KullĦadd_11.04.2021

Page 1

VISTAJET SE TKABBAR IL-FLOTTA GĦAL 90 AJRUPLAN

Il-Ħadd, 11 ta’ April, 2021

Ħarġa Nru 1,448

Prezz €1

Rapport f’paġna 11

L-IMMUNITÀ NAZZJONALI SA XAHREJN U NOFS OĦRA MALTA MISTENNIJA TKUN FOST L-EWWEL PAJJIŻI EWROPEJ LI JILĦQU DIN IL-MIRA IMPORTANTI, TLIET XHUR QABEL DAK IMBASSAR PREĊEDENTEMENT … MISTENNI WKOLL LI SA NOFS AWWISSU L-POPOLAZZJONI KOLLHA TKUN ĦADET ALMENU L-EWWEL TILQIMA

Il-ħidma sfiqa li għaddejja bil-programm nazz­ jonali tat-tilqim kontra l-virus tal-COVID-19 se twassal biex il-popolazzjoni Maltija tilħaq l-immunità tagħha sal-aħħar ta’ Ġunju. B’hekk pajjiżna se jkun fost l-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li se jilħaq dik li hi magħrufa bħala l-herd immunity għall-ġid tassaħħa ġenerali u b’hekk ukoll ikun minn tal-ewwel li jibda jirkupra mir-riperkuss­ jonijiet tal-pandemija u jaqbad ir-ritmu ekonomiku li kellna sa Frar tas-sena l-oħra. B’wieħed mill-aqwa eżerċizzji ta’ tilqim fid-dinja, dawk kollha eliġibbli fost il-popolazzjoni Mal­ tija mistennija jingħataw almenu l-ewwel doża sal-15 ta’ Awwissu li ġej, nhar Santa Marija. Meta indirizza konferenza tal-aħbarijiet ilbie­ raħ filgħodu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li dawn il-miri se jkunu qed jintlaħqu minħabba l-ħidma kbira li għaddejja fil-proċess Malti ta’ tilqim. Dan ifisser li pajjiżna se jilħaq din l-immunità tiegħu tliet xhur qabel dak imbassar oriġinarjament.

Tkompli f’paġna 5

AĦJAR F’PANDEMIJA “GĦAXAR DARBIET AKBAR” Minkejja li l-effetti soċjali u ekonomiċi llum huma bil-wisq akbar, Malta tinsab ħafna aktar b’saħħitha milli fil-fatt kienet fl-2009 wara l-kriżi finanzjarja minuri, inkluż b’ferm inqas persuni dipendenti fuq l-għajnuna tal-Istat Malta u l-Maltin jinsabu ferm aħjar illum wara sena ta’ pandemija milli kienu 11-il sena ilu meta ntlaqatna minn kriżi li kellha 10 darbiet inqas effett fuq l-ekonomija nazz­jonali. Grazzi għad-deċiżjonijiet me­ ħudin mill-Gvern attwali, illum għandna xibka usa’ u akbar ta’ benefiċċji soċjali, b’ferm inqas persuni dipendenti fuq l-Istat u familji u pensjonanti iżjed indipendenti minn qatt qabel. Statistika uffiċjali din il-ġimgħa kkonfermat li, min­

kejja l-pandemija, in-numru ta’ persuni dipendenti fuq l-assistenza soċjali kompla jonqos fl-2020. Fil-fatt, stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjo­nali tal-Istatistika (NSO) tindika li fl-2020 kien hemm 4,598 persuna jirċievu dan il-benefiċċju minħabba nuqqas ta’ mezzi finanzjarji, imqabblin mal-4,991 matul is-sena ta’ qabel. Li jfisser li f’sena ta’ pandemija kien hemm tnaqqis ta’ 393 persuna fuq dan il-benefiċċju. Wieħed minn

kull 12 li kien dipendenti fuq dan is-sostenn fl-2019, fl2020 kien f’pożizzjoni li jfendi mingħajru. Żvilupp ieħor interessanti kien li n-numru ta’ single parents li jirċie­vu l-assistenza soċ­ja­li baqa’ nieżel minkejja l-pandemija. Fil-fatt, fl-2020 dan naqas għal 2,616 minn 2,734 is-sena ta’ qabel wara li 118-il single parent tejbu s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. Tkompli f’paġna 4


02

11.04.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 17°C L-Inqas Temperatura: 12°C L-Indiċi UV: 7 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja testendi minn fuq il-Balkani sa fuq il-Baħar Jonju It-Temp: Pjuttost imsaħħab Ir-Riħ: Ftit qawwi mix-Xlokk li jdur mix-Xlokk il-Lvant Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat L-Imbatt: Ftit li xejn li jsir Baxx min-Nofsinhar It-Temperatura tal-Baħar: 17°C

KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

20°C UV 8

KUNTATT ĠENERALI

13°C

Il-Ħamis

20°C UV 8

11°C

Il-Ġimgħa

18°C UV 8

11°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

17°C UV 3

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

12°C

18°C UV 9

11°C

18°C UV 3

12°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21238577 Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Il-Marsa – 21221701 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020 Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara – 21441589 Regal Pharmcay, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115 Potter Chemists Ltd, Triq il-Wilġa, Paceville – 21363244 Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, In-Naxxar – 21417406 Il-Gżejjer Pharmacy, Triq il-Kurazza, Il-Qawra – 21581876 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 21802986 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811 MC Pharmacy, 303, Triq Ħaż-Żabbar, Il-Fgura – 21801962 Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, Iż-Żejtun – 21693723 St. Andrew’s Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Ħal Luqa – 21820795 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzopardi, Is-Siġġiewi – 21461681 Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, L-Imtarfa – 21451261 Għawdex Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Victoria, Ir-Rabat – 21566170 Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imġarr, Għajnsielem – 21563017 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

11.04.2021

“AZZOPARDI F’KONFOFFA MAL-KRIMINALI” IL-MINISTRU CARMELO ABELA JIĊĦAD B’MOD ASSOLUT L-ALLEGAZZJONIJIET TAD-DEPUTAT NAZZJONALISTA LI DWARHOM FETAĦLU LIBELL IL-ĠIMGĦA Il-Ministru Carmelo Abela reġa’ ċaħad kategorikament l-allegazzjonijiet li semma d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi dwar xi involviment li hu seta’ kellu fl-attentat fallut ta’ hold-up fuq l-HSBC f’Ħal Qormi 11-il sena ilu. F’intervent telefoniku fuq ir-radju lbieraħ filgħodu, il-Ministru wkoll stqarr li f’dan ir-rigward Azzopardi qed jikkonfoffa mal-kriminali. Hu spjega kif il-Ġimgħa billejl talab biex tinfetaħ il-Qorti b’urġenza fejn għamel kawża ta’ libell kontra Azzopardi, li fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook implika lill-Ministru li għadda ċwievet u filmati tal-bank lill-kriminali biex ikunu jistgħu jwettqu r-reat fl-2010. Wara l-preżentazzjoni tal-libell, il-Ministru għadda l-kummenti tiegħu lil ONE News fejn ċaħad ka­te­gorikament u bl-aktar mod assolut dak li sejjaħ bħala gideb malafamanti u moqżież li għamel fuqu.

Sadanittant, eżatt qabel tkellem il-Ministru Abela lbieraħ filgħodu, sar ukoll kollegament telefoniku mad-Deputat Nazzjonalista Azzopardi fl-istess programm tar-radju. Hawnhekk, iżda, dan żamm lura milli jżid xi ħaġa ma’ dak li kiteb fuq il-midja soċjali. Fi kliemu, qal li m’għandu jżid xejn u tenna li dak li kiteb fuq Facebook kien fid-dominju pubbliku. Meta l-preżentatur qallu li se jdaħħal lill-Ministru Abela f’kollegament telefoniku u jekk irid jibqa’ fuq il-linja biex ikun jista’ anke jirribatti fejn meħtieġ, id-Deputat Nazzjonalista dlonk wieġeb li m’għandux għalfejn u li se jaqta’. Preċedentement, Jason Azzopardi kien diġà semma l-allegazzjoni­ jiet fil-Parlament, bla ma implika lil ħadd u meta ġie sfidat, anke millPrim Ministru, biex iqum u jsemmi l-Ministru li kien qed jirreferi għalih, baqa’ kwiet f’postu, anke taħt il-privileġġ Parlamentari.

L-istess Deputat Nazzjonalista fil-bidu ta’ Marzu li għadda ħareġ jivvinta akkużi li mhumiex veritieri fuq is-Segretarju Permanenti Ewlieni tal-Gvern Mario Cutajar dwar allegat każ li seħħ fl-2013. Konxju li kienet ħierġa storja tat-taxxa fuqu personali, fejn inqabad ma jiddikjarax id-dħul tiegħu mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni għal numru ta’ snin ripetuti, Azzopardi pprova jiddevja l-attenzjoni minn fuqu u għamel l-akbar pressjoni fuq il-Kap Nazzjonalista biex il-Partit jirrepeti l-istess akkużi miċħudin mill-Kap taċ-Ċivil. Cutajar ukoll kien fakkru li din kienet it-tielet gidba tiegħu fuq l-uffiċċju tiegħu.


04

11.04.2021

MINIMU STORIKU TA’ DIPENDENTI SOĊJALI Tkompli minn paġna 1 Dan it-tnaqqis osservat flaħħar sena jistona bil-kbir ma’ dak li kien ġara fil-kriżi ekonomika ta’ wara l-2008. Meta tieħu inkunsiderazzjoni l-bidla fil-prezzijiet minn dakinhar, dik il-kriżi wasslet għal daqqa ekwivalenti għal €92 miljun fi flus tal-lum. Dan b’kuntrast mad-daqqa ta’ €874 miljun li kellha l-pandemija fuq l-ekonomija Maltija matul l-2020. Li fi kliem sempliċi jfisser li l-kriżi ta’ wara l-2008 kienet 10 darbiet inqas qawwija minn dik tal2020. Minkejja dan meta wieħed iħares lejn l-ammont ta’ persuni li kienu jiddependu minn xi forma ta’ assistenza soċjali, inkluż dik għal persuni qiegħda, wieħed isib li l-kriżi ta’ wara l-2008 wasslet biex ikun hemm 17,527 persuna jiddependu minn din it-tip ta’ għajnuna tal-Gvern. Dan hu d-doppju tal-ammont li qed jitolbu din l-assistenza wara daqqa ekonomika 10 darbiet akbar. F’termini ta’ persentaġġ tal-popolazzjoni dakinhar u llum, dan fil-fatt ifisser li mentri fl-2010 kien hemm 4.2% tal-poplu dipendenti fuq l-assistenza soċjali, fl-2020 kellna ftit inqas minn 1.7%. Minbarra hekk tajjeb li wieħed iqis li, mentri n-numru ta’ dawk fuq assistenza soċjali issa laħaq minimi

Kriżi 2009

Pandemija 2020

DAQQA EKONOMIKA (tnaqqis fl-ammont tal-prodott gross domestiku f’termini reali)

€92 miljun

€874 miljun

PERSUNI FUQ DIVERSI TIPI TA’ ASSISTENZA SOĊJALI

17,527

8,647

storiċi u kompla jonqos b’500 fuq sena qabel, minkejja l-pandemija, wara l-kriżi tal2009 kien hemm żieda ta’ kważi 900 persuna fuq dawn il-benefiċċji. L-istatistika uffiċjali tindika li minkejja li naqsu dawk dipendenti fuq assistenza soċjali fl-2020 il-Gvern xorta ma naqqasx l-allokazzjoni għall-benefiċċji mhux kontributorji. Fil-fatt l-ispiża fuqhom żdiedet minn €187 miljun għal €199 miljun. Dan kien jirrifletti diversi miżuri meħudin biex jitjieb l-ammont tal-benefiċċji, speċjalment permezz tal-pjan għar-riġenerazzjoni ekonomika mħabbar f’Ġunju. Fost l-oħrajn madwar 3,000 familja gawdew minn child benefit bonus, li laħħaq spiża ta’ €811,000. It-titjib f’Children’s Allowance wassal biex 3,000 familja raw żieda oħra ta’ kważi €1.7 miljun. Kważi €2 miljun aktar intefqu fuq l-allowance miżjuda għall-carers. €2.3 miljun aktar ġew allokati għal allowance ta’ assistenza lejn min għandu diżabilità severa. L-ispiża fuq l-għajnuna

supplimentari żdiedet b’aktar minn nofs miljun ewro frott żidiet fil-benefiċċji. Madwar 3,300 persuna fuq l-In-Work benefit gawdew minn suppliment li tefa’ aktar minn €0.6 miljun fi bwiethom. Ma’ dan, grazzi għall-bidliet imħabbrin fil-pjan ta’ rkupru ekonomiku ta’ Ġunju 2020, dawk li jikkwalifikaw għallIn-Work benefit żdiedu għal 5,337 persuna u l-ispiża fuq din l-għajnuna lil min jaħdem u li għandu qligħ baxx telgħet għal kważi €6 miljun. Dan huwa darba u nofs l-għajnuna mogħtija sena qabel. Il-Gvern żied ukoll bil-qawwi l-ispiża fuq il-pensjonanti l-aktar fil-bżonn. Miż-żieda ta’ €40 miljun fil-pensjonijiet kontributorji kollha, kien hemm żieda ta’ €10 miljun fuq dawk bil-pensjoni minima nazzjonali, mentri l-ispiża fuq pensjonijiet tar-romol telgħet bi kważi €7 miljun. Dan filwaqt li l-ispiża fuq il-pensjoni taletà, dik l-assistenza mogħtija lil min ma kellux bolol biżżejjed, telgħet bi €2.3 miljun. Wara l-kriżi tal-2009 amministrazzjoni Nazzjonalista kienet naqset l-ispiża fuq iċ-Children’s Allowance b’€2 miljun, l-ispiża fuq assistenza għal dawk b’diżabilità kienet żdiedet bi ftit inqas minn nofs miljun ewro, filwaqt li l-ispiża fuq il-pensjoni minima kienet żdiedet bi €3 miljun biss.

€3.54 MILJUN F’RIĊERKA DWAR MARD INFETTIV Erba’ proġetti ta’ riċerka li jfittxu so­ luz­zj­ onijiet għal mard infettiv ġew magħżula biex jibbenefikaw millFond ta’ R&D COVID-19, ammi­ nistrati mill-Kunsill Malti għaxXjen­za u t-Teknoloġija (MCST) u l-Malta Enterprise. Il-fond twaqqaf b’reazzjoni għall-pande­ mija favur l-inno­vazzjoni jew titjib fil-prevenzjoni, il-kontroll u/ jew it-trażżin tal-mard infettiv attwali jew futur. Il-proġetti magħżula, li l-valur tagħhom jammonta għal €3.54 miljun, tħabbru mill-Ministri Owen Bonnici (fuq) u Miriam Dalli wara proċess miftuħ u traspa­renti. Il-proġetti jinsabu fil-fażi bikrija tar-riċerka u mistennija jitlestew fi żmien sa 18-il xahar. Dawn huma: ● ‘CoV-Plex’, li għandu l-għan li jiżviluppa analiżi multiplex biex jiddetermina r-razez tas-SARS-COV-2 u traskritti speċifiċi li jipproduċu antikorpi; ● ‘TargetID’, li l-għan tiegħu hu li jipprovdi miri ġodda tad-droga għal mard infettiv; ● ‘ACE’, li hu ffukat fuq l-iżvilupp mgħaġġel ta’ mod tera­pew­ tiku innovattiv kontra s-SARSCoV-2; u ● ‘SANITAS’, li tippjana li tuża soluzzjonijiet attivati ​​mill-plażma biex tipprevjeni l-infezzjonijiet Il-Ministru Bonnici faħħar il-kollaborazzjoni bejn l-MCST u l-Malta Enterprise li wasslet għal dan ilfond ġdid li hu wiesa’ ħafna u importanti. “L-ammont ta’ finanzjament li qed jingħata għar-riċerka huwa bla preċedent u jittratta aspett kruċjali li jaffettwa l-ħajja u l-benesseri tan-nies,” qal Dr Bonnici. Huwa spjega li dan hu wkoll investiment fit-talent tar-riċerkaturi tagħna u huwa xhieda tal-fatt li x-xjenza u r-riċerka huma kruċjali għal futur aħjar. Il-Ministru Miriam Dalli qalet li b’riżultat ta’ dan l-investiment se titwassal għajnuna diretta lill-pazjenti u tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-mard infettiv. “L-impenn tagħna hu li nkomplu nsaħħu r-riċerka u l-innovazzjoni f’pajjiżna għax teżisti opportunità b’potenzjal enormi. L-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp joffri opportunità ekonomika ġdida li se nkomplu naħdmu fuqha,” qalet Dr Dalli. Preżenti għall-konferenza kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia (taħt) u ċ-Ċermen tal-MCST Dr Jeffrey Pullicino Orlando. Dr Pullicino Orlando qal li s-sena l-oħra l-Kunsill ħa f’idejh inizjattiva ġdida, hekk kif kellna l-ewwel żviluppi tal-pandemija u deher b’mod ċar li l-isfidi u d-diffikultajiet nazzjonali u globali li feġġew setgħu jingħelbu biss permezz tar-riċerka. Min-naħa tiegħu, Farrugia qal li qed nagħrfu li x-xenarju post-Covid irid ikompli jiffoka fuq l-investiment fir-riċerka, speċifikament dik li tindirizza setturi li verament huma ta’ kontribut lejn is-sostenibbiltà fis-soċjetà tagħna. Il-Fond tal-R&D COVID-19 attira mas-36 applikazzjoni kemm minn entitajiet pubbliċi kif ukoll privati f’taħlita ta’ konsorzja u applikanti individwali.


05

11.04.2021

AVVANZATI BI TLIET XHUR FIT-TILQIM Tkompli minn paġna 1 Fil-bidu tal-programm nazzjo­ nali tat-tilqim, kien ikkalkulat li l-popolazzjoni Maltija kellha tilħaq l-immunità għallCOVID-19 sal-aħħar ta’ Settembru li ġej. Imma bir-rata għolja ta’ tilqim li għaddejja f’Malta u f’Għawdex, id-data issa mxiet għall-aħħar ta’ Ġunju. Fuq Twitter, il-Prim Ministru Robert Abela nnota dak li kien għadu kif ħabbar il-Gvern dwar il-programm ta’ tilqim u qal li deħlin f’fażi kruċjali fejn jibda jitlaqqam il-pubbliku inġene­ rali u li dan se jsaħħaħ lil pajjiżna biex jirritorna gradwalment lejn in-normalità. Il-Minist­ru għas-Saħħa spje­ ga li l-proċess ta’ tilqim jiddependi fuq tliet fatturi – il-provvista tal-vaċċin kif ippjanat, il-kope­razzjoni tal-poplu Malti u rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA). B’dawn ir-riżultati pożittivi, issa l-mira hi li dawk meqjusa bħala vulnerabbli u persuni ta’ età aktar minn 60 sena jirċievu l-ewwel doża tal-vaċċin salaħħar ta’ April – meta kien qed ikun previst li dan isir sal-aħħar ta’ Mejju. B’hekk, bil-ħidma li għaddejja anke hawnhekk intrebaħ xahar sħiħ. Aktar minn hekk, sat-tielet ġimgħa ta’ Mejju se jkunu tlaqqmu dawk li għandhom ’il fuq minn 50 sena; sat-tielet ġimgħa ta’ Ġunju se jkunu

Parti minn filmat promozzjonali dwar is-sistema l-ġdida online jew fuq mobile biex il-pubbliku japplika għat-tilqima tlaqqmu dawk ’l fuq minn 40 sena u wara se jibda l-proċess ta’ tilqim lill-popolazzjoni ’l fuq minn 16-il sena. Pass ieħor li se jsir fil-prog­ ramm nazzjonali tat-tilqim hu li issa se tidħol fis-seħħ sistema ta’ reġistrazzjoni biex wieħed japplika għall-vaċċin. Din se taħdem jew fuq pjattaforma online jew inkella permezz ta’ SMS. Il-pubbliku se jkollu wkoll l-opportunità li jagħżel fejn u l-ħin li hu l-aktar konvenjenti għalih biex jieħu l-vaċċin. Mar-reġistrazzjoni, persuna għandha tistenna li tirċievi messaġġ b’konferma ta’ dan segwit minn messaġġ ieħor li jagħti d-dettal-

ji tal-appuntamenti għall-ewwel u t-tieni tilqima. Min jagħżel li jieħu l-vaċċin f’Malta se jkollu wkoll għażla, jew fit-Tramuntana tal-pajjiż, fin-Naxxar; fiċ-ċentru tal-pajjiż, f’Mater Dei u fl-Università; jew fin-Nofsinhar tal-pajjiż, flMCAST. Fil-proċess tobba, inklużi wħud minn dawk tal-familja, u infermieri se jkunu qed jamministraw dożi mill-erba’ vaċċini approvati fl-Ewropa – dawk tal-kumpaniji Pfizer/Biontech, Moderna, AstraZeneca u Johnson & Johnson – fuq il-bażi ta’ kif jaslu f’pajjiżna minn barra. Il-konferenza tal-aħbarijiet

ġiet indirizzata wkoll mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci u l-Professur Michael Borg, Kap tat-Taqsima tal-Prevenzjoni minn Mard Infettiv. Gauci qalet li n-numru ta’ każi attivi qed ikomplu jonqsu bil-medja fuq sebat ijiem attwalment hi ta’ 55. Hi qalet li anke r-rati ta’ persuni li jidħlu l-Isptar b’kumplikazzjonijiet baqgħu jonqsu, speċjalment fost dawk ta’ iżjed minn 80 sena li huma kollha mlaqqmin. Fl-aħħar bulettin mediku tal-bieraħ ġew irreġistrati 37 infezzjoni ġdida minn 2,243 swab test li saru. Minbarra hekk 49

persuna fiequ għal total ta’ 536 każ attiv, waqt li mara ta’ 96 sena mietet waqt li kienet pożittiva għall-COVID-19. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika xorta avżat għall-kawtela. “Sakemm ma nqassmux il-vaċċin lil kulħadd, irridu nibqgħu kawti. Għandna numru ta’ miżuri u importanti li nibqgħu nsegwuhom,” tenniet il-Professur Gauci. Dwar it-tħassib ta’ effetti ta’ trombożi mit-tilqima tal-AstraZeneca, id-Deputat Prim Ministru serraħ ras in-nies billi qal li “Malta tibbaża dejjem fuq ir-rakkomandazzjonijiet li tagħti l-EMA u jekk il-parir ta’ din ikun għal bidla, aħna noqogħdu fuq dak il-parir. Sal-lum, il-parir hu li l-benefiċċju tat-tilqima tal-AstraZeneca jegħleb kull tip ta’ riskju li jista’ jkun hemm u li din għandha tingħata lill-etajiet kollha.” Il-Professur Borg ukoll assigura lill-pubbliku li l-vaċċin hu sigur, waqt li spjega li r-relazzjoni bejn it-trombożi u t-tilqim hu rari ħafna u ferm inqas mill-benefiċċji li jeżistu meta persuna tieħu l-vaċċin. “Hu stmat li 20 miljun tilqima fir-Renju Unit salvaw ilħajja ta’ madwar 6,000 persuna. Bl-istess mod, f’pajjiżna l-vaċċin għen biex jiġu evitati għexieren ta’ mwiet li seta’ kellna. Il-COVID hu virus serju li qatel aktar minn 400 f’Malta,” qal il-Kap tat-Taqsima tal-Prevenzjoni minn Mard Infettiv.


