KullĦadd_14.03.2021

Page 1

FIS-SERVIZZI SOĊJALI ŻDIEDU 542 ĦADDIEM FI TMIEN SNIN Il-Ħadd, 14 ta’ Marzu, 2021

Ħarġa Nru 1,444

Prezz €1

Rapport f’paġni 6 u 7

ĠGANTI TAĊ-ĊINEMA JIMBOTTAW IL-ĠRAJJA TAS-SETTE GIUGNO Din il-ġimgħa ħareġ għall-wiri fl-Amerka u l-Kanada l-film Malti “Blood On The Crown”, bis-sehem tal-atturi famużi Harvey Keitel u Malcolm McDowell (inset). Iż-żewġ ġganti ta’ Hollywood, li kienu protagonisti f’films klassiċi bħal “Pulp Fiction” u “A Clockwork Orange”, jinterpretaw ir-rwol ta’ uffiċjali Brittaniċi mqabbdin biex irażżnu r-rabja tikber f’Malta li wasslet għall-irvellijiet imdemmija tal-1919. Il-film, li għandu kitba tal-Malti Jean-Pierre Magro, fl-aħħar sigħat tela’ fil-11-il post tal-lista tal-aktar films popolari fuq Apple TV (xellug), waħda mill-iżjed pjattaformi televiżivi mfittxijin fid-dinja. Rapport f’paġni 14 u 15

€600 MILJUN GĦAD-DIFIŻA TAL-IMPJIEGI Il-Wage Supplement estiż wara li evita kriżi fl-impjiegi bil-protezzjoni lil madwar 100,000 post tax-xogħol u spiża ta’ €373 miljun fl-2020 L-ispiża tal-Gvern għall-miżura singulari tal-COVID Wage Supplement matul l-2020 laħħqet it-€373,217,000. Il-benefiċċju, li beda jingħata mill-bidu tal-pandemija f’pajjiżna, evita milli jkollna kriżi fi kriżi, b’riżultat ta’ splużjoni fil-qgħad, wara li ġie offrut mill-Gvern lill-aktar setturi milqutin mir-restrizzjonijiet li kellhom jiddaħħlu. Jirriżulta li din kienet l-akbar nefqa talGvern fost il-miżuri kollha li introduċa f’okkażjonijiet differenti biex jiġġieled l-imxija lokali. Kumplessivament, il-miżuri amministrati minn diversi ministeri tal-Gvern swew aktar minn €814-il miljun. Hu stmat li kważi mal-100,000 impjieg ġew salvati bis-saħħa tal-Wage Supplement waħedha, fejn in-negozji affettwati rċevew sa massimu ta’ €800 fix-xahar għal kull ħaddiem irreġistrat magħhom. L-għajnuna, li għadha kemm ġiet estiża, mistennija tlaħħaq €600 miljun sa tmiem l-2021. Tkompli f’paġna 4

KONFERMATA D-DIKJARAZZJONI FALZA TAT-TAXXA Bl-aġir tiegħu d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi spiċċa kkonferma li fl-unika darba flaħħar erba’ snin li ddikjara xi forma ta’ dħul kien għamel dikjarazzjoni falza meta ħalla barra kull dħul mill-professjoni tiegħu. Nhar il-Ħadd li għadda l-KullĦadd żvelat kif, kif kien obbligat li jagħmel, il-Kelliem Ewlieni Nazzjonalista dwar ix-Xogħol iddikjara li f’sena sħiħa ma daħħal xejn mill-professjoni tiegħu ta’ avukat, anke jekk jingħad li għandu klijentela tajba. L-istorja, li qabdet lil Azzopardi fi ksur tal-liġi, qaj­met għadd ta’ mis­­toq­sijiet, inkluż fil-PN stess. Dan wassal lidDepu­tat u membru ewlieni tal-establishment Nazz­jo­n­ a­lista biex imur jiġri jipprova jir­ ranġa s-sitwazzjoni. Filwaqt li waqa’

fil-muta u ma weġibx il-mistoqsijiet ġus­ti­fi­kati tal-ġurnalisti, Azzopardi mar jiġri jibdel id-dikjarazzjoni li kien daħħal preċedentement biex awtomatikament b’għemilu spiċċa jikkonferma li ma ddikjarax is-sewwa fl-aħħar dikjarazzjoni tat-taxxa li għamel. L-aġir tiegħu għandu jwassal lill-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler biex jifrex l-investigazzjoni li diġà ntalab jagħmel f’dan ir-rigward. Minbarra t-tibdil fid-dikjarazzjoni taddħul għall-2019, Azzopardi nqabad li għal tliet snin konsekuttivi (2016, 2017 u 2018) lanqas biss kien daħħal xi dikjarazzjoni.

JASON AZZOPARDI

Tkompli f’paġna 9


02

14.03.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 16°C L-Inqas Temperatura: 11°C L-Indiċi UV: 6 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja qed testendi minn fuq l-Atlantiku sal-Eġittu It-Temp: Ftit imsaħħab li jsir il-biċċa l-kbira xemxi Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi mill-Punent Majjistru li jiżdied għal qawwi mill-Majjistral Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif li jsir moderat L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 17°C

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

KUNTATT ĠENERALI

17°C UV 5

11°C

Il-Ħamis

17°C UV 5

11°C

Il-Ġimgħa

17°C UV 5

11°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

16°C UV 6

10°C

16°C UV 6

10°C

16°C UV 6

11°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IL-ĠIMGĦA 19 TA’ MARZU

New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta – 21244813 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Il-Marsa – 21221118 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513 Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta’ Xbiex, L-Imsida – 21331732 Balluta Pharmacy, 7, Pjazza Balluta, San Ġiljan – 21317888 Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627 St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Transfigurazzjoni, Ħal Lija – 21435875 Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sgħajtar, Il-Mosta – 21415198 St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276 Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Ħaż-Żabbar – 21826529 Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan k/m Triq William Baker, Il-Gudja – 21696422 Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Iż-Żurrieq – 21647391 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21454187 Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana, Għawdex – 21566979 St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, Ix-Xewkija, Għawdex – 21563052

Floriana Dispensary,29, Triq Vincenzo Dimech, Il-Furjana – 21233034 Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238018 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys Birkirkara – 21488613 RemediesChemists,MarinaCourt,49A,Triql-Abate Rigord, Ta’ Xbiex – 21341649 Mensija Pharmacy, 92-94, Triq il-Mensija, San Ġwann – 21373275 Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema – 21332243 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 Brown’s Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21432038 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 St. Anne Pharmacy, Triq il-Qaliet, Marsaskala – 21637615 Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk – 21651278 Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, Iż-Żurrieq – 21682251 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21454187 Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat, Għawdex – 21557819 Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, Ix-Xagħra, Għawdex – 21561486


03

14.03.2021

L-EKONOMIJA FL-2020 SA €330M AĦJAR MIT-TBASSIR Mill-ewwel riżultati lokali għall-2020 jidher li, frott il-miżuri li ttieħdu millGvern, id-daqqa ekonomika għal pajjiżna spiċċat kienet ta’ €0.9 biljun, li hija terz inqas mit-telf mill-ispiża turistika, li laħħqet madwar €1.3 biljun. Dan minbarra l-impatt li kellhom miżuri ristrettivi fuq konsum domestiku, fosthom l-għeluq tal-ħwienet għal numru ta’ xhur kif ukoll l-għeluq tal-bars u res­trizzjonijiet fuq restoranti. Dan ifisser tnaqqis ta’ 7% fl-ekonomija meta mqabbla mal-2019, waqt li l-Kummissjoni Ewropea (9%) u l-Bank Ċentrali ta’ Malta (8.2%) kienu bassru li pajjiżna kellu jsofri daqqa ekonomika akbar. Fil-fatt il-livell tal-PDG fl-2020 s’issa jidher li kien €330 miljun aktar milli bassru l-esperti minn Brussell u €230 miljun aktar milli bassru l-ekono­ misti tal-Bank Ċentrali. Dan kollu jindika li t-tbassir li sar li pajjiżna se jkollu l-aqwa rata ta’ rkupru u ta’ tkabbir ekonomiku diġà qed iseħħ, diversi xhur qabel ma kien imbassar. Għal darb’oħra jidher li l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna se jissoprendi lill-esperti. Skont il-Eurostat, fl-aħħar kwart tal2020, l-attività ekonomika f’pajjiżna kienet 3.8% akbar milli kienet fit-tielet kwart ta’ dik is-sena. Minbarra li din kienet l-ogħla rata ta’ tkabbir osservata fiż-Żona Ewro, ir-riżultati għal Malta jispikkaw aktar meta wieħed

jikkunsidra li bħala medja fl-istess perjodu l-attività ekonomika fost il-pajjiżi li jħaddnu l-munita komuni naqset b’0.5%. Fost l-oħrajn, l-ekonomija Irlandiża naqset b’5.1%, dik Awstrijaka naqset bi 2.7% filwaqt li fl-Italja u fi Franza kien hemm tnaqqis ta’ 1.9% u 1.4% rispettivament. L-ekonomija Maltija b’hekk issa ilha żewġ kwarti konsekuttivi tikber fuq il-kwart ta’ qabel. Mill-ewwel stimi tal-Uffiċċju Nazz­ jonali tal-Istatistika (NSO) joħroġ li għall-2020 kollha kemm hi, il-Prodott Gross Domestiku (PDG) laħħaq il-€11.6 biljun, wara li jitqies l-effett tal-għoli tal-ħajja. Minkejja l-pandemija, it-total ta’ dħul għall-ħaddiema f’pajjiżna tela’ għal kważi €6 biljun, li jfisser żieda ta’ €138 miljun, jew 2.3% aktar mill-ammont fl-2019, frott diversi miżuri li ħa l-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela. Minbarra hekk, il-livell ta’ investiment fil-pajjiż baqa’ ta’ €2.9 biljun, fost oħrajn, b’riżultat tal-ispiża kapitali qawwija fuq l-infrastruttura. Ta’ min ifakkar, fil-kriżi ekonomika tal-2009, l-investiment kien naqas b’10% minħabba miżuri ta’ awsterità imposti mill-Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi. Għaldaqstant, imqabbel mal-2009, fil-pandemija tal-COVID-19 il-Gvern Laburista qed iservi ta’ tarka għall-kapaċità produttiva ta’ pajjiż-

na u qed jiggarantixxi li meta tiżdied id-domanda, in-negozji tagħna jkunu kapaċi jilqgħu għaliha u jerġgħu jibdew joħolqu l-ġid. Minkejja ċ-ċirkostanzi, huma inkoraġġanti immens ir-riżultati fl-oqsma diġitali, bis-settur li fih ir-remote gaming jikber b’10%, mentri l-qasam tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni kellu żieda qawwija ħafna ta’ 14%. Il-valur miżjud tal-mani­ fattura baqa’ fl-istess livell tal-2019, waqt li l-qasam tal-kostruzzjoni u s-settur finanzjarju raw tkabbir ta’ 3% u 4% rispettivament.

Jekk jiġu esklużi s-setturi tal-bejgħ, tat-trasport, l-akkomodazzjoni u r-restoranti, li kienu l-agħar milqutin, l-attività ekonomika fil-pajjiż żdiedet b’1.4%. Li kieku pajjiżna kellu lockdown totali, kif xtaq il-Partit Nazzjonalista u friegħi tiegħu, kieku l-impatt ekonomiku tal-pandemija kien ikun ferm aktar qawwi.


04

14.03.2021

MAS-€600M SA TMIEM L-2021 Tkompli minn paġna 1 Dan wassal biex, bil-kontra ta’ dak li seħħ f’diversi pajjiżi oħrajn, negozji lokali ma jirrikorrux għas-sensji, anke jekk kien hemm min lanqas seta’ jopera. L-imsieħba soċjali Maltin kollha faħħru l-miżura, li għenet biex il-pajjiż illum għandu waħda mill-iżgħar rati ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea kollha u inqas milli kienet f’Marzu tal-2020 qabel iddaħħlu l-ewwel miżuri restrittivi. F’Jannar li għadda n-numru ta’ persuni qiegħda f’pajjiżna reġa’ naqas fuq ix-xahar ta’ qabel biex issa jgħodd għall-2,675, skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). Il-Prim Ministru Robert Abela nnota kif minn Mejju li għadda, il-qgħad niżel b’żewġ terzi u f’Għawdex dan naqas saħansitra bi 80%. L-għajnuna tal-Wage Supplement nhar it-Tlieta reġgħet ġiet estiża biex issa se tkun offruta sa tmiem din is-sena. Dan tħabbar qabel ġew introdotti r-restrizzjonijiet il-ġodda sal-11 ta’ April li ġej bil-għan li titrażżan iż-żieda fl-għadd ta’ każi pożittivi, partikolarment kawża tal-varjant Ingliż li wassal għal żieda ta’ 60% fit-total ta’ infezzjonijiet. Il-miżuri li tħabbru nhar l-Erbgħa mill-Prim Ministru, mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci se jfissru l-għeluq tal-ħwienet kollha meqjusin mhux essenzjali mill-Ħamis li għadda u tal-iskejjel kollha minn għada biex it-tagħlim issa se jkun qed isir kollu online. In-negozjati affettwati se jkollhom jistrieħu fuq l-għadd ta’ miżuri introdotti, b’mod partikolari l-Wage Supplement. Hu stmat li, sa tmiem l-2021, il-Gvern se jkun injetta aktar minn €600 miljun permezz tal-miżura wa­ħedha. Medja ta’ mad­war €30 miljun fix-xahar. F’konferenza tal-aħbarijie­t indi­rizzata mill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana nhar it-Tlieta, ġie spjegat kif sal-aħħar tas-sena l-Gvern se jibqa’ jassisti lill-kumpaniji kollha. Dan fi proċess li gradwalment minn wara Ġunju se jkun qed inaqqas id-dipendenza fuq is-sussidju għal dawk il-kumpaniji li se jkunu esposti għall-inqas impatt finanzjarju negattiv. Fl-istess ħin, dawn il-kumpaniji se jkunu qed jibbenefikaw minn skemi ta’ għa-

Il-konferenza tal-Erbgħa li, minbarra restrizzjonijiet ġodda, fakkret ukoll fl-estensjoni tal-Wage Supplement jnuna biex ikunu jistgħu jin- ternattivi li jżidu l-għajnuna jippjanaw u tonqos l-inċerlill-kumpaniji u lill-intrapriżi tezza naturali fis-sitwazzjoni. vestu fit-tkabbir tagħhom. Il-Ministru Caruana qal li Maltin biex ikunu jistgħu jir­ri­ Jiġifieri napprezzaw ħafna li l-għajnuna permezz tal-Wage ġeneraw u jinvestu fit-tkabbir l-Gvern qed jagħti din il-viżjoni Supplement kienet tfisser bejn tagħhom. L-għajnuna diretta li lin-negozji ta’ kif se jkun l-apwieħed u ieħor 3% tal-Prodott qed tingħata lin-negozji fl-ew- poġġ fix-xhur li ġejjin.” Il-Kap Eżekuttiv tal-KamGross Domestiku (PDG) ta’ wel tliet xhur ta’ din is-sena pajjiżna u li kieku l-Gvern ma tammonta għal €70 miljun, ra tan-Negozji Żgħar u Medji intervjeniex bil-ħafna miżuri fosthom fil-ħlas tal-kirjiet Abigail Mamo sostniet ukoll li l-inċentivi li se jkun qed li ġew imħabbra matul ix-xhur lis-sidien tan-negozji. Fir-reazzjonijiet, bosta as- jagħti l-Gvern biex in-negozji li għaddew, kieku l-impatt fuq pajjiżna kien ikun ferm akbar soċjazzjonijiet, għaqdiet u jkomplu jirriġeneraw ruħhom minn dak li ġie mħabbar fil- msieħba soċjali faħħru l-għaj­ se jgħinuhom iżjed f’dan iżżmien ta’ sfida biex jistgħu jiem li għaddew – 7% f’termini nuna tal-Gvern. Il-Viċi President tal-Kamra jagħmlu t-tħejjijiet neċesreali u 5.7% f’termini nominali sarji. “Dawn se jkunu qed jik(ara wkoll paġna 3). kumplimentaw b’mod tajjeb Permezz ta’ din il-miżura l-iskemi eżistenti u, minbarra waħedha, il-Gvern irnexxielu s-sostenn tal-Gvern li sforjnaqqas din id-daqqa b’terz tunatament hu neċessaru jsalva eluf ta’ impjiegi, ju bħalissa, in-negozji waqt li issa se tkun qed jridu jippjanaw u allura tħalli ’l fuq minn €200 dawn se jkunu kummiljun oħra fil-bwiet plimentari bl-għatal-familji Maltin u L-estensjoni jnuna neċessarja Għawdxin minn April tal-Wage Supplement f’dak l-aspett ukoll,” sal-aħħar tas-sena. bejn April u Diċembru li qalet Mamo. “Irridu ngħinu Fi stqarrija, l-Aslill-kumpaniji Maltin ġejjin se tfisser aktar soċjazzjoni Maltiikunu aktar kompetitimpjiegi u negozji salvati, ja ta’ Min Iħaddem tivi fil-futur. F’dawn flimkien ma’ €200 miljun (MEA) qalet li l-esix-xhur, bqajna għadtensjoni tal-miżura dejjin b’diskussjonijiet oħra fil-bwiet tal-familji hi fid-direzzjoni t-tajmal-istakeholders u rapMaltin u Għawdxin ba u ddeskrivietha bħapreżentanti ta’ setturi difla “mossa realistika” li se ferenti tal-intrapriża Maltija, tgħin lin-negozjanti li jżombiex flimkien infasslu numru mu l-impjegati magħhom ta’ inizjattivi u skemi li jkunu minkejja l-waqgħa drastika ta’ sostenn għan-negozji tagħna fix-xhur kruċjali quddiem- tal-Kummerċ Marisa Xuereb fl-attività tagħhom. L-estensjoni tal-Wage Supna,” qalet il-Ministru Dalli. Sp- qalet li din il-miżura se tkomjegat kif lil hinn mill-għajnuna pli tagħti aktar viżibilità u plement se tkun qed tgħin diretta li l-Gvern, permezz ta’ ċertezza lin-negozji f’dan iż- mhux biss l-operaturi tal-osMalta Enterprise, qed jestendi, żmien ta’ pandemija. Hi qalet pitalità f’Għawdex, imma qed tingħata viżibilità li tgħin li “importanti ħafna li ninno- wkoll se tfisser li ma jkunx lill-intrapriżi jippjanaw għal taw li dan il-messaġġ qed jasal hemm żieda fil-qgħad fil-gżira mhux lejlet, imma bil-quddi- tat-tliet għoljiet. Dan is-sentiquddiem. Iż-żewġ ministri ħabbru li em u naħseb din tgħin ħafna ment kien espress mill-Kamse jiġu introdotti miżuri al- biex in-negozji jkunu jistgħu ra tal-Kummerċ Għawdxija

u l-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu. Il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija Daniel Borg fisser kif il-Gvern qed jibqa’ jinvesti f’negozji li baqgħu reżiljenti. Hu qal li “nilqgħu l-inizjattiva tal-Wage Supplement sħiħ li se jingħata lil dawk li qed jingħalqu. Dan hu neċessarju. Il-miżura se tkompli ssostni lin-negozji, li ħafna minnhom bħalissa jinsabu b’survival mode.” Il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija tatTuriżmu Joe Muscat qal li s-settur turistiku Għawdxi qed iqis il-miżura tal-Wage Supplement bħala mitqlu deheb biex jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi. “Is-settur turistiku, b’mod speċjali f’Għawdex, iħares lejha b’mod pożittiv, għax żgur se tgħin ħafna biex l-istabbilimenti tagħna jkomplu bl-operat tagħhom u jkomplu jżommu wkoll il-work force tagħhom, il-ħaddiema tagħhom u hekk ma jkollniex qgħad f’din l-industrija,” stqarr Muscat b’referenza għall-Wage Supplement. Howard Keith Debono, il-President tal-Assoċjazzjoni għall-Industrija tal-Ispettaklu u l-Arti, spjega li l-Gvern qed ikompli juri biċ-ċar l-impenn tiegħu li jgħin lil dawk is-setturi l-aktar milqutin. “Fil-każ tagħna, l-arti u d-divertiment huma fost l-aktar setturi milqutin kif nafu u hemm impenn mill-Gvern sal-aħħar tas-sena, jiġifieri dan aħna nirrikonoxxuh u kuntenti ħafna għal dan. Nifhmu li t-tali impenn mhux faċli.”


