dan is-Santwarju nħadem minn Mikelanġ Sapiano mill-Imqabba fl-1875, arloġġar famuż li għandu għadd ta’ arloġġi fi knejjes madwar Malta. L-ispiża ta’ dan l-arloġġ ħallasha l-Gvern Ingliż. Din il-knisja fiha xi kurituri li kollha huma mħaffrin fil-blat kif ukoll sagristija mdaqqsa. Din is-sagristija hija miżgħuda b’wegħdi, ex-voto, u saret bi flus Mario de Vasis, minn Sirakuża. F’dan is-Santwarju hemm diversi oġġetti reliġjużi ta’ preġju imma bla dubju l-aktar ta’ preġju u devozzjoni tibqa’ x-xbieha tal-Madonna impinġija fuq il-ħajt, li skont it-tradizzjoni saret minn San Luqa meta kien hawn Malta. Din ix-xbieha hija mirakoluża u tinstab fi-għar fejn quddiemha hemm imdendlin ammont ta’ lampieri bix-xemgħa li jagħtu lil dan it-tempju d-dehra ta’ devozzjoni kbira. Inħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi biex jagħti qima lill-Madonna anke f’dan is-Santwarju. Insellem lillMelliħin u lilkom ilkoll ħbieb! referenza: http://www.kappellimaltin.com


20

14.11.2021

RAKKONTI ĦELWIN TA’ BIDWI ANZJAN Ftit ġimgħat ilu tnieda l-ktieb Żweli u ddeċidejt li l-intervista tal-lum niddedikaha għalih, għax la hu rumanz u lanqas ktieb tan-novelli. Hu teżor fil-veru sens tal-kelma, peress li jista’ jitqies bħala mera nostalġika, Dan għax fih hemm miġbur il-mod ta’ kif kienet il-ħajja Maltija sa mis-snin 30. Kien Joseph Busuttil, neputi ta’ Żweli, jew aħjar Ġużeppi, aktarx l-aħħar bidwi ta’ Ħ’Attard, li ħa l-briga u ġabar it-tagħrif kollu mingħand zijuh, li għadu kif għalaq 90 sena, biex it-tifkiriet jibqgħu minquxa għal dawk li jixtiequ jimirħu u jkunu jafu kif kienet ħajjet nanniethom fil-passat. Paul P. Borg, kittieb li jħobb ferm in-natura u l-ambjent, għen f’din il-pubblikazzjoni u kif qal hu, jispera li jkun hemm aktar persuni lesti jiġbru l-esperjenzi tal-anzjani, b’mod li jservu ta’ xhieda tal-bieraħ mhux tant imbiegħed. Minn CHARLES B. SPITERI Żweli, bħala tifel ta’ bdiewa, minn kemm-il sena bdejt taħdem? Jien bdejt naħdem ta’ ħames snin, nirgħa l-merħla, fl-għelieqi battala ta’ madwar irrazzett jew fil-wied tal-qrib. Kien għalhekk li minn kmieni rabbejt namra u mħabba kbira lejn l-annimali. Iżda l-familja tiegħek f ’liema stat finanzjarju tqis li kienet? Aħna konna mdawrin bilfaqar u t-tbatija iżda ommi qatt ma ħallietna bil-ġuħ u dejjem kienet tara kif tagħmel u tħejji borma tajba, sew mill-uċuħ tar-raba’ jew Żweli mal-mara u l-familja tiegħu mill-annimali li kienet trabbi f’ritratt fit-12 ta’ Settembru 1971 fir-razzett. Il-jum kien jibda b’xi biċċa ħobż mixwjia u bott ħalib frisk, u mbagħad ikla minestra jew għaġina sewwa kbar għas-sajran. Kont no- el qorq għand Żaren, l-iskargħal nofsinhar u filgħaxija. qtolhom, u hi kienet tlesti- pan ftit ’l isfel minn Sant’Anli borma kbira bil-misħun u ton. Il-Ħdud, kontu tieklu nitfagħhom fih, biex inkun Kont nibża’ għalih daqs xi ħaġa speċjali? nista’ nqaxxrilhom is-suf dawl għajnejja. Il-Ħadd, meta bis-sikkina, għax tal-Indi ma kont ninżel għall-quddies Għall-Ħadd kienet tagħmel konniex nisolħuhom bħall- mir-razzett tar-raħal kont xi torta jew ravjul bil-ġbe- fniek il-kbar. Minnhom kienet imżomm il-qorq f’idejja u jniet jew xi fenek, tiġieġa tagħmel borma stuffat tajba nilbsu meta nasal fuq iz-zujew serduq minn tagħna. Ma u timlielna żaqqna. ntier. Fil-knisja ġieli kont tara kienet tarmi xejn. Għadni nies ħafjin ukoll. Kien hawn naraha terfa’ l-imsaren ta’ xi Jiġifieri b’xi mod, żaqqkom faqar u għaks enormi. tiġieġa jew ħasì, tnaddafhom kienet dejjem mimlija. minn ġewwa u taħsilhom, u Ifisser li kontu ġġaħġħuha? Dak kien l-ewwel qorq li tagħmilhom brodu għal miskellek. Meta lbist l-ewwel sieri, platt li kien l-għaxqa Eh ħej, waqt li mill-ikel ma żarbun? tiegħu. Imbagħad meta jkun konniex neqsin, ma nistax żmienhom, kienet twarr- ngħid l-istess għall-ħwejj- Kien fiż-żmien li kont imab xi gidi jew ħaruf u konna eġ. Kulma kelli kienu xi żewġ mur ħafi ngħin lil missieri nagħmlu festa bih. qomos u żewġ qliezet, li ki- f’xogħol ieħor li kien iwettaq bru miegħi u li ommi ħitit- fl-isptarijiet, wara li ż-żiemel Fl-età tiegħek żgur li tiftakar li għand Marì taċ-Ċomba u kien qata’ wieħed mis-swaba’ żmien il-gwerra. X’baqa’ Gerit tal-Kantun, żewġ ħajja- ta’ missieri. l-aktar fil-memorja tiegħek? tin fit-triq tal-Imdina. Sajf u Darba, filgħodu kmieni xitwa, sħana jew ksieħ, dejj- f’Diċembru, f’jum ta’ kesħa Kien żmien l-għaks sa qabel em bihom, ixewkuni għax qawwija, mort fil-maħżen it-tieni gwerra. Niftakar li magħmulin mid-drapp tal- il-kbir tal-Isptar San Luqa, l-fenek tal-Indi ma konniex kutri. rani s-Sur Micallef, impjegat inrabbuh biss għall-gost. Xi Dejjem niġri ħafi. Kont im- hemm u qal lil ħaddiem minn drabi l-Ħadd filgħodu, ommi farfar meta n-nanna Marì, tiegħu biex isibli żarbun. Kont kienet tgħidli nagħżel tnejn omm ommi, għamlitli l-eww- rajtu anġlu!