06

11.04.2021

Minn għada jidħlu fis-seħħ bidliet fil-miżuri li hemm fis-seħħ biex tkun ikkontrollata l-imxija tal-COVID-19. Dan tħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela f’konferenza tal-aħbarijiet nhar l-Erbgħa, akkumpanjat mid-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tasSaħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci. Il-bidliet fil-miżuri tħabbru fi sfond importanti. Li f’perjodi partikolari matul il-pandemija kienu meħtieġa deċiżjonijiet differenti bil-għan li tibqa’ titħares is-saħħa taċ-ċittadini u l-kwa­ lità tal-għajxien tal-Maltin u l-Għawdxin. Imma dejjem inżamm li fil-mumenti li kien hemm ħtieġa li jiżdiedu r-restrizzjonijiet u fil-mumenti li kien hemm il-bżonn li jitnaqqsu dawn irres­trizzjonijiet, il-prijoritajiet assoluta dejjem kienu s-saħħa, l-edukazzjoni u l-anzjani. ld-deċiżjonijiet kollha li ttieħdu li wasslu għall-bidliet fil-miżuri huma bbażati fuq ix-xjenza. Fil-fatt, ir-rakkomandazzjonijiet marbuta mal-bidliet fil-miżuri tal-COVID-19 huma mfas­s­ la fuq ix-xjenza u l-assessjar ta’ kull miżura li ddaħħlet biex ġie determinat liema huma l-iżjed miżuri li jipprovdu inqas riskju. Dan l-assessjar fost oħrajn huwa bbażat fuq id-distanza bejn persuna u oħra, jekk il-miżura tinvolvix attivitajiet barra jew ġewwa, jekk tkunx tista’ tingħata protezzjoni addizzjonali bid-distanza soċjali jew bl-ilbies talmaskri u anke l-miżura liema persuni se taffettwa. Dan għax, pereżempju, l-anzjani li rċevew iż-żewġ dożi talvaċċin illum huma iżjed protetti.

Ritratti: KEVIN ABELA / DOI

COVID-19: LEJN IN-NORMALITÀ

Waqt il-konferenza stampa fejn tħabbar ir-rilaxx ta’ aktar miżuri mill-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne (xellug) u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci Programm ta’ tilqim Dan il-pjan ta’ tranżizzjoni qiegħed jitħabbar fi sfond ta’ programm ta’ tilqim li għaddej b’ritmu mgħaġġel. Dan huwa konfermat minn statistika li ngħatat l-Erbgħa li għadda, persentaġġi li huma l-ogħla rati fl-Unjoni Ewropea. Sal-Erbgħa, kien hemm 95% tal-anzjani li għandhom 80 sena jew aktar, 86% tal-anzjani li għandhom 70 sena jew

aktar u 76% tal-anzjani li għandhom 60 sena jew aktar diġà rċivew l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-COVID-19. Kienu tlaqqmu wkoll 86% tal-persuni vulnerabbli, filwaqt li l-iskejjel se jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom b’86% tal-għalliema u l-istaff tal-iskejjel imlaqqmin bl-ewwel doża tal-vaċċin. Jekk tħares lejn statistika fost ilpajjiżi Ewropej tara li Malta b’95% tinsab fil-quċċata fejn jidħlu anzjani ’l fuq minn 80 sena li ħadu tal-anqas doża

IL-BIDLIET IMĦABBRIN Mit-Tnejn 12 ta’ April ● Jiftħu ċ-ċentri taċ-childcare u l-kindergarten

waħda tal-vaċċin. Wara pajjiżna, l-Irlanda b’94% u l-Iżvezja bi 88%. ll-punt kardinali fil-bidliet ta’ dawn il-miżuri huwa l-moniteraġġ kontinwu, anke ta’ dak li jkun qiegħed jiġri f’pajjiżi oħra. Kif ħabbret il-Professur Charmaine Gauci l-Ġimgħa, in-numri neżlin, imma xorta jrid ikun hemm attenzjoni u responsabbiltà. Fl-aħħar komunikat tal-Ġimgħa qed ikomplu jidhru r-riżultati pożittivi. Il-Ġimgħa l-Professur

Mill-Ħadd 18 ta’ April ● Terġa’ tibda ssir il-quddies

Mit-Tnejn 26 ta’ April ● Jiftħu l-ħwienet meqjusa mhux essenzjali

● Jiftħu l-iskejjel primarji

● Jibdew jingħataw is-servizzi meqjusa mhux essenzjali

● Ikomplu l-operazzjonijiet skedati fl-Isptar Mater Dei

● Se jkun permess grupp ta’ erba’ persuni fil-pubbliku

● Jerġgħu jibdew żjarat fid-djar tal-anzjani

Mill-Erbgħa 14 ta’ April ● Jiftħu l-middle schools

Mill-Ġimgħa 16 ta’ April ● Jiftħu l-iskejjel sekondarji


07

11.04.2021

jali. L-anzjani jistgħu jiċċirkolaw fid-dar kollha kemm hi u l-ġonna u l-btieħi kollha, filwaqt li jistgħu jużaw il-common areas u jieklu fil-kamra tal-ikel. Jistgħu jsirulhom ukoll attivitajiet mill-ħaddiema tad-dar, attivitajiet reliġjużi taħt l-osservanza ta’ diversi protokolli u wkoll attivitajiet kulturali, soċjali, edukattivi u rikreazzjonali. Għal dawn l-attivitajiet dawk li jkunu Ftuħ tal-iskejjel qed jagħtu dawn is-servizzi lill-anzjaIl-ftuħ tal-iskejjel wara l-waqfa kemm ni, ukoll iridu josservaw il-protokolli minħabba l-miżuri li ttieħdu u wkoll meħtieġa bħad-distanza soċjali. minħabba l-vaganzi tal-Għid se jibda minn għada mifrux fuq ġimgħa. Settur turistiku ll-Ministeru kien proattiv mill-bidu nett fiċ-ċirkostanzi straordinarji li Wieħed mis-setturi li minn Marzu tas-sena li għaddiet intlaqat sew ġabet magħha l-imxija tal-COVID-19. Fl-iskejjel kollha se jkomplu jitħar- mill-miżuri li ttieħdu madwar id-dinsu l-protokolli kollha li ilhom impli- ja kollha, bla dubju kien is-settur turmentati minn meta faqqgħet il-pan- istiku. Hawnhekk ukoll hemm xaqq demija, aktar minn 50 miżura li kollha ta’ dawl wara li l-Gvern ħabbar il-pjan għandhom l-għan li jipproteġu s-saħħa ta’ ftuħ tal-istaġun turistiku fil-bidu tal-edukaturi, tal-istudenti u tal-ħad- ta’ Ġunju. Dan ukoll jista’ jsir fl-isfond tal-programm b’saħħtu tat-tilqim diema kollha tal-iskejjel. Il-pandemija ġabet magħha sfidi ta’ pajjiżna li bih Malta issa għandha kbar fosthom fil-qasam edukattiv, li l-ogħla rata ta’ tilqim fid-dinja, ras għal huwa wieħed mill-prijoritajiet u kien ras. Waqt intervista l-Erbgħa filgħaxija għalhekk li għal din is-sena, fuq sena skolastika waħda, il-Gvern nefaq ’il fuq fuq ix-xandir nazzjonali, il-Prim Minisminn €30 miljun addizzjonali biex ikun tru Robert Abela qal li pajjiżna jeħtieġ possibbli li t-tfal tagħna jieħdu l-aħjar sajf b’turiżmu biex in-negozji jdawru edukazzjoni bil-prekawzjonijiet kollha r-rota u n-nies jaħdmu u jkomplu jaqilmeħtieġa. Dan l-investiment kien im- għu l-għajxien tant importanti għaliportanti ferm għaliex bih qed inħarsu hom. Il-Gvern qed iħares ukoll lejn ir-raba’ l-futur tat-tfal tagħna. Dawn it-€30 miljun addizzjona- kwart tas-sena, li jista’ jkun b’saħħtu li ntefqu primarjament biex tiżdied għat-turiżmu. Kif qal il-Prim Ministru: l-aċċessibbiltà fit-trasport, tiżdied “Se nagħmlu ħilitna biex inġibu turis-superviżjoni u l-investiment fit- isti b’mod sigur u l-aqwa reklam biex tagħmir kollu neċessarju biex l-iskejjel niġbdu t-turisti huwa l-programm ta’ jippreparaw ruħhom għar-realtà l-ġdi- tilqim ta’ Malta.” Huwa semma l-passaport tal-vaċċin jew il-bżonn li wieħed da tal-pandemija. Minbarra l-iskejjel tal-Istat, minn juri test negattiv għall-COVID-19 biex dawn il-flus gawdew ukoll l-iskejjel jidħol f’pajjiżna. Fin-nuqqas ta’ dan, ikun jeħtieġ li jsir test fil-portijiet tal-Knisja u dawk indipendenti. Maltin qabel wieħed jidħol fil-pajjiż. Djar tal-anzjani Frontliners Fid-djar tal-anzjani kollha, 90% tal-anzjani tlaqqmu bit-tieni doża tal- Is-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum, li vaċċin u għaddew 15-il jum mindu sar hija waħda pożittiva meta mqabbla dan, li jawgura tajjeb għall-miżura li ma’ xenarji oħrajn f’pajjiżi Ewropej, se tidħol minn għada t-Tnejn, meta ma ġietx b’kumbinazzjoni. Ġiet bi pjan, se jkunu permessi mill-ġdid iż-żjarat ħidma intensiva u deċiżjonijiet li ttieħf’dawn id-djar mill-qraba taħt ċerti du f’waqthom. Gvern li kien magħqud biex jara x’inhu l-aħjar għal pajjiżregoli. Minn għada wkoll żewġ persuni biss na, għas-setturi kollha u fuq kollox mill-istess dar jistgħu jżuru lill-anzjani għall-poplu. Imma hemm ukoll il-ħidma sfiqa tagħhom fid-dar wara li jkunu għamlu appuntament. Iż-żjara se ssir f’post u bla heda tal-Awtoritajiet tas-Saħħa speċifikat, madankollu, aktar ’il qud- u tim magħqud li qed jieħu ħsieb fuq diem l-appuntament jista’ jibda jsir fil- kollox is-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin. Xogħol impekkabbli li qed jagħmlu kmamar tagħhom. L-appuntament se jkun twil 25 l-frontliners f’pajjiżna. minuta u mhux se jkun hemm perspex bejn il-viżitaturi u l-anzjani. Bejn appuntament u ieħor il-post jiġi mnaddaf għall-appuntament li jmiss. L-appuntamenti se jkunu jistgħu jsiru darba f’ġimgħa biss u se jsiru arranġamenti mat-tmexxija tad-djar biex dan isir. Jekk qraba jkollhom anzjani fi Miżuri mfasslin fuq djar differenti, irid isir arranġament ix-xjenza u dejjem bi bejn il-qraba biex ikollhom appuntamenti separati minn xulxin. Qabel prijoritajiet fuq jidħlu, il-qraba huma wkoll obbligati jużaw is-sanitizers ipprovduti fid-djar is-saħħa, l-edukazzjoni tal-anzjani filwaqt li jilbsu l-maskra u u l-anzjani josservaw il-miżuri tad-distanza soċGauci ħabbret kif fiequ 53 persuna oħra mill-Coronavirus u feġġew 48 każ minn fost 2,036 test li saru fl-24 siegħa ta’ qabel ma’ ħabbret dawn il-figuri. Dan ifisser li 97.6% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 2.4% ġew pożittivi. Hija qalet li 75% mill-każijiet pożittivi huma tal-varjant Ingliż tal-virus, xi ħaġa li qed tiġri fl-Ewropa kollha.

MALTA FAVORITA GĦALL-VAGANZA LI JIXTIEQU L-INGLIŻI Pajjiżna qed joħroġ mal-pajjiżi l-aktar favoriti li l-Ingliżi, b’mod partikolari, qed jimmiraw lejhom bħala l-ewwel vaganza li jixtiequ jagħmlu meta jħossuhom l-aktar siguri li jagħmlu dan. L-imxija, li laqtet ħażin lill-maġġo­ ranza tas-setturi, inklużi dawk ekono­ miċi, ħalliet effetti varji u differenti. Mhux diskutibbli li l-pandemija affettwat il-ħajja ta’ kuljum tan-nies madwar id-dinja, b’mod partikolari s-settur tal-ivvjaġġar u t-turiżmu. Mal-Ewropa kollha hemm mat-22 miljun ħaddiem li jiddependi mitturiżmu, inklużi dawk f’pajjiżna. Ir-restrizzjonijiet fuq dan is-settur ittieħdu biex tkun protetta s-saħħa u fuq kollox biex titnaqqas il-pandemija. Issa li ninsabu avvanzati fil-proċess tal-għoti tal-vaċċin, pajjiżna hu lest li jibda jħares lejn dan is-settur u b’kawtela nitilqu fuq pjan ta’ ftuħ tal-istaġun turi­s­tiku fil-bidu ta’ Ġunju. Għal dan il-għan, il-Ministru għatTuriżmu Clayton Bartolo wkoll ħabbar l-ewwel miżuri li se jibbenefikaw lis-settur lokali fejn jinċentiva tu­ris­ti li se jsiefru waħedhom u jibbukkjaw direttament mal-lukandi Maltin b’għot­ jiet ta’ flus li jlaħħqu sa €200. L-iskema li se tolqot mal-35,000 turist li jqatta’ hawn mill-inqas tlett ijiem, se tiswa €3.5 miljun. Skema oħra ta’ €3 miljun se tinċentiva direttament aġenziji tal-ivvjaġġar barranin biex iġibu turisti fostna minn Ġunju ’l quddiem. Minn qabel ingħataw dawn l-aħbari­ jiet nhar il-Ġimgħa, għadd ta’ pajjiżi kienu qed iħarsu lejn Malta bħala destinazzjoni turistika għas-sajf li ġej. L-akbar suq turistiku huwa mill-Ingilterra, b’madwar nofs miljun turist Ingliż li qabel ma faqqgħet il-pandemija kienu jiġu pajjiżna għall-vaganzi tagħhom. Dwar dan il-ġurnal Ingliż Express & Star jikkwota wkoll lill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo, “Is-

saħħa u s-sigurtà taċ-ċittadini Maltin u t-turisti dejjem se jkunu l-ogħla prijorità tagħna, u bit-tkomplija tal-għoti tal-vaċċin hawn Malta, dan il-pjan għall-ftuħ iffukat għall-ivvjaġġar huwa ddisinjat biex jerġa’ jiftaħ it-turiżmu bil-mod u b’mod sigur għal Brittaniċi li huma mlaqqma”. Il-ġurnali Ingliżi jsemmu lil pajjiżna fost dawk li t-turist Brittaniku jista’ jżur minn Ġunju li ġej. Tolene Van Der Merwe, direttur tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ġiet ikkwotata tgħid li “Malta hija destinazzjoni popolari ħafna għat-turist Ingliż u t-turiżmu huwa kontributur ewlieni għall-ekonomija ta’ Malta, għalhekk ninsabu kuntenti li nilqgħu lura vjaġġaturi li jkunu mlaqqma mir-Renju Unit mill-1 ta’ Ġunju.” Interessanti li r-Renju Unit, filwaqt li ħabbar li minn dan is-sajf se jiftaħ is-settur, daħħal sistema bħal pajjiżna fejn jidħol l-ivjaġġar: il-pajjiżi se jiġu kklassifikati bħala aħdar, oranġjo, jew aħmar, skont l-istat tal-pandemija fil-pajjiż partikolari u wkoll ir-rata tattilqim. Kemm Malta kif ukoll il-Portugall jinsabu fuq il-lista “ħadra”, jiġifieri vjaġġar jista’ jsir mingħajr restrizzjonijiet ta’ kwarantina, imma jrid jintwera riżultat ta’ test għall-COVID-19 li jkun sar qabel ma wieħed jivvjaġġa lejn ir-Renju Unit. Turiżmu lejn Malta jista’ jsir skont protokolli li tħabbru l-Erbgħa li għaddew mill-Prim Ministru waqt intervista li saret fi programm fuq ix-Xandir tal-Istat. Fejn jidħol vjaġġar l-iktar pajjiż milqut huwa r-Repubblika Ċeka. Is-sit Deutsche Welle jgħid li l-iktar pajjiż milqut mill-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika Ċeka għadu kklassifikat bħala żona ta’ inċidenza għolja. L-ivvjaġġar lejn ir-Repubblika Ċeka għat-turiżmu huwa pprojbit u l-lukandi huma magħluqa filwaqt li hemm ukoll curfew billejl.


08

11.04.2021

Il-fdalijiet tal-SS Talabot

Torpedoes tal-HMS Maori

TISLIMA LIL BUGĦADDAS DEKORAT INGLIŻ LI GĦEN INADDAF IL-PORT IL-KBIR Warrant Officer Terry Settle, ġie rikonoxxut aktar minn darba minn Buckingham Palace għax-xogħol importanti tiegħu bħala morin tal-Qawwa Navali Ingliża u kien strumentali biex il-Port il-Kbir jitnaddaf minn fdalijiet tat-Tieni Gwerra Dinjija, miet fl-aħħar ġimgħat fl-għomor ta’ 76 sena. Fost dawk li sellmu lil Settle kien hemm David Schembri, illum Sindku tal-Qrendi, li wara li 36 sena ilu ħadmu flimkien fuq l-operazzjoni delikata f’pajjiżna kienu baqgħu ħbieb. Malta wkoll baqgħet f’qalb dan il-morin dekorat u sa erba’ snin ilu kien fostna jgawdi ż-żmien tal-pensjoni tiegħu. “Ħdimna flimkien bħala rappreżentanti tat-tim ta’ għaddasa minn Malta u r-Renju Unit, responsabbli mill-irkupru ta’ bombi u mit-tifrik ta’ bastimenti f’Baċir Numru 6 u Xatt il-Kurċifiss (illum il-Valletta Watefront),” qalilna Schembri dwar dik l-operazzjoni neċessarja mitluba mill-Gvern talPerit Duminku Mintoff biex bastimenti kbar ikunu jistgħu jidħlu għat-tiswija fit-Tarzna ta’ Malta. Il-Baċir Numru 6 jew ir-Red

Settle f’Buckingham Palace b’wieħed mir-rikonoxximenti li rċieva mingħand ir-Reġina (xellug) u f’pajjiżna fl-2017 (lemin) ma’ sieħbu David Schembri, Sindku tal-Qrendi China Dock kien inbena fost installazzjonijiet oħrajn filport biex ikunu ta’ kontribut għall-ekonomija nazzjonali bit-tiswija ta’ supertankers u l-wasliet ta’ cruiseliners. Ilbaħar fil-Port il-Kbir kien tmien metri fond, wara li l-Ingliżi

Wara taħditiet qliel mal-Prim Ministru Ingliża Margaret Thatcher, Mintoff kien irnexxielu jġib £1 miljun għat-tindif ta’ qiegħ il-baħar u tim ta’ sitt għaddasa speċjalisti mill-Qawwa Navali, fosthom Settle

kienu għamlu xi tindif preċedentement biex jidħlu l-aircraft carriers tal-Qawwa Navali, li setgħu joperaw f’sitt metri fond. Minkejja dan, għal dak li ried il-Gvern Malti fit-tmeninijiet kien hemm bżonn fond ta’ 13-il metru. Flimkien mad-Dipartiment tal-Portijiet dak iż-żmien, Schembri kien mexxa stħarriġ bil-vidjow ta’ qiegħ il-baħar u l-fdalijiet li kien hemm, probabbilment l-ewwel analiżi simili mit-Tieni Gwerra Dinjija. Il-Fleet Clearance Diving Team, immexxi minn Terry Settle, kien intbagħat f’pajjiżna fl1985 wara li Mintoff kien ikkonvinċa lill-Gvern Ingliż li t-tindif ta’ qiegħ il-baħar fil-Port il-Kbir

kien responsabbiltà tal-imperu Brittaniku li pajjiżna kien parti minnu fl-aħħar gwerra dinjija. Għalkemm ir-Renju Unit ma ħassx li għandu jgħin lil Malta għall-ewwel, wara taħditiet qliel mal-Prim Ministru Ingliża Margaret Thatcher, Mintoff kien irnexxielu jġib £1 miljun għat-tindif ta’ qiegħ il-baħar u tim ta’ sitt għaddasa speċjalisti mill-Qawwa Navali Ingliża biex jgħinu lill-Maltin fix-xogħol elaboruż u delikat minħabba anke numru ta’ bombi mhux sploduti li kien hemm. Dan it-tim, immexxi minn Settle, għen biex jittellgħu tunnellati ta’ fdalijiet tal-ħadid, fosthom il-qiegħ tal-bastiment SS Talabot li fl-1942 kien ibbom-

bardjat u mgħerreq fil-Port il-Kbir waqt li kien qed ibattal munizzjon, bombi u torpedoes għall-forzi Brittaniċi li nġiebu minn Lixandra, l-Eġittu. Biex il-qafas ta’ 20 metru tul, 15-il metru wisa’ u tmien metri għoli ttella’ mill-qiegħ kellu jinġieb barkun kbir minn Ġibiltà li kapaċi jerfa’ 800 tunnellata. Ma’ dan kien hemm ukoll erba’ torpedoes mill-HMS Maori u parti mill-minesweeper HMS Jersey bejn iż-żewġ breakwaters u jimblokkaw id-daħla tal-Port. B’kollox ix-xogħol kien ħa bejn erba’ u ħames xhur biex jitnaddaf il-qiegħ u ntemm fl1986. Schembri, li f’dik l-operazzjoni ta’ għexieren ta’ snin ilu kien responsabbli mill-għaddasa Maltin, baqa’ ħabib ma’ Settle u kien jikkorrispondi miegħu regolarment sa riċentement, bl-aħħar ritratti flimkien ittieħdu fil-Qrendi fl-2017. “Terry ma kienx kwalunkwe uffiċjal u għaddas tal-Qawwa Navali. Kien mexxej u anke membru ta’ tim, li dejjem mexxa bl-eżempju. Ħabib rispettat, aktar milli kollega tax-xogħol. Uffiċjal li rrispetta lil dawk taħtu lkoll indaqs. Sakemm nerġgħu niltaqgħu, Five Bells Terry,” ikkonkluda magħna s-Sindku tal-Qrendi, b’referenza wkoll għas-sinjal bil-ħabel fost l-għaddasa, li jfisser “xogħli lest”. F’25 sena servizz Settle kien diġà onorat bil-Midalja għall-Qlubija tar-Reġina, il-Midalja tal-Imperu Brittaniku u tifħir mill-Kap Kmandant fi tliet okkażjonijiet għall-kuraġġ u l-professjonalità tiegħu, wara t-tneħħija ta’ mina tal-baħar b’600 kilo ta’ splussiv fil-bokka tal-Kanal tas-Swejz u t-tneħħija ta’ missila Iraqqina mhix sploduta f’supertanker taż-żejt. Hu kien irtira min-Navy fl1995, iżda mexxa l-kumpanija tiegħu ta’ konsultazzjoni ta’ saħħa u sigurtà msejħa Settle For Safety. Settle, li ħalla warajh lil martu Margaret u ż-żewġ uliedu subien, ġie kkremat fl-24 ta’ Marzu li għadda f’Kent, l-Ingilterra.


