KullĦadd_10.01.2021

Page 1

MAT-93,000 PENSJONANT BIŻ-ŻIEDA Il-Ħadd, 10 ta’ Jannar, 2021

Ħarġa Nru 1,435

Prezz €1

Rapport f’paġna 4

PAJJIŻNA FIL-GĦOLI MA’ DBRS TENFASIZZA FAVUR IR-RIFORMI LI TWETTQU TAĦT IT-TMEXXIJA TAL-PRIM MINISTRU ABELA

€56 BILJUN TELF GĦALL-AVJAZZJONI EWROPEA FL-2020

Wara ċ-ċertifikat prestiġjuż mill-Forum Ekonomiku Dinji, ilbieraħ kien imiss lill-aġenzija internazzjonali tal-kreditu DBRS Morningstar li kkonfermat ir-rating ta’ Malta fil-livell ta’ A (high), bi prospetti stabbli. Dan ifisser li pajjiżna baqa’ jgawdi l-aħjar rating li qatt ingħata minn din l-aġenzija. Nhar il-Ħamis, il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri ħabbar li, skont il-Global Competitiveness Report tal-Forum Ekonomiku Dinji, Malta hi l-aħjar fid-dinja flamministrar tal-finanzi pubbliċi.

Bħala waħda mill-iżjed industriji milqutin globalment, l-imxija tal-COVID-19 kellha effetti devastanti fuq il-katina kollha tal-avjazzjoni. Studju, li ġie ppubblikat din il-ġimgħa mill-aġenzija Ewropea Euro­control, wera li, b’riżultat tar-restrizzjonijiet li ġew imposti kontra t-tixrid tal-virus globali, kien hemm mal-1.7 biljun passiġġier inqas li vvjaġġaw fl-Ewropa u lil hinn fit12-il xahar li għaddew meta mqabblin mal-2019. Dan wassal għal telf sħiħ ta’ €56.2 biljun għal-linji talajru, l-ajruporti u l-firxa wiesgħa ta’ servizzi relatati. Fl-istess ħin, il-Eurocontrol qed tistenna li sa tmiem din is-sena l-industrija mhux se jirnexxilha tirkupra kompletament fejn kienet fl-2019, għalkemm tinsab fiduċjuża li, grazzi wkoll għat-tqas­sim tat-tilqima kontra l-COVID-19, mis-sajf lil hemm l-irkupru għandu jkun b’saħħtu biex tibda tit­raż­żan l-emorraġija. Tkompli f’paġni 6 u 7

Tkompli f’paġna 4

WAGE SUPPLEMENT LIL 81,000 ĦADDIEM B’riżultat tal-iskema riveduta tal-Wage Supplement, li ġiet imħabbra mill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u l-Malta Enterprise din il-ġimgħa, din il-gazzetta tista’ tiżvela li fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena aktar minn 81,000 ħaddiem f’Malta u f’Għawdex se jkunu qed jirċievu l-għajnuna supplimentari tal-Gvern, b’investiment totali ta’ €120 miljun. L-iskema diġà ħalliet impatt sinifikanti u kruċjali fuq irrota ekonomika, tant li fl-ewwel ħarġa hu stmat li salvat mal-100,000 impjieg. L-introduzzjoni tagħha ġiet imfaħ­ ħ­ra wkoll internazzjonalment. Din issa se tkun qiegħda tiġi riveduta b’tali mod li min bata l-aktar fl-eqqel tal-pandemija se jkun qed jirċievi l-akbar għajnuna. Fl-iskema riveduta, il-Wage Supplement se tkun qed twassal biex 60% tal-kumpaniji li diġà jirċievu s-suppliment tal-paga, se jibqgħu jgawdu mill-istess livell ta’ għajnuna jew se jirċievu saħansitra aktar. Mal-40% tal-kumpaniji se jaraw żieda bejn ix-xhur ta’ Jannar u Marzu. Fil-fatt, informazzjoni provduta mill-Mal-

L-AKTAR FIDUĊJUŻI IL-KUMMISSJONI EWROPEA TGĦID LI L-FAMILJI U N-NEGOZJI LOKALI BL-AQWA PROSPETTI EKONOMIĊI FIŻ-ŻONA EWRO

ta Enterprise turi kif aktar minn 3,000 kumpanija se jkunu qed jaraw żieda fis-suppliment tal-pagi li kienu qed jirċievu s’issa. Flimkien, dawn in-negozji jimpjegaw ’il fuq minn 15,000 ħaddiem. Mal-1,500 kumpanija se jibqgħu jieħdu l-istess total li kienu qed jieħdu sa Diċembru, li jfisser li 17,000 ħaddiem, li baqgħu fuq il-post tax-xogħol tagħhom tul l-eqqel tal-pandemija, se jkomplu jirċievu huma wkoll is-suppliment tal-paga matul l-ewwel kwart ta’ din is-sena. “L-iskema hi intiża biex tgħin lil min l-aktar għandu bżonn u li minkejja d-daqqa li sofrew matul l-2020, għamlu minn kollox biex jipproteġu l-impjiegi tal-ħaddiema tagħhom. Dan il-kuraġġ u r-reżiljenza qed jiġi ppremjat,” spjegat il-Ministru Dalli. “Dħalna f’fażi ġdida fejn qed ngħinu aktar, b’mod li l-għajnuna tkun immirata lejn dawk il-kumpaniji li l-aktar intlaqtu ħażin mill-pandemija, filwaqt li ngħinu l-akbar firxa ta’ kumpaniji u impjegati.”

Stħarriġ magħmul f’nofs Diċembru mill-Kummissjoni Ewropea fost il-familji u n-negozji f’pajjiżna indika li l-livell ta’ fiduċja ekonomika f’pajjiżna laħaq l-aqwa livelli mindu bdiet il-pandemija. F’dan l-istħarriġ li jsir kull xahar, in-negozji Maltin u Għawdxin għallewwel darba mindu bdiet l-imxija tal-COVID-19 f’pajjiżna esprimew ottimiżmu fuq kemm se jżidu impjiegi magħhom, akbar mis-sentiment espress minn kumpaniji fil-bqija tal-Unjoni Ewropea. Dan meta statistika oħra Ewropea diġà indikat li Malta kienet biss wieħed minn żewġ pajjiżi fiż-Żona Ewro fejn l-impjiegi żdiedu matul il-pandemija.

Tkompli f’paġna 5

Tkompli f’paġna 3


02

10.01.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 23°C L-Inqas Temperatura: 19°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni baxxa li testendi minn fuq il-Baħar Tirren sa fuq it-Tuneżija ser tersaq lejn il-Lvant It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab b’ħafna sħab għoli Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi min-Nofsinhar il-Lbiċ li jsir ħafif għal moderat Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat L-Imbatt: Baxx mix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 18°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

KUNTATT ĠENERALI

18°C UV 3

11°C

Il-Ħamis

15°C UV 3

9°C

Il-Ġimgħa

14°C UV 3

10°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

15°C UV 1

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

11°C

14°C UV 3

10°C

15°C UV 3

9°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Empire Pharmacy (Branch), 46 Triq Melita, Il-Belt Valletta – 21225785 Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238018 Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 Herba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara – 21443406 St. Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà – 21241293 Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann – 21381177 Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, L-Iklin – 21435567 Reeds Pharmacy 191, Triq il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 27130068 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Marsaskala – 27023322 St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq – 21808723 Pasteur Pharmacy, Triq it-Tellerit, Ħal Safi – 21689944 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274 Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat – 21563233 Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Ta’ Sannat – 21564447 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

10.01.2021

FERM AĦJAR MIŻ-ŻONA EWRO Tkompli minn paġna 1 Il-fiduċja tan-negozji Maltin u Għawdxin qed tirpilja bil-qawwi, tant li kien hemm titjib ta’ aktar minn 16% f’xahar wieħed fl-ottimiżmu. Dan fisser ukoll l-aqwa żieda fost il-pajjiżi kollha taż-Żona Ewro, anzi titjib li jammonta għal ħames darbiet aktar minn dak fil-bqija tal-pajjiżi li jħaddnu l-munita waħdanija. Meta wieħed iħares lejn il-pajjiż bit-tieni l-akbar titjib, l-Awstrija, saħansitra jsib li t-titjib f’Malta kien kważi d-doppju. Is-sentiment ekonomiku fost il-familji, kif ukoll fost l-operaturi fl-industrija tal-kostruzzjoni, hu aħjar mill-medja storika tal-istħarriġ mindu Malta ssieħbet membru fl-UE 17-il sena ilu. Dan minbarra xejriet pożittivi oħrajn fil-bqija tas-setturi. Fost l-oħrajn jispikka li maġġoranza ta’ 16% tal-operaturi industrijali raw żieda fil-produzzjoni fl-aħħar xhur. Dan jispjega għalfejn dawn l-operaturi sostnew li se jkunu qed iżidu l-impjiegi, bil-kontra ta’ dak li qed isostnu sidien ta’ fabbriki madwar l-Ewropa. Sens aqwa ta’ ottimiżmu jidher li ntlaħaq fost l-operaturi tas-servizzi,

fejn maġġoranza ta’ 14% qed jantiċipaw żieda fl-attività. Anke hawn in-negozji Maltin u Għawdxin qed jgħidu li se jkollhom iżidu l-ħaddiema, b’kuntrast għar-risposti mogħtija minn sidien ta’ negozji oħrajn Ewropej. Dan jispjega għal xiex l-istħarriġ tal-Kummisjoni jindika li l-familji f’pajjiżna fil-maġġoranza tagħhom sostnew li qed jistennew li l-qagħda finanzjarja tagħhom tmur għall-aħjar fl-2021. Madwar l-UE il-familji sostnew li qed jistennew li jmorru agħar milli huma bħalissa.

It-titjib qawwi fil-fiduċja fost il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin seħħ fl-istess ħin li aġenziji barranin komplew jagħtu ċertifikati pożittivi lil pajjiżna

Maġġoranza ta’ 18% tal-familji f’pajjiżna qed ibassru li l-ekonomija se tikber, bil-maqlub ta’ maġġoranza ta’ 31% tal-familji fil-bqija tal-UE li qed ibassru li l-ekonomija se tiċkien. Minbarra hekk, għall-ewwel darba mindu bdiet il-pandemija, il-familji Maltin u Għawdxin ukoll qed ibassru li l-qgħad se jonqos. Aktar min-nofs il-familji Ewropej, b’kuntrast, jemmnu li l-qgħad se jiżdied f’pajjiżhom. It-titjib qawwi fil-fiduċja fost il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin seħħ fl-istess ħin li aġenziji barranin komplew jagħtu ċertifikati pożittivi lil pajjiżna. Fil-fatt din il-ġimgħa stess l-aġenzija DBRS ikkonfermat ir-rating A (high) b’outlook stabbli. Dan minkejja li f’Novembru l-istess aġenzija tat downgrade lil pajjiżi bħal Franza u r-Renju Unit. Waqt li faħħret it-track record fiskali tal-Gvern Malti li wassalha biex tikkonkludi li l-finanzi tal-Gvern huma fis-sod, l-esperti ta’ din l-aġenzija nnutaw kif il-qgħad ma kienx affettwat daqstant mill-pandemija. Dan attribwixxewh għal programmi tal-Gvern bħall-Wage Supplement, li qed jerġa’ jiġi mġedded bi ftit tibdil, kif ukoll għall-fatt li diversi setturi, fosthom

TIBDIL FIS-SENTIMENT ĠENERALI NOVEMBRU DIĊEMBRU ŻONA EWRO (medja)

+3.1%

L-AĦJAR TIBDIL MALTA

+16.4%

L-Awstrija

+9.2%

L-Italja

+8.3%

L-AGĦAR TIBDIL Il-Ġermanja

+0.1%

Il-Litwanja

+0.1%

Il-Latvja

-2.5%

is-servizzi finanzjarji, l-informatika u l-gaming komplew jikbru. Fir-rapport jispikka wkoll it-tifħir lejn l-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela, li skont dawn l-esperti tat impetus ġdid għal riformi li tejbu l-governanza u s-saltna tad-dritt f’pajjiżna.


04

10.01.2021

MAT-93,000 PENSJONANT JIBDEW JIRĊIEVU Ż-ŻIEDA Aktar minn 93,000 pensjonant bdew jibbenefikaw minn rati ogħla tal-pensjoni, biż-żieda ta’ €5 fil-ġimgħa b’effett minn bħall-bieraħ ġimgħa, 2 ta’ Jannar, waqt li l-pagamenti se jissoktaw fil-jiem li ġejjin. Ma’ dan, mill-bieraħ, 257 persuna oħra, kważi kollha nisa, bdew igawdu mill-miżura l-ġdida tal-bolol imħallsin qabel l-età ta’ 19-il sena u allura ħadu l-pensjoni għall-ewwel darba f’ħajjithom. Mis-Sibt li ġej, 16 ta’ Jannar, ikun imiss lil aktar minn 17,000 armel/armla li jirċievu ż-żieda fil-pensjoni tagħhom, inklużi 17-il armla li bis-saħħa ta’ din il-miżura se jkunu qed jieħdu l-pensjoni sħiħa ta’ żwieġhom. Sal-lum kien qed jitnaqqsilhom ewro minn kull €6 li kienu intitolati għalih. Ma’ din is-sezzjoni se jkun hemm oħrajn li se jkunu qed jikkwalifikaw ukoll fil-mument li jitlesta l-eżerċizzju kollu. Dawn id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet nhar il-Ġimgħa filgħodu mill-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja

u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon, flimkien mas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru, Mark Musù. Il-Ministru Falzon qal li dan it-tibdil pożittiv fil-ħajja tal-anzjani se jkun qed ifisser is-sitt żieda konsekuttiva

fil-pensjonijiet taħt Gvern Laburista, anke fi sfond ta’ pandemija. Bid-differenza li għal 25 sena sħaħ taħt Gvernijiet Nazzjonalisti l-pensjonanti Maltin ma ħadu l-ebda żieda, għajr dik tal-għoli tal-ħajja. Min-naħa tiegħu, Musù qal

li f’Jannar prattikament se jkunu qed jitħallsu ż-żidiet lill-pensjonijiet kollha. Millġimgħa li għaddiet tħallsu ż-żidiet fil-pensjoni mhux kontributorja lil 4,484 pensjonant u mill-bieraħ tħallsu ż-żidiet lil 57,469 pensjonant tal-irti-

rar. Mis-Sibt 23 ta’ Jannar ikun imiss lil dawk li jieħdu l-pensjoni tal-invalidità (kważi 3,000 persuna), dawk li jieħdu l-pensjoni minima (9,700) u dawk li jieħdu l-pensjoni minima miżjuda (3,200) li jirċievu ż-żieda fil-pensjoni tagħhom. Dawn allura se jammontaw b’kollox għal kważi 16,000 pensjonant li jieħdu wkoll iż-żieda ta’ €5 fil-ġimgħa. Nhar is-Sibt 6 ta’ Frar imbagħad jitħallsu żewġ għotjiet oħrajn lill-anzjani, l-għotja ta’ €300 għal dawk ta’ bejn il-75 sena u d-79 sena, u €350 għal dawk ta’ 80 sena jew aktar li jgħixu fi djarhom. Il-bonus li jitħallas lill-anzjani li jkunu ħallsu xi bolol f’ħajjithom, imma ma ħallsux biżżejjed biex jieħdu l-pensjoni, din is-sena se jogħla b’€50 oħra li jirċevuhom fis-6 ta’ Frar. Sadanittant, tfakkar li fit-12 ta’ Diċembru li għadda, diġà kienu tħallsu ż-żidiet fiċ-Children’s Allowance, fl-Għajnuna Supplimentari u fil-Foster Care Allowance, bil-kumplament tal-miżuri li jibqa’ se jkunu qed jiġu implimentati fil-ġimgħat li ġejjin.

IMFAĦĦRIN L-GĦAQAL U L-IMPENN TAL-GVERN GĦAL TITJIB AMMINISTRATTIV Tkompli minn paġna 1 Issa fir-rapport tal-esperti internazzjonali tad-DBRS spikka l-kumment li “l-amministrazzjoni l-ġdida, immexxija mill-Prim Ministru Robert Abela, ipprovdiet impenn ġdid biex tissaħħaħ is-saltna tad-dritt,” waqt li nnotaw ir-reazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni Venezja għas-sitt liġijiet ġodda biex ikun hemm aktar separazzjoni ta’ poteri kif ukoll titjib fis-sistema ta’ checks and balances fil-governanza ta’ pajjiżna. Stqarrija mill-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol qalet li l-esperti barranin isostnu li minkejja l-impatt tal-COVID-19 fuq l-ekonomija lokali, kif ukoll l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ restrizzjonijiet qawwija madwar l-Ewropa, u għaldaqstant l-impatt fuq d-domanda esterna, il-prospetti għal pajjiżna ma marrux għall-agħar. “Raġuni ewlenija kienet l-intervent tal-Gvern, liema intervent hu

sostenibbli minħabba l-fatt li pajjiżna ntlaqat mill-pandemija wara ‘wirja ekonomika u fiskali b’saħħitha twila’. Dan ipprovda riżorsi finanzjarji li l-Gvern seta’ juża biex jilqa’ għall-impatt tal-pandemija,” qal il-Ministeru mmexxi minn Dr Clyde Caruana. Ir-rapport tad-DBRS isostni li f ’pajjiżna hawn “ambjent politiku stabbli” u li meta jitqies il-kejl tal-governanza magħmul mill-Bank Dinji, Malta hi fil-medja Ewropea. Ir-rapport ifaħħar ukoll il-ħidma ekonomika tal-Gvern biex jilqa’ għall-effetti tal-pandemija, tant li jinnota kif il-qgħad prattikament baqa’ fl-istess livell baxx li kien qabel bdiet l-imxija tal-Coronavirus. L-iskema tal-Wage Supplement, skont id-DBRS, kienet essenzjali biex salvat l-impjiegi, fl-istess ħin li jirriżulta li, minkejja l-pandemija, numru ta’ setturi lokali, fosthom is-settur finanzjarju, dak tal-gaming u dak tal-informazzjoni u l-ko-

munikazzjoni kibru b’rati qawwija. Skont l-esperti tad-DBRS dan joħroġ mill-fatt li, filwaqt li setturi dipendenti fuq it-turiżmu raw daqqa qawwija, “setturi bħall-informazzjoni u l-komunikazzjoni (+9.9% y-o-y), l-arti u d-divertiment (+7.0% y-o-y), u attivitajiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni (+3.9% y-o-y) irnexxielhom jikbru f ’dan il-perjodu”. Filwaqt li jirrimarkaw kemm hu b’saħħtu s-sostenn li għadu qed jagħti l-Gvern, b’impatt fuq ir-rata ta’ dejn nazzjonali, l-esperti internazzjonali xorta huma fiduċjużi fuq il-prospetti ta’ pajjiżna. Dan jirrifletti r-rata baxxa tal-piż tad-dejn li pajjiżna beda bih, frott l-għaqal tal-politika fiskali fi snin passati. Tant hu hekk li t-track record pożittiv tal-Gvern, deskritt midDBRS bħala “l-għaqal fiskali li ntwera minn Malta fil-passat riċenti,” jagħti fiduċja lill-istituzzjonijiet barranin. Sadanittant, waqt li kien qed jieħu

sehem fuq il-programm Xtra fuq l-istazzjon nazzjonali, il-Ministru Schembri tenna li skont ir-rapport tal-Forum Ekonomiku Dinji, bl-isem ta’ The Global Competitiveness Report tal-2019, pajjiżna jinsab fit38 post, jiġifieri disa’ postijiet aħjar minn kemm kien fl-2012 taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista. Il-Ministru qal kif dan ir-rapport jgħid ukoll li fl-amministrar tal-finanzi tal-pajjiż, Malta tinsab l-ewwel mid-dinja kollha. F’dan ir-rigward, fl-2012 pajjiżna kien fil-71 post taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Ministru għall-Finanzi Tonio Fenech. Dan hu ċertifikat ieħor għallgħaqal u l-bżulija ta’ Gvernijiet Laburisti, immexxijin minn Joseph Muscat u issa minn Robert Abela, waqt li l-finanzi kienu amministrati b’mod professjonali mill-Professur Edward Scicluna, illum Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.