Xi rakkont fuq l-iskola? Dak iż-żmien, li tibgħat lil uliedek l-iskola ma kinitx ħaġa ta’ bilfors, u ommi u missieri dejjem riduna magħhom, ngħinu u naħdmu r-raba’. Lanqas aħna ma xtaqna nibdlu ta’ barra malgħeluq f’kamra ma’ bosta tfal, ħamest ijiem fil-ġimgħa. Konna nippreferu nħammġu jdejna bil-ħamrija milli bil-linka. Kien ikollkom xi flus fil-but għax-xogħol li twettqu? Biex indaħħlu xi ħaġa, konna naraw kif nagħmlu u kultant immorru naħdmu xi nofstanhar fl-għelieqi tan-nies, naħartu, niżirgħu jew naħsdu. Iżda l-ewwel konna naraw kif ninqasmu bejnietna biex ix-xogħol tar-razzett tagħna jsir xorta. Imbagħad xi ħadd minna kien imur għand il-bdiewa l-oħrajn, dejjem bil-moħbi ta’ missierna. Om-

mna kienet tinduna, l-aktar meta kienet tiġi fuq il-lant b’xi biċċa ħobż u naqra kafè, iżda dejjem żammet fommha sieket. Ta’ żewġ nofstanhari xogħol, konna ndaħħlu ħames xelini. Biex nakkwistaw xi flus oħrajn, konna niġbru biċċiet taċ-ċaqquf li nsibu fir-raba’. Konna niġbru ċ-ċaqquf f’borġ u niġbruh f’landi kbar. Wara ninżlu bih fuq il-ħmara, f’Birkirkara. Kien jixtrih wieħed biex jużah għad-deffun ħalli jiksu l-bjut. Konna ningħataw xelin kull landa. Nerġgħu għall-gwerra. Il-fatt li kontu toqogħdu qrib ilmitjar ta’ Ta’ Qali, ma kontux f ’periklu kontinwu? Dażgur. L-ajruplani Taljani kienu jitfgħu l-bombi tagħhom mill-għoli sew, iżda dawk Ġermaniżi kienu jinżlu fil-baxx u jisparaw fuq kollox. Min jaf kemm il-bomba niżlet fl-għelieqi u kemm nies rajt imutu kaġun tagħhom.


21

14.11.2021 Madwar Ta’ Qali ma konniex naraw suldati Ingliżi biss iżda wkoll xi suldati ta’ ġilda skura, li konna ngħidulhom tal-Bażuti. Kienu joqogħdu għalihom taħt is-siġar taż-żebbuġ ħdejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal Lija. Pinu kien jgħidli li kienu Awstraljani u mbagħad kien hemm il-priġunieri Ġermaniżi, li kienu tpoġġew f’kamp kbir imdawwar bil-pilastri twal tal-barbed wire, fejn illum hemm il-pitkali. Uħud mill-Ġermaniżi kienu bdoti li waqgħu bil-paraxut u oħrajn inqabdu barra u nġiebu Malta. X’tip ta’ nies kienu l-Ġermaniżi? Nies bravi u kapaċi ferm. Kulma jaraw jagħmluh. Tagħtihom temprin u minn biċċa ġebla joħorġulek kaxxi żgħar, kwadri għar-ritratti, forom fejn tqiegħed arloġġ u affarijiet oħra, li jpartuhom għal ftit sigaretti. Meta ntemmet il-gwerra esperjenzajtu xi tibdil? U kif. Waħda mill-affarijiet li l-awtoritajiet riedu jaqtgħu kienet id-drawwa li r-raħħala jiġu jduru bil-mogħoż fit-toroq, jaħilbu u jbigħu l-ħalib wara l-bieb tan-nies. Dan ġara minħabba l-ħmieġ u l-mard, għax sider il-mogħoż beda jibla’ t-trab tal-art u bosta nies ma kinux jgħallu l-ħalib. Ħaġa oħra kienet li bosta inġenji: trakkijiet, vannijiet u karozzi privati, warrbu min-nofs u għal dejjem lill-bhejjem ta’ erba’ saqajn. Żweli, il-kaċċa kont tħobbha? Naturalment. L-ewwel li bdejt nispara kien azzarin tal-ewwel gwerra, b’kanna twila ħafna, bi grillu jinġibed bl-id u mhux bis-subgħa u tikkargah bil-qasba. L-ewwel kont nitfagħlu l-porvli, imbagħad nagħmel stoppa billi rrembel il-ħajt oħxon u nagħmlu boċċa li tidħol fil-kanna, nitfa’ takka rqiqa u wara ċ-ċomb u t-takka ta’ fuq. Fil-beżżul, fejn jagħti d-daqqa l-grillu, kont nagħmel il-kapsa. Kont nispara fuq l-għasafar tal-bejt. Tiftakar xi inċident ikrah tal-kaċċa? Ta’ ħija Pinu stess. Fl-għalqa ta’ Salvu Timprina, jien u hu rajna daqquqa tat-toppu. Mar għas-senter, daħlilha baxxut, iżda t-tajra ratu u ħarbet. Meta ġie lura u poġġieh wara l-ħajt, għamel iċ-ċipp ’l isfel u l-kanna ’l fuq. Il-grillu laqat ma’ xi ġebla ppuntata fil-ħajt u s-senter ħa f’daqqa f’wiċċ Pinu, li miet fil-post.