09

11.04.2021

L-EKONOMIJA MALTIJA L-AKTAR LI SE TIKBER FIŻ-ŻONA EWRO – il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF)

Tbassir tal-Fond Monetarju Internazz­jonali (IMF) jindika li s-sena d-dieħla pajjiżna se jkollu l-ogħla rata ta’ tkabbir ekonomiku fiż-Żona Ewro. Fl-aħħar rapport tiegħu talWorld Economic Outlook, l-IMF jistenna li l-Prodott Gross Domestiku (PDG) Malti se jkun 5.6% f’termini reali, li hu l-ogħla fost id-19-il pajjiż li jħaddan il-munita waħdanija Ewropea. Waqt li l-Fond jiddetermina li l-medja tat-tkabbir ekonomiku fiż-Żona Ewro se tkun ta’ 3.8%, l-ekonomija Maltija se tkun kważi żewġ perċentwali ogħla. Pajjiżi ferm akbar, bħall-Ġermanja, il-Belġju u l-Olanda, għandhom rati ferm inqas baxxi minn tagħna. Pereżempju, il-Ġermanja, li hi meqjusa l-mutur ekonomiku tal-Ewropa, fl-2022 mistenni jkollha tkabbir ta’ 3.8%, segwita mill-Belġju bi 3.1% u l-Olanda 3%. Għal din is-sena, l-esperti tal-IMF qegħdin ibassru li r-rata tal-ekonomija Maltija mistennija tilħaq l-4.7%, 0.3% iżjed mill-medja taż-Żona Ewro fejn huma biss

Spanja (6.4%) u Franza (5.8%) li mistennija jkollhom rata ta’ tkabbir ogħla minn tagħna. Matul is-sena l-oħra dawn iż-żewġ pajjiżi kienu laqtu daqqa ekonomika ferm agħar minn Malta. Ir-rapport estensiv isemmi li pajjiżna mis­tenni jkompli jesperjenza tnaqqis filqgħad u r-rata ta’ 4.1% dawk li jirreġistraw għax-xogħol f’Malta mistennija li tkun iżjed minn nofs il-medja taż-Żona Ewro (8.5%). Ir-rapport jinnota wkoll li meta wieħed jikkunsidra l-impatt li se tħalli l-pandemija u s-saħħa tal-irkupru ekonomiku sa tmiem l-2022, il-PDG fiż-Żona Ewro se jaqbeż illivell li kien hemm qabel bdiet il-pandemija b’1.5%. F’pajjiżi bħall-Italja u Spanja l-ġid nazz­ jonali tagħhom xorta mistenni jkun għadu inqas milli kien qabel bdiet il-pandemija, waqt li f’Malta dan mistenni jkun 2.8% ogħla mill-2019, meta ma kienx hawn pandemija. Dan hu wkoll l-aħjar riżultat fost il-pajjiżi Ewropej dipendenti fuq it-turiżmu.

SKEMA NAZZJONALI TA’ TAĦRIĠ GĦALL-BDIEWA ŻGĦAŻAGĦ Il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali (MAFA) flimkien mal-Aġenzija għall-Agrikoltura u l-Pagamenti Rurali (ARPA), b’kollaborazzjoni mal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) fasslu skema ta’ taħriġ għall-bdiewa żgħażagħ, iffinanzjata mill-Gvern. Taħt il-koordinazzjoni, is-superviżjoni u l-gwida tal-MCAST, ser ikun hemm numru ta’ sigħat allokati għall-bdiewa żgħażagħ biex jgħinu fix-xogħol ta’ kuljum li jkun ippjana l-bidwi ospitanti. L-għan huwa li l-bdiewa żgħażagħ jiksbu l-esperjenza meħtieġa permezz ta’ tagħlim prattiku mogħti mill-bidwi ospitanti u tagħlim teoretiku strutturat. Qabel jibdew jiġu sottomessi l-applikazzjonijiet għal-din l-iskema l-Aġenzija qed tniedi sejħa minn qabel (Pre-call) għall-bdiewa stabbiliti li jixtiequ jipparteċipaw u jservu bħala bdiewa ospitanti fl-iskema billi joffru esperjenza prattika u taħriġ lill-bdiewa żgħażagħ prospettivi fl-impriża tagħhom. Bl-istess mod, bdiewa żgħażagħ interessati jistgħu japplikaw sabiex juru l-interess tagħhom fl-iskema. Il-lista ta’ bdiewa ospitanti u bdiewa żgħażagħ se tkun disponibbli qabel is-sejħa għall-applikazzjoni proprja sabiex l-applikanti jkollhom żmien biżżejjed biex jaslu għal arranġament u eventwalment jissottomettu l-applikazzjoni konġunta. Huwa importanti li wieħed jinnota li din is-sejħa hija maħsuba biss biex tiffaċilita l-kuntatt bejn bdiewa żgħażagħ u bdiewa ospitanti, u taħt l-ebda ċirkostanza m’għandha tiġi interpretata bħala ċertifikazzjoni tal-eliġibbiltà. L-applikazzjonijiet għal din il-Pre-call għandhom jintbagħtu lill-Aġenzija sa mhux aktar tard mit-23 ta’ April 2021. F’każ ta’ diffikultà jew mistoqsijiet l-applikanti jew dawk interessati jistgħu jċemplu l-Front Office tal-Aġenzija fuq 22 926 148 jew jibagħtu email fuq arpa.mafa@gov.mt. Il-linji gwida għal din l-iskema jistgħu jiġu aċċessati mis-sit elettroniku tal-Aġenzija https://agrikoltura.gov.mt/en/arpa/Pages/guidelines.aspx.


10 Ritratt: PIERRE SAMMUT/DOI

11.04.2021

KAMOMILLA

FIDLOQQOM

PEPRIN AĦMAR

ŻRIERAGĦ FIL-POSTA SE JĦEĠĠU RESIDENZI JGĦINU L-EKOSISTEMA Kull dar f’Malta u Għawdex se tkun qiegħda tirċievi taħlita ta’ erba’ żrieragħ partikolari flimkien ma’ fuljett dwar kif għandhom jinżergħu u jiġu indokrati l-pjanti minnhom li huma wkoll essenzjali għall-ekosistema naturali ta’ pajjiżna. Dan tħabbar din il-ġimgħa mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia fejn spjega li inizjattivi bħal dawn qegħdin jittieħdu mill-Gvern biex jikkontribwixxu għall-istrateġija tal-Unjoni Ewropea dwar il-bijodiversità sal-2030. L-inizjattiva ssegwi wkoll għajnuna sħiħa li l-Gvern qed jagħti biex b’investiment ta’ €2 miljun jitħaddru faċċati ta’ residenzi f’żoni urbani. “Dan hu pjan komprensiv, ambizzjuż u fit-tul biex jipproteġi n-natura u jreġġa’ lura t-telf tal-abitat permezz ta’ azzjonijiet speċifiċi mal-pajjiż kollu, inkluż azzjonijiet ewlenin fuq speċi ta’ pollinaturi,” qal il-Ministru nhar l-Erbgħa li għadda.

Fil-fatt, dan il-proġett oriġina minn inizjattiva biex teduka u tgħarraf lill-pubbliku dwar l-importanza fl-ekosistema tal-pollinaturi kif ukoll tal-abitati li jiddependu minnhom. L-inizjattiva tal-Ministeru u Ambjent Malta qed isseħħ wara ħidma fit-tul biex iż-żrieragħ jaslu fid-djar fil-ħin għal dan l-istaġun tar-rebbiegħa. Il-Ministru spjega li 90% tal-pjanti tal-fjuri tad-dinja jiddependu direttament fuq speċi ta’ pollinaturi biex jirriproduċu, inklużi ħafna siġar tal-frott u wċuħ tar-raba’ li l-bnedmin u l-annimali domestiċi tagħna jiddependu fuqhom għall-ikel u bħala sors ta’ dħul. Minbarra hekk, 35% tal-ikel fid-dinja u aktar minn nofs ix-xaħmijiet u ż-żjut ikkunsmati mill-bniedem jiġu minn uċuħ tar-raba’ mdakkra mill-pollinaturi. “Dawn il-pjanti jipprovdu ikel u kenn għall-pollinaturi, inklużi n-naħal, ilfriefet u l-kamlieli. Għal dan is-servizz, il-pollinaturi jiġbru u jxerrdu l-pollin tal-fjura selvaġġa minn pjanta għal

pjanta li tippermetti l-iżvilupp ta’ żrieragħ. Diversi ekosistemi, u flora u fawna li tgħix fihom, jiddependu fuq din is-sinerġija bejn il-pollinaturi u l-pjanti tal-fjuri. It-tnaqqis fil-popolazzjoni u l-kollass tal-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet tal-pollinaturi jkollhom impatt negattiv fuq is-settur agrikolu, u konsegwentement l-ekonomija globali u l-provvisti essenzjali tal-ikel,” qal il-Ministru Farrugia. Il-fjuri selvaġġi jiġu f’firxa wiesgħa ta’ forom u kuluri, filwaqt li jipproduċu aroma attraenti partikolarment għallispeċi tad-dakkara, kif ukoll għall-bnedmin. Għal din ir-raġuni, il-fjuri selvaġġi tal-oriġini wrew li huma popolari ma’ ħafna nies li jħobbu l-ġardinaġġ middar. Inklużi fit-taħlita taż-żerriegħa tal-fjuri selvaġġi, hemm żrieragħ li joriġinaw minn erba’ speċi indiġeni tal-fjuri selvaġġi, jiġifieri il-Buttuniera (Sweet Alyssum), il-Peprin Aħmar (Red Corn Poppy), il-Kamomilla (Chamomile)

BUTTUNIERA u l-Fidloqqom (Borage). Dawn il-pjanti kollha jistgħu jinstabu f’għelieqi u siti naturali madwar il-Gżejjer Maltin. “Billi għarraf lill-pubbliku dwar irrwol tal-fjuri selvaġġi u jħeġġeġ lin-nies biex ikabbru pjanti li jiffavorixxu l-pollinaturi d-dar, dan il-proġett tal-Gvern għandu jikkontribwixxi għall-inizjattiva Ewropea dwar il-pollinaturi. Din l-inizjattiva telenka azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-UE u l-istati membri tagħha biex jindirizzaw it-tnaqqis tal-pollinaturi u jikkontribwixxu għall-isforzi ta’ konservazzjoni globali,” ikkonkluda l-Ministru. Il-baġit nazzjonali għal din is-sena jaċċerta li Malta ssaħħaħ il-qasam ambjentali tagħha b’numru ta’ miżuri, skemi u proġetti – fosthom fejn jidħol it-tħaddir ta’ diversi postijiet, it-trasport sostenibbli u l-immaniġġjar tal-iskart. Fost l-ewwel miżuri fl-2021, il-Gvern ħabbar l-iskemi “Green Your Life” u “Green Your Home” li għandhom l-għan li jitħaddru postijiet urbani u residenzi privati, flimkien ma’ proġetti ta’ afforestazzjoni f’żoni rurali. Permezz tal-ewwel skema diġà tħaddru ħitan f’żoni urbani bħall-Marsa-Ħamrun Bypass, waqt li b’tat-tieni mal-100 residenza applikaw biex isebbħu l-faċċati tagħhom bi pjanti u siġar bi spiża li tiġi ffinanzjata 100% millGvern. Ħwienet u uffiċċji li diġà għandhom front gardens f’żoni residenzjali wkoll jistgħu jibbenefikaw minn din l-iskema. Minbarra hekk tħabbar investiment ta’ €220 miljun mill-Fond għar-Reżiljenza u Rkupru tal-UE li ammont sostanzjali minnhom se jkun iddedikat għal tranżizzjoni ħadra.


11

11.04.2021

VISTAJET SE TKABBAR IL-FLOTTA IL-LINJA TAL-AJRU BBAŻATA F’MALTA RAT ŻIEDA TA’ 50% FL-INTERESS MINN KUMPANIJI GLOBALI FIL-PANDEMIJA Il-kumpanija tal-ajru bbażata f’Malta, VistaJet, ħabbret li se tkabbar il-flotta tul is-sentejn li ġejjin b’riżultat ta’ domanda akbar għas-servizzi tagħha tul il-pandemija tal-COVID-19. Ix-xiri ta’ ajruplani ġodda mingħand il-kumpanija Kanadiża Bombardier hi meqjusa bħala waħda mill-akbar ordnijiet ta’ jets kbar. Wara li diġà rċeviet l-ewwel minn żewġ ajruplani long-range, il-kumpanija VistaJet se tkun qed iżżid 12-il ajruplan Global 7500 u 10 Challenger 350 fis-sentejn li ġejjin biex tkabbar il-flotta tagħha għal aktar minn 90 ajruplan. Il-kumpanija, li tikri l-ajruplani tagħha fuq il-bażi ta’ sigħat, qalet li din iż-żieda fil-flotta tirrifletti d-“domanda enormi” minn kumpaniji ġodda li jfittxu vjaġġar “aktar sigur, affidabbli u effiċjenti”. “Il-pandemija qed turi b’mod ċar li l-klijenti qed ifittxu iżjed li jkollhom aċċess globali garantit,” qalet VistaJet fi stqarrija. Hi qalet li matul il-pandemija esperjenzat żieda ta’ kważi 50% fl-interess minn kumpaniji globali minn Lulju li għadda, waqt li s-sigħat ta’ vjaġġar mibjugħin żdiedu bi 23% fl-ewwel kwart tas-sena meta mqabbel mal-istess perjodu sena qabel u l-membri fil-programmi tagħha kibru b’90%. Minbarra l-ordnijiet il-ġodda, VistaJet qed tippjana li ttejjeb il-flotta kollha tagħha ta’ ajruplani Challenger 850, Challenger 605, Challenger 350 u Global 6000 b’aġġornar tat-teknoloġija u tisbiħ intern. “Aħna nibqgħu impenjati li nipprovdu appoġġ kritiku lin-negozji f’din

L-ordni ta’ VistaJet għall-ajruplani mill-kumpanija Kanadiża Bombardier Aerospace hi meqjusa fost l-akbar għal jets kbar id-dinja ġdida – żammejna n-negozju tagħna sod matul l-2020 u qed naraw domanda ferm akbar għas-servizzi ta’ VistaJet din is-sena u lil hinn,” qal iċ-Ċermen u fundatur Thomas Flohr. F’riżultat ieħor ta’ tkabbir għall-avjazzjoni lokali, tliet ġimgħat ilu wkoll żvelajna kif żewġ linji tal-ajru Ingliżi Titan Airways u Jota Aviation qed jistennew li jirrilokaw il-ħidma tagħhom f’pajjiżna wara li tiġi approvata l-applikazzjoni tagħhom biex jibdew joper-

aw minn hawn. Iż-żewġ linji qalu li jridu jmorru lil hinn mill-burokrazija li rriżultat wara Brexit u li qed tiswiehom telf ta’ negozju li jlaħħaq il-miljuni ta’ ewro. Ir-regoli ġodda imposti fuq ir-Renju Unit b’riżultat ta’ Brexit jirriżultaw li huma ta’ żvantaġġ kbir għalihom tant li t-telf ilaħħaq saħansitra sa 70% tan-negozju kollu. Titan Airways, li hi bbażata fil-mitjar ta’ Stansted, u Jota Aviation, li topera

minn Biggin Hill, qalu li tilfu kuntratti sostanzjali minn klijenti kbar, fosthom ir-Royal Mail, il-Poste Italiane u l-klabbs rinomati tal-futbol Paris Saint-Germain u Bayern Munich. Jirriżulta li meta l-applikazzjoni għal liċenzja tagħhom tiġi approvata mill-awtoritajiet Maltin, ikunu jistgħu jibdew l-operazzjoni tagħhom millbażi sussidjara ġdida hawn fi żmien tliet xhur u b’hekk ikunu fuq l-istess livell tar-rivali tagħhom Ewropej.

L-AWGURI TAL-PAPA LIL PATRI DIJONISJU “Għażiż ħija, ġejt mgħarraf li l-ġurnata ta’ qabel ilbieraħ għalaqt 90! Nibgħatlek l-isbaħ xewqat!” Dawn il-kliem sempliċi fuq nota miktuba bl-idejn u ffirmata mill-Papa Franġisku fl-aħħar jiem għamlu ġurnata sabiħa lil Patri Dijonisju Mintoff fost il-ħidma kontinwa tiegħu fil-Laboratorju tal-Paċi Papa Ġwanni XXIII li hu stess waqqaf fl-1971 f’Ħal Far, fil-limiti taż-Żurrieq. Fin-nota miktuba nhar it-3 ta’ April, il-Papa kiteb personalment lil Patri Dijonisju Mintoff OFM u rringrazzjah għall-vokazzjoni saċerdotali u reliġjuża tiegħu bħala Franġiskan, u għall-ħajja ddedikata lill-qadi tal-Knisja. Fl-istil modest tiegħu, il-Papa talab lil Patri Dijonisju biex jitlob għalih u xtaqlu Għid qaddis u għalaq bil-firma sempliċi “fraternament tiegħek, Francesco”. Patri Dijonisju waqqaf il-Labo­ ratorju tal-Paċi eżattament 50 sena ilu wara appell mill-Papa

Ġwanni XXIII, li sejjaħ għad-dinja biex tirrifletti fuq il-paċi. “Bħala Franġiskan u Malti li personalment esperjenzajt ilGwer­ra, iddeċidejt li niftaħ spazju li jeduka fuq il-paċi,” kien spjega ftit ilu Patri Dijonisju f’intervista. Il-Vatican News irrapporta li mhu l-ebda sigriet li Patri Mintoff kien qed jittama li jilqa’ personalment lill-Papa fil-Laboratorju tal-Paċi u jdawru mal-post waqt iż-żjara Appostolika li kienet ippjanata fl-aħħar ta’ Mejju tas-sena l-oħra, iżda kellha tiġi sospiża minħabba l-pandemija. Il-Laboratorju tal-Paċi jwettaq il-missjoni tiegħu bil-fatti billi attwalment jospita aktar minn 50 immigrant, jorganizza programm estensiv edukattiv grazzi għall-impenn tal-voluntieri li jagħmlu eżempju prattiku ta’ kif organizzazzjoni mhux governattiva tista’ tagħmel ħafna biex tifforma l-kuxjenza u tippromwovi l-ġid komuni.