05

10.01.2021

GĦAJNUNA SKONT IT-TELF IMQABBEL MA’ SENA QABEL Tkompli minn paġna 1 Is-sistema riveduta se tkun qed talloka s-suppliment tal-paga skont it-telf li jkunu sofrew in-negozji, b’dawk l-aktar affettwati jieħdu l-ogħla ammont ta’ €800 għal kull impjegat. Kumpaniji li raw tnaqqis marġinali fil-profitti tagħhom, 9% jew inqas, mhumiex se jkunu eleġibbli għas-suppliment tal-paga. Din l-istruttura ġiet maqbula flimkien mal-imsieħba soċjali u rappreżentanti ta’ min iħaddem, li ddeskrivew din l-iskema 2021 bħala waħda “ġusta”. Din l-iskema introduċiet l-għodda l-ġdida tar-replacements fejn se jkun qed jingħata l-Wage Supplement għal dawk il-ħaddiema li ġew sostitwiti minħabba r-rwol essenzjali tagħhom biex in-negozju jibqa’ għaddej. Għalhekk, dawn issa se jkunu kkumpensati għalihom, lura minn Ottubru. “Daħħalna wkoll miżuri biex naqtgħu l-abbuż u nipproteġu l-ħaddiem. Biex naċċertaw kundizzjonijiet tax-xogħol tajba qed nitolbu lil min iħaddem biex jagħmel dikjarazzjoni permezz ta’ rappreżentant legali li l-kundizzjonijiet ta’ impjieg tal-ħaddiem ma jkunux inqas favorevoli mill-kundizzjonijiet tal-ħaddiem li qed jissostitwixxi,” spjegat il-Ministru. “Kienu bosta kumpaniji li talbuna naħsbu f’min kellu

ħaddiema li telqu minn fuq il-post tax-xogħol tagħhom u li mingħajrhom in-negozju ma setax jopera. Il-ħaddiema l-ġodda issa se jkunu koperti wkoll mill-iskema,” tenniet Dr Dalli. L-imsieħba soċjali li kienu preżenti għat-tnedija tal-iskema din il-ġimgħa wrew is-sodisfazzjoni tagħhom. Fost oħrajn, spikkaw il-kummenti dwar ilfatt li l-Wage Supplement se jingħata wkoll lill-ħaddiema li ġew ingaġġati minn wara

Mejju, b’mod retroattiv minn Ottubru. Fost dawk in-negozji li sabu ruħhom f’din is-sitwazzjoni kien hemm sidien ta’ restoranti. Is-Segretarju tal-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering (ACE) Matthew Pace qal lil ONE News li s-suġġerimenti tagħhom intlaqgħu b’mod pożittiv. “Minħabba li s-settur tagħna jara tibdil ta’ ħaddiema fih, din se tkun ta’ sostenn kbir għall-industrija tagħna.” Id-Direttur Ġenerali tal-As-

soċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) Joseph Farrugia sostna li din l-iskema se tkun importanti “biex inżommu n-negozji għaddejjin fix-xhur li ġejjin.” L-istess kienu tal-fehma l-President tal-Kamra tal-Kummerċ, David Xuereb, il-Kap Eżekuttiv talMHRA, Andrew Agius Muscat, u l-President tal-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji, Paul Abela. L-iskema ġiet imfaħħra għal kif se tkun iffukata b’kategoriji differenti fuq it-

telf tan-negozji meta mqabbla mal-2019. “Qed narawha gradwatorja u ġusta li tagħti lil min verament ħaqqu u tagħti inqas lil min ma marx ħażin daqskemm ħaseb,” saħaq Xuereb. L-iskema l-ġdida tidħol fis-seħħ minn dan ix-xahar bil-pagamenti jibqgħu jingħataw darba fix-xahar kif kien qed isir s’issa. Mhux se jkun hemm bżonn ta’ applikazzjonijiet ġodda, għax huma eliġibbli għall-iskema kumpaniji li diġà qegħdin jibbenefikaw illum, waqt li se jkun hemm il-possibbiltà li n-negozji jinkludu l-ħaddiema l-ġodda permezz talemails li l-Malta Enterprise tibgħat kull xahar lill-applikanti eżistenti tal-Wage Supplement. Il-Ministru Dalli appellat biex in-negozji jersqu lejn il-Malta Enterprise u jesploraw skemi oħrajn eżistenti li diġà hemm għal aktar tkabbir fin-negozju, anke għal wara Marzu li ġej. “Flimkien mal-istakeholders, qegħdin naħdmu fuq strateġija għal wara Marzu biex inkomplu ngħinu lil kumpaniji jimxu ’l quddiem u jikbru,” spjegat il-Ministru Dalli. Il-Malta Enterprise qiegħda u ser tkompli taħdem biex permezz tal-miżura tal-Business Reengineering and Transformation, nippreparaw lin-negozji għax-xhur li ġejjin.

L-ISKEJJEL LURA GĦAN-NORMAL MINN GĦADA B’miżuri skont il-protokolli maqbulin mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, l-iskejjel kollha għada se jerġgħu jiftħu b’mod normali għall-ewwel darba wara l-vaganzi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Dan grazzi għall-ftehim milħuq nhar il-Ġimgħa bejn il-Gvern u l-Unjin tal-Għalliema (MUT), is-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija, l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja u l-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel Indipendenti bħala r-rappreżentanti tal-għalliema. Il-partijiet qablu fuq numru ta’ prinċipji li jinkludu t-tilqim tal-għalliema bħala prijorità fil-programm nazzjonali għal

kontra l-COVID-19, tisħiħ tal-proċedura tal-ittraċċar tal-kuntatti u l-implimentazzjoni tal-protokolli u titjib fil-proċedura ta’ ċertifikati tal-mard li jiġu ppreżentati fl-iskejjel, fost oħrajn. B’reazzjoni għal dan ilftehim, il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana spjegat li d-diskussjoni, li wasslet għal dan il-ftehim, kienet waħda produttiva u turija ta’ apprezzament għall-edukaturi f’pajjiżna. Fi tmiem il-laqgħa ta’ nofstanhar fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-President tal-MUT Marco Bonnici stqarr li l-unjin hi sodisfatta bl-informazzjoni u l-ispjegazzjoni li ngħa-

taw kemm mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika kif ukoll mill-istatistiku Dr Vincent Marmara, li ntalab ikun preżenti wkoll. Fi stqarrija konġunta, ilGvern u l-partijiet konċernati qalu li l-Awtoritajiet tas-Saħħa jaraw li l-ftuħ tal-iskejjel jista’ jgħin biex titrażżan il-pandemija, kif spjegat aktar mill-Professur Gauci nnifisha waqt il-bullettin mediku ta’ kull ġimgħa. “Meta inti jkollok l-iskola għaddejja, dawn ikunu qed jikkontribwixxu wkoll għal dak li aħna ngħidulu nuqqas proprju ta’ każi fil-komunità minħabba li l-imġiba tan-nies u l-familji meta jkollok it-tfal li jkunu qegħdin fl-iskola, ikunu

qed jikkontribwixxu wkoll li ma jkollokx daqshekk avvenimenti soċjali. Allura, bil-mezzi ta’ mitigazzjoni li kellhom fil-post u li għad għandhom, l-iskejjel se jkunu qed jikkontribwixxu għall-kontroll ta’ din il-pandemija.” Fuq il-midja soċjali, ilPrim Ministru Robert Abela, li kien involut direttament fit-taħditiet, ukoll wera l-apprezzament tiegħu għal dan il-ftehim, li minnu tgawdi l-edukazzjoni ta’ wliedna. Hu rringrazzja lil kull min jaħdem fis-settur għall-kontribut fl-iżvilupp edukattiv, soċjali u ekonomiku ta’ pajjiżna.


06

10.01.2021

TELF TA’ €56.2 BILJUN FL-2020 L-AĠENZIJA EUROCONTROL TELENKA L-EFFETTI DEVASTANTI BIN-NUMRI MATUL IL-PANDEMIJA GĦAL-LINJI TAL-AJRU, L-AJRUPORTI U S-SERVIZZI RELATATI … TBASSAR LI FL-2021 L-INDUSTRIJA TILĦAQ 51% TAL-LIVELLI TAL-2019, L-IŻJED MIS-SAJF LI ĠEJ Tkompli minn paġna 1 Pajjiżna, li hu wkoll dipendenti ħafna fuq l-industrija turistika, ħass id-daqqa sew, tant li ġew irreġistrati mal-34,000 titjira inqas, bejn wasliet u tluq minn hawnhekk, imqabbel mas-sena preċedenti. Dan jammonta għal tnaqqis ta’ 59%, skont l-istatistika ppubblikata mill-Eurocontrol. Waqt li nhar il-Ġimgħa kienet qiegħda żżur il-kum­ panija Lufthansa Technik, il-Ministru għall-Enerġija, l-Int­­-rapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli enfasizzat l-impenn tal-Gvern Malti li jgħin lill-industrija talavjazzjoni, mhux l-inqas bl-is­­ k­ema ta’ supplement tal-pagi. Lufthansa Technik, li tispeċjalizza fil-qasam tattiswija u l-oper­azzjonijiet (MROs) u timpjega mal550 ħaddiem, kienet fost il-benefiċċjarji tal-Wage Supplement fl-2020 u se tkompli tgawdi mill-iskema riveduta li tħabbret din ilġimgħa.

Sa mill-bidu tal-pande­mij­a l-aġenzija indipendenti Eurocontrol, li twaqqfet fl-1963 u għandha 43 pajjiż affiljat magħha, b’41 fil-kontinent Ewropew, inkluża Malta, bdiet tippubblika tagħrif relatat massuq Ewropew. Din il-ġimgħa ppubblikat ir-rendikont sħiħ tad-daqqa pandemika fuq is-sena li għaddiet, fejn ukoll tasal għal ċerti konklużjonijiet ta’ x’għandu jsir fl-2021 biex l-industrija tqum fuq saqajha u tkun iżjed b’saħħitha f’każ ta’ kriżijiet oħrajn futuri. Il-Eurocontrol, li tisħaq l-impenn tagħha li tagħmel l-avjazzjoni fl-Ewropa aktar sigura, effiċjenti u bl-inqas impatt ambjentali, fost oħrajn, tikkon­ kludi fir-rapport li f’din is-sena l-ġdida ma tistax tintilef l-opportunità li “nibnu mill-ġdid aħjar”, b’investimenti f’soluzzjonijiet teknoloġiċi tal-futur fl-oqsma kollha tal-avjazzjoni. L-istħarriġ tal-aġenzija jixhed li t-traffiku fi ħdan l-Ewropa stess (-54%) u mill-Ewropa lejn pajjiżi terzi (-59%) sofra it-tnaqqis ta’ 6.1 miljun titjira,

Mal-1.7 biljun passiġġier inqas fl-2020 wasslu għal telf nett ta’ €33.6 biljun għall-ajruporti Ewropej … l-irkupru fl-għadd tal-passiġġieri kien b’mod sinifikanti aktar dgħajjef meta mqabbel mat-titjiriet infushom

bit-titjiriet low-cost jonqsu bi 62% u t-titjiriet skedati b’59%. Minn dawn, ir-Renju Unit u l-Ġermanja kellhom l-akbar telf b’1.3 miljun u 1.2 miljun titjira inqas rispettivament, sewgiti minn Spanja (-1.0 miljun), Franza (-0.9 miljun) u l-Italja (-0.8 miljun). Fejn jidħlu linji tal-ajru, il-Lufthansa Group irreġistra l-akbar tnaqqis fit-titjiriet, tant li opera medja ta’ 67% inqas vjaġġi kuljum mis-sena l-oħra jew differenza ta’ aktar minn 2,000 titjira inqas. L-akbar linja tal-ajru low-cost, ir-Ryanair sofriet 59% inqas titjiriet jew differenza ta’ iżjed minn 1,300 titjira inqas. Il-Eurocontrol qalet li, waqt li Jannar u Frar tal-2019 esperjenzaw traffiku ta’ -0.4% u +0.9%, f’Marzu ċ-ċifri waqgħu drastikament mal-għeluq talajruporti u l-fruntieri, bl-uniċi titjiriet permessibbli kienu dawk ta’ ripatrijazzjoni u għal servizzi essenzjali. Marzu għalaq bi tnaqqis ta’ 86.1% jew medja ta’ 4,202 titjiriet kuljum fuq l-istess perjodu fl-2019. Fit-12 t’April ġie rreġistrat l-inqas punt tal-kriżi fejn it-traffiku tal-ajru fl-Ewropa kollha niżel bi 92.8% jew medja ta’ 2,099 titjira. Minn hemm ’il quddiem, beda jseħħ irkupru kajman ħafna, bl-industrija ttemm Mejju bi tnaqqis ta’ 89.4% jew medja ta’ 3,586 titjira kuljum. L-effetti tal-lockdowns Ewropej li ġabu l-infezzjonijiet taħt kontroll wasslu lill-istati fil-kontinent biex jerħu r-restrizzjonijiet, bit-traffiku f’Ġunju jitla’ għal medja ta’ 9,296 titjira kuljum jew tnaqqis ta’ 73.8% fuq l-istess perjodu sena qabel. Il-bidu tal-istaġun sajfi u t-tneħħija totali tar-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar fil-maġġoranza tal-pajjiżi raw żieda ta’ titjiriet ta’ madwar 51% inqas mis-sena li għaddiet. Fit-28 t’Awwissu ġie rreġistrat l-akbar ammont ta’ titjiriet għall-2020, bi 18,802 titjiriet, differenza ta’ -49% mill-2019. Minkejja dan, il-Eurocontrol tenniet li, appena wara s-sajf feġġet it-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet fiż-żona Ewropea, għadd ta’ pajjiżi reġgħu introduċew miżuri li wasslu lit-traffiku biex jonqos b’mod qawwi u kostanti minn 15,964 fl-1 ta’ Settembru għal medja kuljum ta’ 7,199 titjira sa tmiem is-sena. L-impatt fuq il-linji tal-ajru

Ir-Ryanair, l-akbar linja tal-ajru Ewropea, baqgħet fil-quċċata fl-2020, iżda b’medja kuljum ta’ 951 titjira, li jfisser tnaqqis ta’ 59% meta mqabbla mal-medja ta’ 2,323 titjira kuljum fl-2019. It-tnaqqis medju rreġistrat fost l-akbar 10 linji Ewropej kien ivarja minn 45% sa 67%. Il-pandemija wkoll ħolqot tibdil fil-lista tal-akbar 10 linji mqabbla mal-2019. Il-Eurowings, li ġiet imċekkna wara ristrutturar mill-kumpanija-omm Lufthansa Group f’April li għadda, u Norwegian Air Shuttle, li għadha titħabat minkejja li daħlet fi proċeduri ta’ falliment fin-Norveġja u fl-Irlanda, inqalgħu mil-lista. Minflokhom daħlu Wizz Air, li reġgħet bdiet topera malajr f’Mejju u nediet strateġija ta’ espansjoni maġġuri, u Pegasus Airlines, grazzi għal domanda qawwija fit-Turkija, li wkoll affettwat il-pożizzjoni fil-lista tat-Turkish Airlines, li mir-raba’ post fl-2019 telgħet għat-tieni post fl-2020. Jirriżulta li tnaqqis drastiku tat-titjiriet ukoll seħħ minħabba nuqqas qawwi ta’ passiġġieri, tant li dawk it-titjiriet li seħħew is-sena l-oħra kienu tipikament nofshom mimlija fl-aħjar ċirkostanzi. Ir-rapport tal-Eurocontrol ukoll jaqsam l-effetti tal-pandemija fuq is-setturi kollha tal-avjazzjoni, fejn l-inqas affettwati kienu titjiriet ta’ tagħbija biss. Dawn irreġistraw tnaqqis ta’ 1% biss meta mqabbla mal-2019, waqt li s-sena li għaddiet ironikament is-sehem tagħhom kiber bid-doppju minn 3% għal 6%, b’riżultat ta’ domanda akbar għalihom għal provvisti ta’ mediċini, ikel u prodotti oħrajn. L-avjazzjoni relatata għal skop ta’ negozju esperjenzat tnaqqis ta’ 25% mqabbla mal-2019, waqt li l-linji tal-ajru low-cost kellhom l-akbar daqqa (-63%) f’April, iżda fuq il-perjodu tas-sajf irnexxielhom jirkupraw aktar malajr minn linji tradizzjonali. Dawn tal-aħħar temmew l-2020 b’60% inqas traffiku fuq is-sena ta’ qabel, xi ftit aħjar mil-low-cost grazzi għal titjiriet “żejda” li operaw f’ripatrijazzjonijiet u ta’ tagħbija. Minkejja dan, l-irkupru tagħhom kien iżjed kajman imqabbel ma’ dak mil-low-cost. Titjiriet mhux skedati rnexxielhom jirkupraw minn Ġunju ’l hawn u huma l-unika parti mill-industrija, bl-eċċezzjoni

tat-titjiriet tat-tagħbija, li komplew jikbru, anke jekk għalqu s-sena bi tnaqqis ta’ 43% kkomparat mal-2019. Sa tmiem l-2020, 51% tal-ajruplani fil-flotta kollha Ewropea kienu inattivi, b’4,118 minn total ta’ 8,048 ajruplan weqfin fl-ajruporti għal iżjed minn sebat ijiem. Fl-eqqel tal-pandemija f’April li għadda, kien hemm 87% tal-ajruplani li ma kinux qed jaħdmu. Dan wassal ukoll biex linji tal-ajru ħabbru posponimenti ta’ xiri skedat ta’ ajruplani, waqt li ħaffew l-irtirar ta’ ajruplani iżjed antiki, tant li tipi magħrufin bħall-Boeing 747 jew anke xi Airbus 380 aktarx ma jirritornawx lura għas-servizz. L-impatt fuq l-ajruporti L-istħarriġ tal-Eurocontrol ukoll jindika stima ta’ 1.7 biljun passiġġier inqas fl-2020 li wasslu għal telf nett ta’ €33.6 biljun għall-ajruporti Ewropej tul il-kors tas-sena. L-irkupru fin-numru tal-passiġġieri kien b’mod sinifikanti aktar dgħajjef meta mqabbel mat-titjiriet infushom. L-akbar 10 ajruporti, skont


07

10.01.2021

GĦALL-AVJAZZJONI EWROPEA

il-moviment tal-passiġġieri, irreġistraw tnaqqis ta’ bejn 50% u 65%, bl-aktar milqutin ikunu l-ajruporti prinċipali ta’ Barċellona u Munich. Ajruporti oħrajn dipendenti fuq titjiriet internazzjonali, bħal Gatwick f’Londra u Fiumicino f’Ruma, tilfu posthom mal-akbar 10 għal Oslo u Istanbul, li ppriservaw aktar mit-titjiriet domestiċi tagħhom. L-impatt fuq il-pajjiżi

rreġistraw tnaqqis ta’ 70% fuq is-sena ta’ qabel. Vjaġġi interkontinentali mill-Ewropa wkoll ġew affettwati, bl-Afrika t’Isfel (-44%) u l-Ażja/Paċifiku (-47%) kienu l-inqas milqutin. Traffiku internazzjonali lejn l-Amerka varja bejn 53% u 60% inqas mill-2019, waqt li l-aktar milqutin ħażin kienu t-traffiku lejn ir-Russja u l-Belarus (-66%) u dak minn/lejn pajjiżi fl-Afrika ta’ Fuq (-65%), b’tal-aħħar riflessa fi tnaqqis drastiku fit-turiżmu lejn l-Eġittu, it-Tuneżija u speċjalment il-Marokk. Il-Eurocontrol ikkalkulat ukoll l-effetti drammatiċi f’termini soċjali u ekonomiċi f’setturi li huma direttament jew anke indirettament affettwati mill-industrija tal-avjazzjoni. Hu stmat li dawk li jipprovdu s-servizzi lill-industrija, magħrufin bħala Air Navigation Service Providers (ANSPs), kellhom telf ta’ €4.9 biljun, li minnhom mistennija jirkupraw €4.5 biljun mill-użu tal-ispazju tal-ajru fuq l-10 snin li ġejjin.

It-traffiku fl-2020 naqas bejn 40% u 73% fil-pajjiżi kollha Ewropej, bl-akbar telf flgħadd ta’ titjiriet ġie rreġistrat fir-Renju Unit (-61%), fil-Ġermanja (-56%), fi Spanja (-61%), fi Franza (-54%) u fl-Italja (-60%), f’dik l-ordni. L-analiżi fuq l-2020 mill-aġenzija Ewropea osservat li anke tendenzi ta’ traffiku intern fil-kontinent inbidlu minħabba l-pandemija u l-iżjed li ddominaw kienu t-titjiriet domestiċi, jiġifieri fil-pajjiż stess, b’żieda notevoli fin-Norveġja, waqt li l-ewwel titjiriet mhux domestiċi Ewropej mal-aktar L-impatt fuq it-tniġġis 10 fl-2020 baqgħu dawk bejn Spanja u r-Renju Unit, avolja B’differenza ta’ iżjed minn sitt

miljun titjira operati s-sena l-oħra fuq l-2019, livelli li l-aħħar li ntlaħqu kienu f’nofs is-snin 80, it-tniġġis ukoll naqas b’56.7% bejn Jannar u Novembru 2020 mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel. Dan grazzi għal inqas titjiriet u inqas traffiku fl-ajru, li ppermetta għal titjib fl-effiċjenza tat-titjiriet operati fejn linji tal-ajru ffrankaw mas-26,000 mil nawtiku kull ġurnata. It-titjib sostenibbli jibqa’ marbut mat-tentattiv biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fuq titjiriet fit-tul. Fl-2019 il-maġġoranza assoluta tat-tniġġis fl-ajru żviluppa minn vjaġġi li huma itwal minn 1,500 kilometru, avolja tali titjiriet ammontaw għal inqas minn 30% fis-sena kollha. Tbassir għall-2021 Fl-ewwel xhur ta’ din is-sena, il-Eurocontrol qed tistenna li l-ivvjaġġar se jibqa’ bejn 50% u 60% inqas mill-2019, fl-istess ilma taċ-ċifri rreġistrati flaħħar jiem tal-2020. Minkejja dan, it-tali tbassir hu ħafna agħar minn dak imbassar f’April li għadda meta kien stmat li salaħħar tal-2020 l-ivvjaġġar kien

se jkun 20% biss inqas mill-istess perjodu tal-2019. Fuq terminu medju, f’Novembru li għadda l-Eurocontrol ipproduċiet tbassir fuq ħames snin dwar kif għandha tkun qed tirkupra l-industrija, skont tliet xenarji differenti, meħud kont tal-wasla u t-tqassim tat-tilqim kontra l-COVID-19 u l-effettività tiegħu. L-aġenzija Ewropea kienet bassret li fl-aktar xenarju possibbli, jiġifieri b’tilqim mifrux sew fost il-passiġġieri jew bil-pandemija mitmuma sas-sajf tal-2022, l-industrija tal-avjazzjoni din is-sena għandha tirkupra sa 51% tat-traffiku li kien hemm fl-2019 jew 5.64 miljun titjira. Skont dan l-istess xenarju, it-traffiku tal-ajru jilħaq 92% tal-livelli fl-2019 sa erba’ snin oħra jew 10.24 miljun titjira. Il-100% tal2019 mistenni jintlaħaq sentejn wara, fl-2026. F’xenarju ieħor, l-aktar wieħed ottimistiku (tilqim mifrux sew fost il-passiġġieri jew bil-pandemija mitmuma sas-sajf tal-2021), il-Eurocontrol tbassar li l-livelli tal-2019 xorta ma jintlaħqux qabel l-2024. Fit-tielet xenarju, li hu l-inqas

wieħed possibbli li jseħħ, jiġifieri fejn il-vaċċin ma jkollux effett u allura inqas persuni fiduċjużi li jsiefru, il-Eurocontrol tbassar perjodu ta’ tmien snin biex jintlaħqu l-livelli ta’ sentejn ilu. Fil-konklużjonijiet tagħha, l-aġenzija Ewropea tistenna li jkun hemm progress qawwi sas-sajf li ġej. “Dan l-impatt pożittiv jista’ jkun imtejjeb kemm-il darba nibdew biex nieħdu azzjoni u niffaċċjaw numru ta’ kwistjonijiet prinċipali, jekk irridu nibnu lura industrija aħjar. L-analiżi tagħna ġġegħelna nagħmlu numru ta’ tbassir għall-2021 u naslu għal xi konklużjonijiet importanti li għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni bil-għan li nsaħħu t-tieqa ta’ opportunità offruta minn din il-kriżi biex naħsbu mill-ġdid dak li ma jaħdimx sew,” ingħad mill-Eurocontrol. Hi qalet li l-impatt devastanti fuq l-industrija kollha se jħalli telf dirett ta’ madwar 191,000 impjieg fl-Ewropa. B’riżultat t’hekk, telf sostanzjali hu mistenni wkoll din is-sena, bl-aġenzija tenfasizza fuq il-ħtieġa ta’ appoġġ finanzjarju lill-industrija.


