KullĦadd_07.03.2021

Page 1

IL-500 TRIQ LI NBNEW ĠODDA JEW TJIEBU SEW MILL-2018 Il-Ħadd, 7 ta’ Marzu, 2021

Ħarġa Nru 1,443

Prezz €1

Rapport f’paġni 8 u 9

MA DDIKJARA XEJN FI TLIET SNIN INFILA ● Inkomplu nikxfu lid-Deputat Jason Azzopardi li, b’gidba, din il-ġimgħa pprova jbenġel l-istorja dwar in-nuqqas tiegħu fl-obbligazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxi ● Il-Kummissarju għall-Istandards George Hyzler mitlub jinvestiga, filwaqt li l-Kap Nazzjonalista m’għandu l-ebda saħħa biex jieħu azzjoni fil-kwistjoni Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi jew ma daħħalx id-dikjarazzjoni tat-taxxa, kif inhu obbligat li jagħmel, inkella meta daħħalha għamel dan b’tali mod li jqanqal ħafna dubji minflok trasparenza. Din il-gazzetta llum tista’ tiżvela kif Azzopardi, li jpinġi lilu nnifsu bħala paladin tal-governanza t-tajba u s-saltna tad-dritt, mhux biss ma daħħalx il-formola tat-taxxa tiegħu fl-2018, iżda għamel dan għal tliet snin konsekuttivi fl-aħħar ħames snin. Azzopardi ttanta jqarraq ma’ midja oħra fejn ġab l-iskuża li għamel dan fl-2018 minħabba l-proċess ta’ separazzjoni li kien għaddej fiż-żwieġ tiegħu. L-uffiċċju tal-Ispeaker Anġlu Farrugia din ilġimgħa ntalab minn ONE News biex, skont il-liġi, jipprovdi kopja tat-tax returns ta’ Azzopardi. Minn dan it-tagħrif ħareġ kif id-Deputat Nazzjonalista ġie jaqa’ u jqum mill-obbligi legali tiegħu u ma ddikjarax it-taxxa għal numru ta’ snin. IlKullĦadd tista’ tiżvela li fl-2016, l-2017 u l-2018 Azzopardi ma ddikjarax iddħul tiegħu. Tkompli f’paġna 3

L-IMPJIEGI GĦAWDXIN ŻDIEDU F’PANDEMIJA Il-miżuri ta’ sostenn introdotti mill-Gvern affettwaw tant tajjeb lill-gżira Għawdxija u lill-Għawdxin li, fl-eqqel tal-pandemija, medja ta’ 11-il ħaddiem Għawdxi fil-ġimgħa sabu impjieg full-time. Dan wassal għal irkupru tal-gżira aktar mgħaġġel imqabbel ma’ dak irreġistrat f’Malta. L-aħħar statistika tal-JobsPlus maħruġa din ilġimgħa indikat li, sa tmiem Ottubru li għadda, f’Għawdex kien hemm 13,932 ħaddiem full-time. Minbarra li din iċ-ċifra tindika żieda ta’ 800 impjieg fuq dak irreġistrat fl-istess xahar tal-2019, jirriżulta wkoll li xorta kien hemm żieda meta jitqabbel maċ-ċifra rreġistrata eżatt qabel bdiet l-imxija

tal-Coronavirus fostna. Fil-fatt, meta dan jitqabbel ma’ tmiem ix-xahar ta’ Frar 2020, fl-aħħar ta’ Ottubru kien hemm żieda ta’ 269 full-time fost persuni residenti f’Għawdex. Skont l-istess statistika tal-aġenzija JobsPlus, il-ħaddiema full-time f’Għawdex naqsu biss b’mod marġinali fix-xahar ta’ April. Dan hu prova oħra kemm il-miżuri li ttieħdu millGvern mhux biss kellhom impatt pożittiv ħafna kullimkien, iżda akbar ukoll fil-gżira Għawdxija. Tant hu hekk, li mindu tħabbar il-pjan għar-riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun fil-bidu ta’ Ġunju tas-sena l-oħra sa tmiem Ottubru, l-ammont ta’ residenti

Għawdxin li jaħdmu full-time żdied b’249, jew bi 2%. Dan ifisser li kull jumejn f’dan il-perjodu, tliet residenti Għawdxin sabu impjieg full-time jew inkella kull ġimgħa kien hemm żieda ta’ 11-il Għawdxi jew Għawdxija jaħdmu full-time fl-eqqel ta’ pandemija. Fl-istess perjodu, l-ammont ta’ Għawdxin fuq ir-reġistru naqas minn 315 għal 194, tnaqqis ta’ kważi 40%. Dan ifisser li kważi l-Għawdxin kollha, li kienu tilfu xogħolhom, issa m’għadhomx jirreġistraw għal impjieg. Dan hu ritmu ta’ rkupru ferm aktar mgħaġġel minn dak osservat f’Malta. Tkompli f’paġna 6


02

07.03.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 18°C L-Inqas Temperatura: 10°C L-Indiċi UV: 5 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Sabiħ bi ftit sħab Ir-Riħ: Ħafif mill-Punent Majjistru li jsir ħafif għal moderat mill-Grieg il-Lvant Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif li jsir ħafif għal moderat L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 17°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

17°C UV 5

KUNTATT ĠENERALI

12°C

Il-Ħamis

18°C UV 5

12°C

Il-Ġimgħa

17°C UV 5

11°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

17°C UV 5

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

12°C

17°C UV 5

12°C

17°C UV 5

12°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355 Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21224898 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 21482558 Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, L-Imsida – 21244366 Mensija Pharmacy, 92-94, Triq il-Mensija, San Ġwann – 21373275 Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 21313233 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Ħal Għargħur – 21413402 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21821646 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 St. James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar – 21666194 Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, Iż-Żejtun – 21898728 Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Repubblika, Iż-Żurrieq – 21680761 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat – 21557819 Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, Ix-Xagħra – 21561486 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

07.03.2021

GRECH BLA AWTORITÀ BIEX JIEĦU PASSI Tkompli minn paġna 1 Aktar minn hekk, jirriżultalna li, anke fil-ftit drabi li ddikjara xi tip ta’ dħul, għamel dan b’mod li jħalli ħafna dubji. Saħansitra fl-aħħar dikjarazzjoni li daħħal ma hemm l-ebda dħul li ġej mill-professjoni jew minnegozju tiegħu u mmarka biss ftit mijiet ta’ ewro fi dħul millUniversità fejn jagħti l-lekċers, u l-onorarja tiegħu tal-Par­ lament. Id-dokument, li ma fih l-ebda dikjarazzjoni minn Azzopardi ta’ dħul millprofessjoni u li ntbagħat lil ONE News, ikun imtela midDipartiment tat-Taxxi Interni fuq l-informazzjoni li jkun ta d-Deputat innifsu fil-formola tat-taxxa tiegħu. Dan iqajjem dubji kbar, anke għall-fatt li Azzopardi tgħidx kemm jiftaħar li hu avukat imqabbad. Fl-aħħar sigħat kienu bosta dawk li kkummentaw dwar dan l-aġir ta’ Azzopardi, li mhux biss jikser il-liġi, iżda anke l-etika li hi mistennija minn kull rappreżentant tal-pop­lu. Dan wassal biex il-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Istandards fil-Ħajja Pubb­li­­ka George Hyz­ ler intalab jinvestiga dan innuqqas ta’ dikja­raz­zjonijiet mid-De­putat Naz­z­jonalista. Kien Jason Micallef, Ċermen ta’ ONE, li lbieraħ ħabbar fuq Facebook li bħala ċittadin Malti talab lill-Kummissarju jinvestiga l-aġir ta’ Azzopardi. Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, id-Deputat Nazzjonalista ħa­ reġ jivvinta akkużi fuq isSegretarju Permanenti Ewlieni tal-Gvern Mario Cutajar dwar allegat każ li seħħ fl-2013. Hu kien konxju li kienet ħierġa l-istorja tat-taxxa fuqu, la­ darba l-Parlament ikun talab il-permess tiegħu qabel iddikjarazzjonijiet jgħaddu għand il-midja. Waqt li pprova jiddevja l-attenzjoni minn fuqu bi stor­ ja li wkoll hi relatata madDipartiment tat-Taxxi Interni, għamel l-akbar pressjoni fuq il-Kap Nazzjonalista biex ilPartit jirrepeti l-istess akkużi miċħudin mill-Kap taċ-Ċivil, li wkoll fakkru li din kienet ittielet gidba tiegħu fuq l-uffiċċju tiegħu. Kif irrapportat minn ONE News, Azzopardi kellu laqgħa taħraq ma’ strateġista ta’ Bernard Grech fejn tal-ewwel insista biex jasal il-messaġġ li l-Kap għandu jiftakar min poġġieh hemm. L-ironija trid li Grech, li kellu d-dgħufijiet tiegħu mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni, ma jista’ jagħmel xejn u anke bħala Kap m’għandu l-ebda awtorità fuq membru prominenti tal-

establishment Nazzjonalista. Fil-fatt Grech kien spiċ­ ċa saħansitra f’nofs investi­ gazzjoni wara li naqas li jissottometti b’mod xieraq ir-returns tat-taxxa tiegħu u allura jiddikjara dak dovut minnu għal 12-il sena sħaħ bejn l-2005 u l-2016. Fi tmiem dik l-investigazzjoni Grech kien intalab iħallas mas-€17,000, li kienu separati minn €30,000 oħra f’taxxa li kien mar iħallas wara li kien diġà ħabbar ilkandidatura tiegħu għallKap tal-Partit Nazzjonalista. Kumplessivament kien spiċċa jħallas lill-Istat mat-€62,000 f’taxxa u VAT dovuti. Għaldaqstant, dan qed jiġi interpretat bħala dgħufija akbar għall-Kap Nazzjonalista li qatt ma jista’ jieħu xi azzjoni kontra Azzopardi. Ix-xahar li għadda, din il-gazzetta żvelat kif, wara l-eliminazzjoni ta’ Adrian Delia mit-tmun tal-Partit, Richard Cachia Caruana reġa’ beda jiddetta l-aġenda. Laqgħa mar-right hand man ta’ Bernard Grech, Ray Bezzina, f’lukanda f’San Ġiljan indikat struzzjonijiet li bdew jiġu imposti mill-establishment fuq it-tmexxija Nazzjonalista. Stqarrija relatata maħruġa mill-Partit Labu­rista lbieraħ waranofsinhar qalet li Grech għandu jdejh marbutin. “Il-Kap tal-PN reġa’ staħba mill-ġurnalisti u minflok ta biss kumment fuq news portal biex jiddefendi l-aġir ta’ Jason Azzopardi li għamel snin ma jiddikjarax it-taxxa. Waqt li ċittadini onesti jħallsu t-taxxa ta’ kull sena, Jason Azzopardi għażel li jsib skuża banali biex ma jagħmilx dan. Bernard Grech din l-iskuża għamilha tiegħu u insulta lilleluf ta’ ħaddiema li minkejja li għaddew minn separazzjoni l-obbligu tat-taxxa tagħhom dejjem onorawh,” qal il-PL b’referenza għall-kummenti li għadda Grech filgħodu fuq dak magħruf sa dak il-ħin, jiġifieri li Azzopardi ma ddikjarax iddħul tiegħu għal sena waħda u mhux tlieta, kif qed niżvelaw hawnhekk. “Però Azzo­pardi hu mimli arja għax il-Kap tal-PN ma jistax jieħu passi kontrih wara li fl-aħħar snin għamel proprju bħalu u ma ħallasx it-taxxa. Hu ċar kristall li Kap li ma jħallasx it-taxxa mhux f’pożizzjoni li jieħu passi kontra deputati li jagħmlu bħalu,” kompla l-Partit La­bu­rista, filwaqt li enfasizza li, għaldaqstant, Grech m’għandu ebda awtori­ tà morali jitkellem fuq kor­ rettezza u etika fil-politika. “Fuq kollox ma jistax jieħu passi kontra min irrikattah sa mill-ewwel ġurnata fil-kariga.”


04

07.03.2021

POLITIKA NAZZJONALISTA “BBAŻATA FUQ ID-DUĦĦAN” WARA R-RIFORMA FIL-LIĠI TAL-KERA TAL-1995, IL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI JINKIXEF MINN NIESU STESS LI QED JISKREDITA LILL-PARTIT LI JMEXXI … JILMENTAW LI “QED JISPARA BL-ADDOĊĊ META DAHRU MAL-ĦAJT” Ir-reazzjonijiet imħawdin talKap Nazzjonalista Bernard Grech fl-aħħar ġimgħa dwar ir-riforma mħabbra għall-kirjiet residenzjali ta’ qabel l-1995 qanqlu kritika ħarxa fid-Dar Ċentrali stess, għax qed ikunu ta’ dannu akbar fuq il-kredibbiltà tal-Partit. Ir-riformi proposti millGvern, kif imħabbrin mill-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes is-Sibt tal-ġimgħa l-oħra, wasslu għal diversi reazzjonijiet pożittivi, fosthom mill-Caritas, il-Kamra tal-Kummerċ, il-General Workers’ Union (GWU) u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA). Dawn se joħolqu bilanċ ġust ma’ kulħadd, kemm għall-inkwilini kif ukoll għas-sidien tal-proprjetajiet, li ġustament ma kinux qed jieħdu kumpens xieraq għall-valur tal-assi tagħhom, bl-Istat joffri sa massimu ta’ €10,000 fis-sena f’kull każ. Sadanittant, Bernard Grech u l-PN kellhom biss tweġibiet konfliġġenti. L-ewwel ingħad li dawn il-miżuri “huma ftit wisq u tard ħafna” minn Grech, waqt li l-Kelliem Ewlieni Nazzjonalista għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Ivan Bartolo saħaq li r-riforma tikkostitwixxi biss “bżar fl-għajnejn lejlet l-elezzjoni”. Sussegwentement, il-Kap Nazzjonalista qal li għad iridu jiġu diskussi internament, mhux l-inqas mal-avukati u l-esperti tiegħu, waqt li pprova jaħrab mistoqsijiet relatati talġurnalisti fi tmiem żjara li kien qed jagħmel għand kumpanija lokali. Din il-gazzetta hi infurmata li fil-PN stess din il-ġimgħa reġa’ kien hemm min għamel enfasi fuq id-dgħufijiet ta’ nuqqas ta’ esperjenza politika tal-Kap, partikolarment kull darba li jiġi ffaċċjat bil-mistoqsijiet diretti. L-argument

Jumejn wara li qal li r-riforma hi “ftit u tard”, Grech iddikjara t-Tlieta li din għad trid tiġi analizzata internament f’laqgħa taħraq fl-aħħar jiem kien li Grech qed jinqabad kull darba li “ma jkunx ippreparat u qed jispara bl-addoċċ meta jiġi dahru mal-ħajt”. Dan wassal ukoll għall-kritika li, bħala tmexxija Nazzjo­ nalista, jidher li m’hemmx alternattiva serja għall-Gvern Laburista u “fil-verità hemm biss duħħan”, b’referenza wkoll

Saret enfasi fuq id-dgħufijiet ta’ nuqqas ta’ esperjenza politika tal-Kap, partikolarment kull darba li jiġi ffaċċjat bil-mistoqsijiet diretti tal-ġurnalisti kif kien il-każ nhar it-Tlieta

għall-pompożità li spiss juri Grech innifsu. Waqt li l-Ħadd li għadda l-Kap tal-Oppożizzjoni tkellem b’ħafna arja u indirizza direttament lill-Prim Ministru biex ma jkomplix jitmejjel bin-nies b’din ir-riforma, jumejn wara daqq l-irtirata u mal-mikrofoni tal-ġurnalisti saħansitra qal li s-suġġett għadu jrid jiġi dis­ kuss u analizzat mill-Partit. “L-Oppożizzjoni se tkompli tanalizza u se tkun qiegħda tiddiskuti internament ħalli mbagħad anke jkollna l-pożizzjoni uffiċjali u l-emendi ċari li aħna rridu. Il-Partit Nazzjonalista, tinsiex, jirrappreżenta ftit inqas minn nofs il-popolazzjoni u għandu l-obbligu anke mill-esperjenza ta’ ċerti membri fi ħdanu li huma avuka-

ti, imma anke wkoll permezz ta’ esperti li aħna nitkellmu magħhom, li dejjem ikun jista’ jikkritika ħalli l-affarijiet isiru aħjar. Biex ir-riforma tkun tajba trid tgħaddi minn taħt idejn l-avukati u esperti li għandu fil-Partit,” qal Grech f’waħda mill-ftit tweġibiet li ta t-Tlieta qabel spiċċa jlebbet għal ġo lift mal-kelliem uffiċjali tiegħu biex jevita li jkun iżjed imbarazzat. F’reazzjoni, il-Partit Laburis­ ta stqarr li l-PN kien l-uniku li kellu biss tmaqdir għar-riforma li ppreżenta l-Gvern għall-kirjiet ta’ qabel l-1995 u li hu interessat biss biex ikisser dak li fuq kollox ma rnexxilux jagħmel hu f’tant snin imexxi l-pajjiż. Fil-fatt, ir-reazzjonijiet talPN ikkuntrastaw ma’ dawk ta’ għaqdiet li wrew bla tidwir mal-

lewża li huma favur ir-riforma kif proposta mill-Gvern. Bħal-lum ġimgħa, il-Kamra tal-Kummerċ qalet li r-riforma tirrifletti l-pożizzjoni tagħha fil-politika rakkomandata li ssuġġeriet li jkun hemm capping ta’ ħlas massimu tal-kirjiet għal 2% tal-valur fis-suq tal-istess proprjetà, waqt li jkun ipprovdut mekkaniżmu alternattiv għal persuni b’mezzi limitati. “Ir-riforma mħabbra tintroduċi l-prinċipju ta’ ħlas tal-kirja raġonevoli lis-sidien tal-proprjetajiet. Din tagħmel distinzjoni bejn pensjonanti u dawk fuq il-benefiċċji soċjali fuq naħa u inkwilini li huma f’impjieg full-time fuq in-naħa l-oħra. Iżjed minn hekk, jekk il-proprjetajiet huma stmati


05

07.03.2021

IR-RIFORMA ĠUSTA LI RESSAQ IL-GVERN Ir-riforma għall-kirjiet li saru qabel l-1995 se toffri kumpens sa massimu ta’ €10,000 fis-sena f’kull każ, biex b’hekk jitħarsu d-drittijiet taċ-ċittadini kollha – kemm dawk li għandhom dritt għall-kenn ta’ darhom kif ukoll dawk li jixirqilhom kumpens addattat għall-użu tal-proprjetà tagħhom. L-anomaliji fil-kirjiet inkwistjoni wasslu biex sal-lum kellna persuni jgħixu fil-biża’ li jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom jew inkella b’kirja li togħla daqskemm hi l-pensjoni tagħhom. Issa b’din ir-riforma se titneħħa kull biża’ billi l-protezzjoni jerfagħha l-Istat. Permezz ta’ benefiċċju tal-kera b’saħħtu, se jiġi assigurat li ħadd ma jħallas aktar milli jiflaħ. Filfatt, il-Gvern se jkopri kwalunkwe żieda fil-kera għall-pensjonanti u persuni fuq il-benefiċċji soċjali sa massimu ta’ €10,000, filwaqt li għall-inkwilini li għandhom impjieg full-time se jkopri d-differenza bejn 25% tad-dħul tagħhom u l-kirja stabbilita mill-Bord li Jirregola l-Kera sa massimu ta’ €10,000 fis-sena. Sid ta’ proprjetà milqut minn kirja protetta m’għandux dritt ikeċċi lill-kerrej li jkun jeħtieġ protezzjoni fil-kirja u jekk iħoss li mhux jirċievi l-ammont xieraq ta’ kirja jiftaħ proċeduri quddiem l-istess bord biex jiġi ffissat l-ammont xieraq. B’rimedju quddiem il-Bord, is-sidien jistgħu jibdew jirċievu kirja sa massimu ta’ 2% tal-valur tal-proprjetà mikrija, skont il-mezzi tal-inkwilini. Se titwaqqaf taqsima ġdida fl-Awtorità tad-Djar li toffri lill-inkwilini assistenza legali mingħajr ħlas. Għal kull problema jew aktar tagħrif persuna tista’ ċċempel fuq il-freephone 153. iżjed minn €500,000, l-Istat se joffri akkomodazzjoni alternattiva lill-inkwilini li ma jkunux jifilħu jħallsu ż-żieda fil-kirja. Dan ukoll isegwi fuq deċiżjonijiet riċenti tal-Qorti Kostituzzjonali f’Malta u fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem,” ingħad fi stqarrija tal-Kamra tal-Kummerċ. F’kummenti lil ONE News, id-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt it-Tlieta qal li r-riforma se tindirizza t-tħassib tal-inkwilini. Hu fissirha bħala pass importanti għax se tagħti s-serħan tal-moħħ lil madwar 10,000 familja. “Bla dubju dan huwa pass importanti ’l quddiem, fid-dawl ta’ numru ta’ persuni, fosthom anke nies vulnerabbli u anzjani li kienu qed jgħixu f’biża’ ta’ x’se jiġrilhom. Ovvjament is-saqaf huwa dritt bażiku uman u jekk persuna tkun qed tinkwieta jew tibża’ li tista’ tispiċċa barra t-triq, dik toħloq insigurtà kbira fil-ħajja ta’ dak li jkun,” tenna Gatt. Fi stqarrija, il-GWU qalet li tilqa’ b’sodisfazzjon ir-riforma li se ġġib bilanċ bejn l-inkwilin u s-sidien ta’ dawn il-proprjetajiet billi ħadd ma jħallas aktar milli jiflaħ, filwaqt li tal-aħħar jirċievu dħul xieraq mill-kirja skont il-valur preżenti tal-istess proprjetà. “Matul is-snin il-GWU tkell-

met dwar persuni vulnerabbli bi dħul baxx u pensjonanti li kienu qed isofru minn ansjetà kbira u inċertezza minħabba futur inċert dwar darhom. Filfatt, fil-proposti tagħha għar-riforma fil-kirjiet privati tal-2017, saħqet dwar il-ħtieġa biex din il-problema tiġi indirizzata. Ħafna minn dawn l-inkwilini huma anzjani u persuni vulnerabbli li jgħixu bil-pensjoni jew bil-benefiċċji soċjali u ma jifilħux iħallsu. Il-Gvern issa se jassorbi sa massimu ta’ €10,000 ta’ dawk li ma jifilħux iħallsu, filwaqt li s-sidien jirċievu sa 2% tal-valur tal-proprjetà. Il-Gvern se jkun qed jipproteġi lil min jiflaħ l-inqas,” qalet l-akbar trejdjunjin fil-pajjiż. F’isem l-MDA, Sandro Chetcuti qal li huma jilqgħu r-riforma li sejħilha kuraġġuża. Il-President tal-Assoċjazzjoni saħaq li r-riforma, li qed jimbotta l-Gvern, bdiet tindirizza anomalija li ilha għaddejja snin twal. “Min-naħa tagħna ħa nkunu qegħdin nagħtu kontribut biex ir-riforma ssir ġusta, li ma jkunx hemm dewmien esaġerat biex bniedem jieħu dak li ħaqqu, li se nkunu wkoll naħdmu biex il-valutazzjoni tal-proprjetà li tkun qed tingħata, tkun xierqa u kif suppost, fost affarijiet oħrajn,” qal Chetcuti.