14.03.2021

05

GĦAL GRECH DAN “TBERBIQ TA’ MILJUNI”! Għall-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, il-benefiċċji li introduċa l-Gvern, inkluż il-Wage Supplement, kienu biss miljuni minn flus il-poplu li ġew imberbqin. Dan anke jekk inhu magħruf sew kif sa tmiem is-sena li għaddiet l-istess inizjattivi salvaw direttament mal100,000 impjieg f’pajjiżna, waqt li mijiet ta’ negozji evitaw milli jiddikjaraw falliment sħiħ kawża tar-restrizzjonijiet li kellhom jiddaħħlu fuq pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa. Meta l-Erbgħa li għadda indirizza konferenza stampa ftit tal-ħin wara t-tħabbir tar-restrizzjonijiet ġodda kontra l-imxija tal-pandemija u l-varjanti tagħha, il-Kap Nazzjonalista kellu l-ardir ilissen li llum ninsa­bu f’din is-sitwazzjoni “wara li l-Gvern ber­baq milju­ni minn flus il-poplu”, b’referenza għal din l-għajnuna vasta offruta sa mill-ewwel xhur tas-sena l-oħra. Fost oħrajn, f’Ġunju li għadda, il-Gvern introduċa pjan ta’ riġenerazz­joni ekonomika, li jlaħħaq id-€900 miljun u inkluda l-vouchers ta’ €100 għal kull ċittadin. Ma’ dan kien hemm tliet pakketti oħrajn abbundanti u l-akbar Baġit nazzjonali li ġie ppreżentat f’Ottubru. Ovvjament Grech ukoll naqas milli jirrikonoxxi li l-istess għaj­nuna llum hi riflessa fl-aħjar riżultati li qed tgawdi Malta fuq li­ vell Ewropew, fosthom finnuqqas ta’ qgħad u fl-akbar tkabbir ekonomiku.


06

14.03.2021

ŻIEDA TA’ 542 ĦADDIEM MAS-SERVIZZI SOĊJALI FL-AĦĦAR TMIEN SNIN L-IMPJEGATI INGAĠĠATI MAL-ENTITAJIET KONĊERNATI TELGĦU B’AKTAR MINN DARBTEJN U NOFS BEJN L-2012 U L-2020, WAQT LI L-BAĠIT ANNWALI TAGĦHOM ALLOKAT MILL-GVERN ŻDIED B’IŻJED MINN €19-IL MILJUN AĠENZIJA

2012

2013

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

Appoġġ

240

250

260

295

326

252

291

183

190

Sedqa

85

96

93

104

103

109

115

119

122

Leap (ACTS)

0

0

0

0

62

109

132

114

129

Dir. Kura Alternattiva

0

0

0

0

0

83

97

256

271

Dir. Protezzjoni Minuri

0

0

0

0

0

0

0

35

46

Gozo

0

0

0

0

0

0

19

19

22

Head Office

23

24

31

40

36

45

63

82

96

Management

27

25

24

24

23

30

35

37

41

TOTAL

375

395

408

463

550

628

752

845

917

L-impjegati fl-aġenziji għasservizzi soċjali aktar milli rdoppjaw mill-2012 lil hawn, tant li minn 375 ħaddiem dawn telgħu għal 917 sas-sena li għaddiet. Fl-istess ħin, id-daqs tal-baġit allokat mill-Gvern ċentrali għall-istess entitajiet minn €7.7 miljun, li kien hemm tmien snin ilu, żdied għal €26.6 miljun fl2020. Il-maġġoranza assoluta ta’ dawn il-flus huma mferrxin fuq l-Appoġġ u s-Sedqa fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS). Tagħrif f’idejn il-KullĦadd juri li l-qabża ta’ iżjed mid-doppju fil-ħaddiema ngaġġati f’dawn l-aħħar tmien snin kienet direttament mal-entitajiet li joffru dawn is-servizzi importanti u inkludew professjonisti speċjalizzati. Fil-fatt illum hemm 727 professjonist impjegati fil-qafas tas-servizzi soċjali, inklużi 292 social worker. Id-Direttorat għall-Ħarsien (Kura) Alternattiv, li twaqqaf fl-2017, illum hu l-aktar wieħed li jimpjega ħaddiema (271), segwit mill-Appoġġ (190). Tweġibiet tal-Ministru responsabbli Michael Falzon, li ngħataw din il-ġimgħa fil-Parlament, urew qabża ta’ 160 ħaddiem mill-2010 sa l-2020 fl-oqsma tal-protezzjoni u l-ħarsien tat-tfal, il-fostering u fi żjarat t’aċċess taħt superviżjoni. Il-mistoqsijiet relatati, li saru mid-Deputat Nazzjonalista David Agius, talbu kemm kien it-turnover ta’ ħaddiema soċjali kull sena bejn is-sena 2000 u s-sena li għaddiet. Mill-infor-


07

14.03.2021 mazzjoni li pprovda l-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal joħroġ li kien hemm 144 ħaddiem soċjali iżjed fil-protezzjoni u l-ħarsien tat-tfal mill-2010 lil hawn. Il-Ministru spjega li t-tagħrif għall-10 snin ta’ qabel m’għadux aktar disponibbli minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tad-data (GDPR). Informazzjoni ulterjuri, li din il-gazzetta talbet lill-FSWS, turi li f’kuntest ekonomiku Gvern Laburista baqa’ jkabbar il-baġit assenjat lis-servizzi soċjali bl-istess ritmu li kien qed jikber il-ġid nazzjonali sena wara oħra, tant li fl-2019 dan kien mas-€700 miljun iżjed milli kien allokat fl-2012 taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista. Għalkemm il-ġid nazzjonali għotor is-sena li għaddiet, b’riżultat tal-pandemija u l-miżuri kollha li kellhom jiddaħħlu, il-Gvern xorta waħda żied sostanzjalment ilfinanzjament tas-servizzi soċjali b’madwar €100 miljun oħra f’dan il-perjodu għal total ta’ aktar minn €1.8 biljun. Min-naħa tagħha, il-Fondazzjoni għamlet użu minn dan ilbaġit biex ukoll żiedet il-finanzjamenti tagħha lill-għaqdiet mhux governattivi (NGOs) li jaħdmu fis-settur, partikolarment dawk li joffru servizzi soċjali ulterjuri u servizzi lil persuni b’diżabilità. Mitlub jikkummenta f’dan ir-rigward, il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS Alfred Grixti stqarr li matul l-aħħar tmien snin il-Fondazzjoni rat tkabbir bla preċedent mindu twaqqfu l-Aġenzija Sedqa u Appoġġ (dak iż-żmien is-Social Welfare Development Programme – SWDP). “It-tkabbir ekonomiku fisser li aħna waħda mill-ftit entitajiet, li noffru dawn is-servizzi soċjali, li meta niltaqgħu bejnietna f’fora internazzjonali ma nużawx il-kelma awsterità. Fil-fatt, żidna il-baġit tagħna, żidna l-professjonisti li nimpjegaw u bis-saħħa t’hekk, żidna is-servizzi li noffru,” tenna Grixti, waqt li nsista li l-mira tal-FSWS hi li s-servizzi mhux biss isiru tal-ogħla livell, imma li dawn jiġu offruti lin-nies vulnerabbli kollha li għandhom dritt għalihom. Hu rrefera wkoll kif isservizzi offruti ġew estiżi anke għall-gżira Għawdxija. “Sa erba’ snin ilu konna ngħidu li s-servizzi tagħna kienu jieqfu ċ-Ċirkewwa. Illum f’Għawdex għandna preżenza li tixhed dak li għandna f’Malta. Jekk għandna l-professjonisti fl-Isptar Mater Dei, għandna issa wkoll professjonisti fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Bl-istess mod, jekk ftaħna Ċentri għall-Familji fil-Komunità fil-Fgura u fl-Imsida ftaħna ċentri simili f’Marsalforn u fir-Rabat, Għawdex,” temm jgħidilna l-Kap Eżekuttiv.

IL-ĦIDMA FAVUR IL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ TĦALLI L-FROTT Statistika tal-Eurostat turi li Malta hija fost l-inqas żewġ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fejn persuni b’diżabilità jesperjenzaw rata għolja ta’ piż finanzjarju kkawżat mill-ispiża ta’ akkomodazzjoni. L-istatistika turi li fl-2019, medja ta’ 11.1% ta’ persuni b’diżabilità fl-Unjoni Ewropea jgħixu fi djar fejn l-akkomodazzjoni kienet ta’ piż kbir fuq id-dħul finanzjarju tagħhom meta mqabbel ma’ 9.1% għal persuni mingħajr diżabilità. F’Malta din is-sitwazzjoni hija riflessa fi 2.4% tal-persuni b’diżabilità. Persentaġġ inqas minn ta’ Malta ġie rreġistrat f’Ċipru biss, b’1.5%. L-ikbar piż reġistrat hu fil-Greċja bi 33.7% segwit mid-Danimarka b’21%. Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli qalet li “statistika bħal din tikkonferma kemm qed tagħti frott ħidmet il-Gvern b’risq il-persuni b’diżabilità. Ħidma li qed tissarraf f’diversi forom ta’ għajnuniet mhux biss finanzjarji imma wkoll fejn jikkonċerna impjiegi lil persuni b’diżabilità, miżuri li introduċa l-Gvern biex aktar persuni b’diżabilità jsibu impjieg kif ukoll l-għajnuna lil min iħaddem persuni b’diżabbiltà. Hemm ukoll miżura mill-aktar impor­ tanti biex tgħin finanzjarjament lill-persuni b’diżabilità, dik li jekk dawn ikollhom xi forma ta’ għajnuna finanzjarja mill-Gvern minħabba d-diżabilità li jkollhom, din l-għajnuna ma jkollha ebda im-

patt, ebda effett, fuq id-dħul li l-persuna b’diżabbiltà jkollha mill-impjieg tagħha. Il-persuni b’diżabilità u l-bżonnijiet tagħ­ hom u tal-familji tagħhom kienu dejjem fost il-prijoritajiet ta’ kull Gvern Laburista fl-istorja. ” Il-Ministru Farrugia Portelli żiedet tgħid li mera ċara ta’ din il-politika huwa

l-ammont ta’ fondi allokati għal programmi u inizjattivi favur persuni b’diżabilità. Għal din is-sena ġew allokati €13,830,000 għal programmi u inizjattivi filwaqt li ġew allokati €20,530,000 għall-Aġenzija Sapport. L-allokazzjonijiet finanzjarji rispettivi fis-sena 2012 kienu ta’ €1,028,000 u €8,120,000.

EMANĊIPAZZJONI AKBAR TAN-NISA Rapport tal-Eurofound jiddokumenta l-bidliet li seħħew fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea sa Lulju tal-2020, bidliet relatati mad-dħul u l-kundizzjonijiet tal-għajxien bħall-edukazzjoni, is-saħħa u l-akkomodazzjoni. Dawn il-bidliet juru kif il-Gvern ta’ pajjiżna, matul l-aħħar tmien snin, tejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħajja u l-kwalità tal-ħajja tal-mara kif ukoll tattfal. Aċċess għas-servizzi ewlenin, inklu­ żi l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, kif ukoll ħajja stabbli għall-familji u akkomodazzjoni diċenti huma meħtieġa

għall-benesseri u l-iżvilupp tat-tfal. Wieħed mis-servizzi meħtieġa u li dan ir-rapport jagħtih importanza hu l-edukazzjoni bikrija tat-tfulija, l-istess servizz li introduċa l-Gvern wara l-2013. Dan is-servizz tal-użu b’xejn taċ-childcare centres irriżulta f’titjib femminili f’dawn l-aħħar snin. B’hekk rajna żieda ta’ 52% fl-ammont ta’ nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol. Sal-2019 kienu rreġis­trati 107,123 mara fid-dinja tax-xogħol f’pajjiżna. Dawn iċ-ċifri juru kemm il-Gvern ħadem u se jkompli jaħdem biex aktar nisa jkollhom il-kundizzjonijiet tal-ħajja u l-kwalità tal-ħajja aħjar. Ir-rapport tal-Eurofound jispjega kif single parents jiffaċċjaw sfidi finanzjarji, bejn wieħed u ieħor id-doppju tal-medja tal-popolazzjoni totali. Problemi li jiffaċċjaw huma relatati ma’ kirjiet jew kontijiet ta’ utilità. Għalhekk ta’ min isemmi kif miżura oħra tal-Gvern wara l-2013,

l-in-work benefit, sarrfet f’għajnuna lill-familji u single parents biex jerfgħu dan il-piż. L-istess bħas-servizz taċ-childcare b’xejn, din il-miżura kompliet tirrifletti wkoll fuq l-emanċipazzjoni tal-mara billi offriet opportunitajiet lill-ġenituri, speċjalment nisa, biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Il-pandemija kompliet iżżid fuq il-problemi eżisenti li kienu qed jiffaċċjaw it-tfal u l-ġenituri tagħhom. Ir-rapport tal-Eurofound juri li hemm bżonn li l-istati membri jdaħħlu miżuri bħal dawn jew simili. Fil-każ ta’ pajjiżna, diversi miżuri bħal dawn huma diġà introdotti. Għalhekk dawn il-miżuri li daħħal ilGvern matul l-aħħar snin juru kemm dawn kienu għaqlin li jiddaħħlu għax wasslu mhux biss biex pajjiżna jkollu l-ekonomija u s-soċjetà aktar sostenibbli, inklussiva, kif ukoll ġusta, iżda biex ikun preparat għal sfidi bħalma hi l-pandemija nnifisha.

B’miżuri introdotti wara l-2013, bħaċ-childcare centres b’xejn u l-in-work benefit, l-għadd ta’ nisa Maltin u Għawdxin żdiedu bi 52% fid-dinja tax-xogħol


08

14.03.2021

JIPPERSISTI FIT-“TRIQ” IL-ĦAŻINA! Għat-tieni ġimgħa konsekuttiva, id-Deputat Nazzjona­lista Robert Cutajar baqa’ jippersisti fl-attakk fuq il-ħidma ħawtiela tal-aġenzija Infrastructure Malta, li fl-aħħar tliet snin diġà tat dehra ġdida lil pajjiżna, b’toroq denji għas-Seklu 21. Dan anke jekk ġimgħa ilu, it-tentattiv tiegħu fisser li spara f’saqajh u f’saqajn il-Partit negattiv Nazzjonalista. B’mistoqsija Parlamentari oħra nhar l-Erbgħa li għadda, Cutajar infexx f’partiġja­niżmu sfrenat qabel biss staqsa xi ħaġa u ddikjara li mnalla l-Oppożizzjoni vvutat kontra l-ħolqien tal-istess Aġenzija fl-2018 “għax kieku llum hi kompliċi malGvern fl-isfreġju ambjentali li qed twettaq f’pajjiżna l-istess entità”. Min-naħa tiegħu, il-Minis­tru għat-Trasport, l-Infrastrutura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg reġa’ ma ħalliehx bin-nie­qes u, bħall-ġimgħa ta’ qabel, wieġeb kif kien jixraq għall-arroganza tad-Deputat. “Jiddispjaċini ħafna ninnota li minkejja li għaddew tliet snin u minkejja li għal darba, tnejn l-Oppożizzjoni warrbet il-mexxejja tagħha biex tidher li qed tinbidel, xorta waħda għadha ma nbidlitx fil-fehma tagħha li toġġezzjona għall-investiment bla preċedent li pajjiżna qed jagħmel fl-infrastruttura pubblika ta’ kwalità għolja, wara li tħalliet mitluqa għal għexieren

ta’ snin,” beda biex jgħid il-Ministru, b’refe­renza għall-wegħda elettorali Laburista ta’ €700 miljun mif­ruxin fuq seba’ snin biex isiru t-toroq kollha f’pajjiżna. Hu tenna li Cutajar ikkonferma mill-ġdid li l-Oppożizzjoni għadha kontra li l-familji tagħna jkollhom toroq u amb­jent aħjar quddiem djarhom, li l-Oppożizzjoni temmen li mnalla kienet u għadha kontra li pajjiżna jkollu infrastruttura li tnaqqas ittniġġis tal-arja, li tnaqqas il-ħin fl-ivvjaġġar, li tixpruna l-użu ta’ mezzi ta’ vvjaġġar alternattivi u li tna­q­qas ir-riskji t’aċċidenti. Semma kif, bi kliemu, Cutajar ikkonferma li l-Oppożizzjo­ ni hi wkoll kontra għadd ta’ proġetti ewlenin, bħall-mini ġodda f’Santa Luċija, it-twessigħ tal-Marsa-Ħamrun By­pass, is-seba’ flyovers fil-Marsa Jun­­ ction Project u saħansitra dak li nbeda ftit xhur ilu biex jitnaqqas aktar minn 90% tat-tniġġis talcruise liners fil-Port il-Kbir. “Dawn kollha xogħlijiet ta’ Infrastructure Malta li l-Oppożizzjoni issostni li ‘mnalla’ kienet u għadha kontrihom – li kieku hi kienet fil-poter, dawn ix-xogħlijiet kollha baqgħu fuq l-ixkaffa, bħalma fil-fatt kien baqa’ fuq l-ixkaffa s-Central Link Project, li minkejja li ġie ppjanat fis-snin 90, baqa’ ma twettaqx għal għexieren ta’ snin, b’detriment għal eluf ta’ familji f’Ħ’Attard, Ħal Bal­zan u Birkirkara. Stramb, iżda, il-fatt li minkejja

Ġimgħa ilu Cutajar ukoll ittanta jirredikola l-ħidma ta’ Infrastructure Malta li jsostni li kien u għadu kontra Infrastructure Malta, l-Onorevoli Cutajar u membri oħra tal-Oppożizzjoni ma jixbgħu qatt jagħmluli mistoqsijiet Parlamentari li fihom jgħadduli talbiet biex l-is­tess Aġenzija tagħmel xogħ­lijiet differenti fil-kostitwenzi tagħhom,” iddikjara l-Ministru, waqt li tenna li mnalla l-Gvern jemmen b’mod sħiħ bil-ġid li qed twettaq Infrastructure Malta u ma jistenniex lill-Oppożizzjoni tiddeċiedi hix fil-fatt kontra jew favur din l-Aġenzija, biex ikompli jsostni l-ħidma infrastrutturali tagħha fl-aħjar interess tal-Maltin kollha. Fi tmiem it-tweġiba tiegħu, il-Ministru sadd ħalq id-Depu­ tat Nazzjonalista b’lista twila ta’ lokalitajiet (taħt) li diġà gawdew mill-500 triq, li nbnew ġodda jew sarulhom titjib sinifikanti mill-2018 kemm ilha tope­ra Infrastructure Malta.

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

LOKALITAJIET BENEFIĊJARJI S’ISSA: IL-BAĦRIJA IL-BIDNIJA IL-BIRGU BIRKIRKARA BIRŻEBBUĠA BORMLA BURMARRAD IL-FGURA IL-FURJANA IL-GUDJA IL-GŻIRA Ħ’ATTARD ĦAD-DINGLI ĦAL BALZAN ĦAL FAR ĦAL GĦAXAQ ĦAL GĦARGĦUR ĦAL KIRKOP ĦAL LIJA ĦAL LUQA ĦAL QORMI

ĦAL SAFI ĦAL TARXIEN IL-ĦAMRUN ĦAŻ-ŻABBAR ĦAŻ-ŻEBBUĠ L-IKLIN L-IMĠARR L-IMQABBA L-IMRIEĦEL L-IMSIDA L-IMTAĦLEB L-IMTARFA L-ISLA IL-KALKARA IL-MARSA MARSAXLOKK IL-MANIKATA IL-MELLIEĦA IL-MOSTA IN-NAXXAR PEMBROKE

Il-ġimgħa li għaddiet, meta l-istess Cutajar ukoll ittanta jpoġġi f’dubju jekk dawn it-toroq sarux jew le, il-Ministru

IL-QRENDI IR-RABAT RAĦAL ĠDID SAN ĠILJAN SAN ĠWANN SAN PAWL IL-BAĦAR SANTA LUĊIJA SANTA VENERA IS-SIĠĠIEWI IS-SWATAR IS-SWIEQI TA’ XBIEX TAL-PIETÀ TAS-SLIEMA IL-BELT VALLETTA IL-WARDIJA WIED IL-GĦAJN IX-XGĦAJRA IŻ-ŻEJTUN IŻ-ŻURRIEQ

għaddielu l-lista twila tal-ismijiet kollha tagħhom, kif irrapportati fil-ħarġa tagħna l-Ħadd li għadda.