Il-kaċċa kienet għal xi settur partikolari? Fl-imgħoddi kienet meqjusa bħala l-mogħdija taż-żmien tas-sinjur. Kien ikollhom l-aqwa snieter u skrataċ. Il-ħaddiem kien jinqeda b’li jista’. Allura int dejjem bqajt taħdem fl-għelieqi? Le. Kont dħalt naħdem malGvern, wara li darba konna weħidna fl-għalqa jien u Belen ta’ Cini, li kien iġibni ferm u ftit qabel kien daħal mal-Gvern. Staqsieni ridtx nidħol mal-Gvern u ma stajtx nemmnu. Il-Ħadd ta’ wara mort miegħu l-Mosta, nitkellmu ma’ Karmnu l-Kapxi, li kien silfu u kien biċċa waħda ma’ ministru tal-gvern. Ma domtx ma ngħatajt impjieg Bormla. Qaluli nimla satal bl-ilma tal-vit minn għajn pubblika u ndur u nisqi lill-ħaddiema bilgħatx. Kienet is-sħana ta’ Lulju. Hekk bqajt taħdem? Bdilt il-post tax-xogħol diversi drabi. Darba tefgħuna ma’ xufier ġdid u bagħtuna fi triq ġdida li kienet tagħti mill-Marsa għaċ-ċimiterju tal-Addolorata u tispiċċa Raħal Ġdid. Kienu jgħidulha t-triq ta’ Mintoff, u tassew li kienet qisha t-triq tiegħu għax spiss kien jgħaddi minn hemm max-xufier tiegħu, jinżel mill-karozza u jibda jgħajjat li x-xogħol miexi bil-mod wisq. Konna naħdmu bi lsienna barra, sajf u xitwa. Lili u lil ċertu Ġanni kienu jibagħtuna bit-trakk inwasslu ż-żrar u r-ramel, iżda l-iżjed siment – xi 150 xkora, mill-garzelli li kien hemm fil-Belt il-Ġdida u Ħal Balzan. Konna nsiru qisna ħut fid-dqiq bit-trab tas-siment. Kellna sikkatura kbira u jekk l-imgħallem kien jara li t-trakk mhux mimli sa fuq nett, kien iwaqqfna u jgħidilna li jonqos żewġ pali oħra x’nitfgħu fuqu. Dan għax il-ħaddiem iż-żgħir dejjem kien magħfus sew. Jiġifieri d-dixxiplina kienet qawwija? Ħa nsemmilek każ. Mela ħdimt fil-Garaxx tal-Gvern fejn ma kinux iridu li l-ħaddiema jitilgħu fil-canteen jekk mhux fil-ħin tal-brejk. Iżda l-imgħallem, li kien jaf li nħobb dik in-naqra nbid, kien jgħaddi minn ħdejja waqt ix-xogħol u jegħmiżni biex

Żweli

it-tnejn immorru nixorbu xi ħaġa. Darba tlajt għal għarrieda u Ġużepp tal-canteen qalli li warajja kelli lill-perit. Dan ordnali mmur fl-uffiċċju tiegħu, u qalli biex għal sitt ijiem ma nidħolx xogħol. Sitt ijiem bla paga, meta kont raġel miżżewweġ b’familja ta’ tlett itfal żgħar. Bħala pagi x’tiftakar? Il-pagi kienu jitħallsu nhar ta’ Ħamis. Kien jasal il-vann bil-pagi, b’żewġ skrivani u pulizija armat. Dak iż-żmien, qabel l-1950, paga ta’ raġel kienet tliet liri u nofs. Jien għax fl-ewwel xogħol ma kontx għalaqt it-tmintax, kelli paga ta’ tifel, li kienet ta’ żewġ liri, sittax-il xelin u tmien soldi. Tgħidli xi ħaġa fuq il-ħajja amoruża? Jien kont nistħi ferm, iżda darba ltqajt u kellimt tifla minn Birkirkara. Kien jisimha Konza. Kont ninżel ħdejha spiss u noqgħod attent

ferm għax dak iż-żmien jekk jaqbdek missierha, kont tiġi fis-saram. Kienet drawwa li qabel ma ġuvni jibda joħroġ ma’ xebba, il-missirijiet tażżewġ naħat, riedu jkunu jafu b’dan minn qabel, bis-saħħa ta’ ħuttab. Għalija, tkellem Dun Leone ma’ missieri. Imbagħad dan niżel ikellem lil Ġorġ, missier Konza, li kienu jafu lil xulxin. Kontu domtu biex iżżewwiġtu? Dak iż-żmien ma kinux idumu ħafna wara li jkunu taw il-barka tagħhom iż-żewġ familji. Bħal ħafna krejt post żgħir f’Ħ’Attard, b’16-il lira fis-sena, li dak iż-żmien kienu flus. Iżżewwiġna fl-1955. Jien kelli 24 sena u Konza 20. Wara l-quddiesa fil-bażilika ta’ Santa Liena, għamilna festin f’sala kbira fi Triq in-Naxxar, Birkirkara. Kif intemm kollox, jien mort norqod ir-razzett u Konza marret mal-familja tagħha. L-għada fis-sitta ta’ filgħodu kellna quddiesa oħra f’Ħ’Attard, fil-preżenza tal-ommijiet u morna flimkien għall-ewwel darba fiddar tagħna.