L-inkontru bla sliem li seħħ nhar it-Tnejn li għadda quddiem il-bini tal-Parlament bejn Manuel Delia (xellug) u Bernard Grech, fejn injoraw kompletament lil xulxin

QED JERĠA’ JBERRAQ GĦALL-“MAGĦŻUL” Appena ħames xhur biss fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista u l-Oppożizzjoni, qed jerġa’ jberraq fid-destin politiku ta’ Bernard Grech wara li din il-ġimgħa tqanqlu mill-ġdid il-ħalel biex għal darb’oħra tinġibidlu l-attenzjoni li mhuwiex miexi kif mixtieq minn min poġġieh fil-pożizzjoni. Jidher li t-tbeżbiża tal-forzi tal-establishment ftit tal-ġimgħat biss ilu ma serviet għalxejn. Wara li ma ssodisfax mistoqsijiet ippjanati tat-Times, li prattikament talbuh meta se jeħles minn ma’ saqajh mill-Eks Kap u Deputat Adrian Delia, l-establishment ħareġ għalih biex jirrambah u, anke b’theddid mhux sottili u fakkru min qed jiġbidlu l-ispag. Jidher li esponenti ewlenin, bħal Richard Cachia Caruana, li fil-bidu tax-xahar li għadda ltaqa’ mar-right hand man ta’ Grech, Ray Bezzina, sempliċiment biex jiddettalu anke kif irid ikun iżjed aħrax f’diskorsu, jew Manuel Delia, li mal-ħatra tiegħu qallu biex ma jirrovinax iċ-ċans li qed jagħtuh u wissieh li għajnejhom jinsabu fuqu l-ħin kollu, issa qed jiddispjaċihom mill-għażla li għamlu. Jidher li qed jitilfu l-paċenzja. Delia u Grech injoraw lil xulxin it-Tnejn kif ġew wiċċ imb wiċċ quddiem il-Parlament waqt li kienet għaddejja l-protesta ta’ Repubblika. F’dan il-mument sinifikanti, waqt li Delia baqa’ jitkellem fuq il-mobile, Grech ukoll dawwar wiċċu n-naħa l-oħra kif għadda jħakkek miegħu. Din il-ġimgħa wkoll kien żvelat minn ONE News kif, fl-aħħar manuvri simili, id-Deputat Jason Azzopardi ltaqa’ b’mod urġenti ma’ wieħed mill-konsulenti ewlenin ta’ Grech biex jaqbad malajr ir-rotta li ġiet indikata lilu, inkluż biex jirrepeti b’iżjed qawwa l-allegazzjonijiet li joħroġ hu. Dan bit-tama li jħollu t-tensjoni, li qed tkompli tikber, mal-establishment Nazz-

jonalista. Ta’ min ifakkar li Azzopardi kien is-sensar tal-establishment li kkonvinċa lil Grech li għandu l-appoġġ sħiħ tad-deputati ribelli (jew talhekk imsejħin “Blue Heroes”) kollha biex joħroġ għall-elezzjoni fil-ħatra ta’ Kap Nazzjonalista fit-3 t’Ottubru li għadda u li kellu bżonnu biex jitwarrab Delia u eventwalment iġib xi tip ta’ kompromess fil-Grupp Nazzjonalista. ONE News ikkwota sorsi fil-PN li qalu li, fillaqgħa li saret fil-Belt Valletta, Azzopardi svoga r-rabja tiegħu għax il-Partit m’appoġġjahx fuq l-aħħar allegazzjonijiet li għamel dwar is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar u mill-Partit stess kien hemm min saħansitra qallu li ma kellux xi jridhom. Sħabu fil-Grupp Parlamentari wkoll kienu kawti ħafna dwar dak li kien qed jinsinwa. Il-kritika interna lejn Azzopardi kienet ċara, dik li mar lura għal xi ħaġa li allegatament seħħet seba’ snin ilu biex ineħħi l-pressjoni minn fuqu. Sussegwentement skoprejna kif Azzopardi kien qiegħed biss jipprova jgħatti xturu għall-istorja, li kien jaf li se toħroġ, dwar nuqqas ta’ dikjarazzjonijiet tat-taxxi min-naħa tiegħu. L-allegazzjoni fil-konfront ta’ Cutajar u l-Eks Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit, li fl-2013 sforzaw lil xi uffiċjal taċ-Ċivil biex jirriżenja u offrewlu somom ta’ flus, mhux biss ġiet miċħuda kategorikament, iżda ġie mfakkar ukoll kif din kienet it-tielet darba li, taħt il-privileġġ Parlamentari, gideb fuq is-Segretarju Permanenti Ewlieni. Minkejja dan, fil-laqgħa tiegħu mal-konsulent ta’ Grech, Azzopardi għamilhielu ċara biex jgħid lill-Kap li poġġewh hemm huma u jrid jagħmel kif jgħidulu. Jirriżulta li Azzopardi kien aħrax ħafna u qal lil dan l-istrateġist biex imur jgħid lill-oħrajn li jew se jkomplu miegħu jew anke huma se jkollhom il-problemi.


06

07.03.2021

2020

FULL-TIME BISS

PART-TIME BISS

FULL + PART-TIME

FRAR

13,663

2,404

2,835

MARZU

13,677

2,369

2,832

APRIL

13,646

2,350

2,841

MEJJU

13,683

2,346

2,836

ĠUNJU

13,767

2,368

2,875

LULJU

13,823

2,534

2,930

AWWISSU

13,828

2,541

2,947

SETTEMBRU

13,904

2,413

2,974

OTTUBRU

13,932

2,398

2,987

IL-BIDLA F’GĦAWDEX BDIET MILL-2013 Tkompli minn paġna 1 Jekk wieħed iħares lejn is-sorsi taż-żieda fl-impjiegi f’Għawdex bejn Frar u Ottubru 2020, wieħed jinnota kemm l-irkupru ekonomiku hu mifrux fil-gżira Għawdxija, tant li kien hemm żieda ta’ 152 impjieg f’servizzi amministrattivi, 39 fis-settur tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, 17 f’servizzi professjonali, 28 fil-kostruzzjoni u r-real estate, 21 persuna aktar taħdem fi ħwienet u 33 f’servizzi oħrajn. F’oqsma tipikament assoċjati mas-settur pubbliku, bħas-saħħa, l-edukazzjoni u l-amministrazzjoni pubblika, kien hemm żieda totali ta’ 92 impjieg. Fejn jidħol xogħol part-time, sa tmiem Ottubru kien hemm 2,398 Għawdxi li jaħdem parttime biss, filwaqt li 2,987 Għawdxi li jaħdem full-time kellu wkoll part-time. Dan ifisser tnaqqis fl-għadd ta’ sitt persuni li jaħdmu part-time biss u żieda ta’ 152 fost dawk ilfull-timers Għawdxin li għandhom part-time wkoll. Ir-riżultati ekonomiċi pożittivi f’Għawdex huma konferma ta’ kemm il-miżuri li ħa l-Gvern, speċjalment il-Wage Supplement u l-vouchers ta’ €100, kellhom impatt qawwi fil-gżira Għawdxija. Ir-reżiljenza tal-ekonomija Għawdxija hi dovuta għal bidla fundamentali li seħħet mill-2013 ’il quddiem u li permezz tagħha setturi bħal dak tas-servizzi professjonali, informazzjoni u komunikazzjoni, kif ukoll dak finanzjarju kabbru l-proporzjon tagħhom minn 10% għal 20% tal-ekonomija Għawdxija. Fl-2012 dawn is-setturi kienu jiġġeneraw biss €28 miljun f’Għawdex, mentri sas-sena qabel il-pandemija kienu kibru għal €101

miljun. F’business breakfast li sar din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Robert Abela reġa’ afferma l-mira li l-ġid nazzjonali ras għal ras ta’ Għawdex jilħaq dak f’Malta. Biex dan iseħħ il-viżjoni talGvern hi li, lejn Għawdex, jattira dejjem aktar setturi diġitali, li għandhom ukoll il-vantaġġ li ma jniġġsux. Għawdex jista’ jkun attraenti ħafna għal dawn is-setturi għax wieħed minn kull 10 ċittadini f’pajjiżna, li bħalissa qed jieħdu edukazzjoni terzjarja, hu Għawdxi. Dan hu kważi d-doppju tal-persentaġġ tal-popolazzjoni f’pajjiżna li hu residenti f’Għawdex. Minbarra hekk, wieħed minn kull erba’ Għawdxin, li bħalissa qed jistudjaw fil-livell terzjarju, qed jagħmel kors fil-Matematika, fl-Inġinerija jew fl-Informatika. Il-Prim Ministru rrimarka li l-fliegu bejn iż-żewġ gżejjer ewlenin mhux ostaklu qawwi biex tikber il-ħidma diġitali f’Għawdex, speċjalment bl-investiment tat-tieni fibre optic cable li seħħ fl-aħħar xhur. Filwaqt li jattira attività ġdida lejn Għawdex, il-Gvern hu wkoll kommess li jagħti opportunitajiet akbar lill-operaturi fis-setturi tradizzjonali. Se jkun hemm ħidma biex dawn is-setturi jisfruttaw teknoloġiji ġodda, iwessgħu l-kollaborazzjoni ma’ setturi oħrajn u jservu wkoll bħala bażi għal ittestjar f’teknoloġiji li jgħinu lil pajjiżna jsir carbon neutral. F’dan il-kuntest il-Prim Ministru ħabbar li, permezz ta’ proġett multimiljunarju, mhux biss il-bżonnijiet tal-enerġija ta’ Għawdex jiġu servuti minn sorsi rinnovabbli, imma li għall-ewwel darba fl-istorja din il-gżira tibda tesporta u mhux timporta l-enerġija lejn Malta.


07.03.2021

REKORD IEĦOR FI FRAR FIS-SUQ TAL-PROPRJETÀ Ix-xahar li għadda kien l-aqwa wieħed għall-bejgħ tal-proprjetà f’pajjiżna mill-2017 s’issa, kemm fin-numru ta’ konvenji li saru kif ukoll fil-valur kollu tagħhom. Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi (MDA) qalet li b’kollox fi Frar saru 1,600 konvenju, b’valur li jaqbeż it-€350 miljun. Meta mqabbel ma’ Frar tas-sena l-oħra, tiġi nnotata żieda ta’ 40% fil-konvenji li saru, bid-differenza fil-valur taqbeż il-€100 miljun fuq l-istess perjodu. L-MDA qalet li dawn l-aħħar ċifri jkomplu jikkonfermaw ir-reżiljenza ta’ dan il-qasam kruċjali, anke fi żmien ta’ inċertezza minħabba l-pandemija. L-Assoċjazzjoni qalet li hu importanti li dawn l-oqsma jitħallew jikbru anke f’dan iż-żmien. Din ix-xejra pożittiva u b’saħħitha fil-bejgħ tal-proprjetà, grazzi wkoll għall-inċentivi tal-Gvern, tkompli wara li f’Jannar li għadda kien hemm ukoll żieda oħra ta’ 27% fil-bejgħ. Fl-ewwel xahar tas-sena kienu ġew irreġistrati 1,157 konvenju għall-bejgħ ta’ proprjetà, b’valur totali ta’ €274 miljun. Il-Prim Minsitru Robert Abela laqa’ l-aħħar riżultati dwar ix-xiri tal-propjetà f’Malta tul Frar u fuq Twitter saħaq li dan juri kif il-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika ta’ €900 miljun li ħabbar il-Gvern f’Ġunju li għadda, qed ikompli jħalli l-impatt mixtieq. Fost l-oħrajn, dakinhar kien tħabbar li persuni jew koppji interessati li jixtru l-proprjetà tagħhom kienu se jiffrankaw eluf ta’ ewro ladarba se jgawdu minn tnaqqis fit-taxxa tal-boll minn 5% għal 1.5%. Minbarra hekk, ġiet modifikata wkoll l-iskema tal-First Time Buyers li kien daħħal Gvern Laburista biex aktar persuni jsiru sidien ta’ djarhom u dawk li qabel ma kinux jikkwalifikaw għall-iskema, ikunu jistgħu jgawdu minnha wkoll.

07


08

07.03.2021

IL-500 TRIQ LI NBNEW MILL-ĠDID  ID-DEPUTAT NAZZJONALISTA ROBERT CUTAJAR JIPPROVA JIRREDIKOLA L-WEGĦDA TAL-GVERN GĦALL-INVESTIMENT TA’ €100 MILJUN FIS-SENA BIEX JIĠU RRANĠATI T-TOROQ KOLLHA TAL-PAJJIŻ, PERMEZZ TA’ INFRASTRUCTURE MALTA … MINFLOK JIĠI SERVUT BL-GĦERUQ U X-XNIEXEL Wara ħafna insistenza u tentattivi biex jipprova jiskredita x-xogħol siewi li qed twettaq Infrastructure Malta, il-Partit Nazzjonalista din il-ġimgħa ġie servut bil-lista sħiħa ta’ madwar 500 triq li s’issa nbnew mill-ġdid jew inkella sarilhom titjib konsiderevoli mill-istess aġenzija mindu nħolqot fl-2018. Il-lista eżawrenti (lemin), li ngħatat fi tweġiba Parlamentari din il-ġimgħa, fiha nfisha żebilħet kull sforz li kien hemm fl-aħħar xhur u snin min-naħa tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista fil-konfront tal-wegħda minn Gvern Laburista li jibdel wiċċ il-pajjiż billi jirranġa t-toroq kollha li jeżistu u li għaliha kien qed jinvesti xejn inqas minn €700 miljun fuq seba’ snin. Fil-ftit snin tal-eżistenza tagħha, Infrastructure Malta, taħt it-tmexxija tal-Inġinier Fredrick Azzopardi, malajr rabbiet kredibbiltà kbira fost il-poplu, grazzi wkoll għal proġetti infrastrutturali bla preċedent li bdew jitwettqu. Fuq quddiem nett insemmu, bla dubju, is-seba’ flyovers fil-Marsa Junction Project, li issa wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu. Minbarra dan, iżda kien hemm ħemel ta’ proġetti oħrajn iżgħar ta’ rranġar ta’ toroq fil-qalba tal-komunitajiet tagħna u anke fil-periferiji tal-lokalitajiet rispettivi tagħhom fejn ħafna Kunsilli ma baqgħux jew ma setgħux jagħmluhom minħabba n-nuqqas ta’ mezzi finanzjarji u saħansitra

skemi bażwijin li daħħluhom fihom Gvernijiet Nazzjonalisti fil-passat. Waqt li fil-bidu tal-PN kienu jiddieħku u jipprovaw jirredikolaw lill-amministrazzjoni Laburista daqslikieku din kienet qed toħlom bil-ftajjar, ftit wara malajr biddlu t-tattika xħin irrealizzaw li l-affarijiet qed jitmexxew bis-serjetà. Minflok, infexxew fl-attakki u bdew jittantaw isibu x-xagħra fl-għaġina hekk kif din il-wegħda ambizzjuża bdiet tidher li qed titwettaq bil-fatti, bħal oħrajn kbar qabilha ovvjament. Nhar it-Tnejn, id-Deputat Nazzjona­ lista Robert Cutajar ingħata tratta­ment xieraq fi tweġiba mill-Ministru għatTras­port, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg, li taħt ir-responsabbiltà tiegħu taqa’ l-aġenzija Infrastructure Malta. Waqt li kien qed jirreferi għal tweġiba preċedenti mill-Ministru fejn issemma li din l-aġenzija kienet wettqet xogħol estensiv fuq 500 triq mill-2018 lil hawn, Cutajar ittanta jpoġġi f’dubju lill-Ministru u talbu l-ismijiet tat-toroq kollha inkwistjoni. Dr Borg ma damx ma qatagħlu xewqtu u għaddielu l-lista tal-isqaqien,

it-telgħat u toroq oħrajn li rċevew il-kura professjo­nali ta’ Infrastructure Malta mill-2018. F’din il-lista saħansitra hemm inklużi toroq li spiċċaw ingħataw wiċċ xieraq bit-tarmak, qabel biss ingħataw isem proprju! Fl-istess ħin, filwaqt li ġibidlu l-attenzjoni li “huwa importanti li nifhmu ftit sew in-numri li qed issir referenza għalihom”, Dr Borg beda biex jisħaq li kieku kien għall-Oppożizzjoni Nazzjonalista, li tliet snin ilu vvutat kontra l-ħolqien ta’ Infrastructure Malta fil-Parlament, kieku n-numru ta’ toroq ġodda li saru kien ikun żero. Minkejja dan, il-Ministru qal li l-Gvern ma qatax qalbu mill-politika negattiva tal-Oppożizzjoni u l-500 triq ġodda fihom infushom huma ċertifikat ta’ dan. Għax donnha t-tweġiba ma daqqitx għal widnejh, id-Deputat Nazzjonalista talab l-intervent tal-Ispeaker Anġlu Farrugia minħabba l-fatt li l-Ministru m’għaddielux il-lista skont il-lokalitajiet, kif talab hu, u minflok wieġbu li “dawn it-toroq jinsabu tista’ tgħid fil-lokalitajiet kollha f’Malta”. Għal dan, is-Sedja ma ħassitx li kellha tintervjeni b’xi mod. Fi tweġiba separata li ngħatat lid-Deputata Maria Deguara l-għada t-Tlieta, il-Ministru Borg kompla fuq l-istess suġġett meta ntalab jiċċara meta se jingħata wiċċ lil triq partikolari fil-Mosta. Fost oħrajn, hu wieġeb li, bit-twaqqif ta’ Infrastructure Malta, it-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern u qed jitwettqu ħafna proġetti biex titjieb is-sigurtà u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, inklużi kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. “Dan l-investiment diġà qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzja-

li mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna,” tenna l-Ministru, waqt li spjega li t-triq indikata mid-Deputata Deguara tinsab fil-pjan biex, bħal toroq oħrajn, tinbena wkoll mill-ġdid fiż-żmien li ġej. “Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.” Ġimagħtejn ilu din il-gazzetta wkoll irrapportat kif it-titjib tat-toroq jew il-bini ta’ oħrajn ġodda li saru fl-aħħar snin wassal għal tnaqqis drastiku flgħadd ta’ aċċidenti tat-traffiku, inklużi dawk fejn jindarbu persuni serjament. Fil-fatt ir-reġjun tan-Nofsinhar talPort il-Kbir kien l-aktar li rreġistra tali tnaqqis fl-aħħar tliet xhur tal-2020. Inċidentalment, proprju fl-istess perjodu, it-traffiku f’din l-istess żona beda jgawdi mill-kumdità sħiħa ta’ proġetti infrastrutturali massiċċi bħall-użu sħiħ tas-seba’ flyovers fil-Marsa Junction Project, il-mini ta’ taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija u t-twessigħ tal-Marsa-Ħamrun Bypass u t-triq minn Ħal Qormi għal Ħal Luqa, b’investiment kumplessiv ta’ madwar €105 miljun. Reġjuni oħrajn, li bdew igawdu minn titjib ieħor kbir infrastrutturali, ukoll irreġistraw tnaqqis sinifikanti fl-aċċidenti fuq is-sena ta’ qabel. L-ibliet u l-irħula tat-Tramuntana tal-Port il-Kbir u tal-Punent, li gawdew minn proġetti bħall-Kappara Junction, Triq Reġjonali, Triq Mikiel Anton Vassalli u issa s-Central Link, irreġistraw tnaqqis ta’ aktar minn 18% fl-aċċidenti kumplessivi.

Wara li ttanta jpoġġi f’dubju t-tweġiba li kien ta preċedentement il-Ministru dwar toroq li saru minn Infrastructure Malta fl-aħħar snin, id-Deputat Robert Cutajar (xellug) talbu l-ismijiet tat-toroq kollha inkwistjoni. Il-Ministru Ian Borg ma damx ma qatagħlu xewqtu!!