09

14.03.2021

AĠIR LI JIKSER IL-LIĠI U L-ETIKA Tkompli minn paġna 1 L-aġir tiegħu wkoll reġa’ enfasizza l-firda li teżisti fost il-fazzjonijiet fil-Partit Nazzjonalista. Waqt li l-Kap preżenti Bernard Grech iddefenda lil Azzopardi u qal li dan hu każ magħluq (“case closed”), min-naħa l-oħra, l-Eks Kap Adrian Delia ddikjara li Azzopardi għandu ħafna x’jispjega. Naturalment l-akkuża fuq Grech hi li ma jistax jieħu passi, għax anke hu għamel l-istess dnub ta’ Azzopardi u għal snin twal ma ħallasx dak dovut minnu qabel taha għall-ħajja pubblika. Fil-fatt Grech kien spiċċa saħansitra f’nofs investigazzjoni wara li naqas li jissottometti b’mod xieraq ir-returns tat-taxxa tiegħu u allura jiddikjara dak dovut minnu għal 12-il sena sħaħ bejn l-2005 u l-2016. Fi tmiem dik l-investigazzjoni Grech kien intalab iħallas mas-€17,000, li kienu separati minn €30,000 oħra f’taxxa li kien mar iħallas wara li kien diġà ħabbar il-kandidatura tiegħu għall-Kap tal-PN. Kumplessivament kien spiċċa jħallas lill-Istat mat-€62,000 f’taxxa u VAT dovuti. Il-ġimgħa l-oħra din il-gaz­zetta żvelat kif innuqqas ta’ dikjarazzjoni tad-dħul minn Azzopardi, li jpinġi lilu nnifsu bħala paladin tal-governanza t-tajba u s-saltna tad-dritt, kien imur lil hinn mill2018, kif kienet qed tingħata l-impressjoni sa dakinhar. Minflok inqabad li għamel dan għal tliet snin konsekuttivi fl-aħħar ħames snin. Fil-bidu d-Deputat Nazzjona­lista ttanta jqarraq

ma’ midja oħra fejn ġab l-iskuża li għamel dan minħabba l-proċess ta’ separazzjoni li kien għaddej fiż-żwieġ tiegħu. L-uffiċċju tal-Ispeaker Anġlu Farrugia kien intalab minn ONE News biex, skont il-liġi, jipprovdi kopja tat-tax returns ta’ Azzopardi. Minn dan it-tagħrif ħareġ kif id-Deputat Nazzjonalista ġie jaqa’ u jqum mill-obbligi legali tiegħu u ma ddikjarax it-taxxa għall-2016, l-2017 u l-2018, waqt li f’dik tal-2019 qanqal ħafna dubji meta ma rreġistra l-ebda dħul li ġej mill-professjoni jew min-negozju tiegħu. Hu mmarka biss ftit mijiet ta’ ewro fi dħul mill-Università fejn jagħti l-lekċers u l-onorarja tiegħu bħala membru tal-Parlament. Meta ġie mgħarraf mill-Parlament li l-midja talbet id-dikjarazzjonijiet tad-dħul tiegħu, id-Deputat Nazzjonalista vvinta akkużi kontra s-Segretar­ju Perma­nenti Ewlieni tal-Gvern Mario Cutajar biex jipprova jiddevja l-attenzjoni minn fuqu. Tali dokumenti, bħal dak tal-2019 li ntbagħat lil ONE News, jimtlew mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni fuq l-informazzjoni li jkun ta d-Deputat innifsu fil-formola tat-taxxa tiegħu. Għaldaqstant, l-aġir ta’ Azzopardi mhux biss jikser il-liġi, iżda anke l-etika li hi mistennija minn rappreżentant tal-poplu. Dan wassal biex il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler intalab jinvestiga tali nuq­qas ta’ dikjarazzjonijie­t min-naħa tad-Deputat Nazzjo­nalista.

L-ewwel dikjarazzjoni vojta għall-professjoni u dik emendata (inset)


10

14.03.2021

OFFERTA GĦALL-KIRI TAL-BAR Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista tal-Mellieħa jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għat-tħaddim tal-Bar u Ristorant tal-istess lokal sa mhux aktar tard min-nhar it-Tnejn 22 ta’ Marzu 2021, fil-5.00pm. L-Offerti u l-kundizzjonijiet jistgħu jinġabru misSegretarjat tal-Partit Laburista, ġewwa ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ħamrun bejn id-9.00am u s-7.30pm. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġuża.

IL-MUŻEWIJIET IMORRU ONLINE Is-sit elettr­ oniku ta’ Heritage Malta (heritagemalta.org) se jkun qed jagħmel tajjeb għannuqqas ta’ żjarat fiżiċi fis-siti u l-mużewijiet, li issa huma magħluqin b’effett mill-Ħamis li għadda sal-11 ta’ April li ġej wara li tħabbru miżuri ġodda ta’ mitigazzjoni kontra l-imxija COVID-19. Is-sit joffri esperjenzi maħsuba għaċ-ċirkostanzi ta’ bħalissa, immirati biex jissodisfaw il-gosti u l-ħtiġijiet ta’ udjenzi differenti. It-taqsima dwar il-Mużewijiet, ngħidu aħna, toffri żjarat virtwali, tagħrif u ritratti tas-siti li wieħed jagħżel li jidħol fihom. Esperjenzi oħrajn virtwali jippermettu lil dak li jkun iqalleb f’kollezzjonijiet foto­grafiċi, jammira skultura klassika jew idur dawra ma’ Villa Guardamangia, fost oħrajn. Il-wirt kulturali ta’ qiegħ ilbaħar ukoll jista’ jiġi aċċessat mis-sit elettroniku, permezz tat-taqsima ddedikata lid-diversi fdalijiet ta’ bastimenti u ajruplani mgħarrqin fl-ibħra tal-Gżejjer Maltin. Taħt “Riżorsi”, min-naħa l-oħra, wieħed isib ħafna tagħrif siewi dwar suġġetti li jvarjaw minn kostumi tradizzjonali Maltin għal

muniti, bereġ u logħob antik. Noel Zammit, Kap Eżekut­­­ tiv ta’ Heritage Malta, qal li “bħala l-aġenzija nazzjona­li għall-mużewijiet, il-konservaz­ z­­­joni u l-wirt kulturali hi parti mill-missjoni tagħ­na li niżguraw l-aċċessibbiltà għall-patrimonju kulturali. Fil-ġimgħat li ġejjin, bħalma għamilna s-sena li għaddiet, se nwettqu din il-missjoni billi nipprovdu aċċessibbiltà virtwali permezz tas-sit elettroniku tagħna, kif ukoll fuq il-mezzi soċjali,” qal. It-tfal ukoll għandhom taqsima sħiħa ddedikata għalihom fis-sit (taħt), fejn jistgħu jitgħallmu dwar il-wirt naturali u kulturali tagħna, iniżżlu stampi u jagħtuhom il-kulur. L-adulti għandhom il-faċilità li jixtru kotba, souvenirs u oġġetti oħrajn mill-ħanut virtwali ta’ Heritage Malta, jaġġornaw ruħhom mit-taqsima bl-aħħar aħbarijiet jew isegwu lectures li forsi ma rnexxilhomx jaraw meta xxandru l-ewwel darba. Il-YouTube Channel ta’ Heritage Malta hu wkoll minjiera ta’ produzzjonijiet interessanti u jiġi aġġornat regolarment b’materjal ġdid, bħall-pjattaformi l-oħrajn tal-midja soċjali li tieħu ħsiebhom l-aġenzija.


11

14.03.2021

GĦAJNUNA LILL-ANZJANI F’DINJA DIĠITALI Anzjani f’dinja diġitali hija t-tema ta’ kampanja ġdida li se tgħin lil dawk avvanzati fl-età biex jieħdu ħsieb is-sigurtà diġitali tagħhom. F’din il-kampanja, li se tinvolvi lill-attur popolari Narcy Calamatta, se tingħata informazzjoni prat­tika ta’ kif persuni jipproteġu lilhom infushom fuq l-internet u se tittratta diversi temi, fosthom is-sigurtà fuq Wi-Fi pubbliku, l-importanza ta’ passwords b’saħħithom, emails u links qarrieqa, l-użu ta’ software anti-virus u anti-spyware u l-protezzjoni ta’ informazzjoni personali jew sensittiva. Iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-MITA Tony Sultana qal li, fl-istrateġija l-ġdida tal-MITA, qed tingħata importanza kbira l-innovazzjoni teknoloġika. Bl-istess mod qed tingħata attenzjoni lill-aspett ta’ sigurtà diġitali. F’dan ir-rigward, il-MITA qed tniedi kampanja għal nies ta’ ċerta età biex tipprovdi informazzjoni u riċerka għal aktar aċċessibilità. Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Sil-

vio Schembri qal li l-anzjani huma għal qalbna anke fl-aspetti diġitali, speċjalment fi żmien il-pandemija. F’dan iż-żmien l-użu tat-tekno­ loġija żdied b’rata għolja fejn anzjani qed jużaw l-internet biex jikkomunikaw mal-familji tagħhom, waqt li l-Gvern qed jaħdem biex jipproteġi lill-anzjani. F’din il-kampanja qed jippar­te­ ċipa wkoll il-Ministeru għall-Anzjani li qed jagħmel it-teknoloġija aktar aċċessibbli, fosthom permezz ta’ servizz ta’ Wi-Fi b’xejn fid-djar tal-anzjani. Il-Ministru responsab­bli Michael Farrugia sostna li l-anzjani se jingħataw l-informaz­zjoni meħtieġa biex jikkomunikaw mal-qraba tagħhom. Fl-aspett ta’ sigurtà diġitali, hu importanti li l-anzjani jkollhom kull tagħrif biex ma jħallu lil ħadd jabbuża minnhom. Il-MITA qalet li bħalma l-anzjani jieħdu ħsieb is-sigurtà tagħhom fil-ħajja normali, l-istess iridu jagħmlu meta jkunu fuq l-internet fid-dinja diġitali.


12

14.03.2021

SFREĠJU F’WIĊĊ IL-PORT IL-KBIR Minn OSSERVATUR POLITIKU

Kemm il-ġurnali ta’ kuljum kif ukoll il-kmamar tal-aħbarijiet tar-radju u tat-televixin taw prominenza xierqa u mistħoqqa l-fatt, li b’azzjoni f’waqtha u tempestiva, il-Ministru Ian Borg neħħa wieħed miż-żewġ sfreġji li kienu qed ikerrhu u jirvinaw id-dehra maestuża u sabiħa ta’ wieħed mill-aqwa teżori storiċi li għandna Malta. It-tieni sfreġju jitneħħa sa April. Il-fortifikazzjonijiet stil Barokk li jdawru l-Port tagħna huma kważi intatti u għadhom jidhru fl-istat pristin tagħhom. Kull ritratt tal-Port il-Kbir huwa attrazzjoni fih innifsu u jirrakkonta viżwalment l-istorja tagħna. Id-dehra tal-Port il-Kbir kemm mill-Barrakka ta’ Fuq kif ukoll minn fuq is-swar tal-Kottonera tpaxxi kemm lil dawk kollha li jiġu jżuruna kif ukoll lil kull min jarahom fil-mijiet ta’ eluf ta’ ritratti u pitturi li jaqbdu sbuħija maġika li ssaħħrek. Naħseb li lkoll naqblu li dawn it-torrijiet tal-ħadid għoljin immens mhux biss kienu jifgaw u jċekknu l-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera, imma jkerrhu, u anke jagħmlu sfreġju fil-wiċċ jiddi u uniku tal-isbaħ port fid-dinja. Wiċċ mara sabiħa li xi ħadd ċarratulha b’sikkina. Għaddew is-snin, sena wara l-oħra, kultant protesta, kultant xi appell, kultant xi ftit pressjoni. Imma t-torrijiet tal-kruha hemm kienu u hemm baqgħu. Dawk li s-soltu jqajmu plejtu fuq kollox siekta kienu u siekta baqgħu. L-NGOs li bdew serje ta’ kruċjati kontra l-ħadid u t-tarmak qatt ma indunaw bit-torrijiet faħxin tal-ħadid; il-ġurnalisti wkoll qatt ma indunaw bihom. Tgħid għaliex? Il-wirt ta’ Austin Gatt Ngħidilkom jien għaliex din il-kruha inkarnata qatt ma taw kasha. Għaliex it-Tarzna ta’ Palumbo hija parti millwirt diżastruż li l-Eks Ministru Nazzjonalista Agostino Pio Gatt ħalla lill-poplu Malti. Min jaf kieku kien xi ministru Laburista li ta kważi b’xejn lil ditta barranija mhux biss tarzna sħiħa imma art lil tiswa biljuni ta’ ewro biex minn eluf kbar ta’ ħaddiema

jaqilgħu ħobżhom mit-tarzna llum baqa’ biss ftit tużżani! Dan hu l-istess ministru li ħallielna l-fjask madornali tal-Arriva fit-trasport pubbliku, bużullotta kbira ta’ Manwel Delia, li ħallas għaliha l-poplu. Agostino Pio Gatt ħallielna wkoll Smart City, mijiet ta’ tmien li wegħedna li kienu se jinbidlu f’Silicon Valley oħra. Suppost li t-triqat li nbnew biex jeħduna f’Silicon Valley Maltija baqgħu ma wasslu għal imkien. Però, The Times għażlet li tgħid li t-toroq li bena Ian Borg ma jwasslu għal imkien. Ian Borg bid-dinamiżmu solitu tiegħu ħelisna minn dawn ilmostri, li jixbhu lil dawk li semma l-Profeta Danjeli fil-Bibbja; “L-abominazzjonitad-deżolazzjoni qegħdin fejn mhux suppost.” Hemm kienu u hemm baqgħu. Il-paraguni mhux dejjem odjużi U hawn bilfors li jkollna nirriflettu fuq l-ipokrisija ta’ ċerti ġurnalisti, ċerti NGOs u l-kelliema tal-PN. Dawn dejjem lesti jsibu x-xagħra fl-għaġina f’dak kollu li jwettaq il-Ministru Ian Borg. Qatt ma jikkuntentahom, lanqas jekk jagħmel l-ilma jiżfen. Jippruvaw iqajmu plejtu u jgħajtu li wasal l-aħħar tad-dinja ma’ kull triq li titwessa’, ma’ kull flyover li tinbena, ma’ kull mina li titħaffer. Għalihom ftit tarmak sar sfreġju lill-ambjent imma torrijiet mostri tal-ħadid, dawk mhuma xejn, dawk jgħaddu. Jgħidu li l-paraguni huma odjużi. Veru, imma mhux dejjem. U ebda bniedem f’sensih mhu ser ilumna jekk nipparagunaw dak li għamlu għall-poplu l-Ministru Ian Borg u l-Eks Ministru Agostino Pio Gatt. Tal-aħħar għamel vroma, waħda wara l-oħra; tal-ewwel dejjem emmen fil-prinċipju ta’ ħidma

kontinwa li ma tieqaf qatt. Agostino Pio Gatt jibqa’ assoċjat ma’ Smart City, Arriva u li ta kważi b’xejn it-Tarzna ta’ Bormla. Ian Borg jibqa’ assoċjat mal-mijiet ta’ toroq li bena, mal-Flyovers tal-Marsa, mal-Mini ta’ Santa Luċija, mar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir... bħala dak li neħħa l-isfreġju li kien qed ikerrah wiċċ il-Port il-Kbir.

Naħseb li lkoll naqblu li dawn it-torrijiet tal-ħadid għoljin immens mhux biss kienu jifgaw u jċekknu l-fortifikazzjonijiet tal-Kottonera, imma jkerrhu, u anke jagħmlu sfreġju fil-wiċċ jiddi u uniku tal-isbaħ port fid-dinja


13

14.03.2021

MUMENTI LI MA NINSIEX

CHRIS FEARNE Deputat Prim Ministru

Mhux l-ewwel darba li waqt intervista staqsewni dwar l-aktar mumenti li mhu se ninsa qatt f’ħajti u bħal kulħadd għandi dawk id-dati personali, fuq quddiem it-twelid ta’ wliedi li huma dati u mumenti li jibqgħu dejjem imaqqxa fil-memorja tiegħi. Matul dawn l-aħħar 12-il xahar tnaqqxu fil-memorja tiegħi żewġ dati oħra. Tnaqqxu għal raġunijiet differenti, iżda dejjem se jkollhom sinifikat importanti. Is-7 ta’ Marzu 2020

In-novel coronavirus beda jinkwetana mill-aħħar ta’ Diċembru 2019 u lejn Jannar 2020 għax beda jinfirex mhux ħażin fiċ-Ċina. Għalkemm dak iż-żmien it-theddida għal pajjiżna kienet tidher ’il bogħod, xorta fil-qasam tassaħħa bdejna nippjanaw kif nistgħu nkunu preparati. U mnalla għamilna hekk għax mur sibhom kieku qgħadna naħsbuha l-PPEs u l-ventilators li wara ġejna bżonn. Hekk kif il-virus beda jinfirex mal-pajjiżi, it-theddida saret aktar reali, meta wasal l-Italja kien inevitabbli li dan il-virus se jasal ukoll Malta. U hekk ġara fis-7 ta’ Marzu 2020. Minn hemm bdew ġranet impenjattivi, lestejna swali fosthom ITUs ġodda fl-Isptar Mater Dei, investejna fil-laboratorji, ħloqna s-sistema tal111 biex il-poplu jkollu l-mistoqsijiet tiegħu mwieġba, iffurmajna t-timijiet tal-contact tracing, ħloqna ċentri biex jintużaw għall-iswabbing u investejna fir-riżorsi umani. Imma wkoll minn dik id-data rrealizzajna li l-aqwa għodda li biha nistgħu niġġieldu

l-COVID-19, kien bil-vaċċin. Kienu sigħat twal ta’ diskussjonijiet b’mod virtwali ma’ sħabi Ministri għas-Saħħa Ewropej fejn anke fuq pariri li tajt jien stess bdejna naħdmu biex ikollna joint procurement. Bl-għan ewlieni wkoll li l-ebda stat membru ma jibqa’ l-art. Segwejna l-proċessi kollha ta’ kumpaniji kbar tal-farmaċewtika li bdew jaħdmu biex joħolqu l-vaċċin, imbagħad xhur ta’ trials u dokumentazzjoni u fl-aħħar wasalna.

tal-Pfizer/BioNTech. Dan kien l-ewwel vaċċin approvat mill-EMA. Grazzi anke għalltim dedikat ta’ professjonisti fil-qasam tas-saħħa aħna diġà kellna ordnati numru ta’ vaċċini bħala parti mill-joint procurement tal-Unjoni Ewropea. U għalhekk konna wieħed mill-ewwel pajjiżi li waslitlu l-ewwel konsenja tal-Pfizer f’ġurnata li ma ninsa qatt, is-26 ta’ Diċembru 2020. Kienu mumenti indeskrivibbli, l-ajruplan niżel u minnu toħroġ kaxxa bil-vaċċini. Il-mument li fih proprju rajna d-dawl fit26 ta’ Diċembru 2020 tarf tat-triq. Għall-ewwel darba kellna biex niġġieldu lil dan Fil-21 ta’ Diċembru 2020, l-Aw- il-virus. torità Ewropea għall-MediċiMill-għada stess bdejni, EMA approvat il-vaċċin na nagħtu l-vaċċin l-eww-

Segwejna l-proċessi kollha ta’ kumpaniji kbar tal-farmaċewtika li bdew jaħdmu biex joħolqu l-vaċċin, imbagħad xhur ta’ trials u dokumentazzjoni u fl-aħħar wasalna

el lill-frontliners fil-qasam tas-saħħa, li kuljum ħadmu fl-isptarijiet u ċ-ċentri tassaħħa direttament mal-pazjenti. Stajna nibdew daqshekk malajr u komplejna kuljum inżidu fil-vaċċini li nagħtu għax konna preparati minn qabel. Fejn xhur qabel ħabrikna biex ħloqna ċ-ċentri għalliswabs, kellna nħabirku biex ikollna ċentri minn fejn nagħtu l-vaċċin. Illum għandna 40 minn dawn iċ-ċentri li jinkludu l-Isptar Mater Dei, iċ-ċentri tas-saħħa u bereġ, il-barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Water Services Corporation, l-MCAST u l-Università. Matul din il-ġimgħa qbiżna l-120,000 vaċċinazzjoni, bqajna nżidu b’mod kostanti l-ammont ta’ vaċċini li nagħtu kuljum fejn qed inqarrbu l-5,000 kuljum. Il-programm ta’ vaċċinazzjoni f’pajjiżna bħalissa miexi anke aktar tajjeb minn dak li kien previst u jekk ikun hemm bżonn inkomplu ntejbu. Din hija l-għodda li għandna kontra l-għadu, id-dawl f’tarf it-triq.