12

11.04.2021

L-AMBJENT URBAN MALTI

MR JO ETIENNE ABELA

Matul l-aħħar snin il-kelma ambjent kompliet iżżid fil-popolarità tagħha. Kelma li d-definizzjoni tagħha hija tant vasta li titkellem kemm titkellem dwarha żgur li ma tistax issemmi dak kollu li tinkorpora fiha. F’pajjiżna tul is-snin din il-kelma kompliet tevolvi mhux biss minn żmien għal ieħor iżda minn era għal oħra. Illum xtaqt naqsam magħkom biss diversi ħsibijiet sinċiera dwar l-ambjent ġenerali li bla ma rridu huwa ambjent li rridu ngħixu fih. Ambjent li writna minn ta’ qabilna u rridu ngħadduh lil ta’ warajna. Ambjent li jirrifletti l-multikulturaliżmu li qed ngħixu fih. Inħoss li dwar dan l-aspett ambjentali ta’ kuljum nisimgħu ħafna imma fil-verità

lkoll kemm aħna x’nixtiequ li jinbidel? L-iktar ħaga faċli għall-bniedem huwa li jmaqdar u jikkritika u sfortunatament ta’ spiss inħoss li bħala poplu Malti naqgħu f ’din in-nasba naturali. Ma xtaqtx nittratta aspetti tekniċi bħalma ngħidu aħna immaniġġjar ta’ skart għax ma nħossnix daqstant tekniku u nemmen li dawn l-aspetti qed jiġu trattati tajjeb fil-fora ambjentali Maltija. Xtqat li għll-lum iktar niffoka fuq ambjent lokali, l-ambjent li ngħixu fih. Tul l-aħħar tmien snin żgur li kulħadd jaqbel li l-ambjent ta’ madwarna kien hemm kambjamenti fih li saħansitra m’għadniex nagħrfuh mill-istess ambjent ta’ snin ilu. Dan l-aħħar kienu bosta l-interventi li kienu maħsuba sabiex ikomplu jsebbħu l-ambjent

tagħna fil-lokalitajiet, rħula u bliet tagħna ewlenin fosthom il-Pjazza tat-Tritoni fil-Belt Valletta,it-trasformazzjoni tal-foss fil-Belt Valletta,il-pavimentar talpjazez tax-Xewkija u San Franġisk fir-Rabat Għawdex. Ma’ dawn imsemmija wieħed jista’ jżid lista ta’ proġetti oħra li kontinwament qegħdin bla dubju jibdlu d-dehra ta’ pajjiżna għall-aħjar. Ma nistax ma nammirax ukoll il-ħeġġa li qed naraw sabiex inkomplu nħaddru l-ambjent tagħna bi tħawwil kontinwu ta’ siġar ġodda, bl-installazzjoni ta’ ħitan ħodor vertikali u issa anke bl-iskemi maħruġa mill-Gvern sabiex jinċentivaw lir-residenti jħaddru l-faċċati tad-djar tagħhom. Biss bħal kull wieħed u waħda minnkom naqbel li tul l-aħħar għexieren ta’

snin f ’Malta ma ntużatx il-ħila arkitettonika li jgawdu l-maġġoranża tal-periti tagħna. Bħalkom ukoll inħoss li stajna nkunu iktar sensittivi għall-wirt u l-patrimonju arkitettoniku ta’ pajjiżna. Nitnikket meta nara ritratti tal-passat b’diversi binjiet ta’ wirt arkitettoniku ġew imġarrfa sabiex minflokom illum ġew żviluppati numru ta’ appartamenti li diversi minnhom nasal nuża anke l-kelma iebsa degredanti. Ninsab ċert li l-periti tagħna jafu u jistgħu joffru aħjar. Nemmen li wasal iż-żmien li induru lejn dawn il-professjonisti anke b’inċentivi ta inkoraġġiment sabiex jibdlu l-andament arkitettoniku tagħhom f ’dak li huwa disinn ġenerali ta’ ppjanar. Pajjiżna jista’ jservi bħala vetrina reali kif fil-verità l-modern jista’ jiġi abbin-

Ma nistax ma nammirax ukoll il-ħeġġa li qed naraw sabiex inkomplu nħaddru l-ambjent tagħna bi tħawwil kontinwu ta’ siġar ġodda, bl-installazzjoni ta’ ħitan ħodor vertikali u issa anke bl-iskemi maħruġa mill-Gvern sabiex jinċentivaw lir-residenti jħaddru l-faċċati tad-djar tagħhom

at mal-patrimonju arkitettoniku antik ta’ pajjiżna. L-iżvilupp tal-bini għalija huwa waħda mill-prijoritajiet ambjentali li għandu jħares pajjiżna bis-serjetà. L-istil arkitettoniku huwa l-iktar ħaga li jaffettwa liċ-ċittadini li jgħixu f ’pajjiżna kif ukoll lil dawk li jogħġobhom iżuru lil pajjiżna. Kulħadd konxju tal-fatt li l-istil arkitettoniku li writna minn missirijietna ġibed miljuni ta’ turisti bħala attrazzjoni ewlenija. Kien fattur li għen mhux ftit lill-Maltin jibdlu l-ekonomija tagħhom għal waħda ibbażata fuq it-turiżmu minn waħda dipendenti fuq il-militar Ingliż. Għalhekk, nemmen li wasal iż-żmien u mingħajr iktar tkaxkir tas-saqjan wara tant żvilupp urban li rajna fl-aħħar snin għandna niddevjaw l-attenzjoni tagħna kif ser nibdlu dan l-iżvilupp f ’attrazzjoni minnha nnifisha. Kif diġà aċċennajt nemmen fil-ħiliet tal-periti tagħna u nemmen li m’għandhom xejn inqas minn ta’ qabilhom anżi fil-verità nemmen li għandhom bil-wisq iktar materjal u riżorsi sabiex bħal ta’ qabilhom jagħmlu isem mhux biss għalihom infushom iżda għal Malta tagħna lkoll. Il-Ħadd it-tajjeb lil kulħadd!


13

11.04.2021

EJJEW NINVESTU FIL-QASBA U MHUX BISS FIL-ĦUTA

OWEN BONNICI Ministru

M’hemm ebda dubju li pajjiżna mexa ’l quddiem ħafna matul is-snin. Nies li għexu s-sittinijiet jgħidulek b’ċarezza li pajjiżna ma jingħarafx minn meta twieled bħala nazzjon indipendenti u mbagħad ħieles għal kollox mir-rabtiet mal-kuruna Ingliża. Dan ma ġiex b’kumbinazzjoni. Ġie frott l-għaqal ta’ missirijietna u mexxejja politiċi importanti. Il-Partit Laburista

kien, bla dubju ta’ xejn, protagonist assolut f’din il-mixja ’l quddiem bla preċedent. Meta nħarsu lura rridu ngħidu li b’idejna fuq qalbna pajjiżna mexa ferm iktar milli bassru barranin li kienu kitbu dwarna fil-ħamsinijiet. U kull min għamel ħames minuti fuq siġġu ta’ responsabbiltà eżekuttiva jaf li l-isfidi ta’ pajjiż gżira żgħira mingħajr wisq riżorsi huma kbar. Iċ-ċokon akut tagħna jrendi, bir-raġun, kontroversja kbira anke fejn tibni skola ġdida jew sptar, aħseb u ara jekk irridu nitkellmu dwar żoni industrijali ġodda u żviluppi oħra. L-immaniġġjar taliskart tagħna hu, pereżempju, sfida ma taqta’ xejn marbuta ħafna maċ-ċokon tat-territorju. Biss irnexxielna nimmassimizzaw dak li aħna tajbin fih u dan il-pajjiż, li meta kien maħkum kien dejjem fqir u bla aspirazzjoni, iffjorixxa meta kellu rajh f’idejh u terraq mal-pajjiżi l-oħra.

F’din il-mixja Gvern wara l-ieħor immassimizza dawk li jissejħu l-quick wins. Investa f’affarijiet tal-lum li jħallu l-impatt massimu għax kien hemm bżonn u kien meħtieġ. Fil-fehma tiegħi rridu ninvestu fil-pass li jmiss – dak li hu għat-tul. Irridu ninvestu fit-talent. Il-flus tagħna rridu nitfgħuhom mhux fil-ħuta, imma fil-qasba. It-talent hu kruċjali biex pajjiżna jirnexxi f’ċentru ta’ eċċellenza. Fl-istess waqt irridu noħolqu l-opportunitajiet kollha meħtieġa (kif dejjem għamilna) biex meta żżewweġ it-talent mal-opportunità twelled futur sabiħ fejn Malta tkompli timxi ’l quddiem. L-edukazzjoni hi bla dubju kruċjali, imma rridu mmorru għall-pass li jmiss. Irridu li pajjiżna jkun il-post fejn iwelled l-ideat ġodda, il-prodotti ġodda, is-soluzzjonijiet il-ġodda, l-aspirazzjonijiet il-ġodda li jintużaw imbagħad mhux biss f’Malta imma anke barra minn Malta.

Irridu li meta barranin jisimgħu l-kelma Malta moħħhom imur f’din l-art li hi ċentru ta’ innovazzjoni, riċerka u soluzzjonijiet kemm filkamp tal-arti kif ukoll dawk xjentifiċi. Waqt li nsaħħu s-settur tal-manifattura għax hu kruċjali, waqt li nibnu toroq ġodda għax hemm bżonnhom, waqt li nsebbħu l-pajjiż għax hekk hu xieraq, irridu fuq kollox ninvestu biex nibnu critical mass ta’ talent li jħabbatha mal-aqwa mħuħ fid-diversi rkejjen tad-dinja. Biex toħloq idea li tirrivoluzzjona l-futur ta’ industrija partikolari trid kamra żgħira, investiment u opportunitajiet u probabbilment apparat sofistikat. Il-kobor ikun fit-talent tal-persuni li jsibu s-soluzzjonijiet u li joħolqu l-ideat ġodda. Malta għandha potenzjal tremend li tkun leader f’dan il-kamp. Jekk jirnexxielha, immorru lkoll dimensjoni oħra ’l quddiem għax b’hekk jinħoloq

il-ġid b’mod sostenibbli u jkun hemm iktar ġid x’jitqassam b’ġustizzja għal kulħadd. Hemm ħafna xogħol xi jsir biex noħolqu minn issa futur mibni fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni. Dan irid isir jekk nibnu ekosistema robusta ta’ innovazzjoni fejn kollha kemm aħna nibdew nemmnu fil-bżonn li nkunu aħna l-aġenti u l-innovaturi tal-bidla għall-aħjar li minnu ma jgawdux biss il-Maltin imma anke barra minn xtutna. Jista’ jkun li min qed jaqra qed jgħid li jien ambizzjuż iżżejjed jew li m’iniex inkun realistiku. Kulma rridu nagħmlu biex niftakru fil-potenzjal tremend ta’ pajjiżna u kemm aħna l-Maltin kapaċi negħlbu kull sfida hu li niftakru fejn konna sa ftit ġenerazzjonijiet ilu u fejn wasalna llum. Ejjew ninvestu mhux fil-ħuta imma fil-qasba. Ejjew lil dan il-pajjiż indawruh f’post fejn it-talent ikun il-munita ewlenija tas-suċċess tagħna.

RIFORMI KURAĠĠUŻI IL-KANNABIS RIKREATTIVA

FELIX BUSUTTIL GALEA Kandidat fit-8 u fl-10 Distrett

Kien hemm żmien meta mara ma setgħetx tivvota. Kien hemm żmien meta tfal, ġuvintur jew tfaljiet setgħu ma jmorrux skola u jaħdmu mal-familja sa minn ċkunithom u ħadd ma jgħid xejn. Kien hemm żmien meta l-adulterju kien att kriminali u mara jekk ma tilbisx maktur fuq rasha quddiem l-artal tintbagħat l-infern. Kien hemm żmien meta l-iskjavitù kien legali u li tkun omosesswali teħel snin il-ħabs u tintbagħat għand tabib għall-kura medika. Riċentement li tiddivorzja kien impossibbli u li tiżżewweġ lil min

tassew tħobb kienet oxxenità. M’aħniex qegħdin ngħidu li dak li hu ħażin ma jibqax ħażin għax li tweġġa’ lil għajrek, li toqtol, li tisraq u li tiġbed fil-qrati huma dejjem gravi. Però li int fid-dar tiegħek pejjipt sigarett u ħadt żewġ grokkijiet whisky (għax adult, tista’ u mhux ser issuq meta tixrob għax tkun ta’ periklu għal ħaddieħor) ma jibqax reat. Għax m’intix tweġġa’ u toffendi lil ħadd. Iż-żminijiet jinbidlu u meta nagħrfu li ċerti azzjonjiet (dejjem bilanċjati u qatt ma huma eċċessivi) fejn dak li nagħmlu huwa att adult u responsabbli jista’ ma jibqax illegali. U nibagħtu żagħżugħ jew żagħżugħa l-ħabs għax pejpet joint ikun ta’ aktar deni lis-soċjetà, lill-individwu u lill-familtu u lil dawk li jħobb jew tħobb f’iktar deni dejjiemi. Niftakar ħabib tiegħi. Ħabib ta’ qalb tajba immens. Responsabbli. Ħabrieki. Li nqabad bi ftit ħaxixa fil-but għall-użu personali. Ġie arrestat. U ttella’ l-Qorti xi 10 snin wara li nqabad. Fejn ntbagħat tliet xhur ħabs. Meta kellu l-kannabis biss għall-użu personali tiegħu. Meta ma kien qiegħed iweġġa’

lil ħadd. Meta f’għajnejja żgur mhu qiegħed jagħmel deni lil ħadd. Meta nifhmu li l-ewwel qattiel fid-dinja hu l-ikel eċċessiv. L-obeżità hi l-ewwel qattiela fid-dinja. M’hemm l-ebda liġi li tikkontrolla kemm tiekol. It-tieni l-ikbar qattiel hu l-alkoħol. M’hemm l-ebda liġi li tikkontrolla kemm tixrob. It-tielet huma s-sigaretti u m’hemm l-ebda liġi li tgħidlek kemm għandek tpejjep. Wara huma l-inċidenti tat-toroq, u qabel id-drogi, speċjalment il-kannabis, hemm il-mard mentali. Is-suwiċidju u l-omiċidju. Id-drogi u l-użu tagħhom jiġu wara dawn il-kawżi kollha ta’ mewt. Jeħtieġ bħala umanità nirrealizzaw li z-zokkor u x-xaħam huma ferm aktar perikolużi minn joint. Il-kannabis hi ferm inqas perikoluża mix-xorb u t-tabakk, u li żżommha projbita (b’restrizzjonjiet sagri) hi tassew ipokrezija. Nafu għax hekk fehem il-Gvern Laburista li l-ħaxixa tista’ toffri għajnuna kbira fil-mediċina. Bħal pereżempju l-uġigħ tal-isklerosi u l-epilessija. It-tabakk hu ferm aktar vizzjuż mill-kannabis. U jekk għand-

na nwaqqfu l-kannabis mela nkunu inqas ipokriti u nwaqqfu x-xorb u t-titjib għax dawn ferm aktar dipendenti u ferm aktar qattiela. Pajjiżi bħall-Kanada, ċerti stati fl-Amerka, il-Portugall, Spanja, l-Olanda, New Zealand, l-Ekwador, l-Urugwaj, Georgia, u l-Afrika t’Isfel għarfu din l-eżistenza ġusta u bilanċjata fejn l-użu personali tal-kannabis rikreattiva mhu ta’ deni għal ħadd. U nistgħu nħarsu lejn l-istorja ta’ dawn il-pajjiżi. Id-dipendenza fuq droga oħra żdiedet? Skont studju sena wara minn CannCentral fuq it-tajjeb u l-ħażin fid-dekriminalizzazzjoni tal-kannabis rikreattiva nstab li ma kien hemm l-ebda żieda fil-kriminalità jew fid-dipendenza fuq sustanzi oħrajn minħabba dan il-proċess. Li waqgħet l-istigma li wieħed jitkellem fuq il-kannabis. Mingħajr l-ebda biża’. Ir-riformi anke dawk proposti mill-Gvern Malti mhumiex li jinħoloq kaos totali, li jinħoloq negozju free for all jew li ma jibqax kontroll. Anzi li jiżdied il-kontroll. Fuq sustanzi fl-idejn li mhumiex nodfa. Fuq taxxi

li ma jitħallsux. Fuq negozju iswed faħma. Fuq inġustizzja li tista’ teqred ħajja u tkisser isem sempliċement għax xi ħadd dawwar joint. Il-Gvern introduċa din id-diskussjoni fl-aħħar Manifest Elettorali tiegħu. U dan kulħadd jafu. Aħna Gvern mhux tal-paroli. Aħna mhux Gvern tal-wegħdi biss. Imma Gvern li ma jibżax jitkellem fuq suġġetti li sa ftit żmien ilu kienu tabù u kienu jitpoġġew moħbija taħt it-tapit. Din hi l-politika Nazzjonalista u mhux Laburista. Aħna konna kuraġġużi nitkellmu fuq id-divorzju. Fuq l-abbuż domestiku. Fuq il-korruzzjoni. Fuq iż-żwieġ gay. Fuq l-inġustizzji. Aħna Gvern kuraġġuż li fejn nistgħu niddiskutu, nqajmu kuxjenza u ntejbu ħajjet kulħadd qatt u qatt ma kellna biża’ jew xi aġendi konservattivi li żammew lill-poplu injurant, irresponsabbli, stupidu u mhux kontemporanju. Dan hu l-Gvern tal-Ġustizzja Soċjali. U għalhekk ir-riformi. Għalhekk id-diskussjoni. Għalhekk it-tibdil għat-tajjeb. Għalhekk nassessjaw u nieħdu azzjoni. Mingħajr ebda biża’.


14

11.04.2021

“MALTA OSKURA: IL-

– ĠRAJJIET TAT-TKEXKIX LI JDAWRU - Daniela Attard Bezzina, Communications Executive – Heritage Malta Forka. Kelma ċkejkna li warajha tostor ġrajjiet kbar. Ġrajjiet ta’ moħqrija u makabrità li seħħew fl-istess imsieraħ li llum ngħaddu minn nofshom mingħajr l-iċken ħsieb dwar il-ħruxijiet li seħħew fihom fl-imgħoddi, jew dwar kif il-kunċett tal-kastig inbidel mal-milja tas-snin. Stejjer tal-biża’ li seħħew tassew matul l-istorja twila tat-tgħalliq bil-forka f’Malta se jiġu rrakkontati fit-tieni webinar organizzat minn Heritage Malta fis-sensiela “Malta Oskura”. Bit-titlu “Malta Oskura: Il-Forka”, il-webinar se jixxandar darbtejn, f’żewġ dati differenti – it-Tlieta 13 u l-Ħamis 15 ta’ April, fit-8.30pm. Ir-riċerka estensiva li saret bi tħejjija għal dan il-webinar se tiżgura esperjenza awdjoviżiva unika għall-parteċipanti. Filmati rari tal-forka antika li għadek issib f’kamra li kienet inbniet apposta fil-ħabs ta’ Kordin se jkunu inklużi f’din l-esperjenza. Vjaġġ virtwali fl-ewwel parti tal-webinar se jieħu lill-parteċipanti lura fiż-żmien sal-ewwel każijiet ta’ tgħalliq li nafu bihom, jakkumpanjahom tul is-sekli sal-aħħar darba li ntużat il-forka fl-1943, u jirrakkontalhom l-istejjer makabri li seħħew f’postijiet pubbliċi u, aktar tard, fil-privatezza tal-ħabs ta’ Kordin. Kif il-parteċipanti se jiskopru matul il-vjaġġ, sekli ilu kien hemm bosta għemejjel li setgħu jwassluk sal-forka. Reati li llum huma punibbli b’multi jew bi ftit snin ta’ priġunerija, jew anke b’sentenzi sospiżi, dak iż-żmien kont tħallas ħafna aktar qares għalihom. Serq aggravat bi vjolenza, ngħidu aħna, kien jibagħtek dritt għand il-bojja, l-istess bħalma kont tispiċċa jekk f’epidemija tikser ir-regolamenti tal-kwarantina. Il-vjaġġ virtwali se jżur inħawi differenti fejn kien isir it-tgħalliq qabel ma ġie kkonċentrat f’post wieħed. Il-Ponta ta’ Rikażli, il-post fejn illum hemm il-Mafkar tal-Gwerra fil-Furjana, kif ukoll l-inħawi li sallum għadhom magħrufa bħala Misraħ Forok fir-Rabat, huma wħud mill-postijiet fejn missirijietna raw ix-xeni orribbli maħsuba biex iservu kemm ta’ deterrent kif ukoll bħala turija pubblika tas-setgħa tal-ħakkiem. Se jiġu rakkontati wkoll stejjer ta’ umiljazzjoni u tortura lill-ikkundannati fi triqthom lejn il-forka u saħansitra wara mewthom. Biżżejjed ngħidu li fosthom kien hemm min wara t-tgħalliq inqatgħetlu rasu barra u saħansitra l-katavru tiegħu ġie maqsum f’erbgħa u maħruq. Xi wħud ma ndifnux f’ċimiterju iżda f’ħofra qrib il-forka, waqt li oħrajn

wara t-tgħalliq tħallew imdendlin mal-forka biex jitmermru għal jiem jew xhur sħaħ. Filwaqt li jidħol fid-dettall tal-proċess kollu li kien jiġi esegwit qabel it-tgħalliq, kif ukoll il-proċess tat-tgħalliq innifsu u tad-difna, il-webinar se jiddeskrivi wkoll ir-rwol tal-bojja u jirrakkonta stejjer li jkexkxu dwar uħud minn dawk li qalgħu l-għajxien tagħhom mit-tgħalliq u li minħabba xogħolhom kienu pjuttost mistkerrha mill-bqija tas-soċjetà. Ġrajja minnhom tiffoka fuq kif id-destin stramb ta’ bojja ried li huwa jitlef ħajtu ftit waqtiet biss wara li temm ħajjet l-iġġustizzjat! Uħud mill-ismijiet li se jissemmew fil-webinar huma ta’ nies li l-parteċipanti aktarx semgħu bihom. Fosthom dak ta’ Carmelo Borg Pisani, l-uniku bniedem matul il-ħakma Ingliża f’Malta li ġie mgħallaq għal spjunaġġ kontra pajjiżu. Il-każ tiegħu kien l-uniku wieħed f’Malta fis-seklu 20 fejn xi ħadd ingħata l-forka għal reat li ma kienx qtil. Se jiġu rakkontati wkoll ġrajjiet kommoventi ta’ nies li baqgħu jisħqu fuq l-innoċenza tagħhom sal-aħħar nifs li ħadu fuq il-forka. Fosthom l-istorja ta’ Ġużeppi Zammit, li ġie mgħallaq flimkien ma’ ħuh fl-1943 wara li nstabu ħatja tal-qtil ta’ Spiru Grech. Ġużeppi baqa’ jsostni li ma kellux ħtija u li s-sehem tiegħu kien biss li ħeba l-katavru. Fil-webinar ma jonqosx li tissemma wkoll ġrajja partikolari li seħħet fl-1908, fejn id-difna ta’ raġel mogħti l-forka qajmet kjass sħiħ wara li ġriet ix-xniegħa li kien indifen ħaj! Wara dan il-każ, l-aħjar kirurgi talpajjiż bdew jitqabbdu biex jiċċertifikaw il-mewt tal-imgħallqin u l-ħin bejn il-mewt u d-difna żdied sostanzjalment. Lejn tmiem il-vjaġġ virtwali, il-parteċipanti jitwasslu sad-deċennji aktar riċenti, meta l-Parlament ta’ Malta l-ewwel approva t-tneħħija tal-piena tal-mewt mill-Kodiċi Kriminali, ħlief f’każijiet fejn membri tal-Forzi Armati, fi żmien ta’ gwerra, jinqabdu jgħinu lill-għadu, u aktar tard abolixxa għalkollox il-piena kapitali mill-Gżejjer Maltin. Il-vjaġġ virtwali jieħu madwar nofs siegħa u se jkun bil-Malti, b’sottotitli bl-Ingliż. Warajh issir sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet. Dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-webinar huma mitluba jirreġistraw minn qabel hawnhekk, skont id-data li jippreferu: 13 ta’ April: https://zoom.us/webinar/register/WN_m2MjmN1yRp2F3n8ptJgiIg 15 ta’ April: https://zoom.us/webinar/register/WN_38Ini79hQM2VjFpFUvjulw