07.03.2021

09

JEW TJIEBU MILL-2018 S’ISSA Pjazza biswit Triq Lampat, Pjazza San Leonardu, Sqaq Ballott, Sqaq Barċellona, Sqaq Brimbu, Sqaq Buħar, Sqaq fi Triq Bieb ir-Ruwa limiti tal-Baħrija, Sqaq fi Triq il-Kunċizzjoni, Sqaq fi Triq tal-Ferħa, Sqaq fi Triq Wied l-Isqof, Sqaq Fra Diegu, Sqaq ta’ Fuq Wied Betti, Sqaq iċ-Ċawl, Sqaq il-Ġebel, Sqaq il-Girgħien, Sqaq Harper, Sqaq il-Ħofra, Sqaq il-Lewż, Sqaq il-Magħtab, Sqaq il-Mejda, Sqaq il-Qasba, Sqaq il-Qiegħed, Sqaq Ir-Ramlija, Sqaq l-Arkati, Sqaq Lourdes, Sqaq Madre Marija Tereża Spinelli, Sqaq maġenb Ġnien Alexander Ball, Sqaq numru 2 fi Triq il-President Anton Buttigieg, Sqaq Numru 3 fi Triq Strejnu, Sqaq numru 4 fi Triq il-Bdiewa, Sqaq numru 5 fi Triq Xrobb l-Għaġin, Sqaq Rajgu, Sqaq Ramlija, Sqaq Rjallu, Sqaq San Alessi, Sqaq San Franġisk, Sqaq San Mikiel, Sqaq San Tumas, Sqaq Santa Marija taż-Żellieqa, Sqaq Santu Wistin, Sqaq Skarpell, Sqaq ta Bieb il-Ġarra, Sqaq ta’ Sejduna, Sqaq ta’ B’Xejn, Sqaq Tal-Barrani numru 2, Sqaq tal-Blajjet, Sqaq tal-Ħandaq, Sqaq tal-Lhudija, Sqaq tal-Qasam, Sqaq tal-Qlejgħa ż-Żgħira, Sqaq tal-Usif Numru 2, Sqaq tan-Nadur, Sqaq tas-Sejba, Sqaq Urbella, Sqaq Wilga, Sqaq Xlejli, Sqaq iż-Żebbiegħ, Telgħet il-Kurċifiss, Telgħet ix-Xemxija, Trejqa Boxbox, Trejqet Francesco Chircop, Trejqet il-Profs.V.Griffiths f’Tas-Salib, Trejqet Kostinjus, Trejqet l-Għollieq, Trejqet San Franġisk, Trejqet Wied ta’ Klima, Dawret il-Mellieħa, Triq Alessandra, Triq Alofju Wignacourt, Triq Andrea Bogdan, Triq Annetto Caruana, Triq Annibale Preca, Triq Awrekarja, Triq Ballata, Triq Bdoti, Triq bejn Sqaq Alessi u Triq Wied il-Qliegħa, Triq Belle Isle, Triq Bengħajsa, Triq bla isem bejn Ta’ Ħlantun u Triq Ħal-Far, Triq bla isem bejn Triq Godwin Ganado u Triq l-Isqof, Triq bla isem f’Bur ix-Xewk, Triq bla isem f’San Niklaw, Triq bla isem f’Triq l-Imdawra Numru 3, Triq bla isem fi Trejqa tal-Providenza, Triq bla isem fi Triq Busewdien, Triq bla isem fi Triq Conti S.Manduca, Triq bla isem fi Triq Delimara, Triq bla isem fi Triq Delimara, Triq bla isem fi Triq Għar Dalam, Triq bla isem fi Triq Għar Ram, Triq bla isem fi Triq Gianpula, Triq bla isem fi Triq Ħaġar Qim, Triq bla isem fi Triq Ħal Far, Triq bla isem fi Triq ĦalFar, Triq bla isem fi Triq Ħal Farruġ, Triq bla isem fi Triq iċ-Ċens l-Iswed, Triq bla isem fi Triq il-Brolli, Triq bla isem fi Triq il-Gargir, Triq bla isem fi Triq il-Gudja, Triq bla isem fi Triq il-Ħofra, Triq bla isem fi Triq il-Ħwawar, Triq bla isem fi Triq il-Mellieħa, Triq bla isem fi Triq il-Milord, Triq bla isem fi Triq il-Wardija, Triq bla isem fi Triq Inżul ix-Xemx, Triq bla isem fi Triq ir-Rabat, Triq bla isem fi Triq ir-Rizza u Triq il-Gandoffla, Triq bla isem fi Triq is-Salvja u Trejqet ix-Xorbett, Triq bla isem fi Triq is-Siġġiewi, Triq bla isem fi Triq it-Torri, Triq bla isem fi Triq l-Avjazzjoni, Triq bla isem fi Triq l-Imdawra, Triq bla isem fi Triq l-Immakulata Kunċizzjoni, Triq bla isem fi Triq l-Imnarja, Triq bla isem fi Triq Mikiel Anġ Borg, Triq bla isem fi Triq Sabbat, Triq bla isem fi Triq San Ġużepp, Triq bla isem fi Triq San Ġużepp, Triq bla isem fi Triq San Lawrenz tal-Għolja, Triq bla isem fi Triq San Niklaw, Triq bla isem fi Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq bla isem fi Triq Santa Katerina, Triq bla isem fi Triq ta’ Santi, Triq bla isem fi Triq tal-Barrani, Triq bla isem fi Triq tal-Imdawra, Triq bla isem fi Triq Tartarni, Triq bla isem fi Triq Vjal l-Avjazzjoni, Triq bla isem fil-limit tax-Xagħra tax-Xini area, Triq bla isem fix-Xagħra ta’ Girad limiti tas-Salib, Triq bla isem fl-inħawi Ta’ Faqqani, Triq bla isem fl-inħawi tal-Isbal, Triq bla isem fl-inħawi ta’ Wied Ħesri, Triq bla isem fl-inħawi tal-Ajruport, Triq bla isem fl-inħawi tal-Buskett, Triq bla isem fl-inħawi tal-Kunċizzjoni, Triq bla isem fl-inħawi tal-Kunċizzjoni, Triq bla isem fl-inħawi tal-Kunċizzjoni, Triq bla isem fl-inħawi tal-Mitħna ta’ Laroka, Triq bla isem fl-inħawi tal-Qawra, Triq bla isem fl-inħawi tal-Qolla, Triq bla isem fl-inħawi tax-Xagħra ta Sentini, Triq bla isem fl-inħawi tax-Xagħra tax-Xini, Triq bla isem fl-inħawi taż-Żebbuġ, Triq bla isem ħdejn ir-runway il-qadima, Triq bla isem ħdejn Triq Kostinjuż, Triq bla isem ħdejn Triq San Niklaw, Triq bla isem ħdejn Triq Wied is-Sewda, Triq bla isem ħdejn Triq il-Gargir, Triq Brigħella, Triq Brolli, Triq Bruka, Triq Btieti, Triq Budaq, Triq Bugħarbiel, Triq Buqexrem, Triq Bur il-Kbir, Triq Bur ix-Xewk, Triq Burglat, Triq Burma, Triq Burmarrad, Triq Burmarrad, Triq Caravaggio, Triq Carlo Darmanin, Triq Ċensu Bugeja, Triq Dawret il-Wied, Triq Delimara, Triq Dun Alwiġ Galea, Triq Dun G Cilia, Triq Dun Gulio Muscat, Triq Dun Ġużepp Micallef, Triq Dun Karm Schembri, Triq Dun Karm Vella, Triq Duncan, Triq Dwiemes, Triq f’Ta Ġawhar, Triq Ferdinand Grech, Triq Ferdinand Stuflesser, Triq Filippu Castagnia, Triq fil-limiti ta’ Ħofret ir-Rizz, Triq fil-limiti ta’ Wied il-Qoton, Triq fil-limiti tad-Dwejra (ħdejn il-kamra tan-nar), Triq fil-limiti tal-Ġebel l-Abjad, Triq fil-limiti tal-Ġnien tal-Ġibjun, Triq fil-limiti tal-kamra tan-nar ta’ San Ġorġ, Triq fil-limiti tal-kamra tan-nar ta’ San Pawl, Triq fil-limiti tal-Marniżi, Triq fil-limiti Tal-Wilga, Triq fil-limiti tar-Raba Nemel, Triq fil-limiti tas-Salib, Triq fil-limiti Tas-Santi, Triq fil-limiti tat-Torri ta’ Triq il-Wiesgħa, Triq fl-inħawi tal-Ħlantun, Triq fl-inħawi tal-Isbal, Triq fl-inħawi tal-Knisja tan-Natività tal-Madonna, Triq fl-inħawi tal-Minkba, Triq fl-inħawi Tas-Salib, Triq Ferdinandu Inglott, Triq Francis X. Attard, Triq Frans Galea, Triq Frenċ Abela, Triq Ġdida fi Triq ir-Rabat, Triq Ġdida fi Triq Albert Mayr, Triq Ġdida fi Triq il-Buttar, Triq Ġdida fi Triq il-Maddalena, Triq Ġdida fi Triq it-Turretta, Triq Ġdida fi Triq ix-Xbieki, Baħar iċ-Ċagħaq, Triq Ġdida fi Triq l-Għarnuq, Triq Ġdida fi Triq San Pietru, Triq Ġdida fi Triq Sant’Agata, Triq Ġdida fi Triq Tas-Silġ, Triq Ġdida fi Triq Tas-Silġ, Triq G Despott, Triq Gabriele Henin, Triq Gammari Dalli, Triq Ġebel l-Għomor, Triq Għarram, Triq Għajn Rihana, Triq Għawdex, Triq Gianpula, Triq Giorgio Mitrovich, Triq Ġnien id-Dwieli, Triq Ġorġ Borg Olivier, Triq Ġorġ Zahra, Triq Ġorġ Zammit, Triq Ġużè Ellul Mercer, Triq Ġużeppi Agius, Triq Ġużeppi D’Arena, Triq Ġużeppi Despot, Triq Ġwann Mamo, Triq Ħabel Gendus, Triq Ħadd in-Nies, Triq Ħajt Laringu, Triq Ħal Far, Triq Ħal Qormi, Triq Ħal Tartani, Triq Ħal Mula, Triq Ħal Sajd, Triq Ħannibal, Triq Ħas-Saptan, Triq Ħaż-Żabbar, Triq Ħofriet ir-Ritz, Triq iċ-Ċawsli, Triq iċ-Ċentinarju tal-Parroċċa, Triq iċ-Ċimiterju, Triq id-Daħla ta’ San Tumas, Triq id-Dar tal-Providenza, Triq id-Dejqa, Triq id-Disgħa t’April, Triq id-Duluri, Triq il-Ballut fil-Wardija, Triq il-Baqqunier, Triq il-Barrieri, Triq il-Bidnija, Triq Il-Blata l-Kaħla, Triq il-Brolli, Triq il-Buskett, Triq il-Buttar, Triq il-Bżulija, Triq il-Familja Cumbo, Triq il-Faqqanija, Triq il-Faqqus, Triq il-Fawwara, Triq il-Ferrovija l-Antika, Triq il-Fortizza, Triq il-Fortizza, Triq il-Fortizza Tal-Grazzja, Triq il-Gamar, Triq il-Ġardenja, Triq il-Ġarġir, Triq il-Ġdida, Triq il-Ġebel, Triq il-Ġiebja, Triq il-Ġir, Triq il-Ġiżimin, Triq il-Ġojjin, Triq il-Gudja, Triq il-Gżira, Triq il-Ħaddiema, Triq il-Ħali, Triq il-Ħerba, Triq Il-Ħwawar, Triq il-Kaċċa, Triq il-Kampanjol (Sqaq Janni), Triq il-Kappella, Triq il-Kappella ta’ San Mikiel, Triq il-Kapuċċini, Triq Il-Kavallerizza, Triq il-Kavallieri ta’ Malta, Triq il-Kbira, Triq il-Kejla, Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, Triq il-Kostituzzjoni, Triq il-Kotob, Triq il-Kuċċard, Triq il-Kunċizzjoni, Triq il-Kunċizzjoni, Triq il-Labour, Triq il-Lewż, Triq il-Lewża, Triq il-Luzzu, Triq Il-Maqdes Ruman, Triq il-Marġ, Triq il-Marsa, Triq il-Mensija, Triq il-Merħba, Triq il-Mitħna, Triq Il-Mosta, Triq il-Musbieħ, Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, Triq il-Palma, Triq il-Patrijiet Tereżjani, Triq Il-Pellegrinaġġ, Triq il-Pepprin, Triq il-Port Ruman, Triq il-Prinċep Bażiliku, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Prinjol, Triq il-Puniċi, Triq il-Qalb Imqaddsa, Triq il-Qalb ta’ Ġesu, Triq il-Qamħ, Triq il-Qares, Triq qrib Sant’Anton, Triq il-Vitikulturisti, Buskett, Triq il-Vjola, Triq il-Wied, Triq il-Wied, Triq Il-Wilġa, Triq il-Wilġa, Triq Inguanez, Triq in-Nadur, Triq in-Naħla, Triq in-Newl, Triq in-Nigret, Triq Innoċenzju, Triq in-Noqor, Triq in-Noqra, Triq ir-Ramla ta Bir, Triq ir-Rand, Triq ir-Ratal, Triq ir-Remel, Triq San Tumas, Triq is-Santwarju, Triq is-Sarġ, Triq is-Serer, Triq is-Snajja’, Triq is-Snajja’, Triq is-Sorijiet, Triq is-Sur, Triq it-Tabib J Zammit, Triq it-Taħħan, Triq it-Tankijiet, Triq it-Tellerit, Triq it-Tomna, Triq it-Torri, Triq it-Torri, Triq it-Troll, Triq it-Turisti, Triq ix-Xagħra tal-Gżira u ta’ Għar Lapsi, Triq ix-Xatba l-Ħamra, Triq ix-Xewk, Triq ix-Xgħir, Triq iż-Żebbuġ, Triq iż-Żejtun, Triq iż-Żewġ Mini, Triq iż-Żinżell, Triq J S Calleja, Triq John Adye, Triq John Zammit, Triq Joseph Pace, Triq JP Vassallo, Triq Kalamija, Triq Kananea, Triq Kanonku Karmenu Pirotta, Triq Kordin, Triq Kumbu, Triq La Sengle, Triq l-Apparell, Triq Lapsi, Triq l-Għaqba, Triq l-Għargħar 1979, Triq l-Għarix, Triq l-Għarnuq, Triq l-Għasir, Triq l-Għerien, Triq l-Għoljiet Ta’ Guno, Triq l-Indipendenza, Triq l-Iljun, Triq l-Imdina, Triq limiti ta’ Wied Ganu, Triq l-Imradd, Triq l-Indipendenza, Triq l-Iskola, Triq l-Industrija, Triq l-Iskuna, Triq l-Ispnott, Triq l-Istamnar, Triq Little Armier, Triq Luigi Fontana, Triq Lunzjata, Triq Luqa Briffa, Triq Luqa Briffa, Triq M Moran, Triq Madre Tereża, Triq Madre Tereża, Triq Mahatma Ghandi, Triq Marjanu Gerada, Triq Martin Luther King, Triq Michael Fsadni, Triq Mike Pulis, Triq Misraħ il-Barrieri, Triq Misraħ Suffara, Triq Mons Mikiel Azzopardi, Triq Mons Anton Cilia, Triq Mons Penza, Triq Mro Frank Galea, Triq Nazju Ellul, Triq Nicola Ardonio, Triq Nicolo Isouard, Triq Nikola Azzopardi, Triq Notabile, Triq Oliver Agius, Triq Patri Tumas Xerri, Triq Pawlu Debono, Triq Pitkali, Triq Prepostu, Triq Prosperpina, Triq Qortin, Triq Raddet ir-Roti, Triq Ras il-Ġebel, Triq Raymond Caruana, Triq Razzett l-Ahmar, Triq Rinella, Triq Robert Farrugia Randon, Triq Rużar Briffa, Triq Sagra Familja, Triq Sammat, Triq San Benedettu, Triq San Dawdar, Triq San Dwardu, Triq San Filippu, Triq San Franġisk, Triq San Franġisk t’Assisi, Triq San Ġorġ, Triq San Ġorġ, Triq San Ġwann, Triq San Martin, Triq San Mikiel, Triq San Oswald, Triq San Patrizju, Triq San Pawl, Triq San Pawl Kuntent, Triq San Pawl tal-Pitkali, Triq San Pawl tal-Qliegħa, Triq San Silvestru, Triq San Tumas, Triq San Xmun, Triq Santa Elena, Triq Santa Katarina, Triq Santa Katerina, Triq Santa Katerina, Triq Santa Katerina tal-Baqqari, Triq Santa Marija, Triq Santa Marija, Triq Santa Marija taż-Żellieqa, Triq Santa Rosa, Triq Santu Kristu, Triq Santu Rokku, Triq Santu Rokku, Triq Sir Adrian Dingli, Triq Sir Arturo Mercieca, Triq Sliema, Triq Suffara, Triq Ta’ Bengħisa, Triq ta’ Għar Lapsi (Ta’ Sruġ), Triq ta’ Giligejla, Triq ta’ Ġiorni, Triq ta’ Karlozzu, Triq ta’ Muddejn, Triq ta’ Qadi, Triq ta’ San Niklaw, Triq ta’ Vnezia, Triq ta’ Bellu, Triq ta’ Bur ix-xewk, Triq ta’ Lampat, Triq tal-Andar, Triq ta’ Loreto, Triq ta’ Rumi, Triq ta’ Serena, Triq tal-Ġebel, Triq tal-Għaqba, Triq tal-Ħandaq, Triq tal-Ħlas, Triq tal-Lunzjata, Triq tal-Merħliet, Triq tal-Milord, Triq tal-Papa, Triq tal-Qlajja, Triq Taltas, Triq tal-Virtu, Triq Tal-Wej, Triq tas-Sriedek, Triq tat-Tarġa, Triq tat-Troll, Triq taż-Żiri, Triq Thomas Ashby, Triq Tmienja ta’ Mejju, Triq Toni Zahra, Triq Torri Mamo, Triq Tumas Fenech, Triq Ugo Mifsud, Triq Valletta, Triq Valletta, Triq Victor Pasmore, Triq Villambrosa, Triq Vincenzo Dimech, Triq Wied Fulija, Triq Wied Għollieqa, Triq Wied Għomor, Triq Wied il-Kbir, Triq Wied is-Sewda, Triq Wied is-Sir, Triq Wied iż-Żebbuġ (Tal-Gwiedi), Triq Wied l-Isqof, Triq Wied Rini, Triq Wied tal-Lewża, Triq Wied Xkora, Triq Wilġa, Triq Xagħra tal-Knisja, Triq Xrobb l-Għaġin, Triq Żaren Dalli, Triq Żnuber, Vjal ir-Rihan, Vjal It-Torri, Vjal Milbrae u Vjal Sir Temi Zammit.


10

07.03.2021

MALTA QUDDIEM FL-IŻVILUPP TEKNOLOĠIKU TA’ SMEs FL-UE Malta hi fost il-pajjiżi li jinsabu fuq quddiem nett li għandhom intrapriżi żgħar u medji (SMEs), li jħaddnu sistema ta’ diġitalizzazzjoni avvanzata u li jużaw teknoloġiji differenti fl-operat tagħhom. Stħarriġ, li ġie kkummissjonat fl-aħħar ġimgħat fl-Irlanda, żvela kif negozji mħejjijin b’dan il-mod qed ikampaw ferm aħjar mill-bqija, partikolarment f’dawn iż-żminijiet ta’ restrizzjonijiet bil-pandemija. Rapport mill-ekonomista Stephen Kinsella fi ħdan il-kumpanija Vodafone Ireland jisħaq li “l-Irlanda għandha ħafna x’titgħallem minn pajjiżi li huma avvanzati fil-qasam diġitali, pajjiżi bħad-Danimarka, il-Kroazja, Malta, il-Latvja, il-Litwanja u l-Estonja.” Ir-rapport kellu l-għan li janalizza s-sitwazzjoni fl-Irlanda, fl-isfond tas-sitwazzjoni miġjuba mill-pandemija u kif din laqtet lill-SMEs u għalhekk l-irkupru ta’ dan is-settur. L-ekonomista Kinsella jgħid li t-teknoloġija kienet fattur ewlieni tal-addattament tan-negozji matul il-pandemija u n-negozji żgħar u medji rrikonoxxew il-bżonn li kellhom jagħmlu tibdil fl-infrastruttura digitali tagħhom. Dan kien pass ’il quddiem sa minn qabel il-pandemija, imma l-imxija tal-pandemija għaġġlet ferm dan il-proċess. Dan ir-rikonoxximent indirett għall-passi kbar li għamlet Malta f’dan il-qasam jirriżulta wkoll minn ħidma tal-Gvern Malti u miżuri li saru, fosthom għajnuna diretta għal min ried jinvesti f’dan is-settur. Gvern Laburista ħaseb f’tali intrapriżi anke matul is-sena li għaddiet fl-eqqel tal-pandemija u kien minn tal-ewwel fl-appoġġ finanzjarju li jpatti għall-effetti li ġabu fuqhom ir-restrizzjonijiet tal-COVID-19. Fil-baġit imressaq għal din is-sena nsibu wkoll l-iskema tal-Malta Enterprise favur SMEs innovattivi li tkopri sa 50% tal-ispiża, sa massimu ta’ €200,000, li ssir minn kull kumpanija biex tkompli tinvesti fit-tagħmir li tuża. Minbarra hekk, il-Baġit 2021 joffri għadd ta’ skemi oħrajn ta’ protezzjoni jew assistenza mmirati lejn start-ups fil-proċess għall-implimentazzjoni tal-proġetti tagħhom. L-impenn tal-Gvern Wieħed

mill-ewwel

ji li kellu Robert Abela bħala Prim Ministru kien dak tal-20 ta’ Jannar tas-sena li għaddiet meta proprju ltaqa’ mal-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji. Matul il-laqgħa kien ikkonfermat li l-SMEs jinsabu għal qalb dan il-Gvern, b’dikjarazzjoni mill-Prim Ministru li tgħid hekk: “Se nkunu qed naħdmu b’sinerġija man-negozji, għax meta n-negozji jmorru tajjeb, b’mod dirett u anke indirett, imorru tajjeb ukoll iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.” Waqt din il-laqgħa l-Prim Ministru kien sostna kif dan il-Gvern se jara li l-Gvern jibqa’ ta’ għajnuna għan-negozji biex ikun dejjem iffaċilitat it-tkabbir ekonomiku u spjega kif in-negozji żgħar u medji huma parti essenzjali mill-ekonomija ta’ pajjiżna. Ftit jiem biss wara kien tħabbar appoġġ lejn negozji f’Malta li se jiffaċċjaw xenarju ta’ wara Brexit permezz tal-iskema Brexit Support, li se tkun amministrata mill-Malta Enterprise, għall-ġid tal-SMEs b’attività f’Malta. Meta faqqgħet il-pandemija, il-Gvern beda mill-ewwel b’taħditiet kontinwi mal-imsieħba soċjali dwar kif pajjiżna se jirbaħ din l-isfida globali mhux biss mill-perspettiva medika, iżda anke dik ekonomika. Hawnhekk ukoll l-SMEs kienu fiċ-ċentru tal-attenzjoni, fejn ġew imfasslin skemi speċifikament għal dan is-settur, bħall-SME Diversification impen- and Innovation Grant Scheme.

2017-2020 negozji tal-familja ffrankaw €23 miljun f’taxxi. Kien hemm il-ftehim flimkien mal-European Investment Bank u l-European Investment Fund biex jiġu allokati aktar fondi għal ‘SME Initiative’, li se tipprovdi aktar għajnuna lill-intrapriżi żgħar u medji fil-forma ta’ self. Ħidma tal-MEPs Maltin

Din is-sena minkejja l-isfidi tagħha, wittiet triq għal ekonomija li tkompli tikber b’attività diġitali u ambjentalment ġusta. Għalhekk qed nagħtu l-għodod biex negozji jinvestu fit-teknoloġija u anke investiment iżjed ambjentali L-iskema, li tifforma parti millfond Ewropew tal-Business Enhance, tagħti l-opportunità lill-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju biex ikabbru l-operat tagħhom hekk kif jinċentivaw aktar investiment. F’Settembru li għadda kien tħabbar li f’dan il-fond hemm allokati €51 miljun f’forma ta’ għotjiet imqassmin fuq skemi differenti. L-inizjattiva Business Enhance ERDF Grant Schemes tgħin biex intrapriżi micro, żgħar u medji jimmassimizzaw l-investiment u l-potenzjal tat-tkabbir tagħhom u biex iżidu l-kompetittività. Meta f’Novembru li għadda l-Prim Ministru nieda proġett ta’ investiment industrijali ta’ €470 miljun, fost oħrajn ħabbar ukoll il-ħolqien ta’ SME Park għal clusters ta’ intrapriżi żgħar u medji b’investiment ta’ €51.1 miljun, biswit is-sit fejn illum hemm il-Ħal Far Flying Models Association. Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri kien ċar ukoll waqt il-konferenza Acknowl-

edging Adapting and Looking Ahead organizzata mill-Kamra tal-SMEs. “Din is-sena minkejja l-isfidi tagħha, wittiet triq għal ekonomija li tkompli tikber b’attività diġitali u ambjentalment ġusta. Għalhekk qed nagħtu l-għodod biex negozji jinvestu fit-teknoloġija u anke investiment iżjed ambjentali. Biex nantiċipaw dan ix-xenarju, filwaqt li pajjiżi oħrajn qed iħarsu lejn miżuri ta’ awsterità, aħna ġejna quddiemkom bi pjan ta’ €470 miljun investiment industrijali infrastrutturali li se joħloq spazju ġdid biex negozji lokali u internazzjonali jiffjorixxu f’pajjiżna. Dan is-suċċess hu tagħkom. Bl-istess mod li tajtuna fiduċja għax rajtu li ma tkeċċux ħaddiema, qed inroddu lura dik il-fiduċja b’inizjattivi li jgħinukom bl-operat tagħkom,” kien qal il-Ministru. L-għajnuna lil dan is-settur ma’ taqta’ xejn. Dan il-Gvern flaħħar snin ra li jinċentiva fosthom bit-tnaqqis fit-taxxa talboll li, permezz tiegħu, fis-snin

F’dan il-qasam ukoll, l-MPE Laburista Alex Agius Saliba, li ħejja rapport relatat, ħa sehem f’diskussjoni f’avveniment virtwali tas-sit awtorevoli Politico dwar il-ħidma diġitali għall-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju. Fir-rapport tiegħu, Agius Saliba jirrakkomanda kif wieħed jista’ jħaddem l-ekonomija diġitali biex jiġu megħjuna intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju ħalli jgħaddu mill-kriżi attwali. Hu ħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni Ewropea biex tħaddan il-proposti tiegħu fl-Att dwar is-Servizzi Diġitali li se jiġi propost, għax dawn se jkunu kruċjali jekk irridu ngħinu lill-SMEs Ewropej fil-qabża għad-diġitalizzazzjoni. Matul l-avveniment, l-MPE Laburista enfasizza li l-COVID-19 kienet detrimentali ferm għal dawn l-intrapriżi madwar l-Ewropa, u qal li l-kriżi attwali wriet kemm l-Ewropa u l-istati membri ma kinux imħejjijin. Kien għalhekk li tenna li jeħtieġ li jkunu stabbiliti mudelli ġodda ta’ negozju u jkunu appoġġjati n-negozji Ewropej, l-aktar l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, mikrointrapriżi u persuni li jaħdmu għal rashom. Min-naħa tagħha, l-MPE Josianne Cutajar fl-aħħar sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew għas-sena li għaddiet rat jittieħed vot favorevoli għar-rapport tagħha dwar l-Istrateġija għan-Negozji Żgħar u Medji. Din l-istrateġija, li fuqha Dr Cutajar kienet in-negozjatriċi f’isem is-Soċjalisti u d-Demokratiċi, hi kruċjali għal eluf ta’ negozji madwar l-Ewropa kollha, inkluż mijiet ta’ intrapriżi f’Malta u f’Għawdex. Cutajar kellha rwol ewlieni biex jidħlu diversi emendi bżonjużi u kruċjali għall-irkupru tas-settur tal-intrapriżi żgħar u medji fix-xhur li ġejjin. L-MPE issa qed tkompli bil-ħidma biex jiġi assigurat li l-intrapriżi żgħar u medji, f’Malta u fl-Ewropa, jerġgħu jqumu fuq saqajhom u jibdew jikkompetu fis-suq bħal qabel.