li miet bi sparatura fl-għalqa. Imbagħad marad u miet missieri, li kien ibigħ is-saħħa. Wara, ta’ 45 sena, sewwasew f’Novembru 1979, mietet marti u ħallietni b’ħamest itfal. Erba’ snin wara, Clifford, it-tifel ta’ binti Marì, li kellu tliet snin, waqa’ f’bir f’għalqa f’Misraħ Kola, u miet. F’April tal-1982 mietet ommi Pawla, ta’ 82 sena. L-aħħar daqqa ħadtha fl2006, meta mietet binti Marì, bl-istess kawża li mietet marti. Hi kellha 46 sena. Żweli, fl-antik kif kontu tbassru t-temp u l-effetti tiegħu fuq l-uċuħ tar-raba’ u l-bhejjem?

Ommi kienet taħlef bl-almanakki tal-irwiegel, li kien iħejjih patri, u li kienet tixtrih kull sena. Spiss kienet tkun il-maqjel u wara li tkun tat daqqa t’għajn lejn l-almanakk tgħidli: ‘Dik il-bhima se tferra’ tlett ijiem oħra, mal-bidu tal-qamar.’ U hekk kien ikun. Anki Karmnu t-Toptop kien jafda fl-irwiegel. Kont inkun naħdem fl-għalqa u Karmnu jiġi jittawwal u jistaqsi: ‘X’qed tagħmel, Xmun?’ Kont inkun se nibda nħejji xi ħammiela biż-żerriegħa tat-tadNaf li ħabbatt wiċċek am. U jgħidli: ‘Ħalliha ġimgħa ma’ bosta diżgrazzji jew oħra, meta jdur il-qamar, u sitwazzjonijiet li jkiddu tinbitlek fi tlett ijiem’. Kont lil dak li jkun. Għadek nisma’ minnu, u hekk kien tiftakarhom? jiġri. Jien qatt ma fhimthom Altru. Kif semmejt, l-ewwel l-irwiegel, u kollox miet meta diżgrazzja kienet ta’ ħija Pinu, għebu dawn in-nies.


22

14.11.2021

JORDAN LEE GRECH

ADULT ENTERTAINER, POKER PLAYER U ĦAJJA SANA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ li, minbarra x-xogħol tiegħu, iħobb jagħti pjaċir lil persuni adulti, jilgħab il-poker u anke jżomm lilu nnifsu fit. Jordan Lee Grech, li hu wkoll magħruf bħala Mr J Jewels, għandu 31 sena u ilu jgħix Malta għal dawn l-aħħar tliet snin. Waqt li jħobb jissoċjalizza ma’ persuni differenti, Jordan jgħid li japprezza ikel tajjeb, kif ukoll xi party tajjeb. Hu jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem avventuruż, outgoing u ambizzjuż. Għalkemm twieled fl-Ingilterra, Jordan hu ta’ nisel Malti, iżda jħossu aktar komdu jitkellem bl-Ingliż, għax kif sostna hu stess miegħi l-Malti tiegħu hu kemxejn diżastru. Jordan huwa wieħed mill-ħafna membri li hemm ma’ OnlyFans. Għal min mhux tant midħla ma’ din il-pjattaforma, OnlyFans tagħti aċċess lil dak li jkun sabiex jippromwovi lilu nnifsu għal xiex trid. Wieħed jista’ jgħallem it-tisjir, jew kif tilgħab il-poker. Fil-każ ta’ Jordan, għażel li joffri kontenut għall-adulti. Skontu, huwa milqugħ mill-udjenza inġenerali u jħoss li qed jagħmel kambjament fil-mentalità f’dak li forsi fil-passat ma kienx aċċettat wisq. Minbarra online, Jordan joffri ċerti servizzi live wkoll bħal fil-każ ta’ hen parties. “Nagħmel dan ix-xogħol għal qalbi daqs kull xogħol ieħor bħala self-employed u nat-

uralment inħallas it-taxxi meħtiega,” stqarr miegħi. Xogħol ieħor li jagħmel Jordan huwa dak ta’ negozjant li jispeċjalizza f’ikel bnin u tajjeb għas-saħħ. B’hekk miegħu ddiskutejt dwar il-fatt li ikel bnin hu bżonjuż ferm fil-ħajja tagħna. “Meta tiekol tajjeb, mhux biss tidher aħjar fid-dehra, iżda tħossok tajjeb u l-ġisem jiffunzjona aħjar. Torqod aħjar u tħossok mimli aktar enerġija wkoll,” spjegali Jordan. Minbarra hekk, Jordan huwa wkoll semi-professional poker player. Għal xi snin sħaħ kien jitlef waqt din il-logħba, iżda maż-żmien tgħallem minn players oħra li sal-lum għadu jammira. “Għallmuni ħafna u t-telf tiegħi beda jinbidel f’rebħ. Meta nidħol għal xi tournaments, tidħol ħafna l-fortuna. Għal xi żmien il-poker kien qisu t-tieni xogħol tiegħi, fejn kont inqatta’ ħafna ħin f’casinos, fejn anke xi dra-