08

10.01.2021

ŻIEDA FIX-XIRI ONLINE RREĠISTRATA FIL-FESTI Minkejja l-isfidi tal-pandemija, qed jiġi rreġistrat f’diversi pajjiżi li l-bejgħ matul il-festi għeleb kull stennija grazzi għal żieda fix-xiri online waqt is-sales. Anke jekk studji li saru qabel kienu indikaw li ħafna aktar ċittadini kienu se jagħmlu x-xiri tagħhom online, partikolarment għar-rigali tal-Milied, l-ewwel ċifri rreġistrati min-negozji huma aħjar. Ikkwotata minn midja oħra din il-ġimgħa, Abigail Mamo, Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ għan-Negozji Żgħar u Medji, tenniet li l-maġġoranza tan-negozji lokali huma sodisfatti u mhumiex igergru għall-mod kif mar il-bejgħ matul il-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Hi stqarret li negozji mhux essenzjali issa laħqu l-50% tal-bejgħ tagħhom, waqt li dawk relatati ma’ oġġetti u investimenti fid-dar komplew sejrin tajjeb bil-bejgħ saħansitra jilħaq dak ta’ sena qabel jew anke jaqbżu. Minkejja dan, iċ-ċirkostanzi ta’ pajjiżna, li qatt ma mar għal lockdown totali (kif kien hemm min xtaq), huma ferm differenti minn dawk f’pajjiżi oħrajn li saħansitra għamlu iżjed minn lockdown wieħed fl-aħħar sena. Għaldaqstant ħafna aktar konsum kien imbottat biex isir b’mod diġitali f’ħafna pajjiżi li kienu milqutin minn restrizzjonijiet iżjed ħorox fil-moviment tal-persuni u bl-għeluq ta’ ħwienet, l-aktar dawk meqjusin mhux essenzjali. Skont analiżi ppubblikata mill-kumpanija Taljana Finaria.it, il-bejgħ bl-imnut żdied bi 3% matul il-perjodu tal-festi, 0.6% ogħla milli kien mistenni. Iż-żmien ikkalkulat, li tradizzjonalment jibda mill-1 ta’ Novembru, din is-sena kien estiż mill-11 t’Ottubru sal-24 ta’ Diċembru hekk kif il-konsumaturi bdew jixtru qabel. Waqt il-perjodu tradizzjonali tal-festi, il-bejgħ online żdied

b’mod konsiderevoli b’47.2%, waqt li għall-perjodu estiż ta’ 75 ġurnata minn Ottubru l-bejgħ irreġistrat online kien 49%. Ix-xiri online ammonta għal 19.7% tal-bejgħ kollu bl-imnut waqt il-perjodu, 6.3% iżjed mill-istess perjodu fl-2019. Skont stħarriġ ieħor ippubblikat fi tmiem Novembru li għadda, tlieta minn kull ħames (60%) konsumaturi Ewropej qalu li kienu qed jippjanaw li jagħmlu l-maġġoranza tax-xiri tagħhom online għall-Milied, b’wieħed minn kull ħamsa (20%) indikaw li din is-sena kienu se jagħmlu x-xiri kollu tagħhom għall-Milied minn fuq websites speċifiċi. Madwar 52% tal-konsumaturi Ewropej kienu qed jippjanaw li jagħmlu x-xiri tal-Milied waqt issales jew fil-jiem ta’ promozzjonijiet, bħal Black Friday u Cyber Monday. Ma’ dan, terz tal-konsumaturi (34%) kienu mistennija jħallu x-xiri tagħhom għal aktar tard, bit-tama li jakkwistaw skontijiet akbar. F’dak l-istħarriġ, ftit iktar minn kwart tal-konsumaturi (26%) kellhom l-intenzjoni li jnaqqsu l-infiq tagħhom fil-Milied li għadda, partikolarment minħabba impatt finanzjarju kkawżat mill-pandemija tal-Coronavirus. Iċ-ċifra żdiedet għal 30% fost persuni ta’ bejn 25 u 34 sena, l-akbar faxxa li ntlaqtet mit-telf tal-impjiegi b’riżultat tal-COVID-19. Sadanittant, skont Finaria.it, is-settur tal-għamara tad-dar ra l-akbar tkabbir fil-bejgħ bl-imnut waqt il-festi meta żdied b’16.2% fuq l-2019. L-istess bejgħ online saħansitra rreġistra żieda akbar ta’ 31%. Bl-istess mod, ħwienet li jbigħu prodotti għat-tisbiħ tad-dar ukoll esperjenzaw żieda sinifikanti ta’ 14.1%, b’79.7% ta’ xiri online waħdu. Min-naħa l-oħra, is-settur tal-ħwejjeġ sofra daqqa kbira bil-bejgħ jonqos b’19.1% kumplessivament, iżda kien hemm tkabbir ta’ 15.7%

Għaldaqstant ħafna aktar konsum kien imbottat biex isir b’mod diġitali f’ħafna pajjiżi li kienu milqutin minn restrizzjonijiet iżjed ħorox fil-moviment tal-persuni u bl-għeluq ta’ ħwienet, l-aktar dawk meqjusin mhux essenzjali

fix-xiri online tiegħu meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. B’ħafna konsumaturi beżgħana milli jmorru jixtru fiżikament, ix-shopping malls irreġistraw tnaqqis ta’ 10.2%, għalkemm raw tkabbir online ta’ 3.3% iktar mill-2019. Fl-Istati Uniti tal-Amerka l-bejgħ bl-imnut ukoll kellu sena ta’ nżul u tlugħ, b’titjib konsiderevoli fit-tieni nofs. Skont tagħrif ippubblikat mill-uffiċċju tal-istatistika Amerikan, Jannar u Frar irreġistraw żidiet ta’ 4.7% u 4.6% rispettivament. Minkejja dan, bħal diversi pajjiżi dinjin, kien irreġistrat tnaqqis f’Marzu (-5.7%) u waqgħa akbar f’April (-19.9%). F’Mejju t-tnaqqis kien ikkalkulat bħala 5.6%, waqt li minn Ġunju ’l quddiem reġa’ beda jiżdied il-bejgħ sakemm f’Ottubru u Novembru tela’ għal 8.5% u 8.9% rispettivament. Fil-ġimgħa ta’ bejn Jum ir-Ringrazzjament u Cyber Monday, ix-xiri online fl-Istati Uniti laħħaq iċ-ċifra ta’ $34.36 biljun jew 20.6% ogħla mill-istess perjodu fl-2019 meta ġie rreġistrat bejgħ ta’ $28.49 biljun. Għalkemm dan kien iddikjarat bħa-

la rekord ġdid għall-ħamest ijiem tant mistennija, iċ-ċifra kienet inqas mit-tkabbir ta’ 34.9% imbassar minn Digital Commerce 360 jew 38.3% imbassar minn Adobe Analytics. L-għadd ta’ xerrejja online żdied b’madwar 10 miljun persuna (17%) fuq l-2019 biex laħaq it-68.2 miljun ċittadin. Dan wassal biex il-bejgħ online jispara ’l fuq bi 32% minn $3.6 biljun li kienu rreġistrati fuq is-sena ta’ qabel. Mill-ħamest ijiem ta’ skontijiet, l-akbar bejgħ kien irreġistrat waqt Cyber Monday fejn intefqu $10.84 biljun mill-Amerikani, segwit minn Black Friday ($9.03 biljun) u Jum ir-Ringrazzjament ($5.11 biljun). Kollox ma’ kollox, dan wassal biex Novembru 2020 kiser kull rekord fejn 75.3% tal-bejgħ kollu bl-imnut f’dak ix-xahar seħħ online, imqabbel ma’ 51% li kien hemm f’Ottubru. Għall-ewwel 11-il xahar tal-2020, il-bejgħ li ma sarx fil-ħwienet żdied b’24% fuq l-istess perjodu sena qabel. Dan kien ukoll kważi d-doppju tar-rata ta’ 13.9% fiż-żieda fil-bejgħ online irrapportat bejn Jannar u Novembru tal-2019.


09

10.01.2021

KATALGU LOKALI TA’ 19-IL SENA TERREMOTI GĦADDEW 328 SENA MILL-AGĦAR THEŻŻIŻA SISMIKA LI LAQTET LIL PAJJIŻNA

Maria Efimova

BLA PROVI X’GĦAMLET BIL-€15,000 Maria Efimova, ir-Russa li hi mfittxija internazzjonalment fuq akkużi ta’ sperġur u ġurament falz fl-akbar gidba politika lokali ta’ Egrant, qed tirrifjuta li tippreżenta provi li qabbdet esperti forensiċi biex jeżaminaw dak li qed tgħid hi. Dan wara li, bl-appoġġ tal-ħbieb li għandha fl-establishment Nazzjona­ lista, irnexxielha tiġbor €15,000 biex, skont hi, tiffinanzja ħidmet l-esperti forensiċi li suppost ikkummissjonat ħalli jiġu vverifikati dokumenti li qalet li għandha marbuta ma’ Egrant. Intervistata minn midja oħra, Efimova qalet li tkellmet mal-esperti forensiċi u qalulha li mhu se joħroġ xejn sakemm hi tingħata status ta’ whistleblower minn Malta jew mill-Unjoni Ewropea. Ta’ min ifakkar li għal Efimova nħareġ mandat t’arrest Ewropew u trid tiffaċċja proċeduri ġudizzjarji lokali wara li ġiet mixlija li ħalfet falz quddiem dak iż-żmien il-Maġistrat Aaron Bugeja u li kissret il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja imposti fuqha fl-2016, wara li din ħarbet minn Malta. Waqt li ma qalitx min huma l-esperti jew il-kumpanija ta’ esperti li suppost qabbdet, is-sena l-oħra Efimova ddikjarat li għandha xhieda biex tissostanzja dak li qalet dwar Egrant, iżda kellha bżonn tqabbad esperti biex jivverifikaw kollox u għalhekk talbet biex jinġabru l-flus għal dan il-għan. Efimova, li anke żewġha kien ikkonferma li esponenti tal-establishment Nazzjonalista, primarjament David Casa u Manuel Delia, iffinanzjawha xi darba, ġabret €15,000 bil-crowd funding. Fil-kummenti li tat, qalet li nefqet €13,000 fuq analiżi forensika fejn skont hi, espert kellu anki jsiefer u mbagħad qalet li żammet €2,000 bħala riżerva. Qalet li ta’ dan għandha rċevuti ta’ x’nefqet, iżda mhux se tippubblikahom għalissa sakemm Malta toħroġilha status ta’ whistleblower.

Xjenzati mid-Dipartiment tal-Ġeofiżika fl-Università ta’ Malta ppubblikaw l-ewwel katalgu tat-terremoti ta’ pajjiżna. Huma identifikaw aktar minn 500 terremot li seħħew fil-viċinanzi tal-gżejjer Maltin bejn il-perjodu tal-1995 u l-2014 u li ġew irreġistrati fuq l-uniku stazzjon sismiku lokali msejjaħ WDD u li jinsab f’Wied Dalam, limiti ta’ Birżebbuġa. Minkejja l-ammont konsiderevoli ta’ terremoti, il-parti l-kbira tagħhom kienu dgħajfa u ma nħassux. Minbarra hekk, kull epiċentru tat-terremoti rreġistrati dejjem kienu fil-baħar madwarna, f’dawk li huma magħrufin bħala s-sistemi Graben. Dawn huma widien f’qiegħ il-baħar li jkollhom inklinazzjoni distinta fuq kull naħa kkawżata miċ-ċaqliq ’l isfel ta’ blokka ta’ art. Dawn spiss ikunu maġenb strutturi kkawżati b’mod naturali, riżultat ta’ forzi ta’ tensjoni miġjubin minn ċaqliq tat-topografija ta’ qiegħ il-baħar. Dawn is-sistemi jisseparaw lil Malta minn Lampedusa, Pantellerija u l-Afrika ta’ Fuq. Il-katalgu b’din l-informazzjoni jagħti dawl ġdid lejn l-attività taċċaqliq tat-topografija li seħħ madwar il-gżejjer Maltin. Il-kordinatur tal-pubblikazzjoni, Dr Matthew Agius, jispjega li l-katalgu jagħti l-ewwel stampa sħiħa tal-attività sismologa madwar l-arċipelagu Malti u se jgħin lix-xjenzati biex ifasslu mappa sismologa aktar preċiża tal-madwar ta’ pajjiżna. L-informazzjoni mill-2014 ’l hawn tjiebet sew, għax minn stazzjon wieħed li kien hemm sa dik is-sena, ġew installati seba’ oħrajn madwar il-gżejjer u b’hekk ġiet stabbilita l-Malta Sismic Network. Dan ifisser ukoll li dan il-katalgu tat-terremoti issa jista’ jkun aġġornat meta tkun ipproċessata aktar informazzjoni li qed tiġi rreġistrata fuq l-istazzjonijiet sismiċi kollha. Dan il-proġett kien iffinanzjat mill-Italia-Malta Operational Programme 2007-2013 (SIMIT) u l-INTERREG V-A Italia-Malta Operational Programme 2014-2020 (SIMIT-THARSY). Meta nitkellmu dwar terremoti, dawk li studjaw l-istorja lokali jiġihom f’moħħhom l-aktar terremot magħruf u l-agħar terremot li laqat sew lill-gżejjer Maltin. It-terremot tassiegħa u nofs ta’ waranofsinhar tal-11 ta’ Jannar tal-1693 – bħal għada 328 sena – li kien ħalla ħsara konsiderevoli warajh. It-terremot dam għaddej għal madwar erba’ minuti u nħass minn kullimkien f’pajjiżna. B’epiċentru, li kien ukoll lil hinn mix-xatt Malti u qrib sew Katanja, it-terremot kellu saħħa ta’ madwar 7.4 fuq l-Iskala Richter, li ħalla xejn inqas minn 18,000 persuna mejta fix-Xlokk ta’ Sqallija u ħsarat konsiderevoli f’Sirakuża, Katanja, Agrigento,

Avola, Noto, Ragusa u postijiet oħrajn. Il-Kavallieri ta’ San Ġwann intlaqtu sew, għax it-tsunami li rriżulta mit-terremot mhux biss qered il-belt ta’ Awgusta fi Sqallija, imma wkoll ikkaġuna ħsarat kbar f’għadd ta’ xwieni tal-Kavallieri li inzertaw ankrati f’dan il-port. F’Malta wkoll, kitba ta’ żmien il-Kavallieri tirrakkonta li dan it-terremot ħoloq paniku sħiħ fil-popolazzjoni Maltija, b’ħafna jagħmlu ljieli sħaħ jorqdu barra, fosthom il-Beltin li ħarġu fl-ispazji miftuħin fejn illum hemm il-Furjana. Il-poplu tal-Kottonera wkoll lebbet minn daru u ħa kenn fuq ix-xwieni tal-Kavallieri u bċejjec oħrajn tal-baħar li kien hemm fil-port. Fortunatament f’pajjiżna ma kienx hemm imwiet. Imma saret ħsara estensiva fil-bini tal-Belt, il-Kottonera u anke fl-Imdina. Fl-Imdina l-akbar ħsara saret fil-Katidral Medjevali Sikulo-Normann, li għalkemm ma nqeridx kompletament, ġarrab ħsara kbira. Il-Katidral, mibni fuq is-sit fejn il-leġġenda tgħid li San Pawl kien milqugħ mill-Gvernatur Ruman Publiju, imur lura għas-Seklu 13. Imma l-ħsara mġarrba ma tantx ittieħdet b’sorpriża għaliex il-Katidral ma tantx kien fi stat tajjeb u fil-fatt kien hemm pjanijiet li jitwaqqa’ u jinbena katidral ieħor. Tant, li hekk ġara u r-riżultat huwa

l-Katidral li għandna llum – fuq disinn tal-magħruf Lorenzo Gafà u li ġie kkonsagrat ad unur San Pietru u San Pawl fl-1703, 10 snin wara li beda l-bini tiegħu mill-ġdid u sena qabel il-mewt ta’ Gafà. Fil-Katidral il-ġdid wieħed jista’ jara artifatti li kienu jinstabu fil-Katidral ta’ qabel u li ma ġarrbu ebda ħsara, fosthom, pittura fuq pannelli, il-parti tal-orgni li tmur lura għas-Seklu 14 u l-postazzjonijiet talkor. Il-Katidral tal-Imdina ġarrab ħsarat minuri f’terremoti oħrajn li nħassu f’Malta wara dak tal-1693, inkluż f’dak tal-20 ta’ Frar tal-1743 fil-Baħar Jonju u f’dak tas-27 ta’ Awwissu tal-1886 filBaħar Eġew. Terremot ieħor li jissemma wkoll hu dak ta’ Messina fl-1908. Dan kien ħalla mas-70,000 persuna mejta f’dik il-belt u għexieren ta’ eluf oħrajn fi Sqallija u f’Reggio Calabria. F’Malta nħass sew l-effett tiegħu, tant li fl-Imsida l-baħar kien tela’ l-art u baqa’ dieħel ’il ġewwa u daħal anki fid-djar tan-nies. Fl-aħħar nett, il-kelma terremot. Ovvja li din ġejja mit-Taljan “terremoto”. Imma hi interessanti l-kelma li jagħtina l-lingwista u storiku Għawdxi, il-Qassis Ġan Piet Franġisk Agius de Soldanis, li ħadem fuq ilfamuż Damma ta’ Kliem Kartaġiniż u fih insibuh jirreġistra l-frażi “Ragħda tal-Art” għall-kelma terremot.


10

10.01.2021

STEDINA GĦAT-TILQIMA LILL-ANZJANI MINN GĦADA L-anzjani, li għandhom ’il fuq minn 85 sena u li jgħixu fi djarhom, minn għada se jibdew jirċievu l-ittra tal-appuntament biex jieħdu l-vaċċin tal-COVID-19, biżżewġ dati, ħinijiet u l-post għaż-żewġ tilqimiet. Dan hekk kif nhar l-Erbgħa wkoll, l-Awtorità Ewropea tal-Mediċini approvat il-vaċċin tal-kumpanija Moderna. Minn din tal-aħħar u l-ewwel kumpanija li kellha l-vaċċini approvat, Pfizer BioNTech, Malta se tkun qed tirċievi 770,000 doża filġimgħat li ġejjin. L-ittra lill-anzjani ta’ ’l fuq minn 85 sena se tintbagħat fuq l-indirizz li dawn għandhom imniżżel fuq il-karta tal-identità tagħhom u għalhekk il-post magħżul għat-tilqima se jkun fl-inħawi ta’ dan l-indirizz. Anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom u li huma rreġistrati mal-Commcare mhumiex se jirċievu

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne din il-ġimgħa wkoll ħabbar li sal-lum se jkunu ngħataw 4,000 doża, 8,000 doża sal-Ħadd li ġej u sa tmiem Jannar se jingħataw 21,000 doża l-ittra ta’ stedina ma’ dan ilgrupp, għax se jkunu qed isiru l-arranġamenti neċessarji biex ikunu l-awtoritajiet tas- li ġejjin. Madankollu, jekk tri tas-saħħa għat-tilqima, saħħa li jmorru fid-djar ta’ dawn l-anzjani għandhom huma mitluba jċemplu 145 dawn l-anzjani fil-ġimgħat il-mezzi biex imorru fiċ-ċen- biex tinħarġilhom stedina mill-aktar fis. Anzjani li għandhom ’il fuq minn 85 sena u li ma jirċevux l-ittra sal-aħħar tal-ġimgħa d-dieħla huma mitluba jċemplu 145 biex isiru l-arranġamenti neċessarji. Il-Ministeru għas-Saħħa hu konxju li hemm il-possibbiltà li għadhom imniżżlin fil-listi tal-awtoritajiet tassaħħa persuni li m’għadhomx magħna u għalhekk hu possibbli li dawn il-persuni xorta waħda jirċievu stedina fl-aħħar indirizz li kienu rreġistrati fih. Filwaqt li jiskuża ruħu ta’ dan, il-Ministeru jappella biex il-qraba ta’ dawn il-persuni jċemplu 145 u javżaw lill-awtoritajiet b’din l-informazzjoni. Separatament, mal-4,400 anzjan u anzjana li jgħixu f ’37 dar tal-anzjani madwar Malta, kif ukoll il-frontliners f ’dawn id-djar, bdew jitlaqqmu kontra l-COVID-19. Dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa l-istess proċess beda fil-Faċilità San Vinċenz de Paul, fejn qed jitlaqqmu madwar 70 persuna kuljum, inkluż impjegati. Wara tliet ġimgħat, id-doża se titla’ għal 140 tilqima kuljum. Il-proċess beda l-ewwel fost anzjani li għandhom ’il fuq minn 85 sena u eventwalment se jitlaqqmu wkoll madwar 2,000 impjegat fiddjar tal-anzjani, li jinkludu kemm djar tal-Gvern, kif

ukoll djar privati u tal-Knisja. Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia spjega li minħabba li t-tilqima trid tingħata f ’żewġ dożi, hemm pjan ta’ kif din se tkun qed tingħata. “Konxji tal-possibbiltà li t-tilqima jista’ jkollha xi side effects, irridu naraw li jkun hemm pjan lil min tingħata l-ewwel u minn liema swali biex nevitaw li jkollna xi persuni ma jifilħux, bħal impjegati li jkunu ġejjin mill-istess sala,” kompla l-Ministru. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne din il-ġimgħa wkoll ħabbar li sal-lum se jkunu ngħataw 4,000 doża, 8,000 doża sal-Ħadd li ġej u sa tmiem Jannar se jingħataw 21,000 doża. Hu ta wkoll rendikont ta’ x’se jkun qed jiġri bil-vaċċin matul is-sena jekk wieħed jieħu inkonsiderazzjoni li jkollna l-vaċċini tal-Pfizer u tal-Moderna biss, fejn sal-aħħar ta’ Marzu jkunu ngħataw 95,000 doża, salaħħar ta’ Ġunju se jkunu ngħataw 290,000, sal-aħħar ta’ Settembru se jkunu ngħataw 500,000 doża, filwaqt li sal-aħħar tas-sena se jkunu ngħataw 770,000 doża. Fost dawk li se jirċievu t-tilqim hu qal li sal-aħħar ta’ Mejju se jkunu ħaduha l-frontliners kollha, dawk kollha li jgħixu f ’istituzzjonijiet, inklużi fid-djar tal-anzjani, u dawk kollha li huma vulnerabbli.