11

07.03.2021

ŻGĦAŻAGĦ F’TAĦDITA MATURA FUQ IL-KANNABIS B’antiċipazzjoni għall-pubblikazzjoni talWhite Paper fuq id-dekriminalizzazzjoni tal-użu personali b’mod respon­sabbli tal-kannabis, il-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL) organizza laqgħa għal organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ biex iħabbtu l-ideat tagħhom. F’Settembru li għadda, l-Eżekuttiv talFŻL ippreżenta mozzjoni politika dwar il-kannabis u nieda proċess konsultattiv li permezz tiegħu tkellem ma’ stakeholders fil-qasam u mal-membri tal-fergħa. Il-perspettiva li żamm kienet li l-proċess ta’ legalizzazzjoni simili għandu jinbena fuq: 1) il-proċess leġiżlattiv li ddekriminalizza d-droga kannabis ftit tas-snin ilu; 2) il-ħsieb li persuni li jagħmlu użu personali b’mod responsabbli ma jeħtiġux il-kundanna tas-soċjetà, imma għajnuna biex jeliminaw id-dipendenza; u 3) investiment aktar qawwi fir-riċerka u l-edukazzjoni dwar l-użu, u f’alternattivi li jbiegħdu ż-żgħażagħ mill-użu tad-droga. B’din l-aħħar laqgħa, fejn ħadu sehem rappreżentanti mill-Kunsill Studenti Universitarji (KSU), Kunsill Studenti MCAST (KSM), Kunsill Studenti Junior College (KSJC), Pulse, Team Start u Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ); kienu mistiedna wkoll l-iStudenti Demokristjani Maltin (SDM) u l-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN), il-FŻL ried li jiġi diskuss x’nifhmu b’riforma fl-użu personali responsabbli tal-kannabis. L-interventi trattaw diversi aspetti, mill-użu u l-effetti soċjali tal-kannabis fost iż-żgħażagħ sal-implimentazzjoni tar-riforma u l-infurzar. L-għaqdiet irringrazzjaw lill-FŻL għat-taħdita u qablu li l-isforzi tagħhom għandhom ikunu fuq diskussjoni matura simili. Il-laqgħa kienet parti minn programm t’attivita­ jiet fl-okkażjoni tas-70 anniversarju mittwaqqif tal-fergħa Laburista.

JINGĦAŻEL IL-MAFKAR F’ĠIEĦ OLIVER FRIGGIERI Il-ġurija appuntata biex tagħżel id-disinn rebbieħ tal-mafkar li se jsir f’ġieħ il-ġgant tal-letteratura Maltija l-Professur Oliver Friggieri ħabbret li għażlet il-proposta tal-artist John Grima bħala dik rebbieħa minn fost ilpropos­ti li saru wara s-sejħa li ħarġet ftit xhur ilu għad-disinn tal-mafkar. Ġie deċiż ukoll li l-monument jitqiegħed il-Furjana, fejn il-Professur Friggieri qatta’ tfulitu u żgħożitu. F’Diċembru li għadda l-Prim Ministru Robert Abela wera x-xewqa li jsir monument għal dan il-ġgant tal-letteratura moderna. Heritage Malta, taħt l-awspiċi tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, kienet ħarġet sejħa għal proposti għad-disinn ta’ mafkar f’ġieħ il-Professur Friggieri, li kien ħalla din id-dinja x-xahar ta’ qabel. Permezz ta’ din is-sejħa, artisti interessati ġew mistiedna jissottomettu disinn ta’ mafkar figurattiv tal-bronż li b’mod indikattiv kellu jitlesta fil-ħin biex jiġi inawgurat f’Novembru 2021, f’għeluq l-ewwel sena mill-mewt tal-Professur Friggieri. Il-proċess kien ikkordinat mis-Sur Mario Cutajar, id-Direttur Eżekuttiv ta’ Heritage Malta u s-Segretarju Permanenti Ewlieni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Wara l-pubblikazzjoni f’Jannar li għadda tas-sottomissjonijiet meqjusa bħala li kienu l-aħjar, u wara li saru d-diskussjonijiet rikjesti mal-artisti kkonċernati, il-ġurija għażlet ilproposta ta’ John Grima. Qed ikun propost li l-mafkar tal-Professur Friggieri jitqiegħed qrib il-monument li jfakkar l-Ewwel Gwerra Dinjija, faċċata tal-monument f’ġieħ Dun Karm Psaila, il-poeta nazzjonali. In-nefqa indikata għad-disinn u l-bini talmafkar hija ta’ madwar €100,000, kollox inkluż. Il-ġurija rrakkomandat li ż-żewġ sottomissjonijiet l-oħra meqjusa fost l-aħjar, li saru minn Chris Ebejer u Lino Bianco, jissemmew b’unur u għalhekk se jingħataw premju ta’ flus skont artiklu 5.11 tal-espressjoni ta’ interess. Heritage Malta u l-ġurija, f’isem il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, u f’isem l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-ġdid L-abbozz rebbieħ għall-monument li se jiġi inawgurat trodd ħajr lill-artisti kollha li wieġbu għal din f’Novembru, fl-ewwel anniversarju mill-mewt ta’ Friggieri is-sejħa għal proposti.

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.


12

07.03.2021

INSAĦĦU L-KONNETTIVITÀ DR CHRISTIAN ZAMMIT

President tal-Kumitat Reġjonali Laburista Għawdex u Sindku tax-Xagħra, Għawdex

Ma hemm l-ebda dubju li l-aċċessibilità hija ċentrali għal Għawdex. Kulħadd naħseb dera jisma’ t-terminu insularità doppja, u ċoè l-fatt li gżiritna Għawdex hija gżira li tinsab f’arċipelagu ta’ gżejjer oħra. U għaldaqstant dan joħloq diversi intoppi u sfidi li Għawdex ikollu jħabbat wiċċu magħhom. Dan iwassal biex joħloq problemi li jvarjaw minn sempliċi telf ta’ ħin meta wieħed jivvjaġġja bejn gżira jew oħra, u bejn gżira u l-bqija tad-dinja, u anke jwassal biex jgħolli l-prezz ta’ diversi oġġetti. Dan jista’ jkun ukoll ta’ problema kbira meta wieħed jipprova jattira investiment barrani lejn Għawdex. Għaldaqstant, aċċessibilità tajba tfisser titjib fil-livell talħajja tal-Għawdxin. Nuqqas ta’ accessibilità adekwata tfisser nuqqas ta’ progress li jixraq lil Għawdex sabiex jinħolqu dawk l-opportunitajiet, li kull min hu ta’ rieda tajba, jixtieq jara. Sal-lum il-ġurnata, l-uniku aċċess li Għawdex għandu ma’ Malta, u għaldaqstant mal-bqija tad-dinja, hu permezz tal-vapuri tal-Gozo Channel mill-Imġarr saċ-Ċirkewwa. Dawn huma preżentament erbgħa, u qed jagħtu servizz impekkabbli l-ġimgħa kollha, prattikament 24 siegħa kuljum. Kumpanija, dik tal-Gozo Channel, li twaqqfet lura fl-1979. Però s-servizz ilu hemm prattikament 800 sena, peress illi nsibu referenza għal dgħajsa tal-mogħdija f’dokument storiku tal-1241. Għalkemm servizz regolari u tajjeb, dan it-tip u livell ta’ aċċessibbiltà fiżika mhux wieħed ottimali. Hemm bżonnijiet li mhux qed jilħaq, fosthom il-fatt li d-destinazzjoni ta’ bosta minn dawn li jaqsmu lejn Malta, ikun għal irħula u bliet fiċ-ċentru ta’ Malta u dawk ta’ madwar il-portijiet li jdawru l-Belt Valletta. Fost dawn wieħed isemmi l-istu-

denti li jmorru l-Università, il-ħaddiema li jaħdmu fil-Belt jew fil-madwar, jew dawk finalment li jkollhom xi appuntament mediku ġewwa Mater Dei. Riċentement, bit-tnedija tal-linja diretta bix-xarabank X300 miċ-Ċirkewwa sal-Belt u li tgħaddi minn uħud minn dawn iż-żoni u l-postijiet, isservizz reġa’ tjieb. Però dewmien żejjed ifisser spiża akbar, u għal dawk l-Għawdxin li jaħdmu f’Malta, dewmien fit-traffiku u użu tal-vapuri eżistenti jfisser, li ħafna drabi iwassalhom biex jiddeċiedu li jibdew jgħixu Malta. Għawdxin, speċjalment żgħażagħ li jiddeċiedu li jgħixu f’Malta jwasslu biex il-komunitajiet lokali f’Għawdex jibdew jitnaqqru, u dan iġib miegħu konsegwenzi fuq livell soċjali u ekonomiku. Dik li bl-Ingliż jirreferu għaliha bħala ‘brain drain’ u ċoè t-telfien tal-

imħuħ. Id-dikjarazzjoni Ministerjali konġunta bejn il-Ministri Clint Camilleri u Ian Borg dwar il-fatt illi issa s-suq talfast ferry, ftit jiem ilu, ġie lliberalizzat, se jkun qed iqassar bis-sħiħ il-ħin li wieħed ikollu bżonn sabiex jaqsam bejn iżżewġ gżejjer, u preċiżament bejn il-port tal-Imġarr u ż-żona tal-Belt Valletta. L-Għawdxin se jkunu qed jirċievu wkoll l-istess rifużjoni illi llum jingħataw meta jużaw il-Gozo Channel. Dan ifisser ħafna għalina l-Għawdxin. Ifisser li persuni li jaħdmu fiċ-ċentru ta’ Malta ma jkollhomx bilfors jagħżlu li jgħixu f’Malta, minħabba l-ħin li jridu sabiex jaqsmu lejn Malta u lura fl-aħħar tal-ġurnata. L-istess japplika għall-istudenti universitarji tagħna. Ifisser li jkun iżjed faċli għat-turisti li jżuru Għawdex. Ovvjament wara li

Dan kollu joħloq opportunitajiet li jippermettu li f’Għawdex jinħolqu niċeċ ekonomiċi oħra, billi d-diffikultà biex tintlaħaq il-gżira hija mnaqqsa. Il-potenzjal huwa kbir

tgħaddi l-pandemija, nisperaw, fi ftit xhur oħra! U fl-istess ħin, il-Gvern ħabbar ukoll li se jkun qed jinvesti madwar €5 miljun f’infrastruttura marittima, sabiex ikunu jistgħu jakkomodaw tali traġitt, liema traġitt se jkun qed jinkludi l-użu tal-lift tal-Barrakka minn ġewwa l-Port il-Kbir għall-istess Belt Valletta. Il-Gvern diġà ħabbar ukoll li dan it-traġitt se jkun qed jieħu madwar 45 minuta biss. U għaldaqstant ixxamplat fuq sufan, se tkun qed tasal komdu fuq il-lant tax-xogħol tiegħek fil-Belt jew qrib il-Belt, fi ftit ħin. Dan kollu joħloq opportunitajiet li jippermettu li f’Għawdex jinħolqu niċeċ ekonomiċi oħra, billi d-diffikultà biex tintlaħaq il-gżira hija mnaqqsa. Il-potenzjal huwa kbir. U hawn tajjeb li wieħed jorbtu mat-tieni fibre optic cable li ġie inawgurat ftit taxxhur ilu. Għawdex, anke fuq livell digitali, kien jiddependi minn fibre optic cable wieħed. Dan kien ta’ ostaklu għal kull min ried jinvesti f’Għawdex peress li ma kienx hemm fuq xiex wieħed jistrieħ, jekk il-fibre optic cable prinċipali, isofri xi ħsara. Issa Għawdex, wara proġett ta’ diversi miljuni ta’ ewro, għandu fibre optic cable ieħor bejn ix-Xewkija f’Għawdex u ż-Żebbiegħ f’Malta, li se jiggarantixxi konnettività diġitali aktar b’saħħitha, reżiljenti, kontinwa, veloċi u

b’kapaċità għolja, sabiex ikun jiflaħ għal domanda dejjem aktar qawwija fejn jirrigwarda internet, telekomunikazzjonijiet, televixin u kull tip ta’ traffiku digitali. Pass fundamentali f’dinja dejjem aktar diġitali u fejn it-teleworking jew remote working jew remote learning illum sar xi ħaġa normali, b’mod partikolari wara l-impatt tal-pandemija attwali. Il-kwistjoni tal-fast ferry bejn Għawdex u Malta ilha fuq l-aġenda għal numru ta’ snin. Infatti fis-sittinijiet kellna l-Malta Aliscafi Limited topera f’dan ir-rigward. Uħud minna żgur jiftakru l-hydrofoil bejn Għawdex u l-Port l-Kbir bl-isem tad-Delfin. Uħud żgur jiftakru l-hovermarine SES Calypso operat mill-Gozo Channel snin wara. U warajh il-katamaran SES Victoria Express li waqaf jopera bejn il-gżejjer madwar is-sena 2001. Sfortunament, dawn isservizzi lkoll ħabtu f’intoppi finanzjarji. Però nemmen li din id-darba, dan il-Gvern se jibda t-triq li se twassal biex dan is-servizz ikun suċċess. Issa li s-suq tal-fast ferry ġie lliberalizzat, nemmen, li se jkun iċ-ċavetta biex dan is-servizz tant mixtieq mill-Għawdxin, se jidħol litteralment fil-port mill-1 ta’ Ġunju li ġej. Dan żgur se jwassal għal titjib tal-ħajja tagħna lkoll, u finalment ta’ Għawdex tagħna.


13

07.03.2021

IS-SODISFAZZJON TAL-ĦAJJA POLITIKA

IAN BORG Ministru

Fil-ħajja politika tiltaqa’ ma’ kollox; mumenti sbieħ, perjodi ta’ taqtigħ ta’ qalb u fuq kollox ħafna xogħol u ħin ’il bogħod mill-familja. Meta tagħmel dan il-pass tkun taf li ħajtek se tinbidel u mhux se jkun vjaġġ faċli. Tipprepara kemm tipprepara, qatt mhu biżżejjed, u trid ixxammar il-kmiem biex tkun taf kemm fiha sfidi l-ħajja fil-politika. Minkejja t-tlugħ u l-inżul, il-politika tagħtik ħafna sodisfazzjon – sodisfazzjon li jkollok l-opportunità tagħmel differenza fil-ħajja

tan-nies. Ftit taż-żmien ilu kont fuq programm ta’ diskussjoni fuq l-istazzjon nazzjonali nitkellem fuq l-istrateġija tat-trasport. Minkejja li forsi kultant ma naqblux fuq ċerti prinċipji naħseb kulħadd jirrikonoxxi l-investiment kbir li sar f’dan ir-rigward. F’dawn l-aħħar snin ta’ Gvern Laburista saru passi ta’ ġgant f’dan il-qasam u lħaqna l-erba’ rkejjen ta’ pajjiżna. Ma nvestejniex biss fl-arterji prinċipali imma ħadna ħsieb ukoll li nagħmlu toroq residenzjali li kienu tħallew għal riħhom snin twal. Huwa ta’ sodisfazzjoni nisma’ mingħand il-familji li kienu ta’ kuljum isofru fis-skiet tagħhom. Issa qed igawdu minn infrastruttura diċenti kif tixraq lil pajjiżna. Għalihom spiċċa ż-żmien meta kienu joħorġu minn djarhom iċafalsu fit-tajn, jew jibilgħu t-trabijiet, apparti l-ħsara li kienu jagħmlu fil-vetturi tagħhom minħabba l-istat diżastruż li t-toroq tagħhom kienu jinsabu fihom. Baqgħalna x’nagħmlu imma kulħadd japprezza li

mxejna ħafna ’l quddiem. Investiment ieħor li jagħtini sodisfazzjoni kbir huwa l-investiment li qed nagħmlu fit-toroq rurali. Kull min jafni, jaf sewwa li jien kburi li ġej minn familja talbdiewa. Napprezza l-ħidma tagħhom u kemm ibatu biex jaqilgħu l-għajxien tagħhom. Qabel l-għadd ta’ interventi li għamilna fiż-żoni rurali, kienet qed tkun ferm diffiċli għalihom li jaslu sal-għelieqi tagħhom. Ħadna ħsieb li l-uċuħ il-ġodda li qed nagħmlu fit-toroq rurali ma joħonqux il-flora tal-madwar. Fil-fatt ilum meta tgħaddi minnhom tinduna li reġgħu bdew iħad-

dru bħal qabel imma fl-istess ħin il-bdiewa jistgħu jgħaddu minnhom ta’ kuljum mingħajr tfixkil ta’ xejn. Fuq kollox dawn it-trejqiet jistgħu wkoll jitgawdew mill-poplu kollu waqt xi mixjiet fil-kampanja flimkien mal-familji tagħhom kif ukoll min dawk li jagħmlu użu mir-rota. Il-ġid igawdi minnu kulħadd irrispettivament jekk hux is-sidien tar-raba’ jew il-poplu b’mod ġenerali li juża l-istess trejqiet biex ikollu aċċess aħjar għal dawn l-ispazji miftuħa. Proġett ieħor ta’ sodisfazzjon huwa dak tas-Central Link. Ingħatat l-impressjoni li se jsir xi diżastru ambjentali

Ma nvestejniex biss fl-arterji prinċipali imma ħadna ħsieb ukoll li nagħmlu toroq residenzjali li kienu tħallew għal riħhom snin twal

u li m’aħniex se nħallu siġra f’postha. L-iskop ta’ dan ilproġett huwa kompletament l-oppost. Il-Gvern irid isolvi l-problema akuta tal-istaġnar tat-traffiku li kien hemm f’dik l-akwata u li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tal-inħawi. Illum il-ġurnata kulħadd qed japprezza l-ħidma li qed issir u li qed tagħti riżultati immedjati. Il-poplu qed jirrealizza li l-interess ta’ dan il-Gvern huwa li joħloq il-ġid u jagħtihom kwalità ta’ ħajja aħjar. Il-ħidma tagħna mhix faċli u kultant ikollok tieħu deċiżjonijiet li ma jkunux popolari. Madankollu, il-problemi trid tindirizzahom u mhux tieqaf minn dak li temmen li huwa l-ġid komuni mal-ewwel ftit oppożizzjoni. Politiku tajjeb ma jistax ikun baħri tal-bnazzi biss, imma jrid jaqdef fil-maltemp ukoll. Fl-aħħar millaħħar dan ix-xogħol jagħtik sodisfazzjon kbir għax il-poplu huwa matur biżżejjed u nemmen li fl-aħħar mill-aħħar dejjem jagħraf it-tajjeb millħażin.

RIFORMA LI TIXHED IR-RUĦ SOĊJALI TAL-GVERN

ALEX AGIUS SALIBA Membru Parlamentari Ewropew

Ilna snin twal nisimgħu bi problemi marbuta mal-qasam tal-proprjetà, b’mod speċjali anomaliji li ilhom jeżistu fis-settur tal-kirjiet, l-aktar dawk ta’ qabel l-1995. Għal ħafna snin dawn il-problemi ntefgħu taħt it-tapit, u meta Gvern Nazzjonalista ta l-impressjoni li qiegħed jipprova jindirizza din ir-realtà, spiċċa għamel ħafna aktar ħsara milli ġid. Bis-suppost riforma li kien ħareġ biha l-Gvern Nazzjonalista kien ta ħafna garanziji u għamel wegħdiet fiergħa li ġabu magħhom inġustizzji, instabilità u ħafna tbatija għal eluf ta’ familji. Sentenza wara l-oħra mogħtija mill-Qrati tagħna ddikjarat il-falliment li ħalliet warajha dik ir-riforma fażulla, fejn ħafna drabi nstab

li kien hemm ksur tad-drittijiet tas-sidien. Bla dubju din mhix sitwazzjoni feliċi u xejn mhi faċli għaliex biex tkun solvuta trid tinstab soluzzjoni li tilħaq bilanċ importanti u sensittiv ħafna bejn id-drittijiet tal-propjetarji u tal-inkwilini. Min-naħa waħda, is-sidien għandhom id-dritt li jkunu kkumpensati b’mod xieraq u bi ħlas li jirrifletti l-valur tal-proprjetà tagħhom. Mhux ġust li sid ta’ proprjetà jitħalla jiġi mċaħħad milli jgawdi l-proprjetà tiegħu jew milli jieħu l-kumpens meritat. Min-naħa l-oħra għandek l-inkwilini li żgur ma jistgħux jitħallew waħedhom jiffaċċjaw it-tkeċċija ħabta u sabta mill-propjetà li jkunu ilhom snin jgħixu fiha. Wieħed jifhem ukoll li sfortunatament matul is-snin dejjem ingħataw l-impressjoni falza u-serħan ilmoħħ li huma protetti fil-kirja tagħhom, minkejja li r-riforma falza li kienet saret kienet tfisser eżattament il-kontra. Nemmen li r-riforma li ħabbar il-Prim Ministru matul dawn l-aħħar jiem ser tkun pass importanti ferm u fuq kollox pass fid-direzzjoni t-tajba biex wara dawn is-snin kollu tiġi riżolta din l-anomalija. Deċiżjonijiet bħal dawn ikomplu juru l-qawwa u l-kuraġġ tal-Gvern li jħaddem il-poli-

tika u r-ruħ soċjali tiegħu sabiex joħloq il-ġid komuni. Hija riforma li ser toffri l-opportunità li ssir ġustizzja u fl-istess ħin tagħti ċ-ċertezza u s-serħan il-moħħ. Aktar minn hekk hija riforma li tagħmel sens, li minflok l-Istat jibqa’ jkun ikkundannat iħallas miljuni ta’ ewro f’danni lis-sidien tal-proprjetajiet għaliex ikunu nkisrulhom id-drittijiet tagħhom, jagħmel nefqa aktar għaqlija billi jerfa’ parti sostanzjali mill-piż tal-inkwilini u jgħinhom jibqgħu fi djarhom. Laqtuni ħafna l-kummenti pożittivi li rajt minn bosta partijiet interessati fosthom mill-Caritas Malta li kulħadd jaf kemm hi attiva fil-qasam

soċjali u kemm taħdem kontra l-faqar u biex tippromwovi l-iżvilupp uman u l-ġustizzja soċjali. Bla dubju ta’ xejn din ir-riforma ser tkun ferm importanti u ser tħalli impatt kbir b’mod speċjali fuq għadd ta’ persuni bi dħul baxx, nies vulnerabbli u kif ukoll anzjani li sa issa kienu qed jgħixu fil-biża’ u qatt ma ngħataw ċertezza mill-futur tagħhom. Anke l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi rrikonoxxiet li din ir-riforma hija bżonjuża u li hija pass fid-direzzjoni t-tajba sabiex is-sidien ma jsofrux inġustizzji u jieħdu dak li hu tagħhom. Oħroġ il-għaġeb, Bernard Grech ma kellux kummenti

Aktar minn hekk hija riforma li tagħmel sens, li minflok l-Istat jibqa’ jkun ikkundannat iħallas miljuni ta’ ewro f’danni lis-sidien tal-proprjetajiet għaliex ikunu nkisrulhom id-drittijiet tagħhom, jagħmel nefqa aktar għaqlija billi jerfa’ parti sostanzjali mill-piż tal-inkwilini u jgħinhom jibqgħu fi djarhom

x’jgħaddi fuq din il-proposta, u bħas-soltu qalilna li l-Oppożizzjoni għadha trid tanalizza u tiddiskuti internament. Probabilment din tfisser li, bħalma jiġri dejjem, qatt m’aħna ser inkunu nafu x’inhi l-pożizzjoni tal-Oppożizzjoni u ser tkun biss opportunità oħra mitlufa, li ser tintuża biss biex imaqdru u jkunu distruttivi fil-kritika tagħhom. Bil-wiċċ tost lill-ġurnalisti qalilhom li għandu ħafna avukati esperti li ilhom involuti fil-Partit Nazzjonalista u li ser joqgħod fuq l-analiżi tagħhom minħabba l-esperjenza li għandhom f’dan il-qasam. Xieraq qed jieħu l-pariri mingħand min ħalla dan id-diżastru warajh meta kien parti mill-Gvern Nazzjonalista fl-2010! Mhux aċċettabbli li għad għandna sitwazzjonijiet bħal dawn f’pajjiżna fejn għandek familji mhedda li jitilfu dritt bażiku uman, id-dritt li jkollhom saqaf fuq rashom. Ma nistgħux inkunu trankwilli meta nafu li teżisti din ir-realtà li qed tkisser u toħloq biża’ u nuqqas ta’ sigurtà kbira filħajja ta’ eluf milquta. Jien kunfidenti u ninsab ottimist ferm li kif għamel f’oqsma oħra, dan il-Gvern Laburista ser iġib riżultati eċċellenti u ser joffri s-serħan il-moħħ u l-ġustizzja tant meħtieġa.