Il-qabar ta’ Thomas McSweeney, li tgħallaq abbord l-HMS Rodney fl-1837

L-ing

Lapida


15

11.04.2021

-FORKA”

U L-INGASSA

gassa mal-forka fil-kamra li kienet inbniet apposta f’ Kordin

a fil-ħabs ta’ Kordin li tfakkar lil dawk mgħallqin fuq il-forka

IL-COVID-19 U L-EDUKAZZJONI

LUCIENNE GAFÀ Membru tal-FŻL

Matul din l-aħħar sena, id-dinja kollha għaddiet u batiet mill-konsegwenzi li ġabet magħha l-imxija tal-Coronavirus, li affettwat il-ħajja ta’ kull individwu. Kellu wkoll impatt sew fuq is-settur edukattiv. L-edukazzjoni hija settur li jolqot persuni ta’ diversi etajiet. L-edukazzjoni mhix importanti biss akkademikament imma wkoll kreattivament. B’hekk l-istudenti minn età żgħira jitħarrġu soċjalment ma’ sħabhom, li jikkumplimenta t-tagħlim personali ta’ dak li jkun. Biex dan isir, l-istudenti għandhom jinġabru f’ambjent addattat u kreativ ma’ studenti oħra tamparhom. Dan kollu nbidel mil-lejl għan-nhar meta tfaċċat il-pandemija. Peress li dan il-virus jittrasmetti malajr, l-unika soluzzjoni hi li titnaqqas l-interazzjoni man-nies fosthom l-istudenti. Għalhekk, sakemm id-dinja sabet is-soluzzjoni permezz tal-vaċċin, l-unika soluzzjoni

kienet li jingħalqu l-iskejjel b’mod fiżiku. Din id-deċiżjoni affettwat lill-istudenti bil-kbir minn kull perspettiva. Dan għaliex kull student, min-natura tal-bniedem, mhux magħmul li jingħalaq ġewwa għalhekk diversi studenti waqgħu f’solitudni. Huwa importanti li l-istudenti jintegraw ma’ oħrajn għax permezz t’hekk joħorġu l-kwalitajiet interpersonali tagħhom. Bl-iskejjel magħluqa dan ma kienx faċli li jsir. B’hekk, bħala alternattiva qlibna b’tagħlim online. Madanakollu, jibqa’ l-fatt li t-tagħlim online mhuwiex sostituzzjoni għall-edukazzjoni b’mod fiżiku f’ambjent ta’ klassi għaliex, b’mod virtwali, l-istudent ma jistax jibni l-kunfidenza soċjali tiegħu. L-integrazzjoni ssir billi tiltaqa’ ma’ ħaddieħor u tissoċjalizza. Bit-teknoloġija hemm ċerti limitazzjonijiet għal dan kif ukoll limitazzjoni fil-komunikazzjoni fiżika u bejn l-għalliema u l-istudenti, li nemmen li tista’ tirriżulta għal tagħlim anqas effettiv. Minħabba dan ilfatt, xjentisti jsostnu li l-edukazzjoni b’mod dirett, hija importanti u ta’ benefiċċju kemm mentalment kif ukoll soċjalment. Tfal żgħar bħal tal-Kindergarten u l-Primarja jkunu għadhom ser jibdew it-triq tal-integrazzjoni barra l-familja tagħhom. L-integrazzjoni ma’ ħaddieħor minn età żgħira hija importanti.

Dan jaffettwa wkoll lill-għalliema li meta jkunu qed jagħtu s-servizz tagħhom ta’ tagħlim online, l-esperjenza għalihom jaf ukoll tkun aktar diffiċli biex jikkomunikaw bl-aħjar mod mal-istudenti tagħhom. Apparti minn hekk, nemmen li bit-tagħlim online anke l-ġenituri jkunu impattati minħabba li dawn tal-aħħar m’għandhomx jieħdu l-post tal-għalliema. Dan jaffettwa wkoll il-produttività tal-ġenituri. Għalhekk, infaħħar l-impenn tal-Gvern li kien ħa d-deċiżjoni li jagħti forma ta’ kumpens lil dawk il-ġenituri li meta kien possibbli baqgħu mat-tfal fi djarhom waqt li riċentement is-sistema edukattiva marret online. Dan billi ħoloq forom ta’ sussidji lil dawk in-negozji li ntalbu li jibqgħu magħluqin biex il-pandemija tiġi kkontrollata. Minn issa, irridu nħarsu ’l quddiem. Il-Gvern, fuq il-parir tal-esperti tassaħħa, ħa d-deċiżjoni li minn għada jerġgħu jibdew jinfetħu l-iskejjel b’mod gradwali. L-għan ta’ kulħadd huwa li noħorġu minn din il-pandemija kemm jista’ jkun malajr u mmorru għan-normalità. Dan qed isir permezz tal-vaċċin u billi nsegwu l-miżuri restrittivi implimentati. Is-saħħa hija importanti u kulħadd għandu jieħu ħsiebha. Però, kif nieħdu ħsieb is-saħħa fiżika għandha nieħdu ħsieb is-saħħa mentali u aspetti umani oħra bħall-integrazzjoni soċjali.


16

11.04.2021

L-EFFETT TAR-REĠINA L-ĦAMRA ta’ trasformazzjoni jispirani fid-direzzjoni li nagħti fil-ħidma tiegħi ta’ Segretarju Parlamentari responsabbli għall-konsumatur, il-kompetizzjoni, ir-regolamentazzjoni tal-mediċini u l-indafa pubblika. Sigurtà tal-Prodotti DEO DEBATTISTA Segretarju Parlamentari

“... Tiġri kemm tiġri u tibqa’ fl-istess post. Jekk trid tasal xi mkien, trid tiġri tal-anqas id-doppju ta’ kemm kont qed tiġri.” Dan huwa l-kliem tar-Reġina l-Ħamra fil-ktieb ta’ Lewis Carroll Through the Looking-Glass li ġie ppubblikat fl-1871. Iktar riċenti, il-Bijoloġista Amerikan Leigh Van Valen spjega kif fil-ħajja nsibu l-Effett tar-Reġina l-Ħamra. Dan ifisser li kontinwament irridu niġġeddu għax l-ambjent ta’ madwarna jinbidel il-ħin kollu. Ħafna jħarsu lejna bħala dak il-partit li ma joqgħodx isabbat saqajh, imma fejn hemm bżonn u fejn hu ta’ benefiċċju għal Malta, jiġri. Dan il-proċess kontinwu

Kuljum qegħdin inwettqu ħidma bla preċedent sabiex inħarsu s-saħħa u l-kwalità tal-għajxien tal-Għawdxin u l-Maltin. L-MCCAA qed tħares li jkollna prodotti siguri u ta’ kwalità fejn jidħol ilbies protettiv u sanitizers u aġġustat il-proċessi tagħha sabiex tipprovdi s-servizz b’ħeffa mingħajr ma tikkomprometti s-sigurtà. L-Awtorità dwar il-Mediċini qiegħda tipproteġi s-saħħa pubblika permezz tar-regolamentazzjoni tat-tagħmir mediku u moniteraġġ dwar is-sigurtà tal-viċċin f ’sintonija ma’ awtoritaijiet kompetenti oħra. Fejn tidħol il-pandemija wkoll, pajjiżna huwa mudell għal ħafna pajjiżi oħra.

lu u jiddiżinfettaw it-toroq. Xeni li narawhom f ’pajjiżi li jsegwu l-aħjar prassi. Fi 12-il xahar tnaddfu u ġew iffumigati 132,000 kilometru ta’ toroq u spazji pubbliċi. Madankollu, baqgħu għaddejjin xogħlijiet f ’qalb il-komunità, kif ukoll intlaħaq ftehim bejn l-istess Direttorat u l-Malta Football Association sabiex il-grounds u l-akkwata f ’Ta’ Qali jiġu mnaddfa ta’ spiss, b’mod speċjali meta jkun hemm logħob internazzjonali. B’hekk, inkomplu nsaħħu l-mandat ta’ dan il-Gvern li qiegħed isaħħaħ l-isports f ’pajjiżna. Brexit: Sfidi u Opportunitajiet

Jekk naħsbu li l-COVID-19 hija biss il-fattur ewlieni li bħalissa l-Ewropa qiegħda tiġġieled, inkunu qegħdin ninsew l-isfida tal-Brexit. Infakkru li Frar li għadda flimkien mal-Ministru Miriam Dalli ħabbarna investiment ta’ €3.5 miljun f ’kumpanija farmaċewtika li se tkun qed toħloq madwar 50 Clean Malta: 1,695 ilment, impjieġ ġdid. L-MCCAA wkoll b’90.38% solvuti qed idawwar din l-isfida f ’opportunitajiet billi attirat Wara sena f ’pandemija lkoll lejn Malta diversi reġistrazzxi darba jew oħra rajna l-ħad- jonijiet ta’ prodotti li qabel diema ta’ Clean Malta jaħs- kienu jsiru mir-Renju Unit.

Mediċini orħos sa 70%

jiġu posposti jew kanċellati u rikjesti ta’ informazzjoni Ilkoll niftakru l-famuża lis- dwar id-drittijiet tal-konta tal-“waiting list”, din sumatur. il-lista mhux talli nqatgħet talli komplejna nraħħsu 33 uffiċjal imħarrġa l-mediċini sa 70%. Bi sforz aktar fuq ix-xena kollettiv u ta’ kooperazzjoni tar-reat kriminali sħiħa bejn l-istakeholders kollha, l-awtoritajiet iħar- Il-Malta Laboratories Netsu b’mod proattiv lejn kif works, flimkien mal-Bord il-konsumaturi jkollhom Nazzjonali għall-Akkredimediċini aktar aċċessibbli. tazzjoni u l-Korp tal-Pulizija Ta’ min ifakkar kif fl-2013, fl-aħħar ta’ Frar ġie mniedi l-Awtorità dwar il-Mediċini kors li kien imqassam fuq kienet insostenibbli. Matul jumejn. 33 uffiċjal tal-Korp dawn it-tmien snin mhux tal-Pulizija ġew imħarrġa talli daret ir-rotta talli raħ- aktar fuq ix-xena tar-reat su 266 mediċina. Inkompli kriminali skont l-istandard nikkonferma kemm dan il- internazzjonali ISO 17020. Gvern għandu l-qasam tas- Dan ifisser li komplejna nksaħħa fil-prijorità ewlenija abbru n-network xjentifiku tiegħu. li jitlob dan iż-żmien fil-qasam tar-reat kriminali. L-MCCAA: Iktar minn 11,000 rikjesta matul l-2020 u Tiġdid intervjeniet mal-operaturi Jekk skont il-bijoloġista Fi żjara li kelli flimkien Leigh Van Valen, biex tibqa’ mal-Ministru Clayton Bar- fejn int, trid tiġri u biex tolo fl-uffiċini tal-MCCAA timxi ’l quddiem, trid tiġri fi Frar li għadda ddiskutej- d-doppju, ir-riformi li qed na l-kumdità u l-effiċjenza isiru b’għaqal u aġilità taħt li qed ikollhom iċ-ċittadini tmexxija tal-Prim Ministru Maltin meta jkollhom bżonn Robert Abela, qegħdin iħallu l-assistenza tal-MCCAA. Fost l-frott. Kommess li nkompli eluf ta’ lmenti, ta’ min is- naħdem f ’dan il-vjaġġ saemmi numru sostanzjali ta’ biex Malta tibqa’ l-ewwel u rikjesti relatati ma’ book- l-għajxien tiegħek ikun aħings għas-safar li kellhom jar.

L-OPPORTUNITAJIET EKONOMIĊI TAL-COVID-19

ALEANDRA MUSCAT Parteċipanta tal-Programm LEAD

L-isfidi ekonomiċi li ġabet magħha l-pandemija talCOVID-19 iwassluna sabiex nagħrfu l-punti dgħajfa tal-ekonomija tagħna b’mod aktar ċar, sabiex inħejju pjan għall-futur ta’ pajjiżna, futur aktar reżiljenti. Għalkemm il-pandemija b’xi mod jew ieħor laqtet kull settur, rajna setturi bħat-turiżmu li sofrew u għadhom isofru ħafna aktar

minn oħrajn. Skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika f’Malta, hekk kif l-ammont ta’ turisti li żaru pajjiżna naqas b’76.1%, l-infiq totali ta’ dawn it-turisti wkoll ġarrab tnaqqis drastiku ta’ 79.5%, ikkumparat mas-sena 2019. Dan sarraf ukoll fi tnaqqis ta 5.7% fil-Prodott Gross Domestiku, li jiġbor fih diversi setturi li l-maġġoranza tagħhom irrappurtaw tnaqqis fil-produzzjoni. Iżda, sforz ta’ ħafna miżuri mħabbra millGvern bħat-tnaqqis fit-taxxa tal-proprjetà kellna setturi bħall-kostruzzjoni u l-informatika li rrappurtaw tkabbir. Din iġegħelna nifhmu aktar l-importanza tad-diversifikazzjoni ekonomika. Dan għaliex, li kieku l-ekonomija Maltija kienet dipendenti biss fuq settur wieħed, pajjiżna ma kienx ikun kapaċi jibqa’ għaddej. Sabiex Malta wkoll tibqa’ kompetittiva fis-swieq internazzjonali, importanti li

nkomplu nattiraw lejn pajjiżna setturi differenti, speċjalment fejn tidħol l-ekonomija diġitali u l-ekonomija ħadra. Żewġ setturi li tul iż-żmien qegħdin jiksbu iktar importanza. L-avvanzi teknoloġiċi kienu strumentali għal ħafna intrapriżi tul din il-pandemija. Fil-fatt, kienu l-intrapriżi li kienu preparati li jadattaw għal din it-tranżizzjoni mgħaġġla li baqgħu reżiljenti. Rajna bosta servizzi jiġu offruti permezz ta’ siti kummerċjali u ħafna ħaddiema setgħu jibqgħu jagħmlu xogħolhom mid-dar. Għalhekk huwa importanti li nibqgħu nsaħħu dawn is-servizzi li jiffaċilitaw il-ħajja taċ-ċittadini waqt li jħallu impatt pożittiv fuq l-ambjent tagħna. L-importanza tal-priservazzjoni tal-ambjent kienet ukoll punt importanti li ħareġ minn din il-pandemija. Din għandha sservi ta’ opportunità sabiex nersqu lil hinn minn miri għal tkabbir ekono-

miku u nippromovu aktar żvilupp sostenibbli. Dan diġà beda jseħħ hekk kif il-Gvern nieda diversi miżuri fil-Baġit għal ekonomija aktar ħadra, li qed narawhom jiġu implimentati. Fosthom, il-ħruġ ta’ green bonds fis-suq li jħeġġu aktar intrapriżi sabiex jinvestu fi proġetti li jħarsu l-protezzjoni tal-ambjent. Iżda l-iżvilupp sostenibbli ma jistax jintlaħaq biss bil-ħidma tal-Gvern, imma bil-koperazzjoni tan-negozji u ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Sabiex il-produttività tal-ekonomija Maltija tkompli tikber, aktar żgħażagħ għandhom jiġu mħeġġa jkomplu l-istudji tagħhom. Dan għandu jseħħ waqt li jkomplu jidħlu fis-seħħ miżuri li jiffaċilitaw il-ħajja tal-familji, waqt li jressqu aktar nisa lejn ix-xogħol, bħall-għażla tal-parental leave minflok maternity leave. Dan iħalli impatt pożittiv mhux biss fuq il-produttività ekonomika tal-pajjiż iżda anke

fuq in-nisa nfushom hekk kif ikunu jistgħu jiksbu indipendenza finanzjarja. Huwa importanti wkoll li filwaqt li nkomplu nsaħħu r-reputazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna, inkomplu nsaħħu l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment, kif diġà qed isir. Programm li jressaq lejn pajjiżna diversi niċeċ ta’ investimenti ġodda. Programm, li fi tliet snin ġab lejn pajjiżna €50 miljun u li qegħdin jissarrfu fi proġetti varji li jistgħu jgawdu minnhom il-Maltin u l-Għawdxin. Hekk kif il-pjan ta’ vaċċinazzjoni jkompli jissaħħaħ, għandna nibdew inħarsu ’l quddiem lejn irkupru ekonomiku. Hekk kif din il-pandemija tista’ sservina ta’ opportunità għall-futur aktar sostenibbli li ma jħarisx biss lejn il-kobor tal-indikaturi ekonomiċi, iżda lejn kwalità ta’ ħajja aħjar mhux biss għallpreżent, iżda anke għal ġenerazzjonijiet futuri.


17

11.04.2021

SOLUZZJONIJIET LOKALI BIEX NADDATTAW GĦAL TISĦIN GLOBALI

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) ddiskuta u qed jilqa’ l-Istrateġija ġdida tal-UE dwar l-Addattament għat-Tibdil fil-Klima addottata mill-Kummissjoni Ewropea fl-24 ta’ Frar 2021. Madankollu, il-KtR jinnota b’dispjaċir li għalkemm tippermetti l-pass mill-ippjanar għall-azzjoni, għad ma fihiex miri konkreti ta’ adattament għat-tibdil fil-klima. L-istrateġija l-ġdida tistabbilixxi kif l-Unjoni Ewropea (UE) tista’ taddatta għall-impatti tat-tibdil fil-klima. Mill-1980 sal-2016, it-telf ekonomiku totali kkawżat mit-temp estrem fl-Ewropa ammonta għal aktar minn €436 biljun. Il-pandemija tal-COVID-19 kompliet iżżid ilħtieġa biex jitrawwem ambjent aktar b’saħħtu u aktar sikur għal kulħadd.

F’opinjoni addottata fis-sessjoni plenarja ta’ Diċembru 2020, li fiha pparteċipaw ir-rappreżentanti Maltin, il-KtR appella għal strateġija ġdida tal-UE dwar l-addattament għat-tibdil fil-klima . Tul din il-Plenarja ntqal kif il-foresti qed jinħarqu, l-għargħar qed jeqirdu u n-nixfiet joqtlu: hemm wisq persuni li spiċċaw vittmi tad-diżastri klimatiċi, li kulma jmur qed isiru aktar spissi u qawwija. Il-kriżi klimatika għandha konsegwenzi estremi u għandna naġixxu minn issa, peress li din diġà hija n-normalità ġdida tagħna. Din hija emerġenza globali, li għaliha għandna bżonn soluzzjonijiet lokali. L-istrateġija l-ġdida dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima tista’ tgħin lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex iħejju u jaddattaw għal dawn il-kundizzjonijiet estremi u biex isaħħu r-reżiljenza tagħna, bħala lokalitajiet u bliet u reġjuni, għat-tibdil fil-klima. Dawk preżenti laqgħu l-proposta tal-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Ewropea, Frans Timmermans, li jirrikonoxxi l-importanza tal-azzjoni klimatika lokali. Markku Markkula (FI/PPE), President tal-Bord tal-Belt ta’ Espoo u President tar-Reġjun ta’ Helsinki qal li: “Ninsabu kuntenti li l-Kummissjoni

Ewropea addottat strateġija qa li tikkopera mal-Kummistal-UE dwar l-addattament ak- sjoni Ewropea dwar il-faċilità tar ambizzjuża, skont is-sejħa l-ġdida ta’ appoġġ għall-politagħna biex jitrawmu s-sussi- tika li ser tipprovdi assistenza djarjetà u l-proporzjonalità, u teknika diretta lill-awtoritajiet jiġi rikonoxxut ir-rwol li l-bliet lokali u reġjonali biex jiżvilupu r-reġjuni jaqdu fl-addatta- paw u jimplimentaw strateġiji ment għat-tibdil fil-klima. ta’ addattament u pjani ta’ azzIssa rridu navvanzaw bl-azz- joni f’kooperazzjoni mill-qrib joni tagħna u nżidu sostanzjal- mal- Patt tas-Sindki. ment l-għodod finanzjarji għal L-involviment tal-awtoritaproġetti lokali tal-addattament jiet lokali u reġjonali fit-tfassil għat-tibdil fil-klima, irridu nir- tal-aġenda ta’ addattament replikaw fuq skala ikser jissaħħaħ ukoll perbar l-aħjar prattiċi mezz ta’ programmi fl-Ewropa kollha u ewlenin tal-UE nisfruttaw l-opb ħ a l l-A ġ e n d a Il-kriżi portunitajiet Urbana, inizklimatika ta’ innovazzjattiva taljoni offruti UE mnedija għandha mit-tfassil ta’ f’Mejju 2016 konsegwenzi politiki bbażat ibbażata fuq fuq id-data.” metodu ta’ estremi u għandna Markku Markħidma f’dinaġixxu minn kula huwa Eks versi livelli bejn President tal-KtR l-Istati Membri, issa u relatur għall-Opinil-bliet u l-Kummisjoni dwar l-addattament sjoni Ewropea biex jiġu għat-tibdil fil-klima addottata stimulati t-tkabbir, il-kwalità f’Diċembru 2020. tal-għajxien u l-innovazzjoni Il-KtR jappoġġja l-objettiv fil-bliet Ewropej. tal-Kummissjoni Ewropea li Il-Kumitat appoġġja wkoll tippromwovi żvilupp urban il-proposta għar-reviżjoni u rurali li jkunu sostenibbli u tal-linji gwida dwar ir-regolareżiljenti u li tidderieġi r-riżorsi mentazzjoni aħjar u r-rikonfinanzjarji għal-livell lokali, in- oxximent tal-addattament lokluż b’appoġġ għall-agrikoltu- kali għat-tibdil fil-klima bħala ra, l-aktar settur vulnerabbli prijorità trasversali. Il-KtR laqa’ għat-tibdil fil-klima. wkoll l-enfasi li l-istrateġija L-assemblea tal-UE tal-bliet l-ġdida tpoġġi fuq l-integrazzu r-reġjuni qed tistenna bil-ħer- joni tal-politika dwar l-addatta-

ment għat-tibdil fi-klima u jenfasizza li t-twettiq tal-azzjoni klimatika lokali – waħda mittliet prijoritajiet tal-istrateġija l-ġdida dwar l-addattament għall-klima – huwa kruċjali biex jiġi ffaċilitat il-pass mill-ippjanar għall-azzjoni. Appoġġja wkoll il-proposta għal Osservatorju tal-Klima u s-Saħħa u jissuġġerixxi djalogu miftuħ biex jiġi żgurat li joħloq il-bażi għall-inklużjoni tad-dimensjoni tas-saħħa fil- Patt Ekoloġiku Ewropew, l-istrateġija tal-UE għat-tkabbir biex tintlaħaq in-newtralità klimatika sal-2050. Il-KtR qed jappoġġja aktar monitoraġġ u ġbir ta’ data bħala għodda ewlenija biex isir fokus fuq l-azzjonijiet lokali u reġjonali ta’ addattament għat-tibdil fil-klima. Climate-ADAPT, il-pjattaforma Ewropea għall-għarfien dwar l-addattament, għandha tissaħħaħ u titwessa’. Għandha tintuża aktar id-data misServizz dwar it-Tibdil fil-Klima ta’ Copernicus . Il-Kunsill mistenni jaqbel mal-konklużjonijiet dwar l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Addattament għat-Tibdil fil-Klima f’Ġunju 2021. Il-membri Maltin li ħadu sehem f’ dan id-dibattitu kienu; Joe Cordina, Mario Fava, Paul Farrugia, Anthony Mifsud u Dr Samuel Azzopardi.