11

10.01.2021

IMNEDIJA AWTORITÀ FAVUR LIVELL OGĦLA FL-EDUKAZZJONI AVVANZATA L-Awtorità tal-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ Malta (MFHEA), leġiżlata bl-Att dwar l-Edukazzjoni rivedut li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021, se tkun qed taħdem b’mod indipendenti biex tiżgura l-ogħla standards ta’ edukazzjoni u trawwem komunità dejjem aktar kompetenti. L-entità, li tnediet uffiċjalment nhar il-Ġimgħa mill-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana, se tħares li l-istudenti tal-edukazzjoni avvanzata u ogħla jirċievu edukazzjoni tal-aħjar kwalità. F’diskors tal-okkażjoni, il-Ministru Caruana qalet li, bħala Gvern, impenjati li nġibu tkabbir għall-pajjiż u għall-poplu tagħna. “Aħna impenjati li nipprovdu aċċess għal edukazzjoni ta’ kwalità b’mod ekwu. Sa mill-bidu li dħalt għal din ir-responsabbiltà, stqarrejt dak li bis-sħiħ nemmen fih, li l-edukazzjoni inklussiva u l-ekwità huma dritt fundamentali ta’ kull tifel u tifla. Mhux sempliċement nipprovdu aċċess għall-istituzzjonijiet iżda permezz tas-servizzi tal-Awtorità ta’ Malta tal-Edukazzjoni Av-

vanzata u Ogħla nrawmu komunità fejn kulħadd iħossu stmat u aċċettat,” qalet Dr Caruana. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità l-ġdida, Dr Rose Anne Cuschieri, saħqet li din se tkun qed topera b’mod biex tilleġittima u tissalvagwardja kemm l-istituzzjonijiet, kemm il-programmi ta’ studju li joffru kif ukoll lill-istudenti. Dan f’konformità mal-istandards tal-Unjoni Ewropea, bil-għan li wkoll tippromwovi aktar l-edukazzjoni fil-komunità. L-Awtorità, li tirregola l-istituzzjonijiet edukattivi u lill-provdituri tat-tagħlim avvanzat u ogħla, għandha diversi rwoli. B’mod ġenerali l-entità tirregola, tiggwida, tevalwa, tivverifika, tirriċerka u tirrapporta dwar l-elementi diversi tas-sistema edukattiva bl-iskop li tiżgura edukazzjoni ta’ kwalità għal kulħadd u biex tippromwovi prattiċi tajbin. Ir-rwoli ewlenin għandhom l-approvazzjoni formali mill-kummissjoni, li l-ħidma ta’ provditur ta’ edukazzjoni avvanzata jew ogħla, jew ta’ programm ta’ edukazzjoni marbut ma’ livelli fi ħdan

il-Qafas Malti tal-Kwalifiki, tilħaq l-istandards ta’ kwalità; u l-assigurazzjoni ta’ kwalità, li tirreferi għall-proċess li jipproteġi l-kwalità ta’ edukazzjoni avvanzata u ogħla fil-kuntest ekonomiku, soċjali u kulturali, fuq livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali. Dawn il-proċessi jistgħu jwasslu għall-għoti ta’ liċenzja, li tirreferi għall-proċess biex il-provdituri jagħtu kwalifiki nazzjonali jew kwalifiki barranin f’livell komparabbli. Rwoli oħrajn huma r-rikonoxximent formali miċ-Ċentru Malti għal Rikonoxximent ta’ Kwalifiki u ta’ Informazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki professjonali. L-MFHEA tivvalida tagħlim li jkun sar b’mod informali u mhux formali u tikklassifika din il-valutazzjoni f’livell tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki. Ġie mfisser li b’“tagħlim informali” hu mifhum tagħlim li jirriżulta minn attivitajiet ta’ kuljum li jkunu relatati ma’ xogħol, familja jew mistrieħ u li ma jkunx organizzat jew strutturat f’termini ta’ miri, ħin jew appoġġ għat-tagħlim, waqt li “tagħlim mhux forma-

li” jirrelata ma’ tagħlim integrat f’attività ppjanata li tkun organizzata barra mis-sistema tal-edukazzjoni formali. L-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla hi edukazzjoni li mhix obbligatorja, jiġifieri korsijiet li jkunu qed jiġu segwiti f’istituzzjonijiet post-sekondarji, vokazzjonali u terzjarji li jinkludu korsijet ta’ apprentistat. L-edukazzjoni avvanzata hi l-edukazzjoni mqabbla sa livell erbgħa, waqt li l-edukazzjoni ogħla tirreferi għall-edukazzjoni minn livell ħamsa ’l fuq. L-assigurazzjoni tal-kwalità hija importanti ħafna biex tiggarantixxi t-trasparenza u l-effiċjenza. Dan jgħin biex tinħoloq sistema ta’ edukazzjoni lokali affidabbli għall-benefiċċju kemm ta’ studenti nazzjonali kif ukoll internazzjonali. Barra minn hekk, l-assigurazzjoni tal-kwalità hija s-sinsla ta’ kwalunkwe qafas nazzjonali tal-kwalifiki. L-assigurazzjoni tal-kwalità ttejjeb u tassigura l-użu ta’ miżuri xierqa bħala mezzi biex titjieb il-kwalità ta’ governanza istituzzjonali, it-

tisħiħ, it-tagħlim, l-għarfien, it-taħriġ u r-riċerka tal-istudenti mmirati biex tinkiseb esperjenza ħolistika edukattiva ta’ kwalità. Il-Qafas tal-Kwalifiki ta’ Malta (MQF) jgħin biex is-sistema tal-kwalifiki Maltin tkun aktar faċli biex tinftiehem u biex tiġi riveduta filwaqt li tkun aktar trasparenti fuq livell nazzjonali u internazzjonali. Dan jiżgura l-portabbiltà tal-kwalifiki minn pajjiż għall-ieħor u jinkoraġġixxi aktar mobbiltà f’termini ta’ impjieg. Dawn il-livelli huma utli għax jiddeskrivu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi u jindikaw lill-istudent fejn iwassal il-proċess ta’ tagħlim. L-Awtorità se tkun qed tistinka għal edukazzjoni ta’ kwalità biex trawwem futur dejjem aktar kunfidenti. Temmen bis-sħiħ fil-bidla pożittiva li l-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla ta’ kwalità tagħti setgħa lill-individwu, lill-komunità u fl-aħħar mill-aħħar lillpajjiż. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mis-sit uffiċjali mfhea.mt.


12

10.01.2021

NAGĦTU AMBJENT AĦJAR LIL ULIEDNA:

IS-SEHEM TAL-WASTESERV RICHARD BILOCCA CEO tal-WasteServ

Il-WasteServ għaddejja minn żmien vibranti ħafna. Bħalissa għaddej fl-aqwa tiegħu l-proċess ta’ pjanar u xiri t’erba’ impjanti innovattivi li ser iwasslu lil Malta biex tibda tuża l-iskart kollu tagħha bħala riżorsa filwaqt li tiżgura li ma ssir l-ebda ħsara ambjentali. Dan ser iwassalna sabiex nersqu ’l bogħod minn snin twal ta’ dipendenza assoluta fuq il-miżbliet. Xi jfisser dan? Dan ifisser li uliedna ser igawdu ambjent aħjar, li l-pajjiż ser ikun iktar sostenibbli u b’hekk malli l-ekonomija terġa’ tirpilja għar-ritmu ta’ qabel il-pandemija ħa jkun hemm l-infrastruttura neċessarja tal-iskart biex tgħinha tikber b’saħħitha. Filwaqt li qed infasslu l-futur fuq sisien sodi, matul din is-sena wkoll ser ikollna żewġ inawgurazzjonijiet importanti. Ser inkunu qed inroddu lura

lin-nies medda ta’ madwar 100 tomna fl-inħawi taż-Żurrieq. Il-miżbla ta’ Wied Fulija li kienet ġerħa ambjentali kbira fuq l-irdumijiet tal-akkwata ser tiġi kkonvertita f ’masġar li ser iservi ta’ pulmun ġdid. Dan il-proġett għandu jitlesta fl-ewwel xhur ta’ din is-sena. Lejn l-aħħar tas-sena ser inkunu wkoll qed ninawguraw impjant ġdid ġewwa Ħal Far li ser jimmassimizza l-użu ta’ diversi materjali riċiklabbli. Dan l-impjant hekk imsemmi Multi-Material Recovery Facility ser ikun ħolqa oħra fil-katina lejn ekonomija ċirkolari. L-edukazzjoni hija importanti ħafna u matul din is-sena ser jiġi varat kunċett ġdid ispirat mill-kumpless u l-impjanti ECOHIVE. Ser jiġu introdotti tliet karattri ġodda immirati għat-tfal b’iktar informazzjoni li se tkun qed titħabbar fil-ġimgħat li ġejjin. Ser inkunu qed nip-

pubblikaw ukoll numru ta’ komiks u animazzjoni li jagħtu ħajja lil dawn l-impjanti u jispjegaw il-benefiċċji tas-separazzjoni tal-iskart. Ħaġa oħra li ser tkun qed tagħmel differenza kbira f ’ħajjet in-nies hija titjib li ser isir fl-inċineratur tal-Marsa qabel dan jiċċaqlaq għal kumpless ECOHIVE filħames snin li ġejjin. Iż-żona tal-Marsa għaddiet minn snin twal ta’ sofferenza ta’ ntejjen u aspetti negattivi oħra fosthom dħaħen relatati mal-industrija. Il-WasteServ hija konxja tal-ħtieġa ta’ ambjent aħjar u għalhekk ser tkun qed tinvesti madwar €2 miljun biex tibdel għalkollox is-sistema tat-tisfija tal-arja. Dan għandu jwassal biex kwalunkwe impatt mill-WasteServ fl-akkwata jiġi mxejjen għalkollox. Fil-kumpless ECOHIVE ser ikunu qed jiġu installati magni effiċjenti u ġodda biex itejbu aktar is-separazzjoni

tal-iskart. Lejn nofs is-sena tal-2020 ġiet inawgurata linja rudimentali u issa fl-2021 ser inkunu qed nixtru u nikkummissjonaw makkinarju awtomatizzat biex inkomplu nżidu l-ammont u l-kwalità ta’ materjal riċiklabbli. Fuq l-istess tema ser inkunu qed indaħħlu l-kunċett ta’ reuse li ser ikun qed jikkumplimenta ċ-Ċentri għall-Iskart Goff li magħhom ser inkunu qed niftħu erba’ ‘reuse centers’ fejn in-nies ikunu jistgħu jerġgħu jużaw materjali u oġġetti li jkunu għadhom tajbin. Għal dawn l-aħħar xhur il-WasteServ kienet qed taħdem fuq overhaul fl-impjant ta’ Sant’Antnin biex sakemm dan jingħalaq fiż-żmien imwiegħed ma jiġġenerax inkonvenjent lin-nies tal-madwar. B’dan l-investiment l-impjant ser ikompli jtejjeb ukoll l-effiċjenza tiegħu fl-ipproċessar tal-iskart organiku biex

Fuq l-istess tema ser inkunu qed indaħħlu l-kunċett ta’ reuse li ser ikun qed jikkumplimenta ċ-Ċentri għall-Iskart Goff li magħhom ser inkunu qed niftħu erba’ ‘reuse centers’ fejn in-nies ikunu jistgħu jerġgħu jużaw materjali u oġġetti li jkunu għadhom tajbin

b’hekk jiżdied mal-impjant li diġà qed jitħaddem fil-kumpless ECOHIVE. Dan il-pjan ta’ ħidma juri x-xogħol siewi li qed isir u jixhed kemm l-immaniġġjar tal-iskart qed jittieħed b’serjetà assoluta. Dan id f ’id mal-istrateġija ġdida tal-immaniġġjar tal-iskart li għadu kemm ħabbar il-Gvern. Pass pass mexjin lejn performance ambjentali ġdida. Imma mhux ser nieqfu hemm. Lejn l-aħħar tas-sena 2020 il-WasteServ nediet fergħa ġdida bl-isem ta’ GreenServ, liema fergħa ser tkun qed timbarka fuq proġetti nazzjonali ta’ tħaddir. Dawn jinkludu tliet proġetti pilota - wieħed fil-Mosta, ieħor fil-Ħamrun, u ieħor f ’Ħal Qormi. Dawn ser jinkludu ideat innovattivi li jagħtu spazji ħodor u rikreattivi f ’ċentri urbani. Xogħol fuq dawn il-proġetti mistenni jibda aktar tard din is-sena. Ser isiru wkoll xogħlijiet kmieni din is-sena fuq l-istudji ġeotekniċi għall-mina ta’ Santa Venera biex din tkun tista’ tissaqqaf ħalli noħolqu spazju aħdar ġdid u fl-istess ħin tiġi indirizzata l-problema tat-tniġġis tal-arja. Dan hu xogħol li ser iwassalna f ’livell ambjentali ġdid imma xogħol li għandu bżonn l-appoġġ tal-pubbliku b’mod speċjali fejn għandu x’jaqsam is-separazzjoni taliskart.


13

10.01.2021

IL-PARTIT LABURISTA, IL-PARTIT TAT-TALENT U L-GĦAQDA

OWEN BONNICI Ministru

Il-Partit Laburista ilu għal din l-aħħar kważi ġenerazzjoni sħiħa jkun l-għażla naturali tal-poplu Malti u Għawdxi għaliex hu mibni fuq moviment b’saħħtu ħafna ta’ nies li għandhom talent u li jridu jużaw dak it-talent għall-progress tal-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin. Fi kwalunkwe saff tal-ħidma fi ħdan il-Partit Laburista nara ħafna nies - kemm

żgħażagħ, kemm nies stabbiliti kif ukoll veterani li fadlilhom ħafna x’jagħtu lill-pajjiż – jeċċellaw fit-talent kbir li għandhom. Fil-Kabinett, fejn hemmhekk wara l-għażliet elettorali tal-poplu għandna rappreżentanti tal-Partit Laburista jokkupaw is-siġġijiet tal-Eżekuttiv tal-pajjiż, kull darba li npoġġi bilqiegħda madwar il-mejda kull ġimgħa nara madwari nies b’talent u ħila li qed jagħtu l-massimu tagħhom favur pajjiżna. Jien irrid insellem dan it-talent b’saħħtu li għandna u ninsab kburi ħafna bih. Talent li jmur lil hinn minn etajiet jew sessi. Talent li jagħmilna kburin li aħna Laburisti u li qed immexxu lil Malta ’l quddiem. Mhux ta’ b’xejn għalhekk li meta feġġ iktar kmieni s-sena l-oħra l-maltemp tal-pandemija, il-Gvern Laburista mexxa lil pajjiżna bl-aqwa mod. Ma kienx hemm manwal ta’ kif għandek timxi f’pan-

demija, perfetti ma konniex f’kull virgola u dettall, imma li hu żgur hu li meta nqabblu ma’ dak li ġara f’pajjiżi oħra nsibu li Malta ħarġet bl-unuri fid-diversi setturi, anke dawk l-iktar li ħtiġilhom attenzjoni. Naturalment xejn ma kien ikun possibbli mingħajr l-enerġija u l-ħidma tal-Prim Ministru Robert Abela li kellu magħmudija tan-nar. Iżda kif dejjem ngħidu, huwa fil-mument tal-prova li wieħed irid juri minn xiex inhu magħmul u l-Prim Ministru Abela wera li hu magħmul minn dawk it-talenti li mexxew u se jkomplu jmexxu lil pajjiżna ’l quddiem. Fattur ieħor li dejjem iddistingwiena f’din il-ġenerazzjoni ta’ suċċess li għaddejna u se nkomplu ngħaddu minnha hu li iktar kemm kien kbir it-talent, iktar żammejna saqajna mal-art u ma ħallejna lil ħadd u xejn ikabbrilna rasna. Kemm hi sabiħa l-umiltà u

nieħu gost nara lill-Prim Ministru Robert Abela u l-familja sabiħa tiegħu tkun qrib innies u l-familji u kontinwament tismagħhom, tkellimhom u tiddjaloga magħhom. Ninsabu fil-mitt sena anniversarju tal-Partit Laburista u nħares b’ottimiżmu kbir lejn il-futur ta’ dan il-partit. Ladarba nibqgħu nimmassimizzaw, nivvalorizzaw u nindukraw it-talent ta’ kulħadd u nibqgħu b’saqajna mal-art, umlin fid-dispożizzjoni tagħna u qrib in-nies, jien m’għandix dubju li nkomplu nagħmlu l-ġid li minnu jgawdi kulħadd. Jekk it-talent u l-umiltà huma l-kolonni li fuqhom jinbena u se jkompli jinbena s-suċċess ta’ dan il-partit, il-pedament huwa l-għaqda. U l-għaqda hi xi ħaġa li ħaddieħor lanqas jaf x’inhi u tiġi meta wieħed jaħdem għaliha kuljum. L-għaqda hi dak il-fattur li bis-saħħa tiegħu jissaħħaħ it-teamwork, li kulħadd flok

iħares lejn il-jien iħares lejn l-aħna. Ispirati mis-sentiment tal-għaqda, nagħmlu dak kollu li rridu nagħmlu flimkien – mhux għaliex hekk hu mistenni minna, imma għaliex nemmnu ħafna f’dak li qed nagħmlu kollettivament. Ngħid għalija xejn ma jagħmilni kburi meta nħares lura lejn il-ħafna snin li ili nimmilita fil-Partit Laburista mill-fatt li f’kull deċiżjoni li ħadt u f’kull mod li ġibt ruħi – kienu x’kienu ċ-ċirkostanzi – ħdimt, fiċ-ċokon tiegħi, favur l-għaqda f’kull ħin għaliex dik hi l-pedament li fuqu jinbena kollox. Nieħu l-opportunità li nawgura lill-qarrejja u lill-ħaddiema ta’ dan il-ġurnal popolari sena mill-isbaħ mimlija saħħa, hena u kuntentizza. M’għandix dubju li għal darb’oħra din se tkun sena li fiha flimkien se negħlbu l-isfidi u ndawruhom f’opportunitajiet taħt it-tmexxija għaqlija tal-Prim Ministru Abela.

BREXIT U L-KUMMERĊ BEJN MALTA U R-RENJU UNIT

JAMES GRECH

Espert Finanzjarju Kandidat II u III Distrett

Il-pajjiżi Ewropej ħadu nifs ta’ solliev hekk kif wara xhur twal ta’ negozjati, l-Unjoni Ewopea u r-Renju Unit laħqu ftehim dwar ir-relazzjonijiet futuri ta’ bejniethom. Ir-Renju Unit uffiċjalment ħareġ mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Jannar 2020. Iżda s-sena 2020 kienet perjodu ta’ tranżizzjoni fejn ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ partijiet baqgħu prattikament l-istess. Matul din is-sena li kienet ukoll maħkuma mill-pandemija, saru negozjati diffiċli ferm li fl-aħħar wasslu għall-

ftehim li jiffaċilita l-kummerċ u r-relazzjonijet bejn iż-żewġ partijiet. Dan il-ftehim huwa wieħed twil u kumpless u għalhekk f’dan l-artiklu se niffoka biss fuq l-aspett kummerċjali. Ta’ min nenfasizza li Malta u r-Renju Unit għandhom rabtiet kummerċjali b’saħħithom ħafna, speċjalment fl-importazzjoni tal-prodotti. Fl2018 madwar 10% tal-importazzjoni f’Malta kienet ġejja mir-Renju Unit. U f’ċertu setturi, bħal dawk tal-karozzi, tal-karta u prodotti relatati, ħwejjeġ kif ukoll prodotti farmaċewtiċi, is-suq Ingliż għandu sehem ikbar minn hekk. Ta’ min jenfasizza li permezz ta’ dan il-ftehim mhux se jkun hemm ebda dazju jew kwoti u limiti oħra għall-esportazzjoni u importazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit. Dan huwa importanti għaliex kieku ma ntlaħaqx ftehim kienu jiddaħħlu tariffi fuq bosta prodotti, u f’ċerti setturi dawn kienu jkunu sostanzjali li jgħollu l-prezzijiet u jwasslu għall-għoli tal-ħajja. Però

xorta se jkun hemm tibdil li se jaffettwa l-kummerċ bejn iż-żewġ partijiet. Bi Brexit, ir-Renju Unit ried flessibbiltà li jdaħħal leġiżlazzjoni, il-possibbiltà li jkollu kontroll fuq l-immigrazzjoni u ried ukoll li jkun ħieles li jagħmel ftehim kummerċjali ma’ pajjiżi oħra barra l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, ir-Renju Unit ħareġ mis-Suq Uniku Ewropew kif ukoll mill-unjoni doganali. F’unjoni doganali bħal mhija l-Unjoni Ewropea,l-pajjiżi membri kollha għandhom l-istess relazzjonijiet kummerċjali ma’ pajjiżi terzi oħra u japplikaw l-istess tariffi. B’hekk, wara li jitħallas id-dazju u jikkonforma mar-regoli kollha tad-dwana, bħall-kontrolli tas-sigurtà tal-prodott, prodott impurtat ikun jista’ jiċċirkola liberament fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea bħal kwalunkwe prodott immanifatturat ġewwa l-Unjoni Ewropea. Minħabba Brexit, il-prinċipju ta’ kummerċ ħieles ma jibqax japplika u prodotti impurtati mill-Ingilterra jkunu suġġetti għall-kontrolli u jkun hemm

bżonn ta’ dokumenti ta’ dikjarazzjonijiet għad-dwana. Dan jista’ jwassal għal diffikultajiet kif ukoll ittardjar fl-importazzjoni li minbarra li tkun ta’ inkonvenjent twassal għal iktar spejjeż għall-kumpaniji li jimportaw mir-Renju Unit. Importanti li sabiex prodotti mill-Ingilterra jiġu impurtati mingħajr dazju jridu jkunu ċertifikati bħala li oriġinaw mir-Renju Unit. Dan huwa aspett ieħor li jirriżulta peress li l-ftehim huwa wieħed ta’ kummerċ ħieles (free trade agreement) u mhux unjoni doganali. Għalhekk, sabiex prodott igawdi mill-kummerċ ħieles tal-ftehim, ikun hemm bżonn dokumentazzjoni li turi li l-prodott impurtat ġie mmanifatturat u huwa kkunsidrat bħala li oriġina mir-Renju Unit. Ilftehim jippermetti li l-kumpaniji jagħmlu self-certification tal-oriġini tal-prodotti tagħhom li huwa ta’ vantaġġ kbir. Però xorta jibqa’ l-fatt li jkunu jridu juru din id-dokumentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana. Għar-Renju Unit,

il-flessibilità li tkun tista’ jkollha regoli differenti mill-Unjoni Ewropea kien punt kruċjali f’Brexit. Bħalissa ż-żewg partijiet qablu fuq regoli li huma l-istess u għalhekk hemm dik li tissejjaħ level playing field. Però l-ftehim jippermetti li fil-futur dawn jistgħu jinbidlu. Jekk parti ma taqbilx ma’ tibdil bħal dan, jista’ jkun hemm tilwima kummerċjali li eventwalment twassal biex jiddaħħlu xi tariffi. Din il-possibilità se tibqa’ fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit fil-futur u tista’ żżid l-inċertezza għall-kummerċ bejn iż-żewġ naħat. Il-ftehim negozjat bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit ma jistax jirreplika l-kummerċ ħieles fis-Suq Uniku Ewropew. Għalhekk, huwa inevitabbli li se jkun hemm xi diffikultajiet ġodda fil-kummerċ bejn Malta u r-Renju Unit. Però, permezz ta’ dan il-ftehim, ir-relazzjonijet kummerċjali bejn iż-żewġ naħat ġew imħarsa bl-aħjar mod possibbli fiċ-ċirkostanzi tal-poplu Ingliż favur Brexit.