bi kont naqla’ somom tajbin,” kompla jgħidli Jordan. Xi ħaġa totalment differenti dwar Jordan hi li deher f’erba’ vidjows ta’ kanzunetti lokali, fosthom ta’ Owen Leuellen u Shyli. Jordan stqarr miegħi dwar il-fatt li ċerti persuni, sfortunatament jarawh minn perspettiva negattiva. “Naċċetta din l-opinjoni b’qalbi kollha, għax probabbilment minn barra nidher xi persuna li ma tantx għandi wisq x’nagħmel bija nnifsi jew li għażilt ittriq il-faċli. Ma nippretendix li xi ħadd għandu jagħtini ċans, anzi żgur mhux li se nieqaf minn dak li tant inħobb nagħmel f’ħajti. Naf ċert ukoll li jekk dak li jkun jisma’ sew kif sibt ruħi f’din is-sitwazzjoni, naf biċ-ċert li ninftiehem aħjar u probabbilment jissimpatizzaw miegħi wkoll,” qalli mingħajr ma elabora. Kurżità dwar Jordan hi li ma

jiddejjaqx ikun waħdu u mhux l-ewwel darba li mar jiekol waħdu f’xi restorant u jagħmel affarijiet oħrajn waħdu wkoll. Ħallejt f’idejh biex jelabora aktar. “Nieħu gost immur ilgym waħdi, b’hekk inkun nista’ niffoka fuq dak li nkun qed nagħmel. Mhux l-ewwel darba li mmur niekol waħdi. M’iniex

Ħallu lil ħaddieħor jgħix ħajtu kif irid, speċjalment jekk dan mhu jfixkel u jdejjaq lil ħadd. Kulħadd għandu l-istorja tiegħu, u ħadd m’għandu jiġġudika lil ħadd, għax mis-sema ’l isfel ħadd mhu perfett

persuna li nimmedita, iżda nħobb inkun għalija waħdi fi ħsibijieti fil-kwiet, fejn inżomm ruħi ffukat kontinwament.” Fl-aħħar nett, Jordan ħalla messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Il-messaġġ tiegħi huwa wieħed sempliċi. Ħallu lil ħaddieħor jgħix ħajtu kif irid, speċjalment jekk dan mhu jfixkel u jdejjaq lil ħadd. Kulħadd għandu l-istorja tiegħu, u ħadd m’għandu jiġġudika lil ħadd, għax mis-sema ’l isfel ħadd mhu perfett. Meta persuna titkellem, tista’ tgħid dak kollu li tkun semgħet jew tgħallmet. Iżda meta persuna tisma’, tkun qed tiġma’ tagħlim ġdid ġo fiha,” temm jgħid Jordan fl-intervista miegħi.


08.11.2020 14.11.2021

23

SKEDA ONE Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari

19:20 19:30 20:10 20:30 21:15 22:50 23:30

ONE Sports & Temp ONE News Primetime Reboot Min Imissu NIftakru ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt

13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:50 23:30

Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Revved X’Taf X’qed Jgħidu? The Big Step Country Jamboree ONE News

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00

15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:15 18:00 18:30 19:15 19:20

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Pink Panther Mqades l-Istorja What’s Cooking Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp

ERBGĦA 19:30 ONE News 17-11 20:10 Primetime 20:30 The Local Traveller 21:00 Tuna ċ-Ċans Ħa Ngħidu Storja 22:25 Niftakru 22:45 Mill-Chcina ta’ Dari 23:30 ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt

13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Żona Sport Mhux kemm taf Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30

Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reebot ONE News

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 10:00 12:30 12:35 13:00

15:30 15:35 15:50 16:00 16:20 16:50 17:30 18:30 19:15 19:20

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Country Jamboree Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp

19:30 20:10 20:30 21:00 22:30 23:00 23:30

ONE News Primetime Niftakru Min Imissu Popcorn Żona Sport ONE News

06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:20 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:35 ŻonaSport 10:03 The Local Traveller 10:35 Dak Li Jgħodd

11:30 11:58 12:30 12:35 13:15 14:15 15:30 15:35 16:30

What’s Cooking? Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Taf x’qed jgħidu?! ONE News Mhux Kemm Taf Flimkien ma’ Nancy

17:30 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:33 23:30

Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News

06:30 06:45 07:15 07:40 07:55 08:00 08:40 10:00 12:30

12:35 13:00 13:30 15:30 15:35 16:30 17:00 18:00 19:20

Telebejgħ Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa Country Jamboree Mqades l-istorja L-Argument One Sport & Temp

19:30 ONE News 21-11 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Reboot 21:15 Awla 22:50 The Local Traveller 23:30 ONE News

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up

TLIETA 16-11

OFFERTI MINN 200 NEGOZJU FI BLACK FRIDAY Il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri, flimkien mal-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji, nieda edizzjoni oħra ta’ Black Friday li din is-sena se ssir il-Ġimgħa 26 ta’ Novembru. Il-Ministru Schembri laqa’ din l-inizjattiva tal-Malta Chamber of SMEs u għal din is-sena hemm madwar 200 negozju li se joffru offerti speċjali fl-edizzjoni ta’ Black Friday. Il-Ministru Schembri ħeġġeġ lin-negozji biex minn issa jibdew joħorġu bl-offerti tagħhom u fakkar li fid-dinja globalizzata tal-lum, il-kompetizzjoni mhix biss lokali, iżda wkoll internazzjonali. Għalhekk, tajjeb li wieħed jaħtaf l-opportunità li joffri dan il-perjodu. Ħeġġeġ ukoll lill-konsumaturi biex jixtru lokalment. “Black Friday hu jum li jiġġenera qligħ tajjeb għan-negozju u huwa rikonoxxut b’mod wiesa’ li ħafna negozji, permezz ta’ dan iljum, jagħlqu s-sena fuq nota aktar pożittiva. L-edizzjoni tas-sena li għaddiet nemmen li kienet kruċjali. F’perjodu qasir ta’ żmien, in-negozji żgħar u ta’ daqs medju kellhom jaddattaw għaċ-ċirkostanzi. Ma nistgħux ma niftakrux li ċ-ċirkostanzi tas-sena l-oħra kienu differenti. Nappella lin-negozji biex jagħmlu aktar użu mill-pjattaformi diġitali għal din is-sena u jifhmu aħjar l-opportunitajiet li joffri dan il-qasam, minn reklamar effettiv għal servizz tal-kon-