18

11.04.2021

LIBERTÀ TAL-MOVIMENT FIL-ĦABS TAL-INKWIŻITUR Meta naħsbu fl-Inkwiżizzjoni f’pajjiżna, spiss tiġina f’moħħna awtorità ekkleżjastika kattiva li għal xi nuqqas li twettaq tasal titfgħek fil-ħabs tagħha. Għalkemm li tkun magħluq bejn erba’ ħitan ma kinitx xi ħaġa sabiħa, illum nafu li l-ħajja tal-priġunieri fil-Palazz tal-Inkwiżitur ma kinitx waħda miżera. Għal darb’oħra, intervistajt lil KENNETH GAMBIN, li għal żmien twil kien kuratur tal-Palazz tal-Inkwiżitur ta’ Heritage Malta, li kompla jagħtina dan it-tagħrif. Minn CHARLES B. SPITERI Kenneth, fl-aħħar intervista konna tkellimna ftit fuq illibertà li kellhom il-priġunieri fil-Palazz tal-Inkwiżitur. X’tista’ tirrakkuntalna aktar? Kien hemm diversi tipi ta’ libertà tal-moviment fil-ħabsijiet tal-Inkwiżitur. Pereżempju nsibu li fl-1633 il-gwardjan talħabs kien akkumpanja żewġ priġunieri: Gio. Batta Cagliares u lill-Grieg Costantino, sa tieqa fl-ewwel sular u sal-bieb prinċipali tal-palazz rispettivament, biex jaraw lill-maskarati waqt il-karnival, u spiss kien jibgħathom sal-kċina biex inewlulu platt għaġin. Sa seklu wara nsibu li l-gwardjan tal-ħabs Pietro di Cristoforo kien iħalli l-bibien kollha taċ-ċelel taċ-ċivil u tal-kriminal miftuħin, b’mod li l-ħabsin setgħu jitħalltu flimkien, kemm matul il-jum kif ukoll matul il-lejl. Apparentement, din kienet xi ħaġa normali għall-priġunieri li bdew iqisu l-bini tal-ħabs bħala t-territorju tagħhom. U damu xejn jitħallew f’dan l-istat ta’ libertà fil-ħabs? Fl-1704, l-Inkwiżitur Giorgio Spinola ħass li ma kienx sew li l-ħabsin jibqgħu jitħalltu bejniethom u fired lin-nisa millirġiel, għalkemm ħallihom jaraw lil xulxin u jitkellmu bejniethom. Iżda l-isforzi tiegħu biex jifred lill-ħabsin ma tawx frott, hekk kif l-ilsir Giuseppe Hasciac, li kien għadu ġdid għallħabs, kien akkużat li kellu x’jaqsam mal-ilsira Teresa Piscopo, waqt li t-tnejn kienu priġunieri fil-Palazz tal-Inkwiżitur. Iżda din kienet xi ħaġa normali fil-ħabsijiet? Fil-Palazz tal-Inkwiżitur kienet eċċezzjoni rari u mhux ir-regola, kif fil-fatt kien isir fi Newgate, il-ħabs infami f’Londra, fejn is-sess illeċitu kien jinkiseb minn kull priġunier li kien lest iħallas għalih.

IL-KAMRA TAL-GĦASSIES

regolarment u gvieret biex jitgħattew bihom. Xi kumditajiet oħra ma naqsuhomx lanqas. Fl-1608, Betta Caloiro kienet permessa tqiegħed ġebla msaħħna taħt sodditha biex issaħħanha matul il-lejl. Mill-ispejjeż li kien jagħmel Girolamo di Pavia, wieħed isib li anki ħasselin kienu mħaddmin biex jaħslu l-ħwejjeġ tal-priġunieri, għall-inqas għal dawk li setgħu jħallsu għas-servizz. Filfatt, ħaddiema regolari masSant’ Uffiċċju kienet ħassiela. Għal dawk iż-żminijiet, kien ikollhom kundizzjonijiet iġjeniċi fil-ħabs?

Hemm, il-priġunieri rġiel kienu jħallsu lill-għassiesa biex jippermettu lin-nisa tagħhom iqattgħu lejh magħhom, inkella jħallsu għas-servizz tal-prostituti, waqt li l-priġunieri nisa kienu jidħlu f’relazzjonijiet sesswali mal-irġiel, bit-tama li joħorġu tqal u jitolbu li jkunu maħfurin mis-sentenza tagħhom. Lanqas il-kuntatti mad-dinja ta’ barra ma setgħu jinqatgħu fil-ħabsijiet tal-Inkwiżitur. Dan minħabba li l-ħitan tal-ħabs kienu dojoq u jippermettu l-komunikazzjoni man-nies tattriq. Dak kien il-kuntatt li kellhom il-priġunieri dak iż-żmien? Le, huma kellhom permess jirċievu ittri u oġġetti oħra, li qabel ma jingħatawlhom kienu jiġu ċċekkjati mill-għassies talħabs jew minn xi uffiċjal ieħor tal-Inkwiżizzjoni. Imbagħad kien hemm min kien fortunat biżżejjed, bħal Pietro Beninschi, li kellu żjarat mill-familjari u l-ħbieb. Meta fil-bidu tas-snin 1660, Sarah Cheevers u Katharine Evans, membri ta’ grupp Kristjan li nibet fl-Ingilterra, kienu qed iservu sentenza ta’ erba’ snin ħabs, spiss kienu

jitħallew jitkellmu man-nies li jżuru l-palazz. Mhux hekk biss, talli l-Inkwiżitur Gerolamo Casanate ppermettielhom ukoll li jkollhom pinna, karta u inka biex ikunu jistgħu jiktbu lil nieshom. Semmejna din il-libertà kollha, qishom ma kinux f’ħabs, iżda fi speċi ta’ lukanda. Għalhekk x’nistgħu ngħidu fuq l-ikel li kienu jingħataw? Min-naħa l-oħra l-ikel ma kienx daqstant abbundanti. Fl-1739, l-Inkwiżitur Ludovico Gualtiero Gualtieri kiteb lis-Suprema u infurmaha li l-priġunieri kienu jirċievu biss bi 15-il grana ta’ ikel kuljum: żewġ ħobżiet, biċċa ġobon u basal. Sopop jew laħam qatt. Għalhekk talab lit-tribunal iżid is-somma għal 20 grani kuljum għal kull ħabsi. It-talba tiegħu intlaqgħet. B’hekk, xi minn daqqiet, il-priġunieri kienu jingħataw jixorbu l-inbid bħala parti mir-razzjon tagħhom ta’ ikel ta’ kuljum. Jiġifieri issa, il-priġunieri kienu qed jingħataw ikel kemm meħtieġ? Le, tant li bħala kumpens għal

dan in-nuqqas ta’ abbundanza, huma kienu jitħallew jixtru l-ikel li jixtiequ minn barra l-palazz, permezz tas-servizzi tal-gwardjan tal-ħabs. Huma setgħu jirċievu wkoll provvisti tal-ikel mingħand nieshom u l-ħbieb, li ġeneralment kienu jeħdulhom laħam, frott u għaġin, li setgħu jikluhom fil-preżenza tal-viżitaturi tagħhom. Kellhom xi kumditajiet oħra li ma naqsuhomx? Kellhom iċ-ċans li jużaw xemgħa matul il-lejl u s-sodod tagħhom kellhom saqqijiet tat-tiben, li kien ikun maħsul

Ma tantx. Tant li fl-1657, l-Inkwiżitur Giulio Degli Oddi rrimarka li waħda mill-akbar problemi għal hekk kienet tinstab fiċ-ċelel. Xi wħud mill-priġunieri kellhom il-faċilitajiet sanitarji fiċ-ċella tagħhom, iżda oħrajn kien ikollhom joħorġu miċ-ċella, akkumpanjati mill-gwardjan tal-ħabs biex jinqdew f’parti oħra tal-ħabs. Issa xi wħud miċ-ċelel, speċjalment dawk li kienu fil-pjan terran, kienu u għadhom kesħin u umdi, u xi minn daqqiet il-priġunieri kienu jilmentaw mid-dubbien u n-nemus fiċċelel tagħhom. Lil dawn l-insetti kienu jqisuhom bħala xjaten mibgħutin minn Alla bħala kastig! Problemi oħra ta’ saħħa f’numru ta’ priġunieri ma naqsux. Każ minnhom seħħ fl-1655,

Xi wħud mill-priġunieri kellhom il-faċilitajiet sanitarji fiċ-ċella tagħhom, iżda oħrajn kien ikollhom joħorġu miċ-ċella, akkumpanjati mill-gwardjan tal-ħabs biex jinqdew f’parti oħra tal-ħabs


19

11.04.2021 meta wara xahrejn fil-ħabs, Don Giorgio Gauci ta’ 60 sena, ilmenta li ma kienx qed iħossu jiflaħ. Invistah it-Tabib Michele Xeberras, li kkonferma li Don Giorgio kien qed isofri minn uġigħ qawwi f’żaqqu kkaġunat mill-umdità qawwija fiċ-ċella tiegħu. Għalhekk issuġġerixxa li Don Giorgio jkun trasferit f’ċella oħra li tkun inqas detrimentali għal saħħtu. Hekk sar u jumejn wara, Don Giorgio ntbagħat fid-dar ta’ Don Torrensi fil-Belt Valletta, li xorta kellha titqies bħala l-ħabs tiegħu. 20 sena wara, it-Tabib Lorenzo Hasciac issejjaħ biex jinvista lil Ismail Soltana, ilsir Tork ta’ 70 sena. Hasciac sab li Soltana kellu d-deni, ilsien niexef immens u li kien qed jirrifjuta l-ikel. Minħabba f’hekk, it-tabib kien tal-fehma li l-ħabsi jintbagħat f’xi post ieħor fejn jista’ jfiq u jeħles mill-perikli evidenti li sab ruħu fihom.

ĊELLA FIL-ĦABS TAL-INKWIŻITUR

Kif seta’ ntlaqat il-ħabs tal-Inkwiżitur meta faqqgħet il-pesta? F’okkażjoni minnhom, meta faqqgħet il-pesta u laqtet lil Malta fl-1676, l-Inkwiżitur Ranuccio Pallavicino kien imħasseb serjament fuq saħħet tnejn min-nies li kienu ċaħdu r-reliġjon tagħhom u li kienu jinsabu priġunieri fil-palazz. Għalhekk, ħalla istruzzjonijiet lis-suċċessur tiegħu Ercole Visconti biex f’każ li jintlaqtu mill-pesta, jiftaħ bieb sigriet li jagħti għall-ħabsijiet biex ikun faċli għat-tobba infettati, li jmorru jinvistawhom. B’dan il-mod ma kinux jużaw il-bieb prinċipali, biex titħares saħħet l-uffiċjali. Infatti kien hemm priġunier li spiċċa infettat mill-pesta u kellha titħallas is-somma ta’ żewġ skudi, biex hu jkun trasportat mill-palazz u jiddiżinfettaw il-bini. Jiġifieri s-saħħa tal-ħabsin kienet tkun imħarsa sew, avolja fil-ħabs? Dażgur. Kien isir kull sforz possibbli kemm fl-interess tal-priġunieri kif ukoll tal-kundizzjonijiet tagħhom. Apparti dan, il-priġunieri kienu trattati b’mod ġentili. Dan kollu kien isir b’mod sinċier, iżda xorta kien jinbet xi element ta’ interess personali. Il-priġunieri kellhom isservizz ta’ tabib u speċjalist biex jiċċekkja l-istat ta’ saħħithom dment li jkunu fil-ħabs. Insibu pereżempju, li fl-1580, it-Tobba Francesco Saltalla, Camillo Russo u Gregorio Mamo sabu li l-patri Dumnikan Giuseppe Scicluna kien qed ibati minn sifilde. Issa l-fatt li s-saħħa tal-priġunieri kienet imħarsa sew, bdiet tfisser żieda akbar fl-ispiża tat-tribunal, għax minbarra li ried iħallas lit-tobba

għall-visti tagħhom, kien ikollu Antonia Abela kienet marida u kellha indispożizzjonijiet konjħallas ukoll għall-mediċini. tinwi. Wara li Lorenza Calleja ngħatat il-ġurament tas-segXi kemm kienu jħallsu għal retezza, ingħatat il-permess dan is-servizz tal-priġunieri? li żżurha regolarment biex Pereżempju fl-1598, Mastru Ca- tgħinha sakemm iddum filmillo La Manda, tħallas ħames ħabs. Kien hemm okkażjonijiskudi talli għen lill-Inkwiżizzjoni f’ħidma mal-priġunieri et fejn ma kienx possibbli li morda, u fl-1715 is-Sant’Uffiċċju l-priġunieri jinħarġu mill-palanefaq xejn inqas minn 32 skud zz għall-kura, u dan għax la fil-kura li ngħatat lil priġuni- kellhom fejn imorru u lanqas er fqir u marid u ħames skudi kellhom qraba jiġu minnhom, li oħra lill-aromatarju Ignatio setgħu jindukrawhom tempoCascin bħala kont tal-oġġetti ranjament. li uża fl-aromaterapija li kienu Il-fatt li l-ħabs kien jeħtieġu l-ħabsin. Għalhekk, kien jagħmel wisq tal-Inkwiżizzjoni, kienet sens li t-tribunal jagħmel ħiltu tingħata attenzjoni u jara li jtejjeb il-kundizzjonijiet lir-reliġjon? tal-ħabsin, b’mod li jżommhom b’saħħithom, biex jevita li jkol- Iva. Is-Sant’Uffiċċju kien jiplu jħallas għal dawn is-servizzi provdi s-servizzi kollha spiritmediċi, kemm-il darba jimirdu wali neċessarji. Tant hu hekk li nsibu li fl-1608, Betta Caloiro waqt li jkunu fil-ħabs. ngħatat il-faċilità li tqerr fiċ-ċella tagħha u dawk il-priġuMela x’tejjeb biex ma jeħilx nieri li kienu sentenzjati biex dawn il-flejjes? jitgħallmu d-duttrina tal-Fidi Sab li mod kif inaqqas mill-in- Kattolika kienu jiġu mgħallma fiq tal-flus kien li lill-priġunieri l-katekiżmu minn saċerdot, li morda, jagħtihom permess jik- kien imur fiċ-ċella tagħhom. kuraw lilhom infushom barra Imbagħad kien hemm priġumill-palazz. Każ minnhom insi- nieri li kienu jitħallew jipbu li seħħ fl-1588, meta t-Tabib passiġġaw fil-kumpless talAntonio Tramontana, li kien ħabs, jirreċtaw ir-rużarju. Jidher li sal-bidu tat-18-il il-konsulent mediku tal-Inkwiżizzjoni, iċċertifika li Giovan- seklu, kif kien jiġri f’ħabsijini Xara, patri Dumnikan, li safa et oħra tal-Inkwiżizzjoni (bħal arrestat mis-Santa Sede, li kel- dawk fi Spanja), mhux il-priġunieri kollha setgħu jattendu lu d-deni. L-Inkwiżitur Paolo Bellar- għas-smigħ tal-quddies, iżda dito qagħad fuq dak li qallu dawk li kellhom imniżżel hekk t-tabib u ppermetta lill-patri fis-sentenzi tagħhom. Għaljmur fil-kunvent tiegħu biex hekk, dawn tal-aħħar kienu jingħata l-kura meħtieġa. F’xi jkunu akkumpanjati minn każi, il-priġunieri kienu wkoll għassies tal-ħabs, biex setgħu jitħallew jirċievu l-għajnuna joħorġu mill-bini. min-nies minn barra. Insibu li fl-1756, il-priġuniera Mela allura fil-ħabs

tal-Inkwiżitur ma kienx hemm kappella?

ħafna drabi kien jinvolvi s-sehem tal-għassies tal-ħabs ukoll. Nistgħu naslu għal dan fost l-oħrajn għax instabet dada tal-ġebel waqt l-iskavi ta’ waħda miċ-ċelel tal-ħabs. Priġunieri oħra kienu jippreferu joqogħdu jkantaw. Kif jirrimarka l-Inkwiżitur Fabio Chigi fl-1634: “kultant il-priġunieri jgħinuni norqod bil-kant ripetut tagħhom, li ġieli jkun bi strument mużikali.”

Mhux qabel l-1703-04. Kien l-Inkwiżitur Spinola li ħass ilħtieġa li jibdel waħda miċ-ċelel f’kappella, bl-iskop li tintuża esklussivament mill-priġunieri. Is-suġġeriment tiegħu ntlaqa’ minn Ruma, biex il-ħabsin ma jkunux imċaħħda mill-konsolazzjoni li jisimgħu l-quddiesa. Din il-ħaġa tant irnexxiet li sal-1771 kien hemm ukoll kappillan; Don Gio. Bat- Kif kienu jsibu l-istrumenti ta Paris, biex jindokra s-saħħa mużikali fil-ħabs? spiritwali tal-priġunieri. Għax l-istess priġunieri kienu permessi jieħdu magħhom Tneħħi s-smigħ fiċ-ċelel kulma kellhom. F’oktal-quddiesa, il-priġunieri każjoni minnhom, meta saret ma kienx ikollhom ħafna tiftixa f’ċella, instabu tliet imħin tal-ġurnata vojt? X’kienu tieraħ, żewġ kowtijiet, l-oġġetti jagħmlu? li l-priġunieri kienu jużaw biex Dak iż-żmien il-maġġoranza isewwu l-peduni, żewġ kaxxi tatal-priġunieri kienu illitterati. bakk; sjuna, żewġ pari żraben, Biex ma joqogħdux ma jagħm- żewġ xkejjer mimlijin b’oġġetti lu xejn, bdew iħaddmu l-en- differenti, qomos, qliezet, ġakerġija kreattiva tagħhom billi ketta, kutra, tliet buqari tal-iljesprimu dak li jħossu bil-grif ma u lampa fost affarijiet oħra. Fl-1633, Gio, Maria Cagliares fuq il-ħitan (graffiti) taċ-ċelel kellu wkoll xadina ċkejkna bħatagħhom. Dawn it-tpinġijiet ivarjaw la pet fiċ-ċella tiegħu, li kellminn tnaqqix ta’ bastimenti; ha tkun ikkurata minn tabib emblemi reliġjużi, bħal kurċi- tal-Inkwiżizzjoni minħabba li fissi u disinji ta’ ostji u simboli weġġgħet idha. Għalhekk mhux tal-iskantaoħrajn bħas-salib tal-Ordni ta’ San Ġwann, bit-tmien ponot; ment li wieħed mill-priġunieri ix-xemx u l-qamar. Dawn kollha stqarr li hu kien jgħaddi l-ħin huma datati bejn l-1635 u l-1761. jiekol, jixrob u jilgħab bid-dadi Magħhom iġorru bosta inizjali. fil-ħabs. Oħrajn, bħal Don Pietro Priġunieri oħrajn naqqxu xi kliem bit-Taljan, l-Ingliż jew bil- Paolo Callus, anki afferma li Grieg. Hemm ukoll kwotazzjoni kien jixtri ikel mill-aqwa u jieħu gost fil-kumpanija tal-kappilGħarbija mill-Quran. lan tal-Isla Don Fortunato Vella. Kien jidher ċar li l-priġunieri Tneħħi dawn il-graffiti, kienu għadhom ’il bogħod milli kellhom xi ħaġ’oħra fiex jkollhom xi forma ta’ dixxiplina jgħaddu ż-żmien? strutturata li żviluppat aktar Kellhom il-logħob tal-azzard, li tard fis-seklu 19.