14

10.01.2021

PROTEZZJONI LIL MASĠAR Ambjent Malta u Heritage Malta qed jikkollaboraw biex flimkien jaċċertaw il-protezzjoni u ż-żamma ta’ masġar taż-żebbuġ ta’ importanza sinifikanti fil-Bidnija. Is-siġar f’dan il-masġar għandhom madwar 1,800 sena. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia u l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera waqt li nhar il-Ħamis ġie ffirmat ftehim (MOU) bejn iż-żewġ entitajiet. Il-Pjan ta’ Konservazzjoni, li jissemma wkoll fl-MOU, jinkludi numru ta’ miżuri dettaljati li jridu jiġu indirizzati kemm minn Ambjent Malta u anke minn Heritage Malta. Il-Ministru Farrugia spjega li dawn il-miżuri jinkludu ż-żbir ta’ siġar minn ġardinara kwalifikati mis-sezzjoni tal-afforestazzjoni ta’ Ambjent Malta. Ikun jinħtieġ permess mill-ERA biex jinżabru siġar li huma protetti mir-Regolamenti dwar il-Ħarsien tas-Siġar u l-Imsaġar (2011). Miżura oħra importanti tittratta l-ittestjar għall-Xylella fastidiosa, marda li hija ta’ theddida serja għal dawn is-siġar taż-żebbuġ. Għalkemm din il-marda għadha ma nstabitx f’Malta u s-siġar taż-żebbuġ kollha f’dan il-masġar ittestjaw fin-negattiv, eluf ta’ siġar taż-żebbuġ fin-naħa ta’ isfel ta’ Sqallija ġew affettwati minn din il-marda. Miżuri addizzjonali jikludu l-ittestjar ġenetiku u għall-kontenut ta’ polyphenol f’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta, il-propa-

gazzjoni u t-tħawwil ta’ dawn is-siġar taż-żebbuġ, l-installazzjoni ta’ kameras tas-CCTV, miżuri għat-tifi tan-nar, u r-restawr ta’ ħitan tassejjieħ li jinsabu fl-akkwata. “L-implimentazjoni ta’ dawn il-miżuri hija xhieda tal-impenn talGvern lejn il-protezzjoni tal-bijodiversità u l-ekosistemi ta’ pajjiżna b’rispett lejn ġenerazzjonijiet futuri,” qal il-Ministru Farrugia. Il-Ministru Herrera esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-iffirmar ta’ dan il-ftehim u qal li dan hu eżempju ċar ta’ kif entitajiet differenti jistgħu jaqsmu r-riżorsi tagħhom u jikkollaboraw b’risq il-ħarsien tal-patrimonju tanġibbli ta’ pajjiżna. L-inħawi fejn jinsab il-masġar għandhom ukoll importanza arkeoloġika billi madwarhom hemm midfunin il-fdalijiet ta’ villa rustika tal-perjodu Ruman fejn kien jinħadem iż-żejt. Aktar kmieni din is-sena kien ġie ffirmat ftehim ieħor, din id-darba bejn Heritage Malta, l-Università ta’ Malta u s-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali, biex it-tliet entitajiet jaħdmu flimkien fl-istudju u l-konservazzjoni tal-wirt kulturali ta’ dan is-sit. Apparti l-obbligu tal-protezzjoni ta’ din iż-żona li joħroġ mir-Regolamenti dwar il-Ħarsien tas-Siġar u l-Imsaġar (2011) u protezzjoni oħra li jirċievi dan is-sit minħabba li huwa skedat bħala Żona għall-Ħarsien tas-Siġar, Sit ta’ Importanza Ekoloġika u Sit ta’ Importanza Xjentifika, dan l-MOU jipprovdi miżuri addizzjonali biex isaħħaħ u jissalvagwardja l-protezzjoni u l-konservazzjoni ta’ dawn is-siġar antiki.


10.01.2021

FIL-BIDNIJA TA’ 1,800 SENA

15


16

10.01.2021

OPPORTUNITAJIET ĠODDA FIL-QASAM TAL-APPARAT MEDIKU

DEO DEBATTISTA Segretarju Parlamentari

Għall-ewwel darba f’Malta, żewġ kumpaniji li huma korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità applikaw mal-Awtorità tal-Mediċini biex isiru korp notifikat fis-settur tal-apparat mediku. Il-korp notifikat hu korp indipendenti u r-rwol tiegħu hu li jwettaq valutazzjoni tal-konformità taħt il-leġiżlazzjoni relevanti tal-Ewropa, bl-akbar integrità professjonali u bil-kompetenza neċessarja fil-qasam tal-apparat mediku. Il-manifattur jista’ jagħżel huwa stess il-korp notifikat li jkun kkwalifikat u kompetenti

fl-evalwazzjoni tal-istess prodott. Il-valutazzjoni min-naħa tal-korp notifikat tinvolvi verifika tas-sistema tal-kwalità tal-manifattur. Skont il-klassifikazzjoni tal-apparat mediku, ikun hemm proċess ta’ reviżjoni tad-dokumenti tekniċi li jkunu provduti mill-manifattur fuq is-sigurtà u l-pretensjonijiet ta’ prestazzjoni tal-apparat. Ġaladarba l-korp notifikat jiddetermina li manifattur ikkonforma mal-kriterji neċessarji tal-valutazzjoni, huwa joħroġ ċertifikat ta’ CE biex juri li l-prodotti li ġew evalwati jissodisfaw ir-rekwiżiti. Il-manifattur jiffirma Dikjarazzjoni ta’ Konformità u jipproċedi biex il-prodott jkollu l-marka ta’ CE. Hu ta’ unur li dawn iż-żewġ kumpaniji stabbiliti għażlu lill-Awtorità tal-Mediċini f’Malta sabiex jibdew il-proċess biex isiru korpi notifikati. Dan hu pass importanti u prestiġjuż li hu riżultat tal-ħidma professjonali tal-esperti dwar l-apparat mediku fi ħdan l-Awtorità tal-Mediċini u jkompli juri s-suċċess ta’ Malta bħala post ta’ eċċellenza fi ħdan ix-xjenza regolatorja.

L-Awtorità tal-Mediċini għandha fi ħdanha il-qasam li jirregola l-użu u r-reġistrazzjoni ta’ apparat mediku u apparat mediku in vitro f’Malta. B’hekk l-Awtorità tassigura li l-apparat mediku f’pajjiżna jkun ta’ kwalità, effikaċja u sigurtà bl-istess mod li huma l-prodotti mediċinali. L-esperti fi ħdan l-Awtorità tal-Mediċini qed jaħdmu f’kollaborazzjoni ma’ esperti oħra fil-livell Ewropew biex jevalwaw u jispezzjonaw liż-żewġ korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li applikaw biex isiru korp notifikat fis-settur tal-apparat mediku. Il-proċess il-ġdid ta’ evalwazzjoni min-naħa ta’ kemm l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi notifikati jeħtieġ professjonisti bi kwalifiki għoljin u mħarrġa speċifikament biex jagħmlu l-verifiki neċessarji kollha b’mod rigoruż. Ilproċess metikoluż, fejn l-Awtorità taħtar korpi notifikati, jieħu madwar 18-il xahar u jwassal sabiex il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkunu applikaw, jiġu maħtura bħala korpi tan-notifika. L-għan

ewlieni tal-korpi tan-notifika hu li joffru servizz ta’ valutazzjoni tal-konformità lill-manifatturi ta’ apparat mediku, fejn ikun meħtieġ skont il-legiżlazzjoni, biex jassiguraw li l-apparat mediku hu konformi mar-regolamenti Ewropej. It-tibdil fil-leġiżlazzjoni tal-apparat mediku fl-Ewropa wassal għal tnaqqis ta’ korpi notifikati li huma konformi mar-Regolamenti l-ġodda peress li numru żgħir biss minn dawn il-korpi għandhom nies tekniċi mħarrġa kif mitluba minn dawn ir-Regolamenti. In-numru ta’ korpi notifikati dwar l-apparat mediku niżel minn 68 għal 17, filwaqt li korpi notifikati dwar apparat mediku in vitro niżel minn 22 għal 4. Il-korpi tan-notifika huma parti indispensabbli tas-sistema regolatorja. Huma responsabbli biex jevalwaw l-apparat mediku u apparat mediku in vitro biex jassenjaw il-marka ta’ CE qabel dawn jitqiegħdu fuq issuq Ewropew. Il-fatt li l-proċess il-ġdid ta’ evalwazzjoni kemm min-naħa tal-Awtorità u l-korpi notifikati jeħtieġ professjonisti bi kwalifiki għoljin u mħarrġa

f’dan il-qasam, jiftaħ il-bibien għal opportunitajiet u esperjenzi ġodda għall-professjonisti fi ħdan ix-xjenza regolatorja. Il-kontribut tal-Awtorità tal-Mediċini fis-sezzjoni l-ġdida li twaqqfet tal-apparat mediku qed iwassal biex il-pazjent igawdi minn sigurtà ogħla u kwalità aħjar tal-apparat mediku. B’apparat mediku nifhmu numru ta’ prodotti Ii jintużaw fil-qasam tal-mediċina u jkopru ma’ nofs miljun prodott differenti, li jvarjaw minn siringa jew termometru, sa magna tarraġġi li tintuża għat-trattament tal-kanċer. Din ir-reputazzjoni tajba tal-Awtorità tal-Mediċini bħala ċentru ta’ eċċellenza qed tiġi rikonoxxuta globalment. L-Awtorità tal-Mediċini qed tipprovdi taħriġ speċjalizzat lil studenti u xjenzati Maltin u qed tattira wkoll xjenzati u spiżjara f’dan il-qasam minn aktar minn 20 pajjiż lil hinn minn xtutna bħall-Ġermanja u l-Ġappun. Bosta minn dawn l-akkademiċi diġà kisbu l-grad ta’ Dottorat fl-Apparat Mediku filwaqt li numru oħrajn qegħdin fil-proċess li jiksbu dan l-istess Dottorat.

70 SENA TA’ ŻGĦAŻAGĦ LABURISTI

GEORVIN BUGEJA President FŻL

Jekk tistaqsini, kif tfisser ‘żgħażagħ’, inwieġeb b’kelma waħda: Kuraġġ. Għandna d-determinazzjoni u l-aspirazzjonijiet tagħna. Il-ħolm tagħna, li forsi xi kultant jaf jinstema’ xi ħaġa kbira, iżda bl-enerġija u l-kuraġġ tagħna, dejjem nidħlu għall-isfidi biex naslu fejn nixtiequ. Għax kuraġġużi, iż-żgħażagħ iġibu magħhom il-bidla. 70 sena ilu, twaqqfet għall-ewwel darba l-fergħa taż-żgħażagħ fil-Partit La-

burista, dakinhar magħrufa bħala l-Labour League of Youth. Matul dawn is-70 sena, din il-fergħa taż-żgħażagħ fil-Partit Laburista evolviet u kibret. Minn dejjem kienu strumentali biex twettaq il-progress u seħħet il-bidla. Illum il-Partit Laburista, mhux talli għandu miegħu ż-żgħażagħ... mhux talli għandu jmexxuh liż-żgħażagħ, talli sar żagħżugħ hu stess. Timmaġinaw Partit Laburista, mingħajr iż-żgħażagħ? Timmaġinaw lil Malta, mingħajr il-Partit Laburista? Waħda mill-aktar deċiżjonijiet importanti li għamel il-Partit Laburista f’dawn l-aħħar snin, kien li għaraf il-potenzjal taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin u emmen fih. Tah l-ispazju, rawmu u kabbru. L-evolviment tagħna f’partit żagħżugħ ssarraf: - f’għajnuniet lil min qed jixtri l-ewwel propjetà tiegħu; - Benefiċċji lill-familji li qed irabbu t-tfal tagħhom; - Għajnuniet u benefiċċji

soċjali oħrajn; - Investiment fl-intelliġenza artifiċjali; - Tisħiħ tal-istipendji; - Kuxjenza ambjentali biex mill-bidu tas-sena pajjiżna waqaf jimporta single-use plastic u għandu mira li jmur carbon-neutral sal-2050;

- Vot fl-elezzjonijiet kollha u kontestazzjoni għall-elezzjonijiet lokali fl-età ta’ 16-il sena, Fost ħafna miżuri li ddaħħlu f’dawn l-aħħar snin. Il-fiduċja li pajjiżna qed juri fiż-żgħażagħ hija sinjal tal-politika ċara u d-direzzjoni

tal-Partit Laburista, bħala partit żagħżugħ, fl-amministrazzjoni tal-pajjiż. Bis-saħħa taż-żgħażagħ Laburisti, irnexxielna nimmodernizzaw pajjiż u nistinkaw għal drittijiet ċivili ġodda, fosthom id-divorzju, drittijiet LGBTIQ+, u tisħiħ fis-sistemi tal-IVF. Ksibna ħafna, iżda wasalna? Aħna qatt mhu se nkunu kuntenti fejn inkunu qegħdin, għax nemmnu li dejjem ikun hemm fejn jista’ jissaħħaħ u jitjieb. Għalhekk se nkomplu naħdmu biex insaħħu d-drittijiet tal-persuni, niżguraw l-opportunitajiet indaqs, u niġġieldu l-inġustizzji. Se naħdmu aktar minn qatt qabel biex inkunu ċerti li s-soċjetà tagħna tkun aħjar milli sibna. Minn qalbi, nirringrazzja lill-fundaturi tagħna, li 70 sena ilu kienu viżjonarji u bnew pedamenti sodi lilna u lil dawk li ġejjin warajna. Aħna kburin min aħna. Aħna kburin li żgħażagħ attivi. Kburin li Żgħażagħ Laburisti.


17

10.01.2021

BIL-GĦAQAL U BL-GĦAQDA SE NIMXU ’L QUDDIEM

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Ma’ Gvern Laburista taf fejn int. Ma’ Gvern Laburista moħħok mistrieħ. Gvern Laburista hu garanzija ta’ ħolqien ta’ ġid, xogħol u titjib fil-livell tal-ħajja. Dan kollu rajnieh jiġri quddiem għajnejna tul dawn il-kważi 8 snin ta’ Gvern Laburista li telaq għal għonq it-triq biex iqajjem l-ekonomija staġnata li writna minn Gvern Nazzjonalista f’Marzu 2013 u rnexxielu jsawwar ekonomija li ġġenerat tant ġid u impjiegi tant li ssarfet f’ekonomija li tagħmel fost l-ogħla tkabbir sena wara sena fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Il-ġid li nħoloq issarraf f’titjib fil-livell tal-ħajja tan-nies, fi proġetti nazzjonali fosthom dawk infrastrutturali, tqassim ta’ ġid lill-poplu f’żidiet fil-pensjonijiet, fil-pagi, fl-istipendji u fis-servizzi soċjali u tnaqqis fit-taxxi. Imma wkoll rajna l-pajjiż jirreġistra l-ewwel surplus sena wara sena, wara għexieren ta’ snin nagħmlu defiċit kull sena. Irnexxielu b’mod drammatiku u bil-għaqal inaqqas id-dejn nazzjonali għal livelli li qatt ma kienu qabel għal snin kbar. Dan il-Gvern irnexxielu jfaddal u jġemma’ sabiex isib fuq xiex idur meta jiġi l-għawġ. U s-siegħa tal-prova waslet 10 xhur ilu. Immaġinaw li kieku pajjiżna għadu mmexxi minn Gvern li l-ekonomija daħħalha ġo sqaq, b’dawk id-djun kollha u defiċit irreġistrat sena wara sena. Immaġinaw li kieku konna għadna mmexxija minn Gvern li flok joħloq l-impjiegi, il-qgħad kien qed iżid ta’ kuljum. Konna bħalissa nkunu fl-istess keffa ta’ pajjiżi oħra Ewropej bħall-Italja, Spanja u l-Greċja. Bis-saħħa tal-għaqal ta’ Gvern Laburista, pajjiżna baqa’ għaddej, l-impjiegi mhux talli ma ntilfux, talli nħolqu l-impjiegi, kuntrarju għal dak li qed jiġri fil-kumplament tad-dinja. Il-Gvern għen lill-ħaddiema, lin-negozji, lill-entrapriżi sabiex ir-rota tibqa’ ddur fi żmien tant ta’ sfida u ta’ inċertezza. Il-Gvern ta garanziji u serħan il-moħħ, dejjem b’konsultazzjoni sħiħa mal-istakeholders kollha. F’dawn il-ġranet stess il-Gvern se jalloka €1 miljun lis-sidien tal-barijiet u

l-każini f’għajnuna għad-diffikultajiet li affaċċjaw kawża tal-pandemija. U dan jiġri mingħajr imqar miżura waħda t’awsterità, għax dan hu Gvern bil-għaqal, Gvern li jimpurtah mill-familji Maltin u Għawdxin, Gvern li jħobb lill-pajjiż u lill-poplu tiegħu, Gvern li hu kburi li aħna lkoll aħwa Maltin u Għawdxin, Gvern li jxammar il-kmiem u jaħdem u jfittex li jsir l-investiment u mhux jilmenta li ġej il-maltemp u li qed jara l-ħalel ġejjin għalina u s-soluzzjoni tkun li ngħollu l-kontijiet u nnaqqsu l-leave lill-ħaddiema. Imma l-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li titkellem li tkun kburi b’pajjiżek u li rridu li pajjiżna jkun l-aqwa fid-dinja huma paroli fil-vojt u cliché. Ma nistennewx aħjar għal min jistħi jgħid li hu Malti u barra minn pajjiżu u mal-barranin jgħidilhom li hu Grieg. Ma nistenniex aħjar minn partit li jiddeċiedi li ma jiddeċidix. Qed narawha sseħħ quddiem għajnejna l-ħin kollu. F’din il-kriżi tal-Covid, il-Partit Nazzjonalista dan l-aħħar ifforma kumitat dwar il-pandemija, biex joqogħdu madwar mejda, jikkritikaw, joħorġu l-istqarrijiet mirquma u maħsuba sabiex la jinxtammu jfuħu u lanqas jintnu, bħas-soltu, joqogħdu gallarija, jikkritikaw biss u ma joffru l-ebda soluzzjoni jew suġġerimenti. Faċli tikkritika, mingħajr ma tagħti ideat ta’ soluzzjonijiet, ta’ x’kienu jagħmlu huma f’ċirkostanza bħal din. Nagħlaq b’dak li temm jgħid il-Prim Ministru fl-intervista tiegħu il-Ħadd li għadda fejn tkellem dwar l-importanza tal-għaqda f’pajjiżna. Saħaq kif din l-għaqda dehret ċara f’din l-aħħar sena li għaddiet fuqna hekk kif kien hemm bżonn ta’ sagrifiċċji u li kulħadd jiġbed ħabel wieħed. Is-sagrifiċċji saru minn kulħadd għall-ġid tas-soċjetà. “Dawn l-aħħar xhur kellna poplu li kien magħqud partikolarment minn Marzu li għadda fejn dik il-pressjoni li ġiet fuq il-pajjiż setgħet kissret pajjiż minflok nemmen li llum 10 xhur wara qegħdin b’saħħitna bħala pajjiż aktar milli konna f’Marzu li għadda.” Dan hu diskors li l-poplu jrid jisma’. Kliem ta’ kuraġġ u mhux kliem ta’ negattività u skoraġġiment. Imma fuq kollox il-poplu ra li l-Prim Ministru flimkien mal-Kabinett tiegħu mill-kliem mexa għall-fatti u wettaq u ħa deċiżjonijiet kbar u iebsa, ħafna drabi deċiżjonijiet li riedu jittieħdu ferm malajr. U ta’ dan persważa li l-poplu qed jieħu nota u qed japprezza. Jixhdu dan is-sondaġġi li jsiru minn żmien għal żmien fejn il-Prim Ministru u l-Gvern Laburista baqgħu jgawdu l-fiduċja assoluta tal-poplu Malti u Għawdxi u m’għandix dubju li din il-fiduċja se tiġi riflessa mill-ġdid meta l-poplu jerġa’ jiġi msejjaħ biex jagħżel lil min irid imexxih fis-snin u x-xhur li ġejjin.