MHUX IŻ-ŻMIEN

DANIEL MICALLEF

Deputat Mexxej għall-Affarjiet tal-Partit

Hekk kif qed nikteb dan l-artiklu, ftit ġranet wara li l-Gvern ħabbar miżuri ġodda restrittivi indirizzati biex jiġġieldu l-pandemija, qed naqra wkoll diversi aħbarijiet minn madwar id-dinja dwar żieda fin-numri ta’ każijiet ta’ COVID-19, u kif ukoll aktar u aktar miżuri restrittivi. Lokalment, bħal kull pajjiż ieħor, il-miżuri jġibu reazzjonijiet imħallta. Mhuwiex fenomenu lokali – anke fejn saħansitra l-miżuri kienu ibsin ħafna bħal New Zealand, tara l-Prim Ministru Jacinda Ardern taħt attakk għaliex ma ħabbritx aktar kmieni li l-livell ta’ allert f’Auckland ser ikun qed jonqos. Qisu ħadd ma jġibha żewġ.

Il-verità hi li tisma’ argumenti kuntrastanti, li meta tipprova tifhimhom mil-lenti ta’ dak li jkun, ġieli tispiċċa tgħid li t-tnejn għandhom raġun. Fil-mument iżda mhux iżżmien tal-ġlied fuq ‘ir-raġun’. Huwa l-mument li niġbdu ħabel wieħed. L-Oppożizzjoni Nazzjonalista bħalissa għaddejja b’kampanja tippolitiċizza l-pandemija. Kulma jonqos li jgħidu li l-COVID-19 ħolqu Robert Abela. Dan filwaqt li sa ftit ġimgħat ilu l-istess Oppożizzjoni, primarjament il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, kien qed jikkritika lill-Gvern għax ma qassamx il-vouchers biex in-nies joħorġu jonfqu. L-istess Bernard Grech li f’nifs wieħed jappella għall-maturità, u finnifs ta’ wara jgħidilna li jixtieq il-pandemija tgħaddi biex immorru għall-elezzjoni ġenerali. Il-pandemija kulħadd jixtieqha tgħaddi, inkluż jien. Imma fil-każ ta’ dawk kollha bl-interess ta’ pajjiżhom l-ewwel, mhux biex issir elezzjoni ġenerali. Nixtieqha tgħaddi sabiex it-tfal ikunu jistgħu jmorru l-iskola bla inkwiet, jitħalltu ma’ sħabhom u jilagħbu flimkien. Nixtieqha tgħaddi biex in-neputijiet u l-ulied ikunu jistgħu jżuru lin-nanniet bla biża’. Nixtieqha

tgħaddi biex l-anzjani maqfula f’darhom ma jibqgħux jgħixu f’solitudni. Nixtieqha tgħaddi biex nara l-ekonomija ta’ pajjiżna terġa’ tirranka, biex nara lin-nies jiddevertu, isiefru u t-turisti ġejjin lejn pajjiżna. Nixtieqha tgħaddi biex ma nibqax nisma’ aktar nies bi problemi ta’ saħħa mentali li qed jiżdiedu minħabba ansjetà kbira li ħakmithom. Nixtieqha tgħaddi sabiex l-intrapriżi Maltin u Għawdxin, ikomplu jissaħħu u joħolqu l-ġid. Nista’ nikteb mijiet ta’ raġunijiet għalfejn nixtieq li l-pandemija tgħaddi – żgur li ‘biex issir elezzjoni ġenerali’ ma tkunx ma’ dawk il-mijiet ta’ raġunijiet imma. Il-ġid komuni jmur lil hinn mill-elezzjonijiet. L-elezzjonijiet imorru u jiġu – in-nies tagħżel, u dawk magħżula jridu

jroddu l-fiduċja lill-poplu Malti u Għawdxi f’ħidma ma taqta’ xejn. Evidenti li l-Kap tal-Oppożizzjoni jaħsibha mod ieħor. Jara l-pandemija bħala għodda li jista’ juża biex jipprova jiskurja ftit punti politiċi. Jiena nħalli f’idejn in-nies sabiex jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom. Tajjeb nirrealizzaw x’qed jiġri f’pajjiżna, u x’qed jiġri f’pajjiżi oħra. Kull mewt li titħabbar hija għafsa ta’ qalb. Hija telfa ta’ missier, iben jew bint, omm, nanna jew nannu, kuġin jew ħabib fost oħrajn. Iżda rridu nneħħu l-kappell lil dawk li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa f’pajjiżna. Servizz b’dedikazzjoni kbira. Saru investimenti bla preċedent sabiex inkunu nistgħu nilqgħu għall-eventwalitajiet kollha. Saħansitra l-prokura tal-vaċċin f’pajjiżna

Fil-mument iżda mhux iż-żmien tal-ġlied fuq ‘ir-raġun’. Huwa l-mument li niġbdu ħabel wieħed. L-Oppożizzjoni Nazzjonalista bħalissa għaddejja b’kampanja tippolitiċizza l-pandemija

attirat il-kritika tal-Kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz, li lmenta li Malta qed tieħu ħafna dożi tal-vaċċin biex tlaqqam il-popolazzjoni tagħha. Pajjiżna huwa l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li laqqam tant li salħin li qed nikteb dan l-artiklu, 17% tal-popolazzjoni f’pajjiżna ħadet minn tal-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin għall-COVID-19. Tajjeb insemmu wkoll il-miżuri ekonomiċi – il-wage supplements li salvaw għexieren ta’ eluf ta’ impjiegi, benefiċċji u inċentivi għan-negozji, sabiex f’dan il-mument tant iebes jibqgħu għaddejjin anke jekk b’ritmu aktar kajman sabiex jibqgħu b’saħħithom biżżejjed għal meta ndawru l-paġna. Żgur mhux iż-żmien tal-battibekki infantili politiċi. Żgur mhux iż-żmien li nżidu l-ansjetà tan-nies. Żgur mhux iż-żmien li nixtiequ l-pandemija tgħaddi biex immorru għall-elezzjoni ġenerali. Huwa ż-żmien li niġbdu ħabel wieħed. Huwa ż-żmien li nagħtu l-appoġġ kollu tagħna lill-frontliners, mhux bil-paroli, iżda bl-għemil tagħna lkoll. Żmien il-ġudizzju politiku jasal, u dak ikun f’idejn il-poplu kif dejjem kien, u kulħadd ibaxxi rasu għalih.


14

14.03.2021

FILM MALTI BI ĠGANTI TAĊ-ĊINEMA JIKSEB RIŻULTATI MILL-EWWEL Il-ġrajja storika Maltija tas-7 ta’ Ġunju 1919, magħrufa aħjar bħala s-Sette Giugno, issa qed tiġi rrakkontata fid-dinja ċinematografika grazzi għal proġett lokali li fil-partijiet ewlenin tiegħu jinkludi lill-atturi ta’ fama internazzjonali Harvey Keitel u Malcolm McDowell. Film miġbud f’pajjiżna diġà qed jattira l-attenzjoni internazzjonali fl-ewwel ġimgħa tiegħu, tant li fl-aħħar siegħat tela’ fil-11-il post tal-aktar films popolari fuq Apple TV, waħda mill-pjattaformi mfittxijin fid-dinja għall-films u s-serje li joffru bi ħlas. Il-film imsemmi “Blood On The Crown”, b’kitba tal-Malti Jean-Pierre Magro u b’direzzjoni tat-Taljan Davide Ferrario, hu bbażat fuq l-istorja vera li ħalliet lill-erba’ Maltin Wenzu Dyer, Ġużeppi Bajada, Manwel Attard u Karmenu Abela mejtin, waqt li din nediet il-mixja biex Malta tinfatam mill-Imperu Brittaniku. Aktar minn 115-il ċittadin Malti, fil-maġġoranza tagħhom żgħażagħ, kienu ngħataw it-tort għall-vjolenza u ġew ikkundannati għal għomorhom fil-ħabs. Il-linja li jieħu l-film, oriġinarjament intitolat “Just Noise” (“Storbju”), tittratta ż-żewġ perspettivi, minn naħa l-omertà tal-forzi militari Brittaniċi biex jgħattu l-inċidenti li wasslu għall-imbarazzament tal-Imperu u min-naħa l-oħra r-reżiljenza u l-kuraġġ muri minn kull faxxa tas-soċjetà Maltija biex iwettqu din ir-rivolta kontra l-ħakkiema. It-tnedija tal-film, li hu appoġġjat mill-Kunsill Malti għall-Arti u mill-Malta Film Fund, saret mill-kumpanija Electric Entertainment nhar it-Tlieta li għadda fl-Istati Uniti u l-Kanada. Il-film, li jinkludi wkoll taħdit bil-Malti b’sottotitli bl-Ingliż, diġà jinsab għall-wiri fuq il-platforms prinċipali ta’ televixin on demand (TVOD), inklużi Amazon Prime u iTunes. Ħadna l-kummenti tal-produttur Jean-Pierre Magro li spjega li l-proġett fil-verità kien il-ħolma tal-mibki l-Professur Oliver Friggieri. “L-intenzjoni kienet ċara ħafna – li nġibu lill-poplu aktar konxju tal-imgħoddi tiegħu bħala mezz kif jifhem il-preżent u jfassal il-ġejjieni. Din l-istorja ta’ Davide kontra Golija hi pjuttost universali. Aħna ridna nirrakkontaw il-ġrajja kif dan il-pajjiż żgħir u fqir qam kontra l-aktar imperu b’saħħtu fid-dinja,” qal Magro. Ibbażat kompletament fuq l-avvenimenti li seħħew, “Blood On The Crown” jippreżenta kif iċ-ċittadini Maltin aktar minn 100 sena ilu ġġieldu għall-indipendenza tagħhom kontra l-Kuruna Brittanika. Eżatt wara t-tmiem tal-Ewwel Gwerra Dinjija, il-Maltin ingħaqdu biex jieqfu lil min kien qed jgħakkishom, anke jekk dan kien ifisser it-tixrid tad-demm, partikolarment fi pjazza. “Għalkemm ridna nirrakkontaw storja lokali, mill-ewwel fhimna li n-narrativa fiha nfisha għandha implikazzjonijiet universali. Ridna noħolmu kbir u konna nafu li jekk jirnexxilna nġibu ftit ismijiet kbar fil-proġett kien se jkollna aktar possibbiltajiet li nferrxu l-istorja mal-erbat irjieħ tad-dinja,” kompla jirrakkonta l-awtur tal-iscript. “Konna fortunati biżżejjed li numru mdaqqas ta’ atturi aċċettaw li jingħaqdu magħna u finalment għażilna żewġ ġganti ċinematografiċi – l-Amerikan Harvey Keitel (“Reservoir Dogs”, “Pulp Fiction”) u l-Ingliż Malcolm McDowell (“A Clockwork Orange”, “Mozart In The Jungle”). Magħhom għandna lil Ian Virgo (“Black Hawk Dawn”), Benedict Blight (“7 Years In Tibet”) u Leeshon Alexander (“We Are Monster”). Atturi Maltin ma ħallejnihomx biss fl-isfond jew f’partijiet sekondarji, anzi ngħataw l-istess prominenza u f’ħafna istanzi anke iżjed screen time. Ħdimna ma’ Narcy Calamatta, Marc Cabourdin, Godwin Scerri, Jane Marshall, Erica Muscat, Chris Dingli u ħafna oħrajn,” insista Magro, li wkoll semma kif kienu ingaġġati aktar minn 1,000 persuna fl-iffilmjar li ħa 30 ġurnata u mifrux fil-Belt Valletta, il-Birgu, Bormla u l-Palazz Verdala fir-Rabat. Jean-Pierre Magro rringrazzja lill-Kunsill Malti għall-Arti, il-Ministru responsabbli José Herrera u Simon Abela għall-appoġġ kontinwu tagħhom, flimkien mal-Fondazzjoni Ewropea għall-Promozzjoni tal-Kultura u Anamorphic Media biex din il-ħolma setgħet titwettaq. Minbarra Magro, il-film għandu wkoll produzzjoni ta’ Aaron Briffa u Pedja Miletic, waqt li Albert Marshall, Mario Azzopardi, Shayne Putzlocker u Konstantin Ishkhanov servew bħala producers eżekuttivi. Il-mużika oriġinali hi tal-kompożitur Alexey Shor.


15

14.03.2021

BACH U L-ORGNI JIMLEW IL-VOJT TAL-PANDEMIJA DAR IL-MEDITERRAN GĦALL-KONFERENZI JAĦSEB FI PROĠETT BIEX JIRREKORDJA INTERPRETAZZJONIJIET TAD-DIRETTUR TIEGĦU ALEXEI GALEA CAVALLAZZI Dar il-Mediterran għall-Konferenzi (MCC) u l-Fondazzjoni Ewropea għall-Għajnuna tal-Kultura huma magħrufin ma’ dawk li jattendu l-kunċerti għal xogħlijiet importanti u ta’ kwalità għolja li jwettqu fejn jidħlu l-kultura u l-arti, b’firxa wiesgħa ta’ semmiegħa kemm Maltin, kif ukoll internazzjonali. Huma kkollaboraw flimkien fuq proġetti għal numru ta’ snin, iżda minħabba l-imxija tal-pandemija talCOVID-19, kellhom bilfors iħassru ħafna mill-kunċerti tagħhom. Bħala azzjoni kontra s-sitwazzjoni, Dar il-Mediterran ħasbet biex tibdel il-proġetti tagħha f’dawk li jistgħu jsiru minkejja r-restrizzjonijiet imposti u talbet lid-Direttur tal-Mużika tagħha Alexei Galea Cavallazzi biex jirrekordja u jiffilmja biċċiet mill-akbar opri importanti tal-mużika fuq l-orgni miktuba minn Johann Sebastian Bach. Dawn se jiġu esegwiti fuq l-orgni Walcker li jinsab fil-Knisja tal-Bon Kunsill f’Paceville. Alexei Galea Cavallazzi hu wieħed mill-aktar mużiċisti magħrufa u versatili. Il-karriera tiegħu wasslitu f’ħafna pajjiżi, jidderieġi xogħlijiet differenti bħal sinfoniji ta’ Nielsen u Bruckner, kif ukoll xogħlijiet ta’ Bach u kompożituri oħrajn tal-mużika Barokka. Alexei temm l-istudji tiegħu fuq l-orgni f’Oxford u ħa sehem f’bosta masterclasses ma’ organisti ta’ fama fil-Ġermanja u postijiet oħrajn. L-MCC u l-komunità Agostinjana f’Paceville qed jikkollaboraw fuq dan il-proġett li diġà ra għażla ta’ xogħlijiet irrekordjati bħalma huma Toccata and Fugue in D minor (BWV 565), Toccata Adagio and Fugue in C Major (BWV 654), Trio Sonata in D and E Minor, Trio Sonata In C Major, kif ukoll numru ta’ Chorale Preludes u Fantasy and Fugue in G Minor (BWV 542). Xogħlijiet li għad iridu jiġu rrekordjati jinkludu Fantasy in G Major u l-famuża Passacaglia and Fugue in C Minor. Għażla ta’ Sonatas fuq l-orgni ta’ Azzopardi se jkunu inklużi ukoll. Ma’ dawn il-kompożizzjonijiet ta’ Bach, ir-repertorju se jinkludi wkoll xogħol kontemporanju ta’ kompożituri Maltin, li jinkludu l-għażla ta’ xogħol ġdid ta’ Alex Vella Gregory intitolat Tryptich li se jinstema’ għall-ewwel darba. “Bħala Direttur tal-Mużika fl-MCC għamilt ħilti biex mhux

biss il-kalendarju mużikali tagħna jinkludi wirjiet ta’ mużika minn kompożituri prinċipali, iżda wkoll nippreżentaw sezzjoni varja ta’ mużika kontemporanja Maltija. Tajna wirjiet ta’ numru ta’ xogħlijiet minn diversi kompożituri importanti Maltin tas-Sekli 20 u 21, kif ukoll tlabna lill-kompożitur Malti Alex Vella Gregory biex jikteb xogħol ġdid. Dan ix-xogħol hu miktub fi tliet partijiet u hu msejjaħ Tryptich. Xi snin ilu jiena wkoll ħdimt ma’ Vella Gregory meta, bħala parti mill-festivitajiet taċ-CHOGM f’Malta, kont mitlub nidderieġi The Purcell School Orchestra fuq żewġ xogħlijiet oħrajn minn dan il-kompożitur li huma Adoration u Sapienta. Dan ix-xogħol ġdid ta’ Vella Gregory għandu jkun irrekordjat fuq film aktar tard din is-sena. Nixtieq nirringrazzja lil Konstantin Ishkhanov u lil EUFSC tal-għajnuna u l-inkoraġġiment tagħhom biex dan il-proġett ikun jista’ jitwettaq u għalhekk nittama f’aktar kollaborazzjonijiet fil-futur,” tenna Galea Cavallazzi. Il-kompożizzjonijiet għall-orgni ta’ Bach bla dubju huma fil-quċċata tal-mużika miktuba għall-istrument, sew mużikalment kif ukoll teknikament. Jibqgħu magħrufa wkoll bħala xogħlijiet miktuba apposta għall-istrument favorit ta’ Bach stess, li hu rikonoxxut bħala l-akbar organista fl-istorja kollha. Ix-xogħol tiegħu għall-orgni jinkludi firxa wiesgħa ta’ forom

u kwalità li tinkludi kemm mużika sagra kif ukoll sekulari. Dawn il-produzzjonijiet mistennija jixxandru fuq it-televixin lokali u huma parti mill-istrateġija tal-MCC u l-EUFC biex titwassal l-ogħla kultura lill-pubbliku inġenerali. Minbarra l-Walcker, Alexei se jirrekordja xogħol ieħor magħruf fuq orgni oħrajn madwar l-Ewropa, li jinkludu Altenburg Schloss f’Altenburg, il-Ġermanja, l-orgni ta’ Groningen f’Martin Church fl-Olanda, The Capella Organ f’St Petersburg, u l-orgni ta’ Pembroke College fl-Università ta’ Oxford. Konstantin Ishkhanov, President tal-EUFSC, feraħ lil Galea Cavallazzi u lill-MCC għal dan ilproġett importanti. “Alexei hu ħabib antik tal-EUFSC u jiena konvint li bħal proġetti oħrajn ta’ qabel dan se jkun suċċess u avventura pjaċevoli. Din l-inizjattiva ta’ rrekordjar tippreżenta tweġiba ġdida għal problemi kbar li qed jiffaċċjaw proġetti artistiċi f’dawn iż-żminijiet. Jien ċert li se tkompli turi l-valuri tagħha fil-futur bħala biċċa xogħol li tikxef u tesegwixxi dawn ix-xogħlijiet kbar tar-repertorju fuq dan l-istrument filwaqt li Alexei jesplora dawk l-orgni ta’ sinifikat storiku madwar l-Ewropa,” qal il-President tal-EUFSC. Għall-filmati, li saru minn Digital Magic, u aktar tagħrif fuq il-proġett żur is-sit uffiċjali talMCC (mcc.com.mt).