20

11.04.2021

DARREN GRIMA

GĦANDU KOLLEZZJONI TA’ FWEJJAĦ Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Il-ħwejjeġ normalment ilibbsu lil kull persuna, għallħarġa, għall-iskola, għall-post tax-xogħol jew għall-sports. Iżda kemm-il darba sfortunatament xi wħud jinsew jilbsu xi ħaga oħra li normalment tikkumplimenta lill-persuna minn fuq s’isfel. Qed nirreferi għall-fwieħa. Din ukoll tlibbes kull persuna, sew jekk maskili u anke femminili. Proprju fuq hekk, dan l-aħħar sirt naf b’individwu li hu dilettant tal-fwejjaħ. Mhux hekk biss, iżda għandu kollezzjoni sħiħa tagħhom, u jħobb jagħmel riċerka dwarhom ukoll. Qed nirreferi għal Darren Grima. Għandu 30 sena, joqgħod San Pawl il-Baħar u jaħdem bħala salesman tax-xorb u l-ispirti. Ilu dilettant tal-fwejjaħ minn mindu kellu 11-il sena. Dak iżżmien missieru kien xtara bott Paco Rabanne Ultraviolet, u Darren kien imur inkiss inkiss fil-kamra tal-banju u jitfa’ ftit fwieħa minnha qabel ma jmur l-iskola. Mistoqsi x’kienet tkun ir-reazzjoni tal-istudenti sħabu u l-għalliema, jekk kienx jaqla xi botti jew kumplimenti, Darren weġibni: “Kont naqla’ iktar botti milli kumplimenti għax biex tmur l-iskola b’riħa ta’ fwieħa kien qisu ħela jew lussu żejjed għal xi wħud,” stqarr ja tal-COVID-19 f’Malta, minn ju riħa ta’ coconut, pineapple l-fwieħa. Sar jaf ukoll li teżisti miegħi. full-time kellu jaqleb għal part- u ħawħ tista’ tfakkrek f’xi pina fwieħa għal kull okkażjoni u time. Żdiedet l-ansjetà fuqu, colada sajfija,” tbissem jgħidli. kull stagun. L-istess bħal meta Għalih il-fwieħa hija tant li qabditu dipressjoni kbiDan l-aħħar ukoll, Darren sar tkun sejjer tieġ mhux ser tilbes sinfonija ta’ noti bħal ra. B’hekk kellu ħafna ħin liberu iqabbel il-fwejjaħ skont il-post malja tal-baħar, u tant ieħor kull pittura ta’ arti fuq idejh u beda jiddedika aktar li jkun jinsab fih. Fil-fatt, stqa- mhux ser tilbes fwieħa qawwija ħin għal riċerka fuq fwejjaħ rr miegħi li għal ħdejn il-baħar f’ġurnata sajfija! Ħallejt f’idejh Għal Darren, il-fwieħa hija sin- differenti, fejn almenu alje- għandha tkun xi fwieħa taċ-ċit- sabiex jelabora aktar dwar dan fonija ta’ noti li meta tħallath- na moħħu fuq passjoni li tant ru jew riħa ta’ frott ħelu, filwaqt il-fatt. “Ma tmurx tieġ liebes xi om flimkien jagħmlu riħa qisha iħobb. Mistoqsi x’tip ta’ riċer- li qalb il-kampanja peress li ma flokk taċ-ċingi jew mini skirt. pittura ta’ arti. ka eżatt kien jagħmel u kemm tkunx ser tiltaqa’ ma’ daqshekk L-istess ħaġa fil-fwieħa. Hemm Naturalment bħala żagħżugħ hemm affarijiet x’wieħed jit- persuni, iktar għandha tkun ċerti rwejjaħ li wieħed iqabbel mingħajr paga, il-fwieħa kienet għallem dwar fwejjaħ, Dar- fwieħa skont l-aptit tal-persu- mas-sajf jew max-xitwa jew tkun għolja għalih fiż-żmien ren weġibni: “Inħobb ħafna na stess. taħlita ta’ fwejjaħ li jagħtu imli kien għadu student. Allura naqra artikli u xi noti li fihom Minn riċerka li għamel qabel pressjoni ta’ pulitizza u oħrajn li kien seta’ jaffordja dak iż- il-fwejjaħ. Minn hemmhekk, ma saret din l-intervista, Darren iktar casual.” żmien kien biss Axe Deodorant, inkun nista’ nifhem x’tip ta’ skopra li 2% biss mill-popolaIl-Malti jgħid li l-ewwel ma li xorta kellu xi 10 bottijiet dif- riħa jkun fiha, bħal pereżemp- zzjoni tal-irġiel fid-dinja jilbsu tiekol l-għajn, u fil-fatt jekk ferenti minnhom. Maż-żmien beda jaħdem u beda jaffordja jixtri fwejjaħ tad-disinjaturi. Mistoqsi kif kien iqassam il-fwieħa kollha tiegħu u fejn kien u għadu jżommha, Darren weġibni: “Dak iż-żmien kont inżomm kollox fil-kamra tal-banju. Illum il-ġurnata, armajt vetrina. Fis-sajf inżarmaha għax Dak iż-żmien kont inżomm kollox fil-kamra tal-banju. inżomm il-fwieħa ġo kamra Illum il-ġurnata, armajt vetrina. Fis-sajf inżarmaha mudlama minħabba r-raġġi u s-sħana,” spjegali. għax inżomm il-fwieħa ġo kamra mudlama minħabba Riċentement, fis-sena 2020, r-raġġi u s-sħana meta proprju bdiet il-pandemi-

wieħed sempliċiment jidħol f’restorant Indjan, mal-ewwel ixomm riħa aromatika ta’ curry u spices oħra li jiftħulek l-aptit. Tant ieħor jekk tkun ġurnata xitwija, bard kbir u riħ. “L-hena tiegħi fix-xitwa fejn għandi fwieħa partikolari fiha riħa ta’ cinnamon black pepper ginger, vanilla u tabakk riħa ħelwa li tfakkarni f’xi fireplace. Mill-ewwel jiġi l-aptit li nitgezzez fuq is-sufan,” tbissem jgħidli. Mistoqsi x’effetti għandhom il-fwejjaħ fl-istaġuni, Darren stqarr miegħi li skont it-temperatura ta’ barra, sew jekk sħana jew kesħa, tbiddel ir-riħa tal-fwieħa. Kollezzjoni minn diversi pajjiżi madwar id-dinja Fil-preżent, Darren għandu 109 fliexken jew bottijiet differenti tal-fwieħa, li jammontaw għat-total ta’ €15,000. Din il-kollezzjoni tiegħu tinkludi fwejjaħ mill-Ġappun, mill-Malasja, mill-Arabja Sawdija, minn Franza, mill-Belġju, mill-Italja u mill-Ingilterra. L-aktar waħda qadima tmur


21

11.04.2021 fuqek xi 5 minuti biss.” Qatt m’għandek tisprejja fwieħa fl-arja u timxi fiha

lura għas-sena 1980. Għandu wkoll fwejjaħ li rari wieħed isibhom. Staqsejtu dwar din ilfwieħa tal-1980 jekk għadhiex tajba u tiffunzjona bħala fwieħa bl-effetti ta’ rwejjaħ kollha tagħha. “Inzertat li għand min kienet din il-fwieħa nesa li kienet għandu għax kien żammha f’xi kexxun u b’hekk baqgħet tajba,” sostna miegħi. Darren aġġornani wkoll li qabel ma jixtri fwieħa ġdi-

da, normalment ikun għamel ir-riċerka tiegħu dwarha – bħal kemm iddum fl-arja u kemm iddum fuq il-persuna. Naf ukoll li ċerta fwieħa tinxtamm eżatt malli tiġi sprejjata u mal-ħin il-persuna ma xxommhiex aktar, iżda persuni viċin ixommuha. Mistoqsi dwar dan, Darren dlonk weġibni: “Żomm f’moħħok li meta tmur tixtri fwieħa din jippruvawha fuq biċċa karta u ser tinxtamm dif-

ferenti minn fuq il-ġilda. Anke ġilda ta’ persuna u ta’ oħra tagħmel differenza. Meta tisprejja l-fwieħa tinxtamm mod u meta tinxef tinxtamm mod ieħor. Allura importanti li biex żgur togħġbok il-fwieħa wara li tkun ippruvajtha fuq karta, tisprejja fuq idejk u tara tibqax togħġbok jew le.” Żied jgħidli li hemm dik li tissejjaħ olfactory fatigue fejn persuna tkun drat ir-riħa

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

tagħha. “Tagħmel differenza wkoll mill-kimiċi tal-fwieħa jekk ikunux organic jew synthetics, kif ukoll kemm tkun intużat essenza mill-fabbrika. Hemm eau de toilette, eau de parfum li suppost ikun fiha iktar essenza, imma m’għandhiex tagħmel differenza għax hemm ħafna eau de toilette li jdumu ħafna iktar. B’hekk importanti li tipprovaha ħalli mhux tonfoq xi €300 u pereżempju ddum

Żvela miegħi wkoll li wieħed qatt m’għandu jisprejja fwieħa u jogħrokha. L-aħjar ħaġa li wieħed jisprejja l-fwieħa huwa fuq il-ħwejjeġ. Qatt m’għandek tisprejja fwieħa fl-arja u timxi fiha, għax kollu għalxejn. Kull persuna għandha taddatta fwieħa li tħobb. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Meta tisprejja fuq il-polz u togħrok id m’id tkun qed tikkawża frizzjoni u tagħmel ħsara lill-fwieħa u ma ddumx kemm suppost. Meta tisprejja fl-arja u timxi ġo fiha, ħafna mill-fwieħa tintilef. Meta ngħid tisprejja fuq il-ħwejjeġ, wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-fwieħa ttebba’. Żomm il-flixkun daqs 25ċm ’l bogħod għax il-materjal tal-ħwejjeġ iżomm ħafna iktar il-fwieħa mill-ġilda, peress li l-fwieħa tiġi assorbita mill-ġilda,” spjegali tajjeb Darren. Barra minn hekk, Darren jissuġġerixxi wkoll li meta persuna tmur biex tixtri fwieħa, ma tħarisx biss lejn il-prezz, għax jaf tixtri fwieħa ta’ €300 u xorta tkun diżappuntat minħabba li jaf ma tkunx isservi wisq. Mistoqsi allura lejn xiex irid iħares xi ħadd li jkun ser jixtri fwieħa, Darren qalli: “Importanti li wieħed jipprova qabel ma jixtri. Pereżempju wieħed jista’ jipprova l-fwieħa, imur qadja u jara kemm iddum fuq idu. Wara jiddeċiedi jixtrihiex jew le. Barra minn hekk, wieħed jista’ jara r-reviews online biex jara nies oħrajn li jkunu ppruvawha x’jaħsbu fuqha u b’hekk jien nagħmel anke reviews fuq Instagram biex dak li jkun jieħu opinjoni. Fl-aħħar tal-intervista, Darren ħalla messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Agħżlu fwieħa li togħġob lilkom, minflok tixtru bħall-oħrajn, sabiex tkunu uniċi,” temm jgħidli.


22

11.04.2021

L-ISFIDI LI FFAĊĊJAW IŻ-ŻEFFIENA TUL IL-PANDEMIJA Nitkellmu mad-Diretturi tal-Yada Dance Company

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Felix u Daron determinati li malli jgħaddi dan iż-żmien li qed ngħixu, iż-żfin f’pajjiżna jerġa’ jieħu l-ħajja u jiffjorixxi. Tkellimt magħhom dwar dan u dwar it-traġitt li għaddew minnu biex waslu fejn jinsabu llum; b’kumpanija ta’ suċċess u b’40 sena esperjenza t-tnejn li huma. Żewġ personalitajiet simpatiċi li jafhom kulħadd. Żewġ persuni li jħobbu l-arti f’kull forma tagħhha, li jirrispettaw it-talent u li fuq kollox, u dan ninnutawh bi kburija, iħobbu tassew lil pajjiżna u lil niesu. Kemm ilkom fil-professjoni taż-żfin? U kif bdejtu? Felix: Jien bdejt niżfen pjuttost f’età matura – meta kelli 17-il sena. Skoprejt iż-żfin professjonali għand Alison White u wara għand Tanya Bajona. Meta kelli 23 sena tlaqt minn Malta u studjajt iż-żfin f’Londra. Ilni niżfen 40 sena u ħames snin ilu gradwajt fil-Masters Degree l-Università ta’ Malta fl-Istudju Akkademiku taż-Żfin. Illum, direttur ta’ tliet skejjel, Malta u Għawdex u tal-Kumpanija taż-Żfin YADA li ġiet iffurmata fl-1984 u għadha mimlija enerġija sal-ġurnata tal-lum. Nifforma parti mill-Board Management tal-MCC u anke tal-Kumpanija Nazzjonali taż-Żfin Maltija, ŻfinMalta. Daron: Bdejt niżfen meta kelli 4 snin u wkoll bdejt għand Alison White. Sakemm kelli 16-il sena. Wara bdejt nistudja ż-żfin fil-College of Dance u mal-YADA u llum nifforma parti mid-direzzjoni ta’ tnejn mill-iskejjel tal-YADA u nifforma wkoll parti mill-fakultà tat-tagħlim fil-College of Dance. Ilum ukoll koreografu u ilni niżfen ukoll kważi 40 sena. Kif laqtitkom il-pandemija bħala kumpanija taż-żfin? Nistgħu ngħidu li ħażin ħafna għax iż-żfin hu messaġġ u xogħol li jmiss mat-teatru u matturiżmu. Il-Kumpanija YADA ntlaqtet ħażin ħafna għax il-kuntratti tagħha kemm

dawk lokali kif ukoll internazzjonali ġew kollha kkanċellati. It-teatri magħluqin jew jeżistu wisq restrizzjonjiet li joħolqu tendenzi finanzjarji mhumiex attraenti allura wieħed bilfors ikollu jieqf minn dak li jagħmel għax ir-riskji wisq ikbar mill-profitti. L-iskejjel taż-żfin ukoll intlaqtu ħażin għax meta żdiedu r-restrizzjonijiet naqas in-negozju u saħansitra ħafna drabi l-iskejjel kellhom jagħlqu. Il-biża’ ġol-istudios kien dejjem tanġibbli avolja wieħed kellu jobdi ħafna liġijiet bħal pereżempju tiżfen bil-maskla il-ħin kollu u dan żgur mhux faċli. Kellna naddattaw u meta għalaqna l-iskejjel tajna xi ftit lezzjonjiet online. Però tista’ timmaġina tgħallem lezzjoni taż-żfin lil xi għaxart itfal taħt l-età ta sitt snin meta int m’intix preżenti fiżakament. Żgur stressanti immens. X’taħsbu li ser ikun irriżultat wara li jgħaddi kollox; se jkomplu jipprattikaw in-nies jew ibiddlu l-passatemp / ilprofessjoni? Min iħobb il-kant, ħajtu kollha qatt mhu ser jabbanduna l-kant. Min iħobb it-teatru ser ikun ikkargat sabiex jirritorna fit-teatru meta jiftaħ. Min iħobb il-futbol ser ikollu saqajh fuq ix-xwiek sabiex jerġa’ jara logħba futbol live. Jew jilgħab logħba futbol ma’ sħabu. Min iħobb idoqq il-pjanu jew xi strument ser ikun ħafna mixtieq idoqq ġo orkestra. U min iħobb bħalna ż-żfin, ser itir lejn lezzjoni taż-żfin. Speċjalmet mingħajr l-użu tal-maskla u li jista’ jew tista’ tmiss ma’ xi żeffien jew żeffiena oħra! Temmnu li f ’pajjiżna ż-żfin ma jingħatax il-ġieħ li verament jistħoqqlu? Le ta’. Ilum ż-żfin f’pajjiżna hu tassew apprezzat. Aħna meta konna ntellgħu produzzjonijiet teatrali fl-MCC jew l-MF-

CC ibbażati fuq iż-żfin biss, kienu jkunu mifqugħin binnies. Illum ħafna nies iħarsu lejn iż-żfin mhux biss bħala passatemp imma wkoll bħala karriera. Jeżistu għexieren ta’ skejjel taż-żfin f’pajjiżna u ħafna żgħażagħ jixtiequ jitilqu minn pajjiżna sabiex jistudjaw iż-żfin b’mod professjonali. Gvern Laburista seddaq u ħoloq l-ewwel Kumpanija taż-Żfin Maltija Nazzjonali – ŻfinMalta. U saħansitra, illum tista’ tistudja ż-żfin fl-Università ta’ Malta. Jien Felix nista’ nsostni li ħafna jafuni bħala ż-żeffien u dan lili jagħtini unur kbir. Ismijiet oħrajn bħal Alison White u Tanya Bajona ngħataw l-ogħla unur Malti; il-Midalja ta’ Ġieħ ir-Repubblika għax taw il-kontribut tagħhom fl-evoluzzjoni tad-dinja taż-żfin nazzjonali. Għadek tara preġudizzju fuq iż-żfin; eżempju, li ż-żfin huwa iżjed femminili jew din inbidlet illum il-ġurnata? Sfortunatament din l-istigma għadha teżisti sal-ġurnata tal-lum. Forsi naqas fejn jidħol il-ġeneru taż-żfin Hip Hop u iktar fil-ġeneru taż-Żfin Klassiku. Dan hu fenomenu mondjali u mhux lokali biss. U l-ħaġa stramba hija li f’pajjiżi bħar-Russja, ir-Rumanija, il-Bulgarija, l-Albanija u ċ-Ċina min hu żeffien klassiku hu aktar magħruf bħala raġel maskili immens u jħobb ħafna n-nisa. Ma hemm l-ebda studju xjentifiku li jistqarr li min iħobb iż-żfin hu aktar femminili għax hu raġel. Anzi nistgħu nistqarru li min hu żeffien hu atletiku, virili, muskoluż u b’saħħtu daqs kwalunkwe futboler jew basketball player. Anzi, żeffien meta jweġġa’ jkompli jiżfen sat-tmiem anke jekk muġugħ u mhux jintefa’ mal-art jokrob bl-uġiġħ. Ma nafux jekk is-soċjetà qattx tbiddel fehmitha. Però iktar minn 100 sena ilu fid-dinja kienu l-irġiel biss li jesibixxu fuq palk. Iż-żminjiet jinbidlu u magħhom tinbidel


08.11.2020 11.04.2021

23

SKEDA ONE Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf

17:30 18:30 19:15 19:30 20:10 20:35 22:45 23:30

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News

12:35 12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 17:05

Ftit Ħin għal saħħtek Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Country Jamboree Ħabrikt

17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:30 Follow Up 21:30 Music Legends 22:00 Distintivi 23:00 Ħabrikt 23:30 One News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30 12:40

12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Liquorish Daytime 15:45 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 Fish On 18:30 Pjazza

19:15 ONE ERBGĦA Sports & 14-04 Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:35 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:35 Country Jamboree 23:05 Ieqaf 20 minuta 23:30 ONE News

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:45 Pjazza 09:35 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News

12:35 12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 17:00

Ftit Ħin għal saħħtek Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Il-Kostruzzjoni

17:40 Teżori 17:50 Mhux kemm taf 18:30 Pjazza 19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Twenty ONE 21:00 Ilsien in-Nisa 22:40 Fish On 23:30 ONE News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30

13:15 13:20 15:30 15:35 16:05 16:15 16:30 16:45 17:00

COVID 19 ONE News Kalamita ONE News Kalamita Liquorish Daytime Telebejgħ Telebejgħ Prime Time Preview Duurella

17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 L-Awla 22:00 Kick Off 23:30 ONE News

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Twenty ONE 10:15 Il-Kostruzzjoni 10:57 Indhouse

11:53 12:30 12:35 13:10 13:40 14:10 14:50 15:30 15:35 16:30

Telebejgħ ONE News Żona Sport Country Jamboree Liquorish Omnibus Fish On The Local Traveller ONE News Dak li Jgħodd Flimkien ma’ Nancy

17:30 18:05 18:45 19:22 19:30 20:05 20:35 23:30 23:50

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55

12:30 12:35 15:30 15:35 16:00 17:30 19:15

ONE News Arani Issa ONE News Arani Issa - Ikompli L-Awla L-Argument ONE Sport & Temp

19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Attività Politika 21:30 Mija 22:30 Distintivi 23:30 ONE News

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News

TLIETA 13-04

U min iħobb bħalna ż-żfin, ser itir lejn lezzjoni taż-żfin. Speċjalmet mingħajr l-użu tal-maskla u li jista’ jew tista’ tmiss ma’ xi żeffien jew żeffiena oħra! il-mentalità. Jekk persuna tħoss ix-xewqa li tibda, x’inhu l-ewwel pass li trid tagħmel? Sempliċi. Jekk adult, iċempel u jfittex l-iktar skola tajba, responsabbli u li tista’ ttejjeb lil dak li jkun. Iż-żfin mhux biss jista’ joffri professjonalità jew karriera imma dejjem hu ta’ ġid fiżiku, mentali, emozzjonali u soċjali. Jekk hemm xi ġenituri li jafu li t-tfal kemm tfajliet jew ġuvintur jħobbu ż-żfin twaqqfuhomx. Anzi, issaportjawhom u agħtuhom kuraġġ. Aħna lill-ġenituri tagħna nirringrazzjawhom u għandna biss tifħir lejhom li ħallewna nimirħu. Mhux nimirħu biss imma wkoll li nkunu ta’ suċċess, ta’ eżempju u li wettaqna dak li xtaqna f’ħajjitna. Dan jagħmilna ċittadini kompleti u kuntentissimi ħafna. Kif tara lil Malta futura fil-kamp tal-arti u taż-żfin? Jien, Felix, kienet waħda mir-raġunjiet għaliex dħalt fil-politika. Naf li bl-esperjenza tiegħi nista’ nagħti kontribut serju fejn l-arti u l-kultura jiftħu l-imħuħ. U l-qlub. Fejn bil-messaġġ tal-arti, l-arkitet-

tura, l-iskultura, l-istrumenti mużikali, il-vuċijiet, il-pittura, iż-żfin, id-drama, il-letterattura nagħtu vuċi u preżenza qawwija u b’saħħitha lokalment, fil-komunità tagħna u internazzjonalment u noffru valuri u prinċipji spettakolari. Fejn il-kultura Maltija tiġi apprezzata għax jekk napprezzaw il-kultura napprezzaw il-bandiera Maltija, il-lingwa tagħna, il-kċina Maltija, l-ambjent u lil xulxin. Aħna għandna nemmnu li t-Teatru tal-Opra fid-daħla tal-Belt Valletta għandu jerġa’ jinbena fil-glorja tiegħu u jerġa’ jkun t-tempju artistiku nazzjonali tagħna lkoll. X’messaġġ tixtieq tgħaddi lill-pubbliku f ’mumenti bħal dawn. X’tani ż-żfin? Tani t-tama. Passjoni għal dak li dejjem ħdimt għalih. Li akkost tal-preġudizzju, tal-istigma xora wasalna fejn wasalna. Li aħna t-tnejn qatt ma qtajna qalbna u lanqas l-età ma waqqfitna fi triqitna. Li meta waqajna erġajna qomna. Li konna hemm nerfgħu lil ħaddieħor – li għax weġġajna, xorta bqajna għaddejjin. Li xejn mhu impossibbli. F’kulħadd hemm żeffien mistur.