Mid -Dj arju ta ’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 31 ta’ Diċembru Wasalna fi tmiem sena oħra li ċertament ma kinitx sena tajba għall-partit darba glorjuż tagħna. Bdejnieha bl-inkwiet u spiċċajnieha bl-inkwiet b’dak Hewitt, jew xi mniefaħ jismu, jgħajjar lilna li vvutajna lil Adrian (mhux Manuel) Delia, u l-Kap issa mhux ġdid, Bernard Grech jibqa’ b’idejh fuq żaqqu. Mank tah tbeżbiża żgħira, imma milli jidher Jason Azzopardi u Manuel (mhux Adrian) Delia ma ħallewhx. Kienet ukoll is-sena tal-pandemija li żammitna ġewwa tista’ tgħid disa’ xhur sħaħ, inkluż illum, man, għalkemm illejla xejn ma ddejjaqt li qgħadt ġewwa. L-ewwel u qabel kollox għax hemm barra hemm kesħa xxoqq il-għadam, u t-tieni ħadt gost ħafna nara dak il-kunċert mill-isbaħ li tana Andrea Boccelli. Il-Ġimgħa, l-1 ta’ Jannar Qattajt nofstanhar sħiħ inċempel lill-ħbieb biex nagħtihom is-sena t-tajba. Lil Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, lil sieħbi tal-Istamperija, lil dawk li kont niltaqa’ magħhom kull darba li kont nilta’ l-Belt, imma ma azzardajtx noħroġ mill-bieb ’il barra. Il-kesħa qiegħda tagħmel bija bil-kbir, man! Issa jew għax qiegħda tagħmel iżjed mis-soltu, inkella għax xjaħt. Taf x’naf, din il-pandemija qiegħda tgħażżinni wisq għax kultant lanqas mis-sodda ma jkolli aptit noħroġ. Illum qgħadt nara l-ġabra għad-Dar tal-Providenza u bqajt imbellah nara lil Adrian (mhux Manuel) Delia jagħti somma, jekk fhimt sew, ta’ nofs miljun ewro. Ma nafx jekk fhimtx sew, għax dak il-ħin l-istazzjon tagħna waqqaf it-trażmissjoni. Nispera li ma għamluhiex apposta, għax allura vera għandna għalfejn nistħu! Is-Sibt, 2 ta’ Jannar Għaddew il-festi u mil-lum nibdew nerġgħu għan-normal. Insomma għan-normal għan-normal, ma jistax ikun, għax il-pandemija magħna kienet u magħna għadha, għalkemm issa, li wasal il-vaċċin, nittamaw li nibdew neħilsu minnha. Imma issa nkun nista’ nibda mmur sa ħdejn sieħbi tal-Istamperija kull nhar ta’ Sibt, biex inkun mgħarraf dejjem aktar dwar dak li jkun għaddej fil-partit darba glorjuz tagħna. Nispera li ma nibqax nisma’ biss aħbarijiet koroh għax issa xbajt sal-ponta ta’ mnieħri, u bl-elezzjoni ġenerali riesqa mhux ħażin, ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk, nitgħajru u nagħtu bejnietna qisna kelb u qattus. Hemm bżonn li ningħaqdu, man, għax inkella fl-oppożizzjoni qegħdin u fl-oppożizzjoni nibqgħu, u ma jistax ikun li nibqgħu dejjem fl-oppożizzjoni. Il-Ħadd, 3 ta’ Jannar U mela hekk, man! Jien hekk irrid nisma’ li, kif qalilna l-kap issa mhux ġdid, Bernard Grech, il-Partit Nazzjonalista għadu partit ħaj. Veru li m’għadux il-partit glorjuż kif konna nafuh fi żmien il-mibki Ġorġ Borg Olivier u l-kbir Eddie, imma ladarba għadu ħaj, dejjem hemm it-tama li nerġgħu naraw lill-partit tagħna b’saħħtu daqskemm kien. Issa ħalli-

ha li l-Malti jgħid li min jgħix bit-tama, imut bil-piena, imma dan ma jgħoddx għall-politika. Il-partiti kollha, xi żmien jew ieħor, jgħaddu minn problemi mhux żgħar, imbagħad jirpiljaw. Il-ħmerija hi li jien ma nafx kif nistgħu nirpiljaw b’Bernard Grech iħalli lil kulħadd jagħmel li jrid u hu jibqa’ b’idejh fuq żaqqu, għax s’issa, għalkemm suppost ilu jmexxijn kważi 100 jum, għadu ma wriniex xi jsarraf. It-Tnejn, 4 ta’ Jannar Ikolli ngħid li l-kumitat tat-tmexxija tal-Għaqda tat-Tobba, il-MAM, kuljum jibda l-ġurnata b’laqgħa għax kważi ma tgħaddix ġurnata li ma joħorġux stqarrija bi kritika kontra l-Gvern. U tiskanta man, dejjem isibu x’jikkritikaw anke jekk il-Gvern ikun qiegħed ikun imfaħħar minn esperti barranin, fosthom l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Imma aħna ma jimpurtaniex minn dak li jgħidu l-esperti barranin u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Aħna jimpurtana minn dak li tgħid il-MAM għax dawk qegħdin jgħixu f’pajjiżna u jafu x’inhu għaddej, u allura x’inhuma jgħidu. Ovvjament qabel kull stqarrija li joħorġu, il-Bambin biss jaf kemm idumu jiddiskutu u jgħarblu, għalkemm hawn min jgħid li l-istqarrijiet joħroġhom il-President bla konsultazzjoni ma’ ħadd. Jekk inhu hekk sewwa. Mhux għalhekk qiegħed president! It-Tlieta, 5 ta’ Jannar Ma nafx għaliex, Francis Zammit Dimech, issa segretarju ġenerali tal-partit darba glorjuż tagħna, qiegħed jagħmel dan l-għaġeb għax Charles Azzopardi, li kien Sindku tar-Rabat, u li ma kienx qabel ma’ ċerti deċizjonijiet li ħa l-Partit Laburista, issa tefa’ n-nomina tiegħu għas-siġġu vakat mill-Eks Ministru Edward Scicluna. Naħseb li Francis jaf li ħadd ma jista’ jżommu. U naħseb li blgħaġeb li qiegħed jagħmel, qiegħed ifakkar lil kulħadd f’dak li kien għamel u qal David Thake, issa deputat tagħna. Qiegħed ifakkar lil kulħadd li dan David Thake tgħidx kemm kien għajjar lill-Kap tagħna ta’ dak iż-żmien Adrian Delia. Minn kollox kien għajru, man, imma mbagħad aċċettajnieh bħala deputat tagħna biex mal-klikka ta’ Jason Azzopardi, seta’ jkompli jagħti l-gambetti lil Adrian Delia. L-Erbgħa, 6 ta’ Jannar Jidher li qiegħed jingrana sew, man, il-Kap issa mhux ġdid tagħna Bernard Grech. Ma saritx tgħaddi ġurnata li ma jattakkax lil Robert Abela. Daqqa fuq ħaġa, u daqqa fuq oħra. Insomma ma nafx kemm qiegħed jagħmel tajjeb jattakkah kontinwament fuq il-pandemija COVID-19 għax minn dak li naqra u nisma’, il-problemi tagħna mhumiex kbar daqskemm huma dawk ta’ pajjiżi oħrajn. Aktar u aktar issa li ġie approvat il-vaċċin ta’ Moderna li mistenni jasal hawn Malta filġimgħat li ġejjin. Imma mbagħad, ngħid jien, jekk ma nattakkawhx fuq il-pandemija, fuq xiex tridna nattakkawh, għax illum ħlief pandemija tiela’ u pandemija nieżla ma tismax.


18

10.01.2021

KURŻITAJIET MINN XI ISMIJIET TA’ POSTIJIET F’MALTA L-ismijiet tal-postijiet jew kif aħjar jissejħu, it-toponomi, minn dejjem laqtu l-immaġinazzjoni ta’ bosta. Dan għar-raġuni li fihom ikun hemm mistur ċertu seħer jew informazzjoni moħbija li għaddiet minn ġenerazzjoni għal oħra u li jista’ jkun ukoll li ntilfet sa ma waslet għandna llum. Għalhekk, f’din l-intervista li qed nagħmel lil SIMON SALAFIA, studjuż u riċerkatur f’dan il-qasam u gwida, hu se jwasslilna, għadd ta’ kurżitajiet lingwistiċi, minn xi ismijiet ta’ postijiet li jinsabu fil-gżira ta’ Malta u li żgur se jqanqlu interess. Barra minn hekk, Simon irnexxielu jirriċerka u jsib madwar 980 isem ta’ wied milli kellna u għadna naraw fil-gżejjerMaltin. Minn CHARLES B. SPITERI

Qabelxejn Simon, tista’ jekk jogħġbok tagħtina xi definizzjonijiet li huma meħtieġa biex inkunu nistgħu nifhmu l-kuntest ta’ din l-intervista? Mela le. Toponimu jeħtieġ tliet elementi biex ikun definit. Dawn huma (a) l-għajn jew sors tal-informazzjoni fejn dan l-isem hu dokumentat; (b) mappa jew xi mezz ieħor fejn dan l-istess isem jista’ jiġi lokalizzat u (ċ) il-perjodu ta’ żmien meta dan l-isem kien jeżisti jew għadu jeżisti. Jiġifieri la jkollna dawn it-tliet definizzjonijiet, ikun kollox aktar faċli? Imbagħad, l-għejun jew is-sorsi tal-informazzjoni jistgħu jinġabru fi tliet taqsimiet, li huma: (a) Dokumenti miktuba, bħal pereżempju mill-atti notarili, kuntratti, u kull tip ta’ kitba fejn hemm deskrizzjoni ta’ postijiet. (b) Dokumenti kartografiċi, bħal mapep, portulani, kabrej, eċċ. li jindikaw fejn jinsabu dawn l-ismijiet (ċ) Għejun jew sorsi orali li jinġabru mingħand nies komuni li madankollu għandhom maħzun ġo fihom ħafna ismijiet ta’ postijiet u mkejjen li jiftakru minn missirijiethom, u kif kienu jingħadu minn ġenerazzjoni għal oħra. Insibu xi ismijiet ta’ postijiet, li għalkemm huma dokumentati f’xi atti notarili jew kuntratti, illum il-ġurnata ma nafux fejn jinsabu? Naturalment. U mhux hekk biss, iżda nafu wkoll li hemm

xi ismijiet ta’ mkejjen li jinsabu f’iktar minn post wieħed, bħal kultant, wieħed f’Malta u ieħor f’Għawdex. Balzunetta, il-Fgura, il-Gudja u r-Rabat huma erba’ ismijiet ta’ mkejjen li jinsabu kemm Malta u Għawdex. Għalhekk jinħtieġ li naqsmu t-toponomi f’żewġ kategoriji, li huma: (a) Toponomi Nieqsa, li jinkludu dawk l-ismijiet ta’ mkejjen fejn jeżistu referenzi dokumentati (jew għall-inqas hemm referenza waħda) bil-kitba għalihom, iżda ma jistgħux (sa issa) jiġu lokalizzati fuq mappa. (b) Toponomi Sħaħ, li jinkludu dawk l-ismijiet ta’ mkejjen li jistgħu jiġu lokalizzati fuq mappa, ikunu xi jkunu s-sorsi jew għejun ta’ informazzjoni.

minn dawn it-toponomi ‘strambi’. Għalhekk nistgħu naqsmu t-tifsiriet ta’ kull toponomu fi tliet taqsimiet: (a) Toponimi li t-tifsira tagħhom hija magħrufa b’ċertezza assoluta (bħal Senglea, Valletta, eċċ.) (b) Toponimi li għandhom tifsira plawsibbli u / jew loġika. (ċ) Toponimi li sa issa, m’għandhomx tifsira plawsibbli u / jew loġika.

isemmi li kull sors orali li kellimt u li tista’ toqgħod fuqu, qalli li dejjem sema’ lill-antenati tiegħu jgħidu Wied Ġarnaw. L-isem Garnaw sar popolari f’Malta meta ġie ffurmat grupp ta’ azzjoni jismu Save Wied Garnaw Action Group, biex f’dan il-wied ma jsirx żvilupp urban u ma jinqeridx.

Jiġini isem f’moħħi li bħal f’ħafna kelmiet oħra jkollhom varjant. Qed naħseb f’Wied Garnaw. Iżda hemm min jirriferi għalih bħala Ġarnaw. Liema hu l-isem korrett u kif tasal għalih bħala l-aktar plawsibbli?

Naturalment kull toponomu li nsibu ġie msawwar għax kellu xi tifsira mal-isem. Iktar ma jkun ‘stramb’, iktar ikun diffiċli ssib tifsira għal ċerti toponomi?

Dan l-isem jeżisti bħala isem ta’ wied qrib Santa Luċija. Bla dubju ta’ xejn, it-tweġiba hija Wied Ġarnaw, għax f’mapep antiki tal-bidu tas-seklu 20, mitbugħa f’Chatham (l-Ingilterra), il-kelma Ġarnaw insibuha miktuba fil-forma taljanizzata bħala Giarnau. Din tinsab ukoll f’Survey Sheet Numru.107 tal1912. Jissemmew: Ta Giarnau u Valley ta’ Giarnau. Ta’ min

Wara li nafu li Wied Ġarnaw hija l-verżjoni korretta, it-tweġiba għall-mistoqsija tiegħek hi ftit diffiċli biex titwieġeb, għalkemm l-ewwel ħsieb tiegħi kien li seta’ kien xi isem Katalan bħal Dalmaw, iżda għalkemm kont żbaljat, ma kontx tqarraqt għalkollox. Isem ta’ għalqa fil-qrib li sibt mill-Kabrej tal-Ingliżi kif ukoll wara li fittixt fil-Placenames ta’ Profs. Godfrey Wettinger, it-tweġiba ħarġet ċara bħallkristall. Ġarnaw hija taqsira ta’ Ġnien Arnaw, fejn Arnaw hu isem Katalan li jiġi Arnold bl-Ingliż u Arnoldo bl-Ispanjol. L-isem tal-għalqa li tatni din l-informazzjoni kienet din (fil-verżjoni oriġinali): “PIANTA della Clausura denominata TA GARRIBA sita nei limiti di Casal Luca contrada TA WIET BUNDARA”.

Hekk hu, iżda jekk ma ssibx tifsira, ma jkun ġara xejn. Madankollu, dejjem aħjar tistenna sakemm ifeġġ xi dokument li jagħti dawl ġdid fuq xi wieħed

L-isem Garnaw sar popolari f’Malta meta ġie ffurmat grupp ta’ azzjoni jismu Save Wied Garnaw Action Group, biex f’dan il-wied ma jsirx żvilupp urban u ma jinqeridx

Fir-realtà, xi tfisser il-kelma Ġarnaw?

Wied Ġnien Arnaw, s’issa ma nstab l-ebda sors fejn il-wied huwa dokumentat hekk. Finalment, Wied Bindara/Bondara/ Bundara, dokumentat minn Profs. Wettinger, seta’ jkun lokalizzat fuq mappa. Bħala toponomi oħra nsibu GĦASFURA, GĦASFURIJA jew GĦOSFORIJA. Iltqajt magħhom?

Dawn it-tliet ismijiet iltqajt magħhom f’ħames sitwazzjonijiet differenti, fejn għall-ewwel ma rajt l-ebda konnessjoni u spjegazzjoni loġika. Nibdew naraw is-sorsi, wieħed wieħed. Fis-Survey Sheets mitbugħa fl-1968, fl-inħawi bejn il-Baħrija u l-Bajja ta’ Fomm ir-Riħ, iltqajt mal-isem “Ta’ Għasfura”. Meta dort l-ismijiet tas-Survey Sheets mitbugħa f’Chatham (l-Ingilterra) daqs 70 sena qabel, l-isem kien differenti: Ta’ Għasfurija. L-ewwel reazzjoni kienet naturali: Għasfurija hija żbaljata u wara ġiet ikkorreġuta. Wara ltqajt ma’ isem ta’ wied minn sors orali li ma kontx smajtu qabel. Dan ikkonfermajtu ma’ tliet persuni oħra li tnejn minnhom tawni l-laqam tan-nies li jaħdmu r-raba’ fl-inħawi tal-wied. Smajtu hekk: Wied Osforija, iżda mill-ewwel fhimt li għandu jinkiteb Wied Għosforija. U x’konklużjonijiet stajt Dan stajt aktar nikkonfermah, toħroġ minn dan it-tagħrif meta indunajt li dan il-wied miksub? jinsab qrib ħafna tal-post imsejjaħ ‘Ta’ Għasfurija’ u li GħosStajt nara li Wied Garnaw huwa furija hija sempliċement varpsewdo-toponomu li m’għan- jant djalettali. dux jintuża, u li Ġnien Arnaw huwa toponimu li huwa ddo- Kif irnexxielek tasal għal dan? kumentat fis-seklu 15 u llum m’għadux jintuża u/jew jeżisti. It-tifsira sibtha ftit iktar tard. Barra minn hekk, għalkemm Kont bdejt niġbor it-toponomi Wied Ġarnaw hija t-taqsira ta’ msemmijin minn Ġan Franġisk


19

10.01.2021 Abela fid-Descrittione di Malta Isola nel Mare Siciliano con le sue Antichità, ed Altre Notizie (1647). F’paġna 68 tal-ewwel ktieb, fejn jissemmew postijiet li mingħajr l-iċken dubju huma l-Iskirvit, Wied Gerżuma, l-Imġar (illum miktuba Imġarr) u Rdum Pellegrin, hemm isem imsejjaħ hekk: Aayn Sfuria. Din hi bla dubju Għajn Sfurija, li baqgħet ħajja sa żmienna bit-taqsira Għasfurija jew Għosforija. Madanakollu, x’inhi t-tifsira tal-kelma ‘Sfurija’? Nistqarr li m’għandix tweġiba ċerta, iżda meta tqabbel it-toponomi kollha li fihom il-kelma Għajn, tasal għall-konklużjoni li dawn jistgħu jkunu deskrittivi (bħal il-Għajn it-Tajba; il-Wied tal-Għajn it-Tajba f’Malta; il-Għajn il-Kbira, toponimu sħiħ li jeżisti f’Malta u f’Għawdex) jew antroponomi, jiġifieri jagħtu informazzjoni dwar il-persuna jew persuni li jużaw dik l-għajn partikulari jew li huwa jew huma s-sidien ta’ dik l-għajn. Eżempji ta’ dan it-tip huma Għajn Mula; Għajnsielem (Għajn Sielem); Għajn Abdul; Għajn Berta u Għajn Kalment. Wied Għajn Mula jinsab Malta. L-oħrajn qegħdin f’Għawdex. Jidher ċar (anki mill-istruttura tat-toponomu, li qiegħed fl-istat kostrutt) li Mula, Sielem, Abdul, Berta u Kalment (verżjoni djalettali ta’ Klement) huma ismijiet ta’ persuni. Sfurija bħal Tuffieħa (Għajn Tuffieħa) jista’ wkoll ikun isem Għarbi ta’ xi tfajla li kienet tuża dik l-għajn! Jiġifieri tinsab xi dokumentazzjoni fuq dan ilwied? Iva. Jinsab dokumentat filktieb tal-botaniku John Borg, Descriptive Flora of the Maltese Islands, mitbugħ fl-1927. Dan il-ktieb jiddeskrivi l-ħxejjex u

s-siġar f’Malta u jagħti ħjiel tajjeb fejn kienu jinsabu dak iżżmien. Hawnhekk dan il-wied jissemma erba’ darbiet, iżda jinkiteb hekk: Wied il Ghasfuria (oriġinal), jew Wied il-Għasfurija (Malti standard).

jeskludi l-possibbiltà li huwa Meta tiġi biex tikklassifika isem femminili Għarbi. l-widien x’tagħmel?

Iżda allura x’inhi t-tifsira talkelma Randan?

Naf li s’issa rnexxielek issib 980 isem ta’ wied fil-gżejjer Maltin. Ifisser li kull lokal kellu wieħed jew aktar?

Għaliex ġie miżjud l-artiklu (il-)?

Il-widien li sibt jinsabu f’Malta, Għawdex u Kemmuna. Tista’ tgħid li fil-maġġoranza tagħhom, il-lokalitajiet kollha kellhom jew għandhom wied. Li nistgħu nikkonfermaw hu li tliet postijiet żgur li ma setax ikollhom wied, għax it-topografija ma tippermettilhomx dan. Dawn huma l-Isla, Ta’ Xbiex u Santa Venera, għax huma ċatti. Imbagħad hemm żewġ lokalitajiet oħra; Pembroke u Tas-Sliema, li għandhom wied, iżda s’issa ma sibtx l-isem tagħhom. Wied Ħarq Ħamiem, għalkemm ħafna jaħsbu li jinsab Pembroke, skont il-konfini, huwa ma’ San Ġiljan. Interessanti wkoll li fil-Belt Valletta kien hemm ħames widien. Barra minn hekk, hemm numru ta’ widien li ntilfu biż-żmien, bħal Wied Filep qrib Wied il-Għasel, li llum sar barriera. Taħt l-għolja artifiċjali tal-Magħtab, il-miżbla, ukoll hemm wied – din id-darba tant mimli radam li sar ‘muntanja’. Sa issa, kellimt anzjani li jiftakruh bħala wied iżda ħadd ma rnexxielu jiftakar l-isem ta’ dan il-wied mirdum!

Għall-ewwel ħsiebek imur għall-kelma jew nom ir-Randan, li hija mill-Għarbi “Ramadan”. Iżda l-imkejjen li sibt ma jissejħux Wied ir-Randan u Sqaq ir-Randan. Mill-istruttura taż-żewġ toponomi, it-tnejn fl-istat kostrutt, wieħed faċilment jikkonkludi li Randan huwa isem Għarbi li qabel kien jissejjaħ Ramadan, isem komuni ħafna. Kif in-nom ir-Randan (fil-lingwa Maltija) ġej minn “ar-Ramadan”, hekk ukoll l-isem Randan (fit-toponomastika) ġej mill-isem Għarbi, Ramadan. Li ma nafux huwa jekk dan Ramadan jew Randan kienx l-istess persuna li għalih issemma l-wied u l-isqaq, jew kinux żewġ persuni differenti! Nafu biss li hemm madwar erba’ kilometri mixi biex millwied tasal sal-isqaq!