14

07.03.2021

FTUĦ SPEĊJAL

L-AJRUPORT MALTI JIBQA’ FOST L-AQWA FL-EWROPA Għat-tielet sena konsekuttiva l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) reġa’ sab postu fost ir-rebbieħa tal-Premjijiet tal-Kwalità tas-Servizz tal-Ajruport (ASQ) tal-Kunsill Internazzjonali tal-Ajruporti għall-2020 meta ngħata t-titlu tal-Aqwa Ajruport fl-Ewropa fil-kategorija tad-daqs tiegħu fost aktar minn 340 ajruport mid-dinja kollha. Il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur laqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar u nnota b’sodisfazzjon il-fatt li l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta rreġistra l-aqwa riżultati fl-indafa u fis-sigurtà. “Dan kollu hu turija ċara ta’ kemm l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jibqa’ stakeholder importanti fil-ħidma tal-Gvern biex tissaħħaħ il-konnettività ta’ pajjiżna mal-kumplament tad-dinja,” qal fi stqarrija l-Ministeru mmexxi minn Clayton Bartolo. Meta mqabbel mar-riżultat miksub fl2019, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta rreġistra titjib fuq il-maġġoranza tal-indikaturi kif ukoll kiseb punteġġi mill-viżitaturi li saħansitra jaqbżu l-medja Ewropea. Il-Kunsill Internazzjonali tal-Ajruporti ħabbar ir-riżultati prestiġjużi għall-industrija wara li aktar minn 300,000 passiġġier evalvaw il-prestazzjoni ta’ 348 ajruport madwar id-dinja fl-2020 bl-eċċezzjoni tat-tieni kwart tas-sena, li kien l-aktar affettwat mir-restrizzjonijiet tal-pandemija. Total ta’ 1,044 passiġġier taw punteġġi lill-MIA fuq 34 indikatur tal-prestazzjoni fir-rigward tas-servizz u l-faċilitajiet provduti. Meta mqabbel mal-2019, l-Ajruport Malti żied il-punti kważi fl-oqsma kollha u ngħata l-ogħla punteġġi fin-navigar tat-terminal, l-indafa, il-korteżija tal-istaff u s-sigurtà biex għalaq is-sena bl-ogħla punteġġ għas-sodisfazzjon tal-passiġġieri, li kien ogħla mill-medja Ewropea. Analiżi tar-rispons miġbur millpassiġġieri wera li, waqt li l-ħin ta’ stennija fis-sala taċ-check-in kien fil-quċċata tal-prijoritajiet tagħhom qabel faqqgħet ilCOVID-19, wara kienet l-indafa li ħadet l-akbar prominenza. Marcon Hili, Uffiċjal Għoli għas-Servizzi tal-Konsumatur fl-MIA, qalet li dan l-un-

ur hu l-akbar rikonoxximent għall-ħidma tagħhom is-sena li għaddiet, speċjalment meta tqis kemm kienet u għadha baxxa l-fiduċja tal-konsumatur fl-ivvjaġġar. “Ili naħdem l-Ajruport kważi 30 sena u kien tassew skoraġġanti meta rajt is-swali tagħna, li fihom l-attività qatt ma naqset, prattikament jiżvojtjaw. Minkejja l-isfidi u t-tibdil kostanti, kull min jaħdem l-Ajruport kien determinat li jagħmel sforz akbar biex jingħata l-aqwa servizz. Għamilna bidliet sinifikanti fil-vjaġġ mit-terminal, ksibna ħiliet ġodda u implimentajna għadd ta’ miżuri għasserħan tal-moħħ tal-passiġġieri,” qalet Hili. Fil-fatt, matul l-2020, il-kumpanija li tmexxi l-MIA introduċiet numru ta’ inizjattivi ġodda bil-għan li tkompli tevolvi l-esperjenza fl-Ajruport, speċjalment ladarba jibda jirkupra t-traffiku tal-passiġġieri. Minbarra hekk, ħafna mit-taħriġ li ħadu l-impjegati, partikolarment dawk li jiġu f’kuntatt mal-klijenti, kien immirat li jfornihom bl-għarfien neċessarju biex ikunu jistgħu joffru servizz aktar addattat għall-bżonnijiet emerġenti.

Dan kollu hu turija ċara ta’ kemm l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jibqa’ stakeholder importanti fil-ħidma tal-Gvern biex tissaħħaħ il-konnettività ta’ pajjiżna mal-kumplament tad-dinja

Fi ġranet pa qed tiftaħ magħluqin, jonali tal-Ma jiet ta’ Herit se jingħataw Il-Ġimgħa ebra lil San is-siti kollh Ġimgħa, iżd tal-Abbatija il-membri ta ru din il-ġaw bejn l-10 a.m Ftuħ speċ Jum il-Ħels għat-Tempji har jinkludu it-Tempji ta’ Ħaġar Qim u Iż-żjarat Malta jsiru Saħħa Pubb Din hija ltage Malta li

L-Ipoġew ta’ Ħadd mid-9 jistgħu jinxt

Mill-Ħamis il-mużewijie - Il-Forti San - Il-Mużew N


15

07.03.2021

LI TA’ SITI U MUŻEWIJIET F’MARZU

artikolari f’Marzu, Heritage Malta se tkun xi siti storiċi li normalment jinżammu filwaqt li se tfakkar ukoll il-Jum Internazzara. In-nisa kollha li jżuru s-siti u l-mużewitage Malta llum il-Ħadd, lejlet Jum il-Mara, w rigal żgħir bħala ġest ta’ apprezzament. a 19 ta’ Marzu, nhar festa pubblika li tiċċelĠużepp Ħaddiem, Heritage Malta se tiftaħ ha li normalment ikunu miftuħin nhar ta’ da magħhom se żżid ukoll il-ftuħ speċjali tad-Dejr fir-Rabat. Għall-prezz ta’ €2 biss, al-pubbliku se jkollhom l-opportunità li jżuwhra storika, li s-soltu tinżamm magħluqa, m. u l-4.30 p.m. ċjali ieħor se jseħħ l-Erbgħa 31 ta’ Marzu, sien, meta l-viżitaturi se jingħataw aċċess i ta’ Kordin. Siti oħra li se jinfetħu dakinu l-Palazz tal-Inkwiżitur, il-Forti Sant’Anġlu, ’ Ħal Tarxien, Għar Dalam u Borġ in-Nadur, u l-Imnajdra, kif ukoll is-siti ta’ Għawdex. kollha fis-siti u l-mużewijiet ta’ Heritage f’osservanza stretta tar-regolamenti tasblika b’rabta mal-COVID-19. -lista sħiħa tas-siti u l-mużewijiet ta’ Herii se jkunu miftuħin f’Marzu:

a’ Ħal Saflieni se jkun miftuħ mit-Tnejn sal9.00 a.m. sal-5.00 p.m. Biljetti fl-aħħar ħin traw biss mis-sit.

sal-Ħadd, se jkunu miftuħin dawn et u siti mill-10.00 a.m. sal-4.30 p.m.: nt’Iermu u l-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra; Nazzjonali tal-Arkeoloġija;

- MUŻA; - L-Armerija tal-Palazz; - Il-Forti Sant’Anġlu (miftuħ ukoll l-Erbgħa 31 ta’ Marzu); - Il-Katakombi ta’ San Pawl; - It-Tempji ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra (miftuħin ukoll l-Erbgħa 31 ta’ Marzu); - It-Tempji ta’ Skorba u Ta’ Ħaġrat; - It-Tempji tal-Ġgantija (miftuħin ukoll l-Erbgħa 31 ta’ Marzu); - Il-Mitħna Ta’ Kola (miftuħa wkoll l-Erbgħa 31 ta’ Marzu); Kull nhar ta’ Tlieta, Sibt u Ħadd, se jkunu miftuħin dawn il-mużewijiet u siti mill-10.00 a.m. sal-4.30 p.m.: - Il-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali; - Għar Dalam u Borġ in-Nadur (miftuħin ukoll l-Erbgħa 31 ta’ Marzu); - Id-Domvs Romana; - Il-Palazz tal-Inkwiżitur (miftuħ ukoll l-Erbgħa 31 ta’ Marzu); - It-Tempji ta’ Ħal Tarxien (miftuħin ukoll l-Erbgħa 31 ta’ Marzu); - Il-Mużewijiet taċ-Ċittadella u ċ-Ċentru tal-Viżitaturi (miftuħin ukoll l-Erbgħa 31 ta’ Marzu). Għalissa, dawn il-mużewijiet u siti se jibqgħu magħluqin minħabba proġetti li għaddejjin fihom: - Il-Katakombi Ta’ Bistra; - Iċ-Ċentru għall-Interpretazzjoni tal-Fortifikazzjonijiet; - Il-Mużew Marittimu; - Il-Kmamar Statali tal-Palazz tal-Gran Mastru. Għal aktar tagħrif żur is-sit www.heritagemalta.org


16

07.03.2021

L-IPPJANAR:

BŻONN TA’ DISKUSSJONI MATURA U RESPONSABBLI

AARON FARRUGIA Ministru

Is-settur tal-bini u l-kostruzzjoni minn dejjem kien sensittiv u kontroversjali. Pajjiż żgħir bħal Malta b’popolazzjoni ta’ nofs miljun ruħ m’għandux il-lussu ta’ pajjiżi oħra li l-art għalihom mhijiex problema u li jistgħu jakkomodaw dan is-settur filwaqt li jkunu fil-frattemp qed jaħdmu fuq tħaddir u bini ta’ foresti ġodda. Le, m’għandniex dan il-lussu. Anzi, il-Malti għadu jħares lejn il-bini ta’ appartamenti bħala investiment. Stħarriġ li sar ftit taż-żmien ilu staqsa lil numru ta’ nies fiex jinvestu flushom li

kieku kellhom jerbħu l-lotterija. Disgħa minn kull għaxra qalu li jinvestu fil-bini. Fl-istess ħin kuljum tara min jgħid li f’Malta hawn ħafna kostruzzjoni, ħafna bini. Taqra artikli li jgħidulek li Malta qed tinbena kollha u statements bħal ‘qed jibnu anke fl-ODZ’. Għal ħafna żmien il-politiku ma weġibx u fil-pajjiż daħal sens ta’ qtigħ il-qalb għax l-aġenda u n-narrattiva kienet ‘one way’ u għax la l-politiku ma jweġibx, allura dak li qed jintqal u jinħass hu vertier. Anzi, jgħidulek li l-politiku ma kienx interessat mill-karba tal-poplu. Bħala Ministru responsabbli mill-ippjanar nippreferi nwieġeb u mhux ninjora. L-iktar ħaġa faċli għalija hi li nħalli kollox għaddej u ma nidħolx f’kontroversji. Minflok fl-aħħar sena minn meta inħtart Ministru dejjem għażilt li nwieġeb. Xi drabi nagħti r-raġun lil dak li jkun, drabi oħra nirrimarka li hemm bad faith, jew għax xi ħadd jipprova jagħti x’jifhem li permess f’ODZ kien għal xi villa meta fil-verità kien għal xi serra jew water reservoir jew

għax jgħidu li ma kienx hemm konsultazzjoni meta nkunu għaddejna xhur ta’ diskussjonijiet. Il-kontroversji però ma jdejqunix. Il-politiku li jfittex li jfuħ biss jew jinteressah miċ-ċapcip biss ma jkunx ta’ servizz għall-pajjiż. Iżda lura għat-tema ta’ dan l-artiklu. Ili xhur ngħid li filpajjiż hawn diskussjoni fqira ħafna dwar dan is-settur. Ilfaqar ta’ diskussjoni ġej minn kullimkien, mill-awtoritajiet, NGOs, saħansitra politiċi. Fl-ewwel lok hemm ħafna informazzjoni żbaljata. Spiss pereżempju ninduna li biċċa art li daħlet fiż-żona tal-iżvilupp fl-2006 taħt l-eżerċizzju ta’ rationalisation f’għajnejn in-nies hi ODZ. Allura bilfors joqomsu meta jaraw il-gaffa ġejja. Jgħidulek qed jibnu l-ODZ ukoll. U allura jeħtieġ li lill-poplu nuruh liema huma dawk il-meded ta’ art li llum narawhom bħala għelieqi u li l-politiku fl-2006 qal li dawn jistgħu jinbnew. Irridu nwieġbu meta ġurnalist jgħid li ħarġu 300 permess fl-ODZ meta nafu li 95% minnhom huma permessi għal bdiewa

jew minor alterations. Is-silenzju tal-politiku u tal-Awtorità tal-Ippjanar huwa parti kbira mis-sitwazzjoni li ninsabu fiha. Ladarba dawn ħallew il-vojt, ma wiġbux, dak il-vojt imtela b’informazzjoni żbaljata, xi drabi imbuttata b’aġenda ċara ħafna. U allura ladarba qed naqblu li l-politiku, l-awtoritajiet għandhom iwieġbu, ikun imiss li fil-pajjiż ikollna diskussjoni dwar x’miżuri se nieħdu. Inutli jkollna min igerger li hawn ħafna bini jew il-pjanijiet lokali jagħtu lok għal tali bini. Inutli ngħidu li la rridu ngħollu u lanqas nieħdu art ġdida. Inħoss li d-diskussjoni hi fqira għax li tgerger mill-kumdità tas-sufan hu faċli ħafna. Ili ġimgħat sħaħ nitlob lil dawk li jilmentaw biex jagħtu s-soluzzjonijiet. Hemm jidħol l-għaqal. Se nibdlu l-pjanijiet lokali? Jekk iva, se nagħtu biljuni ta’ ewro f’kumpens lill-familji milquta? Jekk mhux se nagħtu kumpens, nafu li se mmorru għal battalji legali fil-qrati tal-ġustizzja? Min ma jridx iktar bini u żvilupp, qed jgħid li dik il-familja li għand-

ha dritt tibni fuq art tagħha, issa se ċċaħħadha minn dan id-dritt? Riċentement kelli diskussjoni ma’ xi esperti fil-qasam dwar il-kunċett ta’ trasferiment ta’ drittijiet ta’ żvilupp. Kunċett li Malta tista’ tikkunsidra iżda li jaf joħloq kontroversji ġodda. Il-politiku qiegħed hemm biex iħares lejn is-soluzzjonijiet. M’iniex lest niddiskuti miżuri biex inraqqgħu l-pannu bil-qara’ aħmar, jew biex ikollna min japprova jew iwaqqaf applikazzjonijiet skont il-burdata tan-nies. Dik tkun anarkija. Pajjiżna jeħtieġ jitmexxa b’set ta’ policies u mhux l-aptit jew il-biża’. Hu għalhekk li l-appell tiegħi lil kulħadd fil-pajjiż hu biex jiġi b’soluzzjonijiet li jistgħu jitwettqu. Li wieħed igerger hu dritt tiegħu, iżda t tgergir ma jsolvi xejn. Illum id-diskussjoni hi fqira u ħafna huma komdi f’dik li tissejjaħ comfort zone. Ejjew nimxu għall-fażi li jmiss, dik li d-diskussjoni tkun fuq is-soluzzjonijiet ta’ għada, diffiċli kemm huma diffiċli. Il-pajjiż hekk jixraqlu.

ŻGĦAŻAGĦ: IMMEXXU ’L QUDDIEM

MIGUEL CAUCHI Uffiċjal Politiku FŻL

Hu ta’ pjaċir għalija li f’Marzu tal-2020 ġejt nominat u bdejt inservi bħala Uffiċjal Politiku fi ħdan l-Eżekuttiv il-ġdid tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. Permezz tal-esperjenza li ksibt mill-attiviżmu studentesk u komunitarju matul dawn l-aħħar snin, nemmen li, flimkien mal-bqija tat-tim, nista’ nagħti kontribut siewi u effettiv biex il-vuċi taż-żgħażagħ tibqa’ tkun parti integrali mill-iżvilupp politiku tal-Partit tagħna. Infatti, “Inħarsu ’l Quddiem” kienet it-tema li bħala Forum Żgħażagħ Laburisti tajna lill-aħħar Laqgħa Ġenerali Annwali, u t-tema li adottajna

fil-bidu tal-ħidma tagħna bħala l-Eżekuttiv il-ġdid tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. Dawn mhumiex sempliċement kelmtejn inawgurali, imma l-mod li bih nixitiequ naħdmu biex inkomplu niddefinixxu l-fergħa taż-żgħażagħ fi ħdan il-Partit tagħna. Fil-100 sena li ilu jeżisti l-Partit Laburista, iż-żgħażagħ minn dejjem kienu protagonisti u dan għaliex, fost l-oħrajn, il-Partit Laburista dejjem ħares ’il quddiem u dejjem adotta politika li biha ħass li seta’ jibni Malta aħjar għall-ġenerazzjonijiet futuri. Id-determinazzjoni tiegħi u ta’ sħabi hi li nkunu żgħażagħ protagonisti – fi kliem il-Prim Ministru: “il-wiċċ li jrid jibdel lil dan il-pajjiż”. Iż-żgħażagħ huma l-futur daqskemm huma l-preżent. Aħna ż-żgħażagħ aħna l-futur għaliex bl-entużjażmu u l-enerġija nħossu li għada jappartjeni għalina. Il-ħsieb tagħna ż-żgħażagħ fuq il-futur hu naturali: ilkoll naħsbu dwar l-istudji li nixtiequ nagħmlu, il-professjoni li nixtiequ naqbdu jew bidla fil-karriera li nixtiequ nagħmlu, il-familja u dwar kif irridu naraw lil pajjiżna. Aħna ż-żgħażagħ aħna l-preżent għax

il-futur nibnuh bil-lum u llum. Hu inutli li noqogħdu nżommu l-opinjonijiet tagħna għalina u ninħlew nargumentaw fuq il-midja soċjali mill-moħba tagħna wara screen: biex tassew nagħmlu d-differenza bl-opinjoni tagħna jeħtieġ inwassluha fil-fora adattati u niddiskutuha ma’ oħrajn. Kif diġà wrejna f’dawn l-aħħar xhur u kif se nuru fix-xhur li ġejjien, il-Forum Żgħażagħ Laburisti hu l-forum li qed joffri spazju lilna ż-żgħażagħ biex niddibattu l-opinjoni tagħna ma’ oħrajn, nitkellmu dwar dak li jirrigwardana jew jikkonċernana, dwar dak li qed jaffettwa lill-komunità u s-soċjetà tagħna. Kien dan li sawwar il-Partit Laburista fil-familja wiesgħa u rappreżentattiva li hu llum. Apparti minn hekk, nixtieq li fil-ħidma tagħna bħala forum dejjem ikollna aktar individwi li jagħżlu li jipparteċipaw għaliex kull wieħed u waħda minna għandu jew għandha dak it-talent uniku li bih jista’ jew tista’ tagħti kontribut. Il-kontribut ta’ kull wieħed u waħda minna hu importanti għaliex biex insawru politika relevanti li kapaċi tikseb il-fi-

duċja tan-nies, din trid tkun magħmulha minn nies differenti li ġejjin minn sfondi differenti. Is-suċċess tal-politika jiġi, fost l-oħrajn, mill-fatt li din ma tkunx ġiet magħmulha minn xi erba’ minn nies imma min-nies li ħa jiġu affettwati biha. Mill-aspett politiku, il-ħidma tagħna bdiet permezz tal-impenn li nippreżentaw manifest elettorali għaż-żgħażagħ lill-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Il-ħidma fuq dan il-manifest se nkunu qed nagħmluha permezz tad-diskussjonijiet dwar diversi kwistjonijiet politiċi, anki wħud li jistgħu jiġġeneraw kontroversja. Komuni għad-diskussjonijiet li se nkunu qed immexxu hija l-perspettiva li minnha se nħarsu lejn kull suġġett: intejbu l-għajxien u l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin, punt li l-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista Robert Abela jħobb jirreferi għalih u jsemmi bħala l-għan tat-tmexxija tiegħu. Il-ħidma taż-żgħażagħ fil-Partit Laburista, b’mod partikolari f’dawn l-aħħar 70 sena kemm ilha mwaqqfa l-fergħa, kienet ikkaratterizzata proprju milħsieb li l-ħidma politika tir-

riżulta f’għajxien u kwalità ta’ ħajja aħjar. Anki f’temi li aħna kuraġġużi nistudjaw u nitkellmu dwarhom, aħna se nħarsu lejhom mil-lenti li nagħmlu l-ġid u nissalvagwardjaw ilħajja u d-dinjità tagħna – u dan riflessjoni tal-kburija tagħna bir-ruħ soċjali u l-għeruq soċjalisti tagħna. Fl-opinjoni tiegħi l-istil tal-politika tagħna mhix li nippruvaw nispjegaw x’nemmnu u x’naħsbu billi nippuntaw subgħajna lejn ħaddieħor u ngħidu x’ma naħsbux u x’ma nemmnux, jiġifieri l-attitudni tal-jien u int u l-int u jien. L-istil tal-politika tagħna hu dak li niddjalogaw ma’ min ma jaqbilx magħna u filwaqt li nispjegaw lil ħaddieħor x’nemmnu u x’naħsbu, nisimgħu l-opinjoni ta’ ħaddieħor. B’din l-attituduni mmexxu ’l quddiem – u ħaddieħor isegwi warajna. B’hekk nagħmlu mill-politika battalja tal-ideat. Tistgħu ssegwu l-ħidma tiegħi fuq facebook. com/Miguel.Cauchi.mt u kull min jixtieq jissuġġerixxi kwistjonijiet li nistgħu niddiskutu jew tgħaddulna l-opinjoni tagħkom, tistgħu tiktbulna fuq l-email uffiċjali: info@fżl.org. mt.