sumatur effiċjenti u komdu.” Il-Ministru Schembri tenna li l-Black Friday hu opportunità biex inkomplu bir-ritmu li bdejna fuqu fl-isfond tassuċċess tal-iskema tal-€100 vouchers li l-użu tagħhom intemm fl-aħħar ta’ Ottubru, kif ukoll opportunità biex nappoġġjaw l-ekonomija ta’ pajjiżna, li b’mod propizju qed turi sinjali ta’ rkupru ekonomiku qawwi bi tbassir ekonomiku ta’ 6.5.% għas-sena d-dieħla. Paul Abela u Abigail Agius Mamo, il-President u l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Chamber of SMEs rispettivament, tkellmu dwar kif il-Black Friday sar waħda mill-aktar ġranet importanti u kif dan ta ħajja lix-xahar ta’ Novembru kemm għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi. Għal dan il-għan il-Kamra Maltija tal-SMEs qed terġa’ ttella’ l-offerti tal-Black Friday mill-membri f’punt ta’ informazzjoni one-stop-shop. B’hekk il-konsumaturi jkunu jafu liema negozji qed jagħtu offerti tal-Black Friday, x’inhuma l-offerti u kif jistgħu jaċċessawhom. Il-konsumaturi jiġu ggwidati skont il-prodotti li jkunu qed ifittxu u liema lokalità jridu jżuru. Fid-dawl tal-COVID-19 u biex tiżdied ukoll il-konvenjenza tal-klijenti, huma inklużi wkoll dettalji b’rabta mal-ħinijiet tal-ftuħ, offerti disponibbli online u servizz ta’ konsenja. L-offerti huma aġġornati fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Kamra ta’ Malta tal-SMEs fuq bażi regolari.

TNEJN 15-11

13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:30 18:30 19:15

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

ĦAMIS 18-11

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

SIBT 20-11

ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Mill-Chcina ta’ Dari Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Fun Run 2021 ONE News

ĠIMGĦA 19-11

ĦADD


24

14.11.2021

reċensjoni tal-ktieb

MASKRI U

MISTERI Qtil doppju ġewwa sqaq mudlam. Krista, tfajla orfni li għaddiet minn trawma. Tiftakar biss maskra sewda li hija l-kaġun ta’ ħafna ħolm ikrah li jikkundizzjonalha ħajjitha. Minn età tenera jkollha titrabba f’istitut. Tul ħajjitha tiltaqa’ ma’ ħafna ostakli, madanakollu xorta tibqa’ determinata li ssib il‑qattiel. Tgħid se jirnexxilha? Sister Matilda, persuna li lesta tagħti ħajjitha għat‑tfal tal-istitut. Il-Maskarat, min-naħa l-oħra, idur u jħuf fid-dlamijiet tal-lejl. Kriminal jew raġel twajjeb? Raġel li jasal għalkollox, żgur li aħjar tkun qed taħdem favurih milli kontrih. Xi darba jew oħra l-ħajjiet ta’ dawn l-individwi se jiltaqgħu, u min jaf minn kemm esperjenzi jridu jgħaddu flimkien. Misteri, drama u romantiċiżmu. Min hu l-Maskarat? X’kien hemm wara dak il-qtil?

Mistoqsija: X’qed jikkaġuna l-ħolm ikrah ta’ Krista? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb Maskri u Misteri. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 14 ta’ Novembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IL-PARABBOLI TAL-IMĠIENEN hija:

P. BONNICI - KALKARA

05 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm kien hemm żjarat fis-siti ta’ Heritage Malta mindu ddaħħal il-Passaport?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

07.11.2021

ALBERT FISH QATTIEL U KANNIBALU Fish kellu diversi laqmijiet fosthom ‘The Gray Man’, ‘Il-Vampir ta’ Brooklyn’ u ‘Il-Babaw’ IT-TIELET PARTI

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

L-eżekuzzjoni

L-arrest Sidt il-kera qalet li Fish kien qiegħed jikri l-kamra fejn kien qabel il-purtinar iżda kien laħaq telaq. Saħqet li iben Fish kien bagħatlu ċekk u kellu jmur jiġbru mingħandha. L-investigatur tal-każ ta’ Grace Budd, William F. King, beda jistenna lil Fish u xħin rah ħadu l-għassa biex jiġi interrogat. Fish fl-ebda ħin ma ċaħad li qatel lil Grace Budd u anke qal li hu mar id-dar tal-familja Budd biex joqtol lil Edward. Fish saħaq li ma kellux l-intenzjoni li jistupra lit-tifla minkejja li x-xewqa kienet hemm. Din l-istqarrija ntużat waqt il-ġuri biex il-każ ikun marbut ma’ ħtif għal abbuż sesswali u mhux kannibaliżmu. Vittmi oħrajn Hekk kif Fish ġie arrestat fuq il-ħtif u l-qtil ta’ Grace Budd, il-pulizija bdew iħarsu lejn każijiet oħrajn li ma kinux solvuti biex jaraw kienx wettaqhom hu. L-ewwel vittma kien Francis McDonnell ta’ disa’ snin. Fl-14 ta’ Lulju tal-1924, McDonnell ġie rrappurtat nieqes mill-ġenituri tiegħu wara li ma rritornax id-dar. Wara li saret it-tfittxija, il-katavru ta’ McDonnell instab imdendel ma’ siġra qrib id-dar tiegħu. It-tifel kien ġie ab-