16

14.03.2021

GĦAJNUNA MINGĦAJR WAQFIEN

CLINT CAMILLERI Ministru

Is-sena li kienet ikkaratterizzata minn pandemija, fissret ukoll xhur ta’ ħidma mill-Ministeru għal Għawdex sabiex jibqa’ jservi ta’ spalla finanzjarja għal mijiet ta’ ħaddiema, studenti, familji, negozji u għaqdiet Għawdxin. Sena li flok għamilna bħal ħaddieħor u ħadna mill-bwiet ta’ dawn innies, tajniehom aktar sostenn. Dan juruh biċ-ċar il-bosta skemi li nedejna fix-xhur u l-ġimgħat li għaddew. Mill-ewwel ġurnata tiegħi bħala Ministru għal Għawdex dejjem tajt prijorità lill-qasam tax-xogħol, anke biex f’Għawdex jinħoloq aktar xogħol għall-Għawdxin stess. Punt li anke kemm-il-darba semmieh il-Prim Ministru Robert Abela. Biex dan iseħħ, ftit ilu nedejt żewġ miżuri tal-aqwa

Baġit li qatt ġie ppreżentat f’pajjiżna; l-Iskema ta’ Rifużjoni għall-Impjieg f’Għawdex u l-Iskema tat-Teleworking f’Għawdex. Bħalma diġà rajna, dawn mistennija jinkoraġġixxu lil min iħaddem sabiex joffri lill-impjegati Għawdxin kuntratt aktar stabbli, xieraq u fittul. Tikkumplimenta lil dawn iż-żewġ skemi hemm il-Miżura ta’ rifużjoni tal-Gozo Back Office Employment, liema skema mistennija timmira għal investiment barrani f’Għawdex kif ukoll għal kumpaniji Maltin u Għawdxin. Ninsab kommess li nkompli naħdem sabiex jiġi ġġenerat aktar xogħol sostenibbli f’Għawdex anke permezz ta’ skemi oħrajn. Fi sfond ta’ pandemija l-ħidma ma waqfitx sabiex lill-gżira tat-tliet għoljiet inpoġġuha fuq il-mappa kulturali ta’ diversi pajjiżi minn madwar id-dinja. L-iskema b’investiment ta’ tliet kwarti ta’ miljun għall-Fondi għall-Attivitajiet Kulturali f’Għawdex mistennija tiżgura li f’pajjiżna ladarba niġu lura għan-normal nibdew nattiraw turisti ta’ kwalità. Dan ikompli juri biċ-ċar li f’dawn iż-żminijiet ma waqafna xejn milli nibqgħu ngħinu l-artisti u l-gruppi lokali, li wkoll ħadu daqqa minħabba s-sitwazzjoni preżenti, biex ikomplu jimirħu u anke jipproponu diversi inizjattivi kulturali f’Għaw-

dex għall-ġejjieni. Barra minn hekk, tajna għajnuna lil diversi għaqdiet volontarji li jaħdmu u jwettqu inzijattivi b’risq il-komunità Għawdxija, li flok naqqasnieha, żidnieha b’20%. Hawnhekk ukoll qed naraw li l-għan aħħari għandu jkun li fost l-oħrajn jissaħħu l-oqsma soċjali, kulturali u ekoloġiċi f’Għawdex, fejn fl-istess ħin inkomplu nippromwovu kultura ta’ volontarjat fost is-soċjetà Għawdxija. Għaldaqstant, qed naraw ukoll kemm il-Ministeru għal Għawdex għandu fiduċja assoluta fl-għexieren ta’ volontiera Għawdxin li jaħdmu bla qies u joffru ħinhom għall-komunità.

Ma naqasx li nservu ta’ spalla wkoll għal dawk li jaħdmu fil-qasam sportiv, hekk kif bl-Iskema tal-Isport qed ninkoraġġixxu l-Assoċjazzjonijiet Sportivi f’Għawdex iwettqu proġetti innovattivi tagħhom fil-gżira Għawdxija. Iżda meta qed nitkellmu fuq dan il-qasam, ma nistax ma nsemmix il-proġetti sportivi massiċċi li qed isiru, fosthom iċ-Ċentru Akkwatiku u Sportiv modern u mill-isbaħ, ir-riabilitazzjoni tax-Shooting Range fiż-Żebbuġ u l-Korsa taż-żwiemel ta’ Xħajma. Dan kollu mbagħad jgħinna sabiex inħallu lill-atleti Għawdxin ikomplu jimirħu u jiżviluppaw it-talenti tagħhom.

Irridu napprezzaw il-fatt li dan kollu tħabbar fi żmien straordinarju li qatt ma rajna bħalu. Iżda immedjatament hawnhekk rajna lill-Gvern joffri l-id ta’ għajnuna biex jiżgura li ħadd ma jġorr il-piżijiet li l-pandemija ġabet magħha. Id li ġabet serħan il-moħħ lill-bosta negozji u familji. Dan kollu huwa turija ċara ta’ kemm il-Ministeru għal Għawdex flimkien mal-Gvern Laburista mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela qatt ma jħalli lil ħadd waħdu għax dan huwa Gvern għan-nies, Gvern li jisma’ lin-nies u Gvern li jifhem il-bżonnijiet tan-nies. Kuraġġ!

IR-RWOL TAL-MARA FIS-SOĊJETÀ

ROMILDA B. ZARB Kandidat fil-11 Distrett

Din il-ġimgħa fit-8 ta’ Marzu 2021 iċċelebrajna Jum il-Mara, jum li fih infakkru l-kisbiet li rnexxielha tagħmel il-mara, filwaqt li nfakkru aktar ħidma li jonqos li ssir. Bl-ebda mod ma nħoss li din iċ-ċelebrazzjoni hija diskriminatorja lejn is-sess maskili, kif mhux l-ewwel darba li jingħad, għax f’dan il-jum niċċelebraw dak li rnexxielna niksbu u l-progress li sar fid-drittijiet tan-nisa u l-importanza li jiġu

xprunati riformi ġodda ta’ fejn irridu naslu. Infakkru: • l-importanza tal-ugwaljanza • l-importanza ta’ rappreżentazzjoni aktar ekwa f’kull qasam tas-soċjetà inkluż fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż • il-gender pay gap Jiena bħala mara ċċelebrajtu fi rwoli li jiena għandi, omm ta’ żewġt itfal, spiżjara u sindku. Kull mara tħares lejn dan il-jum b’mod differenti għax jiddependi mir-rwol li jkollha fis-soċjetà. Kull rwol huwa importanti. F’dan il-jum aħna nfakkru n-nisa ommijiet, in-nisa li ma jistgħux ikollhom ulied jew ma jixtiqux li jkollhom ulied, nisa li tilfu lil uliedhom, nisa tad-dar, nisa li jagħmlu sagrifiċċji biex jieħdu ħsieb il-familja, nisa li waqqfu l-karriera biex irabbu l-ulied, nisa li ma jistgħux javvanzaw fis-soċjetà f’ċerti opportunitajiet biex jibqgħu jkunu flessibbli ma’ wliedhom, fost diversi rwoli oħra li n-nisa jkollhom fis-soċjetà. Iċ-ċelebrazzjoni internazz-

jonali ta’ dan il-jum tat ħarsa lejn ir-rwol tal-mara fil-ġlieda kontra l-pandemija, sitwazzjoni li ġabet magħha sfidi mhux biss għal pajjiżna iżda globalment, sfidi mhux biss fuq livell mediku iżda wkoll fuq livell ekonomiku. Matul dawn ix-xhur stajna naraw ir-rwol tal-mara f’din l-isfida u hekk kif spjegat mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela: “Is-sess tagħna ma jġorrx timbru, ifisser biss li aħna nisa.” Ifisser li aħna nisa li ser inkunu mudell għaċ-ċkejknin tagħna u li m’hemmx ostakli li jwaqqfuhom milli jaslu għal dak li jixtiequ purament għax huma nisa. Aħna rridu nkunu mudell mhux biss għall-bniet tagħna iżda wkoll għas-subien biex inrawmuhom f’dan il-mudell fejn qed iħarsu lejn il-ġeneru femminili li jassumi ċerti rwoli u naħseb li b’dan ilmod nistgħu nibdew naħdmu biex ’il quddiem ikollna aktar nisa li jassumu ċerti rwoli u aktar irġiel li jaċċettaw li n-nisa jassumu dawn ir-rwoli. Im-

portanti li aħna nkunu mudell f’kull settur. Insemmi s-settur tat-teknoloġija fejn sfortunatament għadna lura meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra Ewropej. Irridu ninvestu f’dan is-settur, irridu naraw aktar nisa li jesploraw dawn l-opportunitajiet. U matul dawn is-snin rajna l-implimentazzjoni ta’ diversi miżuri biex aktar nisa li jixtiequ jesploraw il-qasam tax-xogħol jistgħu jagħmlu dan. Fost oħrajn insemmu l-miżura ta’ childcare b’xejn li taffiet il-miżata ta’ dan is-servizz, il-miżura ta’ trasport b’xejn għall-iskejjel, ilklabb 3-16 li joffri servizz qabel il-ftuħ u wara l-għeluq tal-iskola waqt li wkoll insemmu perjodu ta’ eżenzjoni mit-taxxa għal dawk in-nisa li rritornaw għax-xogħol u l-in-work benefit. Bla dubju r-rwol tal-mara f’dawn il-ġranet ġie affettwat permezz tal-miżuri ta’ restrizzjonijiet li ġew imħabbra iżda rridu nagħmlu kuraġġ. Il-pandemija kif spjegajt ġabet sfidi, sfidi ukoll fil-ġeneru femminili

li kellu jibdel il-mod kif jaħdem speċjalment meta l-ulied imxew għal edukazzjoni online, l-istess kif kien jeħtieġ li jsir din il-ġimgħa. Sfortunatament għadna ngħixu fi żmien fejn meta nsemmu l-ulied, hija l-mara li taddatta għall-ħtiġijiet tal-ulied. Ma ninsewx li għal kull wild dejjem ikun hemm omm u missier. Insibu rġiel li joffru l-għajnuna iżda rridu li jkollna aktar bilanċ. Ma nixtieqx intemm dan l-editorjal mingħajr ma nagħmel referenza għar-riforma li ser tagħti ċ-ċans lis-sess sottorappreżentat jiġi mtella’ għall-persentaġġ ta’ 40% fil-Parlament Malti. Riforma li hemm bżonnha. Nixtieq naqsam magħkom ħolma li jien għandi: ĦOLMA li fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss ma jkunx hemm bżonn li jiskatta dan il-mekkaniżmu għax l-elettorat ikun eleġġa rappreżentanza femminili b’persentaġġ ta’ 40% jew aktar. Nistennew u naraw...


17

14.03.2021

B’DOVER U B’RESPONSABBILTÀ LEJN PAJJIŻNA

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsillier PL

Il-pandemija tal-COVID-19 ċertament ma ħalliet l-ebda impatt pożittiv. Iżda jekk kellna nippruvaw infittxu xi ħaġa li setgħet instigat xi ħaġa fina lkoll, kienet li d-dinja ġiet f’mument fejn kellha twarrab il-biża’ u l-iżolament u minflok aħna kellna ndawru ħarsitna lejn it-tama, is-solidarjetà u s-sens wiesa’ ta’ komunità globali. Għaddejna minn sena ta’ biża’ fejn miljuni ta’ persuni tilfu ħajjithom u miljuni ferm ikbar sfaw infettati bil-virus, filwaqt li miljuni oħra kellhom jirrikorru għal lockdown totali u iżolament. Minkejja li din il-pandemija għal ħafna kienet ta’ sorpriża, il-biża’, l-ansjetà u d-dwejjaq

tagħha huma elementi li ilna nitkellmu fuqhom għal dawn l-aħħar snin. Snin meta fihom id-dinja kienet tirċievi messaġġi li l-affarijiet m’għadhomx kif kienu fl-imgħoddi u li bħala bnedmin qed nitfgħu pressjoni kbira fuq ir-riżorsi naturali tagħna. Minkejja dan, qatt ma ħadna bis-serjetà t-theddida tat-tibdil fil-klima. Forsi dan li għaddejna u għadna għaddejjin minnu, iwassal biex ikun hemm tagħlima li l-bniedem mhux dejjem għandu risposta għal kollox. Għaqda Bla dubju, ħadd ma jiddubita li din il-pandemija hija theddida li d-dinja kellha tiffaċċja fl-aħħar snin. Minkejja kollox iżda, anki jekk f’nofs il-konfużjoni u l-ansjetà, dehru sinjali ta’ għaqda u tama. Inħass il-bżonn ikbar ta’ solidarjetà u x-xewqa ta’ għaqda. Dan is-sens ta’ għaqda globali li jagħti sens ta’ tama. F’dan il-mument ta’ kriżi indunajna li aħna lkoll ġirien tal-istess pjaneta u li s-suċċess f’din il-pandemija jista’ jasal biss meta l-pajjiżi kollha jibdew iħossuhom protetti minn dan il-virus. Mhux se noqgħod nidħol

fid-dettall ta’ eżempji li rajna fejn nies b’mod volontarju assistew lil min tassew kien filbżonn. Lanqas mhu l-ħsieb li noqgħod nirrepeti kemm kien u għadu jiswa mitqlu deheb l-involviment tal-frontliners. Mhux l-iskop.

li li ssib bilanċ fl-emozzjoni u t-turbulanzi li wieħed ikun għaddej minnhom. Irrealizzajna li d-djar tagħna spiċċaw il-post fejn ukoll niżfnu mat-tfal tagħna, fejn ġeddidna l-memorji b’ritratti li l-albums tagħhom kienu kollha trab jew li kienu sors Messaġġ Pożittiv komdu għal xi brimba biex tagħmel l-għanqbuta tagħha Bla ma ninjoraw ir-realtà fil-kwiet. li qed niffaċċjaw, huwa ċar li d-dinja qed toqrob lejn Appell il-messaġġ pożittiv, anki jekk bil-varjanti, kultant immorru Forsi iżda mhux kulħadd qed pass lura mit-tnejn li nkunu jinduna li kull wieħed u waħda għamilna bil-vaċċin. minna għandna nieħdu l-ħin Bħala pajjiż, anki f’Mal- tagħna biex nifhmu li rridu ta, il-konsegwenzi tal-Covid npoġġu lill-familji tagħna huma u se jkunu mfassla l-ewwel u qabel kollox. Li jekk skont id-deċiżjonijiet li qed u mhux se nibżgħu għall-komli se nkunu qed nieħdu. Dawn munitajiet tagħna, il-familji id-deċiżjonijiet għadhom tagħna mhux se jkunu siguri. ikunu mfassla fuq il-valuri, Ħafna għadhom mhux il-kompassjoni, il-kuraġġ u jifhmu li hemm familji li ill-koperazzjoni. Pajjiżna, bħala hom ma jaraw lill-ġenituri poplu dejjem mexa ma’ dawn tagħhom xhur, u dan mhu l-elementi importanti u issa, tort ta’ ħadd. Hija s-sitwazzaktar minn qatt qabel, irri- joni u l-ħtieġa li imponiet fuqdu nirrikorru għalihom mill- na din il-pandemija. Possibbli ġdid. hawn min ma jinteressahx F’mumenti bħal dawn, jekk il-ġenituri tiegħu jgħixpajjiżna għandu jkun famil- ux biex jgħixu Milied ieħor ja waħda. U bħal kull familja kif konna mdorrijin? Possiboħra, qed niffaċċjaw l-isfidi bli hawn min ma jinterestal-pandemija flimkien. Qed sahx jekk in-nanniet tagħna ngħixu flimkien f’pajjiż li ad- hux se jagħmluha biex jaraw dottana. Kultant huwa diffiċ- in-neputijiet jirċievu l-ew-

wel tqarbina jew jingħaqdu fiż-żwieġ mal-maħbub jew maħbuba tagħhom? Possibbli hawn min ma jaħsibx f’mumenti fejn ikun jista’ joħroġ mill-ġdid il-ġenituri tiegħu fl-aħħar snin qabel iħallu din id-dinja? Irridu nifhmu li meta nilbsu l-maskra ma nkunux qed inpaxxu lil xi gvern jew lil xi mexxej imma nkunu qed nipproteġu lill-maħbubin tagħna, lit-tfal tagħna, lill-ġirien tagħna, lill-kollegi tagħna fuq il-post tax-xogħol, lill-kommunitajiet tagħna u fuq kollox lil pajjiżna. Kull miżura li xxejjen farka libertà minn dak li konna mdorrijin bih, hija żejda fi żmien u ċirkostanzi normali imma hija imperattiva fiż-żminijiet tal-lum. Mela ejjew inneħħu kull politka partiġjana f’dan kollu u nifhmu li din hija battalja li rridu niġġieldu flimkien. Ejjew ma nibqgħux ipokriti u nuru għaqda f’jum l-istrina jew f’jum id-dar tal-providenza jew għal puttinu biss. Ilpajjiż għandu bżonn l-impenn u r-responsabbiltà ta’ kull wieħed u waħda minna. Ejjew flimkien naqdu dan id-dover tagħna biex ngħinu u fuq kollox insalvaw lil xulxin, ħutna Maltin.


18

14.03.2021

JIŻVELA R-REKORDJAR TA’ KULL MOSSA TAL-BNEDMIN EDWARD SNOWDEN, l-aktar whistleblower magħruf fid-dinja, jistqarr li ra l-ostilità pubblika Amerikana tonqos lejh wara li kixef dokumenti sigrieti għall-aħħar li żvelaw il-programmi ta’ sorveljanza globali li kienu qed iħaddmu l-aġenziji ta’ spjunaġġ Amerikani u Brittaniċi. Fi ktieb li ppubblika, Snowden jiddeskrivi fid-dettall l-isfond tiegħu u x’wasslu jiżvela dettalji talprogrammi sigrieti mħaddma mill-Aġenzija tas-Sigurtà Nazzjonali Amerikana (NSA) u l-kwartieri ta’ komunikazzjoni sigrieti tar-Renju Unit (GCHQ). Minn CHARLES B. SPITERI

Snowden isostni li sa mill-attakki tal-11 ta’ Settembru ta’ 18il sena ilu kien hemm “litanija ta’ qerda Amerikana b’mod kif jafu jagħmlu l-Amerikani nfushom, bil-promulgazzjoni ta’ politiki, liġijiet, qrati u gwerer sigrieti”. Isemmi wkoll li l-akbar periklu mistenni, jinsab fl-iżvilupp tal-ħiliet tas-sigurtà artifiċjali, bħall-għarfien u l-moviment tal-persuni. Iwissi li “kamera ta’ sorveljanza AI ma tkunx biss apparat li tirrekordja, iżda tqarrbek lejn uffiċjal tal-pulizija awtomatizzat.” Snowden hu inkwetat għallfatt li l-Amerka u gvernijiet oħra, megħjunin mill-kumpaniji kbar tal-internet, jinsabu resqin lejn il-ħolqien ta’ reġistru fuq il-bnedmin kollha fid-dinja, u jirrekordjaw kull mossa li jagħmlu f’ħajjithom. Waqt li jħossu ġustifikat f’li għamel sitt snin ilu, żvela li kellu jsib refuġju fir-Russja, fejn sentejn ilu żżewweġ lis-sieħba tiegħu Lindsay Mills, f’qorti Russa. Jistqarr li għalkemm jippreferi jgħix fl-Istati Uniti jew fil-Ġermanja, jinsab għal qalbu wkoll fir-Russja u jista’ jgawdi minn ħajja normali. Lanqas fadallu l-biża’ li kellu meta wasal fir-Russja l-ewwel darba fl-2013, fejn għex is-solitudni u kien il-ħin kollu mbeżża’ li jkun attakkat fit-toroq minn aġenti Amerikani, biex ipattuhielu. Jirrakkonta: “Jien kont persuna li l-aktar gvern qawwi fid-dinja, ried jeħles minni. Ħadd ma kien jimpurtah nispiċċax il-ħabs jew midfun, għax sempliċement riedu jeħilsu minni. Il-ħin kollu kien ibiddel ħwejġu: il-kowtijiet u l-kpiepel biex ma jingħarafx u jkun jista’ jdur mal-belt, jirkeb il-metro, iżur il-gallariji tal-arti jew il-ballet

u jissieħeb ma’ ħbiebu fil-kafetteriji u r-ristoranti. Snowden ħadem f’xogħlijiet intensi tal-NSA u tas-CIA u f’Hong Kong ta dokumenti ta’ importanza kbira, meqjusin bħala ‘klassifikati’ lil ġurnalisti ta’ The Guardian. Dawn id-dokumenti żvelaw il-kobor tas-sorveljanza tal-massa mill-Istati Uniti, ilGran Brittanja u l-imsieħba tagħhom. Hu għalhekk li jinsab fil-lista tal-aktar nies imfittxija u jekk jinqabad jaf jiffaċċja snin twal fil-ħabs. Bejn traditur u eroj Madankollu, stħarriġ li sar fl-Istati Uniti fl-2013 wera li n-nies kienu maqsumin, bejn dawk li ħarsu lejh bħala traditur u dawk li qisuh b’eroj. U nies li personalment ma kinux jaqblu miegħu, issa jinsabu lesti jaċċettawh għax iħossu li kawża tar-rivelazzjonijiet tiegħu qegħdin jgħixu ħajja f’dinja aqwa, aktar libera u żgura. Snowden, li għandu 36 sena, joqgħod f’appartament b’żewġ kmamar tas-sodda ftit ’il barra minn Moska u jgħix mill-flus li jdaħħal wara li jagħti taħditiet lil studenti, attivisti tad-drittijiet ċivili u nies oħrajn minn barra l-pajjiż, li jikkuntattjawh permezz ta’ video link-ups. Meta wasal fir-Russja, ingħata ażil temporanju, iżda issa kiseb residenza permanenti; l-ekwivalenti għall-kartuna l-ħadra Amerikana, li tiġġedded kull tliet snin, għalkemm hu jgħid li din hi biss formalità. Isemmi li kien fi triqtu minn Hong Kong għar-Russja u Kuba, għal dak li ħaseb li se jkun is-santwarju tiegħu fl-Ekwador, meta l-Istati Uniti kkanċellawlu l-passaport u

telquh għal riħu fir-Russja. Peress li jħobb jivvjaġġa, għalkemm il-moviment tiegħu hu ristrett għall-fruntieri tar-Russja biss, żar bliet bħal San Pietruburgu u Sochi, ilpost tal-villeġġjatura qrib ilBaħar l-Iswed. Jirrakkonta li xi ħaġa li tintilef għal kollox fil-problemi politiċi, hi s-sbuħija talpajjiż, għax ir-Russja hi waħda mill-isbaħ pajjiżi fid-dinja. Skont hu, in-nies huma minn tagħna ferm u jilqgħuk. “Meta ġejt hawn, ma kont nifhem xejn minn dan. Kont beżgħan, naturalment għax bħala aġent tas-CIA, dejjem tpinġielna bħala l-fortizza enormi tal-għadu.” Hu ddeskriva kif iltaqa’ ma’ martu Mills fuq sit tal-internet meta kellu 22 sena. Bagħtu r-ritratt ta’ xulxin, fejn hu taha għaxra minn għaxra u hi tatu tmienja. Seba’ snin wara, hekk kif lesta biex imur Hong Kong, ma għarrafhiex bil-pjani tiegħu li jagħmilha ta’ whistleblower, peress li jekk tkun taf setgħet titqies bħala kompliċi. U ddispjaċieh li hi ma kinitx taf fejn mar. F’partijiet mid-djarju tagħha kitbet kif ħassitha ‘mormija’ meta sparixxa għalkollox, u kif bdiet temmen li seta’ kellu xi avventura amoruża ma’ ħaddieħor. Meta għall-bidu l-pulizija u l-FBI kienu qed ifittxuh, wieħed minnhom, beda jħares lejha b’mod suspettuż. Kitbet: “Beda jħares lejja b’mod li qisni kont qtilt lil Ed, idawwar għajnejh mad-dar kollha biex speċi jara jilmaħx il-katavru tiegħu.” Meta waslet fuq l-għatba tal-bieb ta’ barra ta’ Snowden f’Moska, stenna daqqa ta’ ħarta, iżda minflok stqarritlu li kienet tħobbu u appoġġjat id-deċiżjoni tiegħu li jsir whis-

tleblower.

ward Snowden.

It-tfulija ta’ Snowden

Il-fehmiet politiċi

Fil-memorji tiegħu jirrakkonta fuq tfulitu u l-adolexxenza tiegħu. Jgħid li kien ossessjonat bil-kompjuters u l-logħob tagħhom, bħal-Leġġenda ta’ Zelda u Super Mario Bros. Bħala adolexxent, iħħakkja faċilità nukleari u rrapporta l-vulnerabbiltajiet tagħha lill-awtoritajiet. Uffiċjal mil-laboratorju nukleari ta’ Los Alamos, fejn inħolqot il-bomba atomika, kien ċempel lil ommu biex jirringrazzjah. Jikteb li fl-aġenziji tal-21 seklu li jiġbru l-informazzjoni, ma jeżisti ebda James Bond. Jikxef li l-NSA kienet tagħmel l-akbar użu mill-kuntratturi flok tħaddem nies b’mod permanenti. Għal ħafna żmien hu kien wieħed minnhom. Fi skola ta’ taħriġ għall-ispiji, l-għalliema laqqmuh ‘il-Konti’, li skont hu tinstema’ eżotika, iżda dan kien minħabba l-manjieri tiegħu li fakkruhom f’karattru ta’ Sesame Street. Meta ddeċieda li jsir whistleblower ma eżitax ruħu. B’kumbinazzjoni kien attenda konferenza fuq is-sorveljanza tal-Gvern Ċiniż fuq il-poplu tiegħu. Hemm nibitlu l-ħsieb li jekk iċ-Ċina kienet qed tagħmel hekk, l-Istati Uniti setgħet tagħmel hekk ukoll. Fittex u sab li l-ħsieb kien minnu. Imbagħad jirrakkonta kif b’mod sigriet beda jiġbor id-dokumenti f’kompjuter qadim u kien ħiereġ bih mill-uffiċċju. “Għalhekk twaqqaft u supervisor qalli: ‘X’int tagħmel b’din il-magna?’” U hu ħares lejh bi tbissima u wieġbu: “Nisraq is-sigrieti.” U t-tnejn daħqu bil-qalb. Iżda dak kien eżattament x’kien qed jagħmel Ed-

Snowden kien qal ukoll li fl-elezzjonijiet presidenzjali tal-2008, hu vvota lil kandidat tat-tielet partit, għalkemm emmen fil-wegħdiet ta’ Obama. Wara l-elezzjonijiet sab li l-President Obama kien qed ikompli fuq il-politika ta’ George W. Bush. Madankollu, ma qabilx mad-deċiżjoni ta’ Obama, li ħatar lil Leon Panetta direttur tas-CIA, u qal li “l-President għażel politiku mnellaħ biex imexxi lis-CIA.” Snowden kien offiż ukoll bil-qerda possibbli tal-armi tal-assalt u lanqas qabel mal-politika ekonomika ta’ Obama, li kienet kontra s-Sigurtà Soċjali. Iffavorixxa lil Ron Paul li kien jaqbel mas-sistema monetarja mħaddma fuq id-deheb. Fl-2014, Snowden appoġġja d-Dħul Bażiku Universali. Fis-7 ta’ Mejju, 2004, inkiteb fl-Armata tal-Istati Uniti, għax ħass id-dmir li jiġġieled fil-Gwerra tal-Iraq, biex jgħin fil-liberazzjoni tal-poplu oppress. Iżda ma kompliex it-taħriġ u twarrab fit-28 ta’ Settembru tal-istess sena. Għal sena waħda biss, fl2005 Snowden ħadem bħala uffiċjal tas-sigurtà fl-Università ta’ Maryland għall-Istudju Avvanzat fl-Ilsna, ċentru ta’ riċerka sponsorjat mill-Aġenzija Nazzjonali tas-Sigurtà (NSA). Skont l-Università, din mhix faċilità klassifikata, għalkemm mgħassa b’mod qawwi. Ħidmietu mas-CIA Wara li fl-2006 attenda fiera tax-xogħol iffukata fuq l-aġenziji tal-Gvern responsabbli mill-ġbir ta’ analiżi u l-esp-


19

14.03.2021

lojtazzjoni tal-informazzjoni biex jappoġġjaw l-attività ta’ xi membri tal-gvern li jaħdmu b’mod organizzat biex jinfurzaw il-liġi, Snowden aċċetta post fis-CIA. L-Aġenzija assenjata lilu kienet it-taqsima tal-komunikazzjonijiet globali fil-kwartier ġenerali tas-CIA f’Langley, Virginia. F’Mejju tal-2006, Snowden kiteb f’Ars Technica li ma kellux problema jsib ix-xogħol, għax kien ‘saħħar tal-kompjuter’. Wara li ddistingwa bħala ħaddiem fl-ogħla tim tal-kompjuters, intbagħat fl-iskola sigrieta tas-CIA għall-ispeċjalisti teknoloġiċi, fejn għex għal sitt xhur f’lukanda, jitgħallem u jitħarreġ full-time. F’Marzu tas-sena ta’ wara s-CIA stazzjonat lil Snowden f’Ġinevra bħala diplomatiku, fejn kien responsabbli għall-priservazzjoni tas-sigurtà tan-network kompjuterizzat. Minn hemm ġie assenjat mal-Missjoni Permanenti Amerikana għan-Nazzjonijiet Uniti; missjoni diplomatika li tirrappreżenta l-interessi Amerikani quddiem in-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn. Hemm, Snowden irċieva passaport diplomatiku u appartament b’erba’ kmamar tas-sodda qrib il-Lag ta’ Ġinevra. F’dan iż-żmien, Snowden kien meqjus bħala l-aqwa espert tekniku fis-sigurtà ċibernatika f’dak il-pajjiż u magħżul mis-CIA biex jappoġġja lill-president fis-summit tan-NATO fir-Rumanija. Fi Frar 2009, Snowden irriżenja mis-CIA. Fl-istess sena beda jaħdem għal Dell, li tħaddem is-sistemi tal-kompjuter għal aġenzija governattivi differenti. Meta ntbagħat mal-faċilità tal-NSA fil-Bażi tal-Ajru ta’ Yokota, qrib Tokjo, Snowden ta l-parir lill-ogħla uffiċjali u fizzjali militari fuq kif jiddefendu n-networks tagħhom mill-hackers Ċiniżi. Snowden ra s-sorveljanza tal-massa fiċ-Ċina, li ġegħlitu jinvestiga u jesponi l-istess programm ta’ Washington wara li ta konferenza qasira f’Tokjo. Direttur jigdeb taħt ġurament Fil-15 ta’ Marzu, 2013; tlett ijiem wara dak li aktar tard irrefera għaliha bħala l-breaking point, kien ra lid-Direttur tas-Sigurtà Nazzjonali, James Clapper, jigdeb lill-Kungress taħt ġurament. Snowden irriżenja mix-xogħol ma’ Dell, fejn qal li kellu salarju ta’ $200,000 u daħal jaħdem ma’ Booz Allen Hamilton, fejn ġabar informazzjoni tal-attività ta’ sorveljanza mad-dinja kollha mill-NSA u wara beda jxandar dettalji tagħha. Booz Allen ittermina l-ħid-

ma ta’ Snowden fl-10 ta’ Ġunju, 2013, wara li mar bl-istorja tiegħu fil-pubbliku u tliet ġimgħat wara li telaq mill-Hawaii għall-vaganzi. Ħajjet Snowden 21 ta’ Ġunju 1983. Jitwieled filbelt Elizabeth, f’Karolina ta’ Fuq, fl-Istati Uniti. 2006-2013. Inizjalment fisCIA u wara kuntrattur, l-ewwel għal Dell u mbagħad għal Booz Allen Hamilton. Iqatta’ snin jaħdem fis-sigurtà ċibernatika fi proġetti tal-Aġenzija Nazzjonali tas-Sigurtà tal-Istati Uniti (NSA). 20 ta’ Mejju 2013. Jasal Hong Kong, fejn wara ftit jiem jiltaqa’ mal-ġurnalisti ta’ The Guardian, u jaqsam magħhom dokumenti l-aktar sigrieti li kien qed iniżżel u jaħżen għal żmien qasir. 5 ta’ Ġunju 2013. The Guardian jibda jxandar li ‘Snowden Leaks’, b’rivelazzjonijiet fuq kif l-NSA kienet qed taħżen it-telefonati ta’ miljuni ta’ Amerikani, u li l-aġenzija kellha l-programm tagħha Prism b’aċċess dirett ma’ informazzjoni miżmuma minn Google, Facebook, Apple u ġganti oħra tal-internet Amerikani. 7 ta’ Ġunju 2013. Il-President Amerikan, Barack Obama, imġiegħel jiddefendi l-programmi u jinsisti li dawn qed ikunu mħarsa b’mod adegwat mill-qrati u l-Kungress. 9 ta’ Ġunju 2013. Snowden joħroġ fil-pubbliku bħala s-sors tal-leaks f’intervista bil-vidjow. 16 ta’ Ġunju 2013. Ir-rivelazzjonijiet jinfirxu biex

jinkludu lill-Gran Brittanja, b’aħbarijiet li l-GCHQ interċettat il-komunikazzjonijiet ta’ politiċi barranin waqt is-summit tal-G20 f’Londra, fl-2009, u li l-aġenzija Ingliża tal-ispjunaġġ ittappjat ukoll il-fibre-optic cables li jġorru ħafna mit-traffiku tal-internet. 21 ta’ Ġunju 2013. L-Istati Uniti takkuża lil Snowden bi spjunaġġ u titlob lil Hong Kong tarrestah u testradih. 23 ta’ Ġunju 2013. Snowden jitlaq minn Hong Kong għal Moska. Hong Kong tgħid li fid-dokumenti li l-Istati Uniti ressqet għall-arrest ta’ Snowden, tat it-tieni isem tiegħu żbaljat. Għalhekk ma setgħux jarrestawh. 1 ta’ Lulju 2013. Ir-Russja tiżvela li Snowden applika għall-ażil. Hu wera wkoll ix-xewqa li jitlob l-ażil f’diversi nazzjonijiet tal-Amerka t’Isfel. Eventwalment, l-Ekwador, in-Nikaragwa, il-Bolivja u

l-Venezwela offrewlu ażil permanenti. 3 ta’ Lulju 2013. Waqt li l-ajruplan tal-President Bolivjan, Evo Morales, telaq minn Moska, iġġiegħel jinżel Vjenna wara li l-pajjiżi Ewropej irrifjutaw li jgħaddi mill-ispazju tagħhom, peress li ħasbu li Snowden kien fuqu. Saret tfittxija ta’ 12-il siegħa fuq l-ajruplan. 1 ta’ Awwissu 2013. Wara li għex f’ajruport għal xahar, Snowden ingħata ażil fir-Russja. 21 ta’ Awwissu 2013. The Guardian tiżvela li l-Gvern Ingliż ordnalha teqred ittagħmir tal-kompjuter, użat għad-dokumenti ta’ Snowden. Diċembru 2013. Snowden hu r-‘runner-up’ tal-Papa Franġisku bħala l-Person of the Year tat-Time u jagħti l-Messaġġ tal-Milied fuq Channel 4. Mejju 2015. L-NSA twaqqaf il-bulk collection tar-rekords tat-telefonati Amerikani li

kienu żvelati minn Snowden. Diċembru 2016. Oliver Stone joħorġ il-film Snowden, bis-sehem ta’ Joseph Gordon-Levitt, Melissa Leo, Tom Wilkinson, Zachary Quinto u s-sehem qasir ta’ Alan Rusbridger, li kien editur ta’ The Guardian. Jannar 2017. Snowden jingħata tliet snin estensjoni biex jibqa’ fir-Russja. Ġunju 2018. Hu jgħid li ma jiddispjaċihx mir-rivelazzjonijiet tiegħu, u jtenni: “Il-Gvern u s-settur ekonomiku lagħbu bl-injoranza tagħna. Iżda issa nafu. Il-poplu ġie avżat; għadu bla saħħa, iżda qed nippruvaw nagħmlu ħilitna biex inwaqqfu kollox.” Marzu 2019. Vanessa Rodel, li tat kenn lil Snowden f’Hong Kong, tingħata l-ażil fil-Kanada. Settembru 2019. Snowden jibqa’ jgħix f’post mhux magħruf f’Moska hekk kif qed iħejji biex jippubblika l-memorji tiegħu.


20

14.03.2021

RUEBEN MIFSUD MILL-KARTING U L-MUTURI, SPIĊĊA F’WHEELCHAIR, IŻDA GĦADU GĦADDEJ SAL-ĠURNATA TAL-LUM Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Il-bniedem ħafna drabi jispiċċa jgerger għal kull ħaġa ta’ xejn. Jinsa kemm il-ħajja taf toffri pożittività, għalkemm kultant in-negattività tirbaħ. Bniedem qatt m’għandu jaqta’ qalbu, jiġri x’jiġri fil-ħajja hemm xi tip ta’ tama jew soluzzjoni, ħlief għall-mewt. B’hekk ukoll il-ħajja hija varjata, għax kif jgħid il-Malti, wara l-maltemp jiġi l-bnazzi. Li persuna taqta’ qalbha għal perjodu qasir, jaf ikun parti mill-proċess tan-natura, iżda jkun jeħtieġ li ssib l-għajnuna u tqum fuq saqajha kemm jista’ jkun malajr. L-għajnuna tal-qraba u l-ħbieb tkun ferm importanti f’perjodi iebsa bħal dawn. Dan l-aħħar sirt naf b’persuna li kellu għal qalbu ħafna l-isports tal-karting u l-muturi, fejn fit-tnejn li huma kien imur tajjeb ħafna. Iżda ġara li darba fost l-oħrajn kellu aċċident bil-mutur fejn kiser is-sinsla ta’ dahru u llum ma jistax jimxi aktar, tant li jinsab f’wheelchair. Qed nirreferi għal Rueben Mifsud. Għandu 42 sena, missier ta’ żewġt itfal ta’ 9 snin u 21. Minn ta’ età żgħira, eżattament meta kellu 14-il sena, Rueben kien dilettant tal-karozzi u tal-muturi. Kien proprju meta kellu 17-il sena li beda jsuq ilkarts u wara xi sentejn li beda fil-karting beda anke jikkompeti fil-kampjonat Malti. “Għal diversi snin jien kont kompetittiv ħafna fejn anke rbaħt ħames kampjonati Maltin fl-ogħla kategorija li kellna dak iż-żmien u rbaħt 89 tazza matul il-karriera tiegħi bħala xufier tal-karts,” beda jgħidli dwaru Rueben. Fis-sena 2007 kien tela’ jikkompeti fil-kampjonat ta’ Sqallija fejn ħa sehem fi tliet tiġrijiet fil-kategorija magni 100cc fejn għal darbtejn ġie fit-tieni post u l-aħħar waħda kien waqaf minħabba inċident normali tat-tiġrija. “Wara ma bqajtx nitla’ aktar Sqallija minħabba finanzi, iżda wara komplejt nikkompeti sas-sena 2008 fejn irbaħt

l-aħħar kampjonat hawn Malta stess,” kompla jaġġornani. Kompla jgħidli li fis-sena 2009, beda jieħu ħsieb xi xufiera Maltin u anke beda jaħdem ma’ xi timijiet fl-Italja ta’ fuq fejn kiseb aktar esperjenza f’dan it-taħriġ. Ġara li fis-sena 2010, Rueben waqaf mill-karting għax ma kienx hawn fejn wieħed jista jipprattika dan l-isport. “Hawnhekk fejn kont qlibt għall-muturi u nbidlet ħajti ta’ taħt fuq.” Kellu inċident bil-mutur li tefgħu fil-wheelchair Ta’ min iżid jgħid li Rueben minn dejjem kien dilettant tat-trakka u mhux tat-triq

u l-mutur li kellu kien qed ilestih għat-trakka biex isiefer bih għaliex hawn Malta trakka għall-karrozzi jew muturi m’hawnx. Fil-fatt nikkwota lilu stess, minn kif beda jirrakontali - hawn kien l-iżball fejn kien joħroġ il-mutur kull weekend għaliex kien impossibbli li jsuq il-mutur darba fis-sena għaliex ovvjament biex isiefer ried ħafna flus. “Il-mutur għalkemm

kont qed nippreparah għal ġot-trakka, xorta waħda kien mutur tat-triq u għalhekk kont qed noħroġ indur kull weekend bih. Ovvjament fejn tkun tista’ tagħfas il-gass ser tagħfsu biex tieħu pjaċir u hawn fejn kelli l-aċċident fil-bypass tax-Xemxija fejn skidjajt bil-mutur tiegħi u tkaxkart għal ġo crash barrier fejn hemm kont weġġajt serjament u ksirt is-sinsla ta’ dahri u dik hija r-raġuni għaliex illum ma nistax nimxi,” stqarr miegħi Rue-

ben. Kompla jgħidli: “Bid-daqqa ma kontx naf x’ġara. Kont taħt xokk. Saqajja ma bdejtx inħosshom. Mill-ambulanza dħalt dritt l-isptar u għamluli MRI. Xħin kont hemm ġew smajthom jgħidu li m’iniex se nimxi aktar. Għamilt xahrejn Mater Dei u xahrejn u nofs Karen Grech għar-riabilitazzjoni. Sibt nies professjonali li għenuni. Ma niqafx nirringrazzja lill-infermiera u lit-terapisti.” Hawn Rueben, għamilha

Għal diversi snin jien kont kompetittiv ħafna fejn anke rbaħt ħames kampjonati Maltin fl-ogħla kategorija li kellna dak iż-żmien u rbaħt 89 tazza matul il-karriera tiegħi bħala sewwieq tal-karts


21

14.03.2021

Bid-daqqa ma kontx naf x’ġara. Kont taħt xokk. Saqajja ma bdejtx inħosshom. Mill-ambulanza dħalt dritt l-isptar u għamluli MRI. Xħin kont hemm ġew smajthom jgħidu li m’iniex se nimxi aktar. Għamilt xahrejn Mater Dei u xahrejn u nofs Karin Grech għar-riabilitazzjoni. Sibt nies professjonali li għenuni. Ma niqafx nirringrazzja lill-infermiera u lit-terapisti ċara li mhux qed jiġġustifika dak li għamel ħażin, imma kull min huwa dilettant bħalu tal-motorsport għandu bżonn post fejn jista’ jipprattika l-isport favorit tiegħu b’mod speċjali tal-muturi, u li jkun jista’ jsuq bil-mod sigur, jiġifieri trakka. “Dan huwa r-riżultat li m’hemmx post sigur jiġifieri trakka. Riżultat li ninsab fih jien, fil-każ tiegħi stess fil-wheelchair jew agħar minn hekk hija l-mewt.” “Wara diversi xhur l-isptar u tbatija li għaddejt u li għadni għaddej minnha, kemm jien u anke l-familja tiegħi nkluż it-tfal tiegħi u l-ħbieb ukoll, jien ma qtajtx qalbi. Għedt irrid inkompli ngħix b’ħajti b’dan il-mod li ninsab fih illum. Għall-bidu kienet iebsa ħafna. In-nies jarawk ġo wheelchair, imma hemm ħafna affarijiet li ma jidhrux u n-nies ma jimmaġinawhomx u li int tkun qed tgħixhom u tbati kuljum fis-skiet,” stqarr determinat miegħi. Flimkien ma’ sħabu fforma t-tim R33 racing - CRG Malta Minn hawn Rueben kompla jaħdem grazzi għall-imgħallem tiegħu li żammu jaħdem miegħu u baqa’ jemmen fih u ftit tas-snin wara hawn beda t-triq biex jerġa’ jibda fil-karting. “Għall-ewwel kont xtrajt kart biex insuqha jiena u wara li għamiltha li nkun nista’ nsuqha jien stess minn idejja, kemm il-gass kif ukoll il-break - kollox minn b’idejja - bdejt ninżel nittrenja. Wara ftit ġimgħat li bdejt nittrenja, kienu kkuntattjawni xi ħbieb tiegħi li bdew jinkoraġġuni biex nagħmel it-tim tal-karts u nibda nieħu ħsiebhom. Fil-fatt, bis-saħħa ta’ dawn ix-xufiera ffurmajna t-tim li jismu R33 racing - CRG Malta li mbagħad aktar tard bdejna nġibu l-karts CRG u magni Iame X30 fejn bdejna nikkompetu għall-kampjonat Lame Series Malta fejn anke

rbaħna l-kampjonat ukoll b’wieħed mix-xufiera li llum għadu jsuq mat-tim tagħna stess.” Ilum it-tim li ħadem ħafna fuqu Rueben, anke b’għajnuna ta’ xi xufiera, kiber ħafna u dan kif qalli hu stess grazzi għall-professjoni u d-dedikazzjoni li ddedika lejn dan it-tim R33 racing - CRG Malta. Fil-fatt ta’ min jgħid li llum il-ġurnata R33 racing - CRG Malta għandu aktar minn 40 xufier li jibbenifikaw misservizz professjonali li joffri t-tim li huwa mgħammar ukoll minn trailer u vann kbir biex iġorr il-parts tal-karts u għodda li jkun hemm bżonn waqt it-tiġrijiet jew it-taħriġ biex jipprattikaw dan l-isports tal-karting. Lejn l-aħħar tal-intervista, Rueben stqarr miegħi li ma jista’ qatt jieqaf jirringrazzja li dawk kollha li bl-għajnuna wasslu għal dan is-suċċess li qed igawdu minnu x-xufiera kollha tagħhom u lill-partners tagħhom, il-manifatturi tal-karts CRG u manifatturi tal-Magni Iame X30 għax bl-għajnuna anke tagħhom wasslu flimkien għal dan kollu. “Xi kultant ngħid kieku ma kellix l-inċident ma kontx nagħmel dak li qed nagħmel illum. Il-ħolma tiegħi hija li jkollna trakka, li fiha min hu dilettant tal-motor sport ikollu fejn jipprattika l-isport. Dak li ġara lili ma nixtiqux li jiġri lil ħaddieħor. Dak li ġara lili seta’ ġie evitat li kieku kellna trakka fejn insuq il-muturi racers. Però b’mod speċjali rrid nirringrazzja lil dawk kollha li jkunu madwari kuljum biex jagħmluli ħajti aktar faċli wara li sofrejt mill-aċċident tal-mutur fejn emminni hemm ħafna tbatija wara l-kwinti. Dawn in-nies m’għandix biex nirringrazzjahom għal dan kollu li qed jagħmlu miegħi, għalhekk nixtieq ngħidilhom grazzi minn qalbi.”


22

14.03.2021

IQIS IŻ-ŻFIN BĦALA MEZZ TA’ ŻVILUPP EMOZZJONALI U PSIKOLOĠIKU NITKELLMU MA’ JEAN CLAUDE Jean Claude huwa għalliem tal-edukazzjoni fiżika fil-primarja, għal xi snin ikkowċja bosta programmi sportivi mal-Istat u anka mal-privat. Huwa żeffien u instructor tal-Ballroom u ilu għal dan l-aħħar 13-il sena b’din il-passjoni għal dan l-isport. Tkellimna miegħu dwar l-importanza tal-eżerċizzju f’forom differenti skont kif tixtieq il-persuna fosthom ukoll iż-żfin. Kif bdejt il-karriera tiegħek? X’wasslek biex tagħżel dan il-qasam? Il-ġenituri spiss kienu jgħiduli li sa min età żgħira kelli predispożizzjoni li niċċaqlaq mal-mużika, saħansitra, qaluli li fil-quċċija għażilt żarbuna li mbagħad fhimt li kellha tkun żarbun taż-żfin. Niftakar id-diska favorita tiegħi kienet il-lambada talgrupp Kaoma li kienet ħarġet fl-1989. Ommi kienet spiss taqbadni u taparsi konna niżfnu bil-poża tat- tango. Darba minnhom niftakar konna morna nieklu buffet dinner ma’ tal-familja ġewwa lukanda, kelli madwar 9 snin u dik il-lejla inzerta kien hemm mużika live, u xi nies kienu qed joħorġu jiżfnu, fettilli mort fuq tifla li kienet bilqiegħda ma’ nannitha u staqsejtha tiżfen. Hi kollha mistħija ma riditx! Nemmen li dawn l-episodji kellhom ikunu katalisti biex imbagħad nasal biex nipprova dan l-isport meta kbirt. Ta’ 18-il sena mort nara show tal-Junior College li kienu jtellgħu fl-okkażjoni tal-istudentfest. F’nofs ix-show ħarġet koppja tiżfen Rumba u tant bqajt impressjonat b’dik is-sintonija tal-koppja u dik l-atmosfera, li dakinhar stess niftakar waħħaltha f’rasi li ridt inkun żeffien! Ħabiba tiegħi kienet bdiet tgħallimni xi passi fiċ-chaplaincy u naturalment ma kienx jonqos li sħabi jiġbduli saqajja dwar il-fatt li kont inkun magħluq għal rasi ma’ tfajla ġo kamra nipprattika l-passi. Kienet passjoni li mbagħad wasslitni nikkompeti sentejn fix-xena lokali wara u minn dak iż-żmien komplejt it-taħriġ tiegħi sa ma ltqajt mal-kowċis tiegħi f’kamp ta’

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

taħriġ internazzjonali fl-Estonja fl-2013 kienet l-ewwel esperjenza li kont sifirt waħdi f’pajjiż ftit imbiegħed. Minn dak iż-żmien bdejt nitħarreġ f’Bolonja għal dawn l-aħħar tmien snin. Ħadt sehem f’xi kompetizzjonijiet tal-post u għal-livell li kelli kien gwadann siewi avolja sfortunatament ma stajtx nipprogressa fuq livell internazzjonali minħabba raġunijiet ta’ partner u finalment din il-pandemija. Kif temmen li jista’ jgħin mentalment l-eżerċizzju fiżiku? Meta jgħidu l-eżerċizzju huwa duwa tal-ġisem, emmnuha. Dan għaliex skont l-istudji xjentifiċi juru li l-eżerċizzju jgħin billi jiġġieled l-ansjetà, id-dipressjoni, burdati negattivi, itejjeb l-awtostima, u l-funzjonijiet konjittivi, kif ukoll itejjeb s-soċjalizzazzjoni. Instab li pazjenti li jbatu bi skiżofrenija, attività fiżika għenet biex il-moħħ jtejjeb il-funzjoni konjittiva u anka jżomm b’konsegwenza ilġisem aktar attiv u jnaqqas konsiderevolment riskju ta’ obeżità. L-eżerċizzju jnaqqas issens ta’ għeja u fl-aħħar nett xi ngħidu l-eżerċizzju jgħinek f’dik is-sjesta bis-serqa u jnaqqas l-insonja! Taħseb li f ’pajjiżna nagħtu kas biżżejjed is-saħħa fuq livell personali jew aktar nagħtu kas id-dehra tagħna? Studju mill-WHO li sar fl-2008 juri li pajjiżna 64.3% fl-età, minn 20 sena ’il fuq għandhom piż żejjed filwaqt li 28.8% huma obeżi. L-istess studji jirrimarka li 72.5% fl-età minn 15-il sena ’l fuq ma jagħmlux attività fizika. In-numri huma aktar allarmanti fost it-tfal fejn minn studju fl-2016 ilWHO kklassifikat lil Malta bħala t-tieni l-aktar pajjiż bi problema ta’ ħxuna mill-10 pajjiżi kklassifikati fil-quċċata fl-Ewropa bi 28.9% li kif uħud jafu, saħansitra qbiżna l-Ingilterra bil-konsegwenza li fil-bidu tal-każi tal-COVID-19 ilPrim Ministru Boris Johnson irrimarka li “ma għandniex inkunu ħoxnin daqs il-Maltin” – li għalkemm żgur ħoloq rab-

ja fostna, il-qawl jghid “il-verità tweġġa’”. Hemm bosta fatturi li naħseb ma jgħinux u nimmaġina li lkoll naqblu li qabel il-pandemija il-maġġoranza tal-attivitajiet tal-massa kienu jduru ma’ bejgħ esaġerat ta’ junk Food fil-festi, fl-avvenimenti mużikali, fil-fieri fejn il-konsum bla kontroll ta’ ikel moqli sar drawwa li ma nistgħux naqtgħu mill-kultura tagħna. Kif jgħidu kollox tajjeb bir-rażan iżda bħala kultura nħoss li l-qies żgur mhuwiex virtù li għaliha ġejna mfaħħra fl-iskrittura! Il-fatt li fis-sistema edukattiva l-isforz ma jiġix akkumpanjat minn kampanji effettivi nazzjonali u l-fatt li l-ikel junk huwa “rħis” u ta’ malajr għal familji bi dħul baxx ma jgħinx biex il-ġenerazzjonijiet li telgħin ibiddlu l-ħsibijiet u l-attitudni tagħhom. Kif taħseb li l-ballroom jitqies mill-pubbliku Malti? Għadu popolari? Minn riċerki personali jidher li ż-żfin ballroom kien parti integrali fil-ħajja tal-Maltin hekk kif kienu l-Ingliżi li daħħlu trends bħal “foxtrot” u “quickstep”, iż-żfin popolari ilu jikkaratterizza l-folkor

Malti sa mill-Medjuevu, hekk kif jidher li żfin folkloristiku bikri ddakkar minn stili simili Sqallin u iżjed tard il-miġja tal-kavallieri u l-iżvilupp tal-klassi nobbli ġab miegħu drawwiet ta’ ballijiet speċjalment fi żmien il-Karnival. Ta’ min jinnota li xi anzjani li ltqajt magħhom jgħidu li bosta marċi tal-baned kienu kompożizzjonijiet ta’ valzi hekk kif anka fil-festa tar-raħal kien hemm lok għaż-żfin. Nafu biċ-ċert li postijiet bħal Bormla, il-Ħamrun, Raħal il-Ġdid, Tas-Sliema u l-Belt kienu fost l-aktar postiijiet mfittxija għal dinner dance u klabbs taż-żfin. Mis-snin 60/70 ’il quddiem iż-żfin f’Malta beda jieħu xeħta kompetittiva li ħoloq ġenerazzjoni ta’ atleti li ġabu unur lil Malta fil-kisbiet interazzjonali, sfortunatament frott partiġjaniżmu u piki politiċi, xekkel il-kapaċità u l-isforzi biex din id-dixxiplina tqum fuq saqajha u tieħu postha fost id-dixxiplini sportivi ewlenin. Sas-snin 2000 kont għadek tara ħeġġa fost iż-żgħażagħ hekk kif ir-rivalità bejn l-iskejjel kienet tattira numru ta’ parteċipanti, iżda l-aħħar statistiċi tal-NSO juru tnaqqis sostanzjali fl-interess fost iż-żgħar. Fattur ewlieni huwa

primarjament l-imberkin partners! Mingħajr partner ma tiżfinx! Kif ukol l-infiq esaġerat f’kostumi, fi żraben u f’miżati huma fost l-aktar fatturi li l-familiji jqisu meta jibagħtu t-tfal biex jibdew sport ġdid. Il-ballroom bħala sport individwali, kuntrarju għal tim, il-kowċ jagħti sessjoni one to one li fiha innifisha hija investiment sostanzjali. Ħaġa oħra li ma tgħinx huwa l-fatt li fin-nuqqas ta’ programmi bħal Strictly Come Dancing jew Dancing with the Stars, it-tfal ma jsibux role model biex isegwu. Fl-aħħarnett, dixxiplini popolari oħrajn bħal Modern u Hiphop saru aktar attraenti għal udjenzi żgħar hekk kif il-Break Dance iddebutta fl-Olimpjadi tal-2019 taż-żgħażagħ fl-Arġentina. Iżda l-istampa mhix daqshekk ta’ qtigħ il-qalb, fortunatament l-organizzazzjoni li tagħha jien rappreżentant għal Malta, l-Internation Dance Organization (IDO), toffri opportunitajiet biex id-dixxiplina tal-Ballroom tkompli f’varjant ieħor: Syncro Latin, Latin Show Dance li huma dixxiplini offruti għal min ma jistax ikompli jikkompeti bħal koppja mħallta, Syncro Latin jixbah il-prinċipju ta’ Syncro Diving, żewġ persuni


08.11.2020 14.03.2021

23

SKEDA ONE Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Pjazza

19:15 19:30 20:10 20:30 21:15 22:15 22:50 23:30

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News

12:35 12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:30

Ftit Ħin għal saħħtek Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Follow Up Dak li Jgħodd

18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Gladiator 22:00 Distintivi 23:00 Ondroad 23:30 ONE News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 Tifkira lil Vitorin 18:30 Pjazza

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Ftit Ħin għal saħħtek

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35 18:00

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt Mhux kemm taf

18:30 19:15 19:30 20:10 20:30 21:05 22:40 23:24 23:30

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 Press Conference: Covid-19

13:15 13:20 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:00 17:30

ONE News Ilsien in-Nisa ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Twenty One Indhouse

18:30 Pjazza 19-03 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Kick OFF 21:40 Country Jamboree 22:15 Gladiator 23:30 ONE News

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Twenty One 10:18 #Pajjiżi 10:57 Indhouse

11:53 12:30 12:37 13:10 13:43 14:25 14:45 15:30 15:35 16:30

Telebejgħ ONE News Żona Sport Country Jamboree Reboot Ħabrikt The Local Traveller ONE News Dak li Jgħodd Flimkien ma’ Nancy

17:30 18:05 18:45 19:22 19:30 20:04 20:30 23:30

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55 12:30

12:35 15:30 15:35 15:50 16:15 17:30 19:15 19:30

Arani Issa ONE News Arani Issa - Ikompli Duurella Gladiator L-Argument One Sport & Temp ONE News

20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Attività Politika 21:15 Mija 22.30 Distintivi 23:30 ONE News

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

TLIETA 16-03

ĦAMIS 18-03

jiffurmaw Duo jiżfnu ħdejn xulxin bla poża ta’ koppja, filwaqt li l-Latin Show Dance huwa pjattaforma artistika għal żeffiena solisti. Jekk xi ħadd jixtieq jibda, x’tissuġġerilu? Iż-żfin tal-koppja jibqa’ essenzjali fost il-koppji speċjalment dawk li jkollhom ħsieb li jiftħu t-tieġ tagħhom. Jien dejjem ngħid lill-klijenti li jiġu biex jippreparaw għaż-żifna tat-tieġ li din hija opportunità biex il-koppja tikber billi tqatta’ ħin ta’ kwalità f’dirgħajn xulxin, lil hinn mix-xena kompetittiva. Iż-żfin tal-koppja huwa pilastru tal-komunità li mingħajru ħadd qatt ma jissoċjalizza u wisq anqas jinnamra! Xarba tajba mal-bar tista’ tirrilassak iżda huwa dak il-kuntatt fiżiku fuq id-dance floor li joħloq atmosfera maġika! X’parir tagħti lill-qarrejja tagħna? Il-parir li nagħti huwa li ma tħarisx lejn din l-attività soċjali purament bħala konsum ta’ servizz iżda ħares lejha mil-lenti ta’ żvilupp emozzjonali, psikoloġiku, li jista’ jgħin biex issaħħek fil-karat-

tru u jagħti wkoll dik l-input fir-relazzjoni. Dan għaliex kulma jmur dejjem qed inqattgħu ħin fil-kumpanija ta’ xulxin mhedijin fil-midja soċjali u mingħajr ħin li nikkomunikaw fuq bosta livelli bħal komunikazzjoni verbali u anka ġestwali, bir-riżultat li r-relazzjonijiet saru nieqsa mill-kunċett ta’ intimità lil hinn mill-kamra tas-sodda, l-imħabba mhix biss attrazzjoni senswali iżda hija reazzjoni frott ta’ stimuli ta’ sensi differenti kkombinati. Iż-żfin tal-koppja huwa attività bla paragun f’dan il-kamp fejn is-sensi kollha involuti, isaħħu dik ir-rabta bejn żewġ persuni jinħabbu mitlufa f’dirgħajn xulxin. Ir-romantiċiżmu mhux kunċett ta’ fuq il-films antiki biss iżda possibbiltà reali, li trid biss żewġ ingredjenti: rieda u passjoni. Min jixtieq jagħmel kuntatt ma’ Jean Claude għal parir professjonali marbut ma’ dan il-kamp artistiku u fiżiku, tistgħu tiktbulu fuq dancewithjeanclaude@gmail.com jew żuru l-paġna facebook: https://www.facebook.com/ theballroomdancespecialist jew issieħeb fil-grupp tiegħu https://www.facebook.com/ groups/thepassion2dancecircle

TNEJN ONE Sports & Temp 15-03 ONE News Prime Time Reboot Follow Up Stejjer wara t-Tmienja Music Legends ONE News

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40

08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:35

SIBT 20-03

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ ONE News

ERBGĦA 19:15 ONE 17-03 Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:30 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:30 Reboot 23:30 ONE News

Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Prime Time Twenty One Ilsien in-Nisa Ondroad Teżori ONE News

ĠIMGĦA

Il-Kelma Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 minuta Arani issa ONE News

ĦADD 21-03


24

14.03.2021

reċensjoni tal-ktieb

KISSIRTU KULLIMKIEN

Awtriċi żagħżugħa. Id-debutt tagħha fl-2016, Lucy Min?, tela’ sparat fil-quċċata tal-klassifika tal-bejgħ tal-kotba, u kellha tnedija fejn il-kju għall-iffirmar ta’ kopji dam għaddej siegħa sħiħa. Ħaġa mhix ċkejkna għal awtriċi emergenti, li tikteb dwar il-frustrazzjonijiet tal-ġenerazzjoni tagħha b’mod niggieżi u kontemporanju. Ħames snin wara, Lara Calleja terġa’ fuq l-ixkafef tal-kotba bit-tieni ktieb tagħha, li bħal ta’ qablu, huwa ppubblikat minn Merlin Publishers li mill-ewwel kienu emmnu fil-potenzjal ta’ din l-awtriċi. Kissirtu Kullimkien huwa ġabra ta’ 12-il storja, marbuta flimkien bit-tema tal-kruha tal-orġja ta’ kostruzzjoni għaddejja f ’pajjiżna, u t-tibdil irrevokabbli fuq l-ambjent Malti. L-istil letterarju ta’ Calleja jkompli jevolvi, b’uħud mill-istejjer jesploraw vuċijiet differenti, filwaqt li f ’oħrajn insibu t-ton skjett u dirett tal-ewwel ktieb. Calleja tikteb b’nostalġija dwar Malta li ntilfet qalb il-tifrik, qalb l-avviżi u l-permessi tal-PA u l-krejnijiet. Pereżempju naraw dar Maltija, il-

ġmiel tagħha, li għexet il-gwerra u tħaddan memorji ta’ ġenerazzjonijiet, issa titwaqqa’ biex flokha tinbena blokka ta’ appartamenti oħra. Rożi, li qattgħet ħajjitha tgħix fil-kwiet u fil-paċi f ’dar ħdejn il-baħar, issa hija mġiegħla tiċċaqlaq f ’dar tal-anzjani. Hekk kif id-dar tagħha ġiet immarkata għall-iżvilupp, hi tkompli titħawwad. Iżda qalb it-tifrik, il-bini u l-arja mniġġsa, l-imħabba xorta jirnexxilha tinbet, f ’postijiet li ma jitwemmnux u qalb nies li ma tistenniex. Din hi l-ħajja, skont Calleja f ’Kissirtu Kullimkien. Il-ktieb ġie ppubblikat preċiż meta l-ħajja f ’Malta, u fid-dinja, inbidlet mil-lejl għan-nhar bl-imxija tal-pandemija tal-COVID-19. U fil-fatt kienet l-ewwel darba hawn Malta li tnedija ta’ ktieb saret online, fil-preżenza t’awturi u attivisti li qraw siltiet favoriti tagħhom mill-ktieb. Kissirtu Kullimkien jinsab għall-bejgħ fil-ħwienet tal-kotba kollha, u online direttament mill-pubblikatur Merlin Publishers fuq merlinpublishers.com. Il-pustaġġ huwa b’xejn.

Mistoqsija: Kemm-il storja fih dan il-ktieb? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb KISSIRTU KULLIMKIEN. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 21 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb L-GĦERIEN TAL-KATAVRI - IT-TIENI KTIEB hija:

D. GALEA - SLIEMA

05 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm żdied il-baġit allokat mill-Gvern ċentrali għall-entitajiet tas-servizzi soċjali fl-2020? Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

14.03.2021

PAUL BERNARDO: ‘THE SCARBOROUGH RAPIST’ MAGĦRUF UKOLL FLIMKIEN MAL-MAĦBUBA TIEGĦU BĦALA ‘THE KEN AND BARBIE KILLERS’ Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO IT-TIELET PARTI Fis-16 ta’ April tal-1992, Bernardo u Homolka bdew iduru f’St Catharines biex isibu vittma. Xħin għaddew minn ħdejn l-iskola Kattolika tal-Holy Cross Secondary School, huma lemħu lil Kristen French, studenta ta’ 15-il sena. Baqgħu jsegwuha bil-karozza u niżlet Homolka b’mappa f’idejha taparsi kienet intilfet. Hekk kif French waqfet biex tgħin lil Homolka, Bernardo mar minn warajha u għamlilha sikkina ma’ daharha. Hu ġegħelha tirkeb fis-sit ta’ quddiem tal-karozza u Homolka bdiet iżżommha minn xagħarha mis-sit ta’ wara. Il-ġenituri ta’ French kienu jafu li binthom is-soltu ddum kwarta biex timxiha mill-iskola sad-dar u xħin raw li damet ma ġiet, għarrfu lill-pulizija. F’temp ta’ 24 siegħa, il-pulizija organizzaw tim biex ifittxu lil French. Il-pulizija sabu żarbuna fil-parkeġġ li nħatfet minnu French wara li diversi xhieda avżaw lill-pulizija bil-ħtif tat-tfajla. Bħal fil-każijiet l-oħrajn, Bernardo u Homolka rrekordjaw lilhom infushom jittorturaw u jistupraw lil French. Huma ġegħluha tixrob biex tintreħa u tagħti lilha nnifisha lil Bernardo. L-għada, il-koppja qatluha u marru għand il-familja ta’ Homolka biex jieklu, qisu xejn mhu xejn. Il-ġisem bla ħajja ta’ French instab fit-30 ta’ April tal-1992 f’gandott f’Burlington, li jinsab tliet kwarti ’l bogħod minn St Catharines. Jidher li t-tfajla kienet maħsula u kellha xagħarha maqtugħ. Waqt il-ġuri, il-prosekutur Ray Houlahan qal li Bernar-

Id-dar li kienu jgħixu fiha Bernardo u Homolka do mill-bidu kellu t-tir li joqtolha għax ma għattilhiex għajnejha u b’hekk setgħet tarahom. Bernardo qal li Homolka sawtet lil French b’mazza tal-gomma għax din tal-aħħar pruvat taħrab. Kompla jgħid li wara dawru ħabel m’għonq French u fgawha bih. Kif wettqu dan l-att makabru, Bernardo qal li Homolka qagħdet tirranġa xagħar French. Ingħad li xagħar it-tfajla nqata’ biex jinżamm bħala trofew iżda Homolka qalet li qatgħulha xagħarha biex ma tiġix identifikata.

ħadha fid-dar tal-familja Homolka. Hemmhekk stupraha filwaqt li Karla Homolka qagħdet tarah. Wara li stupraha, il-koppja niżżluha fi triq imwarrba ħdejn ix-xmara Lake Gibson u l-koppja rreferew għall-vittma bħala l-“January girl.” Fis-sigħat bikrin tas-6 ta’ April tal-1991, Bernardo ħataf tfajla ta’ 14-il sena li bdiet tittrenja qabel it-taħriġ talqdif. It-tfajla aljenat rasha hekk kif mara bjonda xejritilha minn ġol-karozza u Bernardo ħatafha u kaxkarha wara l-ħaxix. Hu abbuża minnha Abbużi sesswali oħrajn li sesswalment u ġegħelha tinża seħħew wara l-qtil ta’ ħwejjiġha u qalilha biex tisTammy Homolka tenna ħames minuti. Hekk kif it-tfajla għamlet hekk, BerMeta l-ġenituri ta’ Homol- nardo ħarab minn fuq il-post. ka telqu mid-dar biex itaffu l-uġigħ tal-qalb li kellhom Nuqqas ta’ kompetenza wara l-mewt ta’ binthom Tam- min-naħa tal-pulizija my, Bernardo ħataf tfajla u Jidher li fid-29 ta’ Marzu tal1992, żewġ aħwa bniet ġew iffastidjati minn Bernardo, fejn dan tal-aħħar beda

It-tielet vittma, Kristen French u l-monument bħala tifkira tal-vittma, qrib l-iskola li kienet tattendi

Karla Homolka wara li Bernardo refa’ jdejh fuqha jsegwihom u jirrekordjahom sakemm kienu mexjin lejn id-dar tagħhom. Waħda mill-aħwa ħaditlu n-numru tar-reġistrazzjoni iżda ħadet żball. Kważi xahar wara, waħda mill-bniet rat lil Bernardo u segwietu biex tara fejn kien joqgħod iżda laħaq għeb. Minkejja dan, hi rnexxielha tieħu n-numru tar-reġistrazzjoni sew u għaddietu lill-pulizija. Din l-informazzjoni importanti ‘ntilfet’ mill-pulizija u ma sar xejn. Tajjeb ngħidu li meta t-tfajla għarrfet lill-pulizija, Bernardo u Homolka kellhom lil French id-dar.

mill-pulizija iżda skonthom Bernardo ma kienx jidher it-tip li jwettaq dawn l-atroċitajiet. F’Mejju tal-1992, Bernardo u Homolka talbu biex jinbidel kunjomhom għal dak ta’ Teale, liema talba ġiet milqugħa fit-13 ta’ Frar tas-sena ta’ wara. Lejn l-aħħar ta’ Mejju, John Motile, qarib ta’ Smirnis u Bernardo, irrapporta lill-pulizija li Bernardo seta’ kien is-suspettat li bdew ifittxu fuq l-istupri u l-qtil tat-tfajliet. F’Diċembru tal-istess sena, is-Centre of Forensic Sciences beda l-ittestjar fuq il-kampjuni tad-DNA li kien Interrogazzjoni tahom Bernardo sentejn qabel. Sadanittant, fis-27 ta’ Bernardo u Homolka ġew Diċembru tal-1992, Bernardo interrogati kemm-il darba ta xebgħa torċ lil Homolka. Ġimgħa wara li daħlet lura għax-xogħol, Homolka bdiet tgħid li kienet involuta f’inċident tat-traffiku iżda l-kollegi tagħha ma emmnuhiex u avżaw lil familtha. Il-ġenituri ta’ Homolka ħaduha s-St Catharines General Hospital fejn bdiet tgħid li żewġha kien isawwatha u fetħet kawża lil Bernardo. Dan tal-aħħar ġie arrestat fuq l-akkużi ta’ martu iżda ġie rilaxxat. Xahrejn wara ħarġu r-riżultati tad-DNA u rriżulta li Bernardo kien l-istupratur li l-pulizija kienu qegħdin ifittxu. Kien għalhekk li l-pulizija bdew jgħassuh 24 siegħa kuljum.

Tkompli l-ġimgħa d-dieħla


26

14.03.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

14.03.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 371

J. CASSAR SIMMONS - BALZAN

Bi 3 NUMRI B’4 NUMRI 040 0321 051 0793 235 1872 296 2137 326 2163 520 2335 575 2359 665 2404 668 2699 767 2943 821 3189 3242

3284 3929 4091 4247 4290 4861 5379 5522 5889 5909 6089 6251 6459

7027 7521 7955 8323 8396 8659 8694 9145 9167 9270 9578 9579 9599

9642 9824

64918 66928 74268 97285

977423

B’7 NUMRI B’5 NUMRI 1566259 25382 6388951 27644 B’6 NUMRI 9455581 30829 071211 9807254 30840 107910 40065 135227 Bi 8 NUMRI 51971 322503 44369786 57879 593554 47432641 61530 735329 83692182 64222 963887 94254599

MIMDUDIN: 9. 1. Rabja (5) 4. Kompli l-qawl: Fi 10. Frar tkun ix-xita billejl u taħdem 12. bi ............(4) 7,23. Isaffru dawn (6) 16.

Ursula Sammut Sant (1,1,1) Jagħmluha mal-ħalq (6) Melles bil-maqlub (6) Ara 11

WEQFIN: 8. 1. Kattiv (6) 2,12W. Sovjetiku? (5) 11,16. 3,22. Għamilha fatta (6) 5,19. Ilibbsuhom lil 12. ta’ 24 mimduda (6)13. 6,21W. Sibel (6) 14.

Żgur mhux suċċess (9) 15. M’għadux 17. għandi (5) Ara 2 Għalliem/a? (1,1,1) 21. Go, Epic, 22.

18. 19. 20. 21. 23. 24.

Iva bit-Taljan (2) Ara 5 Briegħed (5) Ikħal (3) Ara 7 Tfal żgħar (5) ......... (6) Ħlasijiet (6) Espressjoni moderna komuni (3) Ara 6 Ara 3

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Laqxa, 4.Bosk, 7,20.Tkattar, 9.KAQ, 10.Tarċis, 12.Ranċis, 18,21W. Earth, 19.Ara, 21.Rig, 23.Ħali, 24.Ibnek

WEQFIN: 1.Lukaku, 2,5. Qaqoċċ, 3,16.Atturi, 6.Kus, 8.Kaċċaturi, 11.Pa, 12,22. Rigal, 13.Net, 14.Sardin, 15.Daħħak, 17.Rai


28

14.03.2021

BEJN IL-PRIETKI U L-AZZJONI Editorjal

Dan hu assolutament differenti mill-mod kif iġib ruħu l-Partit Laburista, li dejjem kien sinċier f’diskorsu daqskemm f’azzjonijietu, kif jista’ jixhed kull ċittadin li mhux imfixkel minn għamad partiġjan

In-nuqqas ta’ kull forma ta’ ġenwinità fil-ħafna paroli Nazzjonalista kull meta jinsistu “biex l-affarijiet isiru sew f’pajjiżna”, jinkixef appena jkun imisshom jieħdu azzjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Kull pass li jieħdu effettivament ma jkunx jirrif­letti dak li joħroġ minn fomm­hom. Anzi ħafna drabi jkun bil-kontra. Minfuq, imbagħad, jippre­ ten­du li kulħadd jaċċetta l-kelma tagħhom bħala benfatt u ħadd m’għandu jazzarda jagħmel xi mistoqsijiet jew iqajjem xi dubji. Dan hu assolutament diffe­ renti mill-mod kif iġib ruħu l-Partit Laburista, li f’diskorsu daqskemm f’azzjonijietu dej­ jem kien sinċier, kif jista’ jixhed kull ċittadin li mhux imfixkel minn għamad partiġjan. Minbarra hekk, kull min kien fit-tmexxija tiegħu wkoll qatt ma ppretenda li jkun superjuri għal xi ħadd u wisq inqas impona jew iddetta xi ħaġa fuq ħaddieħor. Huwa kardinali li, jekk u meta nippretendu li nemmnu f’demokrazija sana, noqogħdu għar-regoli fundamentali

tagħha, kemm jekk hu konvenjenti kif ukoll jekk mhux. Fiddmir ta’ partit li jaddatta ruħu għal dawn il-linji gwida u mhux viċiversa. Ikun agħar jekk xi ħadd jirraġuna li jista’ jadottahom biss meta jkun jaqbel lilu, kif fil-fatt hu rinomat li jagħmel il-Partit Nazzjonalista Malti. L-aħħar tmien snin huma miżgħudin b’eżempji ta’ dawk li, għalkemm jagħtu l-impressjoni li joħolmu, jorqdu u jieħdu n-nifs skont is-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba, marru kontra t-twemmin u l-fehma demokratika tal-poplu jew saħansitra ġew jaqgħu u jqumu mil-liġi u kull awtorità ta’ istituzzjonijiet nazzjonali. Fl-istess waqt, jikxfu snienhom u jippontaw subgħajhom lejn il-Gvern li, skonthom, hu l-antiteżi tad-demokrazija. Għal dan il-għan ukoll użaw kull skuża u argumenti mġebbdin biex iħammġu isem pajjiżna barra minn xtutna u kull ġurnata jippretendu r-riżenji mingħand min l-unika “ħtija” tiegħu hi li hu Laburist. Issa anke jekk għall-mument ninsew l-atteġġjament u d-deċiżjonijiet li kienu jittieħ-

du min-Nazzjonalisti sakemm kienu għadhom fil-poter, illum ma tistax ma tkejjilhomx bl-istess riga li jużaw għal ħaddieħor. Għax, kif ngħidu, dak li hu tajjeb għall-papra hu tajjeb ukoll għall-papru! Il-każ żvelat minna u ONE News fl-aħħar jiem dwar id-dikjarazzjonijiet tat-taxxi (u n-nuqqas tagħhom) minn Jason Azzopardi fi tliet snin infila hu l-aħħar minn din il-kullana ta’ ipokrisiji li llum tgħawweġ għonq il-PN. Kif mistenni, dan il-“paladin tad-demokrazija” ma ra li għamel xejn ħażin meta evita l-obbligu li għandu biex jiddikjara kull dħul finanzjarju f’ġieħ it-trasparenza politika, avolja l-għada li nqabad mar biex jirregolarizza ruħu. Ir-reazzjoni tal-Kap tiegħu Bernard Grech, li għalih dan hu każ magħluq, qabel biss infetaħ, ukoll kienet ovvja. Għax anke jekk, kif qallu l-predeċessur tiegħu, il-każ jista’ jagħlqu biss l-elettorat, konxji li Grech għandu idejh marbutin għal żewġ raġunijiet partikolari – għax hu stess ma jistax jagħmillu għajb fejn jidħlu dikja-

razzjonijiet tat-taxxi u għax Azzopardi nnifsu kien fost dawk li wassluh sat-tmun tal-Partit u llum hu wieħed minn dawk li jiġbdulu l-ispag. Allura ħadd ma stenna aħjar. L-istess storja antika ġejja minn Partit li fl-aħħar tmien snin ħoloq skema (ċedoli) li ddur mal-liġi u faċilment tintuża għall-ħasil tal-flus u sfaċ­ ċatament ammetta li s-salar­ji tal-ogħla uffiċjali tiegħu tħallsu minn negozjanti u ħbihom taħt rċevuti foloz bħala reklamar. Qabel l-2013, meqjus “l-aħjar żmien” skont Grech, il-PN kien ukoll far bil-miljuni bis-sliħ ta’ persentaġġi minn kuntratti li jinħarġu mill-Gvern u flus tal-korruzzjoni meta wessa’ ż-żoni ta’ żvilupp. Għaldaqstant ma jiġi ħadd mill-PN u/jew il-friegħi tiegħu jippretendu li jkollhom xi nitfa awtorità fuq ħaddieħor. Wisq inqas ma jistgħu qatt jittieħdu bis-serjetà. Biex jibdew jitwemmnu u jiġu kkunsidrati bħala alternattiva għall-Gvern Laburista jeħtieġ, fuq kollox, li jbaxxu rashom għall-verdett tal-poplu u jmexxu bl-eżempju, qabel biss jiftħu ħalqhom.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.