17

07.03.2021

INTELLIĠENTI IVA, DGĦAJFA LE

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

F’dan iż-żmien ta’ sfida kbira bla preċedent, l-aċċenn għal Tim Malta jagħmel aktar sens minn qatt qabel. Meta l-Prim Ministru jenfasizza fuq Tim Malta u fuq poplu li jiġbed ħabel wieħed ma jkunx qed jagħmel hekk biex jidher gustuż imma għax verament sabiex noħorġu rebbieħa fuq virus hekk qalil irridu tassew inkunu solidali flimkien u naħdmu flimkien. Irridu nammettu lkoll li xejn mhu se jkun bħal qabel. L-impatt tal-pandemija se jibqa’ jinħass għal ħafna żmien u dan ma jinnegah ħadd. Però l-isforz u r-rieda tajba ta’ kulħadd iwassluna sabiex l-impatt ikun wieħed li ma jagħsarx lill-poplu speċjalment lill-vulnerabbli u dak li l-inqas li jiflaħ. Imma sfortunatament

mhux kulħadd iħoss din ilħeġġa. Anzi għandna fostna min donnu jogħrok idejh u jara kif jisfrutta dan iż-żmien daqshekk delikat biex jipprova jiskorja punti politiċi bla ebda skrupli ta’ xejn. Faċli ħafna li wieħed jippontifika u jikkritika, mingħajr ma jagħti soluzzjonijiet u kif se jintlaħqu dawn is-soluzzjonijiet. Faċli wieħed jikkritika mingħajr m’għandu l-piż li jieħu d-deċiżjonijiet iebsa li taqta’ fejn taqta’ se joħroġ id-demm. Il-Prim Ministru għandu r-responsabbiltà li jmexxi u jieħu deċiżjonijiet kull minuta, deċiżjonijiet li fiċ-ċirkostanzi jinbidlu milllum għal-lum. Aktar minn hekk, għandu r-responsabbiltà kważi kważi impossibbli li jżomm bilanċ bejn is-saħħa tal-poplu u fl-istess ħin il-ħajja li trid tkompli. U dan mhux biss ifisser bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija, bejn is-saħħa u l-impjiegi, imma wkoll il-kontinwazzjoni tal-edukazzjoni ta’ wliedna u kif ukoll is-saħħa mentali tal-poplu. Il-Prim Ministru jiġi kkritikat inġustament għaliex b’ottimiżmu u b’aspirazzjoni, jinkoraġġixxi lill-poplu sabiex naħdmu ħalli noħorġu minn din il-pandemija mill-aktar fis possibbli, iva biex malajr kemm jista’ jkun immorru għan-normalità. Jewwilla

mhux kullħadd jixtieq dan, kull min għandu għal qalbu dan ilpajjiż u għal qalbu ħajtu stess wara kollox? Il-Prim Ministru jfittex li jxerred il-pożittività u aktar minn hekk jaġixxi flimkien mal-Gvern kollu billi għamel miżuri kuraġġużi li salvaw l-impjiegi, li evita eluf ta’ sensji, li salva l-għajxien u s-saqaf ta’ eluf ta’ familji, salva eluf ta’ negozji, li minkejja r-restrizzjonijiet, il-poplu baqa’ għaddej b’ħajtu. U jekk tgħidli, allura taħseb li qegħdin ngħixu f’ġenna, jien nasal biex inwieġeb fl-affermattiv, meta nħares lejn pajjiżi sħabna fl-UE, bi problemi kbar fl-ekonomija, b’qgħad kbir u b’lockdowns wieħed wara l-ieħor. U minħabba dawn il-problemi ekonomiċi, tefgħu fuq il-popli tagħhom miżuri t’awsterità u taxxi. Għal kuntrarju, Gvern Laburista flok qagħad jeqred u faċilment inħeba wara l-iskuża tal-pandemija, xammar il-

kmiem u fittex is-soluzzjonijiet. Ma żiedx taxxa waħda li hi waħda, l-ebda miżura t’awsterità, l-ebda żieda fil-prezzijiet tal-fuel jew kontijiet ogħla, anzi kompla jtejjeb il-pagi, żied il-pensjonijiet, l-istipendji, żied l-allowances, qassam il-vouchers, qed jagħti l-wage supplement xahar wara xahar. U rridu niftakru li l-Gvern ta dan kollu u aktar f’nofs pandemija. Aktar minn hekk, ħadem u ħaseb għal konsenji tal-vaċċin kontra l-Covid u qed jitqassam kif pjanat fejn hu konfermat li pajjiżna qed ilaqqam bl-aktar mod spedit fost il-pajjiżi kollha tal-UE. Ħaddieħor, fi żmien Gvern Nazzjonalista meta ffaċċja kriżi finanzjarja li hi farka fejn il-kriżi tal-pandemija ta’ llum, qered, ġab skużi, qalulna li ġej il-maltemp u allura s-soluzzjoni tagħhom kienet l-awsterità, iż-żieda fit-taxxi, iż-żieda fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, iż-żieda fil-prezziji-

Għal kuntrarju, Gvern Laburista minflok qagħad jeqred u faċilment inħeba wara l-iskuża tal-pandemija, xammar il-kmiem u fittex is-soluzzjonijiet

et tal-fuel u l-qgħad li dejjem baqa’ jiżdied. Din hi d-differenza kruċjali u d-differenza jesprimiha u jikkonfermaha l-poplu, fejn fi żmien Gvern Nazzjonalista l-poplu fis-sondaġġi kien fil-maġġoranza tiegħu negattiv u ma jemminx li se nkunu aħjar, illum il-ġurnata skont l-ewrobarometru l-poplu Malti huwa fost l-aktar popli fl-UE li huwa ottimist u jemmen li se joħroġ minn din il-pandemija u se mmorru għan-normalità. U allura nagħmlu kuraġġ u nagħmlu sforz sabiex nobdu l-protokolli u l-miżuri sabiex nikkontrollaw il-pandemija. Nilqgħu l-invit tad-Dipartiment tas-Saħħa meta nircievu l-invit sabiex nieħdu l-vaċċin, inżommu d-distanza soċjali, inżommu l-iġene, nilbsu l-maskra. Nagħmlu dan b’sens ta’ rispett lejn xulxin, imħabba u solidarjetà lejn il-vulnerabbli b’mod speċjali. Nibqgħu pożittivi u ottimisti imma kawti u attenti u fuq kollox nibqgħu magħqudin u ma nħallu lil ħadd jinqeda b’din is-sitwazzjoni sabiex jipprova mingħalih jirkeb fuq il-vulnerabilità u s-sentimenti tan-nies u jipprova jikseb il-poter b’azzjonijiet vagabondi, tixwix u tnissil ta’ dubji u kritika distruttiva. Aħna Tim Malta, tim intelliġenti, tim magħqud, qatt dgħajjef.


18

07.03.2021

TROGLODIŻMU MALTI LI JMUR LURA GĦALL-PREISTORJA F’pajjiżna nsibu bosta għerien li servew bħala djar għal numru ta’ Maltin u Għawdxin sa minn żmien il-preistorja. Numru kbir minnhom kienu jitħaffru fil-ġebla tal-Qawwi ta’ Fuq u l-ewwel abitanti ħasbu biex jostruhom kemm mis-serq kif ukoll mill-attakki tal-furbani. Lin-nies li kienu joqogħdu fl-għerien, isejħulhom trogloditi. Għal din l-intervista tkellimt ma’ Dr. KEITH BUHAGIAR, Senior Lecturer fid-Dipartiment tal-Klassiċi u l-Arkeoloġija, fl-Università ta’ Malta. Minn CHARLES B. SPITERI Kif nistgħu nfissru t-trogloditi u xi kemm-il sena rridu mmorru lura għal dak li għandu x’jaqsam ma’ pajjiżna? Mix-xhieda li għandna jidher li f’pajjiżna, l-għajxien tal-familji fl-għerien imur lura għall-perjodu preistoriku. Dan kollu jista’ jkun ikkonfermat kemm minn Għar Dalam, f’Birżebbuġa, kif ukoll mill-għerien li nsibu f’Għajn Abdun, f’Għawdex. Insibu wkoll xhieda li turi li l-istess kultura ta’ għajxien kienet issir lejn tmiem il-perjodu Ruman, u dan minn kumpless ta’ għerien li hemm f’Santa Katerina, fl-inħawi tar-Rabat, magħruf aħjar bħala l-Għar ta’ Iburdan. Madankollu, hu dnub li minħabba barriera li tħaffret miegħu, parti mill-istess sit, inqerdet. Ġeneralment it-trogloditi, jew nies li jgħixu fl-għerien, spiċċaw jagħmlu hekk, minħabba l-konvenjenza tagħhom stess. Kemm finnaħa ta’ fuq ta’ Malta, kif ukoll fil-Majjistral, ħafna mill-għerien li spiċċaw iservu bħala alloġġ, tħaffru f’saff partikolari fil-ġebla tal-Qawwi ta’ Fuq, magħrufa bħala Mtarfa Member. Dan is-saff hu artab sew, li ppermetta tħaffir faċli sew, biex iffurmaw numru ta’ għerien li servew bħala djar. Barra minn hekk, li Mtarfa Member jinsab eżatt fuq il-Perched Aquifer, li jfisser li l-abitazzjonijiet fl-għerien, kienu lkoll u b’mod dirett fuq sors ta’ ilma ġieri, li seta’ jittella’ faċilment għal kull użu. Fl-istudji tiegħi tajt ħarsa dettaljata lejn l-abitazzjoni fl-għerien f’Malta sa mis-Sena 1000 wara Kristu. Iżda għall-mistoqsija tiegħek, qed nikkonċentra fuq l-istess għajxien minn dak iż-żmien sal-perjodu tal-1900. L-għerien li kienu joqogħdu fihom, kienu jkunu għerien

Għar il-Midfna naturali jew anki jitħaffru minnhom stess? Kif għedtlek aktar ’il fuq, ħafna mill-għerien Medjevali li ttrasformaw irwieħhom f’abitazzjonijiet, tħaffru mill-bniedem f’ġebel artab. Għall-privatezza tal-individwi li jgħixu fihom, id-daħla tal-għerien kienet tingħalaq b’ħajt tassejjieħ u d-dħul għal ġewwa kien minn wisa’ ta’ bieb. Fuq il-faċċata ma kien ikun hemm ebda twieqi u fil-ftit għerien li kellhom xi apertura, kienet tkun fil-għoli sew fil-faċċata u dojoq immens. Xi kwalità ta’ ħajja kienu jgħaddu dawn in-nies f ’pajjiżna? Ħafna min-nies, meta mhux familji sħaħ ta’ żmien il-Medjuevu, kienu jsibu l-aħjar postijiet, preferibbilment b’xi

Mix-xhieda li għandna jidher li f’pajjiżna, l-għajxien tal-familji fl-għerien imur lura għall-perjodu preistoriku. Dan kollu jista’ jkun ikkonfermat kemm minn Għar Dalam, f’Birżebbuġa, kif ukoll mill-għerien li nsibu f’Għajn Abdun, f’Għawdex

wied fertili jmiss magħhom, li allura kienu jikkultivawh mill-aħjar li jistgħu. F’dokumenti li jittrattaw l-istess żmien tal-Medjuevu nsibu li dawn il-postijiet kienu jissejħu viridaria. Meta aktar tard kellna lill-Ordni ta’ San Ġwann

tmexxi lil pajjiżna, dawn is-siti ilma, la dawl u lanqas ħtiġiet ngħataw l-isem ta’ “Giardini”. sanitarji. Dan kien ifisser irqad ma’ nżul Xi ħtiġiet kienu jinstabu ix-xemx? f ’dawn l-għerien, u forsi t-tqassim tagħhom Nistgħu ngħidu li d-djar għe(tal-għerien)? Għax rien taż-żmien Medjevali u naturalment la kellhom tal-ewwel żmien tal-Mod-


19

07.03.2021

Għar u Casa Mellieħa

erniżmu, kienu jixbhu bil-bosta lid-djar mibnija mill-ġebel. Kif għedtlek diġà, il-fetħa ta’ quddiem kienet tingħalaq b’ħajt simili għal dak tas-sejjieħ. Fuq ġewwa, l-għerien kienu jinqasmu wkoll permezz ta’ bini tal-ħitan, ħalli jiffurmaw numru ta’ kmamar differenti. Jaf jittieħed b’sorpriża l-fatt li mil-lat ta’ provvista tal-ilma, l-għerien abitabbli kienu ferm aħjar mid-djar mibnija fuq l-art. Dan minħabba li kif semmejna, l-għerien kien ikollhom l-ilma għaddej minn taħthom. Taħt id-djar għerien kien ikun hemm galleriji ta’ ilma (mini dojoq magħmulin minnies) li kienu jieħdu l-ilma mill-pjan ta’ fuq. Dawn il-mini kienu jkunu wiesgħa mhux aktar minn 0.8m u għoljin xi 1.5m. Terġa’ l-għelieqi li kienu jiffurmaw parti mill-ġardin li semmejna, kienu jistgħu jitkabbru fihom tliet għelejjel fis-sena u l-kultivazzjoni tagħhom setgħet titkompla anki fix-xhur sħan u xotti tas-sajf, minħabba l-ilma li kien jittella’ minn dawn il-galleriji tal-ilma. Madankollu, irid jingħad li aktarx li n-nies ta’ żmien il-Medjuevu u tal-ewwel żminijiet moderni, kienu jidħlu jistrieħu u jorqdu ma’ nżul ix-xemx. Bħala ħidma għall-ikel ta’ kuljum, kienu joħorġu biss l-irġiel u jaħdmu fir-raba’, sajd u kaċċa? Dawk li kienu jgħixu fl-għerien fi żmien Malta Medjevali, ġeneralment kienu jaħdmu fl-agrikoltura. Kienu jaħartu l-ġardini u jindukraw ilmerħliet ta’ nagħaġ u mogħoż. Mir-rakkonti li ngħadu fuq l-għajxien tan-nies fl-iktar għar magħruf; dak ta’ Għar il-Kbir, qrib il-Buskett, jindikaw li l-abitanti kienu raħħala. In-nisa kienu jieħdu ħsieb it-trobbija tat-tfal u jimmanifatturaw il-ġobon mill-ħalib

tal-mogħoż. Fl-istess żminijiet ftit waħdiet kienu dawk in-nies li kienu jmorru jistadu. X’nazzjonalità kienu l-ewwel trogloditi f ’Malta? U f ’Għawdex kien hemm ukoll minnhom?

Għerien fil-Madliena

Nemmen li nistgħu ngħidu li l-ewwel nies f’Malta li kienu jgħixu fl-għerien, kienu Maltin. Madankollu, l-istorja minn dejjem urietna li għall-bidu, ħafna minn dawn kienu migranti li kienu jaslu Il-maġġoranza tal-għerien li studjajt u stħarriġt jien, mill-art qrib tagħna: Sqallihuma komdi ferm biex tgħix fihom. Joffru sħana ja. U nistgħu nerġgħu ngħidu li anki f’partijiet differenti mikroklimatika fix-xitwa u freskezza ħelwa li tħajrek tal-gżira Għawdxija hemm toqgħod fihom fix-xhur sħan tas-sajf. Madankollu, sibt xi ukoll evidenza li kien hemm nies jgħixu fl-għerien. Wieħed mis-siti prinċi- għerien li minħabba fissuri naturali fis-saqaf tagħhom, l-ilma pali ta’ ġardini f’Għawdex, jinżel jew iqattar minnhom, kull darba li tagħmel ix-xita li fih kien ukoll nies jgħixu fl-għerien, hu dak li f’parti minnu, maqtugħa fil-blat hemm il-knisja tal-Lunzjata, jxien fl-għerien kien mod norTerġa’ bosta mill-għerien teżisti ebda xhieda. f’Kerċem. mali ta’ ħajja. kienu moħbija sew fil-pajsaġġ Madankollu, wieħed jista’ u għalhekk min ma jkunx Ġeneralment, x’xaqlibiet Il-familji tagħhom f ’dawk jasal biex jifhem li hekk kif familjari mal-pajsaġġi Maltin kienu jfittxu li jgħixu fihom: iż-żminijiet kienu jkunu il-livell tal-għajxien beda jogħu Għawdxin, ma kienx jinduna qrib il-baħar, fl-għoljiet jew numerużi? la, l-istess nies bdew joħorġu bil-preżenza tagħhom u tan- qalb ir-raba’? mill-għerien u jabitaw fi djar nies li kienu jabitaw fihom. Hekk naħseb, iżda ma jeżisti L-aktar li kienu jippreferu, mibnija fuq l-art. Dan il-movixejn fuq il-bosta nies li għexu Xemx u xita kienu kienu s-siti tal-widien. Fil-każ ment sar b’mod gradwali. fl-għerien fi żmien il-Medjue- jaffettwawhom ladarba tal-Melllieħa, l-għerien tal-abiFil-Mellieħa u f’postijiet vu. Madankollu, f’rakkont ta’ s-soqfa tal-għerien kienu tazzjoni tħaffru f’erba’ widi- oħra li kienu jippermettu, inGian Franġisk Abela fuq l-Għar jkunu ħoxnin? en li jgħaqqdu flimkien, b’dak nies bnew djarhom quddiem il-Kbir, jingħad li fl-1647, dak magħruf bħala l-Wied ta’ Santa l-għerien li kellhom, b’mod li l-għar kellu fih aktar minn 110 Il-maġġoranza tal-għerien li Marija jkun l-aktar prinċipa- l-għerien abbandunati baqgħu troglodit, li bejniethom iffur- studjajt u stħarriġt jien, huma li u popolari għall-għajxien. jintużaw minnhom biex ikabmaw raħal. komdi ferm biex tgħix fihom. Fih kien hemm ukoll L-Għar bru l-annimali jew qalbuhom Joffru sħana mikroklimatika tal-Madonna (illum is-Sant- f’post bil-ġarar għat-trobIl-fatt li l-abitazzjonijiet fix-xitwa u freskezza ħelwa warju tal-Mellieħa), li f’do- bija tan-naħal. Każ simili hu kienu għerien, kienu joffru li tħajrek toqgħod fihom fix- kumentazzjoni li tmur lura l-Imġiebaħ. sigurtà għall-membri xhur sħan tas-sajf. Madank- għall-bidu tal-1400, jidher li tal-familja u dak li jkollhom? ollu, sibt xi għerien li minħab- kien wieħed mill-knejjes par- Qatt instabu xi oqbra qrib dawn l-għerien? ba fissuri naturali fis-saqaf rokkjali ta’ Malta. L-għajxien fl-għerien kien jof- tagħhom, l-ilma jinżel jew fri l-vantaġġi tiegħu. Hu min- iqattar minnhom, kull darba li Kemm damu l-Maltin jgħixu Dażgur. Pereżempju għandna nu li ħafna min-nies li kienu tagħmel ix-xita. f’dawn il-kundizzjonijiet? evidenza li turina li fl-Għar iljgħixu fl-għerien fi żmien Ħarġu mill-għerien għax riedu Kbir, hemm numru ta’ għerien, Malta Medjevali kienu jinsabu Fiż-żwieġ bejn l-ulied jew għax kienu mġegħlin? li oriġinarjament kienu utifil-ftuħ tal-kampanja u kienu trogloditi, nafu kinux ikabbru lizzati bħala oqbra fiż-żmien vulnerabbli għall-attakki l-familja tar-raġel jew mara; Il-Maltin ta’ Malta u Għawdex Puniku u Ruman. Però, it-trogtal-pirati. Iżda l-għerien kienu jew kienu jmorru joqogħdu għexu fl-għerien għal sekli loditi li kienu jgħixu fl-għerien binjiet permanenti fil-pajsaġġ f ’xi għar ieħor? sħaħ. Tant li fil-Mellieħa nins- x’aktarx kienu jkunu midfuna u l-ħsara li setgħet issir fihom abu ċerti li t-trogloditi baqgħu fiċ-ċimiterju li r-raħal fejn f’każ ta’ xi attakk jew sakkeġġ Din hi mistoqsija li m’għan- jgħixu fl-għerien sa nofs is- jinsab l-għar kien jifforma kien ikun minimu għall-aħħar. dix tweġiba għaliha, għax ma snin 1900. Ma ninsewx li l-għa- parti minnu.


20

07.03.2021

TIRREĊTA, TPITTER U TGĦALLEM IL-MALTI F’LONDRA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Nieħu gost niskopri talenti lokali li jkunu qed jippromettu barra minn xtutna. Nammirahom ukoll għall-fatt li jħallu art twelidhom u jibdew ħajja ġdida f’pajjiż totalment differenti. Dan l-aħħar sirt naf b’attriċi, pittriċi u għalliema talMalti f’Londra. Qed nirreferi għal Donna Borg. Trabbiet u għexet Bormla u bħalissa tgħix Londra fejn ilha għal dawn l-aħħar ħames snin. Tagħmel diversi xogħlijiet fosthom tgħallem il-Malti bħala lingwa barranija, tirreċta u tpitter. Dawk s’issa! Il-passatempi tagħha huma tista’ tgħid ukoll ix-xogħlijiet tagħha għax minbarra li tagħmilhom bħala xogħol, tagħżel li tagħmilhom prinċipalment għax tieħu gost. Donna studjat l-Università ta’ Malta u għamlet BA bl-Unuri u MA fil-Malti. “Ħdimt bħala għalliema tal-Malti fil-livell sekondarju u terzjarju fl-Università ta’ Malta u ħdimt ukoll fuq proġetti ta’ riċerka mad-Dipartiment tal-Malti fl-Università. Minn dejjem kelli interess fil-lingwa u f’forom ta’ arti differenti u xi seba’ snin ilu bdejt korsijiet fir-reċtar f’Malta ma’ diversi skejjel tad-drama bħal Freespirit Acting. Għamilt ukoll diversi workshops ma’ skejjel differenti u lezzjonijiet individwali ma’ għalliema u diretturi bħal Polly March,” bdiet tghidli dwarha. Staqsejtha x’sodisfazzjoni jagħtiha r-reċtar. “Dejjem kelli interess fl-istejjer. Inħobb nara kif jaġixxu bnedmin differenti f’sitwazzjoni partikolari u għaliex jaġixxu b’dak il-mod. Dejjem kont inħobb nistaqsi u nanalizza dak li nara u nisma’ u niftakarni minn kmieni nħobb il-letteratura u l-arti. Naħseb il-pass lejn irreċtar għamiltu wkoll għax xtaqt ninterpreta dak li kont naqra fil-paġni.” Kompliet tghidli: “Nieħu sodisfazzjon meta nkun qed nirreċta għax inħoss li qed nagħti ħajja lil persuna oħra li mhijiex jien. Is-sodisfazzjon ikun akbar meta dawn ikunu tipi ta’ karattri li forsi ma tantx għandhom jew kellhom vuċi f’ħajjithom u s’issa kelli ċ-ċans li ninterpreta karattri li kellhom storja importanti xi jgħidu, bħal refuġjati, vittmi ta’ vjolenza u nies bi problemi mentali. Fl-istess ħin inħoss li qed nagħti wkoll ħajja lil aspetti minni stess għax f’kull karattru dejjem tista’ ssib xi ħaġa li tista’ tirrelata magħha u ħafna drabi hi op-

portunità biex titfa’ l-attenzjoni fuq aspetti tal-karattru tiegħek li forsi qabel ma kontx tajt kashom wisq. L-aspetti li jagħmluni simili għall-karattru li nkun qed ninterpreta huma dejjem il-punt tat-tluq għalija fil-ħolqien tal-karattru. Meta nkun sibthom ngħaddi biex insib ukoll dak li jagħmilni differenti.” Ir-reċtar jagħtiha sodisfazzjon ukoll għax tħoss li qed tkun parti minn esperjenza maħluqa għall-pubbliku. “Din l-esperjenza tista’ tferraħ, iddaħħaq, tiddeverti, tipprovoka, tħasseb u xi drabi tnissel demgħa wkoll. Għalija l-akbar sodisfazzjon ikun meta l-udjenza mhux biss tieħu gost imma meta jirnexxili wkoll noħloq reazzjoni. Nieħu sodisfazzjon ukoll għax waqt li nkun fuq il-palk inħossni nintilef f’ħajja oħra. Għalija r-reċtar hu forma ta’ ħarba u fl-istess ħin introspezzjoni. Huwa wkoll mod ieħor ta’ kif nitgħallem aktar dwar il-ħajja, l-imġiba tal-bniedem, perjodi storiċi u pajjiżi differenti u dwari nnifsi. Meta toħloq karattru, speċjalment karattru bbażat f’xi perjodu storiku, trid tagħmel ħafna riċerka. It-tir prinċipali f’ħajti kien dejjem li nitgħallem aktar fuq affarijiet differenti u r-reċtar, għalkemm mhux l-uniku mod, narah mod tajjeb ħafna biex tagħmel dan għax mhux biss titgħallem dwar xi ħadd jew xi ħaġa imma tipprova tgħix ukoll b’dak il-mod u tpoġġi lilek innifsek f’dik is-sitwazzjoni”. Kompliet tgħidli li naturalment hemm ukoll ilprovi, ir-relazzjoni li tinħoloq mal-membri l-oħra tal-cast u tal-crew, u l-esperjenza li tara xi ħaġa tieħu l-ħajja biċċa biċċa. “Meta kollox jibda jaqa’ f’postu u tasal f’dak il-punt li tista’ taqsam il-prodott finali, bħal ngħidu aħna dramm jew film, ma’ udjenza, tieħu sodisfazzjon kbir. Jagħtini sodisfazzjon ukoll il-fatt li dejjem se ssib xi ħaġa differenti f’kull performance tal-istess reċta. Għalija mhijiex xi ħaġa li titgħallem parti darba u wara li tkun tgħallimtha tirriproduċi l-istess ħaġa lejla wara l-oħra għax inkella tkun qed tgħix biss nofs l-esperjenza tat-teatru. Li rrid ngħid hu li l-isbaħ ħaġa tiġri meta tħalli l-affarijiet jiġru fil-mument u jekk xi ħadd pereżempju jgħidlek linja b’mod differenti mis-soltu, inti tirreaġixxi għal dak u mhux tipprova tirripro-