bużat sesswalment u kellu ħafna qtugħ ma’ ġismu kollu. Fish ma ammettiex direttament li qatlu iżda semma kif xtaq ikompli jqatta’ partijiet oħrajn u kellu jaħrab kif sema’ lil xi ħadd riesaq ’l hemm. Il-ħbieb ta’ McDonnell qalu lill-pulizija li hu ttieħed minn raġel xiħ b’mustaċċi bojod. Omm il-vittma qalet li wkoll rat lil dan l-istess raġel kmieni filgħodu qabel għosfor binha. Minħabba li kellu xagħru u l-mustaċċi bojod jagħtu fil-griż, hu ngħata l-laqam ta’ ‘The Gray Man’. Hekk kif sar magħruf li Fish kien qatel lil Grace Budd, ħafna xhieda bdew jagħrfuh u jgħidu li hu kien ir-raġel li ħa lil McDonnell miegħu. Għall-bidu, Fish ċaħad li qatel lil Mc-

Donnell iżda ammetta hekk kif ġie mixli bil-qtil ta’ Budd. Fish ammetta wkoll li qatel lil Billy Gaffney, li kien it-tieni vittma ta’ Fish. Fil-11 ta’ Frar tal-1927, Billy Beaton kien qiegħed jilgħab ma’ ħuh u ma’ Billy Gaffney fil-kuritur tal-appartamenti fejn kienu joqogħdu. Hekk kif ħu Beaton telaq ’l hemm, iż-żewġ subien għosfru. Beaton instab fuq il-bejt u meta ġie mistoqsi dwar Gaffney, hu qalilhom li ‘l-babaw’ ħadu miegħu. Il-katavru ta’ Gaffney, li kellu biss erba’ snin, qatt ma nstab. Il-ġuri Il-ġuri tal-qtil ta’ Grace Budd beda fil-11

Fish ma ammettiex direttament li qatlu iżda semma kif xtaq ikompli jqatta’ partijiet oħrajn u kellu jaħrab kif sema’ lil xi ħadd riesaq ’l hemm

ta’ Marzu tal-1935 f’White Plain f’New York. Il-ġuri dam għaddej għaxart ijiem u d-difiża ġabru ammont kbir ta’ evidenza li kienet turi li Fish kellu problemi mentali u li kien psikopatiku. Fish ukoll qal li ‘Alla’ beda jsejjaħlu u jordnalu biex joqtol it-tfal. Il-ġurija, minkejja li laqgħu l-evidenza kollha u li ma kellhomx dubju li Fish kellu mard mentali, xorta riedet li jingħata s-sentenza tal-mewt. Kien għalhekk li Fish instab ħati u weħel il-piena kapitali. Fish ittieħed il-ħabs f’Marzu tal1935 u fis-16 ta’ Jannar tal-1936 inqatel permezz tas-siġġu tal-elettriku f’Sing Sing. Suspettat f ’omiċidji oħrajn Apparti t-tliet omiċidji li ammetta li wettaq, Fish huwa fost is-suspettati ewlenija ta’ ħames omiċidji oħrajn. Il-vittmi ta’ dawn il-każi huma Emma Richardson ta’ ħames snin, Yetta Abramowitz ta’ 12-il sena, Robin Jane Liu ta’ 6 snin, Mary Ellen O’Connor ta’ 16-il sena u Benjamin Collings ta’ 17-il sena. Dawn il-ħames vittmi għosfru u nqatlu fl-istess żmien li Fish kien attiv, jiġifieri bejn l-1926 u l-1932.

TMIEM


26

14.11.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

14.11.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 407

M. VELLA - BIRGU

MIMDUDIN: 1. Tintlibes din (5) 4. Ċatt (4) 7,17. Greta (5) 9. L-ewwel nofs taċ-ċentru (3)

Bi 3 NUMRI B’4 NUMRI 216 0923 256 1103 262 1443 473 1522 509 2831 554 2931 578 2940 774 2994 857 3106 910 3575 979 3666 4182

4197 5041 5421 5521 5653 5729 5909 5992 6222 6900 6914 7020 7776

8050 8091 8507 8962 9167 9523 9777 B’5 NUMRI 01284 09546 17377 18595

39175 42033 42433 44254 46626 48585 57479 63406 75248 84060 84250 88866 89565

90042 90111

997352

B’7 NUMRI B’6 NUMRI 1504293 220493 5674901 248816 295272 Bi 8 NUMRI 362870 26277842 426837 32054819 626151 52949755 807643 75949032 920791 959441

10. 12. 16. 18, 23. 19, 22. 20.

WEQFIN: 5. 1. Kompli l- qawl: 6. F’Santa ........... 8. jibdew l-irwiegel (6) 2,5. Frotta (6) 11. 3,6. Isem l-ewwel President mara (6)12,13.

Bis-suldati tkun (6) Stil antik ta’ bini (6) 21. Ħares (3) Indaqs (6) 23. Bagalja (6) 24. L-i...... kienet turi Ara 2 13. Ara 3 14. Jara lil kulħadd 15. dubbien (9) 17. Hawn min isejjaħ21. lil missieru hekk (2) 22. Kunjom (5)

d-dawl fl-antik (5) L-ewwel tlieta tal-hooligan (3) Ara 18 Tirċevihom bil-posta (5) Ara 12 wieqfa Imlaħħqin (6) Jieħu gost (6) Ara 7 Kif bl-Ingliż (3) Ara 19

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Basal, 4.Tewm, 7,21W. Aħrax, 9.Bal, 10.Barrin, 12.Bajjad, 16.Xiħ, 18,21 mimduda. Maria, 20.Parir, 23.Xhud, 24.Marda

WEQFIN: 1.Bebbux, 2,3.Sallab, 5,19.Ebrajk, 6,11.Manna, 8.Ħajjarhom, 12,22.Bħalu, 13.JMA, 14.Dardar, 15.Skorja,17.Ili