Tweġiba loġika tista’ tkun biex it-toponomu jagħmel iktar sens: il-Wied tal-Għasfurija, fejn Għasfurija tfisser il-femminil ta’ Għasfur (bħal Malti – Maltija; Għawdxi – Għawdxija; Sqalli – Sqallija; eċċ.). Kien għalhekk ukoll, kif naħsibha jien, li fl-1968, fis-Survey Sheets inkiteb bħala ‘Ta’ Għasfura’ għax ma setgħux jagħtu tifsira lill-kelma “Għasfurija”! Mhux ta’ b’xejn li meta staqsejt lill-istess nies li tawni l-isem korrett tal-wied (Wied Għosforija), jekk qattx semgħu l-inħawi jissejħu ‘Ta’ Għasfura’ tbissmu u daħku. Ħasbuni qed niċċajta! Għaliex sar dan? Għax ‘Ta’ Għasfura’ huwa psewdo-toponomu li m’għandux jintuża. Ta’ Għasfurija huwa l-korrett. Terġa’ ‘Għajn Sfurija’ huwa toponomu li hu ddokumentat fis-seklu 16 u 17 u llum m’għadux jintuża u/jew jeżisti. Imbagħad, Wied Għosforija hija t-taqsira ta’ Wied Għajn Sfurija, iżda s’issa ma nstab l-ebda sors fejn ilwied huwa dokumentat hekk. Madankollu, Wied Għosforija huwa ‘dokumentat’ minn sorsi orali. Sa issa, l-iktar verżjoni qrib li nstabet dokumentata bil-kitba hija ‘Wied il-Għasfurija’ (li kieku kienet Wied Għasfurija kienet tkun aċċettabbli u korretta). Sa issa nistgħu ngħidu li għadha ma nstabitx dokumentazzjoni li tagħtina tifsira plawsibbli u loġika ta’ ‘Sfurija’, għalkemm wieħed ma jistax

Jien naqsamhom fi tliet gruppi: dawk li l-isem tal-wied ikun ħa l-isem tal-persuna li ħadmet fih, bħal Wied Anġlu u Wied Filep, li jinsabu lejn il-Mosta. It-tieni kategorija huma dawk deskrittivi, bħal Wied il-Għasel, Wied il-Ħarrub, Wied ir-Rummien u Wied il-Ballut. Imbagħad hemm ittielet kategorija, li tiġbor fiha dawk il-widien li ġejjin minn isem ieħor, bħal: il-Wied ta’ Ħal Lija, il-Wied ta’ Ħal Qormi u Wied Ħal Balzan. Qabel ma bdejna l-intervista, semmejtli l-isem ‘Randan’. X’tista’ tgħidlu fuqu? Dażgur, Randan hu isem kurjuż. Il-verżjoni djalettali hi Randun, kif wara sibtu fil-Mapserver tal-Awtorità tal-Ippjanar. L-ewwel nett dan l-isem iltqajt miegħu darbtejn – u fiż-żewġ okkażjonijiet kienu minn sorsi orali. L-ewwel isem jinsab fl-inħawi tal-Manikata, Wied Randan. Dan huwa wied żgħir ħafna iktar jista’ jissejjaħ ħnejdaq (diminuttiv ta’ ħondoq / ħandaq) milli wied. Wara xi xhur, ukoll grazzi għal sorsi orali mill-Imġarr, sirt naf li hemm triq fil-parti rurali tal-Imġarr li tissejjaħ Sqaq Randan jew Sqaq Randun.

Bħala għeluq għal din l-intervista, x’nistgħu nisiltu bħala konklużjoni? F’dan l-artiklu rajna tliet kurżitajiet fit-toponomastika ta’ Malta. Fl-istess ħin rajna l-ġmiel intrinsiku moħbi f’dawn il-kliem: Arnaw, isem Katalan u Randan, isem Għarbi. U Sfurija, sa issa, hija għadma iebsa, biex inkunu ċerti xi tfisser!

Il-widien li sibt jinsabu f’Malta, Għawdex u Kemmuna. Tista’ tgħid li fil-maġġoranza tagħhom, il-lokalitajiet kollha kellhom jew għandhom wied. Li nistgħu nikkonfermaw hu li tliet postijiet żgur li ma setax ikollhom wied, għax it-topografija ma tippermettilhomx dan

Il-mappa li turi s-sit ta’ Għasfura

Fomm ir-Riħ u Wied Għosforija


20

10.01.2021

JOSIANNE BLOCK TĦOBB IL-LINGWI GĦAX TQISHOM BĦALA ĊAVETTA GĦAL KULTURI DIFFERENTI Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Il-kitba u l-lingwi jmorru id f ’id. Naturalment għaliex ktieb irid ikun miktub b’xi lingwa, u l-qarrej li jkun jaf jaqra u jifhem il-lingwa u l-kitba miktuba, ikun jista’ jgawdi l-kontenut tal-ktieb stess. Dan l-aħħar sirt naf b’persuna li l-lingwi għaliha tqishom iċ-ċavetta għal pajjiżi u kulturi diversi. Dan

l-aħħar ippubblikat ktieb bilMalti. Qed nirreferi għal Josianne Block. Għandha 27 sena, min-Naxxar, u tgħallem l-Ingliż fi skola sekondarja talgvern. Fil-ħin liberu tagħha tħobb taqra u tara l-films. Għamlet ħabta kienet sabet lista tal-aqwa 250 film li qatt inħadmu u kienet tippro-

va tara wieħed kuljum. Issa m’għadx għandha wisq ċans, imma meta taqra jew tara xi film tirrilassa. Tħobb ukoll tivvjaġġa. Daret mhux ħażin fl-Ewropa, imma daqs l-Italja ma tħobb lill-ebda pajjiż ieħor. Tiddeskrivi lilha nnifisha li magħha dejjem taf fejn qiegħda – taħseb li l-onestà

hija valur importanti ħafna u ma tistax tibni ħbiberiji u relazzjonijiet mingħajrha. Tqis lilha nnifisha wkoll persuna solari li jiġri x’jiġri dejjem tipprova tibqa’ għaddejja. Josianne tħobb ħafna il-lingwi – gradwat fit-Taljan, bħalissa qed tgħallem l-Ingliż, u tikteb bil-Malti. Fi kliem ieħor il-lingwi huma passjoni għaliha. Staqsejtha minn fejn nibet dan l-interess fiha. “Minn dejjem kont inħobb il-lingwi. Meta kont żgħira kont immur il-librerija kull nhar ta’ Sibt u kont inġib tmien kotba bil-Malti (4 fuq il-kard tiegħi, 4 fuq t’ommi). Fi żmien ġimgħa kont naqrahom u s-Sibt ta’ wara kont immur nibdilhom. Fis-sekondarja skoprejt il-Franċiż u t-Taljan u kont nieħu gost ħafna fil-lezzjonijiet. Mhux bħal-lezzjonijiet tal-Matematika u l-Fiżika! Jogħġbuni ħafna l-lingwi għax inqishom iċ-ċavetta għal pajjiżi u kulturi differenti. Issa nixtieq nitgħallem l-Ispanjol,” stqarret miegħi.

sabiex telabora aktar dwar x’kien dan il-ħsieb tagħha li poġġiet fil-ktieb tagħha stess. “Minħabba li dan huwa ktieb għaż-żgħażagħ, xtaqt nitkeb ktieb fuq affarijiet li l-adolexxenti jkunu jistgħu jirrelataw magħhom faċilment, bħal kif għedt int il-ħbiberija u l-komunikazzjoni, kif ukoll temi oħrajn bħall-familja u r-relazzjonijiet. Għażilt li nesplora dawn it-temi permezz tal-ittri, kif ukoll kartolini mibgħuta minn postijiet differenti. Naħseb li l-element tal-istennija tal-ittri kien fattur importanti biex tkompli tissaħħaħ il-ħbiberija ta’ bejn il-protagonisti. Barra minn hekk, l-ittri huma iktar personali mill-messaġġi fuq l-internet jew fuq il-mobile. Fil-fatt fil-ktieb hemm ċerti ittri li kważi kważi jixbhu lil djarju. Naħseb li b’hekk biss setgħet tikber daqshekk il-ħbiberija ta’ bejn Jon u Claire,” żvelat miegħi.

Temmen ħafna fil-ħbiberija u l-komunikazzjoni

Kull min jixtieq li jakkwista dan l-ewwel ktieb ta’ Josianne - 360° jinsab għall-bejgħ fil-ħwienet tal-kotba ewlenin. Però tistgħu wkoll tixtruh minn fuq is-sit talKlabb Kotba Maltin: www. midseabooks.com Tajjeb li wieħed jgħid ukoll li dan il-ktieb kien rebbieħ tal-konkors ta’ kitba tal-Letteratura għaż-Żgħażagħ 2017 u issa ddeċidiet li tippubblikah. Tħawwadt ftit għal dan il-fatt u ridt inkun naf f ’liema sens - jekk dan ilktieb ħareġ fl-2020, x’kien ġara lura fis-sena 2017 eżatt? Dlonk Josianne tatni risposta għal din id-domanda awtomatika li għamiltilha. “Ta’ min jgħid li l-proċess ta’ pubblikazzjoni kultant ikun wieħed pjuttost twil. Sirt naf li rbaħt il-konkors fl-2018, imbagħad minn hemm beda x-xogħol ta’ editjar. Bl-editjar il-manuskritt ħa xejra differenti, żidnielu ħafna affarijiet fosthom l-illustrazzjonijiet tal-kartolini. Qaċċatna xi ittri u żidna wkoll xi kapitli bħal kif nafuhom issoltu. Il-ktieb kien lest fil-bidu tal-2020, imma mbagħad

Ta’ min jgħid ukoll li ftit ilu, Josianne għadha kif ippubblikat l-ewwel ktieb tagħha li jismu 360°. Ħallejt f ’idejha sabiex tgħidli x’jittratta eżatt dan il-ktieb u minn fejn nibet dan it-titlu tiegħu stess. “Il-ktieb jitkellem dwar tfajla Maltija ta’ 15-il sena, Claire Consuela Marie Ebejer, li f ’mument ta’ monotonija u rutina assoluta tiddeċiedi li tibgħat ittra lil xi ħadd li ma tafx. L-ittra tasal għand Jon Martin Hawkes, ġuvni Ingliż ta’ 28 sena. Minn hemm tinbet ħbiberija xi ftit jew wisq stramba. Għażilt it-titlu ta’ 360° għax inħoss li ittra wara ittra ż-żewġ protagonisti jsiru jafu ’l xulxin sew daqs 360°, imma fl-istess ħin jagħtu ċ-ċans biex il-qarrej ukoll isir jafhom 360°,” spjegatli tajjeb. Fil-fatt Josianne temmen ħafna fil-ħbiberija u l-komunikazzjoni. Fil-ktieb tagħha tittratta dan kollu u tuża l-ittri tradizzjonali minflok l-internet jew il-messaġġi bil-mobile. Ħallejt f ’idejha

360° - L-ewwel ktieb ippubblikat tagħha


21

10.01.2021

faqqgħet il-pandemija u ddeċidejt li nistenna ftit għax bqajt nispera li nkunu nistgħu nagħmlu tnedija. Flaħħar iddeċidejna li minflok, nagħmlu attività virtwali waqt il-Festival tal-Ktieb, li tistgħu tarawha hawnhekk: https://youtu.be/7ZLwLeXQjAM”. Lil Josianne staqsejtha wkoll x’tippreferi jekk hux ktieb tradizzjonali jew ktieb digitali, u għaliex il-preferenza partikolari. “M’hemm xejn aqwa minn ktieb tradizzjonali. Togħġobni ħafna anke r-riħa tal-kotba. Però naħseb li f ’din l-era diġitali, il-kotba saru iktar aċċessibbli grazzi għall-e-books.” Il-qari jsawwar persuna Kif għedt fil-bidu ta’ din l-intervista, Josianne tħobb il-lingwi, imma tippreferi tikteb bil-Malti. Fil-fatt, ippublikat il-ktieb tagħha bilMalti. Ridt inkun naf jekk hemmx xi raġuni speċifika wara dan. “Ġieli ppruvajt nikteb bl-Ingliż, imma ma nħossnix komda daqs meta nkun qed nikteb bil-Malti. Il-Malti l-lingwa t’art twelidi, jiena bint ħaddiem u d-dar Malti biss konna nitkellmu. Barra minn hekk, kif diġà għedt, kont naqra ħafna bilMalti. Il-kitba bil-Malti tiġini iktar spontanja. L-Ingliż ħdimt ħafna biex tejjibtu. Però konxja wkoll li ktieb miktub bil-Malti jillimitalek l-udjenza għax bl-Ingliż tista’ tilħaq iktar nies,” stqarret

miegħi. Lill hinn mill-kitba, lingwi u l-kotba, u konxji mill-fatt li d-dinja li qed ngħixu fiha hija waħda mgħaġġla u bħalissa mimlija tensjonijiet, staqsejtha xi jdejjaqha mill-ħajja

in ġenerali. “L-injoranza, il-mibegħda u l-għażż. Però naħseb li hawn ħafna sabiħ madwarna u napprezza ħafna l-ġenwinità li għandhom ċerti nies.” Fl-aħħar nett, stedintha

tgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Il-qari huwa tieqa għal dinji oħra, u iktar ma taqra iktar ser tkun kapaċi tagħraf perspettivi li forsi ma jaqblux ma’ tiegħek. Il-qari jgħallmek tkun empa-

tiku u jiġġieled l-injoranza. M’iniex qed nitkellem biss dwar il-qari ta’ rumanzi iżda anke dwar il-qari ta’ poeżiji, saġġi, jew artikli bħal dan. Fi kliem ieħor, il-qari jsawrek,” temmet tgħidli.


22

10.01.2021

IL-KULT U T-TRADIZZJONI TA’ SANT’ANTON ABBATI FIL-GŻEJJER MALTIN Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

FESTA SANT’ANTON ABBATI - IR-RABAT, MALTA

Donnu bdejna sena oħra bi ftit stress. Imma rridu nkomplu nagħmlu ħitlitna u ma naqtgħux qalbna. Kull bidu fih it-tmiem, u naħseb li lkoll għandna tama li dan iż-żmien partikolari se jgħaddi wkoll. Sa sena ilu, kien moħħna biex naraw fejn se nistrieħu ftit permezz ta’ ħruġ u divertiment. Illum ikollna nirristrinġu rwieħna kif nistgħu. M’hemmx x’tagħmel ħlief li nobdu r-regolamenti u nibżgħu għal saħħitna u għal saħħet xulxin. Nippruvaw nimlew ħajjitna bi ħsibijiet pożittivi u naraw kif naljenaw rasna ftit għaliex is-saħħa mentali hija tassew importanti. Il-kultura taf tkun solliev. Il-qari mhux inqas. Naf li hawn bosta li jħobbu jkunu jafu u jitgħallmu dwar dak li pajjiżna huwa msawwar bih. Tiddejqux tagħmlu kuntatt miegħi fuq il-paġna ta’ Facebook jew bl-e-mail fuq cliffordgalea@gmail.com biex naqsam l-ideat tagħkom fil-kitba tiegħi. Spiss ikolli artikli mnebbħin mill-ideat li twassluli jew ittarfuli malli tarawni fit-triq. Dan jagħtini pjaċir u sodisfazzjon għaliex ngħid, li apparti li qed taqraw il-paġna, qed tinteressaw ruħkom f’dak li hu Malti. Spiss nisimgħu l-karba li aħna ma napprezzawx biżżejjed dak li hu tagħna. Imma nazzarda ngħid li dan inbidel sew. Sirna aktar konxji ta’ x’toffri artna. Mhux biss dak li naraw, imma anke dak li naqraw dwaru u li forsi għadna qatt ma żorna.

KNISJA TA’ SANT’ANTON ABBATI - IL-BUSKETT

Jien inħeġġiġkom tippjanaw għaliex bħalissa, xorta waħda tistgħu żżuru mkejjen sbieħ u bil-prekawzjonijiet meħtieġa fil-mument u b’attenzjoni, tgawdu wkoll. Hawn bosta mkejjen u siti fil-miftuħ. Hawn oħrajn indukrati minn aġenziji bħal Wirt Artna u Heritage Malta fejn qed jittieħdu l-miżuri kollha u l-postijiet baqgħu miftuħin. Ħudu l-okkażjoni. Ippruvaw, anke jekk forsi ġo qalbkom tgħidu ‘jien ma jinteressanix daqshekk.’ Nassigurakom li tieħdu gost. Fis-17 ta’ Jannar tafu li tkun iċċelebrata l-festa tal-qaddis eremit Sant’Anton Abbati? Id-devozzjoni lejn il-qaddis eremit Sant’Anton Abbati kellha l-bidu u xterdet fi żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann ta’ Malta. Tmien snin wara t-telfa tagħhom f’Rodi fl-1522, il-Kavallieri waslu fil-gżejjer ta’ Malta u Għawdex. Dan seħħ fl-1530 u l-ewwel post li għammru fih kien il-Birgu. Fost il-knejjes li kienu jinsabu fil-Birgu, kien hemm waħda meqjuma lil Sant’Anton Abbati. Din kienet taqdi l-funzjonijiet reliġjużi tal-Kavallieri, iżda sfortunament inqerdet fl-aħħar gwerra dinjija. Hekk, intilef monument għażiż u storiku, b’rabta mal-qaddis eremit. Wara l-Assedju l-Kbir tas-sena 1565, inbniet il-knisja tal-Vitorja, il-Belt Valletta. Din kienet magħrufa wkoll bl-isem ta’ Sant’Anton Abbati Eremit. Mill-bini tagħha sal-bini tal-Konkatidral ta’

San Ġwann, din il-knisja serviet bħala l-ewwel knisja tal-Ordni tal-Kavallieri fil-Belt Valletta. Kienu l-Kavallieri stess, filBelt Valletta li daħħlu l-festa ta’ Sant’Anton Abbati u t-tberik tal-annimali fil-knisja tal-Vitorja. Kienu jitbierku ż-żwiemel tal-Gran Mastru u żwiemel oħra u waqt it-tberik, kien jitqassam xgħir lill-annimali. Dan kien isir quddiem din l-imsemmija knisja storika. Fl-inħawi tal-Buskett, ħdejn il-Palazz ta’ Verdala nsibu wkoll kappella ddedikata lil dan il-qaddis li għadha miżmuma f’qagħda tajba ħafna. Inbniet fi żmien il-Gran Mastru Rafael Cotoner u ntemmet fi żmien ħuh Nikola, fl-1664. Fiha nsibu l-kwad-

FESTA SANT’ANTON ABBATI - IX-XAGĦRA

ru ta’ Sant’Anton Abbati. Ta’ kull sena kien isir it-tberik tal-annimali ta’ dawk l-inħawi tal-Buskett f’jum il-festa tal-qaddis fis-17 ta’ Jannar jew fl-eqreb Ħadd. Fl-inħawi tal-Għammieri nsibu kappella oħra privata ta’ Sant’Anton Abbati, li hija proprjetà tal-Familja Testaferrata. Fir-Rabat, Malta, fil-knisja ta’ San Mark tal-Patrijiet Agostinjani dan il-qaddis eremit għandu wkoll il-kappella tiegħu. Fiha wieħed isib l-altar meqjum lilu b’pittura li ma nafux l-awtur kif ukoll, l-istatwa, xogħol tal-iskultur Xandru Farruġia miż-Żejtun. Ġiet imwaqqfa l-Fratellanza tal-qaddis eremit. Hi qadima ħafna u ma nafux meta twaqqfet.

Skont l-Atti tas-6 ta’ Marzu 1587, magħmula għand in-nutar Ġużeppi Cassar, il-Patrijiet Agostinjani tar-Rabat, Malta, ħallew il-Kappella ta’ Sant’Anton Abbati taħt il-ħarsien u t-tmexxija tal-Fratellanza tal-Qaddis Eremit. Il-knisja żgħira ddedikata lill-eremit Sant’Anton li nsibu fil-Mosta, nbniet bil-ġenererożità ta’ żewġ benefatturi, is-saċerdot Salvatore Fenech u Florio Borg. Il-bini tagħha jwassalna sas-sena 1575. Reġgħet inbniet fis-snin 16561657. Il-kwadru titular huwa xogħol ta’ Tumas Dingli fl-1657 u l-istatwa ġiet maħduma mill-iskultur Ġużeppi Fenech. Ta’ kull sena, isir it-tberik tal-annimali f’jum il-festa tal-Qaddis.

IL-KNISJA TA’ SANT’ANTON ABBATI - IL-MOSTA


23

10.01.2021 08.11.2020 Fl-aħħar nett, fil-gżira Għawdxija, proprju fil-parroċċa ta’ Marija Bambina fixXagħra, insibu lil dan il-qaddis meqjum fil-knisja li ġġib ismu u li serviet tal-ewwel knisja parrokkjali ta’ dan ir-raħal. L-Amministarur Appostoliku Monsinjur Pietru Duzina, fil-vista li kien għamel fil-gżejjer tagħna, fl-1575, jgħidilna li fil-gżira t’Għawdex kienu jeżistu żewġ kappelli meqjuma lil Sant’Anton Abbati, waħda fil-limiti ta’ Wied Lunzjata, illum m’għadhiex wieqfa u l-oħra fil-limiti tax-Xagħra, fix-xaqliba ta’ Għajn Xejba, illum magħrufa fostna, fil-ħara ta’ Sant’Anton. Din il-Kappella għadha wieqfa sal-lum u miżmuma b’għożża u b’imħabba. Il-bini tal-Kappella ta’ Sant’Anton Abbati, ix-Xagħra, Għawdex, jeħodna sas-sena 1400 u nbniet bil-ġenerożità tal-familja Għawdxija Camire u Ħinżi. Kellha zuntier magħha. L-aħħar li nbniet fis-sena 1601. Fl-aħħar gwerra dinjija sofriet u ġarrbet ħsarat sostanzjali u għalhekk fl-1947 sarulha t-tiswijiet meħtieġa. Mis-sena 1688 sal-1692 serviet bħala l-ewwel knisja parrokkjali għall-poplu tax-Xagħra, sakemm inbniet il-knisja tal-lum, li hi kolleġġjalità, bażilka monumentali, l-għaxqa tal-poplu taxXagħra, taħt il-ħarsien qawwi ta’ Marija Bambina. Din il-Kappella għand-

ha storja qadima u glorjuża. Kellha ċ-ċimiterju tagħha. Fih indifnu persuni milquta mill-flaġell tas-sena 1675, kif ukoll it-tliet vittmi milquta mill-pesta tas-sena 1813. Il-kwadru titulari tagħha huwa xogħol ta’ Dun Salv Bondi u sar fl-1814. Ta’ qablu nħaraq fi żmien il-pesta. Il-kwadru preżenti ġie rrestawrat minn Godwin Cutajar, mill-Fontana, Għawdex. L-istatwa ta’ Sant’Anton Abbati, statwa artistika u devota saret mill-istatwarju Għawdxi Michael Camilleri-Gauci. L-istatwa saret fis-sena 1987. Kienet il-familja Għawdxija Camire Hinzi li waqqfet benefiċċju ta’ quddiesa u obbligu li tiġi mqassma wejba qamħ magħmulha ħobż u qolla nbid fil-festa tal-qaddis eremit. De Soldanis jgħidilna li fi żmienu, il-ħobż kien jitqassam wara l-għasar ta’ lejlet il-festa tal-Qaddis. F’jum il-festa ta’ Sant’Anton Abbati ssir it-tradizzjoni sabiħa u għażiża li jitbierku l-annimali u l-għoti ta’ xgħir lis-sidien tagħhom. Wara quddiesa pontifikali mill-Isqof t’Għawdex fil-Bażilika ta’ Marija Bambina toħroġ il-purċissjoni bl-istatwa ta’ Sant’Anton Abbati bis-sehem tal-Banda Victory tal-lokal sal-knisja storika ta’ Sant’Anton. Hemmhekk isir it-tberik tal-annimali mill-Isqof ħdejn il-knisja ddedikata lill-qaddis.

SKEDA ONE 19:15 19:30 20:10 20:30 21:15 22:15 23:30 23:45

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Teftif

12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime time Preview 16:30 Follow Up 17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp

19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:45 Ħabrikt 21:00 Gladiator: Preview 21:30 Music Legends 22:00 Distintivi 23:00 Ondroad 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Teftif

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 19:15

Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Pink Panther Pjazza ONE Sports & Temp

19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Mija 21:15 Division 7 22:30 Distintivi 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Teftif

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35 18:00

Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt - Reel 8 Mhux kemm taf

18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Twenty One 21:00 Ilsien in-Nisa 22:40 Ondroad 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Teftif 12:45 Telebejgħ

13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime time Preview 16:30 Duurella 16:45 Twenty One 17:15 Teżori 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp

19:30 ONE News 20:15 PrimeTime 20:35 Kick OFF 21:45 Country Jamboree 23:30 Reboot 23:15 Teżori 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Twenty One 10:15 #Pajjiżi 10:50 Ieqaf 20 Minuta 11:10 Indhouse

11:50 12:30 12:35 13:10 13:50 14:45 15:30 15:35 16:30 17:30

Telebejgħ ONE News Żonasport Country Jamboree Reboot The Local Traveller ONE News Dak li jgħodd Flimkien ma’ Nancy Il-Kelma

18:00 Pink Panther 18:40 Ondroad 19:15 ONE Sport & Temp 19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 minuta 20:30 Arani Issa 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55 12:30

12:35 15:30 15:35 16:50 16:10 17:30 19:15 19:30

Arani Issa ONE News Arani Issa - Ikompli Duurella Mija L-Argument One Sport & Temp ONE News

TLIETA 12-01

ĦAMIS 14-01

SIBT 16-01

IL-KNISJA TAL-VITORJA - VALLETTA

TNEJN ONE Sports 11-01 & Temp ONE News Prime Time Reboot Follow Up Kenn Niesna ONE News Night Transmission

12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime time Preview 16:30 Duurella 16:45 Mhux kemm taf 17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Teftif

ONE News ONE News Duurella Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ ONE News

ERBGĦA 13-01

ĠIMGĦA 15-01

ĦADD 20:10 Ieqaf 20 17-01 Minuta 20:30 Attività Politika 21:15 Gladiator 22:30 Distintivi 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission


24

10.01.2021

reċensjoni tal-ktieb

ĦREJJEF MAĠIĊI PEJXU BIŻ-ŻARBUN IL-FELLUS L-IKRAH BARNUŻA ĦAMRA Merlin Publishers għadha kemm nediet Il-Ħrejjef Maġiċi sensiela ta’ fairy tales klassiċi b’kulur sħiħ u b’format kbir bil-Malti. Ippubblikat oriġinarjament mid-dar tal-pubblikazzjoni Taljana rispettata internazzjonalment DeAgostini, Il-Ħrejjef Maġiċi, ġew tradotti għall-Malti mill-awtur Noel Tanti. Merlin Publishers huma ħerqana li jagħmlu dawn ir-rakkonti mimlijin illustrazzjonijiet aċċessibbli għat-tfal għax ir-rakkonti maġiċi huma parti kruċjali fit-trobbija tattfal u jistgħu jsawruna matul ħajjitna kollha. Skont psikologi tat-tfal madwar id-dinja, in-natura ċara tal-fairy tales tagħti lit-tfal l-opportunità li jitgħallmu lezzjonijiet tal-ħajja importanti dwar l-imġiba u l-moralità bażika. Huma jagħtu forma lil biżgħat u ħolm profondi dwar ilħajja iżda fid-dinja sigura tal-fantasija. Il-karattri jistgħu ma jkunux familjari mat-tfal iżda l-problemi u s-sentimenti huma trattati bi kwistjonijiet li jistgħu jidentifikawhom

faċilment magħhom. Ir-rakkonti jagħtu littfal mod kif jifhmu wħud mis-sentimenti verament konfużi u diffiċli li għadhom ma jistgħux jartikulaw għalihom infushom. Huma jippermettu lit-tfal jesploraw il-kunċett li l-ħajja mhix dejjem rikba bla xkiel, li l-affarijiet jistgħu jmorru ħażin, u n-nies mhux dejjem ikollhom l-aħjar interessi tagħhom fil-qalb. Madankollu, dan iseħħ flimkien mal-karattri ‘tajbin’ li jiġu ppremjati flaħħar, u b’hekk tissaħħaħ l-importanza li tkun tista’ tagħmel empatija, tkun onest u veru lejk innifsek. Mhumiex biss it-tfal ta’ 7 snin u aktar li jibbenefikaw minn Il-Ħrejjef Maġiċi. Ġenituri u gwardjani li jaqraw dawn l-istejjer tal-fairy għall-ulied tagħhom qabel l-irqad, se jirċievu ritorn sħun u komdu għal tfulithom. Fl-aħħar mill-aħħar dawn l-istejj-

er iserrħu moħħ kulħadd għax b’xi mod, maż-żmien kollox ikun tajjeb fl-aħħar. Id-disa’ kotba ta’ Il-Ħrejjef Maġiċi huma disponibbli għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba ewlenin kollha f ’Malta jew direttament online minn merlinpublishers. com.

Mistoqsija: Kemm hemm kotba b’kollox fis-sensiela Il-Ħrejjef Maġiċi? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu 3 KOTBA MIS-SENSIELA IL-ĦREJJEF MAĠIĊI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 17 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb AMALIA - IX-XBEJBA TAL-KASTELL hija:

F. CALLUS - ĦAL QORMI

01 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Min qed jaċċerta l-protezzjoni u ż-żamma ta’ masġar taż-żebbuġ fil-Bidnija?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:

Rebbieħ: M. PORTELLI - ĦAŻ-ŻABBAR


25

10.01.2021

PETER WILLIAM SUTCLIFFE – IL-YORKSHIRE RIPPER

KIEN JATTAKKA LIN-NISA VULNERABBLI BILLEJL... IT-TIENI PARTI

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Fil-15 ta’ Awwissu tal-istess sena, Sutcliffe attakka lil Olive Smelt f’Halifax. Bħal Rogulskyj, Smelt qalgħet daqqiet ta’ martell fuq wara ta’ rasha u taha daqqa ta’ sikkina f’daharha. Smelt kienet qalet lill-pulizija li r-raġel li attakkaha kellu aċċent ta’ Yorkshire iżda din l-informazzjoni kruċjali ġiet injorata għax il-pulizija kienu konvinti li l-Yorkshire Ripper kellu l-aċċent ta’ Geordie u minħabba li kienu konvinti li hu kien jattakka nisa tax-xogħol li kienu jinsabu fir-red light areas. Kważi ħmistax wara l-attakk fuq Smelt, Sutcliffe attakka lil Tracy Browne, tfajla ta’ 14-il sena. Hu taha daqqiet f’rasha minn wara iżda ħarab wara li ra karozza ġejja. Sutcliffe ammetta fl-1992 li kien hu li attakka lil Browne.

Din l-informazzjoni kruċjali ġiet injorata għax il-pulizija kienu konvinti li l-Yorkshire Ripper kellu l-aċċent ta’ Geordie u minħabba li kienu konvinti li hu kien jattakka nisa tax-xogħol li kienu jinsabu fir-red light areas

SFAW MAQTULA

Il-Yorkshire Ripper jibda joqtol L-ewwel vittma li spiċċat bla ħajja kienet Wilma McCann. McCann inqatlet fit-30 ta’ Ottubru wara li qalgħet daqqtejn ta’ martell f’rasha u qalgħet ukoll 15-il daqqa ta’ sikkina f’għonqha, f’sidirha u f’żaqqha. McCann kienet omm ta’ erbat it-tfal u kellha biss 28 sena meta nqatlet għal xejn b’xejn mill-Yorkshire Ripper. Il-pulizija ma rnexxilhomx isibu ħjiel min seta’ kien u ma tawx daqshekk importanza minħabba li skonthom McCann kienet mara tax-xogħol. Li hu żgur hu li McCann kienet tħalli lit-tfal id-dar u tmur fil-barijiet filgħaxija, fejn jaf kienet toffri servizz sesswali biex tkun tista’ tmantni lil uliedha. Binha stqa-

rr li ommhom ġieli ħadithom magħha għand tas-sigurtà soċjali theddidhom li tħallilhom hemm jekk ma jagħtuhiex flus biex tixtrilhom x’jieklu. It-tieni vittma ta’ Sutcliffe kienet Emily Jackson, mara ta’ 42 sena, li bi ftehim mar-raġel tagħha kienet tuża l-vann tal-familja biex tagħti servizzi sesswali lill-irġiel minħabba li kienu għaddejjin minn kriżi finanzjarja. Hi nqatlet f’Jannar tal-1976 b’52 daqqa ta’ turnavit. Id-daqqiet tahomlha fl-istess postijiet bħal fil-każ ta’ McCann iżda b’differenza li rifisha fuq il-koxxa u ħalla l-forma taż-żarbuna tiegħu.

kri Id-des zzjoni ta l-Y or ks

per Rip

F’Mejju attakka lil Marcella Claxton f’Roundhay Park f’Leeds billi taha daqqiet ta’ martell. Claxton kellha erba’ xhur tqala u tilfet it-tarbija kawża talġrieħi li kellha. Apparti hekk, hi kellha tagħmel għadd ta’ operazzjonijiet f’moħħha iżda dawn ma waqqfuhiex milli tixhed kontrih meta seħħ il-ġuri tiegħu. Fil-5 ta’ Frar tal-1977, Sutcliffe attakka lil Irene Richardson, ukoll f’Roundhay Park. Richardson kienet mara tax-xogħol f’Chapeltown u sfat vittma tal-Yorkshire Ripper wara li taha diversi daqqiet b’martell. Wara li qatilha, hu beda jagħtiha daqqiet b’sikkina u poġġieha wiċċha ’l isfel b’idejha taħt żaqqha u tefgħalha l-buz li kienet liebsa ‘pulit’ fuq saqajha. Il-katavru tagħha nstab minn raġel li kien qiegħed jiġri f’dawk l-inħawi. Xahrejn wara s-sejba tal-katavru ta’ Richardson, Sutcliffe qatel lil Patricia Atkinson, mara oħra tax-xogħol minn Bradford. Dan il-każ kien differenti għaliex Atkinson inqatlet fl-appartament tagħha u l-pulizija sabu l-forma taż-żarbun tal-qattiel fuq il-ħwejjeġ ta’ taħt tal-vittma. Skont il-qies tal-forma, il-qattiel kien jilbes EU 40, li kien qies relattivament żgħir għal raġel. Reġgħu għaddew xahrejn oħra u din id-darba Sutcliffe qatel lil Jayne MacDonald, tfajla ta’ 16-il sena, f’Chapeltown. Dan il-każ qajjem għagħa kbira għax MacDonald ma kinitx tfajla tax-xogħol

iżda l-Yorkshire Ripper xorta qatilha. Minn hawn, in-nisa rrealizzaw li kollha kemm huma kienu vulnerabbli u ma kienx minnu li l-Yorkshire Ripper kien joqtol biss nisa tax-xogħol. Dan il-każ kompla saħħan lill-pubbliku hekk kif MacDonald ġiet deskritta bħala ‘vittma innoċenti’ mill-pulizija għax ma kinitx mara tax-xogħol. Din id-deskrizzjoni wriet il-mod kif kienu jaħsbuha l-pulizija, li ħafna minnhom kienu rġiel. Xahar wara li nqatlet MacDonald, Maureen Long sfat attakkata f’Bradford. Ħelsitha ħafif wara li kien għaddej xi ħadd u Sutcliffe ħarab minn fuq ilpost. Long kellha ġrieħi gravi u qattgħet disa’ ġimgħat l-isptar biex tirkupra. Kien hemm xhud li ma tax l-għamla korretta tal-karozza u l-pulizija spiċċaw daru eluf ta’ karozzi għalxejn.

re hi

ĦELSUHA MILL-MEWT

Iktar attakki fuq nisa

Tkompli l-ġimgħa d-dieħla


26

10.01.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

10.01.2020

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 363

M. FALZON - ŻEJTUN

Bi 3 NUMRI 952 039 994 049 067 B’4 NUMRI 188 0283 325 0399 339 0467 341 0818 375 0998 422 1059 734 1162 894 1326 924 1338

1446 1523 1917 2139 2159 2189 2640 2878 3122 3141 3233 3256 3361

4163 5896 5946 6211 6568 7319 7528 7936 8353 8763 9143 9191 9213

9261 9404 9442

45246 56818 60265 64393 66480 67033 71423 81087 84795 93411

383922 692987 764327 868910 899746

B’5 NUMRI 03113 03933 B’7 NUMRI 05493 0677162 12086 3566823 12193 4236781 13036 6749866 25838 B’6 NUMRI 9232691 40989 186530 9666877

MIMDUDIN: 9,18 1. Kompli l-qawl: Ħruġ Marzu u 10. dħul April xita karru ...... fin (5) 12. 4. Statwa (4) 16. 7,17. Triq ....... Rigord (5) 18.

Jitwaħħal mal19. art jew mal-ħitan (5) 20. Jista’ jkun mimli bl-irkotta (6) 21. Jirreċtaw dawn (6)23. Ara 3 24. Ara 9

Lemħu (3) Jista’ jkun intimu (5) Ara 2 Ara 12 wieqfa Nagħmel bħall-għasafar (5)

WEQFIN: 5,11. 1. Iżejnu l-knejjes bih (6) 6. 2,21M. Beżża’? (6) 3,16. Ix-Xgħajra fejn 8. hemm l-impjant tat-tisfija 11. tad-drenaġġ (6) 12,23.

Għajta 13. għall-għajnuna (5) 14. Kulħadd 15 bl-Ingliż (3) 17. Fejn iżommu 21. l-ħamiem (9) Ara 5 22. Kunjom (6)

Kunjom ukoll (3) Issikkajt? (6) Ponot? (6) Ara 7 Dione Muscat Tabone (1,1,1) Noqogħdu fiha (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Sptar, 4.Ċpar, 10.Bastun, 12.Truppi, 18,23.Trakka, 19.Vit, 20.Idela, 21.Sia, 24.Adami

WEQFIN: 1.Stenna, 2,16.Tilari, 3,9.Ribell, 5,7. Putin, 6,12W. Renti, 8.Napprezza, 11,22.Trakk, 13.Utd, 14.Ivarja, 15.Btieħi, 17.Rai, 21.Ska


28

10.01.2021

PEZZA WAĦDA BĦALL-AMERKA Editorjal

Huma biss dawk li wettqu tali vjolenza fostna li jibqgħu ma jammettuhx, bl-istess mod bħalma dawk ta’ Trump għadhom ma jridux jaċċettaw li ġew irriġettati mill-maġġoranza tal-poplu

L-aġir irresponsabbli tal-partitarji tal-Eks President Ame­ rikan Donald Trump din ilġimgħa xegħel il-midja u anke d-dinja inġenerali f’diskussjoni waħda ta’ għarukaża u kundanna. L-invażjoni vjolenti mir-Repubblikani fuq il-bini ta’ Capitol Hill, fejn hu ospitat il-Kungress Amerikan, ippreżentat lill-umanità kollha xeni ta’ twerwir u t-telf tal-ħajja ta’ erba’ persuni, li finalment mhu se jkunu swew għalxejn. Għalkemm ma kinitx l-ewwel protesta vjolenti u mdemmija fl-akbar demokrazija dinjija, l-għagħa kollha nħolqot għax din kienet biss il-frott ta’ proċess elettorali demokratiku, li r-riżultat tiegħu ma kienx aċċettat min-naħa telliefa. Biex tipprova tieħu dak li ma kienx tagħha, din tal-aħħar ħarġet b’ħafna akkużi infondati ta’ abbużi, tbagħbis u mani­ pulazzjoni ta’ voti, eċċetra. Salaħħar minuta baqgħet tisfida r-riżultat elettorali b’kull mezz possibbli, waqt li Trump innifsu, bi kliemu, instiga lill-istess partitarji għal turija ta’ forza. L-inċidenti wkoll qanqlu kapriċċjożament il-memorja

selettiva fostna tal-establishment Nazzjonalista li tkażaw fuq li tkażaw. Dawn il-psewdo-paladini tad-demokrazija, il-governanza t-tajba u s-saltna tad-dritt, li jippretendu li jagħtu l-lezzjonijiet lil kulħadd u kullimkien, fil-verità m’għamlu xejn differenti f’artna stess minn dawk li wettqu l-istess atti barbari f’Washington DC. Dan jafu kull min hu f’sensih f’pajjiżna. Mill-2013 konna lkoll xhieda ta’ kif uffiċjali Nazzjonalisti werżqu li l-elezzjoni ġenerali dakinhar kienet intrebħet bilqerq, avolja kien hemm l-akbar maġġoranza fl-istorja li ssostni r-riżultat. Marru l-Qorti biex jipprovaw idawru xortihom, għalkemm xorta ggwadanjaw żewġ siġġijiet żejda. Organizzaw lil nieshom fl-iżjed entitajiet kruċjali tal-pajjiż biex jagħmlu sabotaġġi kontra l-amministrazzjoni nazzj­o­ nali u b’hekk ikunu f’qagħda li jkissru faċilment l-ekonomija li kienet fl-ewwel fażi ta’ rku­p­ru. Ħarrfu kemm felħu biex, barra minn xtutna, itappnu r-reputazzjoni ta’ Malta u tal-Gvern leġittimu elett b’persentaġġi

li l-ebda pajjiż ieħor prattikament ma jgawdi. Minbarra hekk, anke meta kienu ftit mijiet kollox, ma ddejqux jisfidaw l-awtorità u jinżlu fit-toroq fejn ħeġġew kull tip ta’ vjolenza u imbottaw għall-invażjoni ta’ Kastilja għal darba, darbtejn. L-ewwel waqt konferenza stampa fl-uffiċċju tal-Prim Ministru fejn ind­i­ ehsu mal-ġurnalisti biex daħlu mingħajr awtorizzazzjoni u minfuq lagħbuha tal-issek­ westrati meta ġew biex jitilqu. Darba oħra meta ħasdu lis-suldati għassa fil-bieb sekondarju fi Triq San Pawl biex grupp imdaqqas okkupa d-daħla għal sigħat sħaħ qalb xeni indiċenti fejn wieħed spiċċa jagħmel l-awrina mal-ħajt. Drabi oħrajn kienu vjolenti mal-forzi tal-ordni quddiem il-bini tal-Parlament, waqt li saħansitra poġġew il-ħajja ta’ deputati Laburista f’riskju serju billi ssuttawhom bil-bajd, muniti u boroż ta’ ħmieġ uman, fost oħrajn. Kienu huma wkoll li, f’okkażjoni minnhom, attakkaw karozza bil-Ministru Owen Bonnici fiha u pprovaw, mingħajr suċċess, jiftħulha

t-tank tal-petrol forsi wkoll biex jagħtuha n-nar. Dakinhar kien hemm “paladini” li għoxew bl-azzjoni, inkluż Jason Azzopardi, li kien fil-folla u, fl-istess ħin li qagħad jiġbed il-filmati ta’ dak il-barbariżmu, iddikjara sfaċċatament li kien ilu sitt snin jistenna dak il-mument. Kulħadd kapaċi jevalwa kif azzjonijiet simili u dik ġejja mill-Kelliem Ewlieni Nazz­jonalista għall-Ġustizzja, jgħidu biżżejjed u żżejjed ta’ dak li llum jikkostitwixxi għat-tmexxija tal-PN u l-establishment fi ħdanu, li llum sar il-marda terminali tiegħu. Dan u ħafna iżjed mhu xejn differenti minn dak li xxandar minn fuq it-taraġ ta’ Capitol Hill nhar l-Erbgħa li għadda. Huma biss dawk li wettqu tali vjolenza fostna li jibqgħu ma jammettuhx, bl-istess mod bħalma dawk ta’ Trump għadhom ma jridux jaċċettaw li ġew irriġettati mill-maġġoranza tal-poplu. Iżjed ma jdumu ma jirrealizzaw, inqas hemm tama ta’ fej­ qan u rkupru tas-saħħa popolari li xi darba kellhom.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.