DONNA BORG duċi l-istess reazzjoni tal-ġurnata ta’ qabel. Naturalment biex tagħmel dan trid tkun taf il-linji, l-istorja, is-sekwenzi u kull dettall ieħor fuq ponot subgħajk u dejjem trid tibqa’ leali lejn it-test u l-viżjoni tiegħek u tad-direttur u żgur ma tistax taqbad u tgħid ‘ara se nibdel il-kliem ta’ din il-linja llum’! Nieħu gost nieħu sehem f’reċti li jdumu diversi ġranet jew aktar għax tiskopri xi ħaġa differenti dwar il-karattru u anki dwar l-istorja kull darba li tagħmilha. Nieħu ħafna sodisfazzjon meta wara jiġi xi ħadd fuqek u jsemmilek xi aspetti li jkun irrelata magħhom u naturalment anki meta tisma’ l-udjenza tidħaq jew meta tħoss dak is-silenzju għax kulħadd ikun attent jara x’se jiġri. Inħobbha ħafna dik l-enerġija ta’ fuq il-palk u l-affarijiet kollha li jikkontribwixxu għaliha, bħad-dwal, il-mużika, is-sett, il-kostumi, l-udjenza u l-bqija,” elaborat tgħidli. Kollox beda minn kors ta’ ġimagħtejn fi skola tad-drama f ’Londra Qabel ma fassalt din l-intervista, kont naf li Donna kienet tgħix hawn Malta u kienet bdiet tieħu sehem f’xi reċti f’Malta. L-ewwel waħda kienet ‘Inverżjoni’ fid-Drama Centre miktuba minn Stefan Magri bi Clive Piscopo bħala d-direttur li rebħet l-ewwel post fil-Festival għat-Teatru Soċjali organizzat mill-Aġen-

zija Żgħażagħ u l-Malta Drama Centre. B’hekk staqsejtha x’ħajjarha biex minn Malta mxiet għal Londra u x’differenzi tosserva bejn Malta u Londra fir-rigward ta’ drama. “Naħseb li f’kull qasam hu importanti li tara kif jaħdmu nies oħra wkoll, speċjalment nies f’pajjiżi differenti għax dejjem se jkun hemm ċerti differenzi. Ridt ukoll li nagħmel żmien niffoka fuq it-teknika tar-reċtar full-time u b’mod intensiv u kieku bqajt Malta dik kienet se tkun diffiċli biex nagħmilha. Niftakarni niddiskuti m’oħti li kienet qed tgħix Londra dak iż-żmien u wara li kienet ratni f’xi xogħlijiet fuq il-palk staqsietni nitħajjarx nagħmel kors qasir f’Londra. Jien diġà kont imħajra u, filfatt, ftit wara hekk għamilt.” Fl-2014, f’Londra għamlet kors ta’ ġimagħtejn fi skola tad-drama - il-London School of Dramatic Arts. Wara offrewlha post fil-kors tagħhom full-time. Kienet kuntenta ħafna, imma ma marritx mill-ewwel għax xtaqet tagħmel xi awdizzjonijiet għal skejjel tad-drama differenti f’Londra li huma kompetittivi ħafna. Fil-fatt ħames snin ilu, fl-2015 bdiet kors ta’ sentejn fi skola prestiġjuża f’Londra – id-Drama Studio London. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar dwar l-esperjenza tagħha matul din l-avventura ta’ tagħlim ġdid. “Lanqas naf minn fejn nibda hawnhekk. Kienet esperjenza straordi-

narja. Domt sentejn nistudja full-time u kienu sentejn minn ħajti li fihom iffukajt fuq aspetti fl-arti tar-reċtar li lanqas biss kont naf li jeżistu qabel. Kelli x-xorti li kelli għalliema u diretturi tajbin ħafna u n-nies li studjajt magħhom kellhom ħafna talent ukoll u meta tkun f’ambjent bħal dak titgħallem ħafna. Kellek ukoll nies minn diversi pajjiżi kollha bi tradizzjonijiet teatrali differenti u modi differenti ta’ kif jinterpretaw l-istess ħaġa.” Kompliet tgħidli li għalkemm sabiħa, ma kinitx esperjenza faċli, speċjalment għall-bidu, għax kienet titlob ħafna xogħol u dixxiplina kbira. “Konna nagħmlu ħafna eżerċizzju u teatru fiżiku, u għall-ewwel ftit ġimgħat lanqas kont inkun niflaħ niċċaqlaq wara! Kien jinvolvi ħafna xogħol wara l-ħin ukoll u ma stajtx ma tirsistix. Wara ġurnata twila kont immur iddar ta’ kuljum nipprattika korjografiji, kanzunetti, aċċenti differenti, naqra, nirriċerka u nistudja l-linji sa tard u l-għada nerġa’ l-istess. Kont ukoll diġà bdejt nagħti lezzjonijiet tal-Malti bħala lingwa barranija dak iż-żmien u ma tantx kont insib ħin nieqaf. Kien ukoll ambjent kompetittiv ħafna għalkemm ħafna drabi kienet kompetizzjoni tajba. Lejn l-aħħar, jien u sħabi talkors, konna wkoll sirna nafu lil xulxin tajjeb u xi drabi hu aktar diffiċli turi x-xogħol tiegħek lil nies li taf sew għax ikunu diġà


21

07.03.2021 qed jistennew ċerti affarijiet minnek u xi drabi hu aktar faċli tirreċta quddiem nies li ma tafhomx. Naturalment hemm il-pożittiv fiha wkoll għax min jafek jista’ jqabbel ma’ xogħlijiet oħra li jkun rak fihom qabel. Kienet bla dubju waħda mill-aħjar deċiżjonijiet li qatt ħadt.” Sadanittant, waqt li kienet qed tistudja f’Londra ħadet sehem f’diversi reċti, kemm klassiċi kif ukoll moderni. Fost il-karattri li interpretat: Octavius Ceasar f’‘Antony and Cleopatra’, Mistress Quickly f’ ‘The Merry Wives of Windsor’, Katharina f’ ‘The Taming of the Shrew’, it-tlieta li huma xogħlijiet ta’ Shakespeare, Julia Craven f’‘The Philanderer’ ta’ George Bernard Shaw, Irina fi ‘Three Sisters’ ta’ Anton Chekhov u Anne Boleyn f’ ‘Anne Boleyn’ ta’ Howard Brenton. Id-dinja tat-teatru u tal-arti b’mod ġenerali diġà hija dinja diffiċli u kompetittiva Ridt inkun naf kif kienet is-sena 2020 rigward drama b’udjenzi minħabba l-pandemija tal-COVID-19. “Kienet diffiċli ħafna. Ħafna nies tilfu xogħolhom u l-arti, speċjalment dik li tiddependi minn udjenza live, sofriet ħafna. Id-dinja tat-teatru u tal-arti b’mod ġenerali diġà hija dinja diffiċli u kompetittiva u meta ma’ dan iżżid l-effetti tal-pandemija tista’ taħseb! Il-pandemija kompliet għamlitha aktar diffiċli għax it-teatri kellhom jagħlqu u anki kumpaniji ta’ produzzjoni ta’ films kellhom jieqfu mill-produzzjonijiet tagħhom. Imma fuq nota pożittiva, naħseb li għenet ukoll biex in-nies isiru aktar kreattivi. Naħseb meta jkollok ambjent u sitwazzjoni diffiċli jkollok tesperimenta u tipprova ssib soluzzjoni u taddatta u dan iwassal għal aktar kreattività. Stajt tara ħafna plays fuq Zoom u fuq il-midja soċjali pereżempju. Diversi nies li naf li jaħdmu fil-qasam artistiku speċjalment fit-teatru, bdew jesperimentaw ukoll b’forom oħra ta’ arti li ma kinux jitolbu bilfors li jkunu f’kuntatt ma’ ħafna nies, bħall-kitba u l-pittura. Is-sitwazzjoni, għalkemm forsi issa ftit aħjar, għadha diffiċli għax m’hemmx reċti fuq il-palk, ħafna mit-teatri għadhom magħluqin bħal fil-West End pereżempju, jew inkella b’udjenza limitata u jekk għandek udjenza ħafna iżgħar huwa aktar diffiċli tkopri l-ispejjeż. Hija ħasra għax l-arti hi importanti ħafna għall-bniedem, speċjalment f’mumenti diffiċli bħal dawn, u naħseb li dan l-effett fuq l-oqsma artistiċi kellu effett kbir ukoll fuq issaħħa mentali ta’ ħafna nies, mhux biss tal-artisti u dawk

li jaħdmu f’das-settur imma fuq il-poplu b’mod ġenerali għax l-arti hi parti importanti f’ħajjitna. F’daqqa waħda ma stajtx tmur tara reċti, kunċerti, esibizzjonijiet live u l-bqija. M’għandix dubju imma li l-affarijiet se jerġgħu jibdew iqumu fuq saqajhom daqt. Mil-lat personali, kelli xi awdizzjonijiet għal xi produzzjonijiet interessanti f’dal-aħħar xhur u għandi diversi pjanijiet għas-sena d-dieħla.” Ta’ min jgħid ukoll li Donna kitbet reċta għall-Camden Fringe Festival f’Londra tal-2018 u ħadet sehem fiha wkoll. “Iva, ktibt dramm qasir sentejn ilu għall-Camden Fringe Festival f’Londra. Kien hemm diversi reċti oħra fl-istess serata. It-tema kienet l-esperjenzi li wieħed jiltaqa’ magħhom meta jkun student u x-xogħol li ktibt kien dwar studenta li tieħu grazzja ma’ wieħed mill-għalliema tagħha u din tispiċċa f’relazzjoni pjuttost distruttiva għat-tnejn li huma. Kien hemm tliet karattri, l-istudenta, Kim, li hi l-parti li interpretajt jien, oħt Kim li tipprova ġġibha ftit f’sensiha imma li hi wkoll ftit possessiva, u l-għalliem. Kompliet tghidli li dan kien l-ewwel xogħol għall-palk li kitbet. “Nixtieq nikteb aktar kemm bil-Malti u anki bl-Ingliż u għandi xi ideat li qed naħdem fuqhom. Naħseb il-fatt li nista’ nara l-iskript min-naħa tal-attur ukoll jgħinni fil-kitba. Rigward jekk tagħtinix aktar sodisfazzjon il-kitba jew ir-reċtar diffiċli ngħid għax aktar iffukajt fuq ir-reċtar milli fuq il-kitba s’issa. Nimmaġinani imma niffoka aktar fuq il-kitba fis-snin li ġejjin għax għandi diversi ideat li nixtieq niżviluppa u li ilhom f’moħħi ħafna. Ngħaddi wkoll minn fażijiet ta’ x’jagħtini l-aktar sodisfazzjon millforom artistiċi li nipprattika. Naħseb trid ħafna dixxiplina u konċentrazzjoni għall-kitba u trid tikteb anki meta ma jkollokx aptit jew meta tħoss li m’intix qed toħroġ b’ideat tajbin, speċjalment jekk għandek deadline. Naturalment jekk tkun kittieb prolifiku, aktarx tiżviluppa metodi ta’ kif iddum inqas, imma naħseb li ħafna kitbiet, almenu fil-każ tiegħi, ikunu qed jinbnew diġà fik, imbagħad tiktibhom wara.” B’mod personali, lil Donna togħġobha ħafna l-kummiedja, imma tħobb id-drama wkoll. Ix-xewqa tagħha hi li tiżviluppa u tieħu sehem f’sitcom li tibqa’ ddaħħaq linnies għal ħafna ġenerazzjonijiet. Il-favoriti tagħha huma ‘Fawlty Towers’ u ‘Blackadder’. Xewqa li għandha hija li taħdem fuq proġetti f’Malta wkoll, kemm fuq il-palk, kif ukoll fuq it-televixin anki għax il-lingwa Maltija hi għal qal-

bha ħafna u tħoss in-nuqqas li tirreċta bil-Malti. Barra minn hekk, taħseb li Malta qed toħroġ bi produzzjonijiet tajbin ħafna dan l-aħħar. Allura f’dan il-każ peress li qed tgħix Londra, staqsejtha kieku tigi hawn Malta sakemm tgħaddi l-produzzjoni li tkun fiha u terġa’ lura Londra, u kif kieku jirnexxilha tibbilancja ma’ Londra u Malta. “Iva, jiena Malta nħobbha ħafna u naħseb li qed isir xogħol tassew tajjeb speċjalment meta tqis ċerti limitazzjonijiet li għandna. Il-fatt li nista’ nagħżel meta u fuq liema proġetti naħdem, għax naħdem għal rasi, jagħtini l-libertà li mmur minn pajjiż għall-ieħor u li naħdem fit-tnejn jekk ikun hemm bżonn. Illum ċertu xogħol jista’ jsir ukoll online u dik tgħin. Iva, kieku niġi Malta għall-produzzjoni u nerġa’ mmur lura Londra. Dwar kif nibbilanċja Malta ma’ Londra, naħseb dis-sena kienet diffiċli minħabba l-pandemija u ma sifirtx bħas-soltu imma normalment inżur Malta spiss u tliet sigħat ajruplan huma qosra għalija - ġieli ndum aktar biex immur bil-ferrovija naħa oħra tal-Ingilterra. Fuq l-ajruplan nagħmel ħafna affarijiet ukoll għax ma m’hemmx distrazzjonijiet ta’ mobiles u emails; nikteb, nistudja xi xena ġdida, jew inpinġi xi ħaġa, u għalhekk il-ħin jgħaddi malajr. It-tpinġija kienet l-ewwel imħabba tagħha - ħafna qabel ir-reċtar Donna hija wkoll pittriċi, studjat l-Istorja tal-Arti u l-Arti f’Malta u bħalissa qed tistudja l-Art Academy London u l-London Fine Arts Studios. It-tpinġija kienet l-ewwel imħabba tagħha, ħafna qabel

ir-reċtar u kull forma oħra artistika u dejjem tiftakarha tpinġi. Ix-xewqa tagħha hi li tkompli titgħallem u tkompli taħdem fil-qasam tal-arti u tgħaqqad id-diversi interessi li għandha flimkien. “L-arti li noħloq hi arti varjata ħafna f’termini ta’ suġġetti u stil imma ħafna drabi nitlaq mill-figurattiv u bħala mediums inħobb ħafna naħdem biż-żejt u l-acrylics għalkemm nieħu gost ukoll inpinġi bil-lapes u ċ-charcoal. Inpinġi skont dak li jkolli aptit u skont dak li jitolbuni meta x-xogħol ikun għal xi ħadd partikolari. Dal-aħħar għamilt diversi pitturi ta’ pajsaġġi Maltin u Għawdxin u pitturi ta’ oġġetti varji fuq stil pjuttost tradizzjonali imma l-favoriti tiegħi huma l-figura umana u l-uċuħ. Qed nesperimenta aktar bis-surrealiżmu u bl-element fantastiku wkoll. Jogħġbuni ħafna xogħlijiet li meta terġa’ tħares lejhom tkun tista’ tara xi ħaġa li ma rajtx qabel u xogħlijiet li jinkludu illużjonijiet optiċi jew li meta tarahom minn angolu differenti jidhru mod ieħor. Donna tgħallem ukoll ilMalti bħala lingwa barranija u fl-2016 waqqfet korsijiet tal-Malti f’Londra. Għandha ħafna studenti minn diversi pajjiżi u hu xogħol li jagħtiha sodisfazzjon kbir. “Il-lingwa, b’mod speċjali l-lingwa Maltija, dejjem kienet taffaxxinani. Meta ġejt Londra ma xtaqtx naqta’ t-tagħlim li kien ix-xogħol tiegħi meta kont Malta u għalhekk waqqaft korsijiet talMalti bħala lingwa barranija, l-ewwel flimkien mal-Maltese

Culture Movement in the UK, imbagħad għal rasi. Għandi diversi gruppi online wkoll u studenti minn pajjiżi differenti u ta’ etajiet varji, minn tfal ta’ ħames snin sa nies ta’ ’l fuq minn 70 sena. Hemm ħafna interess u aktarx dejjem kien hemm imma ma konniex nafu bih għax naħseb għadna naħsbu li n-nies Maltin biss ikunu jridu jitgħallmu jew għandhom bżonn jitgħallmu l-Malti, imma mhux hekk,” spjegatli. Fl-aħħar nett, għaddiet messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Naħseb l-istess messaġġ li nipprova ngħaddi lili nnifsi jiġifieri biex jagħmlu dak li jħobbu, u jekk ma jafux x’inhi dik il-ħaġa jew dawk l-affarijiet li jagħtuhom il-kuntentizza u s-sodisfazzjon, ma jiqfux ifittxu u jippruvaw, biex qatt ma jieqfu jitgħallmu u li qatt mhu tard biex tavvanza f’li qed tagħmel jew biex titgħallem affarijiet ġodda. Ħafna drabi naħsbu li nistgħu naslu biss sa ċertu punt imma fil-verità nkunu kapaċi naslu ħafna aktar jekk nagħtu ċ-ċans lilna nfusna. Naħseb importanti wkoll li wieħed dejjem iħares ’il quddiem imma jiftakar minn fejn beda. L-aħħar messaġġ hu biex japprezzaw l-arti u biex jagħmluha parti minn ħajjithom għax nemmen li kulħadd jista’ jkun kreattiv bil-mod tiegħu.”


22

07.03.2021

KANTERA META L-MUŻIKA MALTIJA TIŻŻEWWEĠ MAL-MODERN TOĦLOQ ARMONIJA MILL-ISBAĦ Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Il-mużika Maltija taf tpaxxi. Forsi hemm bżonn nagħtuha aktar importanza u napprezzaw dak li toffrilna. Dak kollu li hu Malti u li jagħtina identità, lili jogħġobni u jimmeraviljani. Tkellimt ma’ sieħbi GEORGE BONELLO li huwa l-moħħ wara Kantera. Minn mindu kellu seba’ snin beda jdoqq strumenti mużikali. Matul dawn l-aħħar snin beda jfassal pjan ta’ kif iwettaq il-ħolma tiegħu - li jara l-folk Malti mżewwaq mal-mużika moderna. U rnexxielu. Bil-karattru ħelu tiegħu ddiskutejna dwar dan il-proġett... Kif u meta bdiet Kantera? Il-kunċett li qegħdin noħolqu bil-band KANTERA kien ilu fil-ħsieb tagħna għal dawn l-aħħar tliet snin, imma qatt ma sibna l-ħin li naħdmu fuqu peress li konna impenjati b’xogħol mużikali ieħor. Fi żmien il-pandemija talCOVID-19 kellna aktar ħin fuq idejna u ddeċidejna li nibdew naħdmu fuq dan il-proġett b’aspett folkloristiku addattat għaż-żminijiet tal-lum. Iltqajna u ffurmajna KANTERA. Għaliex dan l-isem? Dan l-isem jgħaqqad id-diversi kantanti li għandna fil-band li bl-istil qegħdin ngħaqqdu l-era tal-passat u tal-preżent. X’inhu l-sfond tagħkom bħala membri ta’ din il-band?

L-għan tal-Band KANTERA huwa li tressaq il-ġeneru folk tradizzjonali Malti lejn dak modern. Fl-istil mużikali ta’ Kantera, jintużaw strumenti mużikali marbuta mal-folklor Malti ma’ dawk elettronici moderni sabiex flimkien jinħoloq ħoss uniku, ħoss ta’ mużika tal-preżent li tkun qed tintiseġ fl-istess waqt mal-ġejjieni u mill-imgħoddi. L-istil ta’ kanzunetta li qed tipproduċi KANTERA huwa maħdum fuq lirika Maltija li tmiss temi soċjali u kulturali tal-mument tagħna u dak passat, bl-użu ukoll ta’ qwiel Maltin u b’involviment ta’ talent minn Malta u minn Għawdex. L-istrumenti li jiffurmaw KANTERA huma l-piano-accordion, it-tastiera, is-sassofonu, l-ajrofonu, il-mandolina, il-vjolin, il-kitarra elettrika u dik bass, il-flejguta, iż-żafżafa u l-perkussjoni, flimkien mal-kantant ewlieni u l-backing vocals. L-istil ta’ KANTERA nħoloq sabiex iressaq żgħażagħ u adolexxenti aktar qrib talfolk u t-tradizzjoni Maltija permezz tal-mod kif l-istrumenti u l-lirika fil-kanzunetti tagħna jirrimaw u jintisġu ma’ xulxin. Din mużika fejn l-imgħoddi jżur il-preżent, u jingħaraf fil-waqtiet li ngħixu aħna u nivvjaġġaw mal-ħoss folk modern.

Aħna mużiċisti li konna ndoqqu f’bands u gruppi oħrajn li anke ndoqqu stili u strumenti differenti, saħansitra anke rwoli differenti. Ukoll ħafna minna ndoqqu u nkantaw bħala solo. Dan għen ħafna sabiex aħna li għandna esperjenzi separati u differenti ningħaqdu flimkien bi proġett li jirrikjedi teamwork b’saħħtu. Konna ndoqqu folk, modern u ġeneri differenti, Xi tridu twasslu bħala messaġġ u ngħaqadna flimkien bi stil bil-mużika tagħkom? b’differenza fil-band KANTERA. Għall-fatt li nużaw temi u suġġetti marbutin mal-ħajja u Xi stil għandkom u temmen l-andament tas-soċjetà Maltija li jappella għas-soċjetà li qed waqt li ndaħħlu qwiel u idjomi ngħixu fiha? Maltin, aħna qed nolqtu par-

ti kbira mill-komunità li tinkludi ż-żgħar, l-adolexxenti, iż-żgħażagħ, l-adulti u l-anzjani. Hekk nimirħu fl-etajiet sabiex inżidu l-popolarità f’dan il-ġeneru waqt li ngħinu fit-tixrid tal-kultura Maltija bl-istil folk u modern. Temmnu li hawn kuxjenza dwar il-kultura tagħna relatata mal-mużika f’pajjiżna? Sar avvanz kbir f’dan il-qasam però għad fadal lok għal aktar kuxjenza, għajnuna u sostenn għall-bands lokali, inkluż permezz ta’ opportunitajiet f’avvenimenti lokali u fuq livell internazzjonali. Anke stazzjonijiet tat-televixin u r-radju lokali għandhom joħolqu aktar opportunitajiet biex dawn il-bands isemmgħu l-mużika tagħhom, waqt li jagħtu aġġornament tal-andament u l-proġetti tagħhom. Xi proġetti qed tippjanaw għall-futur qrib u l-futur ftit iżjed ’il bogħod? Bħalissa qegħdin naħdmu fuq album oriġinali bil-lingwa Maltija li ser joħroġ pubblikament aktar tard din is-sena. Jalla nerġgħu niġu għan-normal ħalli nkunu nistgħu nagħtu wirjiet fil-pubbliku. Kif tarawkom minn issa u ħames snin oħra? Nemmnu li permezz tal-kunċett ġdid li toffri l-Band KANTERA se nkomplu navvanzaw ’il quddiem, se nkomplu nħallu l-im-

patt tagħna fix-xena lokali u dik internazzjonali u ngħinu fit-tixrid tal-mużika folk tradizzjonali Maltija b’xejra moderna. L-għan tagħna hu wkoll li nżidu l-għarfien u l-apprezzament fost il-ġenerazzjonijiet iż-żgħar sabiex b’hekk nassiguraw li bħala Maltin inkomplu

ngħaddu lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajna, mużika kulturali Maltija. Qatt kellkom opportunitajiet barra minn xtutna? Kif jilqgħukom? Bħala Band KANTERA għadna


23

07.03.2021 08.11.2020

L-għan tagħna hu wkoll li nżidu l-għarfien u l-apprezzament fost il-ġenerazzjonijiet iż-żgħar sabiex b’hekk nassiguraw li bħala Maltin inkomplu ngħaddu lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajna, mużika kulturali Maltija qatt ma dherna fil-pubbliku u lanqas daqqejna barra minn Malta però bħala mużiċisti f’bands oħra u fuq livell personali, kellna bosta opportunitajiet ta’ safar. Konna mistiedna fosthom f’Dubai, l-Italja, Sqallija, Spanja, Franza u s-Slovakkja. Dejjem konna ambaxxaturi għal pajjiżna u dejjem ħriġna bl-unuri.