28

14.11.2021

IL-MEKKANIŻMU LABURISTA Editorjal

Il-miżuri tal-Baġit għas-sena d-dieħla wkoll jixhdu kif it-tmexxija ta’ Robert Abela tassew jinteressaha mill-preżent u mill-futur tal-poplu kollu Malti u Għawdxi waqt li tassigura li dawn ikunu sostenibbli

Il-Prim Ministru Robert Abela kellu raġun biex ibigħ meta nhar it-Tlieta fil-Parlament tefa’ botta lill-Oppożizzjoni Nazzjo­ nalista wara li din staqsiet dwar liema mekkaniżmu biħsiebu juża fid-dmir biex jilħaq il-miri ambjentali. Dan kien tentattiv ieħor biex il-Partit Nazzjonalista mingħalih jipprova jirredikola l-ħidma importanti tal-Gvern … bħas-soltu, kien qed jistennieh kappell tal-qies. It-tweġiba tal-Prim Ministru kienet sempliċi: il-mekkaniżmu ideali jismu “Gvern Laburista”, għax hu dak li kapaċi jwettaq li jwiegħed u li għandu kull kredibbiltà għad-dispożizzjoni tiegħu biex jiġġustifikah. Fil-verità l-kredenzjali talPar­tit Laburista llum jidfnu dawk tal-PN f’kull aspett tal-ispettru politiku. Dan tal-aħħar ukoll hu mmexxi minn min filli jgħid ħaġa u eżatt wara jagħmel kompletament l-oppost. Bħala eżempju, il-pożizzjoni li Bernard Grech ħa fl-aħħar sigħat dwar ir-riforma importanti fil-liġi li tirregola l-użu tal-kannabis u li se tittella’ quddiem il-Parla-

ment fil-jiem li ġejjin, hi biss l-aħħar f’kullana ta’ u-turns ta’ dilettantiżmu kbir politiku. Meta din il-ġimgħa ta stqar­ ri­ja Parlamentari dwar sehmu fis-summit tal-Ġnus Magħquda għat-tibdil fil-klima, il-COP26, il-Pri­m Mi­nistru ma setax ma jirrimarkax l-ipokrisija Nazzjo­ nalista f’dan ir-rigward. Dr Abela semma kif fl-amb­ jent, bħal f’oqsma oħrajn importanti u kruċjali, il-PN huwa l-aħħar wieħed li jista’ jiddetta xi ħaġa. Mhux biss għax, meta kellu l-poter f’idejh, ħa deċiż­ jonijiet żbaljati, kif pereżempju kien il-każ li jnaq­qas il-liġi ambjentali ħalli jkun jista’ jakkomoda power station li taħdem bl-agħar fuel fid-dinja, il-Heavy Fuel Oil. Ġustament, bħala parti millkredtu ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti, issemma wkoll it-tkabbir tal-miżbla tal-Magħtab b’150 tomna art fin-nuqqas ta’ ħsieb u ideat li jwasslu għal soluzzjonijiet ħolistiċi. Imqabbel mallum, dan huwa kompletament bil-kontra tal-mentalità li qed jadotta l-Gvern Laburista fl-im-

maniġġjar tal-iskart u, b’investimenti multimiljunarji li qed isiru, se jkun qed jibdel anke l-problema f’opportunità ħalli mill-iskart tinħoloq enerġija utli. Inżidu wkoll ma’ dan kollu d-deċiżjoni tal-hekk imsejħa “razzjonalizzazzjoni” tal-2006, li prattikament kienet splodiet l-art disponibbli għall-iżvilupp b’daqs ekwivalenti għal dak tasSiġġiewi. Aktar minn hekk, Gvernijiet Nazzjonalisti lanqas kellhom xi viżjoni għal dan il-qasam u llum għadna qegħdin insofru anke l-konsegwenzi ta’ dan. Il-Prim Ministru ġibed l-attenzjoni tal-Kap attwali Nazzjonalista li lanqas jista’ jfarfar tali deċiżjonijiet żbaljati fuq il-predeċessuri tiegħu, anke jekk ilu fil-pożizzjoni sena biss. Irrimarkalu li proprju fost dawk li kienu involuti dakinhar f’dawn l-iskandli flagranti llum intgħażlu minn Grech biex ikunu konsulent perso­nali tiegħu u rappreżentant uffiċjali tal-Partit fuq il-bord tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi.

X’differenza mal-politika Laburista li taħseb għall-ġejjieni! Il-miżuri mħabbrin fil-Baġit għas-sena d-dieħla, li għadu kemm ġie ppreżentat, ukoll juru l-ba­ħar jaqsam li hemm bejn Gvern u Oppożizzjoni. Jixhdu kif it-tmexxija attwali ta’ Robert Abela tassew jinte­ ressaha mill-preżent u mill-futur tal-poplu kollu Malti u Għawdxi u qed jassigura li dawn ikunu sostenibbli kemm għallgħaj­xien fuq dawn il-gżejjer stess kif ukoll bħala parti minn dinja bi sfidi kbar ambjentali. B’dawn l-istess miżuri, issos­tenn kontinwu u l-inċentivi mill-Istat, flimkien mal-appoġġ sħiħ tal-maġġoranza taċċitta­dini, pajjiżna kapaċi jilħaq il-miri importanti mistennija minnu. L-istess miri li huma meħtieġa biex inħallu pajjiż u pjaneta aħjar għal uliedna. Għaldaqstant nerġgħu ntennu li hu tassew ġustifikat li hu biss il-“mekkaniżmu” Laburista – mhux il-paroli fil-vojt u bla sugu tal-PN jew il-forċini kollha tiegħu – l-aħjar soluzzjoni u ttriq idea­li li jista’ jkollu pajjiżna.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.