TNEJN Flimkien 12-04 ma’ Nancy Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Prime Time Liquorish Stejjer wara t-Tmienja ONE News

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 16:45

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:45 09:35 10:00 12:30

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

ĦAMIS 15-04

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso PRESS CONFERENCE:

SIBT 17-04

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ

ĠIMGĦA 16-04

Il-Kelma Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 minuta Arani Issa ONE News Flimkien ma’ Nancy

ĦADD 18-04


24

11.04.2021

reċensjoni tal-ktieb

PATATINU - IL-ĦMAR TAR-REMISSA Ikomplu l-avventuri ta’ Patatinu fuq ir-razzett ta’ Ġanni. Għall-ewwel darba fir-raħal, issir purċissjoni bil-parteċipazzjoni ta’ Patatinu. X’ġaralu Don Michele? Waqt attività tal-kunsill, Marì tiltaqa’ ma’ Daniele, student magħha fl-iskola. X’ser jiġri minn Stellinu? Tgħid imur lura lejn daru jew jiddeċiedi li jibqa’ jgħix ġo Val Verdun? Marì u l-familja tagħha jinżlu Malta għal xi ġranet. Min ser jieħu ħsieb ir-razzett? Żjara mhux mistennija tilqa’ lil Marì u lil Patatinu f’Lanexjum. Patatinu u Sapjenza jkollhom diskursata f’nofs ta’ lejl. X’qed jiddiskutu daqshekk importanti f’dan il-ħin?

Wasal Milied ieħor. Tgħid min sejjer għar-reċta tal-Milied fl-iskola ta’ Marì u Żeppi? Patatinu jew Ġwejda? Fuq ir-razzett jaslu Xwejku u l-familja tiegħu. Kienu xi ftit imwerwra u inkwetati. Min jaf għalfejn? F’għodwa sajfija, Marì flimkien ma’ Daniele joħorġu lil Patatinu fuq il-muntanja meta jiltaqgħu mal-istilla tal-muntanja. Kemm kellhom leġġendi x’jirrakkontaw lil xulxin fuq din l-istilla! Min kien Griżu? U x’kien qed jagħmel ħdejn Ġerbużella? Għalfejn Dottor Vincenzo del Globo kien qed jiġi ta’ spiss sar-razzett ta’ Ġanni? Dan kollu u ħafna aktar stejjer fl-istorja tattielet ktieb ta’ Patatinu.

Silta mill-ktieb Għaddew bosta ġimgħat minn meta Stellinu kien beda jgħin lil Ġanni fir-razzett. Kien jaf sew xi jrid jagħmel u kien qed jieħu pjaċir mal-annimali. Wara kollox, dawk huma kollha ħolqien tal-Ħallieq. Xi drabi kien inaddaf wara l-bhejjem u drabi oħra kien jiġbor il-bajd tat-tiġieġ. Stellinu ma kienx jarah għaddej il-ħin meta jkun ma’ Ġanni u l-familja tiegħu. “Poġġihom f’dil-bixkilla, bil-mod,” spjegalu Ġanni, “u xħin tlesti, immorru naħsluhom f’dak l-ilma ġieri li hemm in-naħa l-oħra tar-razzett. U oqgħod attent kif timsaħhom, għax jinfaqgħu f’idejk.” “Il-bajd li jbidu t-tiġieġ iżżommuhom għalikom?” staqsieh Stellinu. “Iva,” wieġbu Ġanni. “U meta jkollna żżejjed, inbigħuhom lill-ġirien.” Wara xi ħin daħlet Rożina b’xi ikel f’idejha, bi flixkun xorb sħun u żewġ tazzi. Qaltilhom bi tbissima, “Ieqfu ftit ħa titrejqu. Għandek wiċċek aħmar nar, Stellinu. Mela kemm ħaddimtu, Ġann?” “Eh, Roż,” weġibha fil-pront Ġanni. “Imnalla

kien hu, għax taf kemm ħaffifna x-xogħol! L-għajnuna dejjem tajba u bżonjuża.” U bdew jieklu dak li ġabitilhom Rożina. Wara l-waqfa qasira, Ġanni u Stellinu komplew fuq xogħolhom fir-remissa. Aktar tard, daħal Patatinu inkiss inkiss, tant li ħadd minnhom ma induna bih! Kemm ħa pjaċir jara lil Stellinu jaħdem! U reġa’ dawwar denbu u telaq ’l hemm. Kien għadda xi ftit tal-ħin minn meta Rożina għajtitilhom biex imorru jieklu l-ikla ta’ nofsinhar, meta nstema’ leħen Marì jistaqsi, “Kif sejjer, Stellinu? Drajt hawnhekk magħna?” “Sejjer tajjeb, ingħid,” weġibha Stellinu. “Qed nieħu gost ħafna naħdem fir-razzett ma’ missierek u mal-annimali, imma issa għejejt.” “Illum daqshekk,” qallu Ġanni. “Ieqaf u strieħ. Kulma fadal issa huwa li ndaħħlu l-annimali ġewwa, imma dak iktar tard. Imxi sad-dar.” “Niġi ngħinkom, pa!” qabżet Marì b’ħeġġa kbira fuqha. “Tajjeb ħafna,” qalilha missierha. “Imbagħad ejja. Taf ommok li ġejt s’hawn?” “Iva,” weġbitu. “Ħa mmur ftit ħdejn Patatinu.”

Mistoqsija: X’kien parti mix-xogħol ta’ Stellinu? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb PATATINU - IL-ĦMAR TAR-REMISSA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 18 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb L-INVENTARJU TAL-KAMRA L-KAĦLA hija:

V. SAMMUT - MOSTA

04 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Meta ser jixxandar il-Webinar bit-titlu “Malta Oskura: Il-Forka”?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

11.04.2021

L-GĦEJBIEN TAĊ-ĊKEJKNA VICKI LYNNE HOSKINSON TMUR TIMPOSTA KARTOLINA U MA TIRRITORNAX ID-DAR Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Vicki Lynne Hoskinson kienet tifla ċkejkna li twieldet fit-2 ta’ Frar tal-1976 u ħajjitha ntemmet meta kellha biss tmien snin f’Settembru tal-1984. L-għejbien tagħha seħħ hekk kif ommha ħallietha tmur timposta kartolina biex fl-istess ħin tuża r-rota. Din kienet l-ewwel darba li l-omm ħalliet lil xi ħadd minn uliedha jmur xi mkien waħdu. Dakinhar tal-għejbien ta’ Vicki Lynne Hoskinson It-Tnejn, 17 ta’ Settembru tal-1984, Vicki talbet lil ommha biex tħalliha tmur timposta kartolina lil zitha ħalli tkun tista’ tuża r-rota li kellha. Ommha aċċettat u ħallietha tmur iżda xħin rat li għaddew 20 minuta bdiet tinkwieta u bagħtet lit-tifla l-kbira biex tara fejn baqgħet oħtha. Oħt Vicki, Stephanie, sabet ir-rota ta’ oħtha fil-ġenb tat-triq ftit blokok ’il bogħod middar tagħhom iżda oħtha ż-żgħira ma dehret imkien. Kien għalhekk li marret tiġri d-dar u qalet lil ommha. L-oħt ħadet lill-omm fejn sabet ir-rota ta’ Vicki u wara li l-omm poġġietha fil-bagoll tal-karozza, huma komplew ifittxu lil Vicki. Xħin raw li kien kollu għalxejn, l-omm ċemplet lill-pulizija u għarrfithom bl-għejbien ta’ bintha ż-żgħira. Id-detective Gary Dhaemers wieġeb it-telefonata tal-omm u ftit sigħat wara beda x-xogħol għat-tfittxija tat-tifla. Wara ftit li l-għejbien tat-tifla xxandar fuq il-midja, kien hemm xi ħadd li għarraf lill-pulizija li ra tifla tixbah lil dik maħtufa f’ħanut ma’ mara. Wara ftit investigazzjoni sar magħruf li din id-dehra ma kellhiex x’taqsam ma’ Vicki Lynne Hoskinson. Wara ħafna intervisti ma’ nies, kien hemm Sam Hall, kowċ fi skola sekondarja, fejn qal li ra raġel f’karozza ħdejn l-iskola li kien jaħdem fiha hu. Hall qal li xħin rah iħares lejn grupp ta’ tfal jilagħbu, ħadlu n-numru tar-reġistrazzjoni tal-karozza. Saħaq li dan ġara fis-17 ta’ Settembru, li hi l-ġurnata li fiha għebet Vicki. Hall ta n-numru tar-reġistrazzjoni lill-pulizija u saru jafu li sid il-karozza kien Frank Jarvis Atwood, raġel ta’ 28 sena minn Los Angeles. Tibda t-tfittxija għal Frank Jarvis Atwood Il-pulizija saru jafu li Atwood diġà kellu akkużi fuq ħtif u fuq tbagħbis ta’ tfal. Fil-fatt, Atwood kien barra fuq parole. Huma sabu li hu kien joqgħod ma’ familtu u b’hekk marru jfittxuh hemm. Il-pulizija ma sabuhx id-dar u raw li l-omm kienet protettiva ħafna ta’ binha xħin bdew jistaqsuha fuqu. Ftit sigħat wara, Atwood ċempel lil ommu u qalilha tisilfu xi flus biex isewwi l-karozza għax waqfitlu f’Texas.

Atwood taha l-indirizz fejn kellha tittrasferixxi l-flus u l-missier ħa nota tal-indirriz, fejn wara mar u għaddieh lill-pulizija. Tlett ijiem wara l-għejbien ta’ Vicki, il-pulizija rnexxielhom isibu lil Atwood, li kien mal-ħabib tiegħu James McDonald, għand mekkanik f’Kerrville f’Texas. Apparti li ħaduhom fil-kwartieri għall-interrogazzjoni, il-pulizija kkonfiskaw il-vettura li kellu. Skont Atwood, hu kien qrib fejn kienet toqgħod it-tifla fis-17 ta’ Settembru għax intefa’ bil-karozza ħdejn park. Għal xit-3.00 p.m., hu qal li mar jixtri xi drogi u reġa’ wasal ħdejn il-park xi sagħtejn wara. McDonald qal li dan kien minnu iżda meta rritorna, Atwood kellu l-ħwejjeġ imċappsin bid-demm. Meta McDonald staqsieh x’ġara, Atwood qallu li ta daqqiet ta’ sikkina lir-raġel li xtara d-droga mingħandu għax kellhom xi jgħidu. Apparti McDonald, il-pulizija interrogaw żewġt irġiel oħra li qalu li Atwood għamel tlett ijiem fit-trailer magħhom u qalu li kellu l-ħwejjeġ bid-demm. Jidher li Atwood qalilhom l-istess storja li qal lil McDonald u dawn iż-żewġt irġiel qalulu biex jeħles mill-ħwejjeġ. Il-karozza kienet l-unika evidenza kontra Atwood Il-pulizija ma setgħux isibu evidenza li turi li Vicki kienet fil-karozza ta’ Atwood. Minkejja dan, il-karozza fuq quddiem kellha daqqa bi ftit żebgħa roża, li wara ħafna analiżi ġie konkluż li ż-żebgħa kienet tal-istess kulur tar-rota tat-tifla. Apparti t-trasferiment taż-żebgħa tar-rota fuq il-karozza, il-karozza kellha wkoll għafsa li kienet taqbel eżatt mad-daqs tal-pedala tar-rota. Il-pulizija qalu wkoll li l-karozza kellha għafsa fuq wara, li ġrat hekk kif Atwood irriversja fuq kaxxa tal-posta li kienet maqtugħa mill-art madwar 12-il pulzier. Il-karozza minn barra kienet l-unika evidenza li tressqet kontra Atwood għax il-ħwejjeġ li kellu mċappsin bid-demm u l-katavru tat-tifla ma nstabux sal-ġurnata tal-ġuri. Atwood ġie akkużat bi ħtif f’Arizona minħabba l-publiċità li kien hemm f’Texas. Atwood ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih fit-3 ta’ Diċembru tal-1984. Fit-12 t’April tal-1985, persuna li kienet miexja fid-deżert ta’ Tucson sabet ras ta’ skeletru. Il-bqija tal-iskeletru nstab imxerred f’postijiet differenti mill-annimali taddeżert. Il-pulizija kkonfermaw li l-fdalijiet kienu ta’ Vicki minn snienha. Fit-8 ta’ Mejju tal-1987, Atwood instab ħati fuql qtil tal-ewwel grad u s-sentenza kienet dik tal-piena kapitali. Atwood għadu sal-ġurnata tal-lum jgħid li hu ma qatilx lil Vicki Lynne Hoskinson u li l-pulizija bagħbsu fl-evidenza. Atwood għadu qed jistenna li jingħata l-piena kapitali.

Wara ħafna intervisti ma’ nies, kien hemm Sam Hall, kowċ fi skola sekondarja, fejn qal li ra raġel f’karozza ħdejn l-iskola li kien jaħdem fiha hu

Frank Jarvis Atwood ftit wara li ġie arrestat


26

11.04.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

11.04.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 376

Y. BRIFFA - KALKARA

Bi 3 NUMRI 764 008 878 078 945 151 992 174 203 B’4 NUMRI 302 0010 313 0461 347 1670 365 2571 376 2580 405 2751 752 2856

3334 3418 3852 4575 5057 6818 7048 7297 7988 8045 8130 8457 8813

8831 8874 9213 9516 B’5 NUMRI 01642 10584 11516 11749 19086 21073 22910

27665 34260 35956 36661 39152 40311 41101 43318 47175 48312 48689 51944 60095

61339 62008 65481 70780 71043 79126 79529 84634 87323 91868 B’6 NUMRI 038272

056251 087590 192211 347726 408849 615578 671820 701831 831010 839885 884411

MIMDUDIN: 7,23. 1. Kompli l-qawl: 9, 15. Id- ........ tgħallmek 10. aktar minn 12. imgħallmek (5) 16,18. 4. Snien kbar? (4) 18.

19 (6) Ħarġa? (9) Xela (6) Jeħxien (6) Jittardjaw (5) Ara 16

19. 20. 21. 23. 24.

Isem (3) Idoqqu fil-festi (5) Kunjom (3) Ara 7 Il-maħfra tilfet rasha (5))

WEQFIN: 6. 1. Reċti? (6) 2,3. Stat Amerikan (6) 8. 3. Ara 2 11,13. 5. Sezzjoni 12,22. fil-Pulizija (1,1,1) 13.

L-ewwel nofs ta’ 14. sfafar (3) 15. Interdett? (9) 17. Juża widnejh (5) Idejjaq (5) 21. Ara 11 22.

Farfar? (6) Ara 9 Fejn wieħed joqgħod (3) Siegħa Taljana (3) Ara 12 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Debba, 4.Djar, 7,19.Xkora, 10.Xortik, 12.Manual, 16.Era, 18.In, 20.Ħbieb, 21.DDT, 24.Ammen

WEQFIN: 1,11.Dubbiena, 2,3.Baraxx, 5,14. Jitlobhom, 6,23.Rakkont, 8.Komunista, 13,17.Nibred, 15.Maltin, 21.Dik, 22.Tin


28

11.04.2021

IL-KAP U L-PARTIT F’INKUBU Editorjal

Nazzjonalisti li fl-aħħar tmien snin gawdew mill-benefiċċji u l-iżviluppi kollha, inklużi dawk li qatt ma konna noħolmuhom sal-2013, ukoll kapaċi jwieġbu lilhom infushom li “ma jistax ikun li l-poplu kien qed jgħix ħmar il-lejl fl-aħħar snin”

Lill-Kap Nazzjonalista li joħlom anke b’għajnejh miftuħin isellem lill-akbar folol li qatt raw it-toroq ta’ pajjiżna fost kor armonjuż li jqanqal l-emozzjonijiet, mhux se nlumuh li jisbel meta n-numri ma jagħtuhx il-vantaġġ li jixtieq. Għal min, bħaż-żewġ prede­ ċessuri tiegħu, jara lilu nnifsu ċar tiela’ jiġri t-taraġ tal-Berġa ta’ Kastilja sa ma jdaħħal iċ-ċavetta fis-serratura tal-bieb eżatt qabel jinħasad u jirrealizza li fil-fatt għadu fil-pultruna tal-uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali, nagħdruh li jkun diżappuntat u ħlief negattività ma jafx jipproduċi. Nifhmu wkoll li għal Partit, li ma jammettix li tilef kull kredibbiltà u ma jistax jirkup­ ra xi ħaġa minn dak mitluf jew mhux kapaċi joffri alternattivi għall-ħidma tal-Gvern, aktar diffiċli li jġerraħ is-suċċessi varji fil-pajjiż, anke minkejja kull tfixkil min-naħa tiegħu u t-tentattivi biex ipinġi d-dlamijiet fuq art twelidna. Għaldaqstant ma jissor­pren­ dina xejn li Bernard Grech u

l-PN iqisu l-aħħar tmien snin taħt it-tmexxija tal-Partit Laburista bħala inkubu, kif iddeskriviehom il-Kap tal-PN innifsu. Jaf b’mod intenzjonat uża l-kelma Taljanizzata għal dak li b’ilsienna nsejħulu “ħmar il-lejl”, għax kieku kien jinqabad iżjed dak li fil-fatt hu fil-politika – ħmar. Anke Nazzjonalis­ti li fl-aħħar tmien snin gawdew mill-benefiċċji u l-iżviluppi li seħħew, inklużi dawk li qatt ma konna noħolmuhom sal-2013, illum kapaċi jwieġbu lilhom infushom li “ma jistax ikun li l-poplu kien qed jgħix ħmar il-lejl fl-aħħar snin”, avolja l-Kap qed jippro­va jdeffsilhom kull dubju f’moħħhom. Il-maġġoranza assoluta tal-poplu taf li jekk hawn xi ħadd li dejjem wiegħed l-ilwien kollha tal-qawsalla u ddiżappunta kull darba li ġie fdat bil-poter, dan hu biss il-PN u l-Kapijiet tiegħu. Il-“paġna ġdida” li Bernard Grech qed jipprova jbigħ illum mhi xejn aktar minn daħqa filwiċċ, anke għax mhemm xejn

“ġdid” fl-istruttura, l-ideat u l-interessi f’establishment li qarraq b’kulħadd mis-sema ’l isfel u llum jittanta jinħeba wara l-istess psewdo-politiku li għandu bżonn lil min iġebbdu minn imnieħru. Il-karta vojta tiegħu fejn iwiegħed kollox u lil kulħadd, ma tista’ qatt tkun xi risposta għas-serħan tal-moħħ li diġà għandu l-poplu llum jew il-ġejjieni li diġà jidher aktar prosperu quddiem pajjiżna, iżjed meta jitqabbel ma’ stati oħrajn fl-Ewropa u lil hinn. Is-salvagwardji b’mod ġene­ rali tas-saħħa u l-għajxien ta’ ġensna fl-aħħar sena wkoll kienu jkunu biss fantażija jew ħolma ħelwa għal kull wieħed u waħda minna li kieku ma kienx għall-għaqal tal-Partit Laburista fil-Gvern. Għal min emmen li l-miżuri multimiljunarji li ġew introdotti f’din is-sena ta’ pandemija kienu biss tberbiq ta’ fondi pubbliċi, kieku kien qed imexxi hu llum kien ifarfar kull responsabbiltà bl-iskuża li l-virus hu att naturali li ma kellux kontroll

fuqu. Kieku l-eluf għadhom jindifnu jew jitqabbdu mal-ventilators, jekk qatt kien ikollna biżżejjed minnhom, waqt li dawk li ma jmutux bil-COVID-19 kienu jiġġewħu wara li jitilfu l-impjieg għax jitkeċċew jew ilpost tax-xogħol tagħhom ma jibqax jeżisti. Kieku l-ebda xibka mwessgħa ta’ benefiċċji soċjali ma kienet teżisti biex lil dawn talaħħar almenu ttaffilhom din id-daqqa enormi għalihom u għall-għeżież tagħhom. B’xortina li l-ħajja reali, għal­ kemm mhix perfetta, hi kompletament bil-maqlub ta’ dan kollu. Għaldaqstant, għandna ningħaqdu wara min hu umli biżżejjed li jagħraf anke d-dgħufijiet tiegħu u f’qalbu ġenwinament għandu biss ilġid ta’ ġensna u ta’ pajjiżna. L-istess nagħmlu kontra kull min jemmen mod ieħor u jrid jgħoddna biss bħala ċwieċ. Aktar ma jtambrulna li l-aħ­ ħar tmien snin kienu biss ħolma kerha, allura iżjed inserr­ħu rasna u nikkonvinċu ruħna li għadna fit-triq it-tajba.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.