Zoom u Skype sabiex niddiskutu l-andament tal-band u nipprattikaw. Naturalment ġew posposti proġetti li kellna fil-futur qrib u ftit ’il bogħod imma minn aspett differenti bħalissa għandna aktar ħin biex naħdmu fuq dan ilproġett u nkunu nistgħu nirfinaw u nsaħħu aktar il-prodott tagħna.

X’inhuma l-isfidi li bands bħalkom u mużiċisti qed taffaċċjaw din is-sena minħabba l-pandemija tal-COVID-19?

Messaġġ mingħandkom għall-qarrejja tagħna.

Aħna bħala mużiċisti kemm individwali kif ukoll bħala bands ħadna daqqa diretta u qawwija b’din il-pandemija, f’parteċipazzjoni f’avvenimenti żgħar u kbar, u għal diversi ġimgħat lanqas biss stajna niltaqgħu fiżikament fil-postijiet fejn soltu nagħmlu rehearsals, imma konna niltaqgħu virtwalment fuq

Messaġġ mill-Band KANTERA għalikom li qed taqraw din il-paġna huwa sabiex turu sapport lejn bands Maltin biex b’hekk inkomplu ninvestu f’dan il-qasam kulturali sabiex ngħinu u nżidu l-kuxjenza fost il-komunità Maltija fi sfond lokali u internazzjonali. Qed nużaw dan l-istil u ġeneru ta’ mużika b’differenza sabiex nilħqu aktar l-għanijiet tagħna. Grazzi għal darb’oħra tassostenn tagħkom.

SKEDA ONE TNEJN ONE Sports & Temp 08-03 ONE News Prime Time Reboot Follow Up Stejjer wara t-Tmienja Music Legends ONE News

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30

Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Pjazza

19:15 19:30 20:10 20:30 21:15 22:15 22:50 23:30

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News

12:35 12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:30

Ftit Ħin għal saħħtek Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Follow Up Dak li Jgħodd

18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Gladiator 22:00 Distintivi 23:00 Ondroad 23:30 ONE News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 Better Living 18:30 Pjazza

ERBGĦA 19:15 ONE 10-03 Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:30 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:30 Reboot 23:30 ONE News

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Ftit Ħin għal saħħtek

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35 18:00

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt Mhux kemm taf

18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Twenty One 21:05 Ilsien in-Nisa 22:40 Ondroad 23:24 Teżori 23:30 ONE News

13:15 13:20 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:00 17:30

ONE News Kalamita ONE News Kalamita Telebejgħ Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Twenty One Indhouse

18:30 Pjazza 12-03 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Kick OFF 21:40 Country Jamboree 22:15 Gladiator 23:30 ONE News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

TLIETA 09-03

ĦAMIS 11-03

08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:35

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 Press Conference: Covid-19

SIBT 13-03

ĠIMGĦA

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Twenty One

10:18 #Pajjiżi 10:57 Indhouse 12:00 Maratona Missio 12:30 ONE News 12:37 Maratona Missio 15:30 ONE News 15:35 Maratona Missio 18:05 Pink Panther

18:45 Ondroad 19:22 ONE Sport & Temp 19:30 ONE News 20:04 Ieqaf 20 minuta 20:30 Arani issa 23:30 ONE News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55 12:30

12:35 15:30 15:35 15:50 16:15 17:30 19:15 19:30

20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Attività Politika 21:15 Mija 22.30 Distintivi 23:30 ONE News

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ ONE News

Arani Issa ONE News Arani Issa - Ikompli Duurella Gladiator L-Argument One Sport & Temp ONE News

ĦADD 14-03


24

07.03.2021

reċensjoni tal-ktieb

L-GĦERIEN TAL-KATAVRI

IT-TIENI KTIEB

Maurizio, li sar jaf li hu ġuvni bla kunjom u li fil-vini tiegħu ma kienx hemm demm nobbli, jinsab determinat li jmur ifittex lillġenituri naturali tiegħu. Tolomeo jaħseb ħażin f’martu, iżda Leopoldu, il-Lupu tal‑Muntanji, jagħmel minn kollox biex jipproteġi lil Susanna kif ukoll lil Maurizio. Leopoldo, għal fini misterjużi li jżomm mistura, jiddeċiedi li jitlaq il-kumpanija tal‑briganti u jsejjaħ lilu nnifsu Tallab Kalabriż. Terremot qawwi jeqred għalkollox l-għerien tal‑briganti talGħerien tal-Katavri. Il-kap tal‑Pulizija Sigrieta li jibda jgħasses bla waqfien fuqhom u li ħalef li jeqred lil dawn il-briganti. Jirnexxilu jegħlibhom? Xi jsir minnhom dawn il-briganti ta’ tant qalb kiefra? Rakkont tassew imqanqal li jħalli lill‑qarrej b’kurżità kbira sat-tmiem.

Mistoqsija: X’jeqred għalkollox l-għerien tal‑briganti tal-Għerien tal-Katavri? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb L-GĦERIEN TAL-KATAVRI - IT-TIENI KTIEB. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 14 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IN-NAR GĦANDU ISEM hija:

A. VASSALLO - SAN ĠWANN

04 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’inhu t-titlu li ngħata lill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta? Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

07.03.2021

PAUL BERNARDO: ‘THE SCARBOROUGH RAPIST’ MAGĦRUF UKOLL FLIMKIEN MAL-MAĦBUBA TIEGĦU BĦALA ‘THE KEN AND BARBIE KILLERS’ Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO IT-TIENI PARTI Interrogazzjoni u rilaxxament L-ewwel rapport li rċevew il-pulizija kien f’Ġunju tal-1990, fejn persuna li kienet taħdem f’bank qalet li l-istampa mxerrda fuq il-gazzetti kienet ta’ wiċċ Bernardo. It-tieni rapport li sar kien ta’ Tina Smirnis, mara ta’ wieħed mill-aħwa Smirnis li kienu ħbieb ta’ Bernardo. Smirnis qalet lill-pulizija li Bernardo diġà kien ġie msejjaħ għal intervista mill-pulizija fuq stupru f’Diċembru tal-1987, iżda qatt ma ġie interrogat. Smirnis qalet li Bernardo kien jitkellem magħha fuq il-ħajja sesswali tiegħu u li kien iħobb il-vjolenza. Bernardo ġie interrogat mill-pulizija għal 35 minuta. Hu offra volontarjament kampjuni għall-ittestjar forensiku. Meta l-pulizija staqsewh għalfejn jaħseb li qegħdin jinterrogawh fuq l-istupri, Bernardo qalilhom minħabba li l-persuna mfittxija tal-istampa kienet tixbhu. Ironikament, il-pulizija emmnu lil Bernardo u mhux lil Smirnis u b’hekk ġie rilaxxat. L-istupri jinbidlu f’delitti Fl-1990, Bernardo qatta’ ħafna żmien mal-familja ta’ Homolka. Minkejja li hu kien mgħarras ma’ Homolka, Bernardo kellu ħabta jittanta lil oħtha ż-żgħira, Tammy, u kien anke jnemmsilha mittieqa ta’ kamritha. Karla kienet taf b’dan kollu u darba minnhom farrket pilloli tal-Valium ma’ platt għaġin li kielet oħtha. Wara ftit, Tammy intilfet minn sensiha u Bernardo stupraha filwaqt li Karla bdiet tara kollox. Sitt xhur qabel iżżewġu fl-1991, Karla serqet l-alotanu mill-klinika fejn kienet taħdem. Fit-23 ta’ Diċembru tal-1990, Karla u Bernardo farrku xi pilloli tal-irqad fit-tazza tax-xorb ta’ Tammy u ntilfet minn sensiha. Huma neżżgħuha u Karla xarrbet biċċa blalotanu u għamlitha ma’ mnieħer u ħalq oħtha. Skont Karla, hi riedet tagħti

L-ewwel vittma, Tammy Homolka - oħt Karla

“l-virġinità ta’ oħtha lil Bernardo bħala rigal tal-Milied” peress li Bernardo kien iddiżappuntat li ma kienx l-ewwel raġel li marret miegħu hi. Bernardo u Karla abbużaw sesswalment lil Tammy u rrekordjaw kollox. Ħin minnhom, Tammy bdiet tirremetti u kif raw hekk, libbsuha u tellgħuha fil-kamra tassodda. Huma ħbew l-evidenza ta’ dak li għamlu u ċemplu għall-ambulanza. Ftit sigħat wara li ttieħdet fis-St Catharines General Hospital, Tammy mietet wara li baqgħet mitlufa minn sensiha. Minkejja li Bernardo u Karla użaw ilmagna tal-ħasil billejl u l-fatt li Tammy kellha ħarqa kemikali fuq wiċċha, ilkulunell tar-Regional Municipality tanNiagara u l-familja Homolka aċċettaw il-verżjoni ta’ Bernardo u Karla: dik li fegat fil-vomtu wara li xorbot l-alkoħol. Wara dan kollu, Bernardo u Karla rrekordjaw lilhom infushom, fejn Karla dehret liebsa l-ħwejjeġ ta’ oħtha u bdiet tagħmilha taparsi ta’ oħtha. Wara ftit, il-koppja telqu mid-dar talfamilja Homolka biex il-ġenituri tagħha jkunu jistgħu jirkupraw mit-telfien ta’ binthom.

Paul Bernardo u Karla Homolka dakinhar tat-tieġ

Iktar stupri u qtil Fis-7 ta’ Ġunju tal-1991, Homolka ftiehmet ma’ tfajla ta’ 15-il sena biex joħorġu jixorbu u jieklu flimkien. Din ittfajla, li Homolka għamlet ħbieb magħha sentejn qabel f’ħanut, ġiet iddrugrata minn Homolka u din tal-aħħar ċemplet lil Bernardo biex tgħidlu li kellu “r-rigal tat-tieġ lest.” Bernardo mar u beda jirrekordja lil Homolka tabbuża mittfajla u wara abbuża sesswalment mit-tfajla hu stess. Minħabba li t-tfajla kienet mitlufa minn sensiha, din ma kinitx taf li ġiet iddrugata u abbużata sesswalment mill-koppja. Xahrejn wara, din l-istess tfajla ġiet mistiedna minn Homolka fid-dar tagħha f’Port Dalhousie u hawnhekk reġgħet ġiet iddrugata. Homolka

It-tieni vittma, Leslie Mahaffy

ċemplet għall-ambulanza hekk kif ittfajla ma baqgħetx tieħu nifs waqt li kienet qed tiġi abbużata minnhom. Ftit minuti wara li ċemplet, Homolka reġgħet ċemplet u għarrfithom li “kollox kien sew” iżda ftit wara reġgħet ċemplet mill-ġdid għall-għajnuna. Ittfajla rnexxielha ssalva bl-għajnuna medika. Fl-15 ta’ Ġunju tal-1991, Bernardo beda jħuf f’Burlington biex jisraq ilpjanċi tan-numri tar-reġistrazzjoni talkarozzi. Hawnhekk hu ltaqa’ ma’ Leslie Mahaffy, tfajla ta’ 14-il sena. Jidher li Mahaffy inqaflet barra mid-dar tagħha u Bernardo mar fuqha u qalilha li jrid jidħol fid-dar tal-ġirien tagħha biex jisraqhom. Mahaffy ma tatx kas u staqsietu għandux xi sigarett. Huma mxew lejn il-karozza tiegħu mingħaliha li se jagħtiha sigarett iżda minflok għammadha u daħħalha fil-karozza. Hu saq lejn Port Dalhousie u avża lil Homolka li kellhom vittma.

Waħda mill-blokok tas-siment fejn tpoġġew biċċiet minn Mahaffy

Il-koppja rrekordjaw lilhom infushom jittorturaw u jabbużaw sesswalment minn Mahaffy. Waqt il-ġuri bdew jissemmgħu partijiet mir-recordings u f’waqt minnhom Mahaffy bdiet tibki u titlob lil Bernardo biex jieqaf. Ftit wara, Mahaffy qalet li l-għamad beda jinħall u din l-istqarrija wasslet lill-koppja biex toqtolha għax it-tnejn beżgħu li setgħet tagħrafhom jekk iħalluha taħrab. Waqt il-ġuri, Bernardo qal li Homolka tat doża qawwija ta’ droga lil Mahaffy biex toqtolha filwaqt li Homolka qalet li Bernardo qatel lil Mahaffy billi fgaha. Huma ħallew il-ġisem bla ħajja ta’ Mahaffy fil-kantina għax kellhom jiġu l-familja ta’ Homolka biex jieklu għandhom. Hekk kif telqu, il-koppja ddeċidew li jqattgħu l-ġisem ta’ Mahaffy u jitfgħu l-biċċiet fis-siment. Bernardo xtara 12-il xkora siment u żamm l-irċevuti, liema rċevuti ntużaw bħala evidenza kontrih waqt il-ġuri. Il-koppja għamlu diversi vjaġġi bilkarozza mid-dar għal Lake Gibson biex jarmu l-fdalijiet ta’ Mahaffy fix-xmara. Kien hemm blokka siment li kienet tiżen mad-90 kilò u ma felħux iwaddbuha fixxmara u b’hekk ħallewha qrib ix-xmara. Fid-29 ta’ Ġunju tal-istess sena, żewġ sajjieda sabu l-blokka siment u għarrfu lill-pulizija. Il-pulizija rnexxielhom jagħrfu l-vittma minn snienha. Waqt il-ġuri, Bernardo qal li hu dejjem ried li jħarrab il-vittmi tiegħu iżda xħin l-għamad inħall, Homolka bdiet tibża’ li Mahaffy tagħraf lil Bernardo u tmur tavża lill-pulizija. Saħaq li Homolka riedet toqtol lil Mahaffy billi tinjettalha bużżieqa tal-arja fiddemm.

Tkompli l-ġimgħa d-dieħla


26

07.03.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

07.03.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 371

E. CIAPPARA - NAXXAR

Bi 3 NUMRI 047 104 247 326 447 498 556 701 807 855 B’4 NUMRI

0069 0401 1005 1042 1390 1765 1882 2054 2324 2525 2725 3976 4114

4219 4677 5246 5438 5506 5530 5685 5734 5907 5984 6044 6266 6371

6560 7169 7754 7983 8307 8444 9663 9933 B’5 NUMRI 01487 02455 17347

19150 26229 30253 32938 34140 35007 44746 48580 50584 54151 58969 61591 64558

68881 76946 81443 90190 99309

903764 938632

B’7 NUMRI 2575630 3843695 B’6 NUMRI 5991024 258523 8506901 434599 9685697 627916 633945 Bi 8 NUMRI 639403 35187908 851748 82346652

MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: Fi Frar kull ….... ħalla n-nwar (5) 4. Foresta (4) 7,20. Iżżid? (7)

9. Kenneth Agius 19. Quattromani (1,1,1) 20. 10. Isem (6) 21. 12. Narċis? (6) 23. 16. Ara 3 18,21W. Dinja bl-Ingliż (5)24.

Ħares (3) Ara 7 Sinjal? (3) Ma jiħux ħsieb flusu (4) It-tifel tiegħek (5)

WEQFIN: 1. Plejer tal-futbol Belġjan (6) 2,5. Jittiekel (6) 3,16. Jirreċtaw (6) 5. Ara 2 6. Inpoġġu ż-żejt

8. 11. 12,22. 13.

Ħut (6) Iċċaċċra? (6) Stazzjon tat-tv (3) Ara 18 Ara 12 wieqfa

fih (3) 14. Jisparaw 15. għall-għasafar (9) 17. Missier (2) 21. Nakkwistawh 22. fil-Milied (5) Stazzjon tat-tv (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Sular, 4.Oħra, 9,19.Aħħari, 10.Talbet, 12.Ħallat, 16.NBA, 18,23. Jonqos, 20.Batut, 21.Dud, 24.Aroma

WEQFIN: 1.Skalin, 2,12 wieqfa. Leħħa, 3.Raw, 5.HAB, 6,7.Artab, 8.Ballottra, 11,13. Malja, 14.Tattoo, 15.Filfla, 17.Blu, 21.Din, 22.Dro


28

07.03.2021

LI TIDDEĊIEDI U X’TIDDEĊIEDI Editorjal

Immexxi minn imnieħru mill-istess establishment, Bernard Grech jaf li jekk jiżgarra se jaqla’ t-tumakki, għaldaqstant illum hu inkapaċi li jaġixxi. L-indeċiżjoni tiegħu tikxef x’awtorità bażwija għandu llum fil-Partit … aħseb u ara kemm qatt jista’ jiddeċiedi favur l-interessi nazzjonali.

Jekk hemm xi ħaġa li l-Prim Ministru Robert Abela se jibqa’ magħruf għaliha fl-ewwel sena tiegħu żgur se tkun dik li kapaċi jiddeċiedi fl-aħjar interess talġid tal-poplu kollua kemm hu. Okkażjonijiet biex juri dan ma naqsux. Anzi kienu iżjed minn abbundanti, sa din il-ġimgħa stess. Is-sabiħa hi li, anke f’ċir­ kostanzi li ma kellhom xejn min-normalità, riżulta­ti ta’ tali deċiżjonijiet jagħtu ċertifikat impressjonanti lill-Gvern immexxi minnu. Id-dinja kollha tirrikonoxxi kif il-pandemija tal-COVID-19 ħolqot l-agħar xenarju għal kull pajjiż u għal kull Prim Minis­tru. Bħall-bqija, pajjiżna kellu jieħu għadd ta’ miżuri, anke drastiċi li qatt ma konna noħolmuhom. Tajjeb li jitfakkar ukoll li, qabel dan, il-Prim Ministru Malti ffaċċja wkoll taqlib politiku fejn irnexxielu jġib is-sitwazz­ jo­­ni nazzjonali lura għan-normal fl-inqas żmien possibbli. B’mod ġenerali, meta llum inħarsu lura lejn l-2020, jagħmlilna l-akbar unur li, bħala l-iżgħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea u lil hinn, irnexxielna nagħtu l-lezzjonijiet lill-ak-

bar ġganti li jeżistu bil-miżuri li ġew attwati u bil-benefiċċji mogħtija li, ras għal ras, jagħmluna l-aktar pajjiż fid-dinja li fetaħ idejh mal-poplu fi żmien ta’ kriżi. Il-mod kif ġibna ruħna f’dan iż-żmien wassal biex spiss nintużaw bħala r-riga li kulħadd għandu jimxi magħha. Dan kien biss il-frott ta’ de­ ċiżjonijiet kbar, f’temp qasir u taħt pressjoni bla preċedent. Meta wieħed iqis dan kollu, hu tal-blieh kif faxxa żgħira fis-soċjetà tagħna tuġagħha żaqqha li Malta rnexxielha tfendi bl-aħjar mod f’pandemija li niżżlet dinja għarkupp­tej­ ha. Ħadd ma jemmnek barra minn xtutna jekk tgħidilhom kif hawn min minn fostna li ħadem qatigħ biex pajjiżna ma jasalx għal dan is-suċċess. Kif għad hawn min jifraħ ma’ kull aħbar negattiva li tista’ tħalli impatt fuq l-għajxien tal-poplu Malti. Jew kif għandna Oppożizzjoni sħiħa li wriet insistenza żejda biex ilpajjiż u l-ekonomija jistaġnaw għalkollox. Kif din tattakka lill-Prim Ministru u l-Gvern li mhux jagħmlu biżżejjed biex jiddefendu liċ-ċittadini, anke

meta l-istatistiċi internazzjo­ nali jgħidu bil-kontra. Bl-esperjenza mill-aħħar leġiż­latura ta’ Gvern Nazzjona­ lista, meta pajjiżna wkoll inzerta kriżi oħra, iżda ferm iżgħar, illum ngħidu li mnalla inzerta kien Gvern Laburista fl-2020, għax kieku min jaf x’kien ikun id-destin tagħna lkoll. Biex tifhem x’kienet tkun id-differenza, ftaka­r fl-akba­r wegħda elettora­li Nazzjonalis­ ta, dik tat-tnaqqis fil-faxex tat-taxxa tad-dħul. Ftakar kif il-ħafna pompa, li għenet lillPN jirbaħ l-Elezzjoni tal-2008, anke jekk b’maġġoranza minima ta’ 1,500 vot, litteralment sfumat l-għada tar-riżultat. Il-Prim Ministru Lawren­ce Gonzi malajr kien ġab l-iskuża li, minħabba l-kriżi finanzjarja, kien ikun irresponsabbli li kieku jiddeċiedi li jattwa dik il-wegħda. Fil-verità, din kienet biss waħda mid-dikjarazzjoni­ jiet qarrieqa ta’ amministrazz­ joni infama. Biex imbagħad, ftit wara skoprejna li, fl-ew­wel deċiżjoni tiegħu, il-Kabinett Nazzjonalista kien, minn wara dahar il-poplu, ħataf mas€600 żieda fil-ġimgħa għal kull

membru tiegħu. Kumplessivament, kienu laħqu ħadu mal€1.6 miljun sakemm inqabdu fl-2012 u l-maġġoranza tal-flus baqgħu qatt ma ġew irritornati. Deputati attwali, bħal Jason Azzopardi, Mario Demarco, Chris Said, Carm Mifsud Bonni­ ci, Mario Galea u Clyde Puli, kienu fost il-membri ta’ dak l-istess Kabinett. Ironikament, il-Kap attwa­ l­i Nazzjonalista Bernard Grech ukoll iqis li dak kien “l-aħjar żmien għal pajjiżna”. Immexxi minn imnieħru mill-istess establish­ment, Grech jaf li jekk jiżgarra se jaqla’ t-tumakki, għaldaqstant illum hu inkapaċi li jaġixxxi fuq l-iżbalji li jagħmlu ta’ madwaru. L-indeċiżjoni tiegħu anke fuq il-każ tad-dikja­razzjonijiet tat-taxxa ta’ Jason Azzopardi, tikxef x’awto­rità bażwija għandu l-Kap illum fil-Partit. Aħseb u ara kemm qatt jista’ jiddeċiedi favur l-interessi nazzjonali. Tali ġudizzju finali se jerġa’ jagħmlu l-elettorat sa mhux aktar tard mis-sena d-dieħla meta jiġi biex jagħżel f’idejn min se jafda d-destin tiegħu.